|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2007/C 269/01 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Qorti tal-Ġustizzja
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/1 |
(2007/C 269/01)
L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
|
|
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu |
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-Ġustizzja
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/2 |
Elezzjoni tal-presidenti ta' l-awli bi tliet imħallfin
(2007/C 269/02)
Fil-laqgħa tal-25 ta' Settembru 2007, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil A. Tizzano, L. Bay Larsen, U. Lõhmus u G. Arestis bħala presidenti tal-Ħames, tas-Sitt, tas-Seba' u tat-Tmien Awla rispettivament, bi tliet imħallfin għal kull awla, għal perijodu ta' sena li jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2008.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/2 |
Assenjazzjoni ta' l-Imħallfin lill-Awli bi tliet imħallfin
(2007/C 269/03)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta' Ottubru 2007, li tassenja l-imħallfin lill-awli bil-mod li ġej:
Il-Ħames Awla
A. Tizzano, President,
R. Schintgen, A. Borg Barthet, M. Ilešič u E. Levits, imħallfin
Is-Sitt Awla
L. Bay Larsen, President,
K. Schiemann, J. Makarczyk, P. Kūris, J.-C. Bonichot, u C. Toader, imħallfin
Is-Seba' Awla
U. Lõhmus, President,
J. N. Cunha Rodrigues, J. Klučka, A. Ó Caoimh, P. Lindh u A. Arabadjiev, imħallfin
It-Tmien Awla
G. Arestis, President,
R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, J. Malenovský u T. von Danwitz, imħallfin
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/2 |
Listi li jservu għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti
(2007/C 269/04)
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta' Ottubru 2007, il-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11c(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni ta' l-awli komposti minn tliet imħallfin, kif ġej:
Il-Ħames Awla
R. Schintgen
A. Borg Barthet
M. Ilešič
E. Levits
Is-Sitt Awla
K. Schiemann
J. Makarczyk
P. Kūris
J.-C. Bonichot
C. Toader
Is-Seba' Awla
J. N. Cunha Rodrigues
J. Klučka
A. O'Caoimh
P. Lindh
A. Arabadjiev
It-Tmien Awla
R. Silva de Lapuerta
E. Juhász
J. Malenovský
T. von Danwitz
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/3 |
Ħatra ta' l-Ewwel Avukat Ġenerali
(2007/C 269/05)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ħatret, skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għal perijodu ta' sena li jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2008, lil L. M. Poiares Maduro, bħala l-Ewwel Avukat Ġenerali.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/3 |
It-teħid ta' ġurament minn membri ġodda tal-Qorti tal-Prim'Istanza
(2007/C 269/06)
Wara l-ħatra tagħhom bħala mħallfin tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej b'deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta' April 2007 (1) u tat-23 ta' April 2007 (2), għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2013, A. Dittrich, S. Soldevila Fragoso u L. Truchot ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta' Settembru 2007.
Wara l-ħatra tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej b'deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta' April 2007 (3), għall-perijodu mis-17 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2010, S. Frimodt Nielsen ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta' Settembru 2007.
(1) ĠU L 114, 1.5.2007, p. 27.
(2) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 32.
(3) ĠU L 114, 1.5.2007, p. 26.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 — Maria-Luise Lindorfer vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-227/04 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni - Attivitajiet tax-xogħol imwettqa qabel id-dħul fis-servizz tal-Komunitajiet - Kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli - Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli ta' implementazzjoni - Prinċipju ta' non diskriminazzjoni - Prinċipju ta' trattament ugwali)
(2007/C 269/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria-Luise Lindorfer (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avocats)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Anton u M. Sims-Robertson, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tat-18 ta' Marzu 2004, Lindorfer vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (T-204/01), li ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Novembru 2000 dwar il-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli tar-rikorrenti wara t-trasferiment, lejn l-iskema Komunitarja, tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet għal pensjoni akkwistati minnha taħt l-iskema Awstrijaka
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta' Marzu 2004, Lindorfer vs Il-Kunsill (T-204/01), hija annullata, safejn ċaħdet ir-rikors tas-Sinjura Lindorfer, għar-raġuni li ma kienx hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess. |
|
2) |
Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tat-3 ta' Novembru 2000, dwar il-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli tas-Sinjura Lindorfer, hija annullata. |
|
3) |
Il-bqija ta' l-appell huwa miċħud. |
|
4) |
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż sostnuti quddiem iż-żewġ istanzi. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-260/04) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta' stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Konċessjonijiet ta' servizz pubbliku - Tiġdid ta' 329 konċessjoni fir-rigward tal-ġestjoni u t-teħid ta' mħatri fuq tiġrijiet taż-żwiemel mingħajr sejħa għal offerti - Rekwiżiti ta' pubbliċità u trasparenza’)
(2007/C 269/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Wiedner, C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. De Bellis, avvocato dello Stato)
Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, aġent), Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-prinċipju ta' trasparenza u ta' l-obbligu ta' pubbliċità li joħorġu mill-Artikolu 43 KE et seq u mill-Artikolu 49 KE et seq — Tiġdid, mingħajr ma saret sejħa għal offerti qabel, ta' 329 konċessjoni fir-rigward tal-ġestjoni u t-teħid ta' mħatri fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel
Dispożittiv
|
1) |
Billi ġeddet 329 konċessjoni għall-ġestjoni ta' mħatri fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel mingħajr ma organizzat ebda proċedura ta' sejħiet għal offerti, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 49 KE u, b'mod partikolari, kisret il-prinċipju ġenerali ta' trasparenza kif ukoll l-obbligu li jiġi ggarantit livell ta' pubbliċità adegwat. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — ir-Renju Unit) — The Queen, Veli Tum, Mehmet Dari vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-16/05) (1)
(Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali - Klawżola “standstill’ - Portata - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li introduċa, wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali, restrizzjonijiet ġodda għal dak li jirrigwarda l-ammissjoni fit-territorju tiegħu ta' ċittadini Torok għall-finijiet ta' l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment)
(2007/C 269/09)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, Veli Tum, Mehmet Dari
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 41(1), tal-Protokolli Addizzjonali u Finanzjarji, iffirmati fit-23 ta' Novembru 1970, annessi mal-ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u relativ għall-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jidħlu fis-seħħ (ĠU 1972 L 293, p. 4) — Possibilità għal Stat Membru li jdaħħal restrizzjonijiet ġodda fuq l-aċċess ta' persuni ta' nazzjonalità Torka li jippruvaw jistabbilixxu negozji fit-territorju tiegħu.
Dispożittiv
L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta' Diċembru 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi l-introduzzjoni, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll fir-rigward ta' l-Istat Membru kkonċernat, ta' kwalunkwe restrizzjonijiet ġodda fuq l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment, inklużi dawk li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet sostantivi u/jew proċedurali dwar l-ewwel ammissjoni fit-territorju ta' dan l-Istat taċ-ċittadini Torok li jixtiequ jeżerċitaw hemmhekk attività professjonali għal rashom.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln — il-Germanja) — Herbert Schwarz, Marga Gootjes-Schwarz vs Finanzamt Bergisch Gladbach
(Kawża C-76/05) (1)
(Artikolu 8a tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 18 KE) - Ċittadinanza Ewropea - Artikolu 59 tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 49 KE) - Libertà li jiġu provduti servizzi - Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul - Miżati ta' l-iskola - Dritt għal tnaqqis limitat għall-miżati ta' l-iskola mħallsa lil stabbilimenti privati nazzjonali)
(2007/C 269/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Herbert Schwarz, Marga Gootjes-Schwarz
Konvenut: Finanzamt Bergisch Gladbach
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Köln — Kompatibbiltà ma' l-Artikoli 18, 39, 43 u 49 KE ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul li tagħti l-benefiċċju ta' tnaqqis fiskali għall-miżati ta' l-iskola tat-tfal bil-kundizzjoni li dawn ta' l-aħħar jattendu ċerti skejjel nazzjonali — Tfal li jattendu skejjel ta' Stati Membri oħra
Dispożittiv
|
1) |
Meta l-persuni taxxabbli fi Stat Membru jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skola li tinsab fi Stat Membru ieħor u li l-finanzjament tagħha jkun assigurat essenzjalment minn fondi privati, l-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi l-possibbiltà, għall-persuni taxxabbli, li jinvokaw, bħala spejjeż speċjali intitolati għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul, il-miżati ta' l-iskola mħallsa lil ċerti skejjel privati stabbiliti fit-territorju nazzjonali iżda teskludi b'mod ġenerali din il-possibbiltà fir-rigward ta' miżati ta' l-iskola mħallsa lil skola privata stabbilita fi Stat Membru ieħor. |
|
2) |
Meta l-persuni taxxabbli fi Stat Membru jibagħtu lit-tfal tagħhom sabiex jistudjaw fi skola stabbilita fi Stat Membru ieħor li s-servizzi tagħha mhumiex koperti mill-Artikolu 49 KE, l-Artikolu 18 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi l-possibbiltà, għall-persuni taxxabbli, li jinvokaw, bħala spejjeż speċjali intitolati għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul, il-miżati ta' l-iskola mħallsa lil ċerti skejjel stabbiliti fit-territorju nazzjonali iżda teskludi b'mod ġenerali din il-possibbiltà fir-rigward ta' miżati ta' l-iskola mħallsa lil skola stabbilita fi Stat Membru ieħor. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — l-Olanda) — D.P.W Hendrix vs Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen
(Kawża C-287/05) (1)
(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema li jmorru jaħdmu f'pajjiż ieħor - Artikoli 12 KE, 17 KE, 18 KE u 39 KE - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 4(2a), u 10a, kif ukoll Anness IIa - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Artikolu 7(1) - Benefiċċji speċjali mhux kontributorji - Benefiċċju Olandiż għal żgħażagħ b'diżabbiltà - Natura mhux esportabbli)
(2007/C 269/11)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: D.P.W Hendrix
Konvenuta: Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Centraal Raad van Beroep — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 4(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali lill-persuni impjegati, lill-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta' Diċembru 1996 (ĠU 1997, L 28 p. 1), hekk kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1223/98, ta' l-4 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 168, p. 1), kif ukoll il-portata ta' l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2).
Dispożittiv
|
1) |
Benefiċċju bħal dak mogħti bis-saħħa tal-liġi dwar l-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol ta' żgħażagħ b'diżabbiltà (Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening jonggehandicapten), ta' l-24 ta' April 1997, għandu jitqies bħala benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja, fis-sens ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-Siġurtà Soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta' Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1223/98, ta' l-4 ta' Ġunju 1998, b'tali mod li hija biss ir-regola ta' koordinazzjoni ta' l-Artikolu 10a ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi applikata għal persuni li huma fl-istess sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali u li l-ħlas ta' dan il-benefiċċju jista' validament jiġi riżervat għall-persuni li huma residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru li jipprovdi l-imsemmi benefiċċju. Il-fatt li l-persuna kkonċernata qabel kienet tirċievi benefiċċju għal żgħażagħ b'diżabbiltà li kien esportabbli, ma jaffettwax l-applikazzjoni ta' l-imsemmija dispożizzjonijiet. |
|
2) |
L-Artikoli 39 KE u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika l-Artikoli 4(2a), u 10a tar-Regolament Nru 1408/71 fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1223/98, u tipprovdi li benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja li jinsab fl-Anness IIa ta' dan ir-Regolament ta' l-aħħar ma jistax jingħata lill-persuni li huma residenti fit-territorju nazzjonali. Madankollu, l-applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni ma tistax twassal għal ksur tad-drittijiet ta' persuna li tinsab f'sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali li jmur lil 'hinn minn dak li huwa meħtieġ għat-twettiq ta' l-għan leġittimu tal-liġi nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali, li għandha tagħti lil-liġi nazzjonali, safejn huwa possibbli, interpretazzjoni kompatibbli mad-dritt Komunitarju, fid-dawl tal-fatt, b'mod partikolari, li l-ħaddiem in kwistjoni żamm ir-rabtiet ekonomiċi u soċjali kollha tiegħu fl-Istat Membru ta' oriġini. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda
(Kawża C-297/05) (1)
(Identifikazzjoni u test tal-kundizzjoni tajba ta' bilfors qabel ir-reġistrazzjoni ta' vetturi fi Stat Membru - Artikoli 28 KE u 30 KE - Direttivi 96/96/KE u 1999/37/KE - Rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni maħruġa u tat-testing tal-kundizzjoni tajba mwettqa fi Stati Membri oħra)
(2007/C 269/12)
Lingwa tal-kawża:l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. van Beek u D. Zijlstra, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda [rappreżentanti: H.G. Sevenster u D.J.M. de Grave, aġenti]
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja [rappreżentant: E. Bygglin, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 KE — Testijiet tal-kundizzjoni tajba meħtieġa, qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom fl-Olanda, fuq karrozzi diġà rreġistrati fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
|
1) |
Meta l-vetturi ta' aktar minn tliet snin preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra ġew sottoposti għal testing tal-kundizzjoni tajba ta' l-istat fiżiku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom fl-Olanda, ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 28 KE u 30 KE. |
|
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Republika tal-Finlandja jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Italja
(Kawża C-304/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Evalwazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent ta' xogħol ta' modifikazzjoni ta' pisti ta' l-iskijing)
(2007/C 269/13)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Italja (rappreżentanti: I. M. Braguglia u G. Fiengo, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 6(2) sa (4), flimkien ma' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Ksur ta' l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Tkabbir taż-żona ta' l-iskijing ta' Santa Caterina Valfurva li tinsab fil-park nazzjonali ta' Stelvio (żona ta' protezzjoni speċjali IT 2040044) mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta' l-impatt tal-proġett fuq l-ambjent — Nuqqas li jittieħdu l-miżuri sabiex jiġu evitati t-tfixkil u d-deterjorazzjoni tal-habitat ta' l-ispeċi li għalihom iż-żona ta' protezzjoni speċjali ġiet indikata.
Dispożittiv
|
1) |
ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, flimkien ma' l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva kif ukoll skond l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 79/409/KEE tal-Kunsill tat-2 ta' April 1979 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi. |
|
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de San Sebastián — Spanja) — Yolanda Del Cerro Alonso vs Osakidetza (Servicio Vasco de Salud)
(Kawża C-307/05) (1)
(Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss - Prinċipju ta' non diskriminazzjoni - Kunċett ta' “kundizzjonijiet ta' impjieg’ - Premji ta' rtirar - Inklużjoni - Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti - Assenza)
(2007/C 269/14)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de San Sebastián
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Yolanda Del Cerro Alonso
Konvenuta: Osakidetza (Servicio Vasco de Salud)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de San Sebastián — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta' Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż minn KETU, UKIIE u ĊEIP (ĠU L 175, p. 43) — Kundizzjonijiet tax-xogħol li jinkludu jew le l-kundizzjonijiet ekonomiċi — Pensjoni ta' rtirar — Nuqqas ta' ħlas minħabba ftehim bejn ir-rappreżentazzjoni sindakali tal-persunal u l-amministrazzjoni — Raġunijiet oġġettivi suffiċjenti
Dispożittiv
|
1) |
Il-kunċett ta' “kundizzjonijiet ta' impjieg” imsemmi fil-klawżola 4(1) tal- ftehim qafas fuq ix-xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta' Marzu 1999, li jinsab anness fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista' jservi bħala bażi għal talba bħal dik fil-kawża prinċipali li tikkomporta l-attribuzzjoni lil ħaddiem b'terminu fiss ta' premju ta' rtirar li d-dritt nazzjonali jirriżerva biss għall-ħaddiema b'terminu mhux fiss. |
|
2) |
Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-introduzzjoni ta' trattament differenti bejn il-ħaddiema b'terminu fiss u l-ħaddiema b'terminu mhux fiss li tkun iġġustifikata biss biċ-ċirkustanza li hija prevista minn dispożizzjoni legali jew regolamentari ta' Stat Membru jew minn konvenzjoni kollettiva konkluża bejn ir-rappreżentanti sindakali tal-persunal u l-persuna kkonċernata li timpjega. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-318/05) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18 KE, 39 KE, 43 KE u 49 KE - Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul - Miżati ta' l-iskola - Dritt għal tnaqqis limitat għall-miżati ta' l-iskola mħallsa lil stabbilimenti privati nazzjonali’)
(2007/C 269/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u R. Lyal, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u U. Forsthoff, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 18, 39, 43 u 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul li teskludi mingħajr eċċezzjoni l-possibbiltà ta' tnaqqis fiskali fir-rigward tal-miżati ta' l-iskola tat-tfal f'każ li jattendu skola barra mill-pajjiż
Dispożittiv
|
1) |
Billi eskludiet b'mod ġenerali l-miżati ta' l-iskola marbuta ma' l-attendenza fi skola li tinsab fi Stat Membru ieħor mit-tnaqqis fiskali bħala spejjeż speċjali taħt il-punt 9 ta' l-Artikolu 10(1) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fid-19 ta' Ottubru 2002, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18 KE, 39 KE, 43 KE u 49 KE. |
|
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-388/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni tal-ħabitat naturali - Fawna u flora selvaġġa - Żona ta' protezzjoni speċjali “Valloni e steppe pedegarganiche’)
(2007/C 269/16)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Aresu u D.Recchia. aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo, avukat]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) u ta' l-Artikolu 6(2), (3), (4) u (7) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Obbligu li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu evitati, fiż-żoni speċjali ta' konservazzjoni, id-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats ta' l-ispeċi — Żviluppi industrijali li jaffettwaw il-park nazzjonali ta' Gargano.
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma ħaditx il-miżuri xierqa biex tevita, fiż-żona ta' protezzjoni speċjali “Valloni e steppe pedegarganiche”, id-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats ta' l-ispeċi, kif ukoll it-tfixkil li jaffettwa l-ispeċi li għalihom din iż-żona ġiet stabbilita, ir-Repubblika Taljana naqset, f'dak li jirrigwarda l-perijodu ta' qabel it-28 ta' Diċembru 1998, milli twettaq l-obbligi li kienu ġew imposti fuqha skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, u, f'dak li jirrigwarda l-perijodu ta' wara din id-data, l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija ordnata tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça — Il-Portugall) — Merck Genéricos-Produtos Farmacêuticos Lda. vs Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme, Lda
(Kawża C-431/05) (1)
(Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ - Artikolu 33 tal-Ftehim TRIPS - Privattivi - Terminu minimu ta' protezzjoni - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi perijodu inqas - Artikolu 234 KE - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Effett dirett)
(2007/C 269/17)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Merck Genéricos-Produtos Farmacêuticos Lda.
Konvenuta: Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme, Lda.
Suġġett tal-kawża
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal de Justiça — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (“TRIPS”) anness mall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Mondjali tal-Kummerċ (ĠU L 336, p. 214) — Kompetenza fil-qasam ta' interpretazzjoni — Effett dirett
Dispożittiv
Fl-istat attwali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-privattivi, id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li l-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jinsab fl-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) iffirmat f'Marrakech fil-15 ta' April 1994 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/400/KE tat-22 ta' Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuqa fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) jiġi direttament applikat minn qorti nazzjonali fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Land Oberösterreich, Ir-Repubblika ta' l-Awstrija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawżi magħquda C-439/05 P u C-454/05 P) (1)
(Appell - Direttiva 2001/18/KE - Deċiżjoni 2003/653/KE - Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament - Artikolu 95(5) KE - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni ġġustifikati minn provi xjentifiċi ġodda u minn problema speċifika ta' Stat Membru - Prinċipju tal-kontradittorju)
(2007/C 269/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Land Oberösterreich (rappreżentanti: G. Hörmanseder, aġent u F. Mittendorfer, Rechtsanwalt), Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentanti: H. Dossi u A. Hable, aġenti)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-5 ta' Ottubru 2005, fil-kawżi magħquda Land Oberösterreich u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (T-366/03 u T-235/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/653/KE tat-2 ta' Settembru 2003, li tirrigwarda dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-utilizzazzjoni ta' organiżmi modifikati ġenetikament fil-provinċja ta' l-Awstrija ta' Fuq innotifikati mir-Repubblika ta' l-Awstrija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 95(5) tat-Trattat KE — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni ġġustifikati minn problema speċifika ta' Stat Membru
Dispożittiv
|
1) |
L-appelli huma miċħuda. |
|
2) |
Il-Land Oberösterreich u r-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Common Market Fertilizers SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-443/05 P) (1)
(Appell - Dazji kontra d-dumping - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni - L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Interpretazzjoni - Legalità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Grupp ta' esperti li ltaqgħu fi ħdan l-istruttura tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali - Entità distinta fuq il-pjan funzjonali - Artikoli 2 u 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE - Artikolu 4 tar-Regolament Intern tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali - Kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Nuqqas ta' negliġenza evidenti)
(2007/C 269/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Common Market Fertilizers SA (rappreżentanti: A. Sutton, Barrister, N. Flandin, Avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: X. Lewis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Settembru 2005, Common Market Fertilizers vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-134/03 u T-135/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2002) 5217 finali u C (2002) 5218 finali ta' l-20 ta' Diċembru 2002, li jistabbilixxu li r-remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni mhijiex iġġustifikata f'każ partikolari.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Common Market Fertilizers SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Mohamed Jouini, Okay Gönen, Hasan Bajric, Gerald Huber, Manfred Ortner, Sükran Karacatepe, Franz Mühlberger, Nakil Bakii, Hannes Kranzler, Jürgen Mörth, Anton Schneeberger, Dietmar Susteric, Sascha Wörnhör, Aynur Savci, Elena Peter, Egon Schmöger, Mehmet Yaman, Dejan Preradovic, Andreas Mitter, Wolfgang Sorger, Franz Schachenhofer, Herbert Weiss, Harald Kaineder, Ognen Stajkovski, Jovica Vidovic vs Princess Personal Service GmbH (PPS)
(Kawża C-458/05) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Trasferiment ta' impriżi - Kunċett ta' “trasferiment’ - Impriża ta' impjieg temporanju)
(2007/C 269/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mohamed Jouini, Okay Gönen, Hasan Bajric, Gerald Huber, Manfred Ortner, Sükran Karacatepe, Franz Mühlberger, Nakil Bakii, Hannes Kranzler, Jürgen Mörth, Anton Schneeberger, Dietmar Susteric, Sascha Wörnhör, Aynur Savci, Elena Peter, Egon Schmöger, Mehmet Yaman, Dejan Preradovic, Andreas Mitter, Wolfgang Sorger, Franz Schachenhofer, Herbert Weiss, Harald Kaineder, Ognen Stajkovski, Jovica Vidovic
Konvenuta: Princess Personal Service GmbH (PPS)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Kamp ta' applikazzjoni — Kunċett ta' “parti ta' negozju” — Trasferiment bejn żewġ impriżi ta' impjieg temporanju ta' impjegat ta' uffiċju, ta' direttur ta' aġenzija, ta' persuna responsabbli għas-servizz lejn il-klijenti, ta' diriġent kif ukoll ta' terz tal-ħaddiema temporanji flimkien mal-klijenti li jutilizzaw dawn il-ħaddiema
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens illi dan japplika meta parti mill-persunal amministrattiv u parti mill-ħaddiema temporanji jiġu trasferiti lejn impriża oħra ta' xogħol temporanju sabiex hemmhekk jeżerċitaw l-istess attivitajiet għas-servizz ta' klijenti identiċi, u, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, illi l-elementi dwar it-trasferiment ta' entità ekonomika huma minnhom infushom biżżejjed sabiex jippermettu li jsiru prestazzjonijiet li huma karatteristiċi ta' l-attività ekonomika in kwistjoni mingħajr m'hemm bżonn li jintużaw elementi ta' operazzjoni importanti oħra u lanqas partijiet oħrajn ta' l-impriża.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel ta' Nancy — Franża) — Céline SARL vs Céline SA
(Kawża C-17/06) (1)
(Trade marks - Artikoli 5(1)(a) u 6(1)(a) ta' l-Ewwel Direttiva 89/104/KEE - Dritt għall-proprjetarju ta' trade mark irreġistrata li jopponi għall-użu minn terz persuna ta' sinjal identiku għat-trade mark - Użu tas-sinjal bħala isem ta' kumpannija, isem kummerċjali jew isem ta' ħanut - Dritt għat-terza persuna li tagħmel użu minn isimha)
(2007/C 269/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franciż
Qorti tar-rinviju
Cour d'appel ta' Nancy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Céline SARL
Konvenuta: Céline SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d'appel ta' Nancy — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/104/KEE: L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Użu, bħala isem ta' kumpannija u ħanut, ta' sinjal identiku għal trade mark verbali rreġistrata fil-kuntest tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti identiċi.
Dispożittiv
L-użu, minn terza persuna mingħajr awtorizzazzjoni, ta' isem ta' kumpannija, ta' isem kummerċjali jew ta' isem ta' ħanut identiku għal trade mark preċedenti, fil-kuntest ta' attività ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark, jikkostitwixxi użu li l-proprjetarju tat-trade mark imsemmija jista' jimpedixxi skond l-Artikolu (5)(1)(a) ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, jekk ikun użu għal prodotti li jaffettwa jew li jista' jaffettwa l-funzjonijiet tat-trade mark.
