ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
27 ta' Ottubru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
436 sessjoni plenarja ta'l-30 u 31 ta' Mejju 2007

2007/C 256/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Kontribuzzjoni lill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 — Pjan Direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali

1

 

III   Atti preparatorji

 

KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

437 sessjoni plenarja ta'l-11 u 12 ta' Lulju 2007

2007/C 256/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri penali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsaCOM(2005) 276 finali — 2005/0127 (COD)

3

2007/C 256/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Potenzjal ta' l-intrapriża, speċjalment ta' l-SMEs (l-Istrateġija ta' Lisbona)

8

2007/C 256/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni (Strateġija ta' Lisbona)

17

2007/C 256/05

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Green Paper dwar ir-Reviżjoni ta l-Acquis tal-KonsumaturCOM(2006) 744 finali

27

2007/C 256/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mirja li juru wara ta' tratturi bir-roti ta' l-agrikoltura jew tal-foresterija — verżjoni kodifikata COM(2007) 236 finali — 2007/0081 (COD)

31

2007/C 256/07

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-definizzjoni ta' Politika Ewropea għall-Enerġija (l-Istrateġija ta' Lisbona)

31

2007/C 256/08

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-

39

2007/C 256/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużiCOM(2006) 852 finali — 2006/0278 (COD)

44

2007/C 256/10

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Green Paper dwar l-Applikazzjonijiet għan-Navigazzjoni bis-SatellitaCOM(2006) 769 finali

47

2007/C 256/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Programm Indikattiv Nukleari, imressaq taħt l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropewCOM(2006) 844 finali

51

2007/C 256/12

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Konferenzi ta' Linji (Konferenzi Marittimi) — Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet UnitiCOM(2006) 869 finali — 2006/0308 (COD)

62

2007/C 256/13

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)

66

2007/C 256/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni GALILEO f'salib it-toroq: L-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSSCOM(2007) 261 finali

73

2007/C 256/15

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir- Rapport ta' Progress Biennali dwar l-Istrateġija ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli

76

2007/C 256/16

Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjantiCOM(2006) 778 finali — 2006/0258 (COD)

86

2007/C 256/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l- Innovazzjoni: l-impatt fuq it-tibdiliet industrijali u r-rwol tal-BEI

88

2007/C 256/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-impjieg tal-kategoriji ta' prijorità (l-Istrateġija ta' Lisbona)

93

2007/C 256/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata

102

2007/C 256/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-flessigurtà (id-dimensjoni tal-flessibilità interna — in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali bħala strument ta' regolamentazzjoni u r-riforma tas-swieq tax-xogħol)

108

2007/C 256/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru

114

2007/C 256/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Is-saħħa u l-migrazzjonijiet

123

2007/C 256/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Ewroreġjuni

131

2007/C 256/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir- Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

138

2007/C 256/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-Nisa fir-reġjun ta' l-EUROMED

144

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 436 sessjoni plenarja ta'l-30 u 31 ta' Mejju 2007

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Kontribuzzjoni lill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 — Pjan Direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali”

(2007/C 256/01)

Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Mejju 2007 il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jippreżenta lill-Assemblea Plenarja b'riżoluzzjoni dwar il-pjan direzzjonali tal-proċess kostituzzjonali bħala kontribuzzjoni lill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din ir-riżoluzzjoni matul is-Sessjoni Plenarja tiegħu tat-30 u l-31 ta' Mejju 2007 (seduta tat-30 ta' Mejju 2007) b'171 vot favur, 18-il vot kontra u 16-il astenzjoni.

1.

Il-KESE jikkonferma bil-qawwa l-opinjonijiet tiegħu dwar it-Trattat Kostituzzjonali ta' l-24 ta' Settembru 2003 (1), tat-28 ta' Ottubru 2004 (2) u tas-17 ta' Mejju 2006 (3), kif ukoll id-deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-50 anniversarju ta' l-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma (4). F'dawn l-opinjonijiet kollha, il-KESE iddikjara l-appoġġ tiegħu għall-metodu tal-Konvenzjoni u għar-riżultati miksuba.

2.

Il-KESE jkompli jappoġġja lit-Trattat Kostituzzjonali, li jippreżenta differenzi fundamentali u pożittivi minn testi istituzzjonali oħra mħejjija mid-diversi Konferenzi Intergovernattivi inkarigati mir-reviżjoni tat-Trattati ta' Ruma. Id-differenzi huma dawn li ġejjin: inħoloq permezz ta' dibattitu pubbliku ħieles bil-parteċipazzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali; huwa taqsira sistematika f'test uniku tal-ġabra sħiħa ta' l-arranġamenti politiċi u istituzzjonali, hekk kif evolvew minn mindu ġew stabbiliti l-Komunitajiet Ewropej; jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għar-riforma istituzzjonali u proċedurali tas-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, jiddeskrivi l-għanijiet li lejhom l-UE għandha timmira l-ħidma tagħha, ifisser il-valuri li għandhom jiffurmaw il-bażi tal-politiki tagħha, u jikkodifika d-drittijiet fundamentali li l-UE għandha tirrispetta u tħares.

3.

Dan kollu jiġġustifika l-fatt li l-abbozz tal-Konvenzjoni ssejjaħ “Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa”. Madankollu, minħabba bosta każijiet ta' nuqqas ta' ftehim, it-terminu “Kostituzzjoni” ġie rrifjutat f'ħafna Stati Membri. Il-KESE ma jopponix ruħu għall-għażla ta' isem ġdid għat-trattat. Is-sustanza hija iktar importanti mill-isem.

4.

Ir-raġunijiet li ġejjin huma ta' importanza kruċjali għall-appoġġ li l-KESE jkompli jagħti lit-Trattat Kostituzzjonali fil-kapaċità tiegħu ta' rappreżentant istituzzjonali tas-soċjetà ċivili organizzata, u jikkontribwixxu għar-rinfurzar tal-leġittimità demokratika ta' l-Unjoni:

iż-żieda fil-kompetenzi tal-Parlament Ewropew permezz ta' l-estensjoni tal-kodeċiżjoni għal oqsma ġodda.

l-implikazzjoni ikbar tal-Parlamenti nazzjonali fil-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-dritt li jissorveljaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

it-titjib tat-trasparenza tal-ħidmiet tal-Kunsill Ewropew;

it-tisħiħ tar-rwol tad-djalogu soċjali awtonomu u r-rikonoxximent ta' l-imsieħba soċjali bħala atturi fl-integrazzjoni Ewropea;

ir-rikonoxximent ta' l-importanza tad-demokrazija parteċipattiva b'mod partikolari permezz tal-fatt li l-istituzzjonijiet kbar Ewropej iżommu djalogu trasparenti u regolari ma' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u maċ-ċittadini ta' l-Unjoni;

bl-istess għan, l-għotja tad-dritt ta' inizjattiva liċ-ċittadini ta' l-UE.

5.

Il-KESE jfakkar li l-kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern ta' l-Istati Membri kollha approvaw it-Trattat Kostituzzjonali waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew u ffirmawh waqt ċerimonja li nżammet f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004. Sadattant, it-Trattat Kostituzzjonali ġie rratifikat mill-Istati Membri b'maġġoranza ta' żewġ terzi, li tirrefletti l-maġġoranza ċara taċ-ċittadini ta' l-UE. Għaldaqstant il-KESE jinsisti li t-Trattat Kostituzzjonali għandu jkun il-bażi ta' diskussjonijiet futuri sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi attwali.

6.

Il-KESE jappoġġja l-Presidenza Ġermaniża fl-intenzjoni tagħha li tippreżenta pjandirezzjonali għall-azzjonijiet futuri waqt il-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju, u jilqa' l-fatt li, fid-Dikjarazzjoni ta' Berlin tal-25 ta' Mejju 2007, id-data ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2009 intgħażlet bħala l-iskadenza għad-daħla fis-seħħ tal-Kostituzzjoni l-ġdida.

7.

Dan ifisser li sa l-aħħar ta' l-2007, Konferenza Intergovernattiva qasira għandha tadotta l-emendi lill-abbozz attwali li huma meħtieġa sabiex jintlaħaq kunsens ġdid. Fil-mandat tal-Konferenza Intergovernattiva għandhom jitniżżlu preċiżament il-ftit dispożizzjonijiet li ser jerġgħu jinfetħu għad-diskussjonijiet. Ir-riżultat għandu jiġi rratifikat matul l-2008 mill-Istati Membri kollha.

8.

Id-diskussjonijiet ġodda dwar it-Trattat għandhom iwasslu sabiex tinżamm is-sustanza ta' dak li ġie deċiż fil-Konvenzjoni Ewoprea u approvat b'mod unanimu mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern. Dan jinkludi l-ewwelnett l-innovazzjonijiet istituzzjonali u proċedurali kif ukoll l-aspett vinkolanti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Fi kliem ieħor: Parti I (Għanijiet, Istituzzjonijiet, Struttura ta' l-Unjoni), Parti II (il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea) u Parti IV (Dispożizzjonijiet Ġenerali u Finali) għandhom jibqgħu l-istess; Parti III essenzjalment tiġbor fiha d-dispożizzjonijiet tat-Trattati attwali li huma marbutin mal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea li ma jiffurmawx parti neċessarjament mit-Trattat il-ġdid; id-dispożizzjonijiet istituzzjonali u proċedurali ta' Parti III, fil-każijiet fejn dawn imorru lilhinn mil-liġi eżistenti, għandhom jiġu inkorporati f'Parti I.

9.

Il-KESE ser isegwi l-ħidma tal-Konferenza Intergovernattiva b'mod kostruttiv. Madankollu, jenfasizza wkoll li minkejja l-fatt li l-Konferenza Intergovernattiva ser tkun qasira u li l-mandat tagħha ser ikun ristrett, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fuq livell konsultattiv. Il-KESE huwa lest li, bil-kooperazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill, jorganizza l-laqgħat ta' tagħrif u konsultazzjoni meħtieġa; għal dan il-għan jista' jibbaża ruħu fuq l-esperjenza tal-kooperazzjoni pożittiva mal-Praesidium kif ukoll mal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-ħidma dwar il-Konvenzjoni Ewropea.

10.

Huwa neċessarju li tintemm kemm jista' jkun malajr il-kriżi attwali permezz ta' l-adozzjoni ta' trattat li jaqdi l-istennijiet ta' Unjoni b'27 membru. Sfidi ġodda jġibu magħhom il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tilħaq ftehim dwar il-politiki l-ġodda u tieħu deċiżjonijiet b'ħarsa lejn il-ġejjieni, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-iżvilupp tal-mudell soċjali Ewropew, li jinkludi fost elementi oħra s-servizzi ta' interess ġenerali (SGIs), u t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali ta' l-integrazzjoni Ewropea; il-ġestjoni ta' l-effetti negattivi li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni ta' rabtiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; it-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività; l-indirizzar tal-bidla klimatika; l-assigurazzjoni tal-provvediment ta' l-enerġija; l-indirizzar tal-problemi marbutin ma' l-immigrazzjoni; u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Brussel, it-30 ta' Mejju 2007

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni għall-Konferenza Intergovernattiva (CESE 1171/2003) EUVL C 10, 14.1.2004.

