ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
20 ta' Novembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bank Ċentrali Ewropew

2007/C 277/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2007/12)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 277/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4617 — Nutreco/BASF) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 277/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 277/04

Tneħħija minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru skedati bejn Metz-Nancy-Lorraine u Pariġi, Saint-Étienne u Bordeaux Saint-Étienne u Lille, Saint-Étienne u Nantes, Saint-Étienne u Pariġi, Saint-Étienne u Toulouse

4

2007/C 277/05

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

5

2007/C 277/06

Estensjoni tar-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix frisk [Avviż skond l-Artikolu 18(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96]

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 277/07

Avviż li jistideden proposti għad-deżinjazzjoni ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni ta' l-idrokarburi

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 277/08

Media 2007 — Sejħa għal proposti — EACEA/29/07 — i2i awdjoviŻiV

13

2007/C 277/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4969 — DZ Equity Partner/Welle Holding/PAIDI Moebel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

15

2007/C 277/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4923 — Avnet/Acal IT Solutions) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

16

2007/C 277/11

Komunikazzjoni mill-Minstru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda b'konnessjoni ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

17

2007/C 277/12

Komunikazzjoni mill-Minstru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda b'konnessjoni ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

18

2007/C 277/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4932 — Leoni/Valeo CSB) ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Novembru 2007

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus

(BĊE/2007/12)

(2007/C 277/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-istatut tas-SEBĊ”), b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (1), Ċipru issa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro, u d-deroga favur ta' Ċipru msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

(3)

Bis-saħħa tas-Sezzjoni 60(1)(a) tal-Liġi 34(I) ta' l-2007 li temenda l-Liġijiet tas-Central Bank of Cyprus ta' l-2002 u l-2003, li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, l-istqarrijiet finanzjarji annwali tas-Central Bank of Cyprus huma vverifikati skond l-Artikolu 27 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Is-Central Bank of Cyprus għażel lil PricewaterhouseCoopers Limited bħala l-awdituri esterni indipendenti għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li PricewaterhouseCoopers Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-15 ta' Novembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4617 — Nutreco/BASF)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 277/02)

Fil-25 ta' Settembru2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4617. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-19 ta' Novembru 2007

(2007/C 277/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4654

JPY

Yen Ġappuniż

161,58

DKK

Krona Daniża

7,4529

GBP

Lira Sterlina

0,71445

SEK

Krona Żvediża

9,2829

CHF

Frank Żvizzeru

1,6379

ISK

Krona Iżlandiża

89,49

NOK

Krona Norveġiża

8,0780

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

26,693

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

254,23

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6993

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6706

RON

Leu Rumen

3,4825

SKK

Krona Slovakka

33,142

TRY

Lira Turka

1,7409

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6456

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4318

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,4079

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9313

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1209

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 347,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8263

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8859

HRK

Kuna Kroata

7,3468

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 672,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,9421

PHP

Peso Filippin

63,305

RUB

Rouble Russu

35,8880

THB

Baht Tajlandiż

46,165


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/4


Tneħħija minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru skedati bejn Metz-Nancy-Lorraine u Pariġi, Saint-Étienne u Bordeaux Saint-Étienne u Lille, Saint-Étienne u Nantes, Saint-Étienne u Pariġi, Saint-Étienne u Toulouse

(2007/C 277/04)

Franza ddeċidiet li tneħħi l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti għall-operar ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn:

1.

Metz-Nancy-Lorraine u Pariġi, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru C 118 ta' l-20 ta' Mejju 2003;

2.

Saint-Étienne u Bordeaux, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 127 ta' l-24 ta' April 1997 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru C 203 tat-28 ta' Awissu 2003;

3.

Saint-Étienne u Lille, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 24 ta' l-24 ta' April 1997 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru C 203 tat-28 ta' Awissu 2003;

4.

