ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
15 ta' Novembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 272/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4868 — Avnet/Magirus EID) ( 1 )

1

2007/C 272/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4903 — Hochtief/Vinci/JV) ( 1 )

1

2007/C 272/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4564 — Bridgestone/Bandag) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 272/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

2007/C 272/05

Avviż mill-Kummissjoni — Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi

4

2007/C 272/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattika restrittiva u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu mogħtija fl-416-il laqgħa fit-18 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni relatata ma' każ COMP/C2/38.681 — Il-ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes

18

2007/C 272/07

Rapport finali ta' l-uffiċjal tas-smigħ fil-każ COMP/C2/38.681 — Ftehim ta' Estensjoni Cannes (skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L162, 19.6.2001, p. 21)

19

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

Il-Qorti ta' l-EFTA

2007/C 272/08

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti ta' l-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata 19 ta' Marzu 2007 fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi) (Kawża E-4/07)

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 272/09

Sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skond il-programm ta' ħidma Kooperazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

21

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 272/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4946 — Goldman Sachs/Sintonia SpA/Sintonia) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

22

2007/C 272/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4883 — PetroFina/Galactic/Futerro JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

23

 

2007/C 272/12

Avviż

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4868 — Avnet/Magirus EID)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 272/01)

Fil-5 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4868. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4903 — Hochtief/Vinci/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 272/02)

Fit-3 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4903. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4564 — Bridgestone/Bandag)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 272/03)

Fid-29 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4564. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-14 ta' Novembru 2007

(2007/C 272/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4700

JPY

Yen Ġappuniż

163,26

DKK

Krona Daniża

7,4517

GBP

Lira Sterlina

0,71040

SEK

Krona Żvediża

9,2470

CHF

Frank Żvizzeru

1,6450

ISK

Krona Iżlandiża

87,85

NOK

Krona Norveġiża

7,9275

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

26,695

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,82

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7016

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6435

RON

Leu Rumen

3,4571

SKK

Krona Slovakka

32,927

TRY

Lira Turka

1,7375

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6308

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4041

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,4501

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9227

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1254

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 342,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8372

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,9152

HRK

Kuna Kroata

7,3490

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 553,40

MYR

Ringgit Malażjan

4,9172

PHP

Peso Filippin

62,887

RUB

Rouble Russu

35,9340

THB

Baht Tajlandiż

46,268


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/4


AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI

Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi

(2007/C 272/05)

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fl-2005, il-Kummissjoni ppreżentat il-programm tagħha għar-riforma fl-Għajnuna mill-Istat fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar l-Għajnuna mill-Istat (1). Il-programm ta' riforma ser itejjeb l-effettività, it-trasparenza u l-kredibilità tas-sistema ta' l-Għajnuna mill-Istat ta' l-UE. Fil-qalba tal-Pjan ta' Azzjoni hemm il-prinċipju ta' “Għajnuna mill-Istat li hija inqas fl-ammont u hija mmirata aħjar”. L-għan ewlieni huwa li l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex inaqqsu l-livell totali tagħhom ta' għajnuna filwaqt li r-riżorsi ta' l-għajnuna mill-Istat jiġu indirizzati lejn għanijiet b'interess Komunitarju ċar. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni hija kommessa li tkompli tadotta metodu strett lejn l-aktar tipi ta' għajnuna li joħolqu tfixkil, b'mod partikolari lejn għajnuna illegali u inkompatibbli.

2.

Fl-aħħar snin, il-Kummissjoni wriet li hija ppreparata li tieħu pożizzjoni soda kontra l-għajnuna illegali. Mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (2) (“Ir-Regolament Proċedurali”), hija ordnat lill-Istati Membri b'mod sistematiku biex jirkupraw kull għajnuna illegali misjuba inkompatibbli mas-suq komuni, sakemm ma qisetx li dan imur kontra prinċipju tal-liġi Komunitarja. Mis-sena 2000, adottat 110 deċiżjoni ta' rkupru bħal dawn.

3.

Huwa essenzjali għall-integrità tas-sistema ta' l-għajnuna mill-Istat li dawn id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex jirkupraw għajnuna mill-Istat (minn issa l quddiem “deċiżjonijiet ta' rkupru”) jiġu infurzati b'mod effettiv u immedjat. L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni fl-aħħar snin turi li hemm raġuni għal tħassib reali f'dan l-aspett. L-esperjenza turi li pratikament m'hemmx każ wieħed li fih sar l-irkupru sat-terminu ffissat fid-deċiżjoni ta' rkupru. Edizzjonijiet reċenti tat-Tabella ta' l-Għajnuna mill-Istat juru wkoll li 45 % tad-deċiżjonijiet kollha ta' rkupru adottati fl-2000-2001 kienu għadhom ma ġewx implimentati sa Ġunju 2006.

4.

Fl-2004, il-Kummissjoni ordnat studju komparattiv dwar l-infurzar tal-politika ta' l-għajnuna mill-Istat ta' l-UE fi Stati Membri differenti (minn issa 'l quddiem msejjaħ l-“Istudju ta' Infurzar”) (3). Wieħed mill-għanijiet ta' l-istudju kien li tiġi evalwata l-effettività tal-proċeduri u prattiċi ta' rkupru f'għadd ta' Stati Membri. L-awturi ta' l-Istudju sabu li “t-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' rkupru hija tema rikorrenti fir-rapporti tal-pajjiżi kollha”. Huma rrikonoxxew li l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' rkupru kienet tjiebet xi ftit fl-aħħar snin, imma kkonkludew li l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli għadu jiffaċċja numru ta' ostakoli f'ħafna mill-Istati Membri eżaminati.

5.

Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa għal infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet ta' rkupru. Jidher ċar li l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet bħal dawn hija responsabbiltà li tinqasam bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u ser teħtieġ sforzi konsiderevoli minnhom it-tnejn biex tkun suċċess.

6.

L-għan ta' din il-komunikazzjoni huwa li tiġi spjegata l-politika tal-Kummissjoni biex ikunu implimentati d-deċiżjonijiet ta' rkupru. M'hijiex ser teżamina l-konsegwenzi li l-qrati nazzjonali jistgħu jiġbdu fil-każ li ma jiġux irrispettati n-notifika u l-obbligu ta' waqfien ta' l-Artikolu 88(3) KE. Il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa li jiġu ċċarati l-miżuri li biħsiebha tieħu biex tiffaċilita t-twettiq tad-deċiżjonijiet ta' rkupru u biex tistipula azzjonijiet li jistgħu jieħdu l-Istati Membri biex jassiguraw li jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti mill-korp tal-ligi Ewropea u, b'mod partikolari, l-każistika tal-qrati tal-Komunità. Għal dan il-għan, l-avviż l-ewwelnett ser ifakkar l-għan ta' l-irkupru u l-prinċipji bażiċi ta' l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' rkupru. Imbagħad ser tippreżenta l-implikazzjonijiet prattiċi ta' dawn il-prinċipji bażiċi għal kull wieħed mill-atturi involuti fil-proċess ta' rkupru.

2.   IL-PRINĊIPJI TAL-POLITIKA TA' RKUPRU

2.1.   Storja qasira tal-politika ta' rkupru

7.

L-Artikolu 88(3) KE jiddikjara li “il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien xieraq biex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar xi pjanijiet biex tagħti jew tbiddel l-għajnuna. […] L-Istat Membru kkonċernat m'għandux iqiegħed il-miżuri proposti tiegħu fis-seħħ sakemm din il-proċedura tirriżulta f'deċiżjoni finali.”

8.

F'każijiet fejn l-Istati Membri ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tagħhom għall-għoti jew tibdil ta' l-għajnuna qabel ma din l-għajnuna tidħol fis-seħħ, l-għajnuna tkun kontra l-liġi Komunitarja miż-żmien meta tkun ingħatat.

9.

Fis-“sentenza Kohlegesetz” (4) tagħha ta' l-1973, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) ikkonfermat għall-ewwel darba li l-Kummissjoni kellha l-poter li tordna l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. Il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet kompetenti biex tiddeċiedi li Stat Membru għandu jibdel jew jabolixxi għajnuna mill-Istat li kienet inkompatibbli mas-suq komuni. Għandha għaldaqstant tkun ukoll intitolata li teżiġi ħlas lura ta' din l-għajnuna. Fuq il-bażi ta' din is-sentenza u l-każistika sussegwenti (5), il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri f'Komunikazzjoni ppubblikata fl-1983 li kienet iddeċidiet li tuża l-miżuri kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tassigura li l-obbligi ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 88(3) KE jiġu osservati, inkluż ir-rekwiżit li l-Istati Membri jirkupraw għajnuna inkompatibbli mogħtija illegalment mingħand min ikun irċeviha (6).

10.

Fit-tieni nofs tas-snin tmenin u fis-snin disgħin, il-Kummissjoni bdiet tordna l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli b'mod aktar sistematiku. Fl-1999, ġew inklużi regoli bażiċi ta' proċedura fir-Regolament Proċedurali. Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni oħra ġew inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (7) (“ir-Regolament ta' implimentazzjoni”).

11.

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali jikkonferma l-każistika stabbilita tal-Qrati tal-Komunità (8) u jistabbilixxi obbligu għall-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli sakemm dan ma jkunx kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirkupra l-għajnuna illegali li tinstab li hija inkompatibbli. L-Artikolu 14(2) jistabbilixxi li l-għajnuna trid tiġi rkuprata, inklużi l-interessi mid-data meta l-għajnuna illegali kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data effettiva ta' l-irkupru tagħha. Ir-Regolament ta' Implimentazjoni jelabora l-metodi li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-interessi ta' rkupru. Fl-aħħarnett, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali jiddikjara li “l-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien u skond il-proċeduri tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, sakemm dan iħalli li jsir twettiq immedjat u effettiv tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni”.

12.

F'għadd ta' sentenzi reċenti, l-ECJ kompliet tiċċara l-ambitu u l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali, u b'hekk enfasizzat il-ħtieġa għat-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjonijiet ta' rkupru (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bdiet ukoll tapplika l-każistika Deggendorf (10) b'mod iktar sistematiku. Din il-każistika tippermetti lill-Kummissjoni, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, li tordna lill-Istati Membri jissospendu l-ħlas ta' għajnuna ġdida kompatibbli lil kumpanija sakemm dik il-kumpanija tħallas lura għajnuna antika illegali u inkompatibbli li hija suġġetta għal deċiżjoni ta' rkupru.