Jekk dan huwa l-każ, l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 89/104 jista' jostakola tali projbizzjoni biss jekk l-użu mit-terza persuna ta' l-isem tal-kumpannija tagħha, jew ta' l-isem kummerċjali tagħha jsir b'mod konformi ma' prattiċi onesti f'materji industrijali jew kummerċjali.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-74/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 90 KE - Taxxa għar-reġistrazzjoni tal-vetturi użati importati - Stabbiliment tal-valur taxxabbli - Deprezzament tal-vetturi bbażat biss fuq kemm għandhom żmien - Tagħrif tal-kriterji ta' kalkolu - Possibbiltà li tiġi kkontestata l-applikazzjoni tal-metodu tal-kalkolu b'rata fissa)
(2007/C 269/22)
Lingwa tal-kawża:il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent]
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 90 KE — Tassazzjoni diskriminatorja fuq vetturi bil-mutur użati importati
Dispożittiv
|
1) |
Meta applikat, sabiex tistabbilixxi l-valur taxxabbli tal-vetturi użati importati minn Stat Membru ieħor fit-territorju Elleniku sabiex tiġi stabbilita t-taxxa ta' reġistrazzjoni, kriterju wieħed ta' deprezzament ibbażat fuq kemm għandhom żmien il-vetturi u li japplika tnaqqis ta' valur ta' 7 % għall-vetturi ta' sitta sa tnax-il-xahar jew ta' 14 % għall-vetturi ta' sena, li ma jiggarantix li t-taxxa dovuta ma taqbiżx, anki jekk biss f'ċerti każijiet, l-ammont tat-taxxa residwa inkluż fil-valur tal-vetturi użati simili diġà rreġistrati fit-territorju nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 90 KE. |
|
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staat der Nederlanden vs Antroposana, Patiëntenvereniging voor Antroposofische Gezondheidszorg, Nederlandse Vereniging van Antroposofische Artsen, Weleda Nederland NV, Wala Nederland NV
(Kawża C-84/06) (1)
(Kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikoli 28 KE u 30 KE - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni - Prodotti mediċinali antroposofiċi)
(2007/C 269/23)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staat der Nederlanden
Konvenuti: Antroposana, Patiëntenvereniging voor Antroposofische Gezondheidszorg, Nederlandse Vereniging van Antroposofische Artsen, Weleda Nederland NV, Wala Nederland NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67) — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali antroposofiċi li m'humiex prodotti mediċinali omeopatiċi skond it-Titolu III tal-Kapitolu 2 tad-Direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-prodotti mediċinali antroposofiċi għall-kundizzjonijiet previsti fit-Titolu III, Kapitolu 1, tad-Direttiva — Artikoli 28 u 30 KE
Dispożittiv
Il-prodotti mediċinali antroposofiċi jistgħu jiġu kkumerċjalizzati biss jekk ikunu ġew awtorizzati skond waħda mill-proċeduri previsti mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tampereen käräjäoikeus — il-Finlandja) — Sari Kiiski vs Tampereen kaupunki
(Kawża C-116/06) (1)
(Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal - Artikolu 2 tad-Direttiva 76/207/KEE - Dritt għal-leave tal-maternità - Artikoli 8 u 11 tad-Direttiva 92/85/KEE - Effetti fuq id-dritt li tinkiseb bidla fit-tul ta' “leave għall-edukazzjoni tat-tfal’)
(2007/C 269/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Tampereen käräjäoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sari Kiiski
Konvenuta: Tampereen kaupunki
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 39, p. 40), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta' Settembru 2002, (ĠU L 269, p. 15) u ta' l-Artikoli 8 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU L 348, p. 1) — Rifjut ta' dak li jħaddem li jnaqqas it-tul ta' żmien ta' leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal — Talba ppreżentata qabel il-bidu tal-leave fuq il-bażi ta' tqala ġdida tal-persuna kkonċernata — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bħala kundizzjoni għal bidla fit-tul ta' żmien tal-leave, raġunijiet imprevedibbli u fondati, filwaqt li l-prassi adottata skond il-konvenzjoni kollettiva teskludi t-tqala minn dawn ir-raġunijiet
Dispożittiv
L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002, li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq bażi ta' sess f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll l-Artikoli 8 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), li jirregolaw il-leave tal-maternità, jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali relattivi għal-leave għall-edukazzjoni tat-tfal li, inkwantu ma jiħdux in kunsiderazzjoni l-bidliet li ġġib magħha t-tqala għall-ħaddiema kkonċernata fil-perijodu limitat ta' mill-inqas erbatax-il ġimgħa li jippreċedi u jsegwi l-ħlas, ma jippermettux lill-persuna kkonċernata li, fuq talba tagħha, tikseb bidla fil-perijodu tal-leave tagħha għall-edukazzjoni tat-tfal fil-mument meta hija teżerċita d-drittijiet tagħha għal leave tal-maternità u għaldaqstant iċaħħduha mid-drittijiet marbuta ma' dan il-leave tal-maternità.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-177/06) (1)
(Għajnuna mogħtija mill-Istat - Skema ta' għajnuna - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Eżekuzzjoni - It-tħassir ta' l-iskema ta' għajnuna - Sospensjoni ta' għajnuniet li għadhom ma tħallsux - Irkupru ta' għajnuniet imqiegħda għad-dispożizzjoni - Nuqqas ta' twettiq ta' obbligu - Motivi ta' difiża - Illegalità tad-deċiżjoni - Impossibbiltà assoluta ta' eżekuzzjoni)
(2007/C 269/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ispagnol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: F. Castillo de la Torret u C. Urraca Caiedes, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jassigura l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2001 dwar sistema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta' Guipúzcoa (Spanja) (C(2002)4448) (ĠU L 77, p. 1), fil-provinċja ta' Álava (Spanja) (C(2001)4475) (ĠU L 17, p. 20) u fil-provinċja ta' Vizcaya (Spanja) (C(2001)4478) (ĠU L 40, p. 11)
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma ħax, fit-terminu impost, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 ta' kull waħda mid-deċiżjonijiet:
ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
2) |
Ir-Renju ta' Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Société des Produits Nestlé SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Quick restaurants SA
(Kawża C-193/06 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “QUICKY’ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali preċedenti QUICKIES - Probabbiltà ta' konfużjoni - Evalwazzjoni globali)
(2007/C 269/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA [rappreżentant: D. Masson, avukat]
Partijiet l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent], Quick restaurants SA [rappreżentanti: E. De Gryse, F. de Visscher u D. Moreau, avukati]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla), tat-22 ta' Frar 2006, Nestle vs L-UASI, intervenjent: Quick restaurants SA (kawża T-74/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Diċembru 2003 (Kawża R 922/2001-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn il-kumpannija tal-prodotti Nestlé SA u Quick restaurants SA.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-22 ta' Frar 2006, Nestlé vs L-UASI — Quick (QUICKY) (T-74/04), hija annullata billi l-Qorti tal-Prim'Istanza, bi ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, ma evalwatx ix-xebh viżiv tas-sinjali in kwistjoni meta bbażat fuq l-impressjoni globali prodotta minn dawn. |
|
2) |
L-appell huwa miċħud għall-bqija. |
|
3) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Il Ponte Finanziaria SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), F.M.G. Textiles Srl, li qabel kienet Marine Enterprise Projects — Società Unipersonale di Alberto Fiorenzi Srl
(Kawża C-234/06 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni tat-trade mark BAINBRIDGE - Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta' trade marks nazzjonali preċedenti li għandhom kollha l-element “Bridge’ - Ċaħda ta' l-oppożizzjoni - Grupp ta' trade marks - Prova ta' l-użu - Kunċett ta' “trade marks difensivi’)
(2007/C 269/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il Ponte Finanziaria SpA (rappreżentanti: P. Roncaglia, A. Torrigiani Malaspina u M. Boletto, avukati)
Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u M. Buffolo, aġenti) F.M.G. Textiles Srl, li qabel kienet Marine Enterprise Projects — Società Unipersonale di Alberto Fiorenzi Srl [rappreżentant: D. Marchi, avukat]
Suġġett
Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Frar 2006, Il Ponte Finanziaria vs L-UASI (T-194/03), li permezz tagħha, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-proprjetarju tat-trade marks verbali, figurattivi u tridimensjonali “Bridge”, “Old Bridge”, “The Bridge Basket”, “THE BRIDGE”, “The Bridge”, “FOOTBRIDGE”, “The Bridge Wayfarer” u “OVER THE BRIDGE”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 kontra d-deċiżjoni 1015/2001-4 tar-Raba' Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tas-17 ta' Marzu 2003, li tiċħad l-appell imressaq kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Bainbridge”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Il Ponte Finanziaria SpA għandha tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Benetton Group SpA vs G-Star International BV
(Kawża C-371/06) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(3) - Sinjal - Għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Użu - Kampanji ta' reklamar - Kapaċità attrattiva ta' l-għamla akkwistata qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv)
(2007/C 269/28)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Benetton Group SpA
Konvenuta: G-Star International BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1)(e) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Jeans li għandu bħala sinjal distintiv il-karatteristiċi ta' lbies tax-xogħol jew ta' motoċikliżmu u għandu irqajja fl-irkoppa tal-qalziet — Sinjal kkostitwit mill-għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodott.
Dispożittiv
It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3(1)(e) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandha tiġi interpretata fis-sens illi l-għamla tal-prodott li tagħti valur sostanzjali lill-istess prodott tista' tikkostitwixxi trade mark b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-direttiva, meta, qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija akkwistat kapaċità attrattiva minħabba l-fama tagħha bħala sinjal distintiv, wara kampanji ta' reklamar li juru l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott in kwistjoni.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-381/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/14/KE - Informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2007/C 269/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Patakia u J. Enegren, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentant: N. Dafniou, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14/KE, tal-11 ta' Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU L 80, p. 29)
Dispożittiv
|
1) |
Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14/KE, tal-11 ta' Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea, ir-Repubblika Ellenika naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Codirex Expitie BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-400/06) (1)
(Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Subintestatura 0202 30 50 - Qatgħat tal-laħam iffriżat u mingħajr għadam minn parti tal-kwart ta' quddiem ta' annimali ta' l-ifrat)
(2007/C 269/30)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Codirex Expitie BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tan-Nota Addizzjonali 1A(h)(11) tal-Kapitolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999, tat-12 ta' Ottubru 1999, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 278, p. 1) — Laħam iffriżat u mingħajr għadam meħud minn parti tal-kwart ta' quddiem
Dispożittiv
|
1) |
L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999, tat-12 ta' Ottubru 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-biċċiet tal-laħam, iffriżat u mingħajr għadam, meħuda mill-parti tal-kwart ta' quddiem tal-fart jaqgħu taħt is-subintestatura 0202 30 50 tan-Nomenklatura Magħquda. |
|
2) |
L-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat mir-Regolament Nru 2204/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġu kklassfikati fis-subintestatura 0202 30 50, il-biċċiet tal-laħam, iffriżat u mingħajr għadam, mill-kwart ta' quddiem tal-fart, m'għandhomx għalfejn jissodisfaw xi kundizzjonijiet oħra, b'mod partikolari, il-kundizzjoni li jkunu meħuda mill-istess annimal. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Klagenfurt (L-Awstrija) fid-9 ta' Lulju 2007 — A-Punkt Schmuckhandels GmbH vs Claudia Schmidt
(Kawża C-315/07)
(2007/C 269/31)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Klagenfurt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A-Punkt Schmuckhandels GmbH
Konvenuta: Claudia Schmidt
Domandi preliminari
|
1) |
Regola ta' Stat Membru li tipprojbixxi l-bejgħ ta' ġojjellerija tal-fidda permezz ta' żjarat lil individwi sabiex tinbiegħ, u jittieħdu ordnijiet għal, ġojjellerija tal-fidda ta' valur individwali massimu ta' EUR 40 tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija skond l-Artikolu 28 KE u 30 KE, jekk l-aċċess għas-suq ta' prodotti Komunitarji huwa possibbli biss permezz ta' piż addizzjonali fuq dawn il-prodotti fl-għamla ta' l-ispejjeż involuti fil-bidla ta' l-istrutturi tad-distribuzzjoni u fit-tibdil u l-estensjoni tal-gamma ta' prodotti? Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda: |
|
2) |
Regola nazzjonali li, kuntrarjament għall-Artikoli 28 KE u 30 KE, tipprojbixxi l-bejgħ ta' ġojjellerija tal-fidda b'valur individwali massimu ta' EUR 40 permezz ta' żjarat lil individwi sabiex tinbiegħ, u jittieħdu ordnijiet għal, din il-ġojjellerija tal-fidda tikkostitwixxi miżura ġustifikata u proporzjonali li tipprekludi d-dritt ta' individwu li jbiegħ ġojjellerija tal-fidda ta' valur individwali massimu ta' EUR 40 permezz ta' żjarat lil individwi sabiex ibiegħ u jieħu ordnijiet għal din il-ġojjellerija? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gießen (il-Ġermanja) fid-9 ta' Lulju 2007 — Markus Stoß vs Wetteraukreis
(Kawża C-316/07)
(2007/C 269/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Gießen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Markus Stoß
Konvenut: Wetteraukreis
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta' monopolju ta' l-Istat relattiv għal logħob ta' l-ażżard partikolari, bħal per eżempju l-imħatri dwar l-isports, fejn fl-Istat Membru kkonċernat ma teżistix politika koerenti u sistematika sabiex tillimita l-logħob ta' l-ażżard, b'mod partikolari minħabba li l-organizzaturi li jkunu ngħataw liċenzja mill-Istat jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni f'logħob ta' l-ażżard ieħor — bħal lotteriji ta' l-Istat u logħob fil-każinò — u, minbarra dan, minħabba li logħob ieħor li potenzjalment jista' joħloq l-istess livell jew livell ogħla ta' riskju ta' dipendenza — bħall-imħatri fuq avvenimenti sportivi partikolari (bħat-tiġrijiet taż-żwiemel) u s-slot machines — jista' jiġi pprovdut minn fornituri ta' servizzi privati? |
|
2) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-korpi kompetenti ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni ta' mħatri dwar l-isports, li mhumiex limitati għat-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat, jagħtu dritt lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u lit-terzi inkarigati minnu li jagħmlu u jimplementaw offerti għall-konklużjoni ta' kuntratti anki fit-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' awtorizzazzjonijiet nazzjonali addizzjonali? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien fis-16 ta' Lulju 2007 — Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH vs Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs
(Kawża C-330/07)
(2007/C 269/33)
Lingwa tal-kawża: il-Germaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH.
Konvenut: Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs.
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta' l-istabbiliment (Artikolu 43 KE et seq.) u/jew id-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 49 KE et seq.) jipprekludu regoli ta' dritt nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2003 li jagħtu vantaġġ fiskali (investment growth premium) lill-impriżi meta dawn jakkwistaw assi tanġibbli li ma ġewx użati, bil-kundizzjoni li dawn l-assi jiġu wżati esklużivament f'post ta' negozju li jinsab fit-territorju nazzjonali, filwaqt li jirrifjutaw l-għoti ta' dan il-vantaġġ fiskali (investment growth premium) lill-impriżi li jakkwistaw assi tanġibbli li għadhom ma ġewx użati li ser jintużaw f'post ta' negozju li jinsab x'imkien ieħor fl-Unjoni Ewropea?
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fis-17 ta' Lulju 2007 — Josef Holzinger vs Bundesministerium für Bildung, Wissenschaft und Kultur
(Kawża C-332/07)
(2007/C 269/34)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Josef Holzinger
Konvenuta:Bundesministerium für Bildung, Wissenschaft und Kultur
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 9(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni (1), huwa direttament effettiv? |
|
2) |
Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tfisser li perijodi ta' impjieg imwettqa fl-Iżvizzera qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim (l-1 ta' Ġunju 2002) għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni għall-finijiet ta' progress tal-karriera f'impjieg simili mwettaq sussegwentement fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea, irrispettivament minn meta twettqu dawn il-perijodi ta' impjieg? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (Il-Ġermanja) fl-20 ta' Lulju 2007 — Ibrahim Altun vs Stadt Böblingen
(Kawża C-337/07)
(2007/C 269/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ibrahim Altun
Konvenut: Stadt Böblingen
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kisba ta' drittijiet skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija tad-19 ta' Settembru 1980, tirrikjedi li l-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali”, li magħha kien jirrisjedi b'mod legali l-membru tal-familja għal matul perijodu ta' tliet snin, tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni matul dan il-perijodu kollu? |
|
2) |
F'dan ir-rigward, sabiex membru tal-familju jikseb id-drittijiet previsti fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, huwa biżżejjed li l-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali” kienet impjegata f'diversi xogħlijiet għal sentejn u sitt xhur u wara kienet spiċċat bla xogħol intortament u li, barra minn hekk, wara baqgħet f'din is-sitwazzjoni għal perijodu itwal? |
|
3) |
L-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tista' wkoll tiġi invokata minn persuna li kisbet permess ta' residenza bħala membru tal-familja ta' ċittadin Tork li l-permess ta' residenza tiegħu, u konsegwentement, l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta' Stat Membru huma bbażati biss fuq l-għoti ta' ażil politiku minħabba persekuzzjoni politika fit-Turkija? |
|
4) |
Fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv, membru tal-familja jista' jinvoka l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni meta l-għoti ta' ażil politiku u, abbażi ta' dan, il-permess ta' residenza u ta' aċċess għas-suq tax-xogħol tal-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali” (f'dan il-każ il-missier) ikunu bbażati fuq dikjarazzjonijiet foloz? |
|
5) |
Fil-każ li r-raba' domanda tingħata risposta fin-negattiv, huwa neċessarju, qabel ma l-membri tal-familja jiġu rrifjutati d-drittijiet stabbiliti fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, li d-drittijiet tal-“persuna li jkollha d-dritt oriġinali” (f'dan il-każ il-missier) ikunu ġew formalment irtirati jew irrevokati minn qabel? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta' Lulju 2007 — Christopher Seagon, kuratur tal-kumpannija Frick Teppichboden Supermärkte mbH vs il-kumpannija b'responsabbiltà limitata taħt id-dritt Belġjan Deko Marty
(Kawża C-339/07)
(2007/C 269/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christopher Seagon, kuratur tal-kumpannija Frick Teppichboden Supermärkte mbH.
Konvenuta: il-kumpannija b'responsabbiltà limitata taħt id-dritt Belġjan Deko Marty.
Domandi preliminari
|
1) |
Fl-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (1), tad-29 ta' Mejju 2000, dwar proċedimenti ta' falliment, (iktar 'il quddiem “ir-Regolament dwar proċedimenti ta' falliment”) u l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (2) tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (iktar 'il quddiem ir-“Regolament fuq il-kompetenza ġudizzjarja”), il-qrati ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetaħ il-proċediment ta' falliment li jirrigwarda l-patrimonju tad-debitur, għandhom, skond ir-Regolament dwar proċedimenti ta' falliment, kompetenza internazzjonali biex jieħdu konjizzjoni ta' azzjoni revokatorja (actio Pauliana) fil-kuntest tal-falliment [Inzolvenzanfechtungsklage] kontra konvenut li għandu s-sede prinċipali tiegħu fi Stat Membru ieħor? |
|
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata riposta negattiva: L-azzjoni revokatorja fil-kuntest tal-falliment taqa' taħt l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament fuq il-kompetenza ġudizzjarja? |
(1) ĠU L 160, p. 1.
(2) ĠU L 12, p. 1.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sächsischen Landessozialgerichts (il-Ġermanja), fit-30 ta' Lulju 2007 — Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft
(Kawża C-350/07)
(2007/C 269/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sächsischen Landessozialgerichts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kattner Stahlbau GmbH
Konvenuta: Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft
Domandi preliminari
|
1) |
Il-konvenuta Maschinenbau- und Metall-Berufsgenossenschaft tikkostitwixxi impriża fis-sens ta' l-Artikoli 81 u 82 KE? |
|
2) |
L-obbligu tar-rikorrenti li tirreġistra ma' l-assoċjazzjoni konvenuta jikkonstitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Stuttgart (il-Ġermanja) fit-2 ta' Awissu 2007 — Kulpa Automatenservice Asperg GmbH vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-358/07)
(2007/C 269/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichts Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kulpa Automatenservice Asperg GmbH
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta' monopolju ta' l-Istat relattiv għal logħob ta' l-ażżard partikolari, bħal per eżempju mħatri dwar l-isports u lotteriji, fejn fl-Istat Membru kkonċernat ma teżistix politika koerenti u sistematika sabiex tillimita l-logħob ta' l-ażżard, minħabba li l-organizzaturi li jkunu ngħataw liċenzja mill-Istat jinkoraġġixxu u jirreklamaw il-parteċipazzjoni f'logħob ta' l-ażżard ieħor — bħall-imħatri dwar l-isports u lotteriji ta' l-Istat — u, minbarra dan, minħabba li logħob ieħor li potenzjalment jista' joħloq l-istess livell jew livell ogħla ta' riskju ta' dipendenza — bħall-imħatri fuq avvenimenti sportivi partikolari (tiġrijiet taż-żwiemel), is-slot machines u l-logħob fil-każinò — jista' jiġi pprovdut minn fornituri ta' servizzi privati? |
|
2) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-korpi statali kompetenti ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni ta' mħatri dwar l-isports, li mhumiex limitati għat-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat, jagħtu dritt lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u lit-terzi inkarigati minnu li jagħmlu u jimplementaw offerti għall-konklużjoni ta' kuntratti anki fit-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' awtorizzazzjonijiet nazzjonali addizzjonali? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Stuttgart (il-Ġermanja) fit-2 ta' Awissu 2007 — SOBO Sport & Entertainment GmbH vs Land Baden-Württenberg
(Kawża C-359/07)
(2007/C 269/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichts Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SOBO Sport & Entertainment GmbH
Konvenut: Land Baden-Württenberg
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta' monopolju ta' l-Istat relattiv għal logħob ta' l-ażżard partikolari, bħal per eżempju mħatri dwar l-isports u lotteriji, fejn fl-Istat Membru kkonċernat ma teżistix politika koerenti u sistematika sabiex tillimita l-logħob ta' l-ażżard, minħabba li l-organizzaturi li jkunu ngħataw liċenzja mill-Istat jinkoraġġixxu u jirreklamaw il-parteċipazzjoni f'logħob ta' l-ażżard ieħor — bħall-imħatri dwar l-isports u lotteriji ta' l-Istat — u, minbarra dan, minħabba li logħob ieħor li potenzjalment jista' joħloq l-istess livell jew livell ogħla ta' riskju ta' dipendenza — bħall-imħatri fuq avvenimenti sportivi partikolari (tiġrijiet taż-żwiemel), is-slot machines u l-logħob fil-każinò — jista' jiġi pprovdut minn fornituri ta' servizzi privati? |
|
2) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-korpi statali kompetenti ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni ta' mħatri dwar l-isports, li mhumiex limitati għat-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat, jagħtu dritt lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u lit-terzi inkarigati minnu li jagħmlu u jimplementaw offerti għall-konklużjoni ta' kuntratti anki fit-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' awtorizzazzjonijiet nazzjonali addizzjonali? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Stuttgart (il-Ġermanja) fit-2 ta' Awissu 2007 — Andreas Kunert vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-360/07)
(2007/C 269/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichts Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andreas Kunert
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpetati fis-sens li jipprekludu l-eżistenza ta' monopolju ta' l-Istat relattiv għal logħob ta' l-ażżard partikolari, bħal per eżempju mħatri dwar l-isports u lotteriji, fejn fl-Istat Membru kkonċernat ma teżistix politika koerenti u sistematika sabiex tillimita l-logħob ta' l-ażżard, minħabba li l-organizzaturi li jkunu ngħataw liċenzja mill-Istat jinkoraġġixxu u jirreklamaw il-parteċipazzjoni f'logħob ta' l-ażżard ieħor — bħall-imħatri dwar l-isports u lotteriji ta' l-Istat — u, minbarra dan, minħabba li logħob ieħor li potenzjalment jista' joħloq l-istess livell jew livell ogħla ta' riskju ta' dipendenza — bħall-imħatri fuq avvenimenti sportivi partikolari (tiġrijiet taż-żwiemel), is-slot machines u l-logħob fil-każinò — jista' jiġi pprovdut minn fornituri ta' servizzi privati? |
|
2) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpetati fis-sens li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-korpi statali kompetenti ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni ta' mħatri dwar l-isports, li mhumiex limitati għat-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat, jagħtu dritt lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u lit-terzi inkarigati minnu li jagħmlu u jimplementaw offerti għall-konklużjoni ta' kuntratti anki fit-territorju ta' Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' awtorizzazzjonijiet nazzjonali addizzjonali? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud'hommes de Beauvais (Franza) fit-2 ta' Awissu 2007 — Olivier Polier vs Najar EURL
(Kawża C-361/07)
(2007/C 269/41)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil de prud'hommes de Beauvais
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Olivier Polier
Konvenut: Najar EURL
Domanda preliminari
Id-Digriet Nru 2005-893 tat-2 ta' Awwissu 2005 (1) li jawtorizza t-tkeċċija ta' impjegat waqt il-perijodu ta' konsolidazzjoni ta' sentejn, previst mill-Kuntratt ta' Impjieg Ġdid (Contrat Nouvelle Embauche), mingħajr ma jingħataw dettalji dwar il-legalità tat-tmiem ta' l-impjieg u mingħajr ma tingħata informazzjoni minn qabel, huwa validu fir-rigward:
|
1) |
tad-dritt Ewropew, kif ddefinit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tippreċiża d-dritt tal-ħaddiema li ma jiġux imkeċċija mingħajr raġuni valida; |
|
2) |
tal-[Konvenzjoni Nru] 158 ta' l-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol, dwar it-tkeċċija; |
|
3) |
tad-dispożizzjonijiet tal-Karta Soċjali Ewropea? |
(1) Digriet Nru 2005-893, tat-2 ta' Awwissu 2005, dwar il-kuntratt ta' xogħol “Impjiegi Ġodda”, JORF Nru 179 tat-3 ta' Awwissu 2005, p. 12689.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris (Franza) fit-2 ta' Awwissu 2007 — Kip Europe SA, Kip UK Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH vs Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects
(Kawża C-362/07)
(2007/C 269/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d'instance du VII arrondissement de Paris (Franza).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kip Europe SA, Kip UK Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH.