Saint-Étienne u Nantes, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 127 ta' l-24 ta' April 1997 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 30 tat-2 ta' Frar 2000 u wara fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru C 2003 tat-28 ta' Awissu 2003;

5.

Saint-Étienne u Pariġi, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 194 ta' l-14 ta' Awissu 2002;

6.

Saint-Étienne u Toulouse, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 24 tat-28 ta' Jannar 2000 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru C 203 tat-28 ta' Awissu 2003.


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/5


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 277/05)

Numru XA

XA 7031/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Umbria

Titolu ta' l-iskema jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali

Fondo di rotazione per la promozione e lo sviluppo della cooperazione — Foncooper — in relazione alle iniziative nella regione Umbria

Bażi ġuridika

Titolo I della legge 27 febbraio 1985 n. 49, modificata con legge 5 marzo 2001 n. 57, art. 12 (G.U. n. 66 del 20 marzo 2001)

Direttiva del ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora ministero dello Sviluppo economico) del 9 maggio 2001 (G.U. n. 171 del 25 luglio 2001)

Deliberazione regionale n. 1095 del 31.7.2002

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill- kumpanija

Skema ta' għajnuna: ammont annwali kumplessiv: 3 miljuni EUR

Intensità massima ta' għajnuna

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, l-intensità ta' għajnuna ma tistax taqbeż 7,5 % jew 15 % tal-kobor tal-kumpanija.

Meta l-investiment iseħħ f'żoni li jikkwalifikaw għall- għajnuna reġjonali, l-intensità ta' l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-limitu ta' għajnuna reġjonali ta' investiment determinat fil-pjan approvat mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru b'aktar mill-perċentwali stabbiliti f'Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Għall-investiment fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, l-intensità massima ta' għajnuna ma għandhiex taqbeż:

il-50 % ta' l-investimenti eliġibbli f'reġjuni skond l-Artikolu 87(3)(a) KE;

l-40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn

Data ta' implimentazzjoni

Data li fiha għaddiet din l-iskeda informattiva

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Sal-31.12.2008

Għan ta' għajnuna

Għajnuna lill-SMEs kooperattivi għat-twettiq ta' proġetti ta' investiment f'assi fissi tanġibbli li għandhom isiru wara t-tressiq ta' l-applikazzjoni għall-finanzjament.

Nefqa eliġibbli (netta mill-VAT) għax-xiri ta' art u bini, għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u x-xiri, l-immodernizzar u r-ristrutturar tal-makkinarju, it-tagħmir u l-impjant

Is-setturi ekonomiċi konċernati

Is-setturi eliġibbli kollha għall-għajnuna lill-SMEs imniżżla f'Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 364/2004 u mir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Umbria — Servizio Politiche di sostegno alle Imprese

Via Mario Angeloni, 61

I-06100 Perugia

Korp ta' deliberazzjoni: “Comitato di gestione Foncooper”, ai sensi della convenzione stipulata il 26 giugno 2000 tra il ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora Ministero dello Sviluppo economico) e la Coopercredito SpA (ora Banca Nazionale del Lavoro SpA, Via Veneto, 119 — I-00187 Roma) e degli atti aggiuntivi stipulati in data 31.10.2002 tra la Regione Umbria e la predetta Coopercredito SpA (ora Banca Nazionale del Lavoro SpA) ed in data 9.11.2006 tra la Regione Umbria e la Banca Nazionale del Lavoro SpA

Informazzjoni oħra

Intensità massima ta' kull skema individwali ta' għajnuna; 2 miljuni EUR sal-limitu ta' 70 % ta' l-investimenti eliġibbli.

