ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
23 ta' Novembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 280/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4157 — Wendel Investissement/Groupe Materis) ( 1 )

1

2007/C 280/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4887 — Doosan/Bobcat) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2007/C 280/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2

 

Kummissjoni

2007/C 280/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

2007/C 280/05

Komunikazzjoni Addizzjonali

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 280/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 90/396/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass ( 1 )

5

2007/C 280/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 280/08

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri kontra d-dumping u ta' kontrobilanċ

18

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 280/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4965 — Arques/Skandinavische Actebis-Landesgesellschaften) ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 280/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4157 — Wendel Investissement/Groupe Materis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 280/01)

Fit-30 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32006M4157. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4887 — Doosan/Bobcat)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 280/02)

Fid-19 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4887. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2007

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2007/C 280/03)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(3)

Il-Gvern Belġjan informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Belġjan fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jispiċċa fil-31 ta' Mejju 2011.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Marc LEEMANS ta' nazzjonalità Belġjana, imwieled fl-1 ta' Ottubru 1958, għandu jkun maħtur membru tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sur Maarten ROGGEMAN għall-perijodu mill-24 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta' Mejju 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-Presidenta

M. DE LURDES RODRIGUES


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 134, 16.6.2007, p. 6.


Kummissjoni

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-22 ta' Novembru 2007

(2007/C 280/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4829

JPY

Yen Ġappuniż

161,22

DKK

Krona Daniża

7,4549

GBP

Lira Sterlina

0,71855

SEK

Krona Żvediża

9,3290

CHF

Frank Żvizzeru

1,6352

ISK

Krona Iżlandiża

93,52

NOK

Krona Norveġiża

8,0255

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

26,765

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

256,64

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6992

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6875

RON

Leu Rumen

3,6405

SKK

Krona Slovakka

33,469

TRY

Lira Turka

1,7773

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7011

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4628

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5358

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9674

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1515

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 384,44

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0774

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,9950

HRK

Kuna Kroata

7,3300

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 910,34

MYR

Ringgit Malażjan

5,0159

PHP

Peso Filippin

64,061

RUB

Rouble Russu

36,0820

THB

Baht Tajlandiż

46,568


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/4


KOMUNIKAZZJONI ADDIZZJONALI

(2007/C 280/05)

Il-Komunikazzjoni addizzjonali ta' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2007/C/275/05 (1) dwar il-kwantità disponibbli għall-ewwel semestru ta' l-2008 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti li fetħet il-Komunità gћall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda…[Anness I.I, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2)].


(1)  ĠU C 275, 16.11.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8).


ANNESS I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4205

175 001

09.4206

460 000


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 90/396/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

(2007/C 280/06)

ESO (1)

Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat

(u d-dokument ta' referenza)

Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit

(Nota 1)

CEN

EN 26:1997

Ħiters ta' l-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass għall-produzzjoni ta' użijiet sanitarji, li jkollhom magħhom berners atmosferiċi (Inkluż Corrigendum 1998)

 

EN 26:1997/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(18.7.2001)

EN 26:1997/A3:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

EN 26:1997/AC:1998

 

 

CEN

EN 30-1-1:1998

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu fjuwil mill-gass — Parti 1-1: Sigurtà — Ġenerali

 

EN 30-1-1:1998/A1:1999

Nota 3

Data skaduta

(30.9.1999)

EN 30-1-1:1998/A2:2003

Nota 3

Data skaduta

(29.2.2004)

EN 30-1-1:1998/A3:2005

Nota 3

Data skaduta

(31.12.2005)

EN 30-1-1:1998/A2:2003/AC:2004

 

 

CEN

EN 30-1-2:1999

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass — Parti 1-2: Sigurtà — Appliances having forced-convection ovens and/or grills

 

CEN

EN 30-1-3:2003+A1:2006

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass — Parti 1-3: Sigurtà — Apparati li għandhom pjanċa taċ-ċeramika tal-ħġieġ li żżomm l-ikel sħun

EN 30-1-3:2003

Data skaduta

(30.6.2007)

CEN

EN 30-1-4:2002

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass — Parti 1-4: Sigurtà — Apparati li għandhom berner jew aktar b'sistema awtomatika ta' kontroll tal-berners

 

EN 30-1-4:2002/A1:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

CEN

EN 30-2-1:1998

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass — Parti 2-1: Użu razzjonali ta' enerġija — Ġenerali

 

EN 30-2-1:1998/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

EN 30-2-1:1998/A2:2005

Nota 3

Data skaduta

(11.11.2005)

EN 30-2-1:1998/A1:2003/AC:2004

 

 

CEN

EN 30-2-2:1999

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass — Parti 2-2: Użu razzjonali ta' enerġija — Apparati li għandhom fran u/jew grills li joperaw b'konvezzjoni furzata

 

CEN

EN 88:1991

Regolaturi tal-pressjoni għal apparati tal-gass meta l-pressjoni tad-dħul titla' sa 200 mbar

 

EN 88:1991/A1:1996

Nota 3

Data skaduta

(17.7.1997)

CEN

EN 89:1999

Ħiters għall-ħżin ta' l-ilma li jaħdmu bil-gass għall-produzzjoni ta' ilma sħun fid-djar

 

EN 89:1999/A1:1999

Nota 3

Data skaduta

(17.10.2000)

EN 89:1999/A2:2000

Nota 3

Data skaduta

(18.7.2001)

EN 89:1999/A3:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

EN 89:1999/A4:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

CEN

EN 125:1991

Apparati li jikkontrollaw il-fjamma f'apparati li jaħarqu l-gass — Apparati li jikkontrollaw fjammi termo-elettriċi

 

EN 125:1991/A1:1996

Nota 3

Data skaduta

(17.7.1997)

CEN

EN 126:2004

Kontrolli multifunzjonali għal apparati li jaħarqu l-gass

EN 126:1995

Data skaduta

(10.12.2004)

CEN

EN 161:2007

Valvs li jingħalqu awtomatikament għal berners tal-gass u apparati tal-gass

EN 161:2001

Data skaduta

(31.7.2007)

