ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
2007/C 291/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 291/02 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 291/03 |
||
2007/C 291/04 |
||
2007/C 291/05 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 291/06 |
||
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 291/07 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Bank Ċentrali Ewropew
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-14 ta' Novembru 2007
fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea
(CON/2007/35)
(2007/C 291/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-8 ta' Novembru 2007, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1 |
Il-BĊE jilqa' r-regolament propost billi jirrikonoxxi l-eżistenza ta' żewġ reġimi paralleli u kumplimentari għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea u fl-istess ħin jirrikonoxxi l-indipendenza tas-SEBĊ fis-segwitu tal-funzjonijiet statistiċi tagħha (recitals 7 u 8). Il-BĊE jilqa' wkoll ir-referenza, fir-recital 9, għar-rwol konsultattiv importanti mwettaq mill-Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-ħlasijiet (CMFB). |
1.2 |
Il-BĊE jinnota wkoll b'sodisfazzjon li r-regolament propost jirrikonoxxi l-bżonn għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ESS u s-SEBĊ fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea prodotta miż-żewġ sistemi (l-Artikolu 8). F'dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li l-obbligu fuq l-ESS u s-SEBĊ biex jikkooperaw mill-qrib, kif indikat fir-recital 6 tar-regolament propost, se jopera ġewwa l-qafas tal-liġi primarja li japplika għas-SEBĊ skond it-Trattat. B'mod partikolari l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ jistabbilixxi li, sabiex iwettaq il-ħidmiet tas-SEBĊ, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, jiġbor l-informazzjoni statistika meħtieġa jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi, u li għal dawn il-finijiet huwa jikkoopera ma' l-istituzzjonijiet jew mal-korpi tal-Komunita` u ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. |
1.3 |
Barra minn dan, il-BĊE jilqa' li l-Artikolu 20(3) tar-regolament propost jindirizza l-kwistjoni ta' l-iskambju tad-data kunfidenzjali, għal finijiet ta' statistika biss, bejn l-ESS u s-SEBĊ. Huwa aċċettat sew li jinħtieġ dejjem aktar skambju mtejjeb ta' informazzjoni kunfidenzjali bejn l-ESS u s-SEBĊ biex jiżgura l-kwalita` u l-konsistenza ta' l-istatistika Ewropea, filwaqt li jnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti. Dan jista' jsir billi l-istess data tintalab darba biss, u din tiġi mqassma ma' l-awtoritajiet statistiċi li għandhom bżonnha filwaqt li jinżammu dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalita` stretta. Madankollu, il-BĊE huwa tal-fehma li, bil-kuntrarju ta' dak li hemm stabbilit bħalissa fl-Artikolu 20(3), dan l-iskambju m'għandux jiddependi fuq il-promulgazzjoni ta' atti legali settorali oħra, li jkollhom jawtorizzaw b'mod ċar dawn l-iskambji ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. Sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti w effettiv ta' l-informazzjoni statistika meħieġa, il-qafas legali għandu jara minn qabel li din it-trasmissjoni tista' ssir bil-kundizzjoni li hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tixrid effiċjenti ta' l-istatistika Ewropea, wara l-eżempju ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament propost li jirregola l-iskambju ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali ġewwa l-ESS. |
1.4 |
Il-BĊE jisħaq li huwa importanti li jakkwista aċċess legali sħiħ għad-data kollha eżistenti meħtieġa sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti. Dan huwa msemmi wkoll fl-Artikolu 23 (Aċċess għar-reġistri amministrattivi) tar-regolament propost. Madankollu, il-BĊE jissuġġerixxi li l-qafas legali għandu bżonn jistabbilixxi d-determinazzjoni ta' arranġamenti prattiċi u “modalitajiet” biex ikun hemm aċċess effettiv, aktar milli “limiti u kundizzjonijiet”, billi dan jissuġġerixxi restrizzjoni bla bżonn ta' dak l-aċċess. |
1.5 |
L-Artikolu 253 tat-Trattat jistabbilixxi li regolamenti adottati konġuntament mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirreferu għal kull opinjoni li ntalbu li jiġu akkwistati skond it-Trattat. Il-BĊE għalhekk jissuġġerixxi li r-recitals għar-regolament propost iqisu din l-opinjoni tal-BĊE. |
2. Proposti t'abbozzar
Fejn il-parir tal-BĊE iwassal għal tibdiliet fir-regolament propost, il-proposti ta' abbozzar huma stabbiliti fl-Anness.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-14 ta' Novembru 2007.
Il-Viċi President tal-BĊE
Lucas D. PAPADEMOS
(1) COM(2007) 625.