L-għajnuna mogħtija tikkonsisti fid-differenza bejn ir-rimborżi kkalkulati b'rata tas-suq u dawk ikkalkulati b'rata tas-sussidju applikata għall-finanzjament


Għajnuna Nru

XA 7034/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Navarra

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali

Ayudas a las pequeñas y medianas empresas para la elaboración de productos alimentarios

Bażi ġuridika

Orden foral del consejero de agricultura, ganadería y alimentación por la que se aprueban las normas que regulan las ayudas estatales a las pequeñas y medianas empresas, para la transformación y comercialización de productos agroalimentarios de fuera del anexo i del tratado, en las zonas no incluidas en el mapa de ayudas de finalidad regional para el periodo 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

Skema ta' għajnuniet

Ammont kumplessiv annwali

0,7 miljun EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont kumplessiv ta' l-għajnuna

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.6.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali

Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs

 

Għajnuna limitata għal setturi speċifiċi

 

It-tħaffir għall-faħam

 

Is-setturi kollha industrjali

 

jew

 

L-industrija ta' l-azzar

 

Il-bini ta' bastimenti

 

Fibri sintetiċi

 

L-industrija tal-vetturi

 

Setturi industrjali oħrajn

Industriji ta' prodotti ta' l-ikel

L-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli

 

Is-servizzi kollha

 

jew

 

Trasport

 

Servizzi finanzjarji

 

Servizzi oħra

 

Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Gobierno de Navarra

Departamento de Agricultura, Ganadería y Alimentación

C/ Tudela, 20

E-31003 Pamplona (Navarra)

http://www.cfnavarra.es/bon/076/F0708204.htm

Għotjiet kbar ta' għajnuna individwali

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/8


Estensjoni tar-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix frisk

[Avviż skond l-Artikolu 18(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96]

(2007/C 277/06)

Bi qbil ma' l-Artikolu 18(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, Franza għarrfet lill-Kummissjoni bir-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix frisk li daħħlithom fis-seħħ għas-snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007, għall-produtturi kollha fiż-żoni ekonomiċi approvati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 18(7) ta' l-istess Regolament. Dawn huma r-regoli stipulati mill-Comités économique agricoles reġjonali (organizzazzjonijiet tal-produtturi) għaż-żoni ekonomiċi approvati mill-Kummissjoni bid-Deċiżjoni tagħha tat-28 ta' Jannar 1999, li l-elenku tagħhom ġie ppubblikat fil-ĠU C 359, 11.12.1999, p. 32.

Aktar tagħrif dwar dawn ir-regoli jista' jinkiseb mingħand:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura

Unità AGRI C/4

B-1049 Brussell

jew mingħand l-awtorità kompetenti nazzjonali:

Ministère de l'agriculture et de la pêche

Bureau des groupements de producteurs

3, rue Barbet de Jouy

F-75749 Paris 07SP

Dan l-avviż huwa mingħajr ħsara għall-kummenti li tista' tgħaddi l-Kummissjoni dwar ir-regoli estiżi, għat-tagħrif addizzjonali li tista' titlob mingħand l-Istati Membri kkonċernati dwar dawn ir-regoli u l-estensjoni tagħhom, u għad-deċiżjonijiet li tista' tieħu skond l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

ESTENSJONI TAR-REGOLI

Franza — Frott u ħaxix frisk — Snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007

Ir-regoli li ġejjin ġew estiżi għal ċerti żoni, permezz ta' Deċiżjonijiet ministerjali tad-29 ta' Marzu 2005, għas-snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007. Dan is-sommarju huwa bbażat fuq in-notifika Franċiża tat-23 ta' Ottubru 2006.

Żona ekonomika kkonċernata

Assoċjazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernata

Prodotti

Żoni koperti mill-estensjoni tar-regoli

Tip tar-regoli estiżi

[b'referenza għall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2200/96]

Bassin du Nord

Comité économique agricole Fruits et Légumes du nord de la France

Tuffieħ u lanġas

Iż-żona ekonomika kollha

Regoli dwar:

l-għarfien tal-produzzjoni

(il-punt 1. ta' l-Anness III)

il-produzzjoni

(il-punt 2. ta' l-Anness III)

il-kummerċjalizzazzjoni

(il-punt 3. ta' l-Anness III)

il-ħarsien ta' l-ambjent

(il-punt 4. ta' l-Anness III)

irtirar

(il-punt 5. ta' l-Anness III)