CEN

EN 203-1:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 1: Rekwiżiti ta' sigurtà

EN 203-1:1992

31.12.2008

CEN

EN 203-2-1:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-1: Rekwiżiti speċifiċi — Berners miftuħin u berners wok

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-2:2006

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-2: Rekwiżiti speċifici — Fran

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-3:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-3: Rekwiżiti speċifiċi — Kzazel għat-togħlija

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-4:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-4: Rekwiżiti speċifiċi — Kzazel għall-qali

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-6:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-6: Rekwiżiti speċifiċi — Ħiters ta' ilma sħun għax xorb

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-7:2007

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-7: Rekwiżiti speċifiċi — Pjanċi tal-metall għat-tħammir tal-qoxra ta' l-ikel u apparati għax-xiwi tal-laħam fuq seffud idur

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-8:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-8: Rekwiżiti speċifiċi — Kzazel brat u paëlla

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-9:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-9 : Rekwiżiti speċifiċi — Superfiċji solidi, superfiċji għat-tisħin u pjanċi tal-metall għall-kejkijiet

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-10:2007

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-10: Rekwiżiti speċifici — Grills li jaħdmu bil-faħam

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 203-2-11:2006

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment ta' l-ikel — Parti 2-2: Rekwiżiti speċifici — Kukers ta' l-għaġin

EN 203-2:1995

31.12.2008

CEN

EN 257:1992

Termostats mekkaniċi għal apparati li jaħarqu l-gass

 

EN 257:1992/A1:1996

Nota 3

Data skaduta

(17.7.1997)

CEN

EN 297:1994

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Bajli tat-tip B11 u B11BS li għandhom berners atmosferiċi li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

EN 297:1994/A3:1996

Nota 3

Data skaduta

(24.2.1998)

EN 297:1994/A5:1998

Nota 3

Data skaduta

(31.12.1998)

EN 297:1994/A2:1996

Nota 3

Data skaduta

(29.10.2002)

EN 297:1994/A6:2003

Nota 3

Data skaduta

(23.12.2003)

EN 297:1994/A4:2004

Nota 3

Data skaduta

(11.6.2005)

EN 297:1994/A2:1996/AC:2006

 

 

CEN

EN 298:2003

Sistemi ta' kontroll awtomatiku ta' berners tal-gass għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass li jkollhom jew ma jkollhomx fannijiet

EN 298:1993

Data skaduta

(30.9.2006)

CEN

EN 303-3:1998

Bajli tat-tisħin — Parti 3: Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Muntatura magħmula minn korp ta' bajla u berner b'kurrent furzat

 

EN 303-3:1998/A2:2004

Nota 3

Data skaduta

(11.6.2005)

EN 303-3:1998/AC:2006

 

 

CEN

EN 303-7:2006

Bajli tat-tisħin — Parti 7: Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali fornuti b'berner b'kurrent furzat li jiġġeneraw ħruġ ta' sħana nominali li ma taqbiżx l-1000 kW

 

CEN

EN 377:1993

Lubrikanti għal applikazzjonijiet f'apparati u kontrolli assoċjati li jużaw gassijiet kombustibbli minbarra dawk iddisinjati biex jintużaw fi proċessi industrijali

 

EN 377:1993/A1:1996

Nota 3

Data skaduta

(11.6.2005)

CEN

EN 416-1:1999

Ħiters li jopera bil-gass b'berner wieħed u b'tubu li jirradja sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 1: Sigurtà

 

EN 416-1:1999/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(18.7.2001)

EN 416-1:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 416-1:1999/A3:2002

Nota 3

Data skaduta

(31.10.2002)

CEN

EN 416-2:2006

Ħiters li jopera bil-gass b'berner wieħed u b'tubu li jirradja sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

CEN

EN 419-1:1999

Ħiters luminużi mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jirradjaw is-sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 1: Sigurtà

 

EN 419-1:1999/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(18.7.2001)

EN 419-1:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 419-1:1999/A3:2002

Nota 3

Data skaduta

(9.9.2003)

CEN

EN 419-2:2006

Ħiters luminużi mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jirradjaw is-sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

CEN

EN 437:2003

Gassijiet għall-ittetsjar — Pressjonijiet għat-test — Kategoriji ta' applikazzjoni

EN 437:1993

Data skaduta

(23.12.2003)

CEN

EN 449:2002

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Ħiters ta' l-ispazju mhux domestiċi bla tromba (fosthom ħiters li jaħdmu b'kombustjoni katalittika diffusiva)

EN 449:1996

Data skaduta

(2.7.2003)

CEN

EN 461:1999

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Ħiters ta' l-ispazju bla tromba mhux domestiċi li ma jaqbżux l-10 kW

 

EN 461:1999/A1:2004

Nota 3

Data skaduta

(30.9.2004)

CEN

EN 483:1999

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Bajli tat-tip C li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

EN 483:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 483:1999/A2:2001/AC:2006

 

 

CEN

EN 484:1997

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Pjanċi tal-metall ċatti indipendenti li jżommu l-ikel sħun, fosthom dawk li jinkorporaw grilja għal użu fil-beraħ

 

CEN

EN 497:1997

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Berners għal skopijiet diversi li jgħallu l-ilma għal użu fil-beraħ

 

CEN

EN 498:1997

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Barbikjus għal użu fil-beraħ

 

CEN

EN 509:1999

Apparati dekorattivi li jaħdmu bil-gass u jħallu effett ta' fjuwil

 

EN 509:1999/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(31.12.2003)

EN 509:1999/A2:2004

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2005)

CEN

EN 521: 2006

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Apparati li jistgħu jinġarru li joħolqu pressjoni bil-fwar u jaħdmu b'LPG

EN 521:1998

Data skaduta

(31.8.2006)

CEN

EN 525:1997

Ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni furzata għat-tisħin ta' spazji, li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ta' 300 kW

 

CEN

EN 549:1994

Materjal tal-lastku għal siġilli u dijaframmi għal apparati li jaħdmu bil-gass u tagħmir li jaħdem bil-gass