ANNESS
PROPOSTI T'ABBOZZAR
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||||
Emenda 1 |
|||||||||
Artikolu 20 — Trasmissjoni tad-data kunfidenzjali |
Artikolu 20 — Trasmissjoni tad-data kunfidenzjali |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.3 ta' l-opinjoni |
|||||||||
Emenda 2 |
|||||||||
Artikolu 23 — Aċċess għar-reġistri amministrattivi Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummisjoni (Eurostat) għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva, kull wieħed u waħda minnhom fl-oqsma t'attivita` ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, sakemm din id-data hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-limiti u l-kundizzjonijiet biex ikun hemm aċċess effettiv għandhom ikunu ddeterminati meta meħtieġ minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom. |
Artikolu 23 — Aċċess għar-reġistri amministrattivi Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummisjoni (Eurostat) għandu jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva, kull wieħed u waħda minnhom fl-oqsma t'attivita` ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, sakemm din id-data hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-modalitajiet l-limiti u l-kundizzjonijiet biex ikun hemm aċċess effettiv għandhom ikunu ddeterminati meta meħtieġ minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom |
||||||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.4 ta' l-opinjoni |
|||||||||
Emenda 3 |
|||||||||
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkonsulta r-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, |
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Wara li kkonsulta r-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, |
||||||||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.5 ta' l-opinjoni |
(1) It-tipa skura fil-qalba tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ittri ngassati fil-qalba tat-test jindikaw fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/5 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 291/02)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
22.11.2006 |
|||
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 642/05 |
|||
Stat Membru |
L-Iżvezja |
|||
Reġjun |
— |
|||
Titlu (u/jew isem il-benefiċċjarju) |
Ersättning till Posten AB för tillhandahållande av grundläggande betalningstjänster och kassaservice |
|||
Bażi ġuridika |
Lag (2001:1276) om grundläggande kassaservice, Förordning (2005:882) om grundläggande kassaservice |
|||
Tip ta' miżura |
Għajnuna individwali |
|||
Għan |
Servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku |
|||
Forma ta' l-għajnuna |
Sussidju dirett |
|||
Baġit |
Massimu 800 million SEK |
|||
Intensità |
— |
|||
Tul ta' żmien |
Sentejn (2006-2007) |
|||
Setturi ekonomiċi |
Banek |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
Tagħrif ieħor |
L-awtoritajiet ta' l-Iżvezja impenjaw irwieħhom biex l-ammont tal-kumpens rivedut min awditur indipendenti fuq bażi annwali u jekk ikun meħtieġ, li tirkupra kull kumpens żejjed |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
4.4.2007 |
Għajnuna Nru |
N 564/06 |
Stat Membru |
Il-Portugall |
Reġjun |
Península de Setúbal |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Auxílio individual à About the Future — Empresa Produtora de Papel, SA |
Il-bażi legali |
Decreto-Lei n.o 409/99 de 15 de Outubro — regulamenta a concessão de Benefícios Fiscais |
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Vantaġġ fiskali |
L-Estimi |
Baġit globali: 37,95 miljun EUR |
L-intensità |
7 % |
It-tul ta' żmien |
1.1.2006-31.12.2015 |
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
API — Agência Portuguesa para o Investimento, EPE |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
9.10.2007 |
||||
Għajnuna Nru |
N 317/07 |
||||
Stat Membru |
L-Irlanda |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Research, Development and Innovation Aid Scheme |
||||
Il-bażi legali |
The Industrial Development Acts 1986 and 1998, the Science & Technology Act 1987, the Údarás na Gaeltachta Act 1979 (as amended) and the Shannon Free Airport Development Company Limited Act, 1959 (as amended) |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa |
||||
L-Estimi |
Baġit annwali: 2007: 89 miljun EUR, 2008: 91 miljun EUR, 2009:92 miljun EUR, 2010: 94,5 miljun EUR, 2011: 96 miljun EUR, 2012: 96,5 miljun EUR, 2013: 97 miljun EUR; Baġit globali: 656 miljun EUR |
||||
L-intensità |
80 % |
||||
It-tul ta' żmien |
15.9.2007-31.12.2013 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
10.9.2007 |
||
Għajnuna Nru |
N 383/07 |
||
Stat Membru |
Id-Danimarka |
||
Reġjun |
Denmark |
||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Støtte til integration af udenlandske arbejdstagere |
||
Il-bażi legali |
Retsgrundlaget er følgende bestemmelser i integrationsloven: § 23 c (ansættelse med løntilskud), § 23 d (tilskud til mentorfunktion) og § 24 a, stk. 2 (tilskud til mentorfunktion til udlændinge, der er ansat uden løntilskud). De nævnte bestemmelser blev indsat i integrationsloven ved lov nr. 425 af 10. juni 2003 om ændring af integrationsloven og udlændingeloven. Bestemmelsen i § 23 c, stk. 3, er efterfølgende blevet ændret ved lov nr. 402 af 1. juni 2005. |
||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||
L-għan |
Taħriġ, Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
||
L-Estimi |
Baġit annwali: 0,568 miljun EUR; Baġit globali: 3,615 miljun EUR |
||
L-intensità |
29 % |
||
It-tul ta' żmien |
1.7.2007-31.12.2013 |
||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
9.10.2007 |
|||
Għajnuna Nru |
N 498/07 |
|||
Stat Membru |
Il-Belġju |
|||
Reġjun |
Vlaams Geweest |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Vlaams Audiovisueel Fonds |
|||
Il-bażi legali |
Samenwerkingsakkoord tussen de Vlaamse Gemeenschap en het Vlaams Audiovisueel Fonds |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Kultura |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
|||
L-Estimi |
Baġit annwali: 11,9 miljun EUR Baġit globali: 35,7 miljun EUR |
|||
L-intensità |
50 % |
|||
It-tul ta' żmien |
1.1.2008-31.12.2010 |
|||
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/9 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
L-4 ta' Diċembru 2007
(2007/C 291/03)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4741 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
161,85 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4569 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,7149 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,42 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,648 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
91,25 |
NOK |
Krona Norveġiża |
8,109 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5842 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,29 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
253,45 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7004 |
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,6183 |
RON |
Leu Rumen |
3,5569 |
SKK |
Krona Slovakka |
33,315 |
TRY |
Lira Turka |
1,7505 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6843 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4815 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,4831 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9334 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1336 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 360,45 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,0785 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,9061 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3317 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 698,81 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9264 |
PHP |
Peso Filippin |
62,015 |
RUB |
Rouble Russu |
35,986 |
THB |
Baht Tajlandiż |
45,134 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti
mogħtija waqt l-429 tiegħu tad-9 ta' Lulju 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/E-2/39.140 — DaimlerChrysler
(2007/C 291/04)
1. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl tal-prattiċi deskritti fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-ftehimiet li saru bejn DaimlerChrysler u l-imsieħba awtorizzati fis-servizz Mercedes-Benz huma responsabbli għall-problemi fil-kompetizzjoni tas-servizzi ta' wara l-bejgħ tal-vetturi. |
2. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-proċedimenti f'dan il-każ jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament tal-Kunsill 1/2003 (1). |
3. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl ta' l-impenji offruti minn DaimlerChrysler, m'għadx hemm lok għal azzjoni mill-Kummissjoni, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 (2) tar-Regolament tal-Kunsill 1/2003. |
4. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li DaimlerChrysler għandhom jintrabtu bl-impenji sal-31 ta' Mejju 2010. |
5. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jitolbu lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni. |
6. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tal-Kumitat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/11 |
Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-2/39.140 — DaimlerChrysler
(Skond l-Artiklu 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(2007/C 291/05)
L-abbozz tad-Deċiżjoni prezentata lill-Kummissjoni tirreferi għall-Artiklu 9 tar-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 1/2003 (1) dwar il-provvediment ta' informazzjoni teknika għat-tiswija tà vetturi tal-marki Mercedes-Benz u Smart ta' DaimlerChrysler AG.