Indivja u pastard

Normandie

Comité économique agricole Fruits et Légumes de Normandie

Zunnarija, kurrat u pastard

Iż-żona ekonomika kollha

Bretagne

Comité économique agricole régional Fruits et Légumes de Bretagne

Kurrat, indivja, ħass (tal-varjetà iceberg), tadam, qaqoċċ, pastard, shallots, brokkli u kaboċċa tar-ras

Iż-żona ekonomika kollha

Zunnarija

Id-distrett ta' Pleine-Fougères u l-muniċipalità ta' Cherrueix (Ileet-Vilaine)

Bassin du Val de Loire

Comité économique agricole Fruits et Légumes du Val de Loire

Tuffieħ u lanġas ta' l-ikel, passolina sewda

Iż-żona ekonomika kollha

Tadam, ħjar

Ħass tal-ħaruf u kurrat bikri

Id-dipartimenti ta' Loire-Atlantique, Maine-et-Loire u Vendée

Bassin du grand Sud-Ouest

Comité économique agricole Fruits et Légumes du bassin du grand Sud-Ouest

Bettieħ

Iż-żona ekonomika kollha għajr Charente u Charente-Maritime

Tuffieħ, lanġas, frawli u għajnbaqar

Iż-żona ekonomika kollha

Tadam

Bassin Rhône Méditerranée

Comité économique agricole Fruits et Légumes du bassin Rhône Méditerranée

Tuffieħ, lanġas, ħawħ, nuċiprisk, u berquq

Iż-żona ekonomika kollha

Għeneb ta' l-ikel

Id-dipartimenti ta' Bouches-du-Rhône, Gard u Vaucluse

Qastan

Id-dipartimenti ta' Ardèche u Gard

Asparaġi ħjar, ħass, tadam u qaqoċċ

Id-dipartimenti ta' Aude, Gard, Hérault, Lozère u Pyrénées-Orientales

Corse

Comité économique agricole Fruits et Légumes de Corse

Klementina

Iż-żona ekonomika kollha

NB: Id-demarkazzjoni taż-żoni ekonomiċi ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 34, 9.2.1999, p. 4 (l-ewwel kolonna).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/10


Avviż li jistideden proposti għad-deżinjazzjoni ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni ta' l-idrokarburi

(2007/C 277/07)

L-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava, skond is-Sezzjoni 24(4) ta' l-Att Nru 44/1998 Coll. dwar il-protezzjoni u l-użu ta' riżorsi minerali (l-Att dwar il-Minjieri), kif emendat bl-Att Nru 498/1991 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk, l-l-Att Nru 219/2007 Coll., b'dan javza li r-Repubblika Slovakka qiegħda tniedi, via l-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava bħala l-awtorità kompetenti, proċedura ta' selezzjoni għall-allokazzjoni/deżinjazzjoni ta' żoni ta' estrazzjoni għall-isfruttament tal-gass naturali (depożiti tar-Repubblika Slovakka), skond l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi, u jistieden partijiet interessati biex jippreżentaw proposti għad-deżinjazzjoni/allokazzjoni taż-żoni ta' estrazzjoni li ġejjin:

1.   Depożitu Špačince — Bohunice (Depożitu Nru 14)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Bohunice/101/A

Il-medda taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

89 999,75

Tip ta' materjal:

gass naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

70 000 000 m3 li minnhom 49 000 000 m3 huma kategorija vijabbli Z2, depożiti ħielsa 21 000 000 m3 huma fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Bohunice (822 400)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Mindu kienet deżinjata ż-żona ta' estrazzjoni fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Bohunice:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

1.

17,62603032

48,46504993

2.

17,62377746

48,46729370

3.

17,62715155

48,46879190

4.