2.2.   L-Għanijiet u l-prinċipji tal-politika ta' rkupru

2.2.1.   L-għan ta' l-irkupru

13.

L-ECJ iddikjarat f'għadd ta' okkażjonijiet li l-għan ta' l-ikrupru huwa biex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti ta' l-għajnuna. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-livell uniformi fis-suq intern jinżamm, skond l-Artikolu 3 (g) tat-Trattat tal-KE. F'dan il-kuntest, l-ECJ enfasizzat li l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli m'hijiex penalità (11), imma hija l-konsegwenza loġika tas-sejba hija illegali (12). Ma jistax għalhekk jitqies bħala sproporzjonat għall-għanijiet tat-Trattat rigward l-Għajnuna mill-Istat (13).

14.

Skond l-ECJ, l-“istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel, jinkiseb meta l-għajnuna illegali u inkompatibbli titħallas lura minn min irċeviha li b'hekk jitlef il-vantaġġ li kellu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni kif kienet qabel l-għoti ta' l-għajnuna terġa' għal li kienet” (14). Biex jiġu eliminati l-vantaġġi finanzjarji kollha relatati ma' l-għajnuna illegali, l-interessi jridu jiġu rkuprati fuq is-somom li ngħataw illegalment. Dan l-interess irid ikun ekwivalenti għall-vantaġġ finanzjarju li joħroġ mid-disponibilità tal-fondi in kwistjoni, mingħajr ħlas, matul perjodu stabbilit (15).

15.

Barra minn hekk, l-ECJ insistiet li biex deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni tiġi eżegwita kollha kemm hi, l-azzjonijiet ta' l-Istat Membru għandhom jipproduċu effetti konkreti rigward l-irkupru (16) u li l-irkupru għandu jkun immedjat (17). Biex l-irkupru jilħaq l-għan tiegħu, huwa essenzjali li l-ħlas lura ta' l-għajnuna jseħħ mingħajr dewmien.

2.2.2.   L-obbligu ta' rkupru ta' għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli u l-eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu

16.

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali jispeċifika li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

17.

Ir-Regolament Proċedurali jimponi żewġ limiti fuq il-poter tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli. L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali jipprovdi li l-Kummissjoni m'għandhiex tirrikjedi l-irkupru ta' l-għajnuna jekk dan ikun kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. Il-prinċipji ġenerali tal-liġi invokati l-aktar f'dan il-kuntest huma l-prinċipji tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittima (18) u taċ-ċertezza legali (19). Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ECJ tat interpretazzjoni restrittiva ħafna ta' dawn il-prinċipji fil-kuntest ta' l-irkupru. L-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali jiddikjara li l-poteri tal-Kummissjoni li tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għall-perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin (l-hekk imsejjaħ “perjodu ta' preskrizzjoni”). Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna f'forma ta' skema ta' għajnuna. Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni (20) jew minn Stat Membru, li jaġixxi skond it-talba tal-Kummissjoni, dwar l-għajnuna illegali, għandha tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni.

18.

Skond l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, id-deċiżjonijiet jorbtu fl-intier tagħhom lil dawk li lilhom huma indirizzati. Għalhekk, l-Istat Membru li lilu tkun indirizzata deċiżjoni ta' rkupru huwa obbligat li jeżegwixxi din id-deċiżjoni (21). L-ECJ irrikonoxxiet eċċezzjoni waħda biss għal dan l-obbligu għal Stat Membru biex jimplimenta deċiżjoni ta' rkupru indirizzata lilu, jiġifieri l-eżistenza ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li jagħmluha assolutament impossibbli għall-Istat Membru li jeżegwixxi d-deċiżjoni kif suppost (22).

19.

Skond il-Qrati Komunitarji, l-impossibilità assoluta tista' madankollu ma tkunx sempliċement supposta. L-Istat Membru għandu juri li pprova, in bona fede, jirkupra l-għajnuna illegali u għandu jikkoopera mal-Kummissjoni skond l-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE, biex jegħleb id-diffikultajiet li jiffaċċja (23).

20.

Eżami tal-każistika turi li l-Qrati Komunitarji interpretaw il-kunċett ta' “impossibilità assoluta” b'mod restrittiv ħafna. Il-Qrati kkonfermaw f'għadd ta' okkażjonijiet li Stat Membru ma jistax jeċċepixxi rekwiżiti tal-liġi nazzjonali tiegħu, bħal m'huma r-regoli nazzjonali ta' preskrizzjoni (24) jew in-nuqqas ta' titolu ta' rkupru skond il-liġi nazzjonali (25), biex jiġġustifika l-falliment tiegħu li jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ta' rkupru (26). Bl-istess mod, l-ECJ ddeċidiet li l-obbligu ta' rkupru mhuwiex effettwat minn ċirkostanzi marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-benefiċjarju. Iċċarat li l-fatt li kumpanija tkun f'diffikultajiet finanzjarji m'huwiex prova li l-irkupru huwa impossibbli (27). F'ċirkostanzi bħal dawn, il-qorti enfasizzat li n-nuqqas totali ta' xi assi li jistgħu jiġu rkuprati huwa l-uniku mod li għandu Stat Membru li juri l-impossibilità assoluta li jirkupra l-għajnuna (28). F'għadd ta' każijiet, l-Istat Membru argumenta li ma setax jeżegwixxi d-deċiżjoni ta' rkupru, minħabba d-diffikultajiet amministrattivi jew tekniċi involuti (per eżempju l-għadd kbir ħafna ta' benefiċjarji involuti). Il-Qorti konsistentement irrifjutat li taċċetta li diffikultajiet bħal dawn jikkostitwixxu impossibilità assoluta ta' rkupru (29). Fl-aħħarnett, il-biża' ta' diffikultajiet interni li ma jistgħux jintgħelbu ma tistax tiġġustifika falliment minn Stat Membru li jonora l-obbligi tiegħu skond il-Liġi Komunitarja (30).

2.2.3.   L-użu ta' proċeduri nazzjonali u l-ħtieġa ta' eżekuzzjoni immedjata u effettiva

21.

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali jispeċifika li “l-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien u skond il-proċeduri tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu għall-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni”.

22.

Jekk l-Istati Membri huma liberi li jagħżlu, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, l-mezzi li bihom jimplimentaw deċiżjonijiet ta' rkupru, il-miżuri magħżula għandhom jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjoni ta' rkupru. Jeħtieġ għalhekk li l-miżuri nazzjonali meħuda mill-Istati Membri iwasslu għall-eżekuzzjoni effettiva u immedjata tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

23.

Fis-sentenza tagħha dwar l-Olympic Airways (31), l-ECJ enfasizzat li l-miżuri ta' implimentazzjoni meħuda mill-Istat Membru għandhom ikunu effettivi u jipproduċu riżultat konkret f'dak li jirrigwarda l-irkupru. L-azzjonijiet meħuda mill-Istat Membru għandhom iwasslu biex isir l-irkupru ta' l-ammonti ta' flus li għandu jagħti l-benefiċjarju. Fis-sentenza riċenti tagħha fil-kawża Scott (32), l-ECJ ikkonfermat dik il-linja u enfasizzat li proċeduri nazzjonali li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali għandhom jitħallew mhux applikati. Caħdet, b'mod partikolari, l-argument ta' l-Istat Membru li kien ħa l-passi kollha disponibbli fis-sistema nazzjonali tiegħu u insistiet li dawn il-miżuri għandhom iwasslu wkoll biex ikun hemm riżultat konkret f'dak li jirrigwarda l-irkupru, u dan, fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

24.

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali jeżiġi li d-deċiżjonijiet ta' rkupru jiġu implimentati b'mod li huwa kemm effettiv kif ukoll immedjat. Fil-kawża Scott, l-ECJ enfasizzat l-importanza tad-dimensjoni taż-żmien fil-proċess ta' rkupru. Il-Qorti speċifikat li l-applikazzjoni ta' proċeduri nazzjonali m'għandhiex timpedixxi li terġa' tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva billi twaqqaf it-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Proċeduri nazzjonali, li jżommu milli terġa' tiġi stabbilita b'mod immedjat is-sitwazzjoni ta' qabel u li jtawlu l-vantaġġ mill-kompetizzjoni inġusta minħabba għajnuna illegali u inkompatibbli, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali.

25.

F'dan il-kuntest, huwa importanti li jitfakkar li azzjoni għall-annullament ta' deċiżjoni ta' rkupru skond l-Artikolu 230 tat-Trattat tal-KE m'għandhiex effett ta' sospensjoni. Fil-kuntest ta' azzjoni ta' dan it-tip, il-benefiċjarju ta' l-għajnuna jista' madankollu japplika għas-sospensjoni tat-twettiq tad-deċiżjoni ta' rkupru skond l-Artikolu 242 tat-Trattat tal-KE. Applikazzjonijiet għas-sospensjoni, għandhom jiddikjaraw iċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għall-urġenza u għandhom jinkludu eċċezzjonijiet ta' fatti u liġi li jistabbilixxu każ prima facie għall-miżuri provviżorji. L-ECJ u s-CFI jistgħu imbagħad, jekk jikkunsidraw li ċ-ċirkostanzi jirrikjedu hekk, jordnaw li l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tiġi sospiża.

2.2.4.   Il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali

26.

L-Artikolu 10 tat-Trattat jobbliga lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-twettiq tal-ħidmiet tal-Komunità u jimponi doveri reċiproki ta' kooperazzjoni fuq l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri, biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat.

27.

Fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' rkupru, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom għalhekk jikkooperaw biex jiksbu l-għan li jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq intern.

28.

Jekk Stat Membru jiltaqa' ma' diffikultajiet mhux previsti jew mhux prevedibbli fit-twettiq tad-deċiżjoni ta' rkupru fil-limitu ta' żmien stabbilit jew jara li hemm konsegwenzi mħollija barra mill-Kummissjoni, għandu jissottometti dawk il-problemi għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni, flimkien ma' proposti għal emendi xierqa (33). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaħdmu flimkien in bona fede biex jegħlbu d-diffikultajiet filwaqt li josservaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE (34). Bl-istess mod il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali jeżiġi li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha li tippermettilha tistabbilixxi li l-mezzi magħżula jikkostitwixxu implimentazzjoni emendata tad-deċiżjoni (35).