(2)  Opinjoni dwar it-Trattat dwar Kosittuzzjoni għall-Ewropa, EUVL C 120, 20.5.2005.

(3)  Opinjoni tas-17 ta' Mejju 2006“Kontribuzzjoni lill-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006 — Perijodu tar-Riflessjoni”EUVL C 195, 18.8.2006.

(4)  EUVL C 161, 13.7.2007.


III Atti preparatorji

KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

437 sessjoni plenarja ta'l-11 u 12 ta' Lulju 2007

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/3


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri penali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa”

COM(2005) 276 finali — 2005/0127 (COD)

(2007/C 256/02)

Nhar il-21 ta' Settembru 2005, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri penali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Retureau.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'76 vot favur u 3 voti kontra.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-Kumitat ser isegwi b'attenzjoni l-implimentazzjoni koordinata tad-Direttiva ta' l-2004 u l-proposta emendata attwali ta' Direttiva, kif ukoll id-deċiżjonijiet qafas addizzjonali rilevanti sabiex tiġi verifikata, fuq perijodu fit-tul, l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u kontra r-riperkussjonijiet internazzjonali tagħha, inkluż lil hinn mit-territorju Komunitarju.

1.2

Il-Kumitat, waqt li jagħti appoġġ lid-dispożizzjonijiet ġenerali fl-approċċ ġenerali tagħhom, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-osservazzjonijiet ifformulati f'din l-Opinjoni, li tipproponi li l-isforzi ta' ripressjoni u ta' kooperazzjoni fil-qasam kriminali u doganali jiġu prinċipalment ikkonċentrati fuq l-intrapriżi ta' falsifikazzjoni fuq skala wiesgħa u fuq il-falsifikazzjonijiet li jsiru minn organizzazzjonijiet kriminali jew fejn ir-reat jinvolvi riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni.

1.3

B'mod partikolari, il-Kumitat jixtieq li d-Direttiva tkun tista' tiġi applikata għad-drittijiet kollha tal-proprjetà industrijali u għalhekk ma tkunx teskludi brevetti ta' invenzjoni, li jikkostitwixxu l-qasam l-aktar importanti għall-industrija Ewropea.

1.4

Il-KESE jenfasizza l-impreċiżjoni ta' ċerti kunċetti legali, bħal dawk tal-“livell kummerċjali” jew ta' “karattru kummerċjali” relatati mar-reati, li jidhru fil-proposta ta' direttiva għall-analisi, u joħolqu konflitt mal-prinċipji fundamentali tal-liġi kriminali li skondthom l-elementi tar-reat iridu jkunu ċari, preċiżi u determinanti. Il-KESE jikkritika wkoll il-mod li bih jitfissru l-pieni koperti fl-Artikolu 2 tal-proposta ta' direttiva, peress li jemmen li għandu jiġi pprovdut qafas ġenerali wieħed biss għas-sanzjonijiet kriminali (ħabs jew pieni u multi finanzjarji), sabiex ir-responsabilità għat-tifsira tal-pieni tibqa' esklussivament f'idejn il-ġurisdizzjonijiet nazzjonali.

2.   Introduzzjoni

2.1

F'MEMO/05/437 tat-23 ta' Novembru 2005 li tagħti sommarju tal-Komunikazzjoni ta' l-istess data, il-Kummissjoni tilqa' s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikonoxxi l-kompetenzi tal-Komunità fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' miżuri penali disswasivi u proporzjonati li jiggarantixxu l-applikazzjoni ta' standards relatati mal-politiki komunitarji mħaddnin fit-TKE.

2.2

Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni turi l-interpretazzjoni tagħha tas-sentenza tat-13 ta' Settembru 2005 li permezz tagħha l-Qorti annullat deċiżjoni qafas relatata mal-protezzjoni ta' l-ambjent permezz tad-dritt penali. Skond il-Kummissjoni, il-Qorti kkunsidrat li l-Komunità hija kompetenti sabiex tadotta l-miżuri fir-rigward tad-dritt penali li huma neċessarji sabiex tiġi garantita l-effettività tal-liġi Komunitarja. L-iskop ta' din is-sentenza, skondtha, jmur lil hinn mill-qasam ta' l-ambjent, waqt li tiġi kkunsidrata l-firxa kollha tal-politiki komunitarji kif ukoll il-libertajiet fundamentali rikonoxxuti mit-Trattat. L-integrazzjoni tas-sanzjonijiet penali fil-liġi komunitarja għandha tkun ibbażata fuq il-bżonn ġustifikat kif dovut, u tirrispetta l-koerenza ġenerali tal-kostruzzjoni tal-liġi penali ta' l-Unjoni.

2.3

Din l-intepretazzjoni wiesgħa ta' ġudizzju li jikkonċerna l-ambjent ma ġietx approvata b'mod unanimu mill-Istati Membri u mill-prinċipju legali. Filfatt ħafna jikkunsidraw li l-akkużi kriminali u l-livell tas-sanzjonijiet penali korrespondenti huma essenzjalment soġġetti għas-sussidjarjetà u li l-armonizzazzjoni possibbli tagħhom fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea għandha tinkiseb permezz tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati, skond it-TUE.

2.4

Għandu jkun innotat li din l-interpretazzjoni titħaddan b'mod wiesa' mill-Parlament Ewropew, peress li l-oqsma li għandhom ikunu koperti minn kompetenza penali komunitarja m'għadhomx soġġetti esklussivament għall-unanimità ta' l-Istati Membri fil-Kunsill, iżda għal maġġoranza kwalifikata f'proċedura ta' ko-deċiżjoni li tinvolvi lill-Parlament Ewropew, li l-kompetenzi tiegħu bħala ko-leġislatur huma għalhekk estiżi (1).

2.5

Madankollu, dan jikkostitwixxi twessiegħ sostanzjali tal-kompetenzi Komunitarji, li rriżultaw minn deċiżjoni tal-Qorti, u r-riskji ta' diverġenzi ta' interpretazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet jistgħu, fost affarijiet oħra, idejmu l-adozzjoni tal-leġislazzjonijiet li jinvolvu dispożizzjonijiet penali, jew sussegwentament jirrestrinġu l-iskop tagħhom permezz, per eżempju, ta' aktar każijiet fil-qorti jew ta' kompromessi. Fil-każ ta' din il-proposta ta' Direttiva, il-kwistjoni ta' l-inklużjoni jew le tal-brevetti ta' intervenzjoni fil-qasam tal-protezzjoni penali tibqa' miftuħa, peress li l-Parlament Ewropew jikkunsidra li s-sentenza tal-Qorti tirrigwardja biss id-dritt ta' oriġini komunitarja, waqt li l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li tinkludi d-drittijiet kollha, kemm dawk Komunitarji kif ukoll dawk nazzjonali, dwar il-proprjetà intellettwali.

3.   Proposta tal-Kummissjoni

3.1

Il-proposta emendata ta' Direttiva (COM(2006) 168 finali) għandha l-għan li tistabbilixxi qafas penali orizzontali u armonizzat sabiex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tal-proprjetà litterarja u artistika u drittijiet oħrajn simili mingħajr forma materjali (miġburin taħt it-terminu “drittijiet ta' proprjetà intellettwali”). Din tikkonċerna s-suq intern u ġiet imqanqla mill-bżonn ċar għal azzjoni Ewropea f'dan il-qasam, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Il-bażi legali hija l-Artikolu 95 tat-TKE.

3.2

Din tistabbilixxi qafas penali ġenerali li jiddefinixxi d-“drittijiet tal-proprjetà intellettwali” protetti, ir-reati marbutin ma' dawn id-drittijiet u s-sanzjonijiet penali massimi li jridu jiġu applikati sabiex tiġi armonizzata, fis-suq intern, il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni ta' l-oġġetti materjali, is-servizzi u l-proprjetà intellettwali u artistika protetti mil-liġi sostantiva Ewropea u mil-liġijiet nazzjonali, kif ukoll mill-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti inkluż il-ftehim TRIPS (2) iffirmat fl-1994 fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-proċeduri kriminali (3) li għandhom jiġu applikati fil-każijiet ta' ksur ta' drittijiet protetti speċifiċi.

3.3

Direttiva adottata fl-2004 diġà stabbilixxiet qafas ta' protezzjoni kontra l-kopji, il-piraterija u l-falsifikazzjoni (4) għal finijiet kummerċjali; lista dettaljata tad-drittijiet protetti taħt l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva ġiet stabbilita permezz ta' Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (5). Dawn id-drittijiet japplikaw għall-proprjetà industrijali (brevetti ta' invenzjoni u ċertifikati supplimentari, ċertifikati ta' utilità, ditti tal-fabbrika, indikazzjoni ta' l-oriġini, disinji u mudelli, u varjetajiet tal-pjanti) u tad-dritt ta' l-awtur u drittijiet relatati, kif ukoll drittijiet sui generis stabbiliti mil-liġi komunitarja dwar it-topografiji taċ-ċirkwiti elettroniċi u d-databases. Dawn huma drittijiet esklussivi, ikkunsidrati mil-liġi bħala li jagħmlu parti mid-drittijiet tal-proprjetà mingħajr forma materjali. Parti minn dawn id-drittijiet huma inklużi fl-acquis communautaire, kif ukoll koperti minn protezzjoni materjali komunitarja organizzata (disinji u mudelli, ditti tal-fabbrika, varjetajiet tal-pjanti) (6). Oħrajn, bħall-brevetti, jibqgħu esklussivament soġġetti għal-liġi nazzjonali, fl-istennija ta' brevett komunitarju mitlub mis-setturi industrijali kollha. Għalhekk, it-terminu “proprjetà intellettwali” proprjament ikopri qasam eteroġenu ħafna ta' drittijiet mingħajr forma materjali, b'karatteristiċi u statuti legali li huma differenti ħafna.