Konvenuta: Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-funzjoni “copy” ta' apparat multifunzjonali, bħal dak deskritt fil-proċedura preżenti, maħsub sabiex jaħdem f'kollegament dirett jew permezz ta' netwerk ma' kompjuter jew komputers, iżda li jista' permezz tal-funzjoni “copy”, jaħdem b'mod indipendenti, tikkostitwixxi “funzjoni speċifika oħra minbarra l-ipproċessar ta' data” skond in-nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda? |
|
2) |
F'każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-eżistenza ta' din il-funzjoni speċifika, li fir-rigward tagħha huwa espliċitament rikonoxxut li ma tagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu, hija ta' natura tali li teskludi l-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 84 skond in-nota 5 E, minkejja l-eżistenza tal-funzjonijiet ta' printer u ta' scanner li jaqgħu taħt l-ipproċessar ta' data? |
|
3) |
F'każ bħal dan, u, fir-rigward ta' apparat magħmul mill-assemblaġġ ta' tliet komponenti materjalment distinti (printer, scanner u kompjuter), il-klassifikazzjoni m'għandha ssir fuq il-bażi tar-Regola Ġenerali 3 (b)? |
|
4) |
B'mod aktar ġenerali, l-interpretazzjoni korretta tas-Sistema Armonizzata u tan-Nomenklatura Magħquda għandha twassal sabiex printers bħal dawk deskritti jiġu kklassifikati fl-intestatura 8471 60 jew 9009 12 00? |
|
5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 400/2006 (1) (KE), tat-8 ta' Marzu 2006, huwiex validu, b'mod partikolari, peress li jmur kontra s-Sistema Armonizzata, in-Nomenklatura Magħquda u l-paragrafi 1 u 3(b) tar-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u tan-Nomenklatura Magħquda, safejn dan huwa mmotivat b'referenza għall-kunċett ta' “funzjoni li tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu” u safejn iwassal għall-klassifikazzjoni fl-intestatura 9009 12 00 ta' printers bħal dawk deskritti? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) tat-8 ta' Marzu 2006, 400/2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura magħquda (GU L 70, pag. 9) [traduzzjoni mhux uffiċjali].
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris (Franza) fit-2 ta' Awwissu 2007 — Hewlett Packard International SARL vs Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects
(Kawża C-363/07)
(2007/C 269/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hewlett Packard International SARL
Konvenuta: Administration des douanes — Direction générale des douanes et droits indirects
Domandi preliminari
|
1) |
Il-funzjoni “copy” ta' apparat multifunzjonali, bħal dak deskritt fil-proċedimenti preżenti, maħsub sabiex jaħdem f'kollegament dirett jew permezz ta' netwerk ma' kompjuter jew kompjuters, iżda li jista', permezz tal-funzjoni “copy”, jaħdem b'mod indipendenti, tikkostitwixxi “funzjoni speċifika oħra minbarra l-ipproċessar ta' data” skond in-Nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-eżistenza ta' din il-funzjoni speċifika, li fir-rigward tagħha huwa espleċitament rikonoxxut li ma tagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu, hija ta' natura tali li teskludi l-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 84 skond in-nota 5 E, minkejja l-eżistenza tal-funzjoni ta' printer u ta' scanner li jaqgħu taħt l-ipproċessar ta' data? |
|
3) |
F'każ bħal dan, u fir-rigward ta' apparat magħmul mill-assemblaġġ ta' żewġ komponenti materjalment distinti (printer u scanner), il-klassifikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tar-Regola Ġenerali 3(b)? |
|
4) |
B'mod aktar ġenerali, interpretazzjoni korretta tas-Sistema Armonizzata u tan-Nomenklatura Magħquda għandha twassal sabiex printers bħal dawk deskritti jiġu kklassifikati fl-intestatura 8471 60 jew 9009 12 00? |
|
5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006, tat-8 ta' Marzu 2006, (1) huwa invalidu, b'mod partikolari peress li jmur kontra s-Sistema Armonizzata, in-Nomenklatura Magħquda u l-paragrafu 1 u 3(b) tar-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u tan-Nomenklatura Magħquda safejn dan huwa mmotivat b'referenza għall-kunċett ta' “funzjoni li tagħti lill-apparat il-karattru essenzjali tiegħu” u safejn iwassal għall-klassifikazzjoni fl-intestatura 9009 12 00 ta' printers bħal dawk deskritti? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2006 tat-8 ta' Marzu 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 70, p. 9) [traduzzjoni mhux uffiċjali].
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/22 |
Rikors imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-369/07)
(2007/C 269/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u I. Chatzigiannis)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li, peress li r-Repubblika Ellenika ma adottatx il-miżuri involuti fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta' Mejju 2005 fil-Kawża C-415/03, rigward in-nuqqas, mir-Repubblika Ellenika, ta' twettiq ta' l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni ta' l-2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-kumpannija Olympic Airways, kisret l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din id-deċiżjoni u ta' l-Artikolu 228(1), tat-Trattat KE. |
|
— |
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni l-penali indikata ta' EUR 53 611 għal kull jum ta' ritard fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-415/03 fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-2002, mill-jum ta' l-għoti tas-sentenza f'din il-kawża sal-jum li fih tiġi infurzata s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-415/03. |
|
— |
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma fissa, li l-ammont tagħha jinkiseb billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' kuljum bin-numru ta' jiem li matulhom kompla l-ksur, mill-jum ta' l-għoti tas-sentenza fil-Kawża C-415/03 sad-data li fiha tingħata s-sentenza f'din il-kawża fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-2002. |
|
— |
tordna li r-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1. |
Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' Mejju 2005, fil-Kawża C-415/03, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, peress li r-Repubblika Ellenika ma adottatx fit-terminu preskritt il-miżuri kollha neċessarji għall-ħlas lura ta' l-għajnuniet ikkunsidrati illegali u inkompatibbili mas-suq komuni — bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-entità nazzjonali tas-sigurtà soċjali — skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta' Diċembru 2002, din naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' dan l-Artikolu. |
|
2. |
Il-Kummissjoni, filwaqt li tosserva li r-Repubblika Ellenika ma nnotifikat lis-servizzi tal-Kummissjoni bl-ebda miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-415/03, minkejja l-garanziji fis-sens kuntrarju mogħtija mill-awtorità Ellenika u li għadha ma rkupratax l-għajnuniet meqjusa inkompatibili mad-deċiżjoni ta' l-2002, hija kkunsidrat xieraq li tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 228 KE. |
|
3. |
Skond l-Artikolu 228 KE u skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward, peress li l-Kummissjoni ressqet il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li Stat membru ma adottax il-miżuri involuti fl-eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, din ta' l-aħħar tindika l-ammont fiss u/jew tal-penali li l-Istat Membru għandu jħallas u li l-Kummissjoni tqis xieraq għaċ-ċirkustanzi. Id-deċiżjoni finali dwar l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 228 KE hija adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha ta' ġurisdizzjoni sħiħa fil-qasam. |
|
4. |
Kemm l-ammont tal-penali kif ukoll dak tas-somma fissa li l-Kummissjoni tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-ambitu tar-rikors tagħha, huma stabbiliti fuq il-bażi tal-metodu tal-kalkolu stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2005, dwar l-implementazzjoni ta' l-Artikolu 228 KE. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hoge Raad der Nederlanden (L-Olanda) fit-3 ta' Awwissu 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV
(Kawża C-375/07)
(2007/C 269/45)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
|
1) |
Il-folji, kif inhuma deskritti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97 tas-27 ta' Ġunju 1997 […] (1), jaqgħu taħt l-intestatura 1905 tan-nomenklatura magħquda, jekk minkejja li jkunu folji magħmula minn dqiq tar-ross, melħ u ilma, u li huma mnixxfin, ma jiġux sottoposti għal trattament termiku? |
|
2) |
Fid-dawl tat-tweġiba għad-domanda preċedenti, ir-regolament iċċitat iktar 'il fuq jibqa' validu? |
|
3) |
L-Artikolu 871 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98 tad-29 ta' Lulju 1998 (3) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn, skond l-imsemmi Artikolu 871(1), l-awtorità doganali għandha l-obbligu li tirreferi każ lill-Kummissjoni qabel ma tirrinunzja milli twettaq irkupru a posteriori fir-rigward ta' tali każ, il-qorti nazzjonali, mitluba tiddeċiedi fuq rikors imressaq minn min għandu jħallas it-taxxa kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità doganali li jsir irkupru a posteriori, m'għandhiex is-setgħa li tannulla l-irkupru a posteriori fuq il-premessa li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet, fost liema l-Artikolu 220(2)(b), li jinvolvu rinunzja għall-irkupru a posteriori, bil-kontra ta' dak li temmen il-Kummissjoni? |
|
4) |
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija fis-sens li l-fatt li l-Kummissjoni tingħata ċertu kompetenza deċiżjonali fir-rigward ta' l-irkupru tad-dazji doganali ma jinvolvix limitazzjoni tal-kompetenza tal-qorti nazzjonali mitluba tagħti deċiżjoni fuq rikors dwar l-irkupru tad-dazji doganali, id-dritt Komunitarju jinkludi dispożizzjoni oħra li tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju ladarba, f'każ partikolari, il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-qorti nazzjonali ma jaqblux rigward il-kriterji li jiġu adottati fl-ambitu ta' l-Artikolu 220(2) tal-KDK (4) sabiex jiġi ddeterminat jekk żball ta' l-awtorità doganali setax jiġi rrilevat minn min għandu jħallas it-taxxa? |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1196/1997/KE tas-27 ta' Ġunju 1996, li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda (ĠU L 170, p. 13).
(2) ĠU L 253, p. 1.
(3) ĠU L 212, p. 18.
(4) ĠU L 302, p. 1.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-3 ta' Awissu 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Kamino International Logistics BV
(Kawża C-376/07)
(2007/C 269/46)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financien
Konvenuta: Kamino International Logistics BV
Domandi preliminari
|
1) |
In-nota 5 tal-Kapitolu 84 tan-NM, skond il-verżjoni ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 tal-11 ta' Settembru 2003, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), għandha tkun interpretata fis-sens li monitur tal-kulur li jista' jittrażmetti sinjali li jkunu ġejjin minn magna li tipproċessa data awtomatikament skond l-intestatura 8471 tan-NM, kif ukoll sinjali ġejjin minn sorsi oħrajn, ma jistax jiġi kklassifikat fl-intestatura 8471 tan-NM? |
|
2) |
Fil-każ fejn il-monitur imsemmi fid-domanda 1 jista' jiġi kklassifikat fl-intestatura 8471 tan-NM, liema huma ċ-ċirkustanzi li permezz tagħhom jista' jiġi stabbilit jekk dan il-monitur huwiex unità tat-tip li huwa esklużivament u prinċipalment użat f'sistema awtomatika li tipproċessa d-data? |
|
3) |
Jekk il-monitur in kwistjoni jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2004 tal-[21] ta'April 2004, dwar il-klassifika ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (2), u, fil-każ ta' risposta affermativa, jekk dan ir-regolament huwiex validu fid-dawl tas-soluzzjonijiet mogħtija għall-ewwel żewġ domandi. |
(1) Regolament li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali comuni (ĠU L 281, p. 1).
(2) ĠU L 118, p. 32.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Greċja) fit-8 ta' Awwissu 2007 — Angelidaki Kyriaki et vs Nomarxiakis Aftodioikisi Rethymnis
(Kawża C-378/07)
(2007/C 269/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Rethymnis (Il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kyriaki Aggelidaki et
Konvenuta: Nomarxiakis Aftodioikisi Rethymnis
Domandi preliminari
|
1) |
Il-klawżola 5 u l-klawżola 8(3) tal-Ftehim-qafas, dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jagħmel parti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175, 10 ta' Lulju 1999, p. 42) għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt Komunitarju jipprojbixxi, għall-finijiet ta' l-implementazzjoni ta' l-imsemmi ftehim-qafas, l-adozzjoni mill-Istat Membru ta' miżuri, meta: a) qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, teżisti diġà, fis-sistema ġuridika interna, miżura legali ekkwivalenti, skond il-klawżola 5(1) tal-ftehim-qafas? b) il-miżuri adottati għall-implementazzjoni tal-ftehim-qafas iwasslu għal tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal terminu fiss? |
|
2) |
Fl-ipoteżi ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, fil-każijiet fejn ma jeżistux numru ta' kuntratti suċċessivi iżda kuntratt ta' xogħol wieħed għal terminu fiss li fil-verità jkollu bħala għan li jimpjega l-ħaddiem sabiex jiġu koperti, mhux bżonnijiet provviżorji, eċċezzjonali jew urġenti ta' min iħaddem, iżda fir-realtà bżonnijiet “permanenti u fit-tul”, it-tnaqqis tal-protezzjoni ggarantita hija marbuta ma' l-implementazzjoni tal-ftehim-qafas u tad-Direttiva ċċitata iktar 'il fuq? Għaldaqsatant, tali tnaqqis fil-protezzjoni huwa pprojbit jew awtorizzat fir-rigward tad-dritt Komunitarju? |
|
3) |
Fl-ipoteżi ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, f'każ fejn kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE miżura ekwivalenti skond il-klawżola 5(1) tal-ftehim-qafas, bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920, l-adozzjoni ta' miżura leġiżlattiva minħabba l-implementazzjoni tal-ftehim qafas — bħall-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 li huwa d-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ — tikkostitwixxi tnaqqis mhux aċċettabbli fis-sistema ġuridika interna tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal terminu fiss, skond il-klawżola 8(1) u (3) tal-ftehim-qafas:
|
|
4) |
Fl-ipoteżi ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, f'każ fejn kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE miżura ekwivalenti skond il-klawżola 5(1) tal-ftehim-qafas, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920 li hija d-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ, minn naħa, l-għażla tal-leġiżlatur Grieg li jeskludi mill-protezzjoni tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 imsemmi iktar 'il fuq il-każijiet ta' abbużi li fihom il-ħaddiem ikkonkluda kuntratt ta' xogħol wieħed biss għal terminu fiss, li madankollu huwa intiż fir-realtà li jkopri bżonnijiet mhux provviżorji, eċċezzjonali jew urġenti, iżda fil-realtà “permanenti u fit-tul” u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-leġiżlatur Grieg kien naqas milli jadotta miżura analoga, speċifika għat-tali każ u effiċjenti — li tipproduċi effetti ġuridiċi li jipproteġu l-ħaddiema f'każ ta' abbuż bħal dan u li tmur lil hinn mill-protezzjoni ġeneralment prevista, fil-każ ta' impjieg fil-kuntest ta' kuntratt null, permezz tad-dritt komuni tax-xogħol tas-sistema ġuridika Grieg (mingħajr ma jittieħed in kunsiderazzjoni l-abbuż skond il-ftehim-qafas) li permezz tiegħu il-ħaddiem jista' jitlob il-ħlas tas-salarju tiegħu kif ukoll kumpens minħabba tkeċċija, kemm jekk il-kuntratt kienx validu jew le — jikkostitwixxu tnaqqis mhux aċċettabbli fis-sistema ġuridika interna tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal terminu fiss, skond il-klawżola 8(1) u (3) tal-ftehim-qafas, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li:
|
|
5) |
Fl-ipoteżi ta' risposta affermattiva għad-domandi preċedenti, meta tnterpreta d-dritt nazzjonali tagħha fid-dawl tad-Direttiva 1999/70/KE, il-qorti nazzjonali għandha twarrab id-dispożizzjonijiet inkompatibbli magħha li kienu ġew adottati minħabba l-implementazzjoni tal-ftehim-qafas, iżda li jagħtu lok għal tnaqqis fuq livell ġenerali ta' protezzjoni fid-dritt intern tal-ħaddiema impjegati għal terminu fiss — bħad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, li jeskludu, impliċitament iżda b'mod ċar, mill-protezzjoni tagħhom, il-każijiet ta' abbuż li fihom il-ħaddiema kkonkludew biss kuntratt wieħed biss għal terminu fiss, iżda li fil-fatt kellu bħala għan li jkopri permezz tas-servizzi tal-ħaddiem bżonnijiet mhux provviżorji, eċċezzjonali jew urġenti, iżda fil-verità “permanenti u fit-tul” — u għandu japplika minnflok dawn id-dispożizzjonijiet tal-miżura legali ekwivalenti nazzjonali li kienet diġà teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920? |
|
6) |
Meta l-qorti nazzjonali tqis li għandha tapplika — bħala prinċipju — fir-rigward ta' kawża fuq impjieg għal terminu fiss, dispożizzjoni (f'dan il-każ, l-Artikolu8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920) li tikkostitwixxi miżura legali ekwivalenti skond il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas u skond liema l-konstatazzjoni li kuntratt tax-xogħol, anki jekk wieħed biss, ġie konkluż għal terminu fiss mingħajr ma ġiet iġġustifikata minn raġuni oġġettiva relatata man-natura jew mal-karatteristiċi ta' kuntratt jew ta' attività, timplika l-kwalifika mill-ġdid ta' dan il-kuntratt f'kuntratt għal terminu mhux fiss:
|
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Grecja), fit-8 ta' Awwissu 2007 — Charikleia Giannoudi vs Dimos Geropotamou
(Kawża C-379/07)
(2007/C 269/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Rethymnis.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Charikleia Giannoudi.
Konvenuta: Dimos Geropotamou.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-Klawżola 5 u l-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jifforma parti integrali mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175 ta' l-10 ta' Lulju 1999, p. 43), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt Komunitarju jipprojbixxi (għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim Qafas) lill-Stat Membru milli jadotta miżuri meta:
|
|
2) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti, fis-sistema legali nazzjonali, miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920 in kwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' att leġiżlattiv sabiex jiġi implimentat il-Ftehim Qafas — bħall-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, in kwistjoni fil-kawża prinċipali — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli fis-sistema legali nazzjonali tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas:
|
|
3) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' miżura leġiżlattiva għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 7 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — li bħala l-unika protezzjoni kontra l-abbuż tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss timponi fuq min iħaddem l-obbligu li jħallas il-pagi u indennizz għat-tkeċċija mix-xogħol, f'każ ta' impjieg abbużiv permezz ta' kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss suċċessivi — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli, fis-sistema legali nazzjonali, tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas, fid-dawl tal-fatt:
|
|
4) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għad-domandi preċedenti, meta tinterpreta d-dritt nazzjonali tagħha fid-dawl tad-Direttiva 1999/70/KE, il-Qorti nazzjonali għandha teskludi d-dispożizzjonijiet li ma jkunux kompatibbli mad-Direttiva li jkunu ġew adottati minħabba t-tħaddim tal-Ftehim Qafas, iżda li jwasslu għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni fid-dritt nazzjonali tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss — bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — u tapplika, minflok dawn, id-dispożizzjonijiet tal-miżura legali ekwivalenti nazzjonali li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920? |
|
5) |
Il-fatt li qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li, f'dak li jirrigwarda impjiegi għal żmien fiss hija applikabbli, bħala prinċipju, dispożizzjoni (f'dan il-każ l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920) li tikkostitwixxi miżura legali ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas u abbażi ta' liema l-konstatazzjoni li xi kuntratti ta' impjieg ġew konklużi għal żmien fiss mingħajr ma jkunu ġġustifikati minn xi raġuni oġġettiva li tirrigwarda n-natura jew il-karatteristiċi tal-kuntratt jew l-attività, jimplika l-kwalifikazzjoni ta' dan il-kuntratt bħala kuntratt għal żmien mhux iddeterminat:
|
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Grecja), fit-8 ta' Awwissu 2007 — Georgios Karabousanos ta' Theodoros u Sofoklis Michopoulos ta' Ioannis vs Dimos Geropotamou
(Kawża C-380/07)
(2007/C 269/49)
Lingwa tal-kawża:Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Rethymnis.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgios Karabousanos ta' Theodoros u Sofoklis Michopoulos ta' Ioannis.
Konvenut: Dimos Geropotamou.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-Klawżola 5 u l-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jifforma parti integrali mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175 ta' l-10 ta' Lulju 1999, p. 43), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt Komunitarju jipprojbixxi (għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim Qafas) lill-Stat Membru milli jadotta miżuri meta: a) qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, tkun diġà teżisti fis-sistema legali nazzjonali, miżura legali ekwivalenti, skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas? b) il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ikunu jinvolvu tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss? |
|
2) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti, fis-sistema legali nazzjonali, miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920 in kwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' att leġiżlattiv sabiex jiġi implimentat il-Ftehim Qafas — bħall-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, in kwistjoni fil-kawża prinċipali — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli fis-sistema legali nazzjonali tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas:
|
|
3) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' miżura leġiżlattiva għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 7 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — li bħala l-unika protezzjoni kontra l-abbuż tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss timponi fuq min iħaddem l-obbligu li jħallas il-pagi u indennizz għat-tkeċċija mix-xogħol, f'każ ta' impjieg abbużiv permezz ta' kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss suċċessivi — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli, fis-sistema legali nazzjonali, tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas, fid-dawl tal-fatt:
|
|
4) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għad-domandi preċedenti, meta tinterpreta d-dritt nazzjonali tagħha fid-dawl tad-Direttiva 1999/70/KE, il-Qorti nazzjonali għandha teskludi d-dispożizzjonijiet li ma jkunux kompatibbli mad-Direttiva li jkunu ġew adottati minħabba t-tħaddim tal-Ftehim Qafas, iżda li jwasslu għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni fid-dritt nazzjonali tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss — bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — u tapplika, minflok dawn, id-dispożizzjonijiet tal-miżura legali ekwivalenti nazzjonali li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920? |
|
5) |
Il-fatt li qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li, f'dak li jirrigwarda impjiegi għal żmien fiss hija applikabbli, bħala prinċipju, dispożizzjoni (f'dan il-każ l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920) li tikkostitwixxi miżura legali ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas u abbażi ta' liema l-konstatazzjoni li xi kuntratti ta' impjieg ġew konklużi għal żmien fiss mingħajr ma jkunu ġġustifikati minn xi raġuni oġġettiva li tirrigwarda n-natura jew il-karatteristiċi tal-kuntratt jew l-attività, jimplika l-kwalifikazzjoni ta' dan il-kuntratt bħala kuntratt għal żmien mhux iddeterminat:
|
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Conseil d'État (Franza) fit-8 ta' Awwissu 2007 — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables
(Kawża C-381/07)
(2007/C 269/50)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS
Konvenut: Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tad-Direttiva [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] 2006/11/KE, tal-15 ta' Frar 2006, dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (1) jista' jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri, ladarba jiġu adottati programmi intiżi għat-tnaqqis tat-tniġġiż ta' l-ilmijiet li jinkludu standards ta' kwalità ambjentali, li jintroduċu, għal ċerti stallazzjonijiet li huma meqjusa li għandhom livell baxx ta' tniġġiż, sistema ta' dikjarazzjoni b'referenza għal dawn l-istandards, u bi dritt, għall-awtorità amministrattiva kompetenti, li topponi ruħha għall-ftuħ ta' l-azjenda jew li timponi limiti fuq l-iskariku attwali ta' l-istallazzjoni kkonċernata ?
(1) ĠU L 64, p. 52.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/29 |
Appell imressaq fl-24 ta' Mejju 2007 minn Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Mejju 2007, fil-kawża T-151/01, Der Grüne Punkt — Duales System Deutshland GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta minn Vfw AG, dalla Landbell AG für Rückhol-Systeme u Belland Vision GmbH, li tresqet fit-13 ta' Awwissu 2007
(Kawża C-385/07 P)
(2007/C 269/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Wagner, B. Meyring, Avukati)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Vfw AG, Landbell AG für Rückhol-Systeme u Belland Vision GmbH
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-24 ta' Mejju 2007, fil-kawża T-151/01, |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/463/KE ta' l-20 ta' April 2001 f'proċedura taħt l-Artikolu 82 KE (każ COMP D3/34493 — DSD) (1), |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiġi deċiża skond l-evalwazzjoni ġuridika li tinsab fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
|
— |
f'kull każ tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tibbaża l-appell tagħha kontra s-sentenza iċċitata iktar 'il fuq tal-Qorti tal-Prim'Istanza fuq tmien motivi.