29.

Li l-Kummissjoni tiġi nfurmata bid-diffikultajiet tekniċi u legali involvuti fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru madankollu ma jeħlisx lill-Istati Membri mid-dover li jieħdu l-passi possibbli kollha meħtieġa biex jirkupraw l-għajnuna mill-impriża in kwistjoni u li jipproponu lill-Kummissjoni kull arranġament xieraq biex id-deċiżjoni tkun implimentata (36).

3.   L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TA' RKUPRU

30.

Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom rwol essenzjali fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' rkupru u jistgħu jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tal-politika ta' rkupru.

3.1.   Ir-rwol tal-Kummissjoni

31.

Id-deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni timponi obbligu ta' rkupru fuq il-Membru Stat ikkonċernat. Tobbliga lill-Istat Membru kkonċernat li jirkupra ċertu ammont ta' għajnuna minn benefiċjarju jew numru ta' benefiċjarji f'perjodu stabbilit ta' żmien. L-esperjenza turi li l-ħeffa li biha deċiżjoni ta' rkupru titwettaq hija effettwata bil-grad ta' preċiżjoni jew il-kompletezza ta' dik id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ser tkompli bl-isforzi tagħha biex tassigura li deċiżjonijiet ta' rkupru jipprovdu indikazzjoni ċara ta' l-ammont(i) ta' għajnuna li trid tkun irkuprata, l-impriża(i) li għandhom jagħtu u li fih għandu jseħħ l-irkupru.

L-identifikazzjoni ta' l-impriżi li għandha tinġabar l-għajnuna minghandhom

32.

L-għajnuna illegali u inkompatibbli għandha tiġi rkuprata mill-impriżi li effettivament bbenefikaw minnha (37). Il-Kummissjoni ser tkompli bil-prassi attwali tagħha li tidentifika fid-deċiżjonijiet tagħha ta' rkupru, fejn possibbli, l-identità ta' l-impriża(i) li mingħandha(hom) trid tiġi rkuprata l-għajnuna. Jekk, fl-istadju ta' l-implimentazzjoni, jidher li l-għajnuna ġiet trasferita lil entitajiet oħra, l-Istat Membru jista' jkollu jestendi l-irkupru biex ikopri l-benefiċjarji effettivi kollha biex jassigura li l-obbligu ta' rkupru ma jinkisirx.

33.

Il-Qrati Komunitarji taw xi gwida dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jinżammu biex l-obbligu ta' rkupru jiġi estiż għall-kumpaniji oħra minbarra l-benefiċjarju oriġinali li rċieva l-għajnuna illegali u inkompatibbli. Skond l-ECJ, trasferiment ta' vantaġġ indebitu jista' jsir meta l-assi tal-benefiċjarju oriġinali jiġu trasferiti lil terzi bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq kultant lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex jiġi evitat l-ordni ta' rkupru. Jekk il-Kummissjoni tista' turi li l-assi inbiegħu bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq, speċjalment lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex jiġi evitat l-ordni ta' rkupru, l-ECJ tikkonsidra li l-ordni ta' rkupru tista' tiġi estiża lil dik it-terza persuna (38). Każijiet tipiċi ta' ċirkumvenzjoni huma każijiet fejn it-trasferiment ma jirriflettix xi loġika ekonomika għajr l-invalidazzjoni ta' l-ordni ta' rkupru (39).

34.

Rigward it-trasferiment ta' ishma ta' kumpanija li għandha tħallas lura għajnuna illegali u inkompatibbli (negozju ta' ishma), l-ECJ iddeċidiet (40) li l-bejgħ ta' ishma f'kumpanija bħal din lil terzi persuni ma jaffettwax l-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna (41). Meta jista' jiġi stabbilit li x-xerrej ta' l-ishma ħallas il-prezz tas-suq għall-ishma ta' dik il-kumpanija, ma jistax jitqies li bbenefika minn vantaġġ li jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (42).

35.

Meta tadotta deċiżjoni ta' rkupru dwar skemi ta' għajnuna, il-Kummissjoni normalment ma tkunx f'pożizzjoni li tidentifika, fid-deċiżjoni nfisha, l-impriżi kollha li rċevew għajnuna illegali u inkompatibbli. Dan għandu jsir fil-bidu tal-proċess ta' implimentazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, li għandu jeżamina s-sitwazzjoni individwali ta' kull impriża kkonċernata (43).

Deċiżjoni dwar l-ammont li għandu jiġi rkuprat

36.

L-għan ta' l-irkupru jintlaħaq “meta l-għajnuna in kwistjoni, flimkien fejn xieraq ma' l-interessi, titħallas lura minn min irċeviha jew, fi kliem ieħor, mill-impriżi li bbenefikaw minnha. Bil-ħlas lura ta' l-għajnuna, min irċeviha jitlef il-vantaġġ li gawda minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa' għal dak li kienet is-sitwazzjoni qabel il-ħlas ta' l-għajnuna” (44).

37.

Kif għamlet fil-passat, il-Kummissjoni ser tidentifika b'mod ċar il-miżuri ta' għajnuna illegali u inkompatibbli li huma soġġetti għall-irkupru fid-deċiżjonijiet tagħha ta' rkupru. Meta jkollha d-data neċessarja għad-dispozizzjoni tagħha, il-Kummissjoni ser tipprova wkoll tikkwantifika l-ammont preċiż ta' għajnuna li trid titħallas lura. Jidher ċar, madankollu, li l-Kummissjoni ma tistax u mhijiex legalment obbligata li tiffissa l-ammont eżatt li għandu jitħallas lura. Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru jiddetermina l-ammont, mingħajr wisq diffikultà (45).

38.

Fil-każ ta' skema ta' għajnuna illegali u inkompatibbli, il-Kummissjoni ma tistax tikkwantifika l-ammont ta' għajnuna inkompatibbli li għandha titħallas lura minn kull benefiċjarju. Dan ikun jeħtieġ analiżi dettaljata minn kull Stat Membru ta' l-għajnuna mogħtija f'kull każ individwali fuq il-bażi ta' l-iskema in kwistjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tindika fid-deċiżjoni tagħha li l-Istati Membri għandhom jirkupraw l-għajnuna kollha, sakemm din ma ngħatatx lill-proġett speċifiku, li, fi żmien l-għotja, issodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' eżenzjoni tar-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet skond il-kategoriji jew fi skema ta' għajnuna approvata mill-Kummissjoni.

39.

Skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Proċedurali, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata skond deċiżjoni ta' rkupru għandha tinkludi l-interessi f'livell xieraq li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jitħallas mid-data meta l-għajnuna illegali kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data meta tinġabar lura (46). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistabbilixxi li r-rata ta' interessi għandha tapplika fuq bażi komposta sad-data ta' l-irkupru ta' l-għajnuna.

Skeda għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni

40.

Fil-passat, id-deċiżjonijiet ta' rkupru tal-Kummissjoni kienu jispeċifikaw terminu wieħed ta' xahrejn, li fih l-Istat Membru kkonċernat kellu jikkomunika lill-Kummissjoni, il-miżuri li kien ħa biex jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni meħuda. Il-Qorti rrikonoxxiet li dan it-terminu għandu jitqies ukoll bħala t-terminu għat-twettiq tad-deċiżjoni nfisha tal-Kummissjoni (47).

41.

Il-Qorti kkonkludiet ukoll li l-kuntatti u n-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, fil-kuntest tat-twettiq tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ma setgħux iħollu lill-Istat Membru mid-dover li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iwettaq id-deċiżjoni fit-terminu preskritt (48).

42.

Il-Kummissjoni tagħraf li, fil-maġġoranzja tal-każijiet, it-terminu ta' xahrejn għat-twettiq tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni huwa qasir wisq. Għaldaqstant, hija ddeċidiet li testendi t-terminu għat-twettiq ta' deċiżjonijiet ta' rkupru għal erba' xhur. Minn issa 'l quddiem, il-Kummissjoni se tispeċifika żewġ termini għad-deċiżjonijiet tagħha:

terminu inizjali ta' xahrejn wara d-dħul tad-deċiżjoni fis-seħħ, li matulu l-Istat Membru jrid jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri ppjanati jew meħuda;

it-tieni terminu ta' erba' xhur wara d-dħul tad-deċiżjoni fis-seħħ, li matulu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun twettqet.

43.

Jekk Stat Membru jiltaqa' ma' diffikultajiet serji li jżommuh milli jirrispetta xi wieħed minn dawn it-termini, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dawn id-diffikultajiet, u jagħti ġustifikazzjoni xierqa. Il-Kummissjoni tista' f'dak il-każ ittawwal it-terminu skond il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali (49).

3.2.   Ir-rwol ta' l-Istati Membri: l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' rkupru

3.2.1.   Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru?

44.

L-Istat Membru huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru. L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali jipprovdi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.

45.

F'dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li l-ECJ fakkret f'diversi okkażjonijiet li deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru torbot lill-organi kollha ta' dak l-Istati, inklużi l-Qrati ta' dak l-Istat (50). Dan jimplika li kull organu ta' l-Istat Membru involut fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura l-applikazzjoni immedjata u effettiva ta' deċiżjoni bħal din.

46.

Il-liġi tal-Komunità ma tispeċifikax liema organu ta' l-Istat Membru għandu jkun inkarigat mill-implimentazzjoni prattika tad-deċiżjoni ta' rkupru. Hija s-sistema legali nazzjonali ta' kull Stat Membru li għandha taħtar l-entitajiet li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru. L-awturi ta' l-Istudju ta' Infurzar jinnutaw li “prinċipju komuni fil-pajjiżi kollha eżaminati huwa li l-irkupru jrid isir mill-awtorità li tat l-għajnuna. Dan iwassal għall-involviment ta' varjetà ta' entitajiet ċentrali, reġjonali u lokali, fil-proċess ta' rkupru (51)”. Jispeċifikaw ukoll li xi Stati Membri inkarigaw entità ċentrali waħda biex tikkontrolla u tmexxi l-proċess ta' rkupru. Din l-entità normalment għandha kuntatt kostanti mal-Kummissjoni. L-awturi ta' l-Istudju ta' Infurzar jikkonkludu li l-eżistenza ta' entità ċentrali bħal din tidher li tikkontribwixxi għal implimentazzjoni iktar effettiva tad-deċiżjonijiet ta' rkupru.