3.4

L-Istati Membri huma soġġetti għat-termini tal-Ftehim TRIPS, li jitlob l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni nazzjonali adegwata fir-rigward ta' proċeduri u ta' sanzjonijiet penali tal-falsifikazzjoni għall-finijiet kummerċjali. Madankollu, l-Istati Membri jgawdu minn ċerta libertà ta' interpretazzjoni, u barra minn hekk ċerti Stati għadhom ma adottawx miżuri penali proporzjonati għall-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jseħħu fuq it-territorju tagħhom, inkluż fost il-membri ta' l-UE. Id-Direttiva ta' l-2004 tippermetti għall-vittmi li jsofru minn ksur tad-drittijiet tagħhom li jiksbu kumpens, billi jġiegħlu lill-Istati Membri jinvestigaw, jibdew proċeduri, jikkonfiskaw (7) u jagħtu kumpens, bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni tad-dritt applikabbli u tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (8), kuntest fejn il-falsifikazzjoni hija abbundanti. Madankollu, din id-Direttiva tkopri biss il-proċedura u s-sanzjonijiet ċivili, kummerċjali u amministrattivi, li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jiksbu kumpensi għall-ħsarat ikkawżati lis-sidien tad-drittijiet protetti li bdew proċeduri kontra l-falsifikazzjoni. Barra minn hekk, xi Stati Membri għadhom ma trasponewx din id-Direttiva!

3.5

Il-protezzjoni tad-drittjiet tal-“proprjetà intellettwali” hija minquxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, dikjarazzjoni solenni adottata f'Nizza f'Diċembru 2000. Protezzjoni internazzjonali hija wkoll provduta u assigurata permezz tal-konvenzjonijiet konklużi fil-qafas ta' l-organizzazzjonijiet speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti (WIPO, UNESCO) jew fil-livell reġjonali (Konvenzjoni ta' Munich, 1973, li stabbilixxiet l-Uffiċċju Ewropew tal-Brevett u l-brevett Ewropew). S'issa huwa biss il-Ftehim TRIPS li jinkludi dispożizzjonijiet penali minimi. Il-proposta tal-Kummissjoni tipprova tikseb ċertu livell ta' armonizzazzjoni Komunitarja, billi tobbliga lill-Istati Membri sabiex jintroduċu sanzjonijiet penali fil-liġijiet interni tagħhom, b'definizzjonijiet ta' reati u standard komuni għall-penali.

3.6

Il-proposta emendata għal Direttiva għalhekk għandha l-għan li tqarreb il-livell tal-pieni għall-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tas-sentenzi ta' priġunerija, il-multi u l-konfiski. Tipprova tistabbilixxi regoli ta' kompetenza ġudizzjarja sabiex tiċċentralizza, jekk possibbli, il-proċeduri legali fi Stat Membru wieħed meta r-reat ikun jikkonċerna diversi Stati Membri, u sabiex tiffaċilita l-investigazzjonijiet. Huwa wkoll propost li l-vittmi jew ir-rappreżentanti tagħhom jiġu involuti f'dawn l-investigazzjonijiet.

3.7

Ir-reviżjoni prinċipali, fir-rigward tal-proposti preċedenti, tikkonsisti fl-istabbiliment tal-livell u tan-natura tas-sanzjonijiet penali applikabbli għall-persuni ħatja ta' kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, imfissra wkoll fil-proposta.

3.8

Il-persuni fiżiċi responsabbli mir-reati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva jiġu kkastigati b'sentenza ta' massimu ta' mill-inqas erba' snin priġunerija meta jkunu qegħdin jaġixxu taħt il-protezzjoni ta' organizzazzjoni kriminali jew meta r-reati jkunu ta' riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni (Artikolu 2, paragrafu 1).

3.9

Il-persuni fiżiċi u legali responsabbli mir-reati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva jkunu kkastigati b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disswasivi, li jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali ta' massimu ta' mill-inqas EUR 100 000 (EUR 300 000 għall-każijiet serji msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 1., mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' sentenzi aktar serji fil-każ ta' riskju ta' mewt jew diżabilità).

3.10

Il-liġi nazzjonali għandha tipprovdi għall-konfiska tal-prodotti foloz, ta' proprjetà u ta' strumenti relatati mar-reat, mill-inqas fil-każijiet serji (kriminalità organizzata, riskju ta' saħħa jew ta' sigurtà fuq il-persuni) (Art. 3).

3.11

Il-proposta emendata tippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw dispożizzjonijiet aktar stretti.

3.12

Wara l-irtirar ta' l-abbozz tad-deċiżjoni qafas tal-Kunsill li takkumpanja l-abbozz inizjali, il-Kummissjoni beħsiebha tapplika approċċ orrizontali fil-qafas tal-proċeduri penali adottati nhar it-23.12.2005, li għandhom l-għan li jagħtu sostenn lill-assistenza ġudizzjarja u jqarrbu l-livelli ta' multi f'pajjiżi differenti sabiex ikun jista' jiġi involut l-Eurojust (9).

3.13

L-Istati Membri huma responsabbli li jibdew l-investigazzjonijiet u l-proċeduri, li m'għandhomx jiddependu biss fuq l-ilment tal-vittmi.

4.   Osservazzjonijiet ġenerali tal-Kumitat

4.1

Il-Kumitat jinnota l-użu dejjem aktar ġeneralizzat tal-kunċett ambigwu, dak tal-“proprjetà intellettwali”, li jgħaqqad kunċetti legali distinti u metodi diversi ta' protezzjoni u ta' użu. Madankollu, dan it-terminu nxtered fil-liġi Ewropea u internazzjonali. In-natura, it-tul u l-iskop ta' kull wieħed mid-drittijiet mingħajr forma materjali kkonċernati jvarjaw b'mod konsiderevoli. Kull wieħed għandu l-qafas legali speċifiku tiegħu, validità territorjali differenti u istituzzjonijiet speċifiċi għar-reġistrazzjoni jew għall-protezzjoni, u barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-ksur ta' dawn id-drittijiet tista' tvarja minn pajjiż għall-ieħor u qiegħda tinbidel b'mod rapidu f'xi każijiet.

4.2

L-analiżi tal-komponenti tal-mediċini (mingħajr l-użu jew il-pubblikazzjoni tar-riżultat), jew l-inġinerija inversa tas-software jew tal-komponenti elettroniċi għall-iskop ta' interoperabilità jew l-eżerċizzju ta' dritt leġittimu bħad-dritt għar-riproduzzjoni privata permezz ta' tidwir bil-kliem ta' dispożizzjoni (ġeneralment dgħajfa ħafna) ta' protezzjoni jistgħu jikkostitwixxu falsifikazzjoni jew riproduzzjoni illiċita f'diversi Stati Membri, fejn il-multi jistgħu wkoll ikunu għolja, anke fin-nuqqas ta' skop kummerċjali jew kriminali.

4.2.1

Il-Kumitat diġà stqarr favur ġlieda koordinata fil-livell komunitarju kontra d-diversi forom ta' falsifikazzjoni kummerċjali li tolqot lill-ekonomija Ewropea, u favur it-trażżin ta' diversi reati kontra d-drittijiet tal-proprjetà industrijali u d-drittijiet ta' l-awtur (10) li joħolqu ħsara serja lill-ekonomija Ewropea. Il-falsifikazzjoni fuq skala wiesa' sikwit titwettaq minn organizzazzjonijiet kriminali jew minn gruppi organizzati u tista' tkun ta' perikolu għas-saħħa, għas-sigurtà u għall-ħajja tal-persuni: dawn l-aħħar każijiet iridu jitqiesu bħala ċirkustanzi aggravanti meta jiġu determinati s-sanzjonijiet penali. L-abbozz ta' Direttiva għandu jżomm il-prinċipju ta' żjieda fil-multi fiċ-ċirkustanzi kollha li jitqiesu bħala aggravanti.

4.2.2

Bħal fil-każ tad-Direttiva ta' l-2004, il-Kumitat japprova l-fatt li l-armonizzazzjoni proposta tikkonċerna biss il-ksur imwettaq fuq skala kummerċjali, u għalhekk, ta' natura li sostenzjalment jista' jolqot is-suq uniku. Ikun ukoll utli li t-terminu “kummerċjali” jiġi definit b'mod aktar ċar, per eżempju billi jiġi preċiżat li l-prodotti jew is-servizzi falsifikati huma destinati għal bejgħ bi kwantitajiet kbar biżżejjed li joħolqu telf finanzjarju sinjifikanti jew li huma perikolużi irrispettivament mill-kwantitajiet mibjugħa, u li, fi kwalunkwe każ, il-persuni li jwettqu dawn ir-reati jaġixxu bi skop li jiksbu vantaġġ finanzjarju illegali. L-applikazzjoni tas-sanzjonijiet penali tissopponi theddida ċara għall-ordni pubblika, u din it-theddida tista' tvarja fl-intensità u fil-gravità: ir-reat u l-multa jridu jkunu proporzjonati għat-theddida, iżda wieħed jista' jiddubita mill-fatt jekk id-distinzjonijiet bejn “ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq skala kummerċjali” u “ksur gravi” humiex ċari u jekk is-severità tal-multi tikkorrespondix għall-prinċipju tal-proporzjonalità inerenti għal-liġi penali. Barra minn hekk, l-iskambji privati ta' fajls fuq l-internet jew ir-riproduzzjoni (jew ir-remix tal-mużika), jew ir-rappreżentazzjoni ta' xogħlijiet, materjali jew intellettwali fil-qafas familjali jew privat jew għall-finijiet ta' studju jew ta' speriment huma esklużi b'mod impliċitu mill-qasam ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni proposta. Ikun xieraq li din l-esklużjoni tkun ċara.

4.2.3

Il-Kumitat irid ifakkar li d-drittijiet ta' forma mhux materjali milqutin mill-falsifikazzjoni m'humiex drittijiet assoluti. Kull dritt ikkonċernat għandu l-ispeċifiċitajiet proprji tiegħu, u bi prinċipju, jikkonċedi esklussività u monopolju temporanju fl-użu kummerċjali, li jvarja fit-tul u fil-validità ġeografika. Fi kliem ieħor, jikkostitwixxi miżura protezzjonista limitata fiż-żmien (bi skambju tal-pubblikazzjoni ta' l-invenzjonijiet fil-każ tal-brevetti, u xogħlijiet intellettwali fil-każ tad-dritt ta' l-awtur). Iżda t-titulari tal-liċenzji u l-utenti awtorizzati jew bona fide ta' prodotti u servizzi jew xogħlijiet intellettwali wkoll għandhom id-drittijiet, xi kultant estensivi ħafna fil-qafas ta' ċerti liċenzji (11). Diversi sistemi interni ta' liġi jinkludu inkonsistenzi u jqiegħdu d-drittijiet tal-produtturi, tad-distributuri u ta' l-industriji qabel id-drittijiet tal-konsumaturi. L-intenzjoni li jiġu introdotti fil-liġi nazzjonali sanzjonijiet penali iebsin f'numru ta' pajjiżi tidher li qiegħda tkompli iżżid ma' dan il-preġudizzju. Dan iwassal għal paradoss fejn il-multa massima għal ksur fuq skala kummerċjali stabbilita fil-proposta ta' direttiva tista' tkun ugwali jew inqas mill-multa massima għal ksur wieħed!