Bl-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-obbligu tagħha ta' motivazzjoni u għaldaqstant l-Artikolu 82 KE permezz ta' konstatazzjonijiet kuntradittorji rigward l-imġiba tar-rikorrenti li hija meqjusa li tikkostitwixxi l-abbuż. Il-Qorti tal-Prim'Istanza minn naħa mmotivat l-abbuż billi ddikjarat li r-rikorrenti titlob il-ħlas komplut mingħand l-impriżi li ma jużawx is-sistema tagħha jew li jużawha biss għal parti mill-imballaġġi ta' bejgħ li għandhom it-trade mark. Il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata min-naħa l-oħra li huwa biss “eventwalment” li r-rikorrenti titlob għall-imballaġġi ta' bejgħ li ma jipparteċipawx fis-sistema tagħha u b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati tal-kuntratt ta' użu tat-trade mark, il-prezz tas-servizz ta' ġbir u ta' irkupru.
It-tieni, il-ħames u s-sitt motivi jirreferu għall-evalwazzjoni żbaljata, insuffiċjenti, jew b'mod iktar preċiż, li tiffalsifika manifestament il-fatti u f'kuntradizzjoni mal-proċessi u l-provi mressqa, fir-rigward tal-portata tal-liċenzja offruta mir-rikorrenti. Kieku kienet għamlet evalwazzjoni korretta tal-fatti, il-Qorti tal-Prim'Istanza kien imissha rrikonoxxiet li r-rikorrenti ma tagħtix liċenzja iżolata b'mod li s-sentenza kkontestata għandha tiġi mifhuma bħala konstatazzjoni li r-rifjut ta' għotja ta' din il-liċenzja huwa abbużiv u li l-ordni intiża sabiex jitwaqqaf il-ksur fl-Artikolu 3 tas-sentenza kkontestata jekwivali għall-impożizzjoni ta' liċenzja obbligatorja. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet madankollu b'mod żbaljat naqset milli tirrispetta r-rekwiżiti ta' motivazzjoni neċessarji skond il-ġurisprudenza u ma rrikonoxxitx li liċenzja obbligatorja hija eskluża mill-perspettiva tad-dritt tat-trade marks u ta' l-imballaġġi. Ir-rikorrenti tinvoka f'dan il-kuntest il-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, tal-prinċipju ta' motivazzjoni kif ukoll ta' l-Artikolu 82 KE u ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17.
Ir-rikorrenti ssostni bit-tielet u bir-raba' motiv li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-obbligu ta' motivazzjoni tagħha u għalhekk l-Artikolu 82 KE permezz tal-konstatazzjoni tagħha insuffiċjentement immotivata, żbaljata u li tiffalsifika d-dritt Ġermaniż ta' l-imballaġġi u tat-trade marks, li t-trade mark“Der Grüne Punkt” ma tistax tibbenefika mill-eżklussività mitluba. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret ukoll permezz ta' din il-konstatazzjoni l-prinċipju tad-dritt Komunitarju tat-trade marks li jgħid li trade mark rreġistrata tagħti lill-proprjetarju tagħha dritt eżklussiv b'mod partikolari fir-rigward ta' l-użu tat-trade mark għal prodotti u servizzi li huma identiċi jew simili għal dawk li għalihom it-trade mark hija rreġistrata.
Permezz tas-seba' u t-tmiem motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni żewġ żbalji proċedurali. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet minn naħa introduċiet konstatazzjonijiet ġodda jew konstatazzjonijiet ex ufficio mingħajr mas-suġġett ta' dawn il-konstatazzjonijiet ma kien jinsab fid-deċiżjonijiet ikkontestati jew kien ġie introdott mill-partijiet fil-kuntest tal-proċedimenti ġudizzjarji. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet minbarra dan wettqet ksur proċedurali li jippreġudika l-interessi tar-rikorrenti billi ma rrispettatx il-prinċipju fundamentali ta' l-Unjoni għat-trattament ta' kawża fi żmien raġonevoli.
(1) ĠU L 166, p. 1.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-20 ta' Awwissu 2007 — Glencore Grain Rotterdam BV vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-391/07)
(2007/C 269/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glencore Grain Rotterdam BV.
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas.
Domandi preliminari
L-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1501/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni tal-prova prevista fit-tieni paragrafu ta' din id-dispożizzjoni teżonera mhux biss il-prova tat-twettiq tal-formalitajiet doganali għar-rilaxx għall-konsum, imma wkoll il-preżentazzjoni tad-dokument tat-trasport (L-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, li sar l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/99)?
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis- 27 ta' Awwissu 2007 — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy
(Kawża C-396/07)
(2007/C 269/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Il-Korkein oikeus (il-Finlandja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mirja Juuri
Konvenut: Fazer Amica Oy
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn ħaddiem stess ikun temm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu wara li jkunu ddeterjoraw kunsiderevolment il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu minħabba trasferiment ta' impriżi, Stat Membru għandu, fis-sistema legali tiegħu, jiggarantixxi lill-ħaddiem dritt għal kumpens fi flus min-naħa ta' min iħaddmu bl-istess mod bħal meta min iħaddem itemm kuntratt tax-xogħol b'mod illegali, meta jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li min iħaddem ma rrispettax, fis-sens ta' l-Artikolu 3(3) tad-direttiva, il-ftehim kollettiv li kien jorbot lil min iħaddem u li kien jiggarantixxi kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol lill-ħaddiem, biss sakemm dan jiskadi, u li l-iddeterjorar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jirriżultaw minħabba din l-iskadenza? |
|
2) |
Fil-każ fejn ir-responsabbiltà ta' min iħaddem, prevista mid-direttiva, mhijiex ta' l-istess portata bħal dik esposta fil-punt 1), għandha r-responsabbiltà ta' min iħaddem tiġi implimentata xorta waħda, per eżempju, permezz ta' ħlas tal-pagi u ta' benefiċċji oħra relatati mal-perijodu ta' notice li min iħaddem huwa marbut li jirrispetta? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22 ta' Marzu 2001, p. 16.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/31 |
Rikors imressaq fis-27 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Rejnu ta' Spanja
(Kawża C-397/07)
(2007/C 269/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u M. Afonso, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tiddikjara li:
ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969 (1). |
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
— |
Id-Direttiva 69/335 żżomm l-istatus quo għal dak li jirrigwarda d-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri li jintroduċu mill-ġdid dazji kapitali jew li jimponu mill-ġdid din it-taxxa fuq operazzjonijiet li huma, fil-prattika, eżenti. B'konsegwenza ta' dan, Spanja ma tistax tneħħi l-eżenzjonijiet tagħha u tintaxxa l-operazzjonjiet kollha koperti mis-sistema speċjali tad-Digriet Rjali Nru 4/2004 li huma, però, esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ex Artikolu 7(1)(b) u (b)a. Spanja hija marbuta li tapplika l-eżenzjoni ta' l-Artikolu 45(1)(B)(10) tad-Digriet Rjali Nru 1/1993, għall-operazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt is-sistema speċjali tad-Digriet Rjali Nru 4/2004, independentament minn jekk, fil-fatt, din is-sistema speċjali tapplikax jew le. |
|
— |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 69/335 jinkludi lista eżawrjenti ta' operazzjonijiet suġġetti għad-dazju kapitali. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1)(g), it-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li, fl-Istat Membru ospitanti hija kkunsidrata, għall-iskopijiet ta' impożizzjoni ta' dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali, imma li mhijiex ikkunsidrata bħala tali fl-Istat Membru ta' oriġini tagħha, huwa suġġett għad-dazju kapitali. B'konsegwenza ta' dan, Spanja ma tistax timponi dazju kapitali fuq it-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni jew it-transferiment ta' l-uffiċċju reġistrat fir-rigward ta' kumpannija kapitali li mhijiex suġġetta għal taxxa simili fl-Istat Membru ta' orgini tagħha. It-trasferiment tas-sede tagħha fi Stat Membru ieħor permezz ta' kumpannija kapitali mhuwiex fatt li jagħti lok għall-impożizzjoni ta' dazju kapitali, meta l-Istat Membru li fih dik il-kumpannija tkun ġiet kostitwita ma jiġborx dazju kapitali bħal dan. Barra minn hekk, xejn ma juri li l-leġiżlazzjoni Spanjola tapplika biss fil-każ ta' evażjoni jew frodi fiskali. |
|
— |
Spanja ma tistax timponi dazju kapitali fuq il-parti ta' kapitali wżata biex jitwettqu operazzjonijiet kummerċjali fuq it-territorju Spanjol, permezz ta' fergħat jew ta' stabbilimenti permanenti. Kif jidher biċ-ċar mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 69/335, Spanja ma tistax timponi dazju kapitali fuq il-kumpanniji li ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor u mhux fi Spanja. L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 69/335 jillimita l-miżuri bħal dawk implementati minn Spanja għall-każ speċifiku ta' kumpannija li l-uffiċċju reġistrat tagħha u ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha jinsabu f'pajjiz terz. Għal dak li jirrigwarda il-kwistjoni dwar il-frodi jew l-evażjoni fiskali, il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet Spanjoli japplikaw mingħajr ebda restrizzjoni jew distinzjoni skond jekk ikunx hemm jew le frodi jew evażjoni fiskali. B'konsegwenza ta' dan, Spanja ma tistax tqajjem ġustifikazzjoni bħal din. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (L-Italja) fid-29 ta' Awwissu 2007 — SALF SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute
(Kawża C-400/07)
(2007/C 269/55)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SALF SpA
Konvenuti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute.
Domandi preliminari
|
1) |
Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ. Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, jew fis-sens li l-espressjoni “tnaqqis […], jekk ikun il-każ” tirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati? |
|
2) |
L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)? |
|
3) |
Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet) |
|
4) |
Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa? |
|
5) |
Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/33 |
Rikors imressaq fid-29 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda
(Kawża C-401/07)
(2007/C 269/56)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. van Vliet, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, billi ma eżegwix, fit-terminu impost, fir-rigward ta' l-intrapriża Fleuren Compost BV, id-Deċiżjoni 2001/521/KE tal-Kummissjoni, dwar l-iskema ta' għajnuna li r-Renju ta' l-Olanda implementa favur sitt intrapriżi ta' trattament tad-demel (1), ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 249, u tat-tieni u tielet Artikoli ta' l-imsemmija deċiżjoni; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta' l-Olanda jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Bid-deċiżjoni 2001/521/KE, il-Kummisjoni ddeċidiet li r-Renju ta' l-Olanda kellu jirkupra s-somma ta' 487 328,13 Euro, bl-interessi, bħala għajnuna mogħtija illegalment lil Fleuren Compost BV (iktar 'il quddiem “Fleuren”). Fil-ġurnata tal-preżentata tar-rikors fil-preżenti kawża din is-somma kienet għandha ma tħallsitx lura. Sal-preżent Fleuren illimitat ruħha illi tikkostitwixxi garanzija bankarja għas-somma dovuta. Ir-rikorrenti tallega ksur tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) li jipprovdi għall-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors ta' Fleuren kontra d-deċiżjoni b'sentenza ta' l-14 ta' Jannar 2004 (kawża T-109/01) li minnha Fleuren ma appellatx.
Ir-rikorrenti tesponi, b'mod partikolari, li l-leġiżlazzjoni Olandiża applikabbli f'dan il-każ tirrendi l-eżekuzzjoni inutilment twila u kkumplikata skond l-interpretazzjoni mogħtija mill-ġurisprudenza tar-Raad van State tar-Renju ta' l-Olanda. Skond din l-interpretazzjoni, l-irkupru jsegwi proċedura amministrattiva għas-somma prinċipali u proċedura ċivili għas-somma aċċessorja. Ir-rikorrenti tesponi wkoll illi l-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja ma tistax titqies li hija rimborż effettiv ta' l-ammont ta' għajnuna. Garanzija bankarja ma tannullax il-vantaġġ finanzjarju li Fleuren ilha diġà tgawdi minnu għal snin, mogħti lilha mill-konvenut bi ksur tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 88, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.
(1) ĠU L 189, p.13.
(2) ĠU L 83, p. 1.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/33 |
Appell imressaq fit-3 ta' Settembru 2007 mir-Renju ta' l-Olanda kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti ta' Prim Istanza (Ir-raba' Awla) fis-27 ta' Ġunju 2007 fil-Kawża T-182/06, Ir-Renju ta' l-Olanda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej
(Kawża C-405/07 P)
(2007/C 269/57)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: D.J.M. de Grave u C.M. Wissels, Aġenti)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej
Talbiet tal-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li minnha qiegħed isir appell; |
|
— |
tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din tkun tista' tiddeċiedi fuq il-motivi l-oħra tar-rikors; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn ta' l-appell tiegħu, ir-rikorrenti iressaq żewġ motivi.
Permezz ta' l-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat ħażin id-dmir ta' diligenza u d-dmir ta' motivazzjoni skond l-Artikolu 253 KE meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx dawn id-dmirijiet fil-każ fejn, mingħajr raġuni speċifika, l-informazzjoni rilevanti mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat qabel id-deċiżjoni (1) kontestata ma tteħditx in kunsiderazzjoni f'dik id-deċiżjoni.
Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Qorti ta' Prim'Istanza applikat kriterji legali ħżiena meta ddeċidiet, fil-kuntest ta' l-eżami dwar jekk kienx hemm problema speċifika fis-sens ta' l-Artikolu 95(5) KE, li:
|
i. |
l-eżistenza ta' problema speċifika relatata mal-kwalità ta' l-arja għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-kriterji tad-Direttiva 1999/30 (2), mingħajr ma tiġi meqjusa kemm l-impossibilità għall-Istati Membri li jadottaw miżuri intiżi sabiex jipprevjenu t-tniġġis transfruntalier, kif ukoll kriterji bħad-densità demografika qawwija, l-intensità tat-traffiku ta' vetturi ġo bosta żoni u l-pożizzjoni ta' żoni residenzjali ħdejn ir-rotot tat-traffiku. |
|
ii. |
ma jistax ikun hemm sitwazzjoni ta' problema speċifika f'dan is-sens meta numru żgħir ħafna ta' Stati Membri ukoll qegħdin jesperjenzaw problema relatata mal-kwalità ta' l-arja. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/372/KE tat- 3 ta' Mejju 2006 dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mir-Renju ta' l-Olanda taħt l-Artikolu 95 (5) tat-Trattat tal-KE li jistabbilixxi l-limiti fuq l-emissjonijiet ta' materja f'partiċelli minn vetturi li jaħdmu bid-diżil (ĠU 2006 L 141, p.16).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta'April 1999 dwar il-valuri ta' limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU L 163, p. 41).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/34 |
Rikors imressaq fil-4 ta' Frar 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-406/07)
(2007/C 269/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Triandafillou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li r-Repubblika Ellenika naqset:
|
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istati membri ma jistgħux japplikaw għad-dividendi li joriġinaw minn pajjiż barrani taxxa ogħla minn dik applikata fir-rigward tad-dividendi ta' oriġini nazzjonali,
L-eżenzjoni fiskali prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Griega hija intiża sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja fuq il-qligħ tal-kumpanniji mqassam lill-azzjonisti, iżda tapplika biss għad-dividendi ta' oriġini nazzjonali.
Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni fiskali Griega għandha bħala effett li tiskoraġġixxi lill-persuni taxxabbli fil-Greċja milli jinvestu l-kapital tagħhom f'kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor.
Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali Griega għandhom ukoll effett restrittiv fir-rigward tal-kumpanniji stabbiliti fi Stati membri oħra, minħabba li din il-leġiżlazzjoni tostakola lil dawn il-kumpanniji milli jiġbru kapital fil-Greċja.
Sa fejn id-dħul mill-kapital ta' oriġini mhux Griega jkun suġġett għal sistema fiskali inqas vantaġġjuża mid-dividendi mqassma mill-kumpanniji stabbiliti fil-Greċja, l-ishma tal-kumpanniji stabbiliti fi Stati Membru oħra jkunu inqas attraenti, għal investituri li jirrisjedu fil-Greċja, mill-ishma tal-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fil-Greċja.
Jirriżulta minn dak kollu li ntqal li dispożizzjonijiet legali tat-tip in kwistjoni jikkostitwixxu restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li huma bħala prinċipju pprojbiti mill-Artikolu 56 KE.
F'dak li jirrigwarda l-persuni totalment taxxabbli fil-Greċja li għandhom ishma barranin li jippermettulhom jeżerċitaw influwenza reali fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija u jidderiġu l-attivitajiet tagħha, dan wkoll huwa restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment, ipprojbita mill-Artikolu 43 KE.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie fl-10 ta' Settembru 2007 — Magoora sp. z oo. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie
(Kawża C-414/07)
(2007/C 269/59)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Magoora sp. z oo.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva [Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145 tat-13 ta' Ġunju 1977, p. 1) jipprekludi lir-Repubblika tal-Polonja milli tħassar, mill-1 ta' Mejju 2004, id-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha li kienu fis-seħħ sa dik id-data li jirrigwardaw il-limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis ta' l-input tax imposta fuq xiri ta' karburant għal vetturi użati għall-finijiet ta' attività taxxabbli u li hija tintroduċi minflok ukoll limitazzjoni fuq it-tnaqqis ta' l-input tax fuq xiri ta' karburant għal vetturi użati għal attività suġġetta għall-VAT, iżda li fid-dritt nazzjonali, hija ddefinita permezz ta' użu ta' kriterji oħra minbarra dawk li kienu fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 u milli hija temenda mill-ġdid il-kriterji msemmija iktar 'il fuq mit-22 ta' Awwissu 2005? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta pożittiva għad-domanda magħmula fil-punt 1, l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva jipprekludi lill-Polonja milli temenda l-kriterji msemmija iktar 'il fuq, b'tali mod li tillimita konkretament il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt għal tnaqqis ta' l-input tax meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fi-seħħ fit-30 ta' April 2004 jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ sa minn meta saret l-emenda fit-22 ta' Awwissu 2005? Jekk jitqies li dan l-aġir tar-Repubblika tal-Polonja jikser l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi ammess li l-persuna taxxabbli tista' tibbenefika minn tnaqqis, iżda biss safejn l-emendi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-tnaqqis ta' l-input tax, kif kien previst mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fit-30 ta' April 2004 u mħassra f'din id-data? |
|
3) |
L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva jipprekludi lir-Repubblika tal-Polonja, billi tibbaża ruħha fuq il-possibbiltà li tagħti din id-dipożizzjoni lill-Istati Membri sabiex jillimitaw it-tnaqqis ta' l-input tax relatati ma' l-ispejjeż li mhumiex ta' natura strettament professjonali, bħalma huma l-ispejjeż ta' lussu, ta' divertiment jew ta' rappreżentazzjoni, milli tkun tista' tillimita t-tnaqqis ta' l-input tax meta mqabbel mas-sistema fis-seħħ fit-30 ta' April 2004, b'tali mod li teskludi d-dritt għal tnaqqis ta' l-input tax fuq ix-xiri ta' karburant għal vetturi partikolari jew vetturi bil-mutur oħra li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma taqbiżx 3.5 tunnellati, minbarra l-vetturi msemmija fl-Artikolu 86(4) tal-liġi tal-11 ta' Marzu 2004, dwar it-taxxi fuq il-prodotti u s-servizz, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mit-22 ta' Awwissu 2005? |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Vestre Landsret (Id-Danimarka) fit-13 ta' Settembru 2007 — Anklagemyndigheden vs Frede Damgaard
(Kawża C-421/07)
(2007/C 269/60)
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret (Id-Danimarka).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Anklagemyndigheden.
Konvenuta: Frede Damgaard.
Domanda preliminari
L-Artikolu 86 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), kif sussegwentement emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tixrid minn terz ta' informazzjoni dwar prodott, u b'mod partikolari dwar il-kwalitijiet tiegħu ta' fejqan jew ta' prevenzjoni, għandu jiġi kkunsidrat bħala reklamar, ukoll meta dan it-terz jaġixxi minn rajh u b'mod għal kollox indipendenti, fid-dritt u fil-fatt, mill-produttur jew mill-bejjiegħ?
(1) ĠU L 311, p. 67.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/36 |
Appell imressaq fl-14 ta' Settembru 2007 minn AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-229/05, AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-425/07 P)
(2007/C 269/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (rappreżentant: Th. Asprogerakas — Grivas, avukat)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tilqa' dan ir-rikors |
|
— |
tannulla kompletament s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Ir-Raba' Awla) mogħtija fit-12 ta' Lulju 2007, AEPI AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li fir-rigward tagħha ġie ppreżentat dan ir-rikors |
|
— |
tisma u tiddeċiedi hija nfisha r-rikors ta' l-14 ta' Ġunju 2005 (skond l-Artikolu 230 tat-Trattat KE), Nru 001/4372.56 (2001) A/3603/2, imressaq quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2005 SG-Greffe (2005) D/201832, li tiċħad l-ilment tat-22 ta' Marzu 2001 (2001/4372.56 (2001A/3603/2), jew inkella tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza li ddeċidiet fir-rigward tas-sentenza kkontestata, b'mod tali li l-motivi esposti fl-imsemmi rikors jintlaqgħu; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Is-sentenza kkontestata interpretat b'mod żbaljat l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat CE billi, ma eżaminatx jekk id-Deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni marritx lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, ma kkunsidratx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan il-qasam, ma kkunsidratx iċ-ċirkostanzi fattwali, descritti fir-rikors, li juru dannu lill-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fl-aħħar nett, billi interpretat u applikat b'mod żbaljat l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE, qieset li d-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni tad-dritt Komunitarju jeżiġu neċessarjament l-eżistenza ta' dannu veru għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, filwaqt li fil-verità, fid-dawl ta' interpretazzjoni u applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet fuq imsemmija, il-possibbiltà ta' dannu bħal dan għandu jkun biżżejjed sabiex jitwettaq il-ksur.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/36 |
Rikors imressaq fl-14 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-427/07)
(2007/C 269/62)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u D. Lawunmi, bħala aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx, skond l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2), (3) u (4), tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), il-miżuri neċessarji sabiex, qabel ma jingħata l-permess, il-proġetti ta' kostruzzjoni ta' toroq li jista' jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent, kif elenkati fil-punt 10(e) ta' l-Anness II tad-Direttiva 85/337, ikunu suġġetti għal ħruġ ta' permess u għal stima ta' l-impatt ambjentali tagħhom skond l-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva 85/337, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 85/337; |
|
— |
tiddikjara illi, billi ma adottatx u billi, fi kwalunkwe każ, fit-terminu stabbilit, ma informatx lill-Kummissjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 3(1)(3)(4)(5)(6) u (7), u ma' l-Artikolu 4(1)(2)(3)(4)(5) u (6) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35/KE, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (2), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva; |
|
— |
tikkundanna lill-Irlanda tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Traspożizzjoni tad-Direttiva 85/337/KEE
Il-Kummissjoni tqis li l-Irlanda ma ttrasponietx id-Direttiva 85/337/KEE kollha kemm hi billi ma adottatx miżuri li jiggarantixxu li jintlaħqu r-riżultati mixtieqa mill-Artikolu 2(1) u mill-Artikolu 4 fil-qasam ta' proġetti ta' toroq privati. Il-Kummissjoni tqis li l-proġetti ta' toroq privati (proposti minn żviluppaturi privati) jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 85/337/KEE. Barra minn dan, il-preżunzjoni li proġetti bħal dawn huma mingħajr impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent hija bla bażi. Il-fatt li mhumiex inklużi l-proġetti ta' toroq privati proposti minn żiluppaturi privati jikkostitwixxi nuqqas mill-Irlanda li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli tad-Direttiva msemmija iktar 'il fuq.
Traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE
Il-Kummissjoni ssostni li l-Irlanda naqset milli tadotta u tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 tad-Direttiva, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/35/KE. B'mod ikar preċiż, l-Artikolu 3(1)(3)(4)(5) u (6) tad-Direttiva jinkludi emendi preċiżi għal numru ta' Artikoli tad-Direttiva 85/337. L-Irlanda ma tikkontestax li t-traspożizzjoni għandha ssir billi tiġi emendata l-liġi Irlandiża dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp u l-liġi dwar sistemi oħra ta' ħruġ ta' permess. L-Irlanda ma kkomunikat ebda emenda tal-liġi tagħha dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp fit-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata supplementari u, fi kwalunkwe każ, ma kkomunikat ebda liġi dwar sistemi oħra ta' ħruġ ta' permess. L-Artikolu 3(7) u l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva jeħtieġu mhux biss proċeduri ta' reviżjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet iżda wkoll sistemi li jipprovdu garanziji speċifiċi. Għal dak li jirrigwarda l-fatt li l-Irlanda ssostni li s-sistema eżistenti ta' stħarriġ ġudizzjarju tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 3(7) u l-Artikolu 4(4), hija naqset milli tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex tissodisfa l-obbligu stabbilit fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva.
(1) ĠU L 175, p. 40.