EN 291:1992

EN 279:1991

Data skaduta

(31.12.1995)

CEN

EN 613:2000

Ħiters li jaħdmu b'konvezzjoni indipendenti li titħaddem bil-gass

 

EN 613:2000/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(23.12.2003)

CEN

EN 621:1998

Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, bla fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni

 

EN 621:1998/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2002)

CEN

EN 624:2000

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Tagħmir ta' tisħin ta' spazju fil-magħluq issiġillat biex ikun stallat f'vetturi u dgħajjes

 

CEN

EN 625:1995

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjoni ta' ilma sħun domestiku ta' bajli kombinati li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

CEN

EN 656:1999

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Bajli tat-tip B li jiġġeneraw sħana li taqbeż is-70 kW iżda li ma taqbiżx it-300 kW

 

CEN

EN 676:2003

Berners awtomatiċi li jgħaddi minnhom kurrent sfurzat għal fjuwils gassużi

EN 676:1996

Data skaduta

(8.4.2004)

CEN

EN 677:1998

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Rekwiżiti speċifiċi għal bajli kondensaturi li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

CEN

EN 732:1998

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Friġis li jaħdmu bil-gass

 

CEN

EN 751-1:1996

Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet ta' l-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun — Parti 1: Komposti li jgħaqqdu anerobiċi

 

CEN

EN 751-2:1996

Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet ta' l-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun — Parti 2: Komposti li jgħaqqdu li ma jitwebbsux

 

CEN

EN 751-3:1996

Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet ta' l-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun — Parti 3: Tejps lixxi PTFE

 

EN 751-3:1996/AC:1997

 

 

CEN

EN 777-1:1999

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner wieħed u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 1: Sistema D, Sigurtà

 

EN 777-1:1999/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.8.2001)

EN 777-1:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 777-1:1999/A3:2002

Nota 3

Data skaduta

(31.10.2002)

CEN

EN 777-2:1999

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner wieħed u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 2: Sistema E, Sigurtà

 

EN 777-2:1999/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.8.2001)

EN 777-2:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 777-2:1999/A3:2002

Nota 3

Data skaduta

(31.10.2002)

CEN

EN 777-3:1999

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner wieħed u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 3: Sistema F, Sigurtà

 

EN 777-3:1999/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.8.2001)

EN 777-3:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 777-3:1999/A3:2002

Nota 3

Data skaduta

(31.10.2002)

CEN

EN 777-4:1999

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner wieħed u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli — Parti 4: Sistema H, Sigurtà

 

EN 777-4:1999/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.8.2001)

EN 777-4:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 777-4:1999/A3:2002

Nota 3

Data skaduta

(31.10.2002)

CEN

EN 778:1998

Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, bla fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni

 

EN 778:1998/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2002)

CEN

EN 1020:1997

Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, li fihom fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni

 

EN 1020:1997/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2002)

CEN

EN 1106:2001

Vitijiet li jitħaddmu bl-idejn għal apparati li jaħarqu l-gass

 

CEN

EN 1196:1998

Ħiters ta' arja domestiċi u mhux domestiċi li joperaw bil-gass — Rekwiżiti supplementari għal ħiters ta' l-arja

 

CEN

EN 1266:2002

Ħiters li jaħdmu b'konvezzjoni indipendenti li titħaddem bil-gass li jinkorporaw fann biex jgħin il-mogħdija ta' arja u/jew gass li jgħaddi minn tubu bi proċess ta' kombustjoni

 

EN 1266:2002/A1:2005

Nota 3

Data skaduta

(28.2.2006)

CEN

EN 1319:1998

Ħiters domestiċi li joperaw bil-gass u jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni furzata għat-tisħin ta' spazji, b'berners bil-fann li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ta' 70 kW

 

EN 1319:1998/A2:1999

Nota 3

Data skaduta

(17.10.2000)

EN 1319:1998/A1:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.3.2002)

CEN

EN 1458-1:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B22D u B23D li jitqabbdu bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW — Parti 1: Sigurtà

 

CEN

EN 1458-2:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B22D u B23D li jitqabbdu bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW — Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

CEN

EN 1596:1998

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Ħiters ta' l-arja mhux domestiċi mobbli u jistgħu jinġarru li joperaw b'konvezzjoni diretta furzata

 

EN 1596:1998/A1:2004

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

CEN

EN 1643:2000

Sistemi li jippruvaw valvs għal valvs li jingħalqu awtomatikament għal berners tal-gass u apparati tal-gass

 

CEN

EN 1854:2006

Apparati li jħossu l-qawwa tal-pressjoni għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass

EN 1854:1997

Data skaduta

(4.11.2006)

CEN

EN 12067-1:1998

Kontrolli li jirregolaw il-proporzjon ta' gass ma' arja għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass — Parti 1: Tipi pnewmatiċi

 

EN 12067-1:1998/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(23.12.2003)

CEN

EN 12067-2:2004

Kontrolli li jirregolaw il-proporzjon ta' gass ma' arja għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass — Parti 2: Tipi elettroniċi

 

CEN

EN 12078:1998

Regolaturi zero għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass

 

CEN

EN 12244-1:1998

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jitqabbdu direttament bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW — Parti 1: Sigurtà

 

CEN

EN 12244-2:1998

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jitqabbdu direttament bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW — Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

CEN

EN 12309-1:1999

Apparati ta' arja kondizzjonata li jaħdmu bil-gass fejn il-molekuli tar-refriġerant jinħallu f'likwidu jew jibqgħu fil-wiċċ ta' struttura solida u/jew pompi li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW — Parti 1: Sigurtà

 

CEN

EN 12309-2:2000

Apparati ta' arja kondizzjonata li jaħdmu bil-gass fejn il-molekuli tar-refriġerant jinħallu f'likwidu jew jibqgħu fil-wiċċ ta' struttura solida u/jew pompi li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW — Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

CEN

EN 12669:2000

Apparati li joperaw bil-gass u jkabbru l-kurrent ta' arja sħuna biex jintużaw f'serer u fit-tisħin supplementari ta' spazji mhux domestiċi