3.2.2.   L-Implimentazzjoni ta' l-obbligu ta' rkupru

47.

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali jobbliga l-Istat Membru biex jibda l-proċeduri ta' rkupru mingħajr dewmien. Kif imsemmi fit-taqsima 3.1 hawn fuq, id-deċiżjoni ta' rkupru ser tispeċifika t-terminu li fih l-Istat Membru għandu jissottometti informazzjoni preċiża dwar il-miżuri li ħa u li ppjana biex iwettaq id-deċiżjoni. B'mod partikolari, l-Istat Membru jkun meħtieġ jipprovdi informazzjoni sħiħa dwar l-identità tal-benefiċjarji ta' l-għajnuna illegali u inkompatibbli, l-ammont ta' għajnuna involuta u l-proċedura nazzjonali applikata biex jinkiseb l-irkupru. Barra minn hekk, l-Istat Membru jkun meħtieġ jipprovdi dokumentazzjoni li turi li nnotifika lill-benefiċjarju bl-obbligu tiegħu li jħallas lura l-għajnuna li rċieva.

L-identifikazzjoni tal-benefiċjarju ta' l-għajnuna u l-ammont li jrid jitħallas lura

48.

Id-deċiżjoni ta' rkupru ma jkunx dejjem fiha informazzjoni sħiħa dwar l-identità tal-benefiċjarji, u lanqas fuq l-ammonti ta' għajnuna li jridu jitħallsu lura. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru għandu jidentifika mingħajr dewmien l-impriżi kkonċernati bid-deċiżjoni u jikkwantifika l-ammont preċiż ta' l-għajnuna li jrid jitħallas lura minn kull wieħed minnhom.

49.

Fil-każ ta' skema ta' għajnuna illegali u inkompatibbli, l-Istat Membru jkun meħtieġ jagħmel analiżi dettaljata ta' kull għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta' l-iskema kkonċernata. Biex jikkwantifika l-ammont preċiż ta' l-għajnuna li għandha tkun irkuprata minn kull benefiċjarju individwali, ikun irid jiddetermina safejn l-għajnuna tkun ingħatat għal proġett speċifiku, li, meta ssir l-għotja, kien jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fir-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet skond il-kategorija jew fl-iskema ta' għajnuna approvata mill-Kummissjoni. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru jista' japplika wkoll il-kriterji sostantivi de minimis applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna illegali u inkompatibbli li tkun is-suġġett tad-deċiżjoni ta' rkupru.

50.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu l-inċidenza tas-sistema tat-taxxa biex jiddeterminaw l-ammont li jrid jitħallas lura. Meta benefiċjarju ta' għajnuna illegali u inkompatibbli jkun ħallas it-taxxa fuq l-għajnuna li rċieva, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, skond ir-regoli nazzjonali tagħhom tat-taxxa, iqisu l-ammont tat-taxxa mħallsa qabel billi jirkupraw biss l-ammont nett li l-benefiċjarju jkun irċieva (52). F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġ li jassiguraw li l-benefiċjarju ma jkunx jista' jgawdi minn tnaqqis ieħor mit-taxxa billi jiddikjara li l-ħlas lura naqqas id-dħul taxxabbli tiegħu, peress li dan ikun ifisser li l-ammont nett ta' l-irkupru jkun inqas mill-ammont nett li jkun inizjalment irċieva.

Il-proċedura ta' rkupru applikabbli

51.

L-awturi ta' l-Istudju ta' Infurzar jipprovdu provi sostanzjali tal-fatt li l-proċeduri ta' rkupru jvarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. L-Istudju juri wkoll li, anki fi ħdan Stat Membru wieħed, jistgħu jiġu applikati diversi proċeduri fl-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli. Fil-parti l-kbira ta' l-Istati Membri, il-proċedura ta' rkupru applikabbli hija normalment determinata min-natura tal-miżura li fuqha hija bbażata l-għotja ta' l-għajnuna. Proċeduri amministrattivi, globalment, għandhom tendenza li jkunu aktar effiċjenti minn proċeduri ċivili, għaliex l-ordnijiet amministrattivi ta' rkupru huma jew jistgħu jiġu infurzati b'mod immedjat (53).

52.

Il-liġi Komunitarja ma tispeċifikax liema proċedura għandu japplika l-Istat Membru biex iwettaq deċiżjoni ta' rkupru. Madankollu, l-Istati Membru għandhom ikunu jafu li l-għażla u l-applikazzjoni ta' proċedura nazzjonali hija soġġetta għall-kundizzjoni li proċedura bħal din tippermetti għat-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dan jimplika li l-awtoritajiet responsabbli għandhom jikkunsidraw sew il-firxa sħiħa ta' strumenti ta' rkupru disponibbli fil-liġi nazzjonali u jagħżlu l-proċedura li l-aktar tista' twassal għat-twettiq immedjat tad-deċiżjoni (54). Għandhom jużaw proċeduri rapidi fejn possibbli skond il-liġi nazzjonali. Skond il-prinċipju ta' ekwivalenza u effettività, dawn il-proċeduri m'għandhomx ikunu anqas vantaġġużi minn dawk li jmexxu azzjonijiet domestiċi simili, u m'għandhomx jagħmluha prattikament impossibbli jew diffiċli wisq li jiġu eżerċitati d-drittijiet mogħtija mil-liġi Komunitarja (55).

53.

B'mod aktar ġenerali, l-Istati Membri m'għandhom ikunu jistgħu jagħmlu ebda ostakolu biex titwettaq deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni (56). Għalhekk, l-awtoritajiet ta' Stat Membru huma obbligati li jwarrbu kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali, li tista' tfixkel it-twettiq immedjat tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (57).

In-notifika u l-infurzar ta' ordnijiet ta' rkupru

54.

Meta jkunu ġew determinati l-benefiċjarju, l-ammont li jrid jitħallas lura u l-proċedura applikabbli, l-ordnijiet ta' rkupru għandhom jintbagħtu lill-benefiċjarji ta' l-għajnuna illegali u inkompatibbli mingħajr dewmien u fit-terminu preskritt mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet responsabbli li jwettqu l-irkupru għandhom jassiguraw li dawn l-ordnijiet ta' rkupru jiġu infurzati u li l-irkupru jitlesta fit-terminu speċifikat fid-deċiżjoni. Meta benefiċjarju ma jonorax l-ordni ta' rkupru, l-Istati Memrbi għandhom ifittxu li jseħħ infurzar immedjat ta' l-irkupru skond il-liġi nazzjonali.

3.2.3   Kawżi quddiem il-qrati nazzjonali

55.

L-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' rkupru tista' twassal għal kawżi fil-qrati nazzjonali. Għalkemm hemm differenzi sinifikanti ħafna fit-tradizzjonijiet ġudizzjarji u s-sistemi ta' l-Istati Membri, jistgħu jiġu identifikati żewġ kategoriji ewlenin ta' kawżi relatati ma' rkurpu: kawżi miġjuba mill-awtorità ta' rkupru għal digriet tal-qorti biex iġegħlu benefiċjarju, li jkun qiegħed jirrifjuta, biex iħallas lura l-għajnuna illegali u inkompatibbli u kawżi miġjuba minn benefiċjarji li jkunu qegħdin jikkontestaw ordni ta' rkupru.

56.

L-analiżi li saret fil-kuntest ta' l-Istudju ta' Infurzar tipprovdi evidenza li t-twettiq ta' deċiżjoni ta' rkupru tista' tiddewwem għal ħafna snin meta l-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta' deċiżjoni ta' rkupru jiġu kkontestati fil-qorti. Dan huwa aktar il-każ meta d-deċiżjoni ta' rkupru stess tiġi kkontestata quddiem il-qrati tal-Komunità u meta l-imħallfin nazzjonali jintalbu jissospendu l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali sakemm il-Qrati tal-Komunità jiddeċiedu fuq il-validità tad-deċiżjoni ta' rkupru.

57.

L-ECJ iddeċidiet li l-benefiċjarju ta' għajnuna li bla dubju seta' jikkontesta deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 230(KE) quddiem Qorti Ewropea ma jistax jikkontesta aktar il-validità tad-deċiżjoni fi proċedimenti quddiem qorti nazzjonali fuq il-bażi li d-deċiżjoni kienet illegali (58). B'riżultat ta' dan, il-benefiċjarju ta' għajnuna li seta' talab eżenzjoni provviżorja quddiem il-Qrati tal-Komunità skond l-Artikoli 242 u 243 KE u m'għamilx hekk, ma jistax jitlob għal sospensjoni tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw dik id-deċiżjoni minħabba raġunijiet marbuta mal-validità tad-deċiżjoni. Il-kwistjoni hija riservata għall-Qrati tal-Komunità (59).

58.

Min-naħa l-oħra, f'każijiet fejn m'huwiex ċar li azzjoni għall-annullament miġjuba kontra d-deċiżjoni kkontestata mill-benefiċjarju ta' l-għajnuna setgħet tkun ammissibbli, għandha tiġi offruta protezzjoni legali xierqa lill-benefiċjarju ta' l-għajnuna. Fil-każ li l-benefiċjarju ta' l-għajnuna jikkontesta l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni fil-proċedimenti quddiem il-qorti nazzjonali fuq il-bażi li deċiżjoni ta' rkupru bħal din kienet illegali, l-imħallef nazzjonali għandu jitlob deċiżjoni preliminari dwar il-validità ta' deċiżjoni bħal din lill-ECJ skond l-Artikolu 234 (KE) (60).

59.

Fil-każ li benefiċjarju jitlob ukoll eżenzjoni provviżorja mill-miżuri nazzjonali adottati biex tiġi implimentata deċiżjoni ta' rkupru minħabba illegalità allegata tad-deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni, l-imħallef nazzjonali għandu jevalwa jekk il-każ quddiemu jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ECJ fil-kawżi Zuckerfabrik (61) u Atlanta (62). Skond każistika stabbilita, tista' tiġi ordnata eżenzjoni provviżorja mill-qorti nazzjonali biss fil-każ li:

(1)

il-qorti jkollha dubji serji dwar il-validità ta' l-att tal-Komunità u, jekk il-validità ta' l-att ikkontestat ma tressqitx diġà quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hija stess tirrefera l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja;

(2)

hemm każ ta' urġenza, minħabba li l-eżenzjoni provviżorja hija meħtieġa biex tiġi evitata ħsara serja u irreparabbli lill-parti li qed titlob l-eżenzjoni;

(3)

il-qorti tqis l-interess tal-Komunità; kif ukoll

(4)

fl-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet kollha, tirrispetta kull deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti tal-Prim'Istanza dwar il-legalità ta' l-att Komunitarju jew dwar applikazzjoni għal miżuri provviżorji biex ikun hemm eżenzjoni provviżorja simili fil-livell Komunitarju (63).