(2) ĠU L 156, p. 17.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/37 |
Appell imressaq fit-18 ta' Settembru 2007 minn Bouygues SA u Bouygues Télécom SA kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħtija fl-4 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-475/04, Bouygues u Bouygues Telecom vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-431/07 P)
(2007/C 269/63)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bouygues SA u Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: F. Sureau, D. Théophile, S. Perrotet, A. Bénabent, J. Vogel u L. Vogel, avukati)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Franċiża, Sociéte française du radiotelephone — SFR, Orange France SA
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza fl-4 ta' Lulju 2007 fil-Kawża Bouygues u Bouygues Telecom vs Il-Kummissjoni (T-475/04) |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid fid-dawl tal-fehma ġuridika żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
— |
tordna li l-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-kumpanniji rikorrenti jinvokaw erba' motivi in sostenn ta' l-appell tagħhom.
Permezz ta' l-ewwel motiv tagħhom, huma jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset mill-obbligu tagħha ta' motivazzjoni meta ddeċidiet li r-rinunzja għall-kreditu in kwistjoni f'din il-kawża kienet inevitabbli minħabba “l-istruttura tas-sistema”. Peress li din ta' l-aħħar, fil-fatt, kienet tikkostitwixxi regola li tidderoga mill-prinċipju li jgħid li distinzjoni bejn diversi impriżi neċessarjament tikkostitwixxi vantaġġ selettiv, il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tagħti motivazzjoni espliċita kemm tal-kontenut ta' l-istruttura tas-sistema li għaliha tirreferi, kif ukoll ir-rabta ta' kawżalità bejn din l-istruttura tas-sistema u r-rinunzja kkonstatata għar-risorsi ta' l-Istat.
Permezz tat-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu sussegwentement li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball fid-dritt meta kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kinitx marbuta li tiftaħ proċedura formali ta' eżami sempliċement minħabba li l-eżami tal-mertu tal-kawża kien jistabbilixxi, fil-fehma tagħha, li ma nġabitx il-prova ta' vantaġġ favur Orange u SFR. Il-ftuħ ta' proċedura formali ta' eżami skond l-Artikolu 88(2) KE huwa, fil-fatt, iġġustifikat kull darba li l-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tiddeċiedi, fid-dawl tal-fatti li huma fid-dispożizzjoni tagħha fil-fażi ta' eżami preliminari, jekk miżura hijiex jew le kompattibbli mar-regoli tat-Trattat.
Permezz tat-tielet motiv tagħhom, il-partijiet rikorrenti jilmentaw bi tliet żbalji mwettqa mill-Qorti tal-Prim'Istanza fir-rigward tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, fir-rigward, l-ewwel nett, ta' l-allegata natura unika tal-proċeduri li bihom ġew mogħtija l-liċenzji UMTS, it-tieni nett, tan-natura hekk imsejħa inċerta tal-krediti li l-Istat irrinunzja għalihom, u, it-tielet nett, tad-dispożizzjonijiet ta' l-ittra Ministerjali tat-22 ta' Frar 2001, li ssemmi l-garanzija ta' trattament ekwu ta' l-operaturi ekonomiċi, u mhux trattament uġwali ta' dawn ta' l-aħħar.
Fl-aħħar nett, permezz tar-raba' motiv tagħhom, ir-rikorrenti jallegaw li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet diversi żbalji fid-dritt fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87(1)KE. Dawn l-iżbalji jkopru, ripettivament, l-implementazzjoni ta' l-eċċezzjoni bbażata fuq l-istruttura tas-sistema, fuq l-analiżi magħmula dwar l-(in)eżistenza ta' vantaġġ kompetittiv u fuq l-implementazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/38 |
Rikors imressaq fit-18 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-433/07)
(2007/C 269/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u M. Telles Romão, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
It-talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2005/30/KE tat-22 ta' April 2005, li temenda[, għall-finijiet ta' l-adattament tagħhom għall-progress fit-teknoloġija,] id-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta, (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqqset mill-obbligi li kellha taħt din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fis-17 ta' Mejju 2006.
(1) ĠU L 106, p. 17.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/38 |
Rikors imressaq fit-18 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-434/07)
(2007/C 269/65)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u M. Telles Romão, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Portugal
Talbiet
|
— |
tikkonstata li, billi ma implementatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari, u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/41/KE, tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur (1), u li f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Porgtuiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva; |
|
— |
tordna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva skada fid-19 ta' April 2006.
(1) ĠU L 255, p. 149.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/39 |
Rikors imressaq fit-18 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-435/07)
(2007/C 269/66)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u M. Telles Romão, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika Portugiża
It-talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2005/39/KE (1) tas-7 ta' Settembru 2005, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sedili, l-ankoraġġi u r-restrizzjonijiet għar-ras tagħhom u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-direttiva; |
|
— |
tordna li r-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fid-19 ta' April 2006.
(1) ĠU L 255, p. 143.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/39 |
Appell imressaq fl-14 ta' Settembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fit-12 ta' Lulju 2007 fil-kawża T-312/05, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Efrosyni Alexiadou
(Kawża C-436/07 P)
(2007/C 269/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Triantafyllou)
Parti oħra fil-kawża: Efrosyni Alexiadou
Talbiet ta' l-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Lulju 2007, fil-kawża T-312 /05, Il-Kummissjoni vs E. Alexiadou, innotifikata lill-Kummissjoni fit-18 ta' Lulju 2007; |
|
— |
tilqa' t-talbiet tal-Kummissjoni, kif inhuma fformulati fir-rikors tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta fl-appell tbati l-ispejjez ta' l-appell u dawk tal-proċedura fl-ewwel istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt (liġi tal-partijiet) u b'mod partikolari dik dwar il-verifika finanzjarja, li tirreferi għal verifika flessibbi bħala sempliċi għażla. Klawżola oħra, invokata ex officio mill-Qorti tal-Prim'Istanza, lanqas biss tagħmel riferiment għal verifika, minkejja li tikkonċerna eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt. B'dan il-mod, l-obbligu li ssir verifika huwa indipendenti mill-klawżola kuntrattwali invokata.
Fi kwalunkwe każ, huwa impossibili li tintalab verifika finanzjarja jekk din ma jkollhiex suġġett reali, peress li ħadd m'huwa obbligat jagħmel l-impossibbli u peress li l-klawżoli kuntrattwali għandhom jiġu interpretati b'mod li jkollhom effett prattiku.
Il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba tal-baġit jimponi lill-Kummissjoni li ma tagħmilx verifiki għal xejn. Il-Qorti tal-Prim'Istanza eskludiet mill-ewwel l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' bona fede u ta' prattika kummerċjali tajba li setgħu jiggwidha fl-interpretazzjoni tagħha.
Peress li ddeċidiet fil-kontumaċja, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma setgħetx tikkritika lill-Kummissjoni li ma spjegatx uħud mill-argumenti tagħha (b'mod partikolari dawk spjegati fil-paragrafu eżatt qabel dan) mingħajr ma tikser il-prinċipju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja.
Qorti tal-Prim' Istanza
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/40 |
Elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
(2007/C 269/68)
Fil-laqgħa tas-17 ta' Settembru 2007, l-imħallfin tal-Qorti tal-Prim'Istanza eleġġew, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura, lil M. Jeager bħala President tal-Qorti tal-Prim'Istanza għall-perijodu mis-17 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2010.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/40 |
Elezzjonijiet tal-Presidenti ta' l-Awli
(2007/C 269/69)
Fl-20 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza eleġġiet, skond l-Artikolu 15 tar-Regoli tal-Proċedura, lil V. Tiili, J. Azizi, A. Meij, M. Vilaras, N. J. Forwood, M. E. Martins Ribeiro, O. Czúcz u I. Pelikánová bħala Presidenti ta' awli komposti minn ħames imħallfin u ta' awli komposti minn tliet imħallfin għall-perijodu mill-20 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2010.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/40 |
Assenjazzjoni ta' l-Imħallfin lill-Awli
(2007/C 269/70)
Fid-19 u fil-25 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li tikkostitwixxi tmien awli komposti minn ħames imħallfin u tmien awli komposti minn tliet imħallfin għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2010, u li tassenja l-imħallfin kif ġej:
L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
V. Tiili, President ta' l-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, K. Jürimäe u S. Soldevila Fragoso, imħallfin.
L-Ewwel Awla, komposta minn tliet imħallfin:
V. Tiili, President ta' l-Awla;
F. Dehousse, imħallef;
I. Wiszniewska-Białecka, imħallef.
It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
I. Pelikánová, President ta' l-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, K. Jürimäe u S. Soldevila Fragoso, imħallfin.
It-Tieni Awla, komposta minn tliet imħallfin:
I. Pelikánová, President ta' l-Awla;
K. Jürimäe, imħallef;
S. Soldevila Fragoso, imħallef.
It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
J. Azizi, President ta' l-Awla, J. D. Cooke, E. Cremona, I. Labucka u S. Frimodt Nielsen, imħallfin.
It-Tielet Awla, komposta minn tliet imħallfin:
J. Azizi, President ta' l-Awla;
E. Cremona, imħallef;
S. Frimodt Nielsen, imħallef.
Ir-Raba' Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
O. Czúcz, President ta' l-Awla, J. D. Cooke, E. Cremona, I. Labucka u S. Frimodt Nielsen, imħallfin.
Ir-Raba' Awla, komposta minn tliet imħallfin:
O. Czúcz, President ta' l-Awla;
J. D. Cooke, imħallef;
I. Labucka, imħallef.
Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
M. Vilaras, President ta' l-Awla, V. Vadapalas, M. Prek, T. Tchipev u V. Ciucă, imħallfin.
Il-Ħames Awla, komposta minn tliet imħallfin:
M. Vilaras, President ta' l-Awla;
M. Prek, imħallef;
V. Ciucă, imħallef.
Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
A. Meij, President ta' l-Awla, V. Vadapalas, M. Prek, T. Tchipev u V. Ciucă, imħallfin.
Is-Sitt Awla, komposta minn tliet imħallfin:
A. Meij, President ta' l-Awla;
V. Vadapalas, imħallef;
T. Tchipev, imħallef.
Is-Seba' Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
N. J. Forwood, President ta' l-Awla, D. Šváby, S. S. Papasavvas, E. Moavero Milanesi, N. Wahl, A. Dittrich u L. Truchot, imħallfin.
Is-Seba' Awla, komposta minn tliet imħallfin:
N. J. Forwood, President ta' l-Awla;
|
a) |
D. Šváby u E. Moavero Milanesi, imħallfin. |
|
b) |
D. Šváby u L. Truchot, imħallfin. |
|
c) |
E. Moavero Milanesi u L. Truchot, imħallfin. |
It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames imħallfin:
M. E. Martins Ribeiro, President ta' l-Awla, D. Šváby, S. S. Papasavvas, E. Moavero Milanesi, N. Wahl, A. Dittrich u L. Truchot, imħallfin.
It-Tmien Awla, komposta minn tliet imħallfin:
M. E. Martins Ribeiro, President ta' l-Awla;
|
a) |
S. S. Papasavvas u N. Wahl, imħallfin. |
|
b) |
S. S. Papasavvas u A. Dittrich, imħallfin. |
|
c) |
N. Wahl u A. Dittrich, imħallfin. |
Fis-Seba' u t-Tmien Awli Estiżi komposti minn ħames imħallfin, l-imħallfin li jippresjedu mal-President ta' l-Awla sabiex jintlaħaq il-kulleġġ ta' ħames imħallfin huma t-tliet imħallfin tal-kulleġġ li lilu tkun ġiet assenjata inizjalment il-kawża, ir-raba' mħallef ta' din l-awla u mħallef ta' l-awla l-oħra komposta minn erba' mħallfin. Dan ta' l-aħħar, li ma jistax ikun il-President ta' l-Awla, jinħatar għal sena skond lista fl-ordni previst mill-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.
Fis-Seba' u t-Tmien Awli komposti minn tliet imħallfin, il-President ta' l-Awla jippresjedi suċċessivament ma' l-imħallfin imsemmija fil-paragrafu (a), (b) jew (c), skond il-kulleġġ li għalih jappartjeni l-imħallef relatur. Għall-kawżi li fihom il-President ta' l-Awla ikun l-imħallef relatur, il-President ta' l-Awla jippresjedi ma' l-imħallfin ta' kull wieħed minn dawn il-kulleġġi li jalternaw fl-ordni ta' reġistrazzjoni tal-kawżi, bla ħsara għall-kawżi konnessi.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/41 |
Kompożizzjoni ta' l-Awla Manja
(2007/C 269/71)
Fid-19 ta' Settembru, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li, għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awwissu 2010, it-tlettax-il imħallef li jiffurmaw l-Awla Manja skond l-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura ikunu l-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza, is-seba' presidenti ta' awla minn awli li lilhom ma tkunx ġiet assenjata l-kawża u l-imħallfin ta' l-awla estiża li kienu jippresjedu fil-kawża in kwistjoni li kieku l-kawża kienet ġiet assenjata lil awla komposta minn ħames imħallfin.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/41 |
Seduta plenarja
(2007/C 269/72)
Fit-2 ta' Ottubru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tar-Regoli tal-Proċedura li jekk, wara l-ħatra ta' avukat ġenerali skond l-Artikolu 17 tar-Regoli tal-Proċedura, in-numru ta' mħallfin ikun biż-żewġ fis-seduta plenarja tal-Qorti tal-Prim'Istanza, il-lista stabbilita minn qabel, applikabbli matul il-perijodu ta' tliet snin li għalih jiġu eletti l-Presidenti ta' l-Awli komposti minn ħames imħallfin, li biha l-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza jaħtar l-imħallef li mhuwiex ser jieħu sehem fl-għoti tad-deċiżjoni fuq il-kawża, tkun f'ordni oppost għall-preċedenza li l-imħallfin jingħataw skond l-anzjanità fil-kariga tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura, ħlief jekk l-imħallef hekk maħtur ikun l-imħallef relatur. F'dan l-aħħar każ, ikun l-imħallef li jiġi minnufih qablu fl-ordni ta' preċedenza li jinħatar.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/42 |
Awla ta' l-Appelli
(2007/C 269/73)
Fid-19 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-Awla ta' l-Appelli ser tkun komposta, għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008, mill-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza u, skond sistema ta' rotazzjoni, minn erba' Presidenti ta' Awla.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/42 |
Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli
(2007/C 269/74)
Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008, skond l-Aritkolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:
|
1. |
L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri ta' l-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla ta' l-Appelli. |
|
2. |
Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri ta' l-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet imħallfin. Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jiqassmu lill-awli skond tliet listi differenti mfassla skond l-ordni ta' reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:
Fil-kuntest ta' dawn il-listi, iż-żewġ awli ppresjeduti minn tlieta komposti minn erba' mħallfin jittieħdu in kunsiderazzjoni darbtejn meta sseħħ it-tielet rotazzjoni. Il-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza jista' jidderoga minn dawn il-listi sabiex jieħu in kunsiderazzjoni l-konnessjoni ta' ċerti kawżi jew sabiex jassigura li x-xogħol jiġi mqassam b'mod ibbilanċjat. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/42 |
Ħatra ta' mħallef li jissostitwixxi l-President bħala mħallef għall-proċeduri sommarji
(2007/C 269/75)
Fid-19 ta' Settembru 2007, it-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet, skond l-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura, li taħtar lil J. D. Cooke sabiex jissostitwixxi lill-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza bħala mħallef għall-proċeduri sommarji fil-każ ta' assenza jew minħabba ċirkustanzi li ma jħalluhx jattendi għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008.
Madankollu, għal dak li jirrigwarda kawżi bi proċedura sommarja li għalihom tkun saret seduta u/jew l-istruttorja tkun ingħalqet qabel is-17 ta' Settembru 2007, l-imħallef għall-proċeduri sommarji maħtur għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2006 sas-17 ta' Settembru 2007 (ĠU 2006, C 190, p. 15, u ĠU 2007, C 155, p. 19) jibqa' kompetenti li jiffirma, wara s-17 ta' Settembru 2007, id-digrieti f'dawn il-kawżi.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/42 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Settembru 2007 — Pelle u Konrad vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-8/95 u T-9/95) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ħalib - Imposta addizzjonali - Kwantità ta' referenza - Regolament (KEE) Nru 2187/93 - Kumpens tal-produtturi - Sospensjoni tal-preskrizzjoni’)
(2007/C 269/76)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wilhelm Pelle (Kluse-Ahlen, il-Ġermanja) u Ernst-Reinhard Konrad (Löllbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Meisterernst, M. Düsing, D. Manstetten, F. Schulze u W. Haneklaus, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Brautigam u A.-M. Colaert, u sussegwentement A.-M. Colaert, aġenti) u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentati: B. Booß u M. Niejahr, aġenti, sussegwentement T. van Rijn u Niejahr, assistiti inizjalment minn H.-J. Rabe, G. Berrisch u M. Núñez-Müller, avukati)
Suġġett
Talbiet għal kumpens skond l-Artikolu 178 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 235 KE) u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 215 KE (li sar it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE) għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti b'riżultat ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 857/84, tal-31 ta' Marzu 1984, li jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' l-imposta msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 90, p. 13), kif kompletat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1371/84, tas-16 ta' Mejju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 (ĠU L 132, p. 11).
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma obbligati li jikkumpensaw id-dannu mġarrab minn Wilhelm Pelle u Ernst-Reinhard Konrad b'riżultat ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 857/84, tal-31 ta' Marzu 1984, li jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' l-imposta msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, kif kompletat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1371/84, tas-16 ta' Mejju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, safejn dawn ir-Regolamenti ma pprovdewx għall-allokazzjoni ta' kwantità ta' referenza lill-produtturi li, b'eżekuzzjoni ta' impenn assunt skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77, tas-17 ta' Mejju 1977, li jistabbilixxi sistema ta' premiums għan-non kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għall-konverżjoni ta' merħliet ta' baqar li jipproduċu l-ħalib, ma kkunsinnawx ħalib matul is-sena ta' referenza adottata mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
2) |
Wilhelm Pelle, rikorrent fil-kawża T-8/95, għandu jiġi kkumpensat għad-danni mġarrba b'riżultat ta' l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 857/84 għall-perijodu li jibda fil-5 ta' Diċembru 1987 u jispiċċa fit-28 ta' Marzu 1989. |
|
3) |
Ernst-Reinhard Konrad, rikorrent fil-kawża T-9/95, għandu jiġi kkumpensat għad-danni mġarrba b'riżultat ta' l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 857/84 għall-perijodu li jibda fis-27 ta' Novembru 1986 u jispiċċa fit-28 ta' Marzu 1989. |
|
4) |
Il-partijiet għandhom jikkomunikaw lill-Qorti tal-Prim'Istanza, fi żmien sitt xhur mid-data ta' din is-sentenza, l-ammonti li għandhom jitħallsu, stabbiliti bi fteħim milħuq bejniethom. |
|
5) |
Fin-nuqqas ta' qbil, huma għandhom iressqu t-talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tal-kumpens lill-Qorti tal-Prim'Istanza, fl-istess terminu ta' żmien. |
|
6) |
Id-deċiżjoni fuq l-ispejjeż hija rriżervata. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/43 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2007 — Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-125/03 u T-253/03) (1)
(“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Setgħat ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni - Dokumenti maqbuda matul investigazzjoni - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Ammissibbiltà’)
(2007/C 269/77)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Akzo Nobel Chemicals Ltd (Hersham, Walton on Thames, Surrey, ir-Renju Unit) u Akcros Chemicals Ltd (Hersham) (rappreżentanti: C. Swaak, M. Mollica, M. van der Woude, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment R. Wainwright u C. Ingen-Housz, wara F. Castillo de la Torre u X. Lewis, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Conseil des barreaux européens (CCBE) (Brussel, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Flynn, QC); Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten (The Hague, l-Olanda) (rappreżentanti: O. Brouwer u C. Schillemans, avukati); European Company Lawyers Association (ECLA) (Brussel) (rappreżentanti: M. Dolmans, K. Nordlander, avukati, u J. Temple Lang, solicitor); American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u D. Hull, solicitor); u International Bar Association (IBA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Buhart, avukat)
Suġġett tal-Kawża
Fl-ewwel lok, talba intiża, min-naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 559/4, ta' l-10 ta' Frar 2003, u, jekk ikun hemm bżonn, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 85/4, tat-30 ta' Jannar 2003, li jordnaw lil Akzo Nobel Chemicals Ltd, lil Akcros Chemicals Ltd u lil Akcros Chemicals u lis-sussidjarji rispettivi tagħhom li jissottomettu ruħhom għal investigazzjoni skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU 1962, 13, p. 204) (każ COMP/E-1/38.589), u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata trodd lura ċerti dokumenti maqbuda fil-kuntest ta' l-investigazzjoni in kwistjoni kif ukoll titwaqqaf milli tuża l-kontenut tagħhom (kawża T-125/03) u, fit-tieni lok, talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 1533 finali, tat-8 ta' Mejju 2003, li tiċħad talba għall-protezzjoni tad-dokumenti msemmija abbażi tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti (kawża T-253/03),
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors fil-kawża T-125/03 huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ir-rikors fil-kawża T-253/03 huwa miċħud bħala infondat. |
|
3) |
Akzo Nobel Chemicals Ltd u Akcros Chemicals Ltd jbatu tliet partijiet minn ħamsa ta' l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura sommarja. Huma jbatu wkoll tliet partijiet minn ħamsa ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura sommarja. |
|
4) |
Il-Kummissjoni tbati żewġ partijiet minn ħamsa ta' l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura sommarja. Hija tbati wkoll żewġ partijiet minn ħamsa ta' l-ispejjeż ta' Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals, relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura sommarja. |
|
5) |
L-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura sommarja. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/44 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/03) (1)
(“Għajnuna mill-istat - Miżuri intiżi sabiex jippromwovu l-użu ta' materjali ta' iżolazzjoni prodotti minn materji primi rinnovabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Proċedura preliminari ta' investigazzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kunċett ta' parti interessata skond l-Artikolu 88(2) KE - Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura inter partes’)
(2007/C 269/78)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima — European Insulation Manufacturers Association (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmidt-Kötters, D. Uwer u K. Najork, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Federali ta' Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing, M. Lumma u C. Schulze-Bahr, wara minn W.-D. Plessing u C. Schulze-Bahr, aġenti
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 1473 finali, tad-9 ta' Lulju 2003, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-miżuri li l-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom l-intenzjoni li jadottaw sabiex jippromwovu l-użu tal-materjali ta' iżolazzjoni prodotti minn materji primi rinnovabbli (Għajnuna Nru 694/2002).
