ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
31 ta' Ottubru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 258/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4897 — Arcapita/HT Troplast) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 258/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 258/03

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

3

2007/C 258/04

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

6

2007/C 258/05

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoliu u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Parlament Ewropew

2007/C 258/06

Avviż ta' Reklutaġġ PE/96/S

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 258/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni — Każ COMP/M.4892 — Infineon/Siemens/JV) ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 258/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

12

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4897 — Arcapita/HT Troplast)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 258/01)

Fl-4 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4897. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/2


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-30 ta' Ottubru 2007

(2007/C 258/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4407

JPY

Yen Ġappuniż

165,41

DKK

Krona Daniża

7,4546

GBP

Lira Sterlina

0,69720

SEK

Krona Żvediża

9,1782

CHF

Frank Żvizzeru

1,6751

ISK

Krona Iżlandiża

86,72

NOK

Krona Norveġiża

7,7210

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

26,860

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

251,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7026

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6381

RON

Leu Rumen

3,3437

SKK

Krona Slovakka

33,351

TRY

Lira Turka

1,7179

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5688

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3763

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1659

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8779

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0898

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 306,57

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4923

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,7632

HRK

Kuna Kroata

7,3440

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 117,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,8184

PHP

Peso Filippin

63,167

RUB

Rouble Russu

35,5980

THB

Baht Tajlandiż

45,572


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/3


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 258/03)

Numru ta' l-għajnuna

XA 7029/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Emilia Romagna

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali

Misura 1.1, azione b — Progetti integrati di impresa — Programma triennale in materia di attività produttive — Regione Emilia Romagna

Bażi ġuridika

Delibera della giunta regionale n. 791 del 4.6.2007, attuativa della legge 27.10.1994, n. 598 e della legge 28.11.1965 n. 1329

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

Skema ta' għajnuniet

Ammont annwali totali

10 miljun EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont totali ta' l-għajnuna

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

L-iskema hija suġġetta għal-limiti ta' intensità kif stabbiliti fl-Art. 4(7) tar-Regolament KE Nru 70/2001 u, għaldaqstant, ma tistax taqbeż:

il-50 % tan-nefqa eliġibbli għall-investimenti eliġibbli fiż-żoni li jikkwalifikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuniet skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE;

l-40 % tan-nefqa eliġibbli għall-investimenti eliġibbli fiż-żoni l-oħra

Data ta' l-implimentazzjoni

Wara li tkun intbagħtet lill-KE l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament KE Nru 70/2001

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna

Appoġġ għall-SMEs bil-għan li jiġu megħjuna, permezz ta' sussidji fuq l-imgħax, jieħdu finanzjament mill-banek u intermedjarji finanzjarji biex isostnu investimenti fl-innovazzjoni tal-prodott u tal-proċess. Ix-xiri ta' makkinarju, l-investimenti fl-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva u kummerċjali, ħarsien ta' l-ambjent u sikurezza fuq il-post tax-xogħol huma ffinanzjati.

L-ammont tal-finanzjament jista' jilħaq il-100 % tal-programm ta' investiment għal perjodu sa mhux aktar minn 7 snin, inklużi s-sentejn ta' perjodu ta' grazzja.

Fl-ebda każ ma jista' l-ammont tas-sussidju għal kull talba individwali ta' intervent ikun ogħla mill-intensitajiet ta' għajnuna massimi mogħtija mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta' l-Unjoni Ewropea

Setturi ekonomiċi kkonċernati

L-għajnuna hija maħsuba lill-SMEs li joperaw fis-setturi ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli kif definiti mill-Art. 2(2)(m) u (n) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Emilia Romagna

Direzione generale Attività produttive, turismo, commercio

Viale Aldo Moro, 44

I-40127 Bologna

Sit ta' l-Internet

http://www.incentivi.mcc.it/ → Emilia Romagna


Numru XA

XA 7030/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sardegna

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Misura 124 del PSR 2007/2013 «Cooperazione per lo sviluppo di nuovi prodotti, processi e tecnologie nei settori agricolo e alimentare, nonché in quello forestale»

Bażi ġuridika

Regolamento (CE) n. 1698/2005 del Consiglio, del 20 settembre 2005, sul sostegno allo sviluppo rurale da parte del Fondo europeo agricolo per lo sviluppo rurale (FEASR) — Articolo 29

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema

335 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

L-intensità massima ta' l-għajnuna hija dik prevista skond l-Artikolu 5a tar-Regolament, paragrafu 4 (a):

attività ta' żvilupp ta' qabel il-kompetizzjoni: 40 % ta' għajnuna fiż-żoni reġjonali eliġibbli (35 fl-oħrajn)

Data ta' l-implimentazzjoni

Wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun waslitilha n-notifika

Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' l-għajnuna individwali

31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat/i

Ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli (1)