4.2.4

Il-Kumitat jixtieq li l-Kummissjoni tagħti bidu, per eżempju billi twettaq studju komparattiv fil-profond tal-liġi nazzjonali wara t-traspożizzjoni, analiżi bir-reqqa tal-liġi penali nazzjonali fid-dawl tal-liġi penali komunitarja, sabiex tassigura armonizzazzjoni ġenwina fl-UE kollha. Dan huwa partikolarment importanti fil-qasam tad-dritt ta' l-awtur u d-drittijiet relatati, fejn it-tfassil dejjem aktar strett ta' leġislazzjoni xi kultant jirriżulta f'livelli ta' sanzjonijiet jew ta' multi li mhumiex proporzjonati u li m'għandhom l-ebda skop ġenwin peress li l-mudelli kummerċjali għad-distribuzzjoni tax-xogħlijiet għadhom ma ġewx totalment żviluppati, bl-eliminazzjoni programmata ta' kopji mhux awtorizzati ta' DRM (sistemi ta' protezzjoni kontra l-kopji) fuq perijodu fil-qasir, u peress, li f'ċerti każi, it-taxxa fuq l-għodda ta' sostenn tikkumpensa b'mod wiesa' lit-titulari tad-drittijiet kontra riproduzzjoni mhux awtorizzata.

4.3   Osservazzjonijiet partikolari

4.3.1

Il-Kumitat jixtieq li tingħata definizzjoni aktar ċara tan-natura tar-reat ta' ħtija morali għall-offiżi ta' falsifikar u ta' imitazzjoni ta' prodotti jew ta' servizzi li jaqgħu taħt il-proprjetà intellettwali. Offiża penali għandha tinkludi element intenzjonali min-naħa ta' dak li jwettaq ir-reat, jew tal-kompliċi tiegħu: il-Ftehim TRIPS jirreferi għal “att volontarju ta' falsifikazzjoni”, u d-direttiva titkellem dwar att intenzjonat, li jkun sar apposta. L-offiża tinkludi wkoll element materjali, fi kliem ieħor it-twettiq ta' l-offiża, jew mill-inqas it-tentattiv li ssir l-offiża. Dawn iż-żewġ elementi huma kumulattivi; l-intenzjoni biss ma tikkostitwixxix offiża (sakemm ma nwaqqfux pulizija tal-ħsieb). Iżda, l-inċitament għat-twettiq ta' reat jista' jiġi stabbilit biss jekk “ix-xewwiex” iforni l-għodod (ġeneralment illegali) għall-iskop speċifiku li jitwettaq ir-reat. Barra minn hekk, il-Kumitat jemmen li l-provvediment biss ta' materjali jew ta' software li jintużaw b'mod wiesa', jew ta' l-aċċess għall-Internet, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala kompliċità jew reat “ta' inċitament” (li ġeneralment jeżisti biss f'numru limitat ta' sitwazzjonijiet penali, u li huwa diffiċli li jiġi ppruvat) jekk dawn il-mezzi jintużaw mill-falsifikaturi. Il-kunċett ta' kompliċità għandu jkun suffiċjenti fil-liġi komunitarja, peress li l-kwistjoni ta' ko-awturi hija regolata fid-dettall mil-liġijiet nazzjonali. Inkella, dan jista' jwassal għal kundanni fin-nuqqas ta' elementi intenzjonali, li jistgħu joħolqu inċertezzi legali kbar għal numru ta' fornituri ta' tagħmir jew ta' servizzi.

4.3.2

Ir-riproduzzjoni illegali ta' xogħlijiet, mudelli, proċeduri jew invenzjonijiet protetti minn monopolju temporanju tikkostitwixxi l-offiża ta' falsifikazzjoni. Huwa importanti li wieħed jibqa' mad-definizzjoni, mingħajr ma din tiġi estiża sabiex tinkludi l-piraterija (li ġeneralment tinvolvi l-aċċess frodulenti fis-sistemi ta' l-informatika sabiex jinkiseb il-kontroll tagħhom u tinsteraq id-data jew tintuża l-bandwidth, ġeneralment għal finijiet illegali). Il-piraterija hija differenti mill-falsifikazzjoni fis-sens strett, u definizzjonijiet stretti għandhom jibqgħu jiġu applikati għar-reati penali. Id-dħul mhux awtorizzat f'sistemi informatiċi, is-serq ta' data jew ta' bandwith, u attakki fuq il-privatezza għandhom mingħajr dubju jkunu soġġetti għal proċeduri penali approprijati, iżda dawn ma jikkostitwixxux direttament il-falsifikazzjoni. Il-ġlieda kontra l-piraterija ta' l-informatika għandha ssir b'mod speċifiku, anke jekk il-kunċetti jintużaw b'mod impreċiż f'numru ta' dikjarazzjonijiet politiki, li għandhom tendenza li jużaw kelma flok oħra u joħolqu livell ta' konfużjoni. Il-piraterija ta' l-informatika tintuża minn organizzazzjonijiet ta' terroristi u għandha tkun iċ-ċentru ta' attenzjoni speċjali u kooperazzjoni internazzjonali adattata.

4.3.3

It-terminu “organizzazzjoni kriminali” jew ta' kriminalità organizzata użata fil-memorandum ta' spjegazzjoni għandu jkun ikkompletat bit-terminu ta' “grupp organizzat”, peress li t-terminu diġà jeżisti bħala ċirkostanza aggravanti f'ċerti leġislazzjonijiet penali. Falsifikazzjoni kummerċjali li sseħħ minn grupp organizzat jew fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali għandha tikkostitwixxi ċirkostanza aggravanti, li tiġġustifika multi jew pieni ħorox.

4.3.4

Il-Kummissjoni tindika li l-Istati Membri huma ħielsa li jadottaw multi aktar ħorox jew li jippenalizzaw atti oħra. Dan jista' jiġi interpretat bħala tħeġġiġ sabiex jiġu imposti penali fuq atti mhux kummerċjali jew ukoll sabiex tiġi estiża d-definizzjoni tal-falsifikazzjoni kriminali għal atti li b'mod strett ma jikostitwixxux ir-riproduzzjoni jew l-ikkopjar ta' prodott, proċedura jew xogħol intellettwali.

4.3.5

Il-Kumitat għandu riservi fuq il-fatt li l-liġi komunitarja u ċerti sistemi oħrajn ta' liġi nazzjonali qegħdin jassimilaw software ta' l-ikkopjar li jistgħu iqarrqu jew iħassru s-sistemi DRM (12) (sistemi, tagħmir jew software kontra r-riproduzzjoni, sikwit ineffettivi u mhux encrypted), bil-falsifikazzjoni ta' sistemi DRM, filwaqt li dak li qiegħed jiġi definit bħala “falsifikazzjoni” ma jikkostitwixxix ikkopjar jew riproduzzjoni tas-sistema oriġinali. Barra minn hekk, is-sistemi DRM m'humiex standard. Dawn jiddependu minn pjattaforma jew minn fornitur, u l-format tal-fajls jistgħu jkollhom brevett, u dan jikkostitwixxi xkiel għall-interoperabilità jew ikun maħsub li joħloq suq 'ilsir' billi tiġi eliminata l-kompetizzjoni. Il-ħolqien u l-użu ta' metodi ta' kkopjar sabiex il-konsumatur jew l-intrapriżi titulari ta' liċenzja ta' software ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom (ikkopjar għal użu personali, bħala backup u għal użu fuq diversi tagħmir standard) m'għandux ikun ippenalizzat fih innifsu, iżda biss jekk ikun hemm l-element intenzjonali jew dak materjali ta' reat fuq skala kummerċjali.

4.3.6

Il-Kumitat jappoġġja l-prinċipju li l-azzjoni penali pubblika tkun indipendenti minn kwalunkwe azzjoni ċivili jew akkużi kriminali li jinbdew mill-vitma. Fil-fatt, f'kuntest dominat minn organizzazzjonijiet kriminali tal-mafja, il-vittmi jistgħu jsibuha bi tqila li jibdew proċeduri sabiex jipproteġu d-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-falsifikazzjoni kummerċjali, b'mod partikolari meta mwettqa minn grupp kriminali organizzat jew minn organizzazzjonijiet kriminali, saħansitra terroristi, tolqot l-ekonomija u l-benesseri soċjali. Il-ġlieda kontriha għandha tkun ir-responsabilità ta' l-Istat.

4.3.7

Il-Kumitat jittama li kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri tkun tista' twassal għal ġlieda effettiva kontra n-netwerks internazzjonali tal-falsifikazzjoni, b'mod partikolari dawk marbutin ma' l-organizzazzjonijiet kriminali u ma' l-attivitajiet ta' ħasil ta' flus. F'dan il-kuntest, wieħed ifakkar li numru minn dawn in-netwerks joperaw minn pajjiżi terzi u li huwa indispensabbli li l-azzjoni tkun estiża lil hinn mill-fruntieri ta' l-Unjoni permezz tal-mezzi offruti mil-liġi internazzjonali.

4.3.8

Fil-livell komunitarju, il-Kumitat jemmen li timijiet komuni ta' investigazzjoni mill-pulizija għandhom jaħdmu flimkien mat-timijiet doganali kif ukoll mal-vittmi tal-falsifikazzjoni jew l-esperti maħtura minnhom. Il-KESE jilqa' l-fatt li l-vittmi għandhom jiġu involuti fil-proċeduri ta' investigazzjoni, iżda jirrakkomanda li r-rwol tagħhom għandu jkun illimitat għall-provvediment ta' informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi. Ikun inapproprijat li wara akkuża ta' falsifikazzjoni kummerċjali, intrapriża tkun involuta fil-kontrolli ta' l-attivitajiet jew il-konfiska ta' proprjetà ta' kompetitur, li jitqies bħala innoċenti sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor mill-Qorti. Għall-Kumitat huwa importanti li jiġu evitati tendenzi lejn ġustizzja privata jew indħil abbusiv fil-proċeduri penali min-naħa ta' persuni li m'għandhom l-ebda awtorità pubblika.

4.3.9

Fl-aħħar, il-Kumitat huwa mħasseb bit-tendenza dejjem tikber li n-netwerks ta' l-Internet jittieħdu għall-skopijiet kummerċjali u bit-talbiet ta' estensjoni f'dan is-settur ta' attivitajiet tas-sanzjonijiet penali previsti fil-Ftehim TRIPS, kif jidher biċ-ċar fir-rapport 2006 tad-Dipartiment tal-Kummerċ ta' l-Istati Uniti dwar il-Kapitoli 301 u Super 301 (13), fl-applikazzjoni tat-Trattati WIPO dwar il-proprjetà intellettwali fuq l-Internet, li huwa għodda b'xejn fil-qasam pubbliku u oġġett komuni universali.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  L-opt in tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda u l-eżenzjoni mid-Danimarka mhux ser jibqgħu jiġu opposti għal-leġislazzjoni, bħalma huwa l-każ għall-inizjattivi rilevanti taħt it-tielet pilastru.

