ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 257A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
30 ta' Ottubru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2007/C 257A/01

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (Grad AD14) – Id-Direttorat Sigurtà Interna u ġustizzja kriminali fi Brussell – (L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal) – COM/2007/10052

1

AVVIŻ LILL-QARREJJA

BG

Настоящият брой на Официален вестник е публикуван единствено на български, чешки, гръцки, естонски, унгарски, литовски, латвийски, малтийски, полски, румънски, словашки и словенски език.

CS

Toto číslo Úředního věstníku vychází pouze v bulharském, českém, řeckém, estonském, maďarském, litevském, lotyšském, maltském, polském, rumunském, slovenském a slovinském jazyce.

EL

Η παρούσα Επίσημη Εφημερίδα δημοσιεύεται μόνο στις ακόλουθες γλώσσες: βουλγαρική, τσεχική, ελληνική, εσθονική, ουγγρική, λιθουανική, λεττονική, μαλτέζικη, πολωνική, ρουμανική, σλοβακική και σλοβενική.

ET

Käesolev Euroopa Liidu Teataja number ilmub ainult bulgaaria, tšehhi, kreeka, eesti, ungari, leedu, läti, malta, poola, rumeenia, slovaki ja sloveeni keeles.

HU

Ez a Hivatalos Lap bolgár, cseh, görög, észt, magyar, litván, lett, máltai, lengyel, román, szlovák és szlovén nyelven jelenik meg.

LT

Šis Oficialusis leidinys išleistas tik bulgarų, čekų, graikų, estų, vengrų, lietuvių, latvių, maltiečių, lenkų, rumunų, slovakų ir slovėnų kalbomis.

LV

Šis Oficiālais Vēstnesis ir publicēts tikai bulgāru, čehu, grieķu, igauņu, ungāru, lietuviešu, latviešu, maltiešu, poļu, rumāņu, slovāku un slovēņu valodā.

MT

Dan il-Ġurnal Uffiċjali hu ppubblikat biss bil-Bulgaru, iċ-Ċekk, il-Grieg, l-Estonjan, l-Ungeriż, il-Litwan, il-Latvjan, il-Malti, il-Pollakk, ir-Rumen, is-Slovakk u s-Sloven.

PL

Niniejszy Dziennik Urzędowy jest wydawany jedynie w językach: bułgarskim, czeskim, greckim, estońskim, węgierskim, litewskim, łotewskim, maltańskim, polskim, rumuńskim, słowackim i słoweńskim.

RO

Acest Jurnal Oficial este publicat numai în limbile bulgară, cehă, greacă, estonă, maghiară, lituaniană, letonă, malteză, polonă, română, slovacă și slovenă.

SK

Tento úradný vestník vychádza iba v bulharskom, českom, gréckom, estónskom, maďarskom, litovskom, lotyšskom, maltskom, poľskom, rumunskom, slovenskom a slovinskom jazyku.

SL

Ta uradni list je objavljen samo v bolgarskem, češkem, estonskem, grškem, latvijskem, litovskem, madžarskem, malteškem, poljskem, romunskem, slovaškem in slovenskem jeziku.

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 257/1


ID-DIRETTORAT-ĠENERALI GĦALL-ĠUSTIZZJA, IL-LIBERTÀ U S-SIGURTÀ

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (Grad AD14)

Id-Direttorat “Sigurtà Interna u ġustizzja kriminali” fi Brussell

(L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

COM/2007/10052

(2007/C 257 A/01)

 

Min aħna:

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà (JLS) hu responsabbli għaż-żamma u l-iżvilupp ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li fiha jkun żgurat iċ-ċaqliq ħieles ta' persuni.

Id-Direttorat JLS.D “Sigurtà interna u ġustizzja kriminali” għandu persunal totali ta' madwar 100 persuna u fih erba' unitajiet li jindirizzaw: – il-ġlieda kontra t-terroriżmu; l-aċċess għall-informazzjoni; il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni doganali; Il-ġustizzja kriminali; l-appoġġ finanzjarju.

Qegħdin nipproponu

Ix-xogħol tad-Direttur ikun li jipprovdi gwida dwar il-politika, il-ġestjoni u l-koordinazzjoni f'diversi oqsma kumplessi u sensittivi bħal:

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

it-titjib tal-kooperazzjoni u l-qsim ta' informazzjoni;

l-iżgurazzjoni tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-EUROPOL, l-EUROJUST u s-CEPOL kif ukoll f'negozjati internazzjonali.

Qed infittxu

Kandidati, li għandu jkollhom:

għarfien tajjeb ta' oqsma speċifiċi ta' responsabbiltà tad-Direttorat “Sigurtà interna u ġustizzja kriminali”, għarfien tajjeb tal-liġi kriminali jkun ta' vantaġġ;

ħiliet ta' tmexxija tajbin ħafna;

esperjenza ppruvata ta' negozjar; ħiliet eċellenti fil-komunikazzjoni bil-fomm u bil-kitba fl-Ingliż u l-Franċiż, u ħiliet adekwati għall-oħrajn;

il-ħila ppruvata li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni f'livell għoli;

għarfien tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-UE f'dan il-qasam;

esperjenza ta' tmexxija finanzjarja ppruvata.

L-applikanti għandhom:

ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru ġdid ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja);

għandu jkollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat;

ikollhom mill-inqas 12-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li jagħtu aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq. Mill-inqas 6 snin minn dik l-esperjenza professjonali jkunu nkisbu fuq livell maniġerjali jew funzjoni konsultattiva għolja;

ikollhom għarfien sod ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adekwat ta' lingwa uffiċjali oħra. Il-kandidati għandhom ikunu mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż biss).

Id-Direttur jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Il-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet u ċentru ta' valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni ta' reklutaġġ isejħu lil lista finali ta' kandidati għal intervista.

Is-salarji u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-uffiċjali fi grad AD14 tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-kandidat magħżul ikun mitlub li jkollu awtorizzazzjoni ta' sigurtà ta' l-UE.

Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Il-link għall-applikazzjoni on-line li fuqha tista' ssib id-deskrizzjoni sħiħa ta' l-impjieg, u l-kriterji ta' għażla huwa:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/CV_Encadext/index.cfm

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

ADMIN-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Id-data ta' l-għeluq għall-applikazzjoni hija t-30 ta' Novembru 2007. L-applikazzjoni on-line ma tkunx possibbli wara 12.00 p.m. (nofsinhar) ħin ta' Brussell.