Il-Kummissjoni fethet investigazzjoni dwar il-provvediment tà informazzjoni teknika lir-ripararaturi indipendenti fit 22 ta' Diċembru 2004 ta' DaimlerChrysler AG, wara pubblikazzjoni ta' studju mill-istitut tà ricerka Ġermaniz IKA. Fl-1 ta' Diċembru 2006 il-Kummissjoni fethet proceduri taht il-kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u adottat evalwazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament. Din l-evalwazzjoni stabbilixxiet it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, li kien li DaimlerChrysler AG jidher li eskludiet lil kulħadd ħlief lir-riparaturi awtorizzati minn aċċess totali għal informazzjoni teknika tagħha. L-evalwazzjoni preliminari tal Kummissjoni intbagħtet lil DaimlerChrysler AG fl-1 ta' Diċembru 2006.
Bħala risposta għal din, DaimlerChrysler AG ipprezentat l-impenji fl-14 ta' Frar 2007.
Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ippublikat notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea konformi ma' l-Artikolu 27(4) tar Regolament (KE) Nru1/2003, li tistieden kumpaniji interessati biex jibagħtu l-kummenti fuq din in notifika sa xahar mill-pubblikazzjoni tagħha. Il-kummenti rcevuti bħala twegieba għal din l-istedina, principalment jikkonfermaw l-effikaċja tà l-impenji proposti minn DaimlerChrysler AG.
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li bl-impenji proposti minn Daimler Chrysler AG u bla ħsara ghall-Artiklu 9(2) tar Regolament (KE) Nru1/2003 m'hemmx iktar lok għal-azzjoni.
F'Deciżjoni taht l-Artikolu 9 tar Regolament (KE) Nru 1/2003, ma giex stabbilit l-ebda ksur fir-regolamenti tal-kompetizzjoni, imma il-partijiet aċċettaw li jirrimedjaw ghat-thassib espress mill-Kummissjoni f'valutazzjoni preliminari. F'dan il-proċess hemm ir-rieda miż-żewġ naħat li jissimplifikaw il-ħtiġiet amministrattivi u legali li huma inerenti f'investigazzjoni sħiħa dwar ksur suspettat. Din hi r-raġuni għaliex f'diversi Deċiżjonijiet li ttieħdu diġà mill-Kulleġġ (2), kien aċċettat li l-proċess ikun sodisfaċenti meta l-partijiet jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma rċevew aċċess suffiċjenti għall-informazzjoni li huma kkunsidraw li kienet neċessarja biex jipproponu impenji sabiex jilqgħu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni.
Dan il-każ ukoll kien ittrattat bl-istess mod, id-DaimlerChrysler AG kienu ssottomettew Dikjarazzjoni lill-Kummissjoni għal dan il-għan fit-22 ta' Mejju 2007.
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, jiena nikkunsidra li f'dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet li jkunu mismugħa kienu rrispettati.
Brussell, il-11 ta' Lulju 2007.
Karen WILLIAMS
(2) Ara d-Deċiżjoni tat-22.6.2005 COMP/39.116 — Coca-Cola u d-Deċiżjoni tad-19.1.2005 COMP/37.214 — DFB.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/12 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — EACEA/34/07
Għall-implimentazzjoni tat-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna ta' l-Erasmus Mundus għas-sena akkademika 2008/2009
Programm ta' Azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni tal-kooperazjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla u għall-iskambju ta' l-istudenti, riċerkaturi u personal akkademiku mill-Istati Membri ta' l-UE u Pajjiżi Terzi
(2007/C 291/06)
Jekk jogħġbok innota li l-implimentazzjoni tas-sejħa għall-proposti hija soġġetta għall-:
i) |
adozzjoni ta' l-approprijazzjonijiet tal-baġit tal-Komunità għall-2008 relevanti għal din l-azzjoni u |
ii) |
approvazzjoni formali tad-dokumenti ta' programmar għall-azzjonijiet relevanti u għad-deċiżjonijiet relevanti ta' l-iffinanzjar. |
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
It-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna ta' l-Erasmus Mundus timmira lejn it-tisħiħ reċiproku u l-ftehim aħjar bejn l-Unjoni Ewropea u Pajjiżi Terzi. Hija mfassla sabiex tħaddan il-kooperazzjoni istituzzjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla bejn l-Unjoni Ewropea u Pajjiżi-Terzi permezz ta' skema ta' mobilità li tindirizza l-iskambji ta' l-istudenti u tal-personal akkademiku għall-istudju, tagħlim, taħriġ u riċerka.