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima — European Insulation Manufacturers Association huma ordnati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni. |
|
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/44 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Settembru 2007 — La Mer Technology, Inc. vs L-UASI — Laboratoires Goëmar (LA MER)
(Kawża T-418/03) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LA MER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LABORATOIRE DE LA MER - Motiv taċ-ċaħda - Użu serju tat-trade mark - Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2007/C 269/79)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Mer Technology, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, A. Renck u A. Pohlmann, wara V. von Bomhard u A. Renck, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Laboratoires Goëmar (Saint-Malo, Franza) (rappreżentanti: E. Baud u S. Strittmatter, avukati)
Suġġett tal-kawża
Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-23 ta' Ottubru 2003 (Każ R 814/2000-2), fir-rigward ta' proċedura ta' oppożizzjoni bejn il-kumpannija Laboratoires Goëmar u La Mer Technology, Inc.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
La Mer Technology, Inc., għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Laboratoires Goëmar. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/45 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2007 — Microsoft vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-201/04) (1)
(“Kompetizzjoni - Abbuż ta' pożizzjoni dominanti - Sistemi operattivi għal client PC's - Sistemi operattivi għal servers ta' work group - Media players li jippermettu riċezzjoni kontinwa (streaming) - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 82 KE - Rifjut min-naħa ta' l-impriża dominanti li tipprovdi l-informazzjoni dwar l-interoperabbiltà u li tawtorizza l-użu tagħha - Impriża dominanti li tissuġġetta l-provvista tas-sistema operattiva tagħha għal client PC's għall-akkwist simultanju tal-media player tagħha - Miżuri korrettivi - Ħatra ta' trustee indipendenti - Multa - Determinazzjoni ta' l-ammont - Proporzjonalità’)
(2007/C 269/80)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Microsoft Corp. (Redmond, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, u I. Forrester, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment R. Wainwright, F. Castillo de la Torre, P. Hellström u A. Whelan, aġenti, wara minn F. Castillo de la Torre, P. Hellström u A. Whelan)
Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: The Computing Technology Industry Association, Inc. (Oakbrook Terrace, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. van Gerven, T. Franchoo, avukati, u B. Kilpatrick, solicitor); DMDsecure.com BV (Amsterdam, l-Olanda); MPS Broadband AB (Stokkolma, l-Iżvezja); Pace Micro Technology plc (Shipley, West Yorkshire, ir-Renju Unit); Quantel Ltd (Newbury, Berkshire, ir-Renju Unit); Tandberg Television Ltd (Southampton, Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Bourgeois, avukat); Association for Competitive Technology, Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Ruessmann, P. Hecker, avukati, u K. Bacon, barrister); TeamSystem SpA (Pesaro, l-Italja); Mamut ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentant: G. Berrisch, avukat); u Exor AB (Uppsala, l-Iżvezja) (rappreżentanti: S. Martínez Lage, H. Brokelmann u R. Allendesalazar Corcho, avukati)
Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Software & Information Industry Association (Washington, DC) (rappreżentanti: J. Flynn, QC, C. Simpson, T. Vinje, solicitors, D. Paemen, N. Dodoo u M. Dolmans, avukati); Free Software Foundation Europe eV (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Piana, avukat); Audiobanner.com (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L. Alvizar Ceballos, avukat); u European Committee for Interoperable Systems (ECIS) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Paemen, N. Dodoo, M. Dolmans, avukati u J. Flynn, QC)
Suġġett tal-Kawża
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/53/KE ta' l-24 ta' Marzu 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 82 [KE] u ta' l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE kontra Microsoft Corp. (każ COMP/C-3/37.792 — Microsoft) (ĠU 2007, L 32, p. 23), jew, sussidjarjament, talba għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f'din id-deċiżjoni.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/53/CE ta' l-24 ta' Marzu 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 82 [KE] u ta' l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE kontra Microsoft Corp. (każ COMP/C-3/37.792 — Microsoft) huwa annullat safejn:
|
|
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Microsoft tbati 80 % ta' l-ispejjeż tagħha u 80 % ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, ħlief għall-ispejjeż ta' din ta' l-aħħar marbuta ma' l-interventi ta' The Computing Technology Industry Association, Inc., ta' Association for Competitive Technology, Inc., ta' TeamSystem SpA, ta' Mamut ASA, ta' DMDsecure.com BV, ta' MPS Broadband AB, ta' Pace Micro Technology plc, ta' Quantel Ltd, ta' Tandberg Television Ltd u ta' Exor AB. |
|
4) |
Microsoft tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-Kummissjoni relatati mal-proċedura sommarja fil-Kawża T-201/04 R, ħlief għall-ispejjeż tal-Kummissjoni marbuta ma' l-interventi ta' The Computing Technology Industry Association, ta' Association for Competitive Technology, ta' TeamSystem, ta' Mamut, ta' DMDsecure.com, ta' MPS Broadband, ta' Pace Micro Technology, ta' Quantel, ta' Tandberg Television u ta' Exor. |
|
5) |
Microsoft tbati l-ispejjeż ta' Software & Information Industry Association, ta' Free Software Foundation Europe, ta' Audiobanner.com u ta' European Committee for Interoperable Systems (ECIS), li jinkludu dawk relatati mal-proċedura sommarja. |
|
6) |
Il-Kummissjoni tbati 20 % ta' l-ispejjeż tagħha u 20 % ta' l-ispejjeż ta' Microsoft, ħlief għall-ispejjeż ta' din ta' l-aħħar marbuta ma' l-interventi ta' Software & Information Industry Association, ta' Free Software Foundation Europe, ta' Audiobanner.com u ta' l-ECIS. |
|
7) |
The Computing Technology Industry Association, Association for Competitive Technology, TeamSystem, Mamut, DMDsecure.com, MPS Broadband, Pace Micro Technology, Quantel, Tandberg Television u Exor ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċedura sommarja. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/46 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2007 — Franża vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-240/04) (1)
(“Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika - Investimenti - Komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment - Proċeduri - Regolament (Euratom) Nru 1352/2003 - Nuqqas ta' kompetenza tal-Kummissjoni - Artikoli 41 KEEA sa 44 KEEA - Prinċipju ta' ċertezza legali’)
(2007/C 269/81)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Franża (rappreżentanti: inizjalment, F. Alabruine, G. de Bergues, C. Lemaire u E. Puisais, u wara G. de Bergues u S. Gasri, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Patakia, aġent)
Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C.-D. Quassowski u A. Tiemann, aġenti) u r-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment, D. Haven, u wara M. Wimmer u fl-aħħar, A. Hubert, aġenti, assistiti minn J.-F. De Bock, avukat)
Suġġett
L-annulament tar-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru. 1352/2003, tat-23 ta' Lulju 2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1209/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-effettwar tal-komunikazzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (ĠU L 192, p. 15).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 1352/2003, tat-23 ta' Lulju 2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1209/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-effettwar tal-komunikazzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika huwa annullat. |
|
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tar-Repubblika Franċiża. |
|
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
(1) ĠU C 304, 13.12.2003 (preċedentement il-kawża C-455/03).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/46 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Imagination Technologies vs L-UASI (PURE DIGITAL)
(Kawża T-461/04) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PURE DIGITAL - Raġunijiet assoluti ta' rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Karattru distint miksub mill-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2007/C 269/82)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Imagination Technologies Ltd (Kings Langley, Hertfodshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, barrister, P. Brownlow u N. Jenkins, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizzjalment D. Schennen, imbagħad D. Botis, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Settembru 2004 (kawża R 108/2004-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PURE DIGITAL bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/47 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Settembru 2007 — EARL Salvat père & fils et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-136/05) (1)
(“Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Miżuri ta' konverżjoni fil-produzzjoni ta' l-inbid - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuniet parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal anullament - Ammissibilità - Obligazzjoni ta' motivazzjoni - Evalwazzjoni fid-dawl ta' l-Artikolu 87(1), KE’)
(2007/C 269/83)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: EARL Salvat père & fils (Saint-Paul-de-Fenouillet, il-Franza); Comité interprofessionnel des vins doux naturels et vins de liqueur à appellations contrôlées (CIVDN) (Perpignan, Franza); u Comité national des interprofessions des vins à appellation d'origine (CNIV) (Parigi, Franza) (rappreżentanti: H. Calvet u O. Billard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Franza (rappreżentant: G. de Bergues, aġent)
Suġġett tal-Kawża
Talba għall-annullament ta' l-Artikolu 1(1) u 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2007/252/KE tad-19 ta' Jannar 2005, dwar “il-Pjan Rivesaltes” u t-taxxi parafiskali CIVDN implementati minn Franza (ĠU L 112, p.1).
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
2) |
Ir-rikorrenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż. |
|
3) |
Ir-repubblika ta' Franza għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/47 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Fachvereinigung Mineralfaserindustrie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/05) (1)
(Għajnuna mogħtija mill-Istat - Miżuri intiżi biex jitħeġġeġ l-użu ta' materjal iżolanti magħmul minn materja prima rinnovabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mogħtija mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni - Proċedura preliminari ta' investigazzjoni - Rikors għal annullament - Assoċċjazzjoni professjonali - Kunċett ta' partijiet interessati fis-sens ta' l-Artikolu 88(2) KE - Motivi relattivi għall-validità tad-deċiżjoni - Innammissibbiltà)
(2007/C 269/84)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima — European Insulation Manufacturers Association (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmidt-Kötters, D. Uwer u K. Najork, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 379, tal-11 ta' Frar 2005 rigward l-Għajnuna mogħtija mill-Istat N 260b/2004 (Il-Ġermanja — estensjoni tal-programm intiż biex jitħeġġeġ l-użu ta' materjal iżolanti magħmul minn materja prima rinnovabbli).
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
L-appell huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Fachvereinigung Mineralfaserindustrie eV Deutsche Gruppe der Eurima — European Insulation Manufacturers Association hija ordnata tbati l-ispejjeż stess u dawk tal-Kummissjoni. |
|
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/48 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Settembru 2007 — Document Security Systems vs Il-BĊE
(Kawża T-295/05) (1)
(“Unjoni Monetarja - Ħruġ ta' karti ta' flus ta' l-euro - Allegat użu ta' invenzjoni protetta bi privattiva intiża sabiex tipprevjeni l-falsifikazzjoni - Azzjoni għal ksur ta' privattiva Ewropea - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni’)
(2007/C 269/85)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Document Security Systems, Inc. (Rochester, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Cohen, H. Sheraton, B. Uphoff, solicitors, u C. Stanbrook, QC)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Zilioli u P. Machado, aġenti, assistiti minn E. Garayar Gutiérrez u G. de Ulloa y Suelves, Avukati)
Suġġett
Azzjoni għal dikjarazzjoni li l-BĊE kiser id-drittijiet mogħtija minn privattiva Ewropea tar-rikorrenti u talba għal kumpens għad-dannu allegatament sofrut mir-rikorrenti b'riżultat tal-ksur tal-privattiva.
Dispożittiv
|
1) |
L-azzjoni għal ksur ta' privattiva hija miċħuda bħala inamissibbli. |
|
2) |
Ir-rikors għad-danni huwa miċħud. |
|
3) |
Document Security Systems, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/48 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Settembru 2007 — González Sánchez vs L-UASI — Bankinter (ENCUENTA)
(Kawża T-49/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' locus standi - Inammissibbiltà’)
(2007/C 269/86)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Francisco Javier González Sánchez (Madrid, Spanja) (rappreżentant: G. Justicia González, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Bankinter, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Diċembru 2005 (każ R 1116/2005-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Bankinter, SA u l-Confederación Española de Cajas de Ahorros.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Francisco Javier González Sánchez huwa kkundannat ibati l-ispejjeż kollha. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/48 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Awwissu 2007 — Offshore Legends NV vs L-UASI — Acteon [OFFSHORE LEGENDS (bil-kuluri iswed u abjad)]
(Kawża T-305/07)
(2007/C 269/87)
Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Offshore Legends NV (Nevele, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Acteon SARL (Saint-Tropez, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tad-29 ta' Mejju 2007 (Kawża R 1031/2006-2); |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Offshore Legends” bil-kuluri iswed u abjad, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 20, 24, 25, 28 u 35 — applikazzjoni Nru 3 160 231
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Acteon SARL
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali “Offshore One”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni hija miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti koperti mill-klassijiet 18 u 25
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) safejn il-Bord ta' l-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari, żball fl-evalwazzjoni tax-xebħ bejn it-trade marks in kwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/49 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Awwissu 2007 — Offshore Legends vs L-UASI — Acteon (OFFSHORE LEGENDS (bil-kuluri blu, iswed u aħdar)
(Kawża T-306/07)
(2007/C 269/88)
Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Offshore Legends NV (Nevele, il-Belgju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Acteon SARL (Saint-Tropez, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tad-29 ta' Mejju 2007 (Kawża R 1038/2006-2); |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Offshore Legends” bil-kuluri blu, iswed u aħdar, għall-prodotti fil-klassi 3, 9, 14, 18, 20, 24, 25, 28 u 35 — Applikazzjoni Nru 2 997 021
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Acteon SARL
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali “Offshore One”, għall-prodotti fil-klassi 16, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni hija miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti koperti mill-klassijiet 18 u 25
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) safejn il-Bord ta' Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari, żball fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks in kwistjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/49 |
Rikors imressaq fis-16 ta' Awwissu 2007 — Tegebauer vs Il-Parlament
(Kawża T-308/07)
(2007/C 269/89)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ingo-Jens Tegebauer (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Nieporte, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet ta' l-20 ta' Ġunju 2007 relatata mal-petizzjoni Nru 95/2007; |
|
— |
torna li l-Parlament ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007, li tiċħad il-petizzjoni tiegħu mingħajr eżami ulterjuri, bis-saħħa ta' l-Artikolu 191(6) tar-Regoli tal-Parlament Ewropew. Din il-petizzjoni tikkonċerna l-irkupru parzjali tal-kumpens imħallas waqt perijodu ta' prova bħala preparazzjoni għal karriera superjuri fi ħdan l-amministrazzjoni ġenerali fil-belt ta' Braunschweig.
Ir-rikorrent isostni in sostenn tar-rikors tiegħu li d-deċiżjoni kkontestata mhijiex suffiċjentement immotivata. Huwa jqis barra minn hekk li l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu soddisfatti mill-petizzjonijiet taħt l-Artikolu 194 KE, b'mod partikolari r-rabta ma' qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea, ġew soddisfatti.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/50 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni vs B2Test
(Kawża T-317/07)
(2007/C 269/90)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: L. Escobar Guerrero, aġent, u E. Bouttier, avukat)
Konvenuta: B2Test (Gardanne, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkundanna lill-kumpannija B2Test tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 50 110,72 li tikkorrispondi għas-somma prinċipali ta' EUR 43 437,94 flimkien mas-somma ta' EUR 6 672,78 f'imgħaxijiet għal dewmien dovuti fit-23 ta' Diċembru 2004; |
|
— |
tikkundanna lill-kumpannija B2Test tħallas s-somma ta' EUR 8,03 kuljum bħala mgħaxijiet dovuti, bl-istess rati, li jiddekorru mill-24 ta' Diċembru 2004 sa meta jsir il-ħlas sħiħ; |
|
— |
tikkundanna lill-kumpannija B2Test tbati l-ispejjeż ta' din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors ibbażat fuq klawsola ta' arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura l-ammont ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Kummissjoni, kif ukoll l-imgħaxijiet għal dewmien, wara n-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt nru BRST-CT-98-5452, konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, inkluż ta' dimostrazzjoni, fil-qasam tat-teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji materjali (1994-1998) (1) u li jirrigwarda l-proġett “Research and development of a new safety flooring based on recycled plastic and rubber materials for an environmental and economical added value”.
Skond il-kuntratt, il-konvenuta kellha, kull tant żmien, tippreżenta d-dokumenti xjentifiċi u finanzjarji msemmija fl-istress kuntratt lill-Kummissjoni. Skond ir-rikorrenti, parti biss mid-dokumenti meħtieġa mill-kuntratt intbagħtu mill-konvenuta, b'madwar tliet snin ta' dewmien fir-rigward tat-termini stabbiliti. Ir-rapport finali tal-proġett qatt ma ntbagħat. Ir-rikorrenti għalhekk issostni li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha u għandha tħallas lura lill-Kummissjoni l-fondi li fil-bidu din kienet ħallsitha bil-quddiem.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/50 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2007 — Lufthansa AirPlus Servicekarten vs L-UASI — Applus Servicios Tecnológicos (A+)
(Kawża T-321/07)
(2007/C 269/91)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GbmH (Neu Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, T. Wittmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Applus Servicios Technologicos, S.L. (li qabel kienet Agbar Automotive, S.L.) (Barċellona, Spanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-7 ta' Ġunju 2007 fil-każ R 310/2006-2, rigward l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 335 693 “Airplus International” kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2 933 356 “A+”; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2 933 356 “A+” u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2 933 356 “A+”; |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Applus Servicios Tecnologicos, S.L. (li qabel kienet Agbar Automotive, S.L.)
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “A+” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 40, 41 u 42 — applikazzjoni Nru 2 933 356
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' l-oppożizzjoni: Lufthansa AirPlus Servicekarten GbmH
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja “Airplus International” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi: Ksur ta' l-Artikoli 8(1) u 8(5) kif ukoll ta' l-Artikoli 73, 74 u 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.
Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell m'evalwax il-kriterji ta' l-identiċità tal-prodotti u tas-servizzi kif ukoll tax-xebh bejn it-trade marks u injora r-reputazzjoni li kienet tgawdi t-trade mark preċedenti. Minbarra dan, hija tqis li l-Bord ta' l-Appell kiser l-obbligu li jimmotiva d-deċiżjoni tiegħu. Minbarra dan, skond ir-rikorrenti, il-Bord ta' l-Appell ma llimitax ruħu sabiex jeżamina l-fatti, il-provi u l-argumenti mhux ikkontestati ppreżentati mill-partijiet. Ir-rikorrenti tiddikjara wkoll li l-Uffiċċju ppreġudika serjament id-drittijiet tad-difiża billi ma informahiex bis-sostituzzjoni ta' kumpannija oħra għall-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li l-Bord ta' l-Appell eċċeda l-poteri tiegħu billi ħa in kunsiderazzjoni, mingħajr ġustifikazzjoni, l-osservazzjonijiet imressqa mill-proprjetarju tat-trade mark wara li skada t-terminu stabbilit mill-Uffiċċju.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/51 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2007 — Kenitex Química vs L-UASI — Chemicals International (Kenitex TINTAS A qualidade da cor)
(Kawża T-322/07)
(2007/C 269/92)
Lingwa tar-rikors: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Kenitex Química, S.A. (Manique, Estoril, il-Portugall) (rappreżentant: M. Pardete Reis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Chemicals International Establishment
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tad-19 ta' Ġunju 2007, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti, permezz ta' telefax fil-25 ta' Ġunju 2007, fil-proċedura ta' annullament Nru 879 C 001553742/1 (Reġistru tat-trade marks Komunitarji Nru 1553742), li għaliha jikkorrispondi n-numru tar-rikors R 330/2006-4 u, konsegwentement, tiddikjara lit-trade mark Komunitarja Nru 1553742 “KENITEX TINTAS A QUALIDADE DA COR”, li saret l-applikazzjoni għaliha fit-13 ta' Marzu 2000 u li ġiet irreġistrata fit-22 ta' Mejju 2001, valida; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fit-22 ta' Mejju 2001, fuq applikazzjoni tar-rikorrenti, it-trade mark Komunitarja figurattiva “KENITEX TINTAS A QUALIDADE DA COR” ġiet irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 19 tal-klassifikazzjoni ta' Nizza (kimiċi għall-użu fl-industrija, raża artifiċjali, żebgħa, verniċ, żmalt, dilwenti, raża naturali, metalli għall-bajjada; materjali tal-bini mhux metalliċi, blokki ta' l-asfalt, kisi, barrieri ta' sigurtà għat-toroq, ħġieġ għall-bini).
Chemical International Establishment talbet l-annullament tat-trade mark Komunitarja abbażi ta' l-eżistenza ta' reġistrazzjonijiet preċedenti tat-trade marks nazzjonali figurattivi “Kenitex” għal prodotti fil-klassi 2 (żebgħa dekorattiva) fil-Portugall, “Kenitex”, għal prodotti fil-klassijiet 2 u 19 (kisi ta' kuluri differenti għall-bini) fi Franza u “Kenitex” għall-prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19 (prodotti li ma jieħdux in-nar u impermejabbli, żebgħa u kisi) fil-pajjiżi tal-Benelux.
Id-Diviżjoni ta' l-Annullament laqgħet it-talba għall-annullament u l-Bord ta' l-Appell ċaħad l-appell imressaq mir-rikorrenti kontra din id-deċiżjoni, minħabba li kienet teżisti probabbiltà ta' konfużjoni minħabba x-xebħ tal-prodotti u tas-sinjali.
Ir-rikorrenti tallega l-ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1), minħabba li m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ sinjali u minħabba li s-sinjal tar-rikorrenti jikkorrispondi ma' l-isem tal-kumpannija (impriża) tagħha u ma' l-isem tad-ditta rreġistrat fil-Portugall, ma' l-Instituto Nacional de Propriedade Industrial (INPI).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/52 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Awwissu 2007 — Mohamed El Morabit vs Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-323/07)
(2007/C 269/93)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed El Morabit (Amsterdam, L-Olanda) (rappreżentant: U. Sarikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2007. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill (1) li permezz tagħha dan ikkonstata li kienet ittieħdet deċiżjoni fil-konfront tar-rikorrent minn awtorità kompetenti skond l-Artikolu 1(4) ta' din il-Pożizzjoni Komuni u li r-rikorrent għandu jibqa' suġġett għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.
Ir-rikorrent jafferma li, anke jekk ġie misjub ħati minn qorti ta' parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali bi skopijiet terroristiċi, huwa appella minn din is-sentenza. Id-deċiżjoni tal-Kunsill hija għalhekk prematura u tikser l-Artikolu 6 tal-KEDB [Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/52 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2007 — Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe vs L-UASI (SURFCARD)
(Kawża T-325/07)
(2007/C 269/94)
Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schouman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, ta' l-14 ta' Ġunju 2007, każ R 1130/2006-1, in kwantu din ċaħdet ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja “SURFCARD”, applikazzjoni Nru 837 564, għal ċerti prodotti u servizzi li allegatament jaqgħu taħt il-klassijiet 9, 36 u 38; |
|
— |
ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja “SURFCARD” Nru 3 837 564 għall-prodotti u s-servizzi kollha mitluba. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “SURFCARD” għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 3 837 564)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Jiċħad parzjalment ir-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1) in kwantu, skond ir-rikorrenti u kuntrarjament għall-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, il-kelma “SURFCARD” hija arbitrarja u ta' karattru distintiv fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi mitluba.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/53 |
Rikors imressaq fit-30 ta' Awwissu 2007 — Kuiburi Fruit Canning vs Il-Kunsill
(Kawża T-330/07)
(2007/C 269/95)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kuiburi Fruit Canning Co., Ltd (Bankok, it-Tajlandja) (rappreżentanti: F. Graafsma, J. Cornelis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 tat-18 ta' Ġunju 2007, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod kollettiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja; |
|
— |
tordna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 (1) tat-18 ta' Ġunju 2007 peress li dan allegatament jikser l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/1996 (2) u l-Artikolu 6.10.2 tal-Ftehim ODK (3), billi jiċħad it-talba tar-rikorrenti għal marġni individwali ta' dumping minkejja l-fatt li r-rikorrenti ssostni li hija l-uniku produttur li jesporta li pprovda l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-marġni individwali.
L-ewwel nett, skond ir-rikorrenti, il-Kunsill wettaq żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkonkluda li kien hemm iktar minn talba waħda għall-kalkolu ta' marġni individwali.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li, peress li kien hemm produttur li jesporta wieħed biss li talab il-kalkolu ta' marġni individwali, il-Kunsill ma kellux id-diskrezzjoni li jiddetermina jekk evalwazzjoni individwali tar-rikorrenti kelliex tinvolvi wisq xogħol u tostakola t-tlestija fi żmien utli ta' l-investigazzjoni.
It-tielet nett, jekk jiġi deċiż li l-Kunsill għandu tali diskrezzjoni, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta' evalwazzjoni meta ddeċieda li evalwazzjoni addizzjonali ta' esportatur wieħed kellha tinvolvi wisq xogħol u konsegwentement kellha tostakola t-tlestija fi żmien utli ta' l-investigazzjoni.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkonkluda li l-kalkolu ta' marġni individwali għall-applikant kien ikun diskriminatorju lejn l-esportaturi l-oħra li ma kinux jagħmlu parti mill-kampjun eżaminat.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 tat-18 ta' Ġunju 2007, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod kollettiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 159, p. 14).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, p. 1).
(3) Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) — Anness 1 — Anness 1 A — Ftehim fuq l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (WTO-GATT 1994) — ftehim antidumping (ĠU L 336, p. 103).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/53 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Settembru 2007 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-332/07)
(2007/C 269/96)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti M. M. Lumma, aġenti, u C. von Donat, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 2619 finali, tal-25 ta' Ġunju 2007, li naqqset l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 3379 favur id-dokument wieħed ta' pprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja fir-reġjuni ta' l-objettiv 2 tal-Land Ġermaniż tat-Tramuntana ta' Rhine-Westphalia, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nru FEDER 94.02.13.012); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) favur l-ipprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja fir-reġjuni ta' l-objettiv 2 tal-Land Ġermaniż tat-Tramuntana ta' Rhine-Westphalia.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqis li l-konvenuta għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti fid-deċiżjoni kkontestata.
Barra minn dan, ir-rikorrenti turi li l-kundizzjonijiet sabiex tipproċedi għal tnaqqis ta' l-għajnuna, stabbiliti fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88 (1), mhumiex sodisfatti. F'dan ir-rigward, hija tqis li l-allokazzjoni l-ġdida magħmula ma tirrappreżentax emenda importanti fil-programm. Għaldaqstant tqis li sempliċi referenza għal-“Linji Gwida għall-ikkalkular finanzjarju tal-miżuri operattivi (1994-1999) tal-Fondi Strutturali” [SEC (1999) 1316] mhijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-importanza ta' dawn l-emendi.
Anki jekk jitqies li kien hemm emenda importanti għall-programm, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tagħmel użu mill-poter tagħha skond l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 253/88, li tipproċedi għal evalwazzjoni konkreta tal-mod kif il-programm ġie implimentat. Skond ir-rikorrenti, f'dan il-każ, il-Kummissjoni kellha teżamina l-proporzjonalità ta' tnaqqis ta' għajnuna ta' l-ERDF.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta' Diċembru 1988 li jimplimenta r-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f'dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni bejn għajnuna ta' fondi strutturali differenti, minn naħa, u bejn dawn u dik tal-Bank Ewropew ta' Investissement u ta' strumenti finanzjari eżistenti oħra, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/54 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 — Entrance Services vs Il-Parlament
(Kawża T-333/07)
(2007/C 269/97)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Entrance Services NV (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u V. Bertrand, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors għal annullament inammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li biha l-Parlament warrab l-offerta tar-rikorrenti u attribwixxa s-suq lil offerent ieħor, liema deċiżjoni ġiet innotifikata lir-rikorrenti fl-14 ta' Awwissu 2007; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament ta' l-14 ta' Awwissu 2007 li tiċħad l-offerta tagħha sottomessa fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti għall-konklużjoni ta' kuntratt ta' tiswija u manutenzjoni ta' apparati awtomatiċi, xogħol ta' l-injam u apparat simili fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussel [(kuntratt ta' għoti ta' servizzi 2007-2010) (sejħa għal offerti Nru IFIN-BATIBRU-JLD-S0765-00)] (1).