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Assessorato dell'Agricoltura e riforma agro-pastorale

Via Pessagno, 4

I-09125 Cagliari

Sit ta' l-Internet

http://intranet.sardegnaagricoltura.it/documenti/misura124/

kredenzjali ta' aċċess: utent: intrasaa; password: agripass

Tagħrif ieħor


XA Number

XA 7033/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Calabria

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali

Agevolazioni per l'acquisto o il leasing di nuove macchine utensili o di produzione

Bażi ġuridika

Legge 28.11.1965, n. 1329

Delibera del comitato Agevolazioni Regione Calabria — MCC del 29 dicembre 2006

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

Skema ta' għajnuniet

Ammont annwali totali

4 miljun EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont totali ta' l-għajnuna

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

L-iskema hija suġġetta għal-limiti ta' intensità kif stabbiliti fl-Art. 4(7) tar-Regolament KE Nru 70/2001 u, għaldaqstant, ma tistax taqbeż:

il-50 % tan-nefqa eliġibbli għall-investimenti eliġibbli fiż-żoni li jikkwalifikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuniet skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE;

l-40 % tan-nefqa eliġibbli għall-investimenti eliġibbli fiż-żoni l-oħra

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna

Sostenn lill-SMEs bil-għan li jipprovdilhom appoġġ għax-xiri jew it-twellija ta' għodda tal-magni u apparat tal-produzzjoni ġodda, li globalment jiswew mhux anqas minn  516,45 EUR. L-ispejjeż għall-immuntar, l-ittestjar, it-trasport u l-ippakkjar huma eliġibbli fil-limitu kumplessiv ta' 15 % ta' kemm tiswa l-magna.

L-investimenti eliġibbli għandhom jilħqu talanqas wieħed minn dawn l-għanijiet:

tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni;

titjib u konverżjoni tal-produzzjoni;

titjib tal-kwalità;

ħarsien u titjib ta' l-ambjent naturali jew tal-kundizzjonijiet ta' iġjene u tal-benessri ta' l-annimali.

L-ammont tal-finanzjament jista' jilħaq il-100 % tal-programm ta' investiment għal perjodu ta' 7 snin, inklużi s-sentejn ta' perjodu ta' grazzja.

Fl-ebda każ ma jista' l-ammont tas-sussidju għal kull talba individwali ta' intervent ikun ogħla mill-intensitajiet ta' għajnuna massimi mogħtija mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta' l-Unjoni Ewropea

Setturi ekonomiċi kkonċernati

L-għajnuna hija maħsuba għall-SMEs li joperaw fis-setturi ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli kif definiti mill-Art. 2(2)(m) u (n) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001

Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Calabria

Assessorato Agricoltura

Via Lucrezia della Valle

I-88100 Catanzaro

Sit ta' l-Internet

http://www.incentivi.mcc.it/html/html/MCC_CALABRIA/MCC_CALABRIA_SABATINI_AGRICOLA/section_new.html


(1)  Definita fl-Artikolu 2 (k) tar-Regolament preżenti


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/6


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 258/04)

XA Number: XA 7028/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Emilia Romagna

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Fondo di rotazione per la promozione e lo sviluppo della cooperazione — Foncooper — in relazione alle iniziative nella regione Emilia Romagna

Bażi ġuridika:

Titolo I della legge 27 febbraio 1985 n. 49, modificata con legge 5 marzo 2001 n. 57, art. 12 (G.U. n. 66 del 20 marzo 2001)

Direttiva del ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora ministero dello Sviluppo economico) del 9 maggio 2001 (G.U. n. 171 del 25 luglio 2001)

Deliberazione regionale n. 792 del 4.6.2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Skema ta' għajnuniet: ammont annwali totali ta' 15 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 l-intensità ta' l-għajnuna ma tistax taqbeż is-7,5 % jew il-15 % fi proporzjon mad-daqs ta' l-impriża.

Meta l-investiment isir f'żoni li jikkwalifikaw għal għajnuna reġjonali, l-intensità ta' l-għajnuna m'għandhiex taqbeż il-massimu ta' l-għajnuniet għal investiment reġjonali stabbilit fil-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru,iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar mil-limiti indikati fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-investimenti fis-settur ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, l-intensità massima ta' l-għajnuna ma tkunx tista 'taqbeż l-40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli skond l-Artikolu 4(7)(d) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001

Data ta' l-implimentazzjoni: data meta tintbagħat din l-iskeda informattiva

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna lil kooperattivi ta' SMEs għal proġetti ta' investiment f'assi fissi tanġibbli, li għandha tkun implimentata wara li ssir talba għal finanzjament.