 

CEN

EN 12752-1:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B li jitqabbdu bil-gass li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW — Parti 1: Sigurtà

 

CEN

EN 12752-2:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B li jitqabbdu bil-gass li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW — Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

CEN

EN 12864:2001

Regolaturi ta' pressjoni baxxa, mhux aġġustabbli, li għandhom ħruġ massimu ta' pressjoni inqas minn jew ugwali 200 mbar, b'kapaċità inqas minn jew ugwali għal 4 kg/h, u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butanu, propanu jew taħlitiet tagħhom

 

EN 12864:2001/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

EN 12864:2001/A2:2005

Nota 3

Data skaduta

(28.2.2006)

CEN

EN 13278:2003

Ħiters indipendenti bil-quddiem miftuħ li jaħdmu bil-gass fi spazji miftuħin

 

CEN

EN 13611:2000

Apparati ta' sigurtà u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass — Rekwiżiti ġenerali

 

EN 13611:2000/A1:2004

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2005)

CEN

EN 13785:2005

Regolaturi li għandhom kapaċità sa 100 kg/h, li l-pressjoni massima nominali ta' ħruġ tagħhom tasal sa 4 bar, minbarra dawk koperti minn EN 12864 u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butan, propanu jew taħlitiet tagħhom

 

EN 13785:2005/AC:2007

 

 

CEN

EN 13786:2004

Valvs li jaqilbu awtomatikament li għandhom ħruġ massimu ta' pressjoni sa 4 bar b'kapaċità sa 100 kg/h, u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butanu, propanu u t-taħlitiet tagħhom

 

CEN

EN 13836:2006

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali — Bajli tat-tip B li jiġġeneraw sħana nominali aktar minn 300 kW li ma taqbiżx l-1 000 kW

 

CEN

EN 14438:2006

Apparat addizzjonali li jaħdem bil-gass għat-tisħin ta' aktar minn kamra waħda

 

CEN

EN 14543:2005

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG — Ħiters konnessi ma' umbrelel tax-xemx għal terrazzini — Ħiters radjanti bla tromba biex jintużaw f'zoni fil-beraħ jew ventilati tajjeb ħafna

 

CEN

EN 15033:2006

Hiters ta' l-ilma ssiġillati għall-użu ta' ħażna fi kmamar għall-produzzjoni ta' ilma sħun sanitarju bl-użu ta' LPG għal vetturi u dgħajjes

 

Nota 1

Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

Nota 3

F' każ ta' emendi, l-istandard ta' referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f' EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3).

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f':

http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar :

CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, Tel. (32-2) 550 08 11; fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cenorm.be)

CENELEC: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, Tel. (32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel. (33) 492 94 42 00 ; fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org)

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 280/07)

Għajnuna Nru

XR 140/07

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

87(3)(a), 87(3)(c)

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Καθεστώς ενισχύσεων για πολύ μικρές επιχειρήσεις δευτερογενούς και τριτογενούς τομέα, σε μέλη αγροτικού νοικοκυριού και σε κατοίκους ή μη της υπαίθρου, στο πλαίσιο εφαρμογής Μέτρων του Άξονα 3 και 4 του Προγράμματος Αγροτικής Ανάπτυξης της Ελλάδας 2007-2013/kathestos enisxyseon gia poly mikres epixeiriseis defterogenous kai tritogenous tomea se meli agrotikou noikokyriou kai se katoikous i mi tis ypaithrou, sto plasio efarmogis metron tou axona 3 kai 4 tou Programmatos agrotikis anaptyxis tis Elladas 2007-2013

Bażi legali

Ν. 2065/92, άρθρο 39 παρ. 10 (ΦΕΚ 113/Α'/92) «περί εγκρίσεως οικονομικών ενισχύσεων από τους Υπουργούς Οικονομικών και Γεωργίας»

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

163,3 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης, Υπηρεσία Διαχείρισης ΕΠΑ Αγροτική Ανάπτυξη/Ypourgeio Agrotikis Anaptyxis, Ypireisia Diaxeirisis EPA Agrotiki Anaptyxi

Τηλ. (30) 210 527 50 83

E-mail: vskandalis@mnec.gr

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.agrotikianaptixi.gr

Aktar informazzjoni


Għajnuna Nru

XR 165/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Łódzkie

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Program pomocy regionalnej miasta Łodzi na wspieranie nowych inwestycji i tworzenie związanych z nimi nowych miejsc pracy przy wykorzystaniu nowoczesnych technologii

Bażi legali

Art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (Dz.U. z 2006 r. nr 121, poz. 844, z późn. zm.)

Uchwała nr VIII/138/07 Rady Miejskiej w Łodzi z dnia 28 marca 2007 r. w sprawie zwolnień od podatku od nieruchomości w ramach pomocy regionalnej na wspieranie nowych inwestycji i tworzenie związanych z nimi nowych miejsc pracy przy wykorzystaniu nowoczesnych technologii

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

2 miljun PLN

Intensità massima ta' l-għajnuna

50 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

9.6.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Rada Miejska w Łodzi, Prezydent Miasta Łodzi

Kontakt: Michał Łyczek — Z-ca Dyrektora Wydziału Finansowego

Adres: ul. Piotrkowska 104, PL-90-004 Łódź

Tel. (48-42) 638 47 10

E-mail: m.lyczek@uml.lodz.pl

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://bip.uml.lodz.pl/_plik.php?id=8332

Informazzjoni ohra


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/18


Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri kontra d-dumping u ta' kontrobilanċ

(2007/C 280/08)

Wara li ġie ppubblikat avviż ta' skadenza imminenti (1), li ma wassal għal ebda talba għar-reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri kontra d-dumping u ta' kontrobilanċ imsemmija isfel ser jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż qiegħed jiġi ppubblikat b'konformità ma' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-importazzjoni dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) u ma' l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni mill-importazzjoni ssussidjata minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (3).

Konsegwentement intemmet l-analiżi interim parzjali li kienet inbdiet skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 intiża biex teżamina l-eżistenza u l-livell ta' ċerti sussidji (4).