(2)  Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali marbutin mal-kummerċ.

(3)  Artikolu 61 TRIPS.

(4)  Direttiva 2004/48/KE dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(5)  Dikjarazzjoni 2005/295/KE tal-Kummissjoni dwar l-intepretazzjoni ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva hawn fuq imsemmija.

(6)  Bl-eċċezzjoni konsiderevoli tal-brevett komunitarju, li għadu fi stat inċert (NdA).

(7)  Deċiżjoni qafas tal-Kunsill 2005/212/JHA dwar il-konfiska ta' prodotti, strumenti u oġġetti b'rabta mar-reati (falsifikazzjoni, piraterija) (ĠU L 68 tal-15.3.2005).

(8)  Abbozz ta' deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Il-falsifikazzjoni tista' tikkontribwixxi wkoll fl-iffinanzjar ta' netwerks terroristi; il-ħasil ta' flus u l-falsifikazzjoni huma wkoll atti kriminali li għandhom jiġi miġġielda b'mod vigoruż.

(9)  COM(2005) 696 finali.

(10)  Ara l-opinjoni ta' Malosse (ĠU Ċ 221, 7.8.2001).

(11)  “Creative Commons Licence”, “General Public Licence”, “BSD”, liċenzja ħielsa awdjo-viżwali tal-BBC, eċċ.

(12)  Digital Rights Management (ġestjoni tad-drittijiet diġitali, ewfemiżmu għal “protezzjoni kontra l-kopji”).

(13)  2006 SPECIAL 301 REPORT USA.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/8


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Potenzjal ta' l-intrapriża, speċjalment ta' l-SMEs (l-Istrateġija ta' Lisbona)”

(2007/C 256/03)

Nhar l-14 ta' Settembru 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 31 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jinkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tħejjurapport ta' informazzjoni dwar Il-potenzjal ta' l-intrapriża, speċjalment ta' l-SMEs (l-Istrateġija ta' Lisbona).

Fis-sessjoni plenarja ta' l-14 u l-15 ta' Marzu 2007, ġie deċiż li r-rapport ta' informazzjoni jiġi trasformat f'opinjoni fuq inizjattiva proprja (Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Mejju 2007 2007. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Faes.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'123 voti favur, vot wieħed kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Daħla

1.1

Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Marzu 2006 jitolbu għal rapporti sommarji mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b'appoġġ għall-Isħubija għat-Tkabbir u l-Impjieg kmieni fl-2008.

1.2

B'żieda ma' dan, il-Kunsill Ewropew ippropona oqsma speċifiċi għall-azzjonijiet ta' prijorità għall-perijodu 2005-2008:

i.

investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni

ii.

il-potenzjal tal-kummerċ, speċjalment ta' l-SMEs (l-Istrateġija ta' Lisbona)

iii.

l-użu ta' kategoriji ta' prijorità (…)

iv.

id-definizzjoni ta' Politika ta' Enerġija għall-Ewropa (…)

v.

il-miżuri li għandhom jittieħdu f'kull livell sabiex jinżamm il-momentum taħt il-pilastri kollha ta' l-Isħubija għat-tkabbir u l-impjieg (…).

2.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

2.1

Minkejja li l-Istrateġija ta' Lisbona pproduċiet riżultati pożittivi, s'issa għadha ma tatx riżultati kompluti, b'mod partikulari, fl-oqsma tat-tkabbir ekonomiku u industrijali u l-ħolqien ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar. F'termini ta' kompetizzjoni globali, l-Ewropa qiegħda tiffaċċja sfidi minn kompetituri tradizzjonali u iktar riċenti li ma tistax tittratta magħhom b'mod adegwat.

2.2

L-intrapriżi ta' l-Ewropa qegħdin jiffaċċjaw suq uniku mhux komplut fejn jistgħu joperaw, speċjalment fir-rigward ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' taxxa, l-implimentazzjoni wisq bil-mod tad-direttivi mill-Istati Membri, il-piż amministrattiv li fadal, in-nuqqas ta' mobilità tax-xogħol. L-SMEs, b'mod partikulari għandhom diffikultajiet sabiex jegħlbu dawn l-ostakli.

2.3

Sfidi oħra li jridu jingħelbu huma n-nuqqas ta' intraprenditorija, ix-xjuħija tal-popolazzjoni u l-effet tagħħa fuq l-intraprenditorija, il-provvista tax-xogħol u ħtieġa ikbar għal enfasi fuq it-trasferiment ta' l-intrapriża, l-aċċess għall-finanzi fil-fażi tal-bidu u t-tkabbir, l-aċċess għar-riżultati tar-riċerka u l-opportunitajiet ta' innovazzjoni li dawn joħolqu.

2.4

L-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs) jaqdu rwol ewlieni fil-ksib ta' l-għanijiet ta' Lisbona. Madankollu, il-kontribuzzjoni neċessarja tagħhom ġiet ittraskurata fl-ewwel snin ta' l-implimentazzjoni. B'mod speċjali l-involviment ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-SMEs fl-evalwazzjoni tal-progress għandu jiġi żviluppat aħjar kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' l-SMEs fil-livelli kollha tal-politika. Fl-okkażjoni tar-reviżjoni li jmiss tal-linji ta' gwida integrati għat-tkabbir u l-impjieg għas-snin 2008-2010, il-KESE jsejjaħ għal linji ta' gwida għall-SMEs li jkunu indirizzatiaħjar u aktar effettivi, speċjalment fir-rigward tal-kapitolu dwar ir-riformi mikro-ekonomiċi. Sabiex jiġu implimentati bis-sħiħ fil-proċess, il-KESE jħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jagħti bażi legali lill-Karta għall-Intrapriżi ż-Żgħar — kif mitlub mill-Parlament — sabiex tissaħħaħ il-bażi għal azzjoni addizzjonali. Il-linji u azzjonijiet ta' politika li ġejjin huma meqjusa bħala kruċjali sabiex jiġi żviluppat il-potenzjal intraprenditorjali ta' l-SMEs.

2.4.1

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jagħmlu kull sforz sabiex jikkontribwixxu lejn il-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiċ-Ċokon”, prinċipju ewlieni fil-leġislazzjoni kollha rilevanti.

2.4.2

Il-KESE jsejjaħ għal “Sena ta' l-Intraprenditur” fl-2009 sabiex jiġi enfasizzat ir-rwol ewlieni li jaqdu l-intraprendituri għat-tkabbir u l-benesseri u sabiex jistimola liż-żgħażagħ u oħrajn sabiex jikkunsidraw l-intraprenditorija bħala karriera.

2.4.3

Il-KESE jsejjaħ għal sforzi sabiex jiġi assigurat Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni effettiv, li jipprovdi appoġġ effiċjenti u aċċess faċli lill-SMEs; isejjaħ ukoll sabiex is-7 Programm ta' Qafas għall-Iżvilupp u r-Riċerka u l-Fondi Strutturali jiffaċilitaw l-aċċess għall-SMEs. L-effikaċja u l-aċċessibilità ta' dawn il-programmi kif ukoll JEREMIE għandhom ikunu sorveljati b'mod strett.

2.4.4

Il-beni l-iktar prezzjuż ta' kumpanija huwa l-kapital uman. Strutturi adegwati ta' appoġġ, offerti ta' taħriġ magħmula apposta u inċentivi finanzjarji ddisinjati tajjeb għandhom jgħinu lill-SMEs sabiex itejbu l-kompetenzi u l-ħiliet tal-ħaddiema kif ukoll ta' l-intraprendituri billi jinvestu fit-taħriġ kontinwu.

2.4.5

Il-KESE jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel analiżi ta' l-involviment ta' l-SMEs fil-programmi komunitarji. Jekk il-parteċipazzjoni m'hijiex meqjusa bħala suffiċjenti, persentaġġ minimu għandu jkun obbligatorju.

2.4.6

L-akkwist pubbliku huwa strument importanti li jgħin lill-SMEs sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. L-involviment ta' l-SMEs għandu jkun sorveljat b'mod strett, u l-miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-Akkwist Pubbliku għandhom jiġu żviluppati. L-iskambju ta' l-aħjar prassi għalhekk għandu jkun imħeġġeġ.

2.4.7

Għandha tinħoloq struttura ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni għal politika ta' l-SMEs li hija reali, effiċjenti u effettiva fil-programmi, azzjonijiet u miżuri leġislattivi kollha.

2.4.8

Huwa meħtieġ li jitfasslu miżuri speċjali għall-promozzjoni u t-tijib ta' l-aħjar prassi marbuta ma' l-SMEs u t-tkabbir tal-kompetittività, speċjalment f'dawk ir-reġjuni b'livell baxx ta' żvilupp Ewropew. Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati permezz ta' organizzazzjonijiet għall-SMEs.

3.   Ġenerali

3.1

L-Istrateġija ta' Lisbona hija magħrufa l-aħjar, b'manjiera riduttiva, bħala impenn sabiex l-Ewropa ssir l-iktar ekonomija dinamika, kompetittiva, ibbażata fuq l-għarfien fid-dinja sas-sena 2010. Minbarra l-punti prinċipali, il-Kunsill adotta wkoll il-Karta ta' L-intrapriżi ż-Żgħar f'Ġunju 2000 f'Santa Maria da Feira.

3.2

Il-Kumitat ifakkar li mill-bidu nett, il-mandat ta' Lisbona ta' l-24 ta' Marzu 2000:

enfasizza l-ħtieġa għall-involviment attiv ta' l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-istrateġija, bl-użu ta' forom varjabbli ta' l-isħubija;

speċifika li s-suċċess tagħha jiddependi primarjament fuq is-settur privat u l-isħubiji pubbliċi-privati u fuq l-involviment kemm ta' l-Istati Membri kif ukoll ta' l-Unjoni;

immira lejn żvilupp bilanċat tat-tliet elementi tiegħu, jiġifieri t-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u s-sostenibilità ambjentali, billi jiġu stimolati l-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta' l-impjieg filwaqt li fl-istess ħin isir żvilupp tal-politiki ambjentali adattati.

3.3

Fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f'Marzu 2005, il-Kunsill ipproċeda għar-reviżjoni ta' nofs it-term ta' l-Istrateġija ta' Lisbona u ddeċieda li jniedi l-proċess mill-ġdid billi jerġa' jiffoka fuq it-tkabbir u l-impjieg bħala l-prijoritajiet politiċi ewlenin. Intlaħaq ftehim fuq il-linji ta' gwida integrati għat-tkabbir u l-impjieg (1) li għandhom irawmu l-koerenza tal-miżuri tar-riforma u jipprovdu pjan ta' direzzjoni għad-disinn ta' programmi nazzjonali għar-riforma.