L-ispejjeż eliġibbli (mingħajr VAT) għax-xiri ta' art u bini, għat-twettiq ta' xogħlijiet ta' bini u x-xiri, il-modernizzazzjoni u r-ristrutturar ta' makkinarju, apparat u impjanti

Setturi ekonomiċi kkonċernati: Is-setturi kollha li fihom hija eliġibbli l-għajnuna għall-SMEs, imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta' Jannar 2004 u bir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Tagħrif ieħor: Ammont massimu għal finanzjament individwali: 2 miljun EUR, fil-limitu ta' 70 % ta' l-investimenti eliġibbli

L-għajnuna mogħtija tirrappreżenta d-differenza bejn ir-rati ta' ħlas lura kkalkolati skond ir-rati tas-suq u l-ħlasijiet lura ssussidjati applikati għall-fondi mogħtija

Numru XA: XA 7032/07

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Off-Farm Scheme of Grant Aid for the Development of the Organic Sector

Bażi ġuridika: Statutory Instrument No 112 of 2004 — European Communities (Organic Farming) Regulations 2004

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: 4,5miljun EUR matul il-perjodu ta' 7 snin 2007-2013

Intensità massima ta' għajnuna: 40 % ta' l-investiment eliġibbli approvat

Data ta' l-implimentazzjoni: L-1 ta' Lulju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Il-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-Iskema hi li tiffaċilita l-iżvilupp tas-settur organiku sabiex tiżgura forniment regolari tal-prodott organiku b'valur miżjud u ta' kwalità għolja għas-suq. L-Iskema hija skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 kif emendat bl-Artikolu 21.3(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ispejjeż koperti eliġibbli jinkludu l-iżvilupp ta' faċilitajiet għall-preparazzjoni, il-klassifika, l-ippakkjar, il-ħżin, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti organiċi ġewwa impriżi kummerċjalment vijabbli

Settur(i) Ekonomiku/iċi kkonċernat(i): Is-settur agrikolu

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Indirizz ta' l-internet: www.agriculture.gov.ie/organics

Id-dokumentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema jinsabu fil-paġna ta' l-Organic Food and Farming tal-websajt tad-Department of Agriculture and Food www.agriculture.gov.ie


31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/7


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoliu u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 258/05)

XA Number: XA 127/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Emilia Romagna

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Fondo di rotazione per la promozione e lo sviluppo della cooperazione — Foncooper — in relazione alle iniziative nella regione Emilia Romagna.

Bażi ġuridika:

Titolo I della legge 27 febbraio 1985 n. 49, modificata con legge 5 marzo 2001 n. 57, art. 12 (G.U. n. 66 del 20 marzo 2001)

Direttiva del ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora ministero dello Sviluppo economico) del 9 maggio 2001 (G.U. n. 171 del 25 luglio 2001)

Deliberazione regionale n. 792 del 4.6.2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Skema ta' għajnuniet: ammont annwali totali ta' 5 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-intensità ta' l-għajnuna ma tistax taqbeż:

Data ta' l-implimentazzjoni: Skond l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, wara l-konferma mill-Kummissjoni (fi żmien 10 ijiem ta' xogħol minn meta tintbagħat din l-iskeda) permezz ta' rċevuta b'numru ta' identifikazzjoni u l-pubblikazzjoni fuq l-Internet

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali::

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuniet trasparenti għall-kooperattivi ta' SMEs agrikoli attivi fil-produzzjoni primarja għat-twettiq ta' proġetti ta' investiment f'assi tanġibbli fissi, li għandhom jiġu implimentati wara li tittieħed id-deċiżjoni biex jingħata l-finanzjament

Spejjeż eliġibbli: (Mingħajr VAT) għall-bini, x-xiri jew it-titjib tal-beni immobbli kif ukoll il-modernizzazzjoni u r-ristrutturar ta' makkinarju, apparat u impjanti.

L-ispejjeż għal xiri ta' artijiet li mhumiex dawk maħsuba għall-bini li ma jqumux aktar minn 10 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' l-investimenti jistgħu jkunu eliġibbli

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju f'kooperattivi attivi fil-produzzjoni primarja, bl-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 4 ta' l-imsemmi Regolament (KE) Nru 1857/2006

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Emilia Romagna

Direzione generale Attività produttive, commercio e industria

Via Aldo Moro, 44

I-40127 Bologna

Sit ta' l-Internet: http://prodotti.bnl.it/pagina.asp?Page=2213

Tagħrif ieħor: Kull wieħed mill-finanzjamenti ma jistax jaqbeż l-ammont massimu ta' 2 miljun EUR fil-limitu ta' 70 % ta' l-investimenti eliġibbli u l-ammont globali ta' l-għajnuniet mogħtija lil impriża individwali (id-differenza bejn ir-rifużjonijiet hija kkalkolata b'rati tas-suq u r-rifużjonijiet b'sussidju applikati lill-finanzjament) ma jistax jaqbeż 400 000 EUR mħallsa fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin finanzjarji, jew 500 000 EUR jekk l-azjenda tinsab f'żona żvantaġġata jew fiż-żoni msemmija mill-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, deżinjati mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' l-istess Regolament

Numru XA: XA 128/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla-La Mancha

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Ayudas para paliar los daños ocasionados en el viñedo afectado por las tormentas acaecidas en mayo y junio de 2007.