3.2.4.   Il-każ speċifiku ta' benefiċjarji falluti

60.

Bħala osservazzjoni preliminari, huwa importanti li jitfakkar li l-ECJ dejjem qalet li l-fatt li benefiċjarju huwa fallut jew suġġett għal proċedimenti fallimentari m'għandu ebda effett fuq l-obbligu li jħallas lura l-għajnuna illegali u inkompatibbli (64).

61.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet li jinvolvu benefiċjarju ta' għajnuna fallut, mhuwiex ser ikun possibbli li jitħallas lura l-ammont sħiħ ta' għajnuna illegali u inkompatibbli (inklużi l-interessi), minħabba li l-assi tal-benefiċjarju mhux ser ikunu biżżejjed biex jissodisfaw it-talbiet kollha tal-kredituri. Għalhekk, mhuwiex possibbli li terġa' tiġi stabbilita kompletament is-sitwazzjoni ex ante bil-mod tradizzjonali. Minħabba li l-għan aħħari ta' l-irkupru huwa biex jispiċċa d-distorsjoni fil-kompetizzjoni, l-ECJ iddikjarat li l-likwidazzjoni tal-benefiċjarju tista' titqies bħala għażla aċċettabbli għall-irkupru f'każijiet bħal dawn (65). Għalhekk il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li deċiżjoni li tordna lil Stat Membru biex jirkupra għajnuna illegali u inkompatibbli minn benefiċjarju fallut tista' għalhekk titqies li twettqet kif suppost jew meta jsir l-irkupru sħiħ jew, fil-każ ta' rkupru parzjali, meta l-kumpanija tiġi likwidata u l-assi tagħha jinbiegħu skond il-kundizzjonijiet tas-suq.

62.

Meta jimplimentaw deċiżjonijiet ta' rkupru dwar benefiċjarji falluti, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom jassiguraw li jitqies kif dovut l-interess Komunitarju matul il-proċeduri ta' insolvenza u, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tintemm immedjatament id-distorsjoni fil-kompetizzjoni kkawżata mill-għoti ta' għajnuna illegali u inkompatibbli.

63.

Madankollu, l-esperjenza tal-Kummissjoni wriet li s-sempliċi reġistrazzjoni ta' pretensjonijiet fi proċedimenti ta' falliment tista' mhux dejjem tkun biżżejjed biex tiżgura l-implimentazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjonijiet ta' rkupru tal-Kummissjoni. L-applikazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar il-falliment jistgħu jippreġudikaw l-effett ta' deċiżjonijiet ta' rkupru billi jħallu lill-kumpanija tkompli topera minkejja n-nuqqas ta' rkupru sħiħ u billi b'hekk iħallu d-distorsjoni fil-kompetizzjoni tissokta. Fuq il-bażi ta' l-esperjenza tagħha f'każijiet ta' rkupru minn benefiċjarji insolventi, il-Kummissjoni tqis li hemm ħtieġa li l-obbligi ta' l-Istati Membri fl-istadji varji tal-proċedimenti ta' falliment jiġu definiti.

64.

L-Istat Membru għandu immedjatament jirreġistra l-pretensjonijiet tiegħu fil-proċedimenti fallimentari (66). Skond il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja l-irkupru għandu jsir skond ir-regoli nazzjonali tal-falliment (67). Id-dejn li għandu jiġi rkuprat għandu jitħallas lura bis-saħħa ta' l-istatus li jingħatalu mil-liġi nazzjonali.

65.

Fil-passat, kien hemm każijiet meta l-amministratur fallimentarju rrifjuta li jirreġistra pretensjoni ta' rkupru fi proċedimenti ta' falliment minħabba t-tip ta' għajnuna illegali u inkompatibbli li ngħatat (per eżempju meta l-għajnuna tkun ingħatat bħala injezzjoni ta' kapital). Il-Kummissjoni tqis lil din is-sitwazzjoni bħala waħda problematika, b'mod partikolari jekk dan ir-rifjut iċaħħad lill-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tad-deċiżjoni ta' rkupru minn kull mezz biex jiżguraw li jitqies kif dovut l-interess Komunitarju matul il-proċedimenti ta' insolvenza. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru għandu jikkontesa r-rifjut ta' l-amministratur ta' l-insolvenza li jirreġisra l-pretensjonijiet tiegħu (68).

66.

Biex tiżgura l-implimentazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tad-deċiżjoni ta' rkupru għandhom ukoll jappellaw kull deċiżjoni mill-amministratur fallimentarju jew mill-qorti fallimernarja li tippermetti li titkompla l-attività tal-benefiċjarju fallut lil hinn mit-termini stabbiliti fid-deċiżjoni ta' rkupru. Bl-istess mod, il-qrati nazzjonali, meta affaċċjati b'talba bħal din, għandhom iqisu totalment l-interess Komunitarju u, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi assigurat li t-twettiq tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jkun immedjat u li d-distorsjoni fil-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna illegali u inkompatibbli tintemm kemm jista' jkun malajr. Il-Kummissjoni tikkunsidra li huma, għalhekk, m'għandhomx jippermettu t-tkomplija ta' l-attività ta' benefiċjarju fallut fin-nuqqas ta' rkupru sħiħ.

67.

Fil-każ li pjan ta' kontinwazzjoni jiġi propost lill-kumitat tal-kredituri li jimplika kontinwazzjoni ta' l-attività tal-benefiċjarju, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq jistgħu biss jappoġġjaw dan il-pjan jekk jassigura li l-għajnuna titħallas lura kollha kemm hi fit-termini previsti fid-deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, l-Istat Membru ma jistax jirrinunzja għal parti mit-talba tiegħu ta' rkupru, u lanqas ma jista' jaċċetta xi soluzzjoni oħra li ma tirriżultax fit-tmiem immedjat ta' l-attività tal-benefiċjarju. Fl-assenza ta' ħlas lura sħiħ u immedjat ta' l-għajnuna illegali u inkompatibbli, l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq għandhom jieħdu l-miżuri kollha disponibbli biex jopponu l-adozzjoni ta' pjan ta' kontinwazzjoni u għandhom jinsistu fuq it-tmiem ta' l-attività tal-benefiċjarju fit-terminu stabbilit fid-deċiżjoni ta' rkupru.

68.

Fil-każ ta' likwidazzjoni, u sakemm l-għajnuna ma tkunx għadha tħallset kollha lura, l-Istat Membru għandu jopponi kull trasferiment ta' assi li ma jsirx skond il-kundizzjonijiet tas-suq u/jew li huwa organizzat biex jevita d-deċiżjoni ta' rkupru. Biex jinkiseb “trasferiment korrett ta' assi”, l-Istat Membru għandu jassigura li l-vantaġġ inġust maħluq mill-għajnuna ma jiġix trasferit lix-xerrej ta' l-assi. Dan jista' jiġri jekk l-assi tal-benefiċjarju oriġinali ta' l-għajnuna jiġu trasferiti lil terza persuna bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq jew lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex tiġi evitata l-ordni ta' rkupru. F'każ bħal dan, l-ordni ta' rkupru jeħtieġ li tiġi estiża lil dik it-terza persuna (69).

4.   KONSEGWENZI TA' NUQQAS TA' IMPLIMENTAZZJONI TAD-DEĊIŻJONIJIET TA' RKUPRU TAL-KUMMISSJONI

69.

Stat Membru huwa meqjus li kkonforma mad-deċiżjoni ta' rkupru meta l-għajnuna kollha titħallas lura fit-terminu preskritt jew, fil-każ ta' benefiċjarju fallut, meta l-kumpanija tkun likwidata skond il-kundizzjonijiet tas-suq.

70.

Il-Kummissjoni tista' taċċetta wkoll, f'każijiet li jkunu debitament iġġustifikati, implimentazzjoni provviżorja tad-deċiżjoni, meta tkun suġġetta għal proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali jew Komunitarji (per eżempju l-ħlas ta' l-ammont sħiħ ta' l-għajnuna illegali u inkompatibbli f'kont ibblukkat (70)). L-Istat Membru għandu jassigura li l-kumpanija ma tibqax tgawdi mill-vantaġġ marbut ma' l-għajnuna illegali u inkompatibbli (71). L-Istat Membru għandu jissottometti, għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, ġustifikazzjoni għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji bħal dawn u deskrizzjoni sħiħa tal-miżura provviżorja prevista.

71.

Fejn Stat Membru kkonċernat ma kkonformax ruħu mad-deċiżjoni ta' rkupru, u fejn ma setax juri l-eżistenza ta' impossibilità assoluta, il-Kummissjoni tista' tagħti bidu għal proċedimenti ta' ksur. Barra minn hekk, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, tista' tobbliga lill-Istat Mebru kkonċernat biex jissospendi l-ħlas ta' għajnuna ġdida kompatibbli lill-benefiċjarju jew benefiċjarji kkonċernati bl-applikazzjoni tal-prinċipju Deggendorf.

4.1.   Proċeduri ta' Ksur

—   Azzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) KE

72.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax ruħu mad-deċiżjoni ta' rkupru fit-terminu preskritt u jekk ma setax juri l-impossibilità assoluta, il-Kummissjoni, kif diġà għamlet, jew xi Stat ieħor interessat, tista' tirreferi l-kwistjoni direttament lill-ECJ skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat. Il-Kummissjoni tista' mbagħad tqanqal argumenti dwar l-imġiba ta' l-organi eżekuttivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji ta' l-Istat Membru kkonċernat, minħabba li l-Istat Membru għandu jitqies fl-intier tiegħu (72).

—   Azzjonijiet skond l-Artikolu 228(2) KE

73.