3.4

Fl-evoluzzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, it-tfittxija għall-kompetittività u t-tkabbir hija karatteristika essenzjali għat-twettiq ta' benesseri ekonomiku mtejjeb, il-ħolqien ta' l-impjieg, il-ħarsien tal-kwalità ta' l-istil ta' ħajja kif ukoll fit-titjib tagħhom. Mill-banda l-oħra, kwalità aħjar tal-ħajja, titjib soċjali u sostenibilità ambjentali jistgħu joħolqu t-tkabbir ukoll. L-oqsma fejn l-Istrateġija ta' Lisbona s'issa għadha ma pproduċietx riżultati, huma t-tkabbir ekonomiku u industrijali u l-ħolqien ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar. F'termini ta' kompetizzjoni globali, l-Ewropa qiegħda tiffaċċja d-diffikultajiet. Mit-tnedija tal-proċess ta' Lisbona, l-UE għaddiet minn tkabbir kbir minn 15 sa 25 imbagħad 27 Stat Membru.

3.5

Il-Kumitat l-ewwel jixtieq jinnota li l-Istrateġija ta' Lisbona diġà ppermettiet numru ta' żviluppi pożittivi inklużi:

għarfien tal-bżonn għar-riforma li tmur lilhinn mid-diviżjonijiet tradizzjonali;

espansjoni aċċelerata tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-proċessi ta' l-innovazzjoni;

appoġġ miżjud għat-tnedija ta' intrapriżi u l-iffinanzjar ta' SMEs;

preokkupazzjoni akbar għal żvilupp sostenibbli li jkun ddisinjat sabiex inaqqas id-defiċits pubbliċi, jerġa' jrodd lura l-istabilità fil-baġit tal-ħarsien soċjali u jħares lill-ambjent;

inizjattivi min-naħa ta' l-imsieħba soċjali fir-riforma soċjali;

miżuri li jissemplifikaw il-proċeduri legali u amministrattivi, minkejja l-impatt limitat li kien hemm s'issa.

3.6

Minkejja dawn il-punti pożittivi, l-osservazzjoni ewlenija hija li l-Ewropa, maqbuda bejn il-kompetituri l-kbar industrijalizzati tagħha u ekonomiji ġodda bi spiża baxxa ta' produzzjoni li qegħdin jagħmlu użu ikbar mit-teknoloġiji l-ġodda, qiegħda tiffaċċja sfidi kompetittivi li kulma jmur qegħdin dejjem jikbru. Bosta indikaturi jagħtu lok għat-tħassib, per eżempju:

domanda domestika aktar dgħajfa, investiment imnaqqas, rati ta' produttività u tkabbir fl-Unjoni Ewropea, li jġagħluha titlef meta mqabbla mal-kompetituri ewlenin tagħha u swieq promettenti;

il-globalizzazzjoni li qiegħda twassal għall-integrazzjoni ta' pajjiżi ġodda fis-sistema ekonomika internazzjonali;

in-nuqqas li jinkisbu l-objettivi fir-rigward ta' l-impjieg;

il-kontinwazzjoni ta' defiċits pubbliċi f'bosta Stati Membri, minkejja li m'humiex dejjem l-istess;

id-differenza vasta bejn ir-regoli tat-tassazzjoni u r-rati tat-taxxa għall-intrapriżi;

il-piż amministrattiv li għad fadal fuq l-intrapriżi u l-implimentazzjoni bil-mod tad-direttivi fl-Istati Membri;

ix-xjuħija tal-poplazzjoni ta' l-Ewropa li ser tkun ta' strapazz enormi fuq il-finanzi pubbliċi u l-provvista tax-xogħol;

it-theddida tas-skarsezza tar-riżorsi li qiegħda tiżdied jew il-volatilità tal-prezzijiet, il-bidla klimatika u t-telf tal-bijodiversità;

in-nuqqas ta' mobilità tax-xogħol li huwa kruċjali għat-twettiq tas-suq intern;

iċ-ċaqliq ta' kumpaniji fl-Ewropa lejn swieq ġodda u li qegħdin jikbru b'pass mgħaġġel;

l-interess biered taċ-ċittadini Ewropej fl-Unjoni Ewropea.

3.7

Fl-istess ħin, ir-riformi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona għadhom lura:

3.7.1

Fil-livell Ewropew, l-Istati Membri ddeċidew li s-suq uniku kellu jiġi komplut f'bosta oqsma (l-enerġija, is-servizzi, l-akkwist pubbliku, in-netwerks trans-Ewropej, l-adattament tas-servizzi pubbliċi), iżda jinqgħu lura milli jimplimentawil-miżuri neċessarji fil-ħin stipulat.

3.7.1.1

Fil-livell Ewropew, mis-snin 90 il-Kummissjoni ħadet ammont kbir ta' inizjattivi sabiex l-ewwelnett tifhem aħjar il-ħtiġijiet u l-ħidma ta' l-SMEs u t-tieninett sabiex tappoġġja l-iżvilupp tagħhom u tgħinhom jisfruttaw aħjar il-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi. Dawn l-azzjonijiet ġew rinfurzati f'dawn l-aħħar snin bin-nomina ta' Rappreżentant Speċjali (envoy) għall-SMEs, il-pjan ta' azzjoni għall-intraprenditorija adottat fl-2004, u l-isforzi għal leġislazzjoni aħjar, aċċess aħjar għall-finanzi (FEI u BEI), il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP).

3.7.2

Fil-livell nazzjonali, ir-riżultati jvarjaw, u l-insuffiċjenzi jikkonċernaw l-iktar:

il-kumplessità strutturali tar-regolamenti u l-proċeduri amministrattivi;

ir-rati għolja tal-qgħad, speċjalment għal xi gruppi identifikati;

ir-rata għolja ta' l-irtirar bikri, minkejja l-impenji li ttieħdu;

sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ li ma jkunux ġew adattati, speċjalment fejn jidħlu l-ħiliet intraprenditorjali u ta' l-ICT;

il-provvista insuffiċjenti tal-possibilitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja;

l-infiq fuq ir-riċerka li naqas b'mod ġenerali, minflok ma jiżdied bil-għan li jilħaq ir-rata ta' Lisbona li ġiet stabbilita għal 3 % tal-Prodott Gross Domestiku;

in-nuqqas ta' innovazzjoni, minkejja li t-tabella ta' valutazzjoni l-iktar riċenti dwar l-innovazzjoni turi riżultati aħjar;

in-nuqqas ta' aċċess għall-finanzi għall-SMEs, flimkien ma' nuqqas ta' għarfien dwar il-possibilitajiet, saħansitra fil-livell Ewropew;

il-kontinwazzjoni tad-defiċits baġitarji minkejja li m'humiex dejjem fl-istess pajjiżi.

3.7.3

L-Istati Membri l-ġodda ta' sikwit ikollhom jegħlbu ostakli addizzjonali minħabba f'differenza fl-iżvilupp, per eżempju fl-impjieg, it-teknoloġiji jew l-ambjent, minkejja li dawn l-ostakli xi kultant jiġu kumpensati b'miżuri ta' tiġdid li huma iktar radikali minn dawk fl-UE-15.

3.8

Nirreferi għar-rapport imħejji mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) b'talba mill-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2005, li jippreżenta r-riżultati tal-konsultazzjoni tal-KESE ma' l-imsieħba tiegħu, fl-Istati Membri kollha u fil-livell Ewropew, dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona u r-rwol ta' l-imsieħba soċjali u l-komponenti oħra tas-soċjeta ċivili organizzata (2). Numru ta' rapporti dwar l-Istrateġija ta' Lisbona u aspetti speċifiċi tagħha ġew ippubblikati mill-Kumitat f'dawn l-aħħar snin (3).

4.   It-titjib fil-potenzjal ta' l-intrapriża, speċjalment ta' l-SMEs

4.1   L-importanza ta' l-SMEs fl-ekonomija Ewropea

4.1.1

Il-maġġoranza l-kbira ta' l-intrapriżi (99.8 %) fl-Ewropa huma SMEs. Il-kumpanija tipika Ewropea hija mikro-kumpanija (91 %); 7 % huma intrapriżi żgħar. Mhux talli l-biċċa l-kbira ta' l-intrapriżi fl-Ewropa huma żgħar, iżda jsarrfu wkoll f'ammont sinifikanti ta' l-esperjenza Ewropea tax-xogħol (żewġ terzi ta' l-impjiegi fis-settur privat) u attività ekonomika (57 % tal-Prodott Gross Nazzjonali) (4).

4.1.2

Sabiex jitjieb il-monitoraġġ tal-prestazzjonijiet ta' l-SMEs, il-KESE jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tniedi mill-ġdid l-attivitajiet ta' l-Osservatorju Ewropew għall-SMEs.

4.1.3

L-SMEs huma l-muturi ewlenin li jiġġeneraw l-impjiegi, li jirrappreżentaw wieħed mis-sorsi prinċipali ta' dħul għall-baġit nazzjonali (taxxi, VAT, eċċ.), li joffru l-opportunità ta' suċċess professjonali u soċjali għal parti mdaqqsa tal-popolazzjoni, speċjalment fl-iktar settur attiv u innovattiv tiegħu, li jmexxi l-ekonomija 'l quddiem. Barra minn hekk, dawn jassiguraw il-komponent ewlieni ta' sfond ekonomiku favorevoli għall-ekonomija tas-suq, karatterizzata mill-flessibilità, l-innovazzjoni u d-dinamiżmu, u li jirrappreżentaw iż-żerriegħa tal-kumpaniji l-kbar tal-ġejjieni speċjalment f'setturi ekonomiċi ġodda bbażati fuq teknoloġiji kumplessi.

4.2   Il-Kompetittività

4.2.1

L-enfasi fuq il-kompetittività tirrikonoxxi l-ħtieġa li tinkiseb kompetittività sostenibbli f'ekonomija miftuħa u globali permezz tat-titjib fl-użu tagħna tat-teknoloġiji ġodda, l-identifikazzjoni ta' taħriġ vokazzjonali aktar effettiv, l-assigurazzjoni li l-impjegati huma kkwalifikati tajjeb u t-titjib fil-produttività. Il-kunċett ta' kwalità (kwalità ta' merkanzija, servizzi, regolamentzzjoni, gvernanza, impjieg, relazzjonijiet soċjali u l-ambjent) huwa ċentrali għall-istrateġija.