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tinvoka, fl-ewwel lok, ksur ta' l-Artikolu 10 ta' l-iskeda tal-klawżoli amministrattivi u ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju (2), safejn il-Parlament laqgħet offerta ta' offerent li, skond ir-rikorrenti, kellu jiġi eskluż skond l-Artikolu 10 ta' l-iskeda tal-klawżoli amministrattivi minħabba li l-Kummissjoni kkonstatat il-parteċipazzjoni tiegħu f'akkordju.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament kiser l-Artikoli 97 u 98 tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll l-Artikolu 137 tar-Regolament ta' Implementazzjoni (3), billi talab lill-offerenti jistabbilixxu l-kapaċità teknika tagħhom sabiex jeżegwixxu l-kuntratt bl-użu ta' provi oħra li ma kinux dawk imsemmija mill-imsemmija dispożizzjonijiet.
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tinvoka motiv dovut għall-ksur ta' l-Artikoli 97 u 98 tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll l-Artikolu 135 (5) tar-Regolament ta' Implementazzjoni, safejn il-Parlament talab lill-offerenti jistabbilixxu l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom sabiex jeżegwixxu l-kuntratt bl-użu ta' provi mhux imsemmija f'dawn id-dispożizzjonijiet, u safejn hija ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti minħabba li ma kinitx ipprovdiet il-provi mitluba.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza, stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju, safejn il-Parlament ċaħad l-offerta tagħha u allokat is-suq lil offerent ieħor filwaqt li dan ta' l-aħħar kien jinsab fl-istess sitwazzjoni tar-rikorrenti għaliex ma pprovdiex il-permessi meħtieġa skond l-Artikolu 11 ta' l-iskeda tal-klawżoli amministrattivi.
(1) Avviż tas-suq ippubblikat: ĠU 2006/S 148-159062.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/55 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta' Awwissu 2007 — Denka International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-334/07)
(2007/C 269/98)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Denka International BV (Barneveld, l-Olanda) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni 2007/387/KE 6 ta' Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tad-dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċeduri, kif ukoll l-interessi kumpensatorji u moratorji ta' 8 %. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali issollevati mir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk issollevati fil-Kawża T-326/07 Cheminova et.vs Il-Kummissjoni.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/55 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Settembru 2007 — Mergel et vs UASI (Patentconsult)
(Kawża T-335/07)
(2007/C 269/99)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volker Mergel (Wiesbaden, il-Ġermanja) Klaus Kampfenkel (Hofheim, il-Ġermanja), Burkart Bill (Darmstadt, il-Ġermanja) u Andreas Herden (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Friderichs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta' Ġunju 2007 (Każ R 299/2007-4); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Patentconsult” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 (Applikazzjoni Nru 4439774).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut tar-reġistrazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi mressqa: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha qed tintalab ir-reġistrazzjoni mhijiex deskrittiva u mhijiex nieqsa mill-karattru distintiv neċessarju.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/55 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2007 — Telefónica, S.A. Telefónica de España vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-336/07)
(2007/C 269/100)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica, S.A. Telefónica de España S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: avukati F. E. Gonzalez Díaz u S. Sorinas Jimeno)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Prinċipalment, l-annullament, fis-sens ta' l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-4 ta' Lulju 2007 fil-każ COMP/38.784 — Wanadoo España vs Telefónica; |
|
— |
sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis, fis-sens ta' l-Artikolu 229 tat-Trattat KE, tal-multa imposta fuqha permezz tad-deċiżjoni; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż li jattakka d-deċiżjoni ta' l-4 ta' Lulju 2007, relattiva għal proċeduri meħuda skond l-Artikolu 82 KE (każ COMP/38.784 — Wanadoo España vs Telefónica), li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet fuq Telefónica S.A, in solidum ma Telefónica de España S.A, multa ta' EUR 151 875 000 għall-ksur ta' l-Artikolu 82 KE, b'referenza għal prattici ta' margin squeezing.
In sostenn ta' l-argumenti tagħhom, il-partijiet jallegaw:
|
— |
il-ksur tad-drittijiet ta' difiża tagħhom, minħabba li d-deċiżjoni hija bbażata fuq diversi fatti li ma kinux mgħarrfa lilhom matul il-proċeduri amministrattivi u minħabba li l-partijiet qatt ma kellhom il-possibiltà jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar dawn il-fatti; |
|
— |
li l-konvenuta għamlet diversi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni li jirrigwardaw:
|
Fir-rigward ta' l-annullament tal-multa jew it-tnaqqis tagħha, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 17/62 li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (attwalment l-Artikoli 81 u 82) u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, peress li hija stess kienet sostniet li l-vjolazzjoni kienet seħħet b'mod intenzjonali jew b' negliġenza gravi u peress li hija kienet ikklassifikat il-vjolazzjoni bħala “abbuż partikolari”.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/56 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Settembru 2007 — Brilliant Hotelsoftware vs L-UASI (BRILLIANT)
(Kawża T-337/07)
(2007/C 269/101)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brilliant Hotelsoftware Limited (Londra, l-Ingilterra) (rappreżentanti: J. Croll u C. Pappas)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade maks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), ta' l-14 ta' Ġunju 2007 u tirreġistra t-trade mark“BRILLIANT”; |
|
— |
tordna li l-UASI għandu jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark ikkonċernata: it-trade mark verbali “BRILLIANT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 (applikazzjoni Nru 4 45 849)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Jiċħad l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ma kienet la deskrittiva u lanqas nieqsa mill-karattru distintiv meħtieġ.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/57 |
Appell imressaq fl-4 ta' Settembru 2007 minn Irène Bianchi kontra s-sentenza mogħtija fit-28 ta' Ġunju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-38/06, Bianchi vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
(Kawża T-338/07 P)
(2007/C 269/102)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Irène Bianchi (Turin, l-Italja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla s-sentenza tat-28 ta' Ġunju 2007 tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-38/06; |
|
— |
tilqa' t-talbiet imressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza; |
|
— |
tordna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tbati l-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn ta' l-appell tagħha, ir-rikorrenti ssostni li t-Tribunal naqas li jieħu in kunsiderazzjoni jew interpreta ħażin ċerti fatti u dan wasslu sabiex jagħmel evalwazzjoni ineżatta tal-fatti bi ksur ta' l-Artikolu 25(2) u 26 tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija tallega wkoll li t-Tribunal kiser id-dritt Komunitarju u, b'mod partikolari, ir-regoli proċedurali, billi interpreta ħażin elementi ta' prova mressqa mir-rikorrenti. Fl-aħħar nett, hija tinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni u fuq żball ta' liġi li jirriżulta minn allegat nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni jew interpretazzjoni ħażina tal-fatti jew ta' l-elementi ta' prova mressqa in sostenn tagħhom u konstatazzjoni fattwali ineżatta.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/57 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2007 — Juwel Aquarium vs L-UASI — Potschak — Bavaria Aquaristik (Panorama)
(Kawża T-339/07)
(2007/C 269/103)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Juwel Aquarium GmbH & Co. KG (Rotenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: avukati D. Jestaedt u G. Rother)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Christian Potschak — Bavaria Aquaristik
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 (R 214/2006-1); |
|
— |
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' nullità tal-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-appell dwar it-trade mark Komunitarja “Panorama” (Nru ta' applikazzjoni 2771087); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: it-trade mark verbali “Panorama” għal prodotti fil-klassijiet 11, 16 u 20 (trade mark Komunitarja Nru 2771087).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Christian Potschak — Bavaria Aquaristik.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: ċaħda tat-talba ta' dikjarazzjoni ta' nullità.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: l-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta' nullità parzjali tat-trade mark Komunitarja Nru 40/94.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li t-trade mark Komunitarja “Panorama” mhijiex sempliċiment deskrittiva. Barra dan, is-sinjal “Panorama” mhuwiex ta' użu komuni skond l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 40/94 u għalhekk mhuwiex isem sempliċiment ġeneriku.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/57 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Settembru 2007 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-340/07)
(2007/C 269/104)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 172 588,62 li tikkostitwixxi spejjeż mhux imħallsa effettivament sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/27873; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas is-somma simbolika ta' EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu li subiet ir-reputazzjoni tar-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti, legali u oħrajn relatati ma' dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors, imressaq skond l-Artikoli 238 KE u 235 KE, jitlob kumpens għal dannu kkawżat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2003 sabiex jiġi terminat il-kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/2783 iffirmat mal-Kummissjoni, rigward il-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (“EEBO”) li għandu jiġi implementat fil-kuntest tal-programm multi annwali tal-Komunità sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-netwerks golbali u sabiex tiġi promossa d-diversità lingwistika fis-soċjetà informatika (2001-2005) u li tinvolvi lil Fischer u lil Martinsen fl-implementazzjoni tal-proġett bħala konsulenti esterni.
In sostenn ta' l-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ta' l-awtorità kontraenti (DĠ INFSO) li tittermina l-kuntratt tinkludi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni li taw lok għal nuqqas li jiġu soddisfatti l-obbligi kuntrattwali tagħha. Barra minn hekk, hija osservat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta' l-amministrazzjoni tajba u tat-trasparenza u li, f'diversi okkażjonijiet, aġenti speċifiċi tal-Kummissjoni naqsu milli jeliminaw allegati kunflitti ta' interessi. Fid-dawl ta' dan kollu, ir-rikorrenti ssostni li hija intitolata għal kumpens għas-servizzi pprovduti kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt flimkien ma' l-interessi akkumulati b'effett mid-data ta' meta dawn is-somom saru dovuti.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/58 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2007 — Sison vs Il-Kunsill
(Kawża T-341/07)
(2007/C 269/105)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: J. M. Sison (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: J. Fermon, A. Comte, H. Schultz, D.Gürses, W. Kaleck, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
parzjalment tannulla kif stabbilit hawn taħt, abbażi ta' l-Artikolu 230 KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE u b'mod speċifiku: |
|
— |
tannulla l-punt 1.33 ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni li jaqra hekk: “SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit- 8.2.1939 f'Cabugao, il-Filippini”; |
|
— |
tannulla parzjalment il-punt 2.7 ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni safejn dan isemmi isem ir-rikorrent: “Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-Filippini, marbuta ma' Sison Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-NPA)”; |
|
— |
tiddikjara illegali, abbażi ta' l-Artikolu 241 KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, p. 70); |
|
— |
tordna lill-Komunità tagħti kumpens lir-rikorrent abbażi ta' l-Artikoli 235 u 288 KE fl-ammont li għandu jkun iffissat għal EUR 291 427,97 kif ukoll EUR 200,87 għal kull xahar sad-data ta' l-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi imgħax minn Ottubru 2002 sad-data tal-ħlas ta' kollox; |
|
— |
tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali, skond l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE (1) tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2) dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE, safejn din id-deċiżjoni tinkludi lill-Professur Jose Maria Sison. Minbarra dan, ir-rikorrenti jitlob dikjarazzjoni abbażi ta' l-Artikolu 241 KE li r-Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001 huwa illegali, kif ukoll jitlob kumpens, skond l-Artikolu 235 KE u 288 KE, għad-danni allegatament subiti.
In sostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent isostni dan li ġej:
Ir-rikorrent jallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 253 KE f'dak li jirrigwarda l-motivazzjoni wara din id-deċiżjoni. F'dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill wettaq żball manifest fl-evalwazzjoni meta wasal għal din id-deċiżjoni kkontestata, billi din kienet ibbażata fuq fatti u allegazzjonijiet mhux sostanzjati. Minbarra dan, skond ir-rikorrent, id-deċiżjoni in kwistjoni tikser il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba. Minbarra dan, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 2(3) tar-Regolament 2580/2001/KE u l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK u tikser il-prinċipju ta' proporzjonalità. Minbarra dan, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tmur kontra l-moviment liberu tal-kapital, stabbilit fl-Artikolu 56 KE. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li d-deċiżjoni ttieħdet bi ksur tal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja li joħorġu mill-prinċipju ta' proċess ekwu, id-dritt għal smigħ minn Qorti imparzjali, il-prinċipju ta' preżunzjoni ta' innoċenza, id-drittijiet ta' difiża u d-dritt ta' smigħ, il-prinċipju ta' legalità, id-dritt ta' libertà ta' espressjoni, dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni kif ukoll dritt tal-proprjetà, ipprovduti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill abbuża s-setgħa tiegħu billi inkluda r-rikorrent fil-lista annessa mad-deċiżjoni kkontestata.
(1) ĠU L 169, p. 58.
(2) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/59 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2007 — Ryanair vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-342/07)
(2007/C 269/106)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryanair Holding Plc (County Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, Solicitor, A. McCarthy, Solicitor, G. Berrish, avukat, D. Hull, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni |
|
— |
tordna li l-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3104 tas-27 ta' Ġunju 2007, li tiddikjara konċentrazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Kawża Nru COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus).
Il-kontestazzjoni prinċipali tar-rikorrenti hija li l-Kummissjoni allegatament għamlet żball meta sabet, u naqset milli turi kif rikjest mil-liġi, li l-konċentrazzjoni kienet ser twassal għal xkiel sinjifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni. Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet żball meta sabet, u naqset milli turi kif rikjest mil-liġi, li l-konċentrazzjoni kif mibdula mid-diversi impenji offruti mir-rikorrenti fl-investigazzjoni kienet ser twassal għal xkiel sinjifikanti għal kompetizzjoni effettiva.
Sabiex issaħħaħ l-argumenti tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fir-rigward ta' (a) ir-relazzjoni kompetittiva bejn iż-żewġ kumpanniji ta' l-ajru; (b) ix-xkiel għad-dħul/espansjoni; (c) l-analiżi tagħha rotta b'rotta, kif ukoll żbalji fundamentali u manifesti fl-evalwazzjoni tagħha ta' l-effiċjenzi li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni u mit-trattament ta' l-impenji offruti mir-rikorrenti.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/59 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Settembru 2007 — Allsafe Jungfalk vs L-UASI (ALLSAFE)
(Kawża T-343/07)
(2007/C 269/107)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: allsafe Jungfalk GmbH & Co. KG (Engen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jestaedt u J. Bühling, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni (R-454/2006-4) tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Lulju 2007; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALLSAFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 12, 22, 35, 39 u 42 (applikazzjoni Nru 2 940 534).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut ta' l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament Nru 40/94 (1) inkwantu t-trade mark mitluba għandha karattru distintiv u mhijiex deskrittiva.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/60 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2007 — O2 (Germany) vs L-UASI (Homezone)
(Kawża T-344/07)
(2007/C 269/108)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: O2 (Germany) GmbH & Co. OHG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, Avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-5 ta' Lulju 2007 fil-każ R 1583/2006-4, safejn it-talba hija miċħuda; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedimenti preżenti u ta' dawk quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Homezone” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (talba Nru 4 677 506).
Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: ċaħda parzjali tat-talba.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7 (1)(b) u (c) kif ukoll ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/60 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2007 — La Banque Postale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/07)
(2007/C 269/109)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La Banque Postale (rappreżentanti: S. Hautbourg u J.-E. Skovron, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fit-totalità tagħha fuq il-bażi tar-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE; |
|
— |
tikkundanna Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 2110 finali, ta' l-10 ta' Mejju 2007, li tiddikjara inkompatibbli ma' l-Artikolu 86(1) KE, flimkien ma' l-Artikoli 43 KE u 49 KE, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż li jirrizervaw għal tliet stabbilimenti ta' kreditu, ir-rikorrenti, il-Caisses d'Épargne et de Prévoyance u l-Crédit Mutuel, drittijiet speċjali għad-distribuzzjoni ta' kontijiet speċjali magħrufa bħala “livret A” u “livret bleu”.
In sostenn tar-rikors tagħha, hija tinvoka erba' motivi.
Permezz ta' l-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-dritt tagħha li tinstemgħa waqt il-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata safejn hija ma kinitx f'pożizzjoni li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar iż-żewġ rapporti pprovduti lill-Kummissjoni mil-lanjanti u li, skond ir-rikorrenti, irriżultaw essenzjali għad-dimostrazzjoni tal-Kummissjoni.
Fit-tieni lok hija tallega li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji ta' dritt u ta' evalwazzjoni meta kkunsidrat li s-sistema ta' distribuzzjoni tal-“livret A” tikkostitwixxi restrizzjoni għall-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet diversi żbalji ta' dritt meta interpretat b'mod wiesa' ħafna l-kunċett ta' “restrizzjoni” fis-sens ta' l-Artikoli 43 u 49 KE kif ukoll iċ-ċirkustanzi li fihom iż-żewġ prinċipji jistgħu jiġu invokati. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ikkonkludiet, b'mod żbaljat, li d-dritt speċjali jagħmel l-istabbiliment fis-suq bankarju fi Franza iktar diffiċli u iktar għoli.
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji ta' dritt u ta' evalwazzjoni safejn il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sistema attwali tad-distribuzzjoni tal-“livret A” ma tistax tiġi ġġustifikata skond l-Artikolu 86(2) KE. Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta' dritt u diversi żbalji ta' evalwazzjoni fid-definizzjoni tas-servizz ta' interess ġenerali ta' aċċessibbiltà bankarja marbut mal-“livret A” u fl-analiżi tan-natura neċessarja u proporzjonata tad-dritt speċjali għat-twettiq tas-servizz ta' interess ġenerali ta' aċċessibbiltà bankarja u ta' dak ta' l-akkomodazzjoni soċjali.
Permezz tar-raba' motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija kontradittorja u insuffiċjenti.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/61 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2007 — Duro Sweden vs L-UASI (EASYCOVER)
(Kawża T-346/07)
(2007/C 269/110)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Duro Sweden AB (Gävle, l-Iżvezja) (rappreżentant: R. Bird, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tat-3 ta' Lulju 2007 fil-kawża Nru R 1065/2005-4; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż; |
|
— |
tordna li tiġi milqugħa l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja skond ir-Regolament. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “EASYCOVER” għal prodotti fil-klassijiet 19, 24 u 27 — applikazzjoni Nru 4 114 567
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Iċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Iċ-ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 sa fejn il-Bord ta' l-Appell sostna li l-applikazzjoni għat-trade mark tikser l-Artikolu 7(1)(b) fuq il-bażi li l-applikazzjoni għat-trade mark tikser l-Artikolu 7(1)(c) mingħajr ma ta l-ebda ġustifikazzjoni awtonoma għall-ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b).
Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament sa fejn il-Bord ta' l-Appell ma kkunsidrax kull aspett tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/61 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Settembru 2007 — M. Al-Aqsa vs Il-Kunsill
(Kawża T-348/07)
(2007/C 269/111)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Fondation Al-Aqsa (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: Me J. Pauw, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE safejn tapplika għar-rikorrenti. Ir-rikorrenti titlob ukoll id-dikjarazzjoni li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 ma japplikax għaliha. |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti issostni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, hija nulla safejn tikkonċernaha.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti issostni qabel kollox li l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1) ma tapplikax għaliha.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet kontriha minn awtorità kompetenti fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, tas-27 ta' Diċembru 2001.
It-tielet nett, ir-rikorrenti tiddikjara li ma tistax tiġi akkużata b'xi intenzjoni, nuqqas jew konoxxenza relatati mas-sostenn ta' attivitajiet terroristiċi.
Ir-raba' nett, ir-rikorrenti tqis li la mill-motivi tad-deċiżjoni kkontestata u lanqas mid-deċiżjoni nazzjonali li fuqha hija bbażata din il-kawża, li hija tista' tibqa tiġi, attwalment, ikkunsidrata bħala li tiffaċilità xi atti terroristiċi.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti issostni l-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali, safejn il-Kunsill ma reġgħax eżamina l-opportunità taż-żamma tar-rikorrenti fuq il-lista, tad-dritt tat-tgawdija paċifika tal-proprjetà u ta' l-obbligu li tingħata motivazzjoni suffiċjenti.
(1) 2001/931/PESK (ĠU L 344, p. 93).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/62 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-349/07)
(2007/C 269/112)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussel, il-Belġju), Satec Handelsgesellschaft mbH (Elmshorn, il-Ġermanja), Belchim Crop Protection NV (Londerzeel, il-Belġju), FMC Foret SA (Sant Cugat del Valles, Spanja), F&N Agro Slovensko s.r.o. (Bratislava, Slovakja), F&N Agro Ceská republika s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka), F&N Agro Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) u FMC Corp. (Philadelphia, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna l-annullament tad-Deċiżjoni 2007/415/KE; |
|
— |
tiddikjara l-illegalità u n-nuqqas ta' applikazzjoni fil-konfront ta' l-ewwel rikorrenti, u r-reviżjoni ta' l-inkartament tagħha dwar il-carbosulfan ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/002; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-talbiet u l-argumenti prinċipali li fuqhom jibbażaw ruħho ir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk fil-Kawża T-326/07 Cheminova et vs Il-Kummissjoni.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/62 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Rednap
(Kawża T-352/07)
(2007/C 269/113)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Enegren, bħala aġenti)
Konvenuta: Rednap (Malmö, l-Iżvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tordna lil-konvenuta:
|
|
— |
tordna lil Rednap tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
F'din il-kawża, li hija bbażata fuq klawżola ta' arbitraġġ, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta hija obbligata tħallas lura pagament żejjed magħmul mill-Kummissjoni b'konnessjoni mat-twettiq tal-kuntratti Nru DE 3010 (DE) “RISE” u Nru HC 4007 (HC) “HEALTHLINE” dwar il-proġett ta' l-informatika li fih il-Kummissjoni kienet involuta mal-konvenuta li aġixxiet bħala membru ta' konsorzju.
Wara l-awditjar tal-kontabbiltà tal-konvenuta għall-kuntratti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konvenuta ma kienitx użat l-ammont kollu li kien tħallas għall-implementazzjoni tal-proġett. Ir-rikorrenti kemm-il darba talbet ir-rifużjoni ta' l-ammont dovut li wassal għal din il-kawża.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/63 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2007 — Esber vs L-UASI
(Kawża T-353/07)
(2007/C 269/114)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Esber (Vizcaya, Spanja) (rappreżentanti: J. A. Calderón Chavero, T. Villate Consonni u A. Yañez Manglano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Coloris Global Coloring Concept, S.A.S.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tat-28 ta' Ġunju 2007, Kawża R-1060/2006-1; |
|
— |
bħala konsegwenza ta' dak li huwa mitlub, u billi tiċħad id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell, tiċħad l-oppożizzjoni magħmula, u tapprova t-trade mark li hija s-suġġett tar-rikors; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż ta' dawn il-proċedimenti f'każ ta' kontestazzjoni u tiċħad it-talbiet tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: trade mark figurattiva li fiha l-kelma Coloris Global Coloring Concept — (COLORIS) (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2817732) għal prodotti fil-klassi 2.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: COLORIS GLOBAL COLORING CONCEPT, S.A.S.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' nullità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' nullità: trade mark denominattiva nazzjonali Franċiża “COLORIS”, għal prodotti tal-klassi 2 (Nru 98/717642).
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: laqgħet l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħad l-appell.
Motivi invokati: applikazzjoni ħażina ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarju (1).
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, paġ. 1).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/63 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2007 — Pfizer vs L-UASI — Isdin (FOTOPROTECTOR ISDIN)
(Kawża T-354/07)
(2007/C 269/115)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde, avukati, u M. Hawkins, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Isdin, SA (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 fil-Każ R 567/2006-1; u |
|
— |
tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “FOTOPROTECTOR ISDIN” għal prodotti, inter alia, fil-klassi 5 — Trade mark Komunitarja Nru 1 075 597
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Isdin SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “ISTIN” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni inkwantu din iddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja
Motivi invokati: Ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema' skond l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u ksur ta' l-Artikolu 52 moqri flimkien ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/64 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2007 — Pfizer vs L-UASI — Isdin (ISDIN Pediatrics)
(Kawża T-355/07)
(2007/C 269/116)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde, lawyers, u M. Hawkins, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Isdin, SA (Barċellona, Spanja)
Talbiet
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 fil-Każ R 566/2006-1; u |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-marka figurattiva “ISDIN Pediatrics” għal prodotti fost oħrajn fil-klassi 5 — Trade mark Komunitarja Nru 1 243 807
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Isdin, SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “ISTIN” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni safejn iddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja
Motivi invokati: Ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tiġi mismugħa skond l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u ksur ta' l-Artikolu 52 moqri flimkien ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/64 |
Rikors ippreżentat fit-19 ta' Settembru 2007 — Pfizer vs L-UASI — Isdin (ISDIN 14-8.000)
(Kawża T-356/07)
(2007/C 269/117)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, l-Ingilterra) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde, lawyers, u M. Hawkins, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Isdin, SA (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ġunju 2007 fil-Każ R 565/2006-1; u |
|
— |
tordna li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: It-trade mark verbali “ISDIN 14-8.000” għal prodotti fost l-oħrajn fil-klassi 5 — trade mark Komunitarja Nru 1 243 633
Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: Isdin, SA
Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: It-trade mark verbali nazzjonali “ISTIN” għal oġġetti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni safejn din iddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja
Motivi invokati: Ksur tad-dritt ta' smigħ tar-rikorrenti skond l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u l-ksur ta' l-Artikolu 52 moqri flimkien ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/65 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Settembru 2007 — Focus Magazin Verlag vs L-UASI — Editorial Planeta (FOCUS Radio)
(Kawża T-357/07)
(2007/C 269/118)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliz
Partijiet
Rikorrenti: Focus Magazin Verlag GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. C. Müller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Editorial Planeta, SA (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla n-Nru 1, Nru 3 u Nru 4 tad-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-30 ta' Lulju 2007, fil-proċedura ta' oppożizzjoni Nru B 516 742 (Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 2 340 289); |
|
— |
temenda d-deċiżjoni kkontestata msemmija fin-Nru 1 sabiex tiġi rreġistrata l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin:
|
|
— |
tikkundanna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż għall-proċedura ta' oppożizzjoni inklużi dawk għal dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “FOCUS Radio” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9, 16, 35, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni Nru 2 340 289
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Editorial Planeta, SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi “FOCUS MILENIUM”, “PLANETA FOCUS 99” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9, 16 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tannulla parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u tiċħad parzjalment l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li m'hemm l-ebda xebh rilevanti bejn it-trade marks kunfliġġenti u għaldaqstant m'hemm l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/65 |
Rikors imressaq fl-14 ta' Settembru 2007 — El Fatmi vs Il-Kunsill
(Kawża T-362/07)
(2007/C 269/119)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Nouriddin El Fatmi (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: J. Pauw, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tiddikjara lir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 inapplikabbli u/jew tannulla d-Deċiżjoni 2007/445 safejn dawn it-testi japplikaw għar-rikorrent. |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni l-ewwel nett li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1) huwa inapplikabbli għalih billi mhemm l-ebda rabta bejn il-politika barranija u ta' sigurtà komuni miegħu nnifsu.