17,62940433

48,46654807

2.   Depożitu Špačince — Bohunice I (Depositu Nru 15)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Bohunice I./101/A

Il-medda taż-żona ta' l-estrazzjoni f'm2

89 997,76

Tip ta' materjal:

gas naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

33 000 000 m3 li minnhom 23 000 000 m3 huma kategorija vijabbli Z2,depożiti ħielsa 10 000 000 m3 huma fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Bohunice (822 400)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Mindu kienet deżinjata ż-żona ta' estrazzjoni fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Bohunice I

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

1.

17,62616647

48,47574676

2.

17,62417458

48,47809730

3.

17,62770997

48,47942165

4.

17,62970175

48,47707106

3.   Depożitu Špačince (Depożitu Nru 13)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Špačince/098/A

Il-medda taż-żona ta' l-estrazzjoni f'm2

322 923.89

Tip ta' materjal:

gass naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

10 000 000 m3 fil-kategorija potenzjalment vijabbli

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Špačince (861 049)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Depożiti sfruttati sa l-1996. L-isfruttament ta' depożiti ma ssoktax minn dak iż-żmien.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Špačince

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

I

17,62747682

48,42965402

II

17,62520611

48,43127419

III

17,62404136

48,43947535

IV

17,62728349

48,43967919

V

17,63029415

48,43159405

4.   Madunice — Veľké Kostoľany (depożitu Nru 12)

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta'referenza: Veľké Kostoľany/103/A

Il-medda taż-żona ta' l-estrazzjoni f'm2

855 000

Tip ta' materjal:

gass naturali

Kobor tar-riservi ġeoloġiċi

85 000 000 m3 li minnhom 59 000 000 m3 huma kategorija vijabbli Z2, depożiti ħielsa u 26 000 000 m3 huma fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ — numru ta' identifikazzjoni):

Veľké Kostoľany (868 141)

Distrett/ kodiċi tad-distrett:

Piešťany/204

Stat tas-sit ta' produzzjoni:

Mindu kienet deżinjata ż-żona ta' l-estrazzjoni fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni Veľké Kostoľany

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudini

Latitudni

1.

17,75812592

48,50987684

2.

17,76082136

48,51004290

3.

17,76219538

48,50019246

4.

17,74505428

48,49642573

Il-koordinati ġeografici huma fi gradi deċimali u s-sistema ġeodetika hija WGS-84

Proposti għad-deżinjazzjoni/allokazzjoni taż-żoni ta' estrazzjoni msemmija hawn fuq, bi speċifikazzjoni tad-depożitu u żona ta' estrazzjoni korrispondenti, akkumpanjati bl-informazzjoni fuq il-potenzjal tekniku u finanzjarju ta' l-isfruttament u fuq il-possibbiltà li jissolvew il-konflitti ta' interess relatati ma' l-isfruttament tad-depożiti ta' gass naturali msemmija hawn fuq, b'evidenza li l-applikant għandu l-liċenzja minerarja valida jew liċenzja simili maħruġa minn stat li huwa parti kontraenti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropeja, jistgħu jintbagħtu fl-indirizz li ġej: Obvodný banský úrad v Bratislave, Prievozská 30, SK-821 05 Bratislava, f'envilopp issiġillat immarkat “Návrh do výberového konania” (Proposta għal-proċedura ta' selezzjoni), u b' indikazzjoni ta' l-isem ta' l-entità li qed tippreżenta l-proposta.

Il-proposti jridu jaslu mhux aktar tard minn 90 ġurnata wara d-data tal-publikazzjoni ta' dan l-avviż fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Deċiżjoni fuq il-proposta se tittieħed mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara tmiem dan il-perjodu.

Fl-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava (Prievozská 30, SK-821 05 Bratislava), dak li jkun jista' wkoll jikkonsulta mapep li juru l-konfini taż-żoni ta' estrazzjoni msemmija hawn fuq u jieħu kopja tad-deċiżjoni li tiddeżinjahom bħala żoni ta' estrazzjoni.