4.2.2

Sabiex tiġi assigurata l-istabilità ekonomika, l-Istati Membri għandhom iżommu l-objettivi baġitarji ta' nofs it-term tul iċ-ċiklu ekonomiku jew jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji. Soġġett għal dan, l-Istati Membri għandhom jevitaw il-politiki fiskali pro-ċikliki. L-Istati Membri li qegħdin jippreżentaw defiċits tal-kont kurrenti li qegħdin fir-riskju li ma jkunux sostenibbli għandhom jaħdmu sabiex jikkoreġuhom billi jimplimentaw ir-riformi strutturali sabiex isaħħu l-kompetittività esterna u sabiex jikkontribwixxu lejn il-korrezzjoni tagħhom permezz ta' politiki vijabbli. Dawn il-miżuri jirrappreżentaw il-minimu minħabba x-xjuħija tal-popolazzjoni Ewropea.

4.2.3

Il-KESE huwa tal-fehma li ser ikun possibbli li jiġu eliminati l-ostakoli fl-Ewropa li qegħdin jonħqu rkupru ekonomiku sostenibbli u aktar wiesa' biss jekk ikun hemm bidla radikali fil-politiki ekonomiċi u b'mod partikulari l-politiki makro-ekonomiċi. L-UE għandha taġġixxi minn ġewwa jekk ser tmexxi lill-ekonomija Ewropea lura għat-triq tat-tkabbir u l-okkupazzjoni sħiħa. Dan ser jeħtieġ politika makro-ekonomika bilanċjata bl-għan iddikjarat li: jinkisbu l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, partikularment l-okkupazzjoni sħiħa; it-tisħiħ tal-kompetittività; u li tingħata kunsiderazzjoni reali lill-obbligazzjoni li jissegwa l-iżvilupp sostenibbli, b'konformità mal-konklużjonijiet tas-Samit ta' Göteborg.

4.2.4

Il-KESE jfakkar li l-għan tal-politika monetarja għandu jkun li toħloq bilanċ bejn l-istabilità tal-prezzijiet, it-tkabbir ekonomiku u l-impjieg. Jagħmel sens li l-BĊE jiġi mħeġġeġ jidentifika l-istabilità f'sens usa', jiġifieri mhux biss l-istabilità tal-prezzijiet iżda wkoll l-istabilità f'termini tat-tkabbir, l-okkupazzjoni sħiħa u l-koeżjoni soċjali (5). Sabiex jinkisbu r-riżultati huwa importanti li l-baġits nazzjonali jikkonformaw mal-politiki tal-BĊE u jirrispettaw Il-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir.

4.2.5

Barraminhekk, il-KESE jenfasizza r-rilevanza speċjali tas-servizzi relatati ma' l-intrapriża bħala parti mill-SMEs għas-suċċess tal-proċess ta' Lisbona u l-kompetittività ta' l-UE. B'segwitu tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-suġġett (6), il-KESE jenfasizza l-ħtieġa tal-ħolqien ta' ambjent regolatorju li fih l-SMEs ikkonċernati jkunu jistgħu jwettqu r-rikjesti tas-soċjetà.

4.2.6

Il-KESE jappoġġja wkoll l-analiżi wiesa' tal-miżuri ta' appoġġ neċessarji f'27 settur ta' l-industrija tal-manifattura fid-dokument tal-Kummissjoni dwar politika industrijali integrata iżda jinsisti fuq l-implimentazzjoni reali tal-politika b'koordinazzjoni ma' l-Istati Membri (7).

4.3   Regolamentazzjoni Aħjar (8)

4.3.1

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposta reċenti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji b'25 % sa l-2012 (9). Dan jista' jwassal għal żieda fil-Prodott Gross Domestiku ta' l-UE ta' 1.5 %. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq Strateġija ċara għas-semplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju komplut sabiex jiġi evitat li ma jkunx hemm riżultat (10).

4.3.2

It-tnaqqis tal-piż amministrattiv jista' jagħti spinta lid-dinamiżmu ekonomiku. Il-kontroll tal-piż ta' l-obbligazzjonijiet legali u regolatorji jeħtieġ approċċ globali mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll mill-Unjoni Ewropea. Huwa essenzjali li r-regolamenti jkunu ddisinjati tajjeb u b'mod proporzjonali.

4.3.3

Il-ħolqien tal-Bord għall-Evalwazzjoni ta' l-Impatt (għall-Intrapriżi), imħabbar mill-Kummissjoni fid-deskrizzjoni strateġika tagħha dwar “Leġislazzjoni Aħjar” (11) u mmirat lejn it-tisħiħ fil-kwalità u l-effiċjenza ta' l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt, għandui l-appoġġ tal-KESE. Madankollu, m'għandux jillimita ruħu biss għall-koordinazzjoni sempliċi, iżda għandu wkoll jikkunsidra l-kwalità tax-xogħol relatat ma' l-SMEs u l-analiżi tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-proposti regolatorji. Regolamenti ġodda fil-livell nazzjonali u Komunitarju għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa sabiex jiġi evalwat l-impatt tagħhom fuq l-SMEs.

4.3.4

L-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' regolamenti ġodda jew riveduti għandhom jiġu evalwati bir-reqqa sabiex jiġu identifikati l-kumpensi potenzjali u s-sinerġiji bejn l-objettivi differenti ta' politika. Barraminhekk, ir-regolamentazzjoni eżistenti qiegħda tiġi eżaminata bir-reqqa sabiex tiġi evalwata l-possibilità ta' semplifikazzjoni u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività qiegħed jiġi valutat. Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-evalwazzjonijiet ta' l-impatt indipendenti għall-intrapriżi, inkluża mira speċifika lejn intrapriżi żgħar, ta' kull proposta leġislattiva u regolattiva mill-Kummissjoni Ewropea. Fl-aħħar, approċċ komuni għall-kejl ta' l-ispejjeż amministrattivi ta' leġislazzjoni ġdida u eżistenti qiegħda tiġi żviluppata. Il-prinċipju ta “L-Ewwel Aħseb fiċ-Ċokon” għandu jkun il-prinċipju ewlieni fir-reviżjoni tal-leġislazzjoni eżistenti u t-tfassil ta' waħda ġdida. Dan ifisser li l-leġislazzjoni għandha tikkunsidra l-partikularitajiet ta' l-SMEs.

4.3.5

Il-KESE jenfasizza li t-titjib huwa importanti speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li s-soltu għandhom riżorsi limitati biss sabiex jittrattaw ma' l-amminstrazzjoni imposta kemm mil-leġislazzjoni Komunitarja kif ukoll nazzjonali.

4.3.6

Għandhom jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw li l-Istati Membri kollha jimplimentaw id-direttivi kollha fil-ħin u b'livell ta' kwalità għoli, u jikkonvinċu lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali u l-leġislaturi sabiex jibdew il-proġetti tagħhom stess għas-semplifikazzjoni, u dawn għandhom jiffokaw b'mod partikulari fuq ir-regolamentazzjoni li, permezz ta' l-implimentazzjoni tal-liġi Ewropea, ġiet “mgħobbija” b'eżiġenzi eċċessivi (il-fenomenu msejjaħ “gold-plating”).

4.3.7

Il-biċċa l-kbira ta' l-atturi tal-politika fil-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropej ma jafux biżżejjed dwar ir-realtà fl-intrapriżi ż-żgħar u l-ħtiġijiet veri tagħhom. L-involviment imtejjeb ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-SME (12) fil-livelli kollha huwa prerekwiżit sabiex titjieb il-kwalità tal-politika ta' l-SMEs fl-Ewropa. It-tisħiħ ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi ż-żgħar hija waħda mill-elementi ewlenin tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar (2000). Assoċjazzjonijiet rappreżentattivi ta' l-SMEs għandhom ikunu involuti bħala partijiet interessati importanti fil-livelli kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

4.3.8

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar li wriet kemm hija għodda tajba għall-monitoraġġ tal-progress u sabiex il-problemi ta' l-SMEs jiġu identifikati, kif ukoll sabiex jiġi assigurat li l-Istati Membri jieħdu passi sabiex itejbu l-koordinazzjoni tal-politiki kummerċjali fl-Ewropa kollha. Huwa importanti lil jinżamm ritmu sostnut fil-proċess ta' l-integrazzjoni tar-rapporti ta' l-implimentazzjoni tal-Karta fir-rapporti annwali ta' l-Aġenda ta' Lisbona. Huwa essenzjali li din tiġi aġġornata kontinwament u li ssir kompluta fir-rigward ta' l-Istrateġija riveduta ta' Lisbona u l-proċess ewlieni tat-tkabbir ta' l-UE.

4.4   Il-Kultura intraprenditorjali u l-iStart-ups (13)

4.4.1

L-intraprenditorija hija fenomenu kumpless li jikkostitwixxi elementi ta' sens ta' inizjattiva, teħid ta' riskji u innovazzjoni. Kumpaniji żgħar u ġodda jiġġeneraw l-innovazzjonijiet, jimlew swieq speċjalizzati, joħolqu l-impjieg u jżidu l-kompetizzjoni u b'hekk tiġi promossa l-effiċjenza ekonomika.

4.4.2

L-Unjoni Ewropea kollha qiegħda ssofri minn nuqqas ta' attività intraprenditorjali inizjali. L-aħħar rapport tal-GEM (Global Entrepreneurship Monitor) ma jpoġġi l-ebda Stat Membru Ewropew fl-ewwel 10 pajjiżi (14). Għall-kuntrarju, 8 Stati Membri jinsabu fost l-aħħar 10 livelli ta' parteċipazzjoni (15).

4.4.3

L-intraprenditorija hija importanti għas-soċjetà kollha. Sabiex tiġi promossa u titqajjem kuxjenza dwar il-kultura ta' ħsieb intraprenditorjali, kif ukoll sabiex ikun hemm fehim ta' l-importanza ta' l-intraprenditorija għall-iżvilupp ġenerali tal-pajjiż, il-Kumitat jipproponi li l-2009 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea ta' l-Intraprenditorija. F'dan il-kuntest, il-Kumitat jinnota li r-reviżjoni ta' nofs it-term ta' bosta programmi Komunitarji rilevanti ser issir fl-2010. Attitudnijiet pubbliċi pożittivi dwar l-intraprenditorija għandhom jiġu stabbiliti. Is-Sena tista' tipprovdi wkoll opportunità sabiex jiġu kkonsolidati u rinfurzati skambji eżistenti ta' l-aħjar prassi.

4.4.4

Teżisti ħtieġa kbira fl-UE għal bidliet fil-curricula ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ — b'mod partikulari fil-livell ogħla ta' l-edukazzjoni — sabiex ikun hemm enfasi akbar fuq l-edukazzjoni avvanzata dwar l-intraprenditorija, il-valur strateġiku tal-ġestjoni ta' l-informazzjoni u l-ICT u n-netwerking. Ir-rwol ta' l-iskejjel u l-universitajiet huwa fattur essenzjali fit-trawwim ta' inklinazzjonijiet intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ. Il-parteċipazzjoni attiva ta' rappreżentanti tal-kumpaniji fl-edukazzjoni, per eżempju, hija rrakkomandata kif ukoll l-involviment minn organizzazzjonijiet ta' l-intrapriżi. L-attivitajiet fil-midja u l-immaġni li dawn jikkomunikaw huma importanti.