Bażi ġuridika: Decreto no 66/2007, de 25.5.2007, por el que se adoptan medidas urgentes para la atención a determinadas necesidades derivadas de situaciones de naturaleza catastrófica producidas por fenómenos meteorológicos adversos en el territorio de Castilla-La Mancha durante el mes de mayo de 2007; Resolución de 1.6.2007, del Vicepresidente Primero, por la que se determinan los términos municipales afectados por situaciones de naturaleza catastrófica producidas por fenómenos meteorológicos adversos en el territorio de Castilla-La Mancha, durante el mes de mayo de 2007; Orden de 11.6.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se declara como fenómeno climático adverso asimilable a desastre natural las tormentas acaecidas en junio de 2007 en determinados municipios de Castilla-La Mancha.

Orden de 14.6.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se establecen las bases reguladoras y se convoca la concesión de ayudas para la recuperación del viñedo afectado por las tormentas de 2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: ħlas sħiħ ta' 12 000 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: 49 % tal-ħsara

Data ta' l-implimentazzjoni: l-1 ta' Awissu 2007

It-tul ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: l-10 ta' Settembru 2008

Għan ta' l-għajnuna: sabiex tikkumpensa għat-tnaqqis mid-dħul tal-bejgħ ta' prodotti minħabba avveniment klimatiku ħażin u għajnuna għall-ispejjeż imġarrba mill-bidwi b'riżultat ta' l-avveniment (spejjeż taż-żbir u tal-riġenerazzjoni tal-partijiet affetwati tad-dielja, spejjeż tat-trattamenti ċikatriċali u kriptogamiċi għall-prevenzjoni ta' attakk tal-fungu), skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): produzzjoni ta' l-uċuħ: dwieli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Agricultura

C/ Pintor Matías Moreno, no 4

E-45004 Toledo

Indirizz ta' l-internet: temporanjament:

www.jccm.es/agricul/paginas/ayudas/agricultura/vinedo.htm

Wara l-ppubblikazzjoni:

www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3

Numru XA: XA 129/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Cantabria

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Ayudas al sacrificio de animales positivos a paratuberculosis bovina.

Bażi ġuridika: Orden GAN/26/2007, de 2 de mayo, por la que se establecen las bases reguladoras y se aprueba la convocatoria para la Anualidad 2007, de las ayudas por el sacrificio de animales positivos a paratuberculosis bovina dentro del marco de la ejecución de los programas sanitarios de las Agrupaciones de Defensa Sanitaria Ganadera

BOC no 92, de 14 de mayo de 2007

Nefqa annwali prevista skond l-iskema: 300 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

L-ammont ta' għajnuna għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tar-rati mniżżla f'Anness I ta' l-Ordni GAN/26/2007, u m'għandux jaqbeż 59 999 EUR għal kwalunkwe benefiċjarju.

Ir-rati msemmija jistabilixxu ammonti diversi li l-applikanti jistgħu jirċievu, ibbażati fuq l-età tal-bhejjem maqtula u l-kapaċità produttiva tagħhom, u jvarjaw minn 117,20 EUR sa 360,61 EUR għal kull bhima.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mejju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema: 2007-2013

Għan ta' l-għajnuna: L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Kumpens għal min irabbi l-bhejjem għat-telf ikkawżat minn bhejjem maqtula li tinstabilhom il-paratuberkulożi bovina, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-programmi ta' saħħa tal-Gruppi għall-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Bhejjem.

L-ispejjeż eliġibbli jirrigwardaw id-differenza bejn il-valur tal-laħam tal-bhejjem maqtula u l-valur kummerċjali tiegħu, skond l-età u l-kapaċità produttiva tagħhom.

Settur(i) kkonċernat(i): Trobbija tal-bovini

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Ganadería, Agricultura y Pesca del Gobierno de Cantabria

Edificio Europa

E-39011 Santander (Cantabria)

Indirizz virtwali: http://boc.gobcantabria.es/boc/datos/MES %202007-05/OR %202007-05-14 %20092/HTML/2007-6586.asp?volver=1

Tagħrif ieħor: —

Santander, il-5 ta' Ġunju 2007.

Kap tas-Servizz għas-Saħħa u l-Benessri tal-bhejjem

Iffirmat:: Francisco Manuel Fernandez Martinez

Numru XA: XA 130/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Umbria

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Fondo di rotazione per la promozione e lo sviluppo della cooperazione — Foncooper — in relazione alle iniziative nella regione Umbria.