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Ħajt minsuġ tal-filament tal-poliester (PTY)

L-Indja

Dazju anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2093/2002 (ĠU L 323, 28.11.2002, p. 1)

29.11.2007

Ħajt minsuġ tal-filament tal-poliester (PTY)

L-Indja

Dazju ta' kontrobilanċ

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2094/2002 (ĠU L 323, 28.11.2002, p. 21)

29.11.2007


(1)  ĠU C 52, 7.3.2007, p. 16.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(3)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12)

(4)  ĠU C 210, 8.9.2007, p. 5.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4965 — Arques/Skandinavische Actebis-Landesgesellschaften)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 280/09)

1.

Fis-16 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħhu l-impriża Arques Industries AG (“Arques”, il-Ġermanja) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-intier ta' l-impriżi Actebis Computer A/S (id-Danimarka), Actebis Computer A/S (in-Norveġja) u Actebis Computer AB (l-Iżvezja) (flimkien “Actebis Scandinavian companies”) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Arques u l-kumpaniji affiljati magħha: Ristrutturar tal-kumpaniji; bejgħ bl-ingrossa u bejgħ mill-ġdid ta' prodotti tat-teknoloġija ta' l-informatika, prodotti għall-immuntar tat-teknoloġija ta' l-informatika;

għal Actebis Scandinavian companies: bejgħ bl-ingrossa ta' prodotti tat-teknoloġija ta' l-informatika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4965 — Arques/Skandinavische Actebis-Landesgesellschaften, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 280/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

(2007/C 280/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

Applikazzjoni għal emenda skond l-Artikoli 11 u 19(3)

“PANELLETS”

Nru tal-KE: ES/TSG/107/0018/29.10.2003

1.   Grupp applikant:

Isem:

Federació Catalana de Patisseria

Indirizz:

Avda Gaudí 28, 1o 2a

Tel.:

(34) 93 34 80 90 47

Faks:

(34) 93 436 28 46

Posta elettronika:

2.   Stat Membru jew Pajjiż terz

Spanja

3.   Intestatura ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott milquta mill-modifika

Image

Isem il-prodott

Image

Riżerva ta' l-isem (skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006)

X

Deskrizzjoni u metodu tal-produzzjoni

X

Deskrizzjoni tal-prodott

X

Oħrajn: Emenda tar-rekwiżiti minimi u tal-proċeduri ta' kontroll ta' l-ispeċifiċità tal-prodott.

4.   Tip ta' emenda/i

X.

Emenda ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' l-ispeċjalità tradizzjonali garantita

Image

Modifika temporanja ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006) — (agħti provi ta' l-eżistenza ta' dawn il-miżuri)

5.   Modifiki:

5.1.   Deskrizzjoni u metodu tal-produzzjoni

Dan il-prodott tipiku huwa ħafna aktar varjat milli jidher mid-deskrizzjoni mogħtija fl-ispeċifikazzjoni oriġinali mressqa lill-Kummissjoni, billi hemm firxa wiesgħa ta' metodi lokali ta' produzzjoni li jżewqu l-prodott.

Panellets magħmulin minn marżipan bażiku

Il-lista tal-panellets mhijiex eżawrjenti: id-deskrizzjonijiet tat-tipi differenti ta' panellets huma biss gwida ġenerali, billi kull dulċier ikollu l-istil tiegħu li jiġi rifless fil-prodott, filwaqt li jżomm il-karatteristiċi bażiċi li jiddefinixxu l-prodott f'termini ta' ingredjenti u togħma.

Panellets tal-ġewż ta' l-Indi (coconut)

L-“abjad tal-bajd” tinbidel b'“bajd sħiħ”.

Panellets tal-ġellewż

L-“abjad tal-bajd” tinbidel b'“bajd sħiħ”.

Panellets magħmulin minn marżipan oħxon

L-“abjad tal-bajd” tinbidel b'“bajd sħiħ”.

Is-sostituzzjoni ta' “abjad tal-bajd” għal “bajd sħiħ, kif ukoll l-ilma fejn meħtieġ” hija dovuta għall-fatt li, wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Panellets fil-ĠUUE, ħafna dulċiera artiġjani stqarrew li fl-esperjenza tagħhom, l-abjad tal-bajd iwassal għal panellets li jkunu xotti wisq.

Il-bajd sħiħ (l-abjad u l-isfar) ma għandux l-istess effett peress li l-prodott iżommu umdu filwaqt li jagħtih it-togħma, u b'hekk iwassal għal panellets b'forma regolari u b'dehra li taqbel ma' dak li jfittex il-konsumatur f'dan il-prodott. Barra minn hekk, iż-żejt fil-lewż li jintuża biex isir il-marżipan bażiku jew il-varjetajiet differenti ta' panellet jista' jirriżulta f'għaġina ratba wisq (skond il-proporzjon ta' żejt li l-lewż ikun fih, il-varjetà, l-età, il-ħsad, eċċ). Iż-żieda tal-bajd sħiħ (l-abjad u l-isfar) tpatti għal dan l-effett u tagħti prodott aktar stabbli.

5.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

Karatteristiċi fiżiko-kimiċi:

 

Hija pprojbita biss iż-żieda ta' koloranti artifiċjali, u għaldaqstant, iż-żieda ta' koloranti naturali hija permessa. Dan kien żball fl-ispeċifikazzjoni, u nqisu li din il-modifika ma għandhiex tqajjem problemi għax ma tolqot la l-kwalità u lanqas in-natura tradizzjonali ta' dan il-prodott artiġjanali. Diversi studji wrew li l-aċċettabbiltà ta' prodott ta' l-ikel mill-konsumatur tiddependi ħafna mid-dehra tiegħu, u għaldaqstant minn lewnu wkoll. Din hija l-ġustifikazzjoni ewlenija għall-użu ta' koloranti fl-ikel. Il-koloranti ma jtejbux il-kwalità tal-prodott f'termini ta' preżervazzjoni jew valur alimentari, iżda jiżdiedu biss biex itejbu d-dehra tiegħu u jagħmluh iħajru aktar, jew biex iroddu lura l-kulur li jkun intilef matul il-proċess ta' produzzjoni. Billi l-panellet huwa prodott artiġjanali, huwa soġġett għal aktar varjabbiltà sensorjali mill-prodotti industrijali. Għalhekk, l-artiġjani jqisu mill-aktar meħtieġ l-użu ta' koloranti naturali abbażi tal-frott u l-ħxejjex, li jikkoreġu kwalunkwe telf ta' kulur li jkun sar matul il-proċess ta' produzzjoni, iżda mhux l-użu ta' koloranti artifiċjali, li jolqtu ħażin il-kwalità tal-prodott.