L-attivitajiet u l-ispejjeż li ġejjin sejrin jiġu koperti mill-programm:
It-twaqqif ta' sħubiji bbażati fuq l-istituzzjonijiet ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla Ewropej u ta' Pajjiżi Terzi sabiex ikopru ż-żewġ tipi ta' attivitajiet:
— |
l-organizzazzjoni tal-mobilità individwali ta' l-istudenti ta' edukazzjoni ogħla, riċerkaturi u personal akkademiku, |
— |
l-implimentazzjoni tal-mobilità individwali. It-tipi ta' mobilità u edukazzjoni li sejrin jiġu ffinanzjati f'din is-sejħa huma:
|
2. Applikanti u benefiċjarji eliġibbli
L-applikanti għandhom ikunu Universitajiet jew Istituzzjonijiet Ewropej t'Edukazzjoni Ogħla li jirrappreżentaw sħubija ta' mhux aktar minn 20 istituzzjonijiet imsieħba.
Is-sħubija għandha tkun magħmula minn Istituzzjonijiet Ewropej t'Edukazzjoni Ogħla, li qabel id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa preżenti jkollhom Karta ta' l-Erasmus, u Istituzzjonijiet ta' Edukazzjoni Ogħla ta' Pajjiżi Terzi li huma rikonoxxuti u akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali.
3. Pajjiż Eliġibbli
L-attivitajiet għandhom isiru f'wieħed mill-pajjiżi eliġibbli koperti minn din is-Sejħa. Hemm tliet gruppi ta' pajjiżi/reġjunijiet eliġibbli:
— |
Is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, |
— |
il-pajjiżi kandidati Ewropej (il-Kroazja u t-Turkija) u l-pajjiżi taż-ŻEE (l-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja), |
— |
il-pajjiżi Terzi u r-reġjunijiet ġeografiċi li ġejjin: Il-Brazil, iċ-Ċile, il-Messiku, ir-Russja, l-Indja, iż-żona tal-viċinanza tan-Nofsinhar u tal-Lvant, ir-reġjun tal-Lvant Nofsani, ir-Repubbliki ta' l-Asja Ċentrali, il-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, ir-reġjun tal-Balkani tal-punent u r-reġjun ta' l-Asja. |
4. Il-baġit disponibbli
L-ammont indikattiv ġenerali li huwa disponibbli taħt din is-sejħa għall-proposti huwa ta' 100,348 miljun EUR għar-reġjunijiet ġeografiċi u l-pajjiżi li ġejjin:
Twieqi Ġeografiċi |
Ammont Globali Indikattiv |
In-Nofsinhar tal-Mediterran, il-Lvant ta' l-Ewropa u r-Russja |
33,528 miljun EUR |
Il-Jemen, l-Iran, l-Iraq |
3 miljun EUR |
Ir-Repubbliki ta' l-Asja Ċentrali |
5 miljun EUR |
L-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku |
5 miljun EUR |
Il-Balkani tal-Punent |
6 miljun EUR |
Ir-Reġjun ta' l-Asja |
20 miljun EUR |
L-Indja |
9,6 miljun EUR |
Il-Brażil |
9,3 miljun EUR |
Iċ-Ċile |
4,92 miljun EUR |
Il-Messiku |
4 miljun EUR |
5. Skadenzi
L-applikazzjonijiet m'għandhomx jintbagħtu aktar tard mill-
— |
15 ta' Frar 2008 |
6. Aktar informazzjoni
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-formoli ta' l-applikazzjoni huma disponibbli fil-websajt li ġejja:
http://eacea.ec.europa.eu/extcoop/call/index.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ u għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola pprovduta.
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 291/14 |
Pubblikazzjoni ta' talba għal modifika fis-sens tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill rigward il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 291/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għall-oġġezzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL BIDLA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Talba għal modifika skond l-Artikolu 9 u l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 17,
“ROCAMADOUR”
Nru KE: FR/PDO/105/0026/29.11.2004
DPO ( X ) IĠP ( )
Bidla(bidliet) mitluba
1. Elenku(i) ta' l-ispeċifikazzjoni:
— |
|
L-isem tal-prodott |
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
|
Żona ġeografika |
— |
|
Prova ta' l-oriġini |
— |
|
Metodu tal-produzzjoni |
— |
|
Rabta |
— |
|
Tikkettar |
— |
|
Eżiġenzi nazzjonali |
— |
|
Oħrajn [iridu jiġu ppreċiżati] |
2. Tip ta' bidla(bidliet)
— |
|
Bidla tad-dokument uniku jew tal-formola tas-sinteżi |
— |
|
Bidla ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' DPO jew IĠP irreġistrat, li ma ġie ppublikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi għalihom |
— |
|
Bidla ta' l-ispeċifikazzjonijiet li ma ġġib magħha l-ebda bidla għad-dokument uniku ppublikat (il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 9, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Bidla temporanja ta' l-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta mill-adozzjoni tal-miżuri ta' sanità jew ta' protezzjoni tal-pjanti obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 9, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Bidliet:
L-għan ġenerali tal-bidliet mitluba huwa li jingħataw il-preċiżjonijiet kollha neċessarji biex jissaħħu kemm il-kundizzjonijiet implimentati tal-produzzjoni tal-ħalib u kemm il-kundizzjonijiet biex jinkiseb il-prodott.
Dawn il-bidliet jippermettu li tissaħħaħ ir-rabta tal-prodott mal-lokalità tiegħu u li jitħarsu aħjar il-karatteristiċi tal-prodott u li jiġu evitati r-riskji interni.
Il-metodu tal-produzzjoni
Żjieda mar-4 paragrafu: “Huma biss il-metodi ta' trattament ormonali, ikun liema jkun, li huma konċernati minn din il-limitazzjoni. Il-metodi l-oħra utilizzati biex jiġi ttardjat it-twelid mhumiex konċernati.”