L-Uffiċċju Minerarju Distrettwali fi Bratislava huwa l-awtorità kompetent ibiex jagħti awtorizzazzjonijiet għall-isfruttament tad-depożiti fiż-żoni ta' estrazzjoni msemmija hawn fuq. Il-kriterji, kondizzjonijiet u rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 5(1) u (2) u 6(2) tad-Direttiva huma stipulati fl-Att Nru 51/1988 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk dwar l-attivitajiet minerarji, l-isplussivi u l-Amministrazzjoni MInerarja ta' l-Istat, kif emendat bl-Att Nru 499/1991 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk, l-Att Nru 154/1995 Coll. tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, l-Att Nru 58/1998 Coll. u l-Att Nru 533/2004 Coll.

Aktar informazzjoni hija disponibbli b'dan in-numru tat-telefon: (421) 2 5341 7309 jew bil-posta elettronika lil: obuba@mail.t-com.sk


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/13


MEDIA 2007

Sejħa għal proposti — EACEA/29/07

i2i awdjoviŻiV

(2007/C 277/08)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta' sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Il-miżuri koperti mid-Deċiżjoni jinkludu l-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni.

L-għan ta' dan l-appoġġ huwa li jħaffef l-aċċess minn kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti għall-finanzjament minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji, billi jaqsmu bi sħab il-finanzjament ta' l-ispejjeż ta':

l-assigurazzjoni għall-produzzjonijiet awdjoviżivi: Modulu 1 — Appoġġ għall-partita “assigurazzjoni” mniżżla f'baġit ta' produzzjoni;

garanzija ta' tlestija għall-produzzjonijiet ta' xogħol awdjoviżiv: Modulu 2 — Appoġġ għall-partita “garanzija ta' tlestija” mniżżel f'baġit ta' produzzjoni;

finanzjament bankarju għall-produzzjonijiet ta' xogħol: Modulu 3 — Appoġġ għall-partita “spejjeż finanzjarji” mniżżel f'baġit ta' produzzjoni;

2.   Kandidati eliġibbli

Din is-sejħa għal proposti hija miftuħa għall-kumpanniji ta' produzzjoni indipendenti rreġistrati fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew li jieħdu sehem fil-Programm MEDIA 2007 (l-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja) u l-Iżvizzera.

3.   Badġit u |mien tal-proġetti

Il-baġit totali disponibbli huwa ta' 2,7 miljun EUR. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tistax taqbeż il-50 % — (60 %) ta' l-ispejjeż eliġibbli. L-ammont ta' l-appoġġ huwa ta' bejn 5 000 EUR u 50 000 EUR. L-ammont ta' l-appoġġ ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta' 50 000 EUR kull proġett.

Din is-Sejħa għal Proposti hija valida għall-proġetti li jibdew mill-1 ta' Lulju 2007 sat- 30 ta' Ġunju 2008. Il-proġetti jdumu massimu ta' 30 xahar.

4.   Skadenza

Il-proposti bi tweġiba għas-sejħa preżenti għandhom ikunu ppreżentati mhux aktar tard minn:

l-14 ta' Jannar 2008, għall-proġetti li jibdew mill-1 ta' Lulju 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

is-7 ta' Lulju 2008, għall-proġetti li jibdew mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Ġunju 2008.

5.   Aktar tagħrif

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti jinsab fuq l-internet:

http://ec.europa.eu/information_society/media/producer/i2i/index_fr.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta' din is-sejħa għal proposti u jridu jiġu ppreżentati fuq il-formoli relevanti ta' applikazzjoni.


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4969 — DZ Equity Partner/Welle Holding/PAIDI Moebel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 277/09)

1.