Bażi ġuridika:

Titolo I della legge 27 febbraio 1985 n. 49, modificata con legge 5 marzo 2001 n. 57, art. 12 (G.U. n. 66 del 20 marzo 2001)

Direttiva del ministero dell'Industria, del commercio e dell'artigianato (ora ministero dello Sviluppo economico) del 9 maggio 2001 (G.U. n. 171 del 25 luglio 2001)

Deliberazione regionale n. 1095 del 31.7.2002.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Skema ta' għajnuna: l-ammont annwali kumplessiv huwa 3 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-intensità ta' għajnuna m'għandhiex taqbeż:

Data ta' l-implimentazzjoni: Kif provdut f'Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-iskema għandha tiġi implimentata wara l-konferma mill-Kummissjoni (sa għaxart ijiem ta' ħidma mir-riċeviment tas-sinteżi) b'forma ta' għarfien li jġib numru ta' identifikazzjoni u l-pubblikazzjoni fl-internet

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna trasparenti lill-kooperattivi ta' l-SMEs agrikoli involuti fil-produzzjoni primarja, biex iwettqu proġetti ta' investiment f'assi fissi tanġibbli, implimentati wara d-deċiżjoni li jingħataw il-fondi tkun ittieħdet

Nefqa eliġibbli: (bl-esklużjoni tal-VAT) għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, għax-xiri u t-titjib tal-bini, u x-xiri, l-immodernizzar u r-restawr ta' makkinarju, apparat u faċilitajiet.

In-nefqa għax-xiri ta' art għajr għal dak intiż għax-xogħol ta' kostruzzjoni jista' jkun eliġibbli, basta li din in-nefqa ma taqbizx l-10 % tan-nefqa eliġibbli ta' investiment

Settur(i) kkonċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju mqabbdin fil-produzzjoni primarja, bl-esklużjoni ta' dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

«Regione Umbria — Servizio Politiche di sostegno alle imprese»

Via Mario Angeloni, 61

I-06100 Perugia

L-entità li tieħu deċiżjoni:: “Comitato di Gestione Foncooper” [Il-Kumitat ta' Ġestjoni ta' Foncooper], skond il-ftehim milħuq tas-26 ta' Ġunju 2000 bejn il-Ministeru ta' l-Industrija, Kummerċ u Artiġjanat (issa il-Ministeru ta' l-Iżvilupp Ekonomiku) u Coopercredito SpA (issa l-Banca Nazionale del Lavoro SpA, Via Veneto 119, I-00187 Ruma) u l-Addendum addottat fit-31 ta' Ottubru 2002 bejn ir-Reġjun tal-Umbria u l-Coopercredito SpA (issa l-Banca Nazionale del Lavoro SpA) u fid-9 ta' Novembru 2006 bejn ir-Reġjun ta' Umbria u l-Banca Nazionale del Lavoro SpA

Websajt: http://prodotti.bnl.it/pagina.asp?Page=2212

Tagħrif ieħor: Il-proġetti individwali ta' finanzi m'għandhomx jaqbżu ż-2 miljun EUR jew is-70 % ta' l-investiment eliġibbli, u l-ammont kumplessiv ta' għajnuna mogħtija lill-impriża individwali (maħduma bħala d-differenza bejn il-ħlasijiet lura bir-rati tas-suq u l-ħlasijiet lura bir-rata sussidjata applikabbli skond l-iskema) m'għandhomx jaqbżu l-400 000 EUR mifruxin fuq perjodu ta' tliet snin jew l-500 000 EUR jekk l-impriża tinstab f'żona żvantaġġata jew f'waħda miż-żoni, kif imsemmi f'Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li huma magħżula mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' dak ir-Regolament

In-nefqa annwali ppjanata għall-iskema ta' għajnuna tinkludi n-nefqa annwali skond l-iskema, bl-istess bażi legali, maħsuba għall-SMEs li m'humiex koperti bir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 iżda li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 70/2001

Numru XA: XA 131/07

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: On-Farm Scheme of Grant Aid for the Development of the Organic Sector.

Bażi ġuridika: Statutory Instrument No 112 of 2004 — European Communities (Organic Farming) Regulations 2004.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: 3,5 miljun EUR mifruxin fuqperjodu ta' 7 snin 2007-2013

Intensità massima ta' għajnuna: 40 % ta' l-investiment approvat eliġibbli b'ammont addizzjonali ta' 10 % għall-bdiewa żgħażagħ eliġibbli.