Huwa ppreċiżat li l-limitazzjoni (ir-rata massima ta' mogħoż mhux ta' l-istaġun fil-merħla) tibbaża ruħa fuq il-ittardjar artifiċjali tat-twelid bl-intervent ta' trattamenti ormonali. Dan jippermetti li wieħed jikkonferma li l-metodi l-oħra utilizzati, partikolarment it-trattament bid-dawl jew l-ittardjar naturali tat-twelid mhumiex effetwati minn din il-limitazzjoni.
Fil-5 paragrafu, minflok: “f'kull ġrupp ta' farms, l-artijiet tal-ħaxix li fil-fatt tintuża fiż-żona ġeografika trid tkun ta' l-anqas ta' daqs ta' 1 000 metru kwadru għal kull mogħża tal-ħalib” taqra “F'kull esplojtazzjoni, ir-rata ma tista' taqbeż l-10 mogħożiet għal kull ettaru, li jinstab fiż-żona ġeografika kif definita qabel, ta' artijiet għall-għalf, għall-mergħa jew ta' ċereali maħsuba għall-ikel tal-mogħoż.”
L-għan huwa li jiġi kunsidrat biss, fil-kalkolazzjoni tar-rata għal kull ettaru, artijiet li fil-fatt huma użati għal jew mill-merħla tal-mogħoż. Barra minn dan, l-emenda l-ġdida tikkorrispondi aħjar għat-termini użati s-soltu minn dawk li jrabbu l-mogħoż.
Żjieda ta' paragrafu: “Il-firxa tad-demel ta' oriġini agrikola u mhux agrikola hija awtorizzata skond ċerti kundizzjonijiet.”
L-għan huwa li jiġu definiti tajjeb il-kundizzjonijiet li fihom il-firxa tad-demel hija awtorizzata sabiex jiġu evitati r-riskji interni u jitħares l-ambjent naturali u l-kwalità ta' l-għelieqi fejn jieklu l-imrieħel.
Żjieda ta' paragrafu: “L-għalf fermentat huwa pprojbit mill-ikel tal-mogħoż mill-1 ta' Jannar 2010. Din il-projbizzjoni tibda tapplika mingħajr dewmien għall-farms ġodda.”
Sabiex jitħarsu l-karatteristiċi tal-prodott, l-użu ta' ħaxix maħżun huwa projbit. Madankollu, din il-miżura titlob bidla importanti kemm fl-istruttura tal-farms u kemm fl-organizzazzjoni tax-xogħol. Huwa għalhekk li ntalab aktar żmien sabiex dawn isiru konformi. Dan iż-żmien mhuwiex mixtieq għall-farms ġodda sabiex ma jiġix imħeġġeġ il-fatt li ż-żgħar jitpoġġew fuq strutturi li ser jevolvu rapidament u li għalhekk jistgħu jikkompromettu ċ-ċansijiet ta' suċċess.
Żjieda ta' paragrafu: “F'ċirkostanzi eċċezzjonali, partikolarment dovuti għall-perikli naturali, jistgħu jingħataw derogi temporanji għar-regoli ta' l-ikel tal-mogħoż mill-INAO.”
Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tippermettilhom li jitimgħu b'mod korrett lill-annimali f'din it-tip ta' sitwazzjoni.
Żjieda ta' paragrafi:
|
“Il-konċentrazzjoni tal-ħalib permezz ta' l-eliminazzjoni parzjali tal-parti likwida qabel il-koagulazzjoni hija projbita.” |
|
“Minbarra l-materji primi tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew proċessi jew adittivi awtorizzati fil-ħalib, u matul il-produzzjoni, huma l-ilma tat-tames, il-kulturi tal-batterji li ma jagħmlux ħsara, il-ħmira, il-moffa u l-melħ.” |
|
“Il-konservazzjoni billi l-prodott jinżamm f'temperatura negattiva jew f'atmosfera modifikata ta' ġobon frisk hija projbita.” |
|
“Il-konservazzjoni f'atmosfera modifikata tal-ġobon matul l-irifnar hija projbita.” |
|
L-użu ta' trattamenti u adittivi għal-ġobon li huma suġġetti għal regolament ġenerali. Madankollu, wieħed jista' josserva tekniki ġodda li ċertu numru minnhom jikkonċernaw trattamenti u adittivi, bħal pereżempju l-mikrofiltrazzjoni, il-konċentrazzjoni parzjali tal-ġalib jew ta' l-enżimi ta' l-irfinar, li jista' jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-ġobon ta' deniminazzjoni ta' l-oriġini. Ċerti adittivi li ġejjin minn enżimi jidhru li mhumiex kompatibbli biex iżommu l-karatteristiċi essenzjali tal-produzzjonijiet taħt AOP. |
|
Għalhekk deher neċessarju li jiġi preċiżat fl-ispeċifikazzjonijiet ta' kull denominazzjoni ta' l-oriġini, fil-punt 4-5, il-prattika attwali rigward l-użu ta' trattamenti u adittivi fuq il-ħalib u fil-produzzjoni tal-ġobon, u dan sabiex jiġi evitat fil-futur li prattika li mhix inkluża fil-qafas jista' jkollha influwenza fuq il-karatteristiċi tal-ġobon tad-denominazzjoni. |
|
Min-naħa l-oħra, l-operazzjonijiet ta' tidwir u ta' kundizzjonar ġew ippreċiżati sabiex jiġu mħarsa aħjar il-karatteristiċi tal-prodott. |
|
Fil-paragrafi 15 u 16, minflok: “iż-żjieda tal-ħmira ssir minn meta l-produtturi li jiġbru ħalib imkessaħ jirċievu l-ħalib” issir “Għall-produtturi li jiġbru l-ħalib imkessaħ […] il-ħalib huwa mmaturat minn meta jirċevuh, u ż-żjieda tal-ħmira ssir fi żmien massimu ta' 8 sigħat wara din l-immaturizzazzjoni. Għal workshops fuq farms, dan isir […] fi żmien massimu ta' 6 sigħat wara l-aħħar trattament.” |