Fil-każ li l-ECJ tikkundanna lill-Istat Membru talli ma kkonformax ruħu mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat ma kkonformax ruħu mas-sentenza ta' l-ECJ, il-Kummissjoni tista' tkompli tittratta l-kwistjoni skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat. F'każ bħal dan, wara li tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, il-Kummssjoni tagħti opinjoni motivata fejn tispeċifika l-punti li fuqhom l-Istat Membru kkonċernat ma kkonformax ruħu mas-sentenza ta' l-ECJ.

74.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jieħux il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma ruħu mas-sentenza ta' l-ECJ fit-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, il-Kummissjoni tista' mbagħad tirreferi l-kwistjoni lill-ECJ, skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni imbagħad titlob lill-ECJ biex timponi ħlas ta' multa fuq l-Istat Membru kkonċernat. Il-ħlas tal-multa jiġi ffissat skond il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (73), u jiġi ikkalkulat fuq il-bażi ta' tliet kriterji: is-serjetà tal-ksur, it-tul tiegħu, u l-ħtieġa li jiġi assigurat li l-multa nfisha hija deterrent għal ksur ieħor. Skond l-istess komunikazzjoni l-Kummissjoni se titlob ukoll għal ħlas ta' somma sħiħa bħala penalità kontra l-kontinwazzjoni tal-ksur bejn l-ewwel sentenza ta' nuqqas ta' konformità u s-sentenza mogħtija skond l-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE. Minħabba l-fatt li n-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni jtawwal id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għoti ta' l-għajnuna illegali u inkompatibbli, il-Kummissjoni mhijiex ser taħsibha darbtejn biex tuża din il-possibilità jekk jidher neċessarju li jiġi assigurat ir-rispett tar-regoli ta' l-għajnuna mill-Istat.

4.2.   L-applikazzjoni tal-każistika Deggendorf

75.

Fis-sentenza tagħha fil-każ Deggendorf, is-CFI iddeċidiet li, “meta l-Kummissjoni tikkunsidra l-kompatibilità ta' għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, hija għandha tqis il-fatturi kollha relevanti, inklużi, fejn relevanti, iċ-ċirkostanzi li tqisu diġà f'deċiżjoni preċedenti u l-obbligi li dik id-deċiżjoni preċedenti setgħet imponiet fuq Stat Membru. Għalhekk il-Kummissjoni għandha l-poter li tqis, l-ewwel, kull effett akkumulat ta' l-għajnuna […] antika u l-għajnuna […] ġdida u, t-tieni, il-fatt li l-għajnuna [l-antika] ddikjarata illegali […] ma tħallsitx lura” (74). Fl-applikazzjoni ta' din is-sentenza u biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni tista' tordna lil Stat Membru jissospendi l-ħlas ta' għajnuna ġdida kompatibbli lil impriża li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għajnuna illegali u inkompatibbli suġġetta għal deċiżjoni preċedenti ta' rkupru, u dan sakemm l-Istat Membru jkun assigura ruħu li l-impriża kkonċernata ħallset lura l-għajnuna antika illegali u inkompatibbli.

76.

Il-Kummissjoni issa ilha tapplika l-hekk imsejjaħ prinċipju Deggendorf b'mod aktar sistematiku għal xi snin. Fil-prattika, matul l-investigazzjoni preliminari ta' miżura ġdida ta' għajnuna, il-Kummissjoni titlob impenn mill-Istat Membru biex jissospendi l-ħlas ta' għajnuna ġdida lil xi benefiċjarju li għad irid iħallas lura għajnuna illegali u inkompatibbli suġġetta għal deċiżjoni ta' rkupru preċedenti. Jekk l-Istat Membru ma jagħtix dan l-impenn u/jew fl-assenza ta' data ċara fuq il-miżuri ta' għajnuna involuti (75) li żżomm lill-Kummissjoni milli tivvaluta l-impatt globali ta' l-għajnuna antika u ġdida fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ser tieħu deċiżjoni finali, suġġetta għal kundizzjonijiet fuq il-bażi ta' l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Proċedurali, li tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat jissospendi l-ħlas ta' għajnuna antika u ġdida sakemm tkun sodisfatta li l-benefiċjarju kkonċernat ħallas lura l-għajnuna antika illegali u inkompatibbli, inklużi l-interessi ta' rkupru dovuti.

77.

Il-prinċipju Deggendorf sadattant ġie integrat fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati azjendi f'diffikultà (76) u f'Regolamenti ta' Eżenzjonijiet skond il-Kategorija reċenti (77). Il-Kummissjoni biħsiebha tintegra dan il-prinċipju fir-regoli u d-deċiżjonijiet kollha ta' għajuna mill-Istat li ġejjin.

78.

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tilqa' l-inizjattiva ta' l-Italja li ddaħħal dispożizzjoni speċifika 'Deggendorf' fil-'Legge Finanziaria 2007' tagħha, li tipprovdi li benefiċjarji ta' miżuri ġodda ta' għajnuna mill-Istat għandhom jiddikjaraw li m'għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom xi għajuna mill-Istat llegali jew inkompatibbli (78).

5.   KONKLUŻJONI

79.

Iż-żamma ta' sistema ta' kompetizzjoni libera u mingħajr xkiel hija waħda mill-pilastri tal-Komunità Ewropea. Bħala parti mill-politika Ewropea ta' kompetizzjoni, id-dixxiplina fl-għajnuna mill-Istat hija essenzjali biex tassigura li s-suq intern jibqa' uniformi fis-setturi ekonomiċi kollha fl-Ewropa. F'din il-ħidma ewlenija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà konġunta li jassiguraw l-infurzar xieraq tad-dixxiplina ta' l-għajnuna mill-Istat u b'mod partikolari tad-deċiżjonijiet ta' rkupru.

80.

Bil-ħruġ ta' din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni hija lesta li żżid l-għarfien tal-prinċipji tal-politika ta' rkupru definiti mill-Qrati tal-Komunità u tiċċara l-prattika tal-Kummissjoni dwar il-politika tagħha ta' rkupru. Il-Kummissjoni hija kommessa li tkun konformi ma' dawn il-prinċipji msemmija u tistieden lill-Istati Membri biex jitolbu parir meta jiffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' rkupru. Is-servizzi tal-Kummissjoni jibqgħu għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri biex jipprovdu aktar gwida u assistenza jekk meħtieġa.

81.

Il-Kummissjoni tistenna li l-Istati Membri jonoraw il-prinċipji tal-politika ta' rkupru. Huwa biss bi sforz konġunt tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri li d-dixxiplina ta' l-għajnuna mill-Istat tkun assigurata u twassal għall-għan mixtieq, jiġifieri ż-żamma ta' kompetizzjoni mingħajr xkiel fi ħdan is-suq intern.


(1)  Pjan ta' Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat: Għajnuna mill-Istat li hija inqas u mmirata aħjar: programm għar-riforma ta' l-għajnuna mill-Istat 2005-2009.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(3)  Studju dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat f'livell nazzjonali, Studji dwar il-Kompetizzjoni nru 6, il-Lussemburgu, Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/overview/studies.html

(4)  Kawża C-70/72, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, [1973] Ġabra p. 813, punt 13.

(5)  Kawża 121/73, Markmann KG vs il-Ġermanja u Land of Schleswig-Holstein, [1973] Ġabra p. 01495, Kawża 122/73, Nordsee, Deutsche Hochseefischerei GmbH vs il-Ġermanja u Land Rheinland-Pfalz, [1973] Ġabra p. 01511, u Kawża 141/73, Fritz Lohrey vs il-Ġermanja u Land Hessen, [1973] Ġabra p. 1527.

(6)  ĠU C 318, 24.11.1983, p. 3.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.)

(8)  Kawża C-301/87, Franza vs il-Kummissjoni, [1990], Ġabra p. I-307.

(9)  Kawża C-415/03, il-Kummizzjoni vs il-Greċja, (“Olympic Airways”) [2005], Ġabra p. I-03875 u s-sentenza tal-5 ta' Ottubru 2006, kawża C-232/05, il-Kummissjoni vs Franza, (“Scott”), li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.

(10)  Kawża C-188/92, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Ġermanja, (“Deggendorf”) [1994], Ġabra p. I-00833.

(11)  Kawża C-75/97, il-Belġju vs il-Kummissjoni, [1990] Ġabra p. I — 03671, punt 65.

(12)  Kawża C-183/91 il-Kummissjoni vs il-Greċja [1993] Ġabra p. I-3131, punt 16.

(13)  Kawżi magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs il-Kummissjoni, [1994] Ġabra p. I-04103, punt 75.

(14)  Kawża C-348/93, il-Kummissjoni vs l-Italja [1993] Ġabra p. I-673, punt 27.

(15)  Kawża T-459/93, Siemens vs il-Kummissjoni [1995] Ġabra p. II-1675, punti 97 sa 101.

(16)  Kawża C-415/03, il-Kummissjoni vs il-Greċja, msemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(17)  Kawża C-232/05, il-Kummissjoni vs Franza, msemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(18)  Fuq il-prinċipju tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi, jekk jogħġbok ara l-kawża C-24/95, Alcan, [1997], Ġabra p. I-1591, punt 25, kawża C-5/89, BUG-Alutechnik, [1990], Ġabra p. I-3437, punti 13 u 14. Għal eżempju fejn l-ECJ irrikonoxxiet l-eżistenza ta' aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarju, jekk jogħġbok ara l-kawża C-223/85, RSV, [1987], Ġabra p. 4617.

(19)  Dwar il-prinċipju taċ-ċertezza legali, jekk jogħġbok ara l-kawża T-115/94, Opel Austria GmbH vs il-Kunsill, [1997] Ġabra p. II-00039 u l-kawża C-372/97, l-Italja vs l-Kummissjoni, [2004] Ġabra p. I-3679, punti 116 sa 118, kawżi magħquda C-74/00P u C-75/00, P Falck u Acciaierie di Bolzano vs l-Kummissjoni [2002] Ġabra p. I-7869, punt 140. Ara wkoll il-kawża T-308/00, Saltzgitter vs l-Kummissjoni [2004], Ġabra p. II-01933, punt 166.

(20)  Għal interpretazzjoni ta' “kull azzjoni Komunitarja”, jekk jogħġbok ara l-kawża T-369/00, Département du Loiret vs il-Kummissjoni, [2003] Ġabra p. II-01789.

(21)  Kawża 94/87, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1989] Ġabra p. 175.