Data ta' l-implimentazzjoni:: L-1 ta' Lulju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Il-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-Iskema hi li tiffaċilita l-iżvilupp tas-settur organiku sabiex tiżgura forniment regolari tal-prodott organiku ta' kwalità għolja għas-suq. L-Iskema hija skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ispejjeż eliġibbli koperti jinkludu investiment għall-apparat u faċilitajiet għall-produzzjoni, preparazzjoni, klassifikazzjoni, ippakkjar u ħżin ta' prodotti organiċi. L-attivitajiet involuti fil-preparazzjoni ta' prodott għall-ewwel bejgħ tiegħu biss huwa eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment skond din l-Iskema

Is-settur(i) konċernat(i): Is-setturi agrikoli kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Organic Unit, Department of Agriculture and Food

Johnstown Castle Estate

Co. Wexford

Ireland

Indirizz ta' l-internet: www.agriculture.gov.ie/organics

Id-dokumentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema jinstabu fil-paġna ta' l-Organic Food and Farming tal-websajt tad-Department of Agriculture and Food www.agriculture.gov.ie.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Parlament Ewropew

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/10


Avviż ta' Reklutaġġ PE/96/S

(2007/C 258/06)

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta' għażla: PE/96/S — Aġent temporanju — Assistent (AST4) għall-iżvilupp ta' l-informatika.

Din il-proċedura ta' għażla teħtieġ livell ta' edukazzjoni għolja muri b'ċertifikat fil-qasam ta' l-informatika ta' mill-inqas sentejn

jew

livell ta' edukazzjoni sekondarja muri b'ċertifikat li jagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja flimkien ma' esperjenza professjonali f'qasam relatat man-natura tal-funzjonijiet ta' mill-inqas tliet snin.

Sad-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, il-kandidati għandhom ikunu kisbu esperjenza minima ta' 5 snin relatata man-natura tal-funzjonijiet.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa pubblikat biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 258 A f'dawn it-tliet lingwi.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

Każ COMP/M.4892 — Infineon/Siemens/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 258/07)

1.

Fit-23 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Infineon Technologies AG (“Infineon AG”, il-Ġermanja) u Siemens AG (“Siemens”, il-Germanja) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Infineon Technologies GmbH & Co KG (“Infineon GmbH & Co KG”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Infineon AG: l-iżvilupp, manifattura u distribuzzjoni ta' strumenti semikundutturi elettroniċi, chip cards, apparat tas-sigurtà, elettronika, komunikazzjoni mingħajr fili u bil-fili u pproċessar tad-data.

Siemens: Produzzjoni, trasferiment u distribuzzjoni ta' energija, L-awtomatizzazzjoni tas-sistemi ta' kontroll, soluzzjonijiet mediċi, sistemi ta' trasport, servizz ta' dawl, l-iffinanzjar u servizzi ta' xiri u bejgħ ta' propjeta (real estate), teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

Infineon GmbH & Co KG: l-iżvilupp, produzzjoni u distribuzzjoni ta' semikundutturi bipolari ta' enerġija għolja (rattifikaturi/diodes ta' enerġija għolja, thyristors ta' enerġija għolja).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4892 — Infineon/Siemens/JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/12


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 258/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ARROZ CAROLINO DAS LEZÍRIAS RIBATEJANAS”

Nru tal-KE: PT/PGI/005/0552/07.08.2006

( X ) IĠP ( ) DPO

1.   Isem

“Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas”

2.   L-Istat Membru jew il-Pajjiż Terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt (1)

Kariosside bla karfa, tal-varjetà Aríete (it-tieni ġenerazzjoni) tas-sottospeċi Japonica tal-pjanta Oryza sativa L., imnixxfa, imqaxxra, imbajda u illustrata kif xieraq.

Karatteristiċi fiżiċi [valuri medji (± 0.3)]

Umdità (%)

13

Tul (mm)

6,4

Wisa' (mm)

2,5

Proporzjon tul/wisa'

2,5

Kontenut totali ta' rmied (%)

0,45

Lewn tal-karfa

Ismar jagħti fl-isfar

Lewn wara t-tibjid

Għandu mill-ħġieġ

Karatteristiċi kimiċi [valuri medji (± 5 %)]

Xaħam (%)

0,9 — 1,3

Proteina (%)

5,2 — 6,8

Karboidrati (%)

77,1 — 82,3

Enerġija (Kcal/100g)

346,5 — 350,1

Aroma u togħma — Meta jittiekel in bianco (sempliċement mgħolli fl-ilma), ikollu riħa ta' ross li għadu kemm ġie maħżun, b'palat bellusi, tari u b'konsistenza ta' sponża. Meta jitħallat ma' ingredjenti oħra, ikollu ħjiel tal-kondimenti li jkunu żdiedu miegħu, u konsistenza kremuża u tarja li tibqa' tintiegħem fil-ħalq.

Dehra — trażluċida, għandha mill-ħġieġ.

Karatteristiċi ta' tisjir (valuri medji)

Ħin ta' tisjir

9-10,5 min.