|
Għal raġunijiet tekniċi, il-ħalib imkessaħ irid jimmatura qabel ikun miżjud bil-ħmira. Għalhekk huwa neċessarju li jiżdied żmien bejn meta jirċievu l-ħalib sa ma dan tiżdiedlu l-ħmira. |
|
Żjieda ta' paragrafu: “Għall produtturi fuq farms li jwettqu t-trasferiment tat-tratament, il-ħalib li pej mit-tħallib trasferit irid ikun immaturat u ma jridx jitkessaħ għal temperatura ta' < 10 °C.” |
|
Din id-dispożizzjoni tippermetti l-impożizzjoni ta' maturazzjoni twila tal-ħalib ta' l-ewwel tħallib u għahekk tippermetti li jiġi spjegat aħjar it-tip tal-ħalib. |
|
Fil-paragrafu 24, minflok: “bejn 28 % u 35 %” issir “Is-solidi mit-tħin iridu jkunu ta' minimu ta' 31 %.” |
|
Il-limitu ta' 28 % huwa dgħajjef wisq biex jinkiseb ġobon irfinat li għandu l-kwalità minima ta' solida mitluba. Il-limitu ta' 35 % tneħħa minħabba li dan iwassal għal ġobon xott wisq. Barra minn dan, dan mhuwiex utli għax b'hekk mhux ser ikun hemm profitti mit-tħin ta' dawn is-solidi. Għalhekk ġie kkonservat biss minimu, u konsegwentement aġġustat mill-ġdid. |
|
Fil-paragrafu 27, minflok: “il-ġobon ma jistax jinbiegħ qabel is-sitt jum wara l-jum tat-tħin” isir “Iż-żmien totali ta' l-irfinar irid ikun ta' l-anqas ta' 6 ijiem li jibdew mill-jum tat-tħin.” |
|
Iż-żmien kollu neċessarju qabel il-bejgħ jikkorrispondi għall-perjodu ta' l-irfinar tal-ġobon. Din id-dispożizzjoni miktuba mill-ġdid għandha l-għan li ssaħħaħ l-irfinar bħala kundizzjoni meħtieġa speċifika tal-produzzjoni (temperatura u umdità preċiżati). |
Tikkettar
Żjieda tal-paragrafi:
|
“Madankollu, il-gruppi ta' diversi ġobnijiet ppreżentati fl-istess pakkett u ppakkjati fuq is-sit tal-produzzjoni jista' jkollhom biss tikketta waħda meta adwn ikunu maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, fis-servizz wiesa' tad-distribuzzjoni kbira.” |
|
“Barra minn dan, fil-każ ta' bejgħ dirett, li jsir mill-produttur jew minn kwalunkwe persuna oħra taħt ir-responsabilità tiegħu, fuq il-farm jew fis-suq, kull unità tal-ġobon irid ikollha ta' l-anqas tikketta waħda. Barra dan, l-istand tal-bejgħ irid ikollu sinjal li jindika: l-isem tal-produttur u/jew ta' r-raffinatur, l-indirizz tal-post tal-produzzjoni u/jew ta' l-irfinar, l-isem tad-denominazzjoni, il-frażi denominazzjoni ta' l-oriġini kontrollata”. |
|
Ir-regola tat-tikkettar trid tiġi adattata b'mod prattiku għal kull ġobon skond it-tip ta' bejgħ, filwaqt li tinżamm l-identifikazzjoni perfetta tal-prodott. |
|
Tneħħija ta': Il-frażijiet “ġobon tal-farm” u “produzzjoni fuq il-farm” u kull frażi oħra li timplika oriġini tal-ġobon minn farm huma riservati għall-ġobon li jipi prodott minn produttur agrikolu skond it-tekniki tradizzjonali li jibdew esklussivament mill-ħalib mill-farm tiegħu stess, fl-istess post ta' dan, li dan il-ġobon ikun irfinat fuq il-farm jew minn raffinatur li jinstab fiż-żona ġeografika. |
|
Dawn il-frażijiet huma sostnuti mir-regolamentazzjoni ġenerali rigward il-ġobon u għalhekk m'għandhomx użu. |
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ROCAMADOUR”
NRU KE: FR/PDO/105/0026/29.11.2004
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tippreżenta l-elementi prinċipali ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal raġunijiet ta' informazzjoni.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru
Isem: |
Institut National de l'Origine et de la Qualité (INAO) |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(33) 153 89 80 00 |
||
Faks: |
(33) 153 89 80 60 |
||
Email: |
info@inao.gouv.fr |
2. Grupp:
Isem: |
Syndicat des Producteurs de fromages Rocamadour |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel: |
(33) 565 23 22 21 |
|||
Faks: |
(33) 565 23 22 19 |
|||
Email: |
— |
|||
Kompożizzjoni: |
produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Kategorija 1-3 ġobon
4. Speċifikazzjoni
(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1 Isem: “Rocamadour”
4.2. Deskrizzjoni: Ġobon tal-mogħża żgħir u artab ħafna, b'qoxra naturali li tikkonsisti minn strijata, kemmxejn bellusija ta' kulur abjad li jagħti fil-krema u għandu l-għamla tonda li tiżen bejn wieħed u ieħor 35 gramma. Dan jinkludi ta' l-anqas 45 gramma ta' materja grassa għal kull 100 gramma ta' ġobon wara tnixxif komplet, u l-piż totali tiegħu ta' solidi ma jridx ikun anqas minn 14-il-gramma għal kull ġobna.