5.3.   Rekwiżiti minimi u proċeduri ta' kontroll ta' l-ispeċifiċità tal-prodott

Tneħħija tal-kliem “ta' kuljum” mir-reġistru ta' produzzjoni

It-tneħħija tar-referenza temporali “ta' kuljum” mir-reġistru tal-produzzjoni tal-panellets hija ġġustifikata mill-proċess ta' produzzjoni nnifsu, li jsir f'żewġ fażijiet konsekuttivi u definiti bis-sħiħ. Fl-ewwel fażi jiġu prodotti l-marżipan bażiku u l-marżipan fin. Din il-fażi tista' ddum jum jew aktar, skond il-volum ta' produzzjoni ta' l-artiġjan ikkonċernat. Wara dan tibda t-tieni fażi, fejn jiġu prodotti d-diversi varjetajiet tal-panellets. Għaldaqstant, id-dulċiera artiġjani huma tal-fehma li ma jagħmilx sens li jissemma reġistru tal-produzzjoni ta' kuljum ta' panellets, għax minkejja li dawn huma l-prodott aħħari, il-proċess tal-produzzjoni jibda jum jew ftit jiem qabel, meta jinkiseb il-marżipan bażiku.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AĠĠORNATA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

“PANELLETS”

Nru tal-KE: ES/TSG/107/0018/29.10.2003

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación.

Indirizz:

Paseo Infanta Isabel, 1

E-28071 Madrid

Tel.:

(34) 913 47 53 97 — (34) 913 47 52 98

Faks:

(34) 913 47 54 10 — (34) 913 47 51 70

Posta elettronika:

sgcaproagro@mapya.es

2.   Grupp:

Isem:

Federació Catalana de Pastisseria

Indirizz:

Avda Gaudí 28, 1o, 2a

E-08025 Barcelone

Tel.:

(34) 93 348 09 47

Faks:

(34) 93 436 28 46

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 2.3: Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini.

4.   Speċifikazzjoni:

4.1.   Isem: “Panellets”

4.2.   Deskrizzjoni u metodu ta' produzzjoni: Il-panellets huma pastini li jkollhom diversi forom, magħmulin essenzjalment mill-marżipan u minn ingredjenti li jagħtu togħmiet u aromi karatteristiċi lill-prodott.

Hemm firxa wiesgħa ta' panellets magħmulin minn tliet tipi differenti ta' marżipan: marżipan bażiku, marżipan oħxon u marżipan fin.

Fil-varjetajiet tal-panellets li jkunu bil-frott, jistgħu jiżdiedu ma' l-għaġina prodotti tal-frott (ġammijiet u marmellati), kif ukoll aromi biex iqawwu t-togħma. Fil-każijiet kollha, iż-żieda ta' lamtu (tal-patata jew tal-patata ħelwa), tat-tuffieħ, ta' preżervattivi jew ta' koloranti artifiċjali hija pprojbita.

PANELLETS MAGĦMULIN MINN MARŻIPAN BAŻIKU

Hawn isfel tingħata deskrizzjoni tal-varjetajiet l-aktar komuni ta' panellets. Il-lista mhijiex eżawrjenti: id-deskrizzjonijiet tat-tipi differenti ta' panellets huma biss gwida ġenerali, billi kull dulċier ikollu l-istil tiegħu li jiġi rifless fil-prodott, filwaqt li jżomm il-karatteristiċi bażiċi li jiddefinixxu l-prodott f'termini ta' ingredjenti u togħma.

Il-marżipan bażiku jsir billi jiżdied, għal kull kilo lewż imqaxxar u mitħun, kilo zokkor u bajd sħiħ, kif ukoll l-ilma fejn meħtieġ. It-taħlita tintgħaġen sew u titħalla toqgħod għal madwar 24 siegħa sakemm il-konsistenza ssir omoġenja. Wara dan, l-għaġina jingħatawlha l-forom diversi u jiżdidulha t-togħmiet. Jista' jintuża proporzjon ogħla ta' lewż minn dak indikat. Il-varjetarjiet l-aktar komuni ta' panellets huma:

Għal kull kilo ta' marżipan bażiku, jiżdidulu 10 g qoxra maħkuka ta' lumija. Porzjonijiet ta' madwar 20 g jinksew totalment b'ġewż ta' l-arżnu mxarrab bil-bajd. Tingħatalhom forma ta' ballun u jerġgħu jindilku bil-bajd, imbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 280 °C u 290 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Dehbi u mixwi

Konsistenza

Qoxra ta' barra mixwija

Aroma

Ġewż ta' l-arznu u lumi

Togħma

Ġewż ta' l-arżnu u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 10 g qoxra maħkuka ta' lumija. Porzjonijiet ta' madwar 20 g jinksew totalment b'lewż mitħun imxarrab bil-bajd. Tingħatalhom forma tawwalija u kemmxejn tonda, jerġgħu jindilku bil-bajd, u mbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 260 °C u 270 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Dehbi u mixwi

Konsistenza

Ratba fin-naħa ta' ġewwa

Aroma

Vanilla

Togħma

Lewż iqarmeċ

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 150 g ġewż ta' l-Indi maħkuk, 150 g trab taz-zokkor u 100 g bajd sħiħ. Porzjonijiet ta' madwar 25 g tingħatalhom forma ta' muntanji żgħar bil-ponta, imbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 260 °C u 270 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Flambé