It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li r-Regolament Nru 2580/2001 ma japplikax għalih billi la wettaq atti terroristiċi u lanqas bi ħsiebu jwettaq jew li jipparteċipa u li jiffaċilita t-twettiq tagħhom.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità u mhijiex immotivata biżżejjed.
(1) ĠU L 344, p. 70.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/66 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Settembru 2007 — M. Ahmed Hamdi vs Il-Kunsill
(Kawża T-363/07)
(2007/C 269/120)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Sur Ahmed Hamdi (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: J. Pauw, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tiddikjara r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 inapplikabbli u/jew tannulla d-Deċiżjoni 2007/445 safejn dawn it-testi japplikaw fil-konfront tar-rikorrent. |
|
— |
tikkundanna l-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, l-ewwel nett, li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1) mhux applikabbli fil-konfront tiegħu, peress li ma hemm ebda rabta bejnu u bejn il-politika barranija u ta' sigurtà komuni.
It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 ma japplikax fil-konfront tiegħu peress li huwa ma jwettaqx u lanqas ma jipprova jwettaq atti ta' terroriżmu u lanqas ma jipparteċipa fihom jew jiffaċilitahom.
Finalment, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità, mhijiex motivata b'mod adegwat, u tikser id-drittijiet fondamentali tiegħu u, b'mod partikolari, id-dritt għat-tgawdija paċifika tal-possedimenti tiegħu u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu.
(1) ĠU L 344, p. 70.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/66 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2007 — Il-Latvja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/07)
(2007/C 269/121)
Lingwa tar-rikors: il-Latvjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: E. Balode-Buraka, K. Bārdiņa)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)3409 tat-13 ta' Lulju 2007 dwar l-emenda tal-pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li l-Latvja nnotifikat skond l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C/2006/5612 tad-29 ta' Novembru 2006 (test finali) dwar il-pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, li l-Latvja kienet innotifikat skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE (1) |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż, u |
|
— |
tiddeċiedi r-rikors permezz tal-proċedura mħaffa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, ir-Repubblika tal-Latvja, tikkunsidra li, billi interpretat b'mod wiesa' ħafna l-prerogattivi li huma mogħtija lilha permezz ta' l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni llimitat, b'mod konsiderevoli, id-drittijiet sovrani tagħha fil-qasam ta' l-enerġija, jiġifieri fl-għażla tal-fonti ta' enerġija u tal-provvista ta' elettriku tagħha, u b'hekk kisret il-kompetenza stabbilita fl-Artikolu 175(2)(ċ) tat-Trattat KE.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni peress li l-applikazzjoni tal-metodu ta' kalkolu użat minnha sabiex jiġi ddeterminat il-volum totali ta' kwoti ta' emissjonijiet awtorizzati ma tiżvantaġġa lill-Istati Membri li l-emissjonijiet totali tagħhom huma baxxi.
Ir-rikorrenti tikkunsidra wkoll li nkiser l-ewwel kriterju ta' l-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE peress li l-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni tagħha mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni l-obbligi internazzjonali li l-Protokoll ta' Kyoto jimponi fuq ir-Repubblika tal-Latvja.
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni ttieħdet bi ksur tal-ħtiġijiet proċedurali mandatorji, billi t-terminu stabbilit fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għar-rifjut tal-pjan ma ġiex irrispettat.
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta'Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 295 tal-25.10.2003, p. 32).
Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/68 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — de la Cruz et vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
(Kawża F-32/06) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Ex membri tal-persunal lokali - Iffissar tal-klassifikazzjoni u tar-rimunerazzjoni meta l-membru tal-persunal jiġi rreklutat - Ekwivalenza tal-postijiet - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal)
(2007/C 269/122)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: María del Carmen de la Cruz (Galdakao, Spanja) et [rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati]
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol [rappreżentanti: E. Ortega, C. Georges u J. G. Blanch, aġenti, assistiti minn S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati]
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet ta' l-awtorità tal-ħatra li jirrifjutaw li jikklassifikaw mill-ġdid lir-rikorrenti, li huma membri tal-persunal bil-kuntratt ikklassifikati fil-grupp tal-funżjoni II, fil-grupp tal-funzjoni III, u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OSHA) li jikklassifikaw lir-rikorrenti fil-grupp tal-funzjoni II abbażi tal-kuntratti tagħhom ta' membri tal-persunal bil-kuntratt, iffirmati fit-28 u fid-29 ta' April 2005, huma annullati. |
|
2) |
Il-kumplament tat-talbiet huwa miċħud. |
|
3) |
L-OSHA għandha ibati l-ispejjeż. |
(1) ĠU C 131 tat-3.6.2006, p. 51.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/68 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Settembru 2007 — Tuomo Talvela vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-43/06) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-evoluzzjoni tal- karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2004 - Drittijiet tad-difiża - Obbligu li r-rapport ikun motivat - Investigazzjoni amministrattiva)
(2007/C 269/123)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tuomo Talvela (Oslo, in-Norveġja) [rappreżentant: É. Boigelot, Avukat]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u M. Velardo, aġenti]
Suġġett tal-kawża
Servizz Pubbliku — minn naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera tar-rikorrenti għas-sena 2004 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni bl-interessi.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/69 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Settembru 2007 — Botos vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-10/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Aġenti - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni kontra l-mard - Ħlas lura ta' spejjeż mediċi - Marda serja - Kumitat ta' tmexxija - Perizja medika)
(2007/C 269/124)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Patricia Botos (Meise, il-Belġju) [rappreżentant: L. Vogel, avukat]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti]
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta' Ottubru 2006 li tiċħad l-appell imressaq mir-rikorrenti kontra sitt deċiżjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw, b'mod partikolari, ir-rikonoxximent tal-marda tagħha bħala serja għall-finijiet ta' l-iffissar tar-rata ta' kumpens għall-ispejjeż mediċi msemmija fl-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Jannar 2006 u tat-30 ta' Ottubru 2006 huma annullati, safejn huma jirrifjutaw il-ħlas lura lis-Sinjura Botos ta' l-analiżi magħmula mir-RED Laboratories u Ategis skond ir-rata normali tas-sistema ta' assigurazzjoni kontra l-mard komuni għall-istituzzjonijijiet tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Is-Sinjura Botos għandha tbati żewġ terzi ta' l-ispejjeż tagħha. |
|
4) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz ta' l-ispejjeż ta' dawk sostenuti mis-Sinjura Botos. |
(1) ĠU C 69, 24.3.2007, p. 31.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/69 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-10 ta' Settembru 2007 — Speiser vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-146/06) (1)
(Servizz Pubbliku - Aġenti temporanji - Kumpens - Benefiċċju ta'l- espatrijazzjoni - Rikors tardiv - Inammissibbiltà manifesta)
(2007/C 269/125)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michael Alexander Speiser (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Theumer, avocat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukosiute u N. Lorenz, aġenti)
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewrepow, tal- 11 ta' Settembru 2006, li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent indirizzat kontra r-rifjut li jingħatalu l-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni.
Dispożittiv tad-digriet
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibili. |
|
2) |
Is-Sur Speiser għandu jbati terz ta' l-ispejjeż tiegħu. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, żewġ terzi ta' l-ispejjeż tas-Sur Speiser. |
(1) ĠU C 56, 10 ta' Marzu 2007, p. 42.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/69 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Settembru 2007 — O'Connor vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/07 AJ)
(Għajnuna legali)
(2007/C 269/126)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Elizabeth O'Connor (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u M. Velardo, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Talba għal għajnuna legali
Dispożittiv tad-digriet
It-talba għal għajnuna legali fil-Kawża F-12/07 AJ, O'Connor vs Il-Kummissjoni, hija miċħuda.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/70 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2007 — Aayhan et vs Il-Parlament
(Kawża F-65/07)
(2007/C 269/127)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laleh Aayhan (Strasbourg, Franza) u oħrajn (rappreżentant: R. Blindauer, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni espliċita ta' ċaħda ta' l-20 ta' April 2007 adottata mill-Parlament fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti tad-19 ta' Diċembru 2006; |
|
— |
li l-kuntratti kollha għal terminu fiss li kienu jorbtu r-rikorrenti mal-Parlament jiġu kkwalifikati f'kuntratt mingħajr terminu fiss wieħed biss; |
|
— |
tgħid li l-Parlament għandu l-obbligu li jerġa jintegra dawn l-aġenti kollha fis-servizz abbażi ta' kuntratt mingħajr terminu fiss; |
|
— |
taqta' u tiddeċiedi li l-aġenti tal-Parlament imsejħa bħala awżiljarji ta' sessjoni għandhom id-dritt, għall-perijodi kollha maħduma b'effett mill-bidu ta' l-impjieg tagħhom, għal kumpens li jirrappreżenta d-dritt għal leave imħallas miksub mix-xogħol li għamlu; |
|
— |
tordna l-Parlament iħallas lil kull rikorrenti s-somma ta' EUR 2 000 bħala spejjeż tal-proċediment; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti huma aġenti awżiljarji ta' sessjoni impjegati mill-Parlament għas-sessjonijiet plenarji tiegħu fi Starsbourg, għal 12-il sessjoni kull sena.
In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jeċċepixxu l-ewwel nett l-illegalità ta' l-Artikolu 78 tas-sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra, safejn din id-dispożizzjoni għandha bħala effett li teskludi l-kategorija ta' aġenti awżiljarji ta' sessjoni mill-kamp ta' applikazzjoni ta' kull sors ta' dritt, kemm nazzjonali kif ukoll Komunitarja.
Ir-rikorrenti jinvokaw sussegwentement il-ksur tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni kif imsemmi b'mod partikolari fil-Karta Soċjali Ewropea u fil-Konvenzjoni C 111 ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (OIX) rigward id-diskriminazzjoni fil-qasam ta' l-impjiegi u tal-professjoni. Huma jallegaw barra minn hekk li l-Parlament kiser il-prinċipju li jobbliga lil kull persuna li tħaddem sabiex timmotiva deċiżjoni ta' tkeċċija, liema prinċipju huwa rikonoxxut b'mod partikolari fl-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni C 158 ta' l-OIX rigward il-waqfien mir-relazzjoni tax-xogħol fuq inizjattiva ta' min iħaddem.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li, kif tipprovdi b'mod partikolari d-Direttiva 1999/70 (1), il-forma normali ta' relazzjoni tax-xogħol huwa l-kuntratt mingħajr terminu fiss.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/70 |
Rikors imressaq fis-16 ta' Lulju 2007 — Karatzoglou vs EAR
(Kawża F-71/07)
(2007/C 269/128)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Georgios Karatzoglou (Preveza, il-Greċja) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tordna lill-AER tħallas l-ammont ta' 348 965,96 EUR bħala kumpens tad-dannu materjali soffert minħabba nuqqas ta' konformità mas-sentenza tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Frar 2006 fil-Kawża T-471/04 (Georgios Karatzoglou vs Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni) (1) |
|
— |
Tordna lill-AER tħallas l-ammont ta' 100 000 EUR bħala kumpens tad-dannu morali soffert minħabba nuqqas ta' konformità mas-sentenza T-471/04; |
|
— |
Tordna lill-AER tħallas l-ammont ta' 100 000 EUR bħala kumpens tad-dannu morali soffert minħabba n-nuqqas fis-servizz imwettaq mill-AER billi rrifjutat li tadotta miżura speċifika sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza T-471/04; |
|
— |
Tordna l-AER tħallas l-interessi ta' 3 % fuq l-ammonti msemmija hawn fuq mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza T-471/04; |
|
— |
Tordna lill-AER tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent isostni prinċipalment li l-AER kisret l-Artikolu 233 KE safejn ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza msemmija iktar 'il fuq.
(1) ĠU C 96, tat-22.4.2006, p. 13.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/71 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2007 — Anselmo et vs Il-Kunsill
(Kawża F-85/07)
(2007/C 269/129)
Lingwa tal-kawża: Il-Franciż
Partijiet
Rikorrenti: Ana Anselmo (Brussell, il-Belgju) et (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla, minn naħa, id-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità ta' Ħatra tal-11 ta' Mejju 2007, li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti dwar trattament differenti bejn il-kandidati magħżula mill-kompetizzjoni interna B/277 u l-uffiċjali li jibbenefikaw mill-proċedura ta' attestazzjoni kif stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2004 dwar il-metodi ta' implimentazzjoni tal-proċedura ta' attestazzjoni, u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet ikkontestati minn dawn l-ilmenti; |
|
— |
tikkostata l-ksur ta' l-Artikolu 5(2) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej billi ma ġietx rikonoxxuta s-senjorità tal-grad tal-kandidati magħżula mill-kompetizzjoni interna B/277; |
|
— |
tikkonstata l-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali u dak ta' amministrazzjoni tajba li jirriżultaw min-nuqqas li jittieħdu in kunsiderazzjoni kemm is-senjorità tal-grad kif ukoll l-obbligu ta' mobilità imposta biss fuq il-kandidati magħżula; |
|
— |
konsegwentement, tagħti lill-kandidati magħżula s-senjorità tal-grad billi tannulla l-atti kkontestati; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, kandidati magħżula mill-kompetizzjoni interna B/277, ippubblikata fid-9 ta' Lulju 2007 mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, ġew l-ewwel nett maħtura fil-kategorija B filwaqt li żammew is-senjorità tal-grad miksuba fil-kategoriji C u D. Għaldaqstant, is-senjorità tal-grad tagħhom ġiet illimitata għad-data li fiha bdew il-funzjonijiet il-ġodda, filwaqt li l-persunal li laħaq fil-kategorija B skond il-proċedura ta' attestazzjoni u mhux billi ġew magħżula minn kompetizzjoni, setgħu jżommu s-senjorità in kwistjoni. F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tad-dispożizzjonijiet u tal-prinċipji ċċitati iktar 'il fuq fit-talbiet.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/71 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Settembru 2007 — Kuchta vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża F-89/07)
(2007/C 269/130)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Jan Kuchta (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Karthaus, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tordna lill-konvenut iħallas l-ammont ta' EUR 1 bħala kumpens għad-danni; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta' Diċembru 2006 dwar l-annual salary & bonus review (ASBR) għas-sena 2006 li hija indirizzata lir-rikorrent; |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż extraġudizzjarji tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa dirett kontra l-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkwantu r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2006 ġie kkomunikat lid-direttur il-ġdid tiegħu mingħajr il-kunsens tiegħu.
Barra minn hekk, ir-rikorrent jilmenta dwar ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali fir-rigward tal-proċedura ta' l-annual salary & bonus review (ASBR) u n-nuqqas ta' konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tal-konvenut fir-rigward tal-proċedura ta' l-ASBR tar-rikorrent għas-sena 2006.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/72 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2007 — Traore vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-90/07)
(2007/C 269/131)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Amadou Traore (Rhodes Saint Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-kariga ta' chargé d'affaires ad interim fid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Togo, li għaliha ġie maħtur is-Sur X; |
|
— |
tannulla l-ħatra tas-Sur X għall-imsemmija kariga; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għal kariga ta' Kap inkarigat mill-Operazzjonijiet fid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija, li għaliha ġie maħtur is-Sur Y; |
|
— |
tannulla l-ħatra tas-Sur Y għall-imsemmija kariga; |
|
— |
tordna lill-konvenuta tħallas is-somma ta' EUR 3 500 bħala kumpens għal danni morali u preġudizzju għall-karriera tar-rikorrent; |
|
— |
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent, l-ewwel nett, jinvoka l-irregolarità tal-proċedura ta' reklutaġġ, minn naħa, in kwantu l-livell tal-karigi in kwistjoni kien stabbilit fil-gradi AD9 sa AD14, bi ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza Economidis vs Il-Kummissjoni (1), u min-naħa l-oħra, in kwantu l-avviż għal post tax-xogħol għall-ewwel kariga minn fost dawk in kwistjoni u l-ordni ta' priorità stabbilita fl-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem “ir-Regolamenti”) ma kinux irrispettati. Huwa jżid jgħid li l-eżami komparattiv tal-merti ma twettaqx, li jimplika abbuż tal-poter kif ukoll ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' prospetti raġonevoli tal-karriera.
Minbarra dan, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, in kwantu hija ċaħdet il-kandidatura tiegħu għar-raġuni, b'mod partikolari, li huwa ta' oriġini Afrikana.
(1) Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-14 ta' Diċembru 2006, F-122/05, ĠU C 331, 30.12.2006, p. 47.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/72 |
Rikors imressaq fit-13 ta' Settembru 2007 — Torijano Montero vs Il-Kunsill
(Kawża F-91/07)
(2007/C 269/132)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Javier Torijano Montero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, R. Albelice u Ch. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
li jiġi annullat l-avviż ta' post vakanti tal-31 ta' Ottubru 2006 ippubblikat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, permezz ta' ċirkulari lill-persunal Nru 171/06, dwar l-impjieg ta' kap tad-dipartiment ta' “sigurtà esterna” ta' l-uffiċċju ta' sigurtà tal-Kunsill; |
|
— |
li tiġi annullata d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tal-31 ta' Mejju 2007 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent; |
|
— |
li tindika lill-AIPN l-effetti li jinvolvi l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b'mod partikolari, li tikkunsidra mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-grad mitlub fl-avviż ta' post vakanti sabiex tippermetti lir-rikorrent li jressaq il-kandidatura tiegħu; |
|
— |
li l-Kunsill jiġi ordnat ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent, uffiċjal fil-grad AD 6, jikkontesta l-fatt li l-avviż ta' post vakanti msemmi iktar 'il fuq jirriżerva lill-uffiċjali ta' grad ta' almenu AD 8 il-possibbiltà li jkunu kandidati għall-pożizzjoni ta' kap tad-dipartiment ta' “sigurtà esterna” fl-uffiċċju ta' sigurtà tal-Kunsill, pożizzjoni disponibbli għall-grad AD 11.
Wara li fakkar li huwa jitlob il-klassifika fil-grad AD 8 fil-kuntest tal-kawża F-76/05 (1), ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi, peress li l-fatt li jipprovdi għall-pożizzjoni in kwistjoni jkollu l-effett li jtellfu l-kwalità attwali ta' kap tal-qasam “sigurtà esterna/protezzjoni tal-missjonijiet”, favur il-kundidat li ser jintagħżel.
Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni l-ksur ta' l-interess tas-servizz, inkwantu l-kundizzjoni ta' grad mitluba fl-avviż ta' post vakanti ma jippermettilux li jressaq il-kandidatura tiegħu, minkejja l-fatt li huwa l-persuna l-iktar adattata sabiex taqdi l-funzjonijiet imsemmija fl-avviż ta' post vakanti. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni ma spjegatx x'inhu l-interess tas-servizz li jiġġustifika deroga għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, li jgħid li l-uffiċċjali huwa impjegati fil-gradi AD 5 sa AD 8.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li l-amministrazzjoni kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali u wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni.
(1) ĠU C 281 tat-12.11.2005, p. 23 (kawża inizjalment irreġistrata qudiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-302/05 u ttrasferita quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza b'digriet tal-15.12.2005).
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/73 |
Rikors ippreżentat fil-1 ta' Ottubru 2007 — Tsirimiagos vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-100/07)
(2007/C 269/133)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kyriakos Tsirimigos (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: M. -A. Lucas, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deciċżjoni tal-21 ta' Novembru 2006 tad-Direttur ta' l-Amministrazzjoni tal-KTR sabiex jiġu rkuprati l-ammonti li kienu tħallsu lilu skond il-koeffiċjent korrettur fuq il-parti ta' l-emolumenti tiegħu ittrasferiti fi Franza minn April 2004 sa Mejju 2005, għal ammont ta' EUR 2 120,16; |
|
— |
tannulla safejn huwa meħtieġ id-deċiżjoni tal-21 ta' Ġunju 2007 li tiċħad l-ilment amministrattiv tiegħu tal-21 ta' Frar 2007 kontra d-deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2006, safejn din tikkonferma l-irkupru għal ammont ta' EUR 2 038,16; |
|
— |
tordna lill-Kumitat tar-Reġjuni tħallsu lura s-somma ta' EUR 2 038,61 imnaqqsa fuq ir-remunerazzjoni tiegħu, miżjuda b'interessi għad-dewmien b'rata ta' 8 % fis-sena mill-1 ta' Diċembru 2006, data ta' l-irkupru u sal-ħlas komplut. |
|
— |
tordna lill-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża F-59/07 (1).
(1) ĠU C 199, 25.8.2007, p. 51.
|
10.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/73 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2007 — Cova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-101/07)
(2007/C 269/134)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Philippe Cova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra, tad-29 ta' Ġunju 2007, safejn ma taġġudikax il-premju għat-tmexxija skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Persunal għal perijodu ta' iktar minn sena, |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. Ksur ta' l-Artikolu 7(2) tar-RP mill-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra:
|
— |
l-għan ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Persunal huwa li jassigura l-kontinwità mingħajr xkiel tas-servizz meta jkun hemm pożizzjoni battala; skond it-tifsira t-tajba ta' din id-dispożizzjoni, l-okkupazzjoni temporanja ta' pożizzjoni għandha tkun qasira kemm jista' jkun u għal din ir-raġuni l-Amministrazzjoni hija mħeġġa bil-liġi sabiex tipproċedi mingħajr dewmien għat-terminazzjoni tal-pożizzjoni temporanja permezz ta' nomina ta' Kap tad-Diviżjoni għal din il-pożizzjoni. |
|
— |
“Il-perijodu ta' pożizzjoni temporanja m'għandux jeċċedi sena” jirreferi esklużivament għad-dewmien tal-pożizzjoni temporanja u ma jaffettwax il-ħlas li jikkorrispondi magħha jekk il-pożizzjoni temporanja tiġi estiża għal iktar minn sena. |
|
— |
It-terminu ta' sena mhuwiex ta' natura assoluta iktar u iktar minħabba l-fatt li mhuwiex terminu indirizzat lil uffiċjal iżda lill-Amministrazzjoni mingħajr preċiżjonijiet ulterjuri li jgħidu li huwa obbligatorju, li jorbot jew li huwa imperattiv; għaldaqstant, għandu jinftiehem bħala element ta' tfakkir għall-Amministrazzjoni sabiex timla l-pożizzjoni fl-iqsar żmien possibbli. |
2. Ksur ta' l-obbligu ta' premura u tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.
|
— |
Dan l-obbligu jimplika li meta awtorità tieħu deċiżjoni li tirrigwarda l-pożizzjoni ta' uffiċjal, għandha tikkunsidra l-fatti kollha li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjoni tagħha u meta tagħmel dan għandha tikkunsidra mhux biss l-interessi tas-servizz iżda wkoll dawk ta' l-uffiċjal ikkonċernat. |
|
— |
F'dan ir-rigward, il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba jiġi konness spiss ma' l-obbligu li jittieħdu in kunsiderazzjoni l-interessi ta' l-uffiċjali. |
|
— |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha peress li kienet konxja tal-fatt li l-Kap tad-Diviżjoni preċedenti kellhu jiġi assenjat pożizzjoni oħra u aċċettat l-impjieg ad interim ta' P. Cova għal iktar minn sena. L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni twassal għas-sitwazzjoni paradossali fejn filwaqt li r-responsabbiltajiet meħuda għat-terminu kkonċernat kienu ogħla, ir-rikorrent jista' biss jingħata premju ta' tmexxija li huwa limitat għal sena. |