4.3. Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tinfirex fuq iż-żona msejħa “des Causses” fiċ-ċentru tad-dipartiment ta' Lot li parti minnu hija konċernata, imma li jkopri wkoll parti mid-dipartimenti ta' Aveyron, ta' Corrèze, ta' Dordogne u ta' Tarn et Garonne.
Id-Dipartiment ta' Aveyron
— |
Canton (distrett awtonomu) ta' Capdenac-Gare: il-komuni ta' Balaguier-d'Olt, Causse-et-Diège, Foissac, |
— |
Canton ta' Villeneuve: il-komuni ta' Ambeyrac, La Capelle-Balaguier, Montsalès, Ols-et-Rinhodes, Saujac, Sainte-Croix, Salvagnac-Cajarc, Villeneuve, |
— |
Canton ta' Villefranche-de-Rouergue: il-komun ta' Martiel. |
Id-Dipartiment ta' Corrèze
— |
Canton ta' Larche: il-komuni ta' Chartrier-Ferrière, Chasteaux, |
— |
Canton ta' Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest: il-komuni ta' Estivals, Nespouls, |
— |
Canton ta' Meyssac: il-komun ta' Turenne. |
Id-Dipartiment ta' Dordogne
— |
Canton ta' Carlux: il-komuni ta' Cazoulès, Peyrillac-et-Millac, Orliaguet, |
— |
Canton ta' Montignac: il-komun ta' Saint-Amand-de-Coly, |
— |
Canton ta' Salignac-Eyvigues: il-komuni ta' Archignac, Borrèze, Jayac, Nadaillac, Paulin, Salignac-Eyvigues, |
— |
Canton ta' Terrasson-la-Villedieu: il-komuni ta' La Cassagne, Chavagnac, La Dornac. |
Id-Dipartiment ta' Lot
— |
Canton ta' Bretenoux: il-komuni ta' Gintrac, Prudhomat, Saint-Michel-Loubéjou, |
— |
Canton ta' Cahors Nord-Ouest: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Cahors Nord-Est: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Cahors Sud: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Cajarc: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Castelnau-Montratier: il-komuni ta' Cézac, Lhospitalet, Pern, |
— |
Canton ta' Catus: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Cazals: il-komuni ta' Arques, Gindou, |
— |
Canton ta' Figeac-Ouest: il-komuni ta' Béduer, Faycelles, |
— |
Canton ta' Gourdon: il-komuni ta' Anglars-Nozac, Gourdon, Rouffilhac, Saint-Cirq-Souillaguet, Saint-Clair, Saint-Projet, Le Vigan, |
— |
Canton ta' Gramat: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Labastide-Murat: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Lacapelle-Marival: il-komuni ta' Albiac, Anglars (biss għall-parti tal-komun li tinstab fil-punent tal-linja ffurmata mir-rotta dipartimentali 940 u mix-xmara ta' Lascurades), Aynac, Le Bourg (biss għall-parti tal-komun li tinstab fil-punent tal-linja ffurmata mir-rotta nazzjonali 140 u mir-rotta dipartimentali 940), Issendolus, Lacapelle-Marival (biss għall-parti tal-komun li tinstab fil-punent tal-linja ffurmata mir-rotta dipartimentali 940 u mir-rotta dipartimentali 218), Rudelle, Rueyres, Thémines, Théminettes, |
— |
Canton ta' Lalbenque: il-komuni d'Aujols, Bach, Belmont-Sainte-Foi, Cieurac, Cremps, Escamps, Flaujac-Poujols, Laburgade, Lalbenque, Vaylats, |
— |
Canton ta' Lauzès: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Limogne-en-Quercy: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Livernon: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Luzech: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Martel: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Montcuq: il-komuni ta' Bagat-en-Quercy, Belmontet, Le Boulvé, Fargues, Lascasbanes, Saint-Matré, Saint-Pantaléon, Saux, |
— |
Canton ta' Payrac: il-komuni ta' Calès, Fajoles, Lamothe-Fénelon, Loupiac, Nadaillac-de-Rouge, Payrac, Reilhaguet, le Roc, |
— |
Canton ta' Puy-L'Evêque: il-komuni ta' Floressas, Grézels, Lacapelle-Cabanac, Mauroux, Sérignac, Touzac, |
— |
Canton ta' Saint-Céré: il-komuni ta' Autoire, Loubressac, Mayrinhac-Lentour, Saignes, Saint-Jean-Lagineste, Saint-Jean-Lespinasse, Saint-Médard-de-Presque, |
— |
Canton ta' Saint-Germain-du-Bel-Air: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Saint-Géry: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Salviac: il-komuni ta' Dégagnac, Lavercantière, Rampoux, Salviac, Thédirac, |
— |
Canton ta' Souillac: il-komuni kollha, |
— |
Canton ta' Vayrac: il-komuni ta' Carennac, Condat, Les Quatre-Routes, Strenquels. |
Id-Dipartiment ta' Tarn-et-Garonne
— |
Canton ta' Caylus: il-komuni ta' Caylus, Lacapelle-Livron, Loze, Saint-Projet. |
4.4. Prova ta' l-oriġini: Kull operatur jimla' “dikjarazzjoni ta' ħila” irreġistrata għand is-servizzi ta' I.N.A.O. u li tippermetti li dawn ta' l-aħħar li jidentifikaw lill-operaturi kollha. Dawn iridu jippermettu aċċess lil I.N.A.O. għar-reġistri kif ukoll kull dokument neċessarju għall-kontroll ta' l-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta' produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.
Fil-qafas tal-kontroll imwettaq fuq il-karatteristiċi tal-prodott ta' denominazjzoni ta' l-oriġini, isir eżami analitiku u organolettiku sabiex jiġu żgurati l-kwalità u t-tip tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.