Konsistenza

Qoxra ta' barra rqiqa u mixwija, rabta fin-naħa ta' ġewwa

Aroma

Ġewż ta' l-Indi

Togħma

Ġewż ta' l-Indi u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 150 g ġellewż mixwi maħkuk, 150 g trab taz-zokkor u 100 g bajd sħiħ. Porzjonijiet ta' madwar 22 g tingħatalhom forma ta' ballun u jinksew biz-zokkor mitħun. Titqiegħed ġellewża f'nofs kull porzjon, imbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 240 °C u 250 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Kannella

Konsistenza

Wiċċ zokkri

Aroma

Ġellewż

Togħma

Ġellewż u marżipan

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 200 g qoxra maħkuka sew tal-larinġ immarmellat. Porzjonijiet ta' madwar 26 g tingħatalhom forma tawwalija, jinksew biz-zokkor mitħun, u mbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 240 °C u 250 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Jagħti fl-oranġjo

Konsistenza

Qoxra ta' barra zokkrija, ratba fin-naħa ta' ġewwa

Aroma

Larinġ

Togħma

Larinġ u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 10 g qoxra maħkuka ta' lumija u żewġ isfra tal-bajd. Porzjonijiet ta' madwar 26 g tingħatalhom forma ta' ballun, jinksew biz-zokkor mitħun, u mbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 240 °C u 250 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Isfar ċar

Konsistenza

Qoxra ta' barra tqarmeċ minħabba il-kisi ta' zokkor, u ratba fin-naħa ta' ġewwa, bi frak tal-lumi

Aroma

Lumi

Togħma

Lumi u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 150 g krema pastiċċera u 1 g vanilla. Porzjonijiet ta' madwar 26 g tingħatalhom forma ta' ballun u jinksew b'zokkor fin tal-ġelu bix-xaba', u mbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 220 °C u 230 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Isfar ċar

Konsistenza

Lixxa

Aroma

Bajd u lewż

Togħma

Bajd u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 8 g kafè mitħun, kif ukoll karamella biex tagħtih il-lewn mixtieq. Porzjonijiet ta' madwar 26 g tingħatalhom forma tawwalija, jinksew bit-trab taz-zokkor, u mbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 220 °C u 230 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Kannella skura

Konsistenza

Qoxra ta' barra mixwija, ratba fin-naħa ta' ġewwa

Aroma

Kafè

Togħma

Kafè u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, tiżdiedlu kwantità raġonevoli ta' ġamm tal-frawli, kif ukoll bajda. Porzjonijiet ta' madwar 26 g tingħatalhom forma ta' ballun u jinksew bit-trab taz-zokkor, imbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 220 °C u 230 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Tal-frawli

Konsistenza

Ratba

Aroma

Tal-frawli

Togħma

Frawli u lewż

Għal kull kilo marżipan bażiku, jiżdidulu 300 g pasta tal-marron glacé. Porzjonijiet ta' madwar 22 g tingħatalhom forma ta' ballun u jinksew bit-trab taz-zokkor, imbagħad jinħmew fil-forn f'temperatura ta' bejn 220 °C u 230 °C.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Kannella skura

Konsistenza

Ratba

Aroma

Qastan u lewż

Togħma

Qastan u lewż

PANELLETS MAGĦMULIN MINN MARŻIPAN OĦXON

Għal kull kilo marżipan bażiku (prodott skond id-deskrizzjoni ta' fuq), jiżdidulu 150 g lewż mitħun u bajd sħiħ biex jagħtuh il-konsistenza mixtieqa. Porzjonijiet ta' madwar 26 g jinqatgħu f'forom diversi. L-aktar forom tradizzjonali huma: ta' qastan, ta' faqqiegħ, ta' zukkletta, ta' strixxi mimlijin frott immarmellat, u ta' sfarġel.

PANELLETS MAGĦMULIN MINN MARŻIPAN FIN

1 300 g zokkor b'400 g ilma u 6 g kremor tat-tartru jiġu mgħollija sa temperatura ta' 118 °C. Jiżdidulu kilo lewż mitħun sew u 200 g glukożju. Din il-bażi titħalla toqgħod għal 24 siegħa, imbagħad tissaffa u tkun lesta għall-użu.

Minn din il-bażi ta' marżipan fin, jinqatgħu porzjonijiet ta' madwar 18 g u tingħatalhom forma ta' qastan, li mbagħad jinksew biċ-ċikkulata.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Kannella

Konsistenza

Qoxra ta' barra tqarmeċ, ratba fin-naħa ta' ġewwa

Aroma

Ċikkulata

Togħma

Ċikkulata u lewż

Il-bażi tal-marżipan fin tinfetaħ b'lenbuba b'kanali maħduma fiha. Tindilek fuqha krema tal-bajd u tinqata' f'biċċiet ta' madwar 30 g. Dawn il-biċċiet jinksew bil-ġeli, imbagħad jindilku bix-xropp.

Karatteristiċi organolettiċi

Lewn

Abjad, zokkri

Konsistenza

Ratba

Aroma

Isfar tal-bajd

Togħma

Isfar tal-bajd u marżipan

4.3.   Karatteristiċi tradizzjonali: Fil-letteratura Katalana tas-seklu 18, hemm referenzi li fil-Ciutat Vella (ċentru storiku) ta' Barċellona, dak iż-żmien diġà kienet tittella' kull sena fiera tal-qastan u tal-panellets. Il-panellets għadhom sal-lum jittieklu flimkien mal-qastan u nbid ħelu fil-festa tal-Qaddisin Kollha. F'din il-fiera kienu jintwerew trejs kbar ta' panellets b'diversi forom u togħmiet, u xi drabi kienu jitqiegħdu b'mod li kienu jiffurmaw stampi u figuri kurjużi. Diġà fil-fiera ta' l-1796 kien hemm 'il fuq minn 200 post tal-wiri, li fost l-oħrajn kienu joffru panellets, li kienu jitqassmu fost in-nies permezz ta' tlugħ bix-xorti. Din it-tradizzjoni ta' lotterija tal-panellets, li ġeneralment kienu jieħdu ħsiebha d-dulċiera, infirxet f'ħafna bliet u rħula tar-reġjun.