Fil-12 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi DZ Equity Partner GmbH (“DZ EQUITY”, il-Ġermanja) u Welle Holding AG & CO. KG (“Welle Holding”, il-Ġermanja) jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża PAIDI Moebel GmbH (“PAIDI”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

ghal DZ EQUITY: hija investitur finanzjarju li tispeċjalizza f'investimenti ta' ekwità f'kumpaniji ta' daqs medju,

ghal Welle Holding: hija kumpanija mmexxija minn familja attiva fil-produzzjoni ta' l-għamara (għall-kċina, tat-trabi, għat-tfal u għall-adoloxxenti),

ghal PAIDI: tipproduċi u tiddistribwixxi ghamara għat-trabi, għat-tfal u l-adoloxxenti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4649 — DZ Equity Partner/Welle Holding/PAIDI Moebel, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4923 — Avnet/Acal IT Solutions)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 277/10)

1.

Fis-6 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet Inc. (“Avnet”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Acal IT Solutions (“AITS”), diviżjoni ta' Acal IT Limited (ir-Renju Unit), permezz ta' xiri ta' ishma u assi

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriż Avnet: distributtur ta' komponenti elettroniċi, prodotti tal-kompjuter u servizzi teknoloġiċi;

għall-impriża AITS: distibuzzjoni bil-grossa għal prodotti u servizzi ta' l-IT.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4923 — Avnet/Acal IT Solutions, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/17


Komunikazzjoni mill-Minstru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda b'konnessjoni ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

(2007/C 277/11)

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda jinnotifika li waslet applikazzjoni għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk G13, għal dik is-sezzjoni mill-mappa annessa bħala l-Anness 3 għar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, nru 245).

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk G13 tal-blata kontinentali ta' l-Olanda, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 ta' l-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, 542).

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi huwa responsabbli għall-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att Minerarju (Mijnbouwwet)(Staatsblad 2002, 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu matul it-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu indirizzati lil: (De Minister van Economische Zaken, ter attentie van J.C. De Groot, Directeur Energiemarkt, ALP/562, Postbus 20101, 2500 EC Den Haag, Nederland).

Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jaslu wara li tkun għaddiet din l-iskadenza.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tittieħed mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn din l-iskadenza.

Aktar tagħrif jinkiseb permezz tan-numru tat-telefown: (31-70) 379 77 62 (kuntatt: E.J. Hoppel).


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/18


Komunikazzjoni mill-Minstru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda b'konnessjoni ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

(2007/C 277/12)

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda jinnotifika li waslet applikazzjoni għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk P3, kif indikat fil-mappa annessa bħala l-Anness 3 għar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, nru 245).

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk P3 tal-blata kontinentali ta' l-Olanda, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 ta' l-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, 542).

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi huwa responsabbli għall-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att Minerarju (Mijnbouwwet)(Staatsblad 2002, 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu matul it-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu indirizzati lil: (De Minister van Economische Zaken, ter attentie van J.C. De Groot, Directeur Energiemarkt, ALP/562, Postbus 20101, 2500 EC Den Haag, Nederland).

Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jaslu wara li tkun għaddiet din l-iskadenza.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tittieħed mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn din l-iskadenza.

Aktar tagħrif jinkiseb permezz tan-numru tat-telefown: (31-70) 379 77 62 (kuntatt: E.J. Hoppel).


20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4932 — Leoni/Valeo CSB)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 277/13)

1.

Fit-12 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Leoni Bordnetz-Systeme (“Leoni BSG”, il-Ġermanja) li tifforma parti mill-grupp Leoni takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali ta' l-impriża Valeo Electronique et Système de Liaison (“CSB”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

Din in-notifika ġiet dikjarata bħala mhux kompluta fit-30 ta' Ottubru 2007. L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 fit-12 ta' Novembru 2007.

3.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Leoni BSG: Kejbils tal-karozzi (kejbils single core, kejbils tas-senser u tad-data ), sistemi ta' distribuzzjoni elettriċi “EDS”), sistemi ta' distribuzzjoni elettriċi elettroniċi (“EEDS”),

għal CSB: EDS, komponenti tal-plastik, body controllers u sistemi u komponenti ta' ġestjoni ta' enerġija elettrika.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4932 — Leoni/Valeo CSB, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.