Assorbiment ta' ilma

219 –235 %

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-uniku ross eliġibbli huwa dak tal-varjetà msemmija hawn fuq miż-żona ġeografika definita, għax huwa f'dawn il-kundizzjonijiet biss li r-ross ikollu proporzjon baxx ħafna ta' amylose/amylopectin (33,5 %/66,5 %); dan jippermetti lir-ross jassorbi proporzjon għoli ta' l-ilma ta' tisjir kif ukoll jiddakkar mit-togħmiet, minbarra li għandu rendiment industrijali minimu ta' 70 %. Dan huwa possibbli biss fil-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi tal-Lezírias Ribatejanas (it-tip ta' ħamrija, il-kwalità ta' l-ilma tas-saqi, l-għadd ta' sigħat ta' xemx, varjazzjoni żgħira fit-temperaturi, eċċ.).

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika definita, inkluż il-ksib taż-żrieragħ tat-tieni ġenerazzjoni, sabiex jiġi żgurat l-addattament sħiħ għall-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi speċifiċi taż-żona. Ovvjament, minħabba dawn il-kundizzjonijiet ta' tkabbir, iċ-ċiklu bijoloġiku kollu sal-mument tal-ħsad isir fl-istess post, jiġifieri fejn ir-ross ikun inżera' oriġinalment. Il-ħsad isegwi regoli speċjali li jkopru d-dati, l-istadju fenoloġiku u l-umdità taż-żrieragħ, kif ukoll il-makkinarju li jintuża għall-ħsad, it-trasport, il-ħżin, it-tnixxif, it-tneħħija tal-karfa, it-tibjid u l-illustrar, bil-għan illi jiġu ggarantiti l-iġjene u s-sikurezza tal-prodott, jiġi evitat it-tniġġis bijoloġiku, kimiku jew mikrobijoloġiku fl-uċuħ maħsuda jew fit-tagħmir, u jiġi eskluż ir-ross ta' oriġini oħra. B'hekk tiġi żgurata wkoll it-traċċabbiltà sħiħa tar-ross Carolino għar-reġjun ta' l-oriġini, kif ukoll, f'bosta każijiet, għall-bidwi stess.

Iż-żona ġeografika li fiha jsiru l-ipproċessar u l-ippakkjar hi dik tal-produzzjoni, kif inhu ġġustifikat bir-raġunijiet imsemmija aktar 'il fuq, kif ukoll bil-fatt li b'hekk jinżamm fil-minimu ż-żmien meħtieġ biex ir-ross jinġarr saż-żoni ta' tnixxif, u tinżamm il-kwalità.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, l-għerik, l-ippakkjar, eċċ.

Għall-istess raġunijiet (sikurezza u iġjene, l-evitar ta' tniġġis, l-esklużjoni ta' ross minn sorsi oħra, iż-żamma tal-kwalità u tat-traċċabbiltà, li jippermettu wkoll il-monitoraġġ tal-katina kollha tal-produzzjoni), l-ippakkjar għandu jsir fir-reġjun ta' l-oriġini, bl-użu ta' materjali approvati speċifikament għal dan il-għan.

3.7.   Regoli speċifiċi li jirrigwardaw l-ittikkettar

Ir-referenzi li ġejjin huma obbligatorji: Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas — Indicação Geográfica Protegida; Marka ta' identifikazzjoni; Il-logo Komunitarju ta' l-IĠP; Il-logo ta' l-Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas.

Image

It-tikketta għandha turi l-isem u l-indirizz tal-produttur (persuna jew kumpanija), inkluż meta entitajiet oħrajn huma involuti fil-kummerċjalizzazzjoni. Soġġett għall-approvazzjoni tal-grupp, ma' l-isem Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas jistgħu jiżdiedu kliem jew indikazzjonijiet oħrajn (il-marki kummerċjali tad-distributuri jew ta' oħrajn).