In-nies kienu jġorru l-panellets sal-knisja f'basktijiet, qfief jew bxiekel. Il-panellets kienu jitbierku mill-qassis, imbagħad in-nies kienu jikluhom fil-knisja mal-bqija tal-komunità bħala att liturġiku kollettiv.

Biex tingħata idea tal-livell ta' konsum tal-panellets fil-belt ta' Barċellona, biżżejjed ngħidu li diġà fl-1920, il-Forn de Sant Jaume (wieħed mill-aktar furnara prestiġjużi tal-belt) xtara elf kilo ġewż imqaxxar ta' l-arżnu esklussivament għall-produzzjoni tal-panellets. Skond il-Gremio provincial de pasteleria y confitería [l-Għaqda provinċjali tad-dulċiera] ta' Barċellona, fil-ħarifa ta' l-1999 ittieklu fil-belt u fiż-żona metropolitana ta' Barċellona madwar 600 000 kilo panellets, bl-aktar varjetà popolari tkun dik tal-ġewż ta' l-arżnu (50 %), segwita mill-varjetà tal-lewż (15 %).

Barra minn hekk, skond studji etnografiċi, il-panellets fihom sinifikat ċerimonjali, bħall-pastiċċerija kollha tradizzjonali li tittiekel fil-jiem festivi.

4.4.   Deskrizzjoni tal-prodott: Karatteristiċi organolettiċi: Peress li l-karatteristiċi organolettiċi (il-lewn, it-togħma, l-aroma u l-konsistenza) jkunu differenti skond il-varjetà tal-panellets, dawn ġew ikkunsidrati separatament f'kull waħda mit-taqsimiet ta' hawn fuq.

Karatteristiċi fiżiko-kimiċi: Il-kompożizzjoni tad-diversi panellets tvarja skond it-tip ta' marżipan (bażiku, oħxon jew fin) li minnu jkunu magħmulin, kif ukoll skond il-varjetà kkonċernata. Madankollu, fil-każijiet kollha, l-użu tal-patata, tal-patata ħelwa, tat-tuffieħ, ta' preżervattivi u ta' koloranti artifiċjali huwa pprojbit.

Karatteristiċi mikrobijoloġiċi: Il-kriterji mikrobijoloġiċi li għandhom jintlaħqu huma stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-saħħa (id-Direttiva tal-Kunsill 43/93/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel).

Preżentazzjoni: Ġeneralment, il-panellets jinbiegħu bl-imnut, fi kwantitajiet kbar, fid-dulċiera u fi ħwienet oħra. Meta l-panellets jinbiegħu f'pakkett, il-kaxex li jkun fihom il-panellets għandhom ikunu ttikkettati skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

4.5.   Rekwiżiti minimi u proċeduri ta' kontroll ta' l-ispeċifiċità: Il-panellets irreġistrati bħala “speċjalità tradizzjonali garantita” għandu jkollhom karatteristiċi speċifiċi li jagħżluhom minn panellets oħrajn. Għaldaqstant, fil-produzzjoni tal-marżipan bażiku, għandhom jintużaw biss lewż niexef imqaxxar, zokkor u bajd sħiħ. Iż-żieda ta' lamtu (tal-patata jew tal-patata ħelwa), tat-tuffieħ, ta' preżervattivi jew koloranti artifiċjali huwa pprojbit.

Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontroll tal-karatteristiċi organolettiċi; kontroll tan-nuqqas ta' lamtu (permezz ta' test bis-soluzzjoni I2), tan-nuqqas ta' preżervattivi (aċidu sorbiku/sorbat, aċidu benżojku/benżoat) u ta' koloranti artifiċjali (permezz tal-metodu kromatografiku likwidu ta' rendiment għoli (HPLC)), u tan-nuqqas ta' tuffieħ (permezz tad-detezzjoni ta' fibra ta' l-ikel solubbli b'mezzi kimiċi). Għall-varjetajiet ta' panellets li ma fihomx il-frott, dawn il-kontrolli jsiru fuq il-prodott finali, filwaqt li għal dawk li fihom il-frott, il-kontrolli jsiru fuq l-għaġina tal-marżipan.

L-elementi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu kkontrollati mill-organi ta' spezzjoni Mesa Veritas Español, kif ukoll minn organi oħrajn li jiggarantixxu l-konformità ta' l-istandard EN-45011. L-organi ta' spezzjoni għandhom jimmonitorjaw is-sistema ta' kontroll tal-produttur, kif ukoll il-karatteristiċi tal-prodott. Dawn l-organi għandhom iwettqu wkoll spezzjonijiet ta' segwitu kull tant żmien.

L-organi ta' spezzjoni għandhom jikkontrollaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Għandhom jagħtu ċertifikat inizjali lill-impriżi kkonċernati, li min-naħa tagħhom għandhom iressqu talba bil-miktub lil wieħed mill-organi ta' spezzjoni awtorizzati, li fiha jintrabtu li jirrispettaw ir-rekwiżiti mogħtija fl-ispeċifikazzjoni, u li jwettqu l-kontrolli meħtieġa biex jiggarantixxu l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti.

L-artiġjani u l-produtturi għandhom iżommu dokumenti bil-miktub li fihom jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Barra minn hekk, għandhom iżommu reġistru tal-produzzjoni ta' panellets.

Ladarba jingħata ċ-ċertifikat ta' konformità, l-organi ta' ċertifikazzjoni għandhom iwettqu kontrolli ta' segwitu u verifika kull tant żmien, skond in-natura staġjonali tal-prodott (iż-żmien tas-sena li fih jiġi kkonsmat l-aktar) u l-volum ta' produzzjoni ta' kull produttur. Il-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tkun ikkontrollata bl-ivverifikar tas-sistemi ta' kontroll tal-prodottur, bl-eżami tad-dokumentazzjoni pprovduta u permezz ta' kontrolli każwali matul il-produzzjoni.

5.   Applikazzjoni għall-protezzjoni skond l-Artikolu 13(2): Le