(22)  Kawża C-404/00, il-Kummissjoni vs Spanja, [1990] Ġabra p. I-6695.

(23)  Kawża C-280/95, il-Kummissjoni vs l-Italja, [1998] Ġabra p. I-259.

(24)  Kawża C-24/95, Alcan, [1997], Ġabra p. 1591, punti 34-37.

(25)  Kawża C-303/88, l-Italja vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra p. I-1433.

(26)  Kawża C-52/84, il-Kummissjoni vs il-Belġju, [1986] Ġabra p. 89, punt 9.

(27)  Kawża C-52/84, il-Kummissjoni vs il-Belġju, imsemmija qabel fin-nota 26 ta' qiegħ il-paġna, punt 14.

(28)  Kawża C-499/99, il-Kummissjoni vs Spanja, [2002] Ġabra p. I-06301.

(29)  Kawża C-280/95, il-Kummissjoni vs l-Italja, [imsemmija qabel fin-nota 23 ta' qiegħ il-paġna].

(30)  Kawża C-6/97 l-Italja vs il-Kummissjoni [1999] Ġabra p. I-2981, punt 34.

(31)  Kawża C-415/03, Il-Kummissjoni vs il-Greċja, imsemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(32)  Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni vs Franza, imsemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(33)  Kawża C-404/00, Il-Kummissjoni vs Spanja, imsemmija qabel fin-nota 22 ta' qiegħ il-paġna.

(34)  Kawża C-94/87, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1989] Ġabra p. 175, punt 9, Kawża C-348/93, il-Kummissjoni vs l-Italja, imsemmija qabel fin-nota 14 f'qiegħ il-paġna, punt 17.

(35)  għal illustrazzjoni tal-proposti għall-implimentazzjoni ara l-kawża C-209/00, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [2002] Ġabra p.I-11695.

(36)  Kawża 94/87, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja msemmija qabel fin-nota 34 ta' qiegħ il-paġna, punt 10.

(37)  Kawża Ċ-303/88, l-Italja vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra p. I-1433, punt 57; Kawża C-277/00, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni (“SMI”) [2004] Ġabra p. I-3925, punt 75.

(38)  Kawża C-277/00, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija qabel fin-nota 37 ta' qiegħ il-paġna.

(39)  Kawżi C-328/99 u C-399/00, l-Italja u SIM 2 Multimedia vs il-Kummissjoni. Għal eżempju ieħor ta' ċirkumvenzjoni ara l-kawża C-415/03, il-Kummissjoni vs il-Greċja, imsemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(40)  Kawżi C-328/99 u C-399/00, l-Italja u SIM 2 Multimedia vs il-Kummissjoni [2003] Ġabra p. I-4035, punt 83.

(41)  Fil-każ ta' privatizzazzjoni ta' kumpanija li rċeviet l-għajnuna mill-Istat ddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jintroduċi klawsola ta' responsabbiltà fil-ftehim ta' privatizzazzjoni biex tipproteġi x-xerrej tal-kumpanija mir-riskju li d-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni li tapprova l-għajnuna tinbidel mill-Qrati tal-Komunità u tiġi sostitwita b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta' dik l-għajnuna mill-benefiċjarju. Klawsola bħal din tista' tagħti lok għall-aġġustament tal-prezz imħallas mix-xerrej għall-kumpanija privatizzata biex titqies b'mod xieraq ir-responsabbiltà ġdida ta' rkupru.

(42)  Kawża C-277/00, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija qabel fin-nota 37 ta' qiegħ il-paġna, punt 80.

(43)  Kawża Ċ-310/99, l-Italja vs il-Kummissjoni, [2002] Ġabra p. I-2289, punt 91.

(44)  Kawża C-277/00, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija qabel fin-nota 37 ta' qiegħ il-paġna, punti 74-76.

(45)  Kawża C-480/98, Spanja vs il-Kummissjoni [2000], Ġabra p. I-8717, punt 25 u l-kawżi magħquda C-67/85, C-68/85 u C-70/85, Kwekerij van der Kooy BV et vs il-Kummissjoni [1988], Ġabra p. 219.

(46)  ara f'dak il-kuntest, l-eċċezzjoni tal-kawża C-480/98, Spanja vs il-Kummissjoni, imsemmija qabel fin-nota 45 ta' qiegħ il-paġna, punti 36 et seq.

(47)  Kawża C-207/05, il-Kummissjoni vs l-Italja, [2006], Ġabra p. I-00070, punti 31-36; Ara wkoll Kawża C-378/98, il-Kummissjoni vs il-Belġju, [2001], Ġabra p. I-5107, punt 28 u l-kawża C-232/05, il-Kummissjoni vs Franza, imsemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(48)  Kawża C-5/86, il-Kummissjoni vs il-Belġju, [1987] Ġabra p. 1773.

(49)  Kawża C-207/05, il-Kummissjoni vs l-Italja (2006), sentenza ta' l-1 ta' Ġunju 2006.

(50)  Kawża 249/85, Albako Margarinefabrik Maria von der Linde GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für landwirtschaftliche Marktordnung, [1987], Ġabra p. 02345.

(51)  Ara l-paġna 521 ta' l-Istudju.

(52)  Kawża T-459/93, Siemens vs il-Kummissjoni, (1995) Ġabra p. II-1675, punt 83. Jekk jogħġbok ara wkoll il-kawża C-148/04, Unicredito Spa vs Agenzia delle Entrate, Ufficio Genova I, [2005], Ġabra p. I-11137, punti 117-120.

(53)  Ara l-paġni 522 et seq ta' l-Istudju.

(54)  Minn dan il-lat, l-Istudju jenfasizza t-tentattiv riċenti mill-awtoritajiet Ġermaniżi biex jinfurzaw talba ta' rkupru fil-kawża Kvaerner Warnow Werft fejn l-għajnuna ngħatat permezz ta' ftehim legali privat. Meta l-benefiċjarju rrifjuta li jagħti lura l-għajnuna, l-awtorità kompetenti ddeċidiet li ma tieħux azzjoni quddiem il-qrati ċivili, iżda ħarġet att amministrattiv li jordna l-ħlas lura immedjat ta' l-għajnuna. Barra minn hekk, iddikjarat l-att bħala immedjatament eżekuttiv. L-Ogħla Qorti Amministrattiva ta' Berlin-Brandenburg iddeċidiet li l-awtorità kompetenti ma kinitx marbuta li tirkupra l-għajnuna bl-istess mod li fih ingħatat u qablet li l-“effet utile” tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kien jeħtieġ li l-awtorità kompetenti titħalla tirkupra l-għajnuna permezz ta' att amministrattiv. Jekk is-sentenza tiġi kkonfermata f'aktar proċedimenti, wieħed jista' jistenna li, fil-ġejjieni, l-irkupru ta' l-għajnuna fil-Ġermanja ser ikun, fil-prinċipju, imwettaq skond ir-regoli amministrattivi.

(55)  Kawża C-13/01, Safalero, [2003], Ġabra p. I-8679, punti 49-50.

(56)  Kawża C-48/71, Il-Kummissjoni vs L-Italja, [1972] Ġabra p. I-00529.

(57)  Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni vs Franza, imsemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(58)  Kawża C-188/92, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Ġermanja, msemmija qabel fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.

(59)  Kif affermat mill-ġdid fil-kawża C-232/05, Il-Kummissjoni vs Franza, imsemmija qabel fin-nota 9 ta' qiegħ il-paġna.

(60)  Kawża C-346/03, Atzeni et, [2006], paġna I-01875, punti 30-34.

(61)  Kawżi magħquda C-143/88 u C-92/89, Zuckerfabrik Süderdithmarschen A.G. et, [1991], Ġabra p. I-415, punti 23 et seq.

(62)  Kawża C-465/93, Atlanta Fruchthandelsgesellschaft mbH et, [1995], Ġabra p. I-3761, punt 51.

(63)  Kawża C-465/93, Atlanta Fruchthandelsgesellschaft mbH et, imsemmija qabel fin-nota 61 ta' qiegħ il-paġna, punt 51.

(64)  Kawża C-42/93, Spanja vs il-Kummissjoni (“Merco”) [1994], Ġabra p. I-4175.

(65)  Kawża C-52/84, il-Kummissjoni vs il-Belġju; [1986] Ġabra p. 9.

(66)  Kawża C-142/87, il-Kummissjoni vs il-Belġju; [1990] Ġabra p. I-959, punt 62.

(67)  Kawża C-142/87, ibid. Kawża C-499/99, il-Kummissjoni vs Spanja (“Magefesa”), [2002], Ġabra p. I-603, punti 28-44.

(68)  Ara, f'dan il-kuntest, is-sentenza ta' l-Awla Kummerċjali tal-Qorti ta' Amberg tat-23 ta' Lulju 2001 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Ġermanja lil “Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH” (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/178/KEFA, ĠU L 53 tat-2.3.1996, p. 41. F'dik il-kawża, il-Qorti Ġermaniża ħassret ir-rifjut ta' amministratur fallimentarju li jirreġistra pretensjoni ta' rkupru li kienet tirriżulta minn għajnuna illegali u inkompatibbli mogħtija fil-forma ta' injezzjoni tal-kapital, għaliex din kienet tagħmel it-twettiq tad-deċiżjoni ta' rkupru impossibbli.

(69)  Kawża C-277/00, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, msemmija qabel fin-nota 37 ta' qiegħ il-paġna.

(70)  F'termini prattiċi, il-ħlas ta' l-ammont totali ta' l-għajnuna u l-interessi f'kont ibblukkat jista' jaqa' taħt kuntratt speċifiku, iffirmat mill-bank u mill-benefiċjarju, u li permezz tiegħu il-partijiet jaqblu li s-somma għandha titħallas favur parti jew oħra meta tintemm il-litigazzjoni.

(71)  Bil-kuntrarju ta' l-istabbiliment ta' kont ibblukkat, l-użu ta' garanziji bankarji ma jistax jitqies bħala miżuri provviżorja xierqa minħabba li l-ammont totali ta' l-għajnuna għadu għad-dispożizzjoni ta' min irċevih.

(72)  Kawża C-224/01, Köbler, [2003], Ġabra p. I-10239, punti 31-33, Kawża C-173/03, Traghetti del Mediterraneo, [2003], paġna I-05177, punti 30-33.

(73)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE — SEC/2005/1658 (ĠU C 126 tas-7.6.2007, p. 15).