4.5. Il-metodu tal-kisba: Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-irfinar tal-ġobon iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika. Minħabba li dan huwa ġobon artab u li koagulazzjoni bil-mod, il-tibqit irid idum ta' l-anqas 20 siegħa b'temperatura minima ta' 18 °C li huwa obbligatorju qabel ma dan jitnixxef, u li ta' l-anqas idum 12-il siegħa. Il-melħ jintefa' mal-massa. Wara, il-baqta mnixfa u mmelħa titpoġġa fil-forom u l-ġobon ser jiġi irfinat ta' l-anqas għal 6 ijiem mit-tħin.
Il-ħalib jinkiseb mill-ħalib tal-mogħża li ġej biss mill-merħliet ta' razza Alpina jew ta' Saanen, jew minn taħlit ta' dawn iż-żewġ razez.
L-ammont totali ta' l-ikel kull jum irid ikun magħmul minn ta' l-anqas 80 % ta' ikel prodott fiż-żona ġeografika.
L-ispeċifikazzjoni teżiġi preċiżjonijiet fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib (il-merħla, l-ikel, …) u fuq il-metodu ta' kif jinkiseb il-ġobon.
L-għalf ifferementat huwa projbit fl-ikel mill-1 ta' Jannar 2010. Din il-projbizzjoni tibda tapplika mill-ewwel fil-farms il-ġodda.
4.6. Rabta: It-test ta' kuntratt miftiehem, fl-1451, bejn is-Sovran tar-reġjun, fl-epoka l-Isqof ta' Evreux, u s-sudditi tiegħu, diġà jagħmel referenza għall-ġobon ta' Rocamadour. Aktar fil-viċin, kien fl-1913 li l-President POINCARRE kellu l-pjaċir li jduq dan il-ġobon matul ikla f'ismu f'Cahors organizzata mill-Kunsill Ġenerali. Poeti u gastronomi jsemmu Rocamadour, u fix-xogħol tiegħu “Le Vieux Quercy” (Ix-Xiħ Quercy), l-arkivista tad-djoċeżi korrispondenti għall-Ministeru ta' l-Istruzzjoni Pubblika, fl-1929 jikteb li “Huma biss il-Causses ta' Rocamadour li għandhom ġobon ta' togħma raffinata u partikolari li mhux magħruf fir-reġjuni l-oħra”.
Sa mis-Seklu 15, id-dokumenti ta' l-epoka u partikolarment il-kuntratt imsemmi qabel, jindikaw li “l-vaur u l-fama tal-ġobon ta' Rocamadour huma r-riżultat tan-natura tal-pjanti aromatiċi li jirgħu minnhom l-annimali tal-ħalib, u wkoll mill-mod kif dan huwa ppreparat”.
Din l-affermazzjoni għadha valida sal-lum. Il-Causses ta' Quercy, ikkaratterizzati minn artijiet bit-tafal u aridi, jikkostitwixxu żona oriġinali, minħabba l-ispeċifikazjzonijeit ġeoloġiċi, klimatiċi u veġetali. Meta territorju uniku jitlaqqa' ma' għarfien awtentiku li ilu għaddej tradizzjonalment matul is-sekli, il-prodott huwa dan il-ġobon tipiku u ta' togħma raffinata li huwa Rocamadour.
4.7. Struttura ta' kontroll:
Isem: |
Institut national des Appellations d'Origine (INAO) |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(33) 153 89 80 00 |
||
Faks: |
(33) 153 89 80 60 |
||
Email: |
info@inao.gouv.fr |
L'Institut National des Appellations d'Origine (l-Istitut Nazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini) huwa stabbiliment pubbliku b'xogħol amministrattiv, li jgawdi personalità ċivili, u li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura.
Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' l-oriġini huwa r-responsabilità ta' l-INAO.
Jekk il-limiti taż-żona ġeografika jew xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-produzzjoni ma jiġux rispettati, dan iwassal għall-projbizzjoni ta' l-użu, taħt kwalunkwe forma u għal kwalunkwe raġuni, ta' l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini.
Isem: |
Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF) |
||
Indirizz: |
|
||
Tel: |
(33) 144 87 17 17 |
||
Faks: |
(33) 144 97 30 37 |
||
Email: |
C3@dgccrf.finances.gouv.fr |
Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru għall-Ekonomija, Finanzi u l-Industrija.
4.8. Tikkettar: Il-ġobon Rocamadour ma jistax jinbiegħ jew jiġi ppreżentat għall-konsum jekk ma jkollux it-tikketta b'dijametru ta' 4 ċm li jkollha l-isem “ROCAMADOUR” u l-frażi “Denominazzjoni ta' l-Oriġini Kontrollata”.
Madankollu, gruppi ta' diversi ġobnijiet fl-istess pakkett u ppakkjati fuq is-sit tal-produzzjoni jista' jkollhom tikketta waħda biss minħabba li dawn ijunu ser jinbiegħu lill-konsumatur finali, fis-servizz wiesa' tad-distribuzzjoni kbira.
Barra minn dan, fil-każ ta' bejgħ dirett, li jsir mill-produttur jew minn kwalunkwe persuna oħra taħt ir-responsabilità tiegħu, fuq il-farm jew fis-suq, kull unità tal-ġobon irid ikollha ta' l-anqas tikketta waħda. Barra dan, l-istand tal-bejgħ irid ikollu sinjal li jindika: l-isem tal-produttur u/jew tar-raffinatur, l-indirizz tal-post tal-produzzjoni u/jew ta' l-irfinar, l-isem tad-denominazzjoni, il-frażi “denominazzjoni ta' l-oriġini kontrollata”.
Barra minn dan, huwa obbligatorju li jitwaħħal il-logo bl-ittri INAO.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.