4.   Definizzjoni Konċiża taż-żona ġeografika

Il-freguesias (parroċċi) ta' Azambuja, Alcoentre, Aveiras de Baixo, Aveiras de Cima, Macussa, Manique do Intendente, Vale do Paraíso, Vila Nova da Rainha u Vila Nova de São Pedro, fil-concelho (muniċipalità) ta' Azambuja; Barrosa, Benavente, Samora Correia u Santo Estevão, fil-concelho ta' Benavente; Foros de Salvaterra, Glória do Ribatejo, Granho, Marinhais, Muge u Salvaterra de Magos, fil-concelho ta' Salvaterra de Magos; Alhandra, Alverca do Ribatejo, Cachoeiras, Castanheira do Ribatejo, Calhandriz, Forte da Casa, Póvoa de Santa Iria, São João dos Montes, Sobralinho, Vialonga, u Vila Franca de Xira, fil-concelho ta' Vila Franca de Xira; Azervadinha, Coruche, Couço, Erra, Foros da Branca, Lamarosa, São Torcato u Santana do Mato, fil-concelho ta' Coruche.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika definita għandha karatteristiċi speċifiċi li jirrigwardaw partikolarment il-ħamrija (pedoġenesi ddifferenzjata), il-kwalità ta' l-ilma, l-għadd ta' sigħat ta' xemx u varjazzjoni żgħira fit-temperaturi, bħala konsegwenza tal-pożizzjoni tagħha fuq l-estwarju tax-xmara Tagus. Din iż-żona hija prattikament ċatta (bwar max-xmara u pjanuri), b'altitudni pjuttost baxxa (inqas minn 100 m). Il-ħamrija kollha hija tat-tip alluvjali u kolluvjali, samra u ta' kompożizzjoni taflija jew taflija bil-lôm, maħluqa minn depożiti għammiela miġjuba mill-għargħar u l-marei, li maż-żmien iffurmaw sediment fuq saffi ramlijin. Dawn il-kundizzjonijiet, flimkien ma' livell ta' pH bejn 5,5 u 6,5, iżda li jista' jvarja bejn 4,5 u 8,7, u l-kwalità mielħa ta' l-ilmijiet minħabba li r-reġjun huwa soġġett għall-influwenza tal-marei, jagħmluha impossibbli li jitkabbru fiż-żona wċuħ oħra minbarra r-ross. It-tkabbir tar-ross fiż-żoni msemmija hawn fuq huwa sostenibbli għax jippermetti li tinżamm l-ekosistema, il-fawna u l-flora marbutin miegħu. Barra minn hekk, jiġu evitati problemi agrikoli bħat-tmelliħ tal-ħamrija. Ma' dan għandu jiżdied il-fatt li, permezz ta' aktar minn żewġ sekli ta' tkabbir tar-ross, ġie żviluppat għarfien rikk u speċifiku ħafna fir-reġjun.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-“Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas” għandu proporzjon baxx ta' amylose/amylopectin, kapaċità għolja biex jassorbi l-ilma u l-molekuli aromatiċi tal-kondimenti, u rendiment industrijali għoli ħafna.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima tipiċi ta' dan ir-reġjun ta' l-estwarju tat-Tagus (klima moderata u sħuna tat-tip Mediterran, bi sjuf nixfin, li fihom l-aktar xahar niexef ikollu inqas minn terz tax-xita li tagħmel fl-inqas xahar niexef, u bis-sħana mtaffija mill-influwenza ta' l-Oċean Atlantiku; kwantità annwali ta' xita ta' inqas minn 30 mm; bejn 2 800 u 2 900 siegħa xemx; radjazzjoni tax-xemx ta' bejn 145 u 150 Kcal/ċm2; preċipitazzjoni totali ta' madwar 714,8 mm; u mhux aktar minn 12-il ġurnata ta' ġlata biss) ma jiffavorixxux l-infestazzjoni tal-fungi, u b'konsegwenza ta' dan, ir-ross ikun aktar iebes, jitfarrak inqas, u jkollu piż speċifiku ogħla minn dak li jiġi prodott f'reġjuni oħrajn. B'hekk, ir-ross igawdi minn reputazzjoni tajba ħafna u jiġi apprezzat aktar minn dak li jitkabbar f'postijiet oħrajn. Id-deidratazzjoni naturali li ssir fl-aħħar fażijiet tal-maturazzjoni, li fil-Lezírias Ribatejanas tikkoinċidi ma' temperaturi għoljin u umdità relattivament baxxa f'Settembru u fl-ewwel ġimagħtejn ta' Ottubru, tippermetti li r-ross jinħasad b'mod uniformi u jinxef b'mod naturali fl-għelieqi (bil-maqlub għal dak li jiġri f'żoni oħra ta' produzzjoni), u b'hekk il-prodott ta' dan ir-reġjun ikun aktar stabbli u uniformi. L-Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas għandu dehra unika, trażluċida u li għandha mill-ħġieġ. Il-kundizzjonijiet naturali deskritti aktar 'il fuq jagħtuh palat bellusi u tari meta jittiekel sempliċement bħala ross mgħolli fl-ilma. Barra minn hekk, karatteristika partikolari ta' dan ir-ross hija l-proporzjon baxx ħafna ta' amylose/amylopectin (33,5 %/66,5 %), li jippermetti li jassorbi aħjar l-ilma li fih jiġi misjur kif ukoll jiddakkar mill-ingredjenti li jiżdiedu miegħu fil-preparazzjoni ta' platti gastronomiċi, filwaqt li jagħtih ukoll konsistenza kremuża u tarja u li tibqa' tintiegħem fil-ħalq.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

www.idrha.min-agricultura.pt


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.