(74)  Kawża T-244/93 u T-486/93, TWD Deggendorf Siemens vs il-Kummissjoni, [1995] Ġabra p. II-2265, punt 56.

(75)  per eżempju fil-każ ta' skemi illegali u inkompatibbli fejn l-ammont u l-benefiċjarji ma jkunux magħrufa mill-Kummissjoni.

(76)  ĠU C 244/2, 1.10.2004, punt 23.

(77)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna nazzjonali reġjonali ta' investiment, ĠU L 302, ta' l-1 ta' Novembru 2006, p. 29.

(78)  Legge 27 dicembre 2006, n. 296, art. 1223.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/18


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattika restrittiva u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu mogħtija fl-416-il laqgħa fit-18 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni relatata ma' każ COMP/C2/38.681 — Il-ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes

(2007/C 272/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-klawsola 9(a) tal-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes jista' jkollha l-effett li tipprevjeni l-għoti ta' roħs minn soċjetà ta' ġbir li tinnegozja Ftehim Ċentrali ta' Liċenzji ma' kumpanija tad-diski u b'hekk, tammonta għal ftehim ta' fissar indirett ta' prezz.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni illi l-klawsola 7(a)(i) tal-Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes għandha l-għan u jista' jkollha l-effett li twaqqaf l-istrutturi kurrenti tas-suq u tostakola kwalunkwe kompetizzjoni potenzjali minn soċjetajiet ta' ġbir favur pubblikaturi ta' muzika u/jew kumpaniji tad-diski.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti huma biżżejjed biex jilħqu t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompatibilità tal-klawsoli ma' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li jista' joħloq impenji li jorbtu l-partijiet għal Ftehim ta' Estensjoni ta' Cannes.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, minħabba l-impenji offruti, l-evalwazzjoni preliminarja u l-osservazzjonijiet sottomessi minn partijiet terzi interessati, għad m'hemmx raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/19


Rapport finali ta' l-uffiċjal tas-smigħ fil-każ COMP/C2/38.681 — Ftehim ta' Estensjoni Cannes

(skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 272/07)

L-abbozz ta' Deċiżjoni ppreżentat lill-Kummissjoni taħt l-Art. 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 jikkonċerna ħames pubblikaturi prinċipali tal-mużika u tlettax-il collecting society li daħlu fl-hekk imsejjaħ Ftehim ta' Estensjoni Cannes li huwa marbut mal-ġestjoni tad-drittijiet mekkaniċi.

Universal Music BV għamlet ilment lill-Kummissjoni fis-27 ta' Frar 2003 li bih tallega li ċerti termini tal-ftehim jiksru l-Artikoli 81 tat-Trattat. Il-Ftehim ta' Estensjoni Cannes kien sussegwentement notifikat lill-Kummissjoni fl-1 ta' Lulju 2003 taħt ir-Regolament (KE) Nru 17/62. Madankollu, il-proċedura ta' notifika ma tkomplietx fl-1 ta' Mejju 2004 minħabba d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Fit-23 ta' Jannar 2006 il-Kummissjoni bagħtet Evalwazzjoni Preliminari lit-tlettax-il collecting society tad-drittijiet ta' l-awtur mekkaniċi u lil ħames pubblikaturi prinċipali tal-mużika, li huma partijiet interessati għall-Ftehim ta' Estensjoni Cannes. Fl-Evalwazzjoni Preliminari tagħha, il-Kummissjoni identifikat żewġ klawsoli tal-Ftehim ta' Estensjoni Cannes li jqajmu tħassib rigward il-kompatibbiltà tagħhom ma' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-klawsola 9(a), li tillimita l-possibbiltà tal-collecting societies li jagħtu tnaqqis lill-utenti kummerċjali, u klawsola 7(a)(i), li taħtha l-collecting societies huma miżmuma milli jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe attivitajiet fis-swieq tal-pubblikazzjoni tal-mużika jew tal-produzzjoni diskografika.

Matul id-diskussjonijiet preliminari, il-partijiet offrew impenji biex itaffu t-tħassib espress mill-Kummissjoni. Avviż skond l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fit-23 ta' Mejju 2006 sabiex isir test tas-suq b'rabta ma' l-impenji. L-Avviż stieden lill-partijiet terzi biex jissottomettu kummenti fi żmien xahar mid-data tal-publikazzjoni. Sussegwentement, fil-5 ta' Lulju 2006, Universal International Music BV irtirat l-ilment tagħha.

Fid-dawl ta' l-impenji u wara t-test tas-suq is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni kkunsidraw li ma kienx hemm iktar bażijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni u li, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-proċedimenti f'dan il-każ għandhom jintemmu.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet lill-Uffiċjal tas-Smigħ mill-partijiet jew minn partijiet terzi. Il-Partijiet iddikkjaraw formalment li huma rċevew biżżejjed aċċess għall-informazzjoni li huma kkunsidraw neċessarja biex joffru impenji sabiex itaffu t-tħassib espress mill-Kummissjoni. Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-każ ma jirrikjedix kummenti partikolari rigward id-dritt tas-smigħ.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2006

Serge DURANDE


INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Il-Qorti ta' l-EFTA

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/20


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti ta' l-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata 19 ta' Marzu 2007 fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi)

(Kawża E-4/07)

(2007/C 272/08)

Saret talba lill-Qorti ta' l-EFTA permezz ta' ittra datata d-19 ta' Marzu 2007 minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta' Reykjavík), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fis-26 ta' Marzu 2007, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi), dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

It-terminu 'assigurazzjoni soċjali' kif użat fil-Ftehim ŻEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tat-test prinċipali tal-Ftehim u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, ikopri l-intitolament għal benefiċċju għad-diżabbiltà li joħroġ minn skemi ta' fondi għall-pensjonijiet bħalma hi dik Iżlandiża?

2.

Irrispettivament mit-tweġiba għall-Mistoqsija 1, il-Qorti Distrettwali tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, u b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 29, jistgħux jiġu interpretati b'mod li jfissru li regola fl-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-fondi għall-pensjonijiet Iżlandiżi li tissoġġetta dritt għal benefiċċju speċifiku (id-dritt għal previżjoni ta' l-intitolamenti) għall-kundizzjoni li l-individwu involut ikun ħallas primjums lil fond għall-pensjonijiet Iżlandiż, li jkun parti fil-Ftehim dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Fondi għall-Pensjonijiet, għal mill-inqas 6 mit-12-il xahar ta' qabel id-data ta' l-inċident, hix kompatibbli mal-Ftehim ŻEE meta r-raġuni għala l-individwu ma jkunx jista' jissodisfa din il-kundizzjoni tkun li huwa jkun iċċaqlaq lejn stat ieħor fiż-ŻEE minħabba impjieg komparabbli għal dak li kellu preċedentement, u jkun ħallas f'fond għall-pensjonijiet f'dak l-istat?

3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, għandu jkun interpretat b'mod li jfisser li l-ħaddiema għandhom jippreżentaw it-talbiet tagħhom għal kumpens fl-istat fejn kienu residenti u fejn kellhom intitolamenti tas-sigurtà soċjali fiż-żmien meta jseħħ il-korriment?


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/21


Sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skond il-programm ta' ħidma “Kooperazzjoni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

(2007/C 272/09)

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti mill-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS skond il-programm ta' ħidma “Kooperazzjoni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja.

 

Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”:

Tema: It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

Subtema: Appoġġ għas-Sistema Ewropea tan-Navigazzjoni Globali bis-Satelliti (Galileo) u EGNOS

Identifikazzjoni tas-Sejħa: FP7-GALILEO-2007-GSA-1

Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)2460 tal-11 ta' Ġunju 2007.

Informazzjoni dwar il-baġit, l-iskadenzi u l-modalitajiet, tas-sejħ, il-programm ta' ħidma, deskrizzjoni tas-suġġetti u l-gwida għall-applikanti dwar kif jippreżentaw proposti huma disponibbli fis-sit eletroniku tal-CORDIS.

http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4946 — Goldman Sachs/Sintonia SpA/Sintonia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 272/10)

1.

Fid-29 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Stati Uniti ta' l-Amerika) u Sintonia SpA (“Sintonia S.p.A”, l-Italja), li tappartjeni lil Benetton group, takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Sintonia SA (“Sintonia”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Goldman Sachs : servizzi bankarji globali ta' investiment, garanziji u amministrazzjoni ta' kumpaniji ta' investiment li jipprovdu firxa wiesgħa ta' prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta' investiment madwar id-dinja,

għall-impriża Sintonia : il-kumpanija possedenti ta' Benetton group għal parteċipazzjonijiet f'impriżi attivi fis-settur ta' l-infrastruttura.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4946 — Goldman Sachs/Sintonia SpA/Sintonia, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 56, 29.1.2004, p. 32.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4883 — PetroFina/Galactic/Futerro JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 272/11)

1.

Fid-9 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u skond referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi PetroFina S.A./N.V. (“PetroFina”, il-Belġju) li tappartjeni għall-grupp Total (“Total”, Franza) u Galactic S.A./N.V. li l-kontroll aħħari tagħha huwa f'idejn Finasucre S.A. (“Finasucre”, il-Belġju) u Frederic van Gansberghe S.A./N.V. (“FVG”, il-Belġju) jakkwistaw fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Futerro S.A./N.V (“Futerro”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa mill-ġdid li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

PetroFina: il-manifattura u bejgħ ta' kimiċi bażiċi kif ukoll prodotti abbażi ta' polimeri;

Total: impriża ta' l-enerġija u tal-prodotti kimiċi integrata vertikalment,

Galactic: manifattura u bejgħ ta' aċidu lattiku u l-imluħ u l-esteri tiegħu (lactates);

Finasucre: manifattura u bejgħ taz-zokkor mill-kannamiela u mill-pitravi kif ukoll ġulepp u prodotti oħra;

FVG: servizzi ta' pariri u amministrazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4883 — PetroFina/Galactic/Futerro JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.03.2005, p. 32.


15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/s3


AVVIŻ

Fil-15 ta' Novembru 2007, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 272 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli — is-seba' suppliment għall-25 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta' kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ ta' l-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta' kull tikketta u jibda: O/..........). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa' disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta' meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f'wieħed mill-uffiċini ta' bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/sales_agents_mt.html).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali — bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) — jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu.

Image