4.4.5

Il-politiki li jassistu lill-intrapriżi sabiex jibdew u jiżviluppaw għandhom jiġu intensifikati u dan għandu jinkludi fost affarijiet oħra, li l-istart-ups ikunu jistgħu jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom b'aktar ħeffa u bi spejjeż inqas, miżuri sabiex itejbu l-aċċess għall-kapital riskjuż, iktar programmi għat-taħriġ intraprenditorjali, mizuri li jtejbu l-aċċess għan-netwerks u s-servizzi pubbliċi u netwerk iktar intensiv tas-servizzi ta' appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar. Barra minn hekk huma meħtieġa deċiżjonijiet politiċi fid-dawl tar-riforma tas-sistemi tat-tassazzjoni, regolamentazzjoni, aċċess għas-suq, proċeduri ta' salvataġġ u ristrutturar kif ukoll liġi tal-wirt. Tinħtieġ bidla kulturali fir-rigward ta' l-attitudnijiet dwar il-falliment.

4.4.6

Id-disponibilità ta' finanzjar fi stadju bikri hija kwistjoni kruċjali. Fil-Belġju, ittieħdu inizjattivi mill-gvern immirati lejn it-tnaqqis fid-differenza fl-ekwità. Eżempju wieħed huwa l-fond ARKimedes li ġabar EUR 110 miljun fil-forma ta' ishma jew bonds, garantiti mill-gvern reġjonali Fjaming.

4.4.7

Daqstant essenzjali hija l-provvista ta' informazzjoni u servizzi għall-appoġġ lill-intrapriżi, notevolment għall-intraprendituri ż-żgħar. Programmi ta' konsulenza fir-reġjun Fjaming (il-Belġju) taw prova tal-valur tagħhom.

4.4.8

Il-biża' tal-falliment għandha impatt negattiv qawwi fuq l-istart-ups potenzjali. Qafas soċjali adegwat irid jiġi adottat għan-nies li jaħdmu għal rashom. Dawn għandhom jingħataw it-tieni opportunità iktar faċilment.

4.5   Is-suq intern (16)

4.5.1

Il-potenzjal tas-Suq Uniku għandu jiġi lliberalizzat. L-Unjoni Ewropea issa għandha jkollha l-vantaġġi ta' suq li huwa ikbar minn dak ta' l-Istati Uniti jew iċ-Ċina iżda

hemm wisq direttivi li għadhom ma ġewx trasposti fil-leġislazzjoni nazzjonali;

sar progress inadegwat fl-assigurazzjoni ta' l-istandardizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku għall-provvista tas-servizzi;

kien hemm dewmien fil-liberalizzazzjoni tas-swieq, inkluż dak fis-settur pubbliku;

inħolqu diffikultajiet fil-qbil fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali Ewropej;

id-distorsjonijiet jinħolqu minn forom ta' differenzi fiskali.

4.5.2

L-attrazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea bħala lok ta' investiment tiddependi fuq id-daqs u l-ftuħ tas-swieq tagħha, l-ambjent regolatorju tagħha u l-kwalità ta' l-infrastruttura tagħha. Iż-żieda fl-investiment ser jagħmel lill-Ewropa iżjed produttiva għax il-livelli tal-produttività jiddependu fuq l-investiment fil-kapital uman u fiżiku kif ukoll fl-għarfien u l-infrastruttura.

4.5.3

Il-ħila tal-produtturi Ewropej li jikkompetu u li jibqgħu joperaw fis-suq intern huwa essenzjali għas-saħħa kompetittiva tagħhom fis-swieq globali. Filwaqt li s-suq intern għall-merkanzija huwa integrat relattivament tajjeb, is-suq tas-servizzi jibqa', legalment jew fir-realtà, pjuttost frammentat. Sabiex jiġu promossi t-tkabbir u l-impjieg u sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, is-suq intern tas-servizzi għandu jopera bis-sħiħ filwaqt li jħares il-mudell soċjali Ewropew. L-eliminazzjoni ta' l-ostakli fiskali għall-attivitajiet transkonfinali u t-tneħħija ta' impedimenti li fadal għall-mobilità tal-ħaddiema ser iġibu wkoll qligħ importanti fl-effiċjenza. Fl-aħħar, l-integrazzjoni sħiħa tas-swieq finanzjarji tista' tgħolli l-livell tal-produzzjoni u l-impjieg billi tippermetti allokazzjoni iktar effiċjenti tal-kapital u toħloq kondizzjonijiet aħjar għall-iffinanzjar ta' l-intrapriżi.

4.5.4

Għall-SMEs, speċjalment fis-settur tas-servizzi, is-suq intern għadu m'huwiex irrealizzat kompletament. Il-piż amministrattiv għoli ta' l-operazzjonijiet transkonfinali u standards Ewropew mhux adattati qegħdin iżommu lill-intrapriżi ż-żgħar milli jipprofittaw minn suq ikbar.

4.5.5

L-istandards jaqdu rwol kbir fl-aċċess għas-swieq. Proċessi attwali ta' standardizzazzjoni ma jqisux biżżejjed il-ħtiġijiet individwali ta' l-artiġjanat u l-SMEs. L-intrapriżi ż-żgħar għandhom ikunu involuti aħjar fit-tfassil ta' l-istandards Ewropej u internazzjonali. Minkejja l-appoġġ qawwi li l-Kummissjoni tagħti lil strutturi bħal NORMAPME (17), sforzi addizzjonali favur l-SMEs huma meħtieġa, b'mod partikulari għall-produzzjoni f'serje żgħar u personalizzata, għat-tnaqqis fl-spejjeż marbuta ma' l-istandardizzazzjoni, għar-rappreżentazzjoni iktar ibbilanċjata fil-kumitati tekniċi, għas-semplifikazzjoni ta' sistemi ta' ċertifikazzjoni.

4.5.6

Hemm skop konsiderevoli għal titjib addizzjonali fil-prassi ta' l-akkwist pubbliku. Titjib ta' dan it-tip jista' jiġi riflett b'żieda fis-sehem ta' l-akkwist pubbliku mxandar pubblikament. Għandha ssir enfasi fuq il-possibilitajiet għall-SMEs sabiex jipparteċipaw fil-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku. Il-KESE jappoġġja t-tħejjija mill-Kummissjoni ta' kompendju ta' prassi tajba li huma reġistrati f'dan il-qasam mill-Istati Membri ta' l-UE iżda wkoll mill-Istati Uniti u l-Ġappun u li kellhom l-effett li wessgħu l-aċċess ta' l-SMEs għas-swieq pubbliċi.

4.5.7

L-SMEs fl-Ewropa iridu jiffaċċjaw 27 sistema tat-taxxa differenti, li jikkawżaw spejjeż ta' konformità li huma projbittivi u joħolqu xkiel serju għas-suq intern. L-ispejjeż ta' konformità għall-kumpaniji ż-żgħar huma ħafna iktar ogħla minn dawk għall-intrapriżi l-kbar (18). Is-semplifikazzjoni favur l-SMEs, b'mod partikulari, hija mistennija.

4.6   Il-kapital uman, l-iżvilupp tal-kompetenzi u d-djalogu soċjali

4.6.1

F'kuntest ta' ekonomija globalizzata u bażata fuq l-għarfien, il-kumpaniji għandhom jadattaw għall-bidla b'mod kostanti. Intraprendituri ta' suċċess għandhom bżonn iktar minn qatt qabel bażi soda ta' l-għarfien u kwalifiki sabiex jiffaċċjaw il-kompetizzjoni miżjuda u sabiex jirbħu t-tellieqa ta' l-innovazzjoni. Barra minn hekk l-iżviluppi teknoloġiċi jeħtieġu l-iżvilupp kontinwu ta' kompetenzi ġodda, speċjalment fil-qasam ta' l-ICT u l-akkwist ta' ħiliet aġġornati għall-intraprendituri u l-ħaddiema ndaqs (19).

4.6.2

Mis-sena 2000, bl-Istrateġija ta' Lisbona, l-objettivi tat-taħriġ u l-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja kollha ġew rinfurzati b'mod ċar fl-Ewropa, iżda jeħtieġu titjib addizzjonali kif imsemmi fir-rapport ta' evalwazzjoni ta' 2006 tal-“Qafas ta' azzjonijiet għall-iżvilupp tul il-ħajja kollha tal-kompetenzi u kwalifiki” li qablu fuqu l-imsieħba soċjali Ewropej (ETUC, BusinessEurope, CEEP, UEAPME), fl-2002. F'dan il-kuntest, il-“Programm integrat ta' azzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja kollha” tal-Komunità għandu jipparteċipa wkoll f'dan l-isforz peress li l-għan uffiċjali tiegħu huwa li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' l-għanijiet ta' Lisbona li huma “l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea bħala soċjetà ta' l-għarfien avanzata, bi żvilupp ekonomiku sostenibbli, iżjed u aħjar impjiegi u koeżjoni soċjali aħjar”.

4.6.3

Kif enfasizza il-KESE bir-raġun (20), “il-programmi edukattivi ta' l-Unjoni huma fost il-ftit azzjonijiet komunitarji indirizzati direttament lejn iċ-ċittadini tagħha. Il-programm il-ġdid għandu għalhekk jimmira li jippromovi d-demokrazija bażata fuq il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva” u “li tippromovi l-impjieg u suq tax-xogħol versatili”. Peress li jintegra wkoll il-programmi Ewropej ewlenin tal-mobilità, li huma Leonardo da Vinci għall-apprendisti u ż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali inizjali u ħaddiema żgħażagħ, kif ukoll Erasmus għall-istudenti, għandhom ikunu aċċessibli aktar faċilment għall-mobilità individwali. It-tagħlim u x-xogħol barra għal ċertu perijodu ta' żmien mhux biss jarrikkixxu l-ħiliet u l-għarfien ta' l-individwu, iżda żżid ukoll il-fehim ta' l-Ewropa u ċ-ċittadinanza Ewropea. Jgħinu wkoll sabiex l-individwu jsir pro-attiv u iktar miftuħ li jieħu r-responsabilità huwa stess gġall-abilità tiegħu li jsib impjieg tul il-ħajja tax-xogħol.

4.6.4

Barra minn hekk, il-KESE enfasizza l-“importanza partikulari tal-possibilità li l-SMEs ikollhom aċċess għall-programm” u “jipproponi approċċ speċjali għall-SMEs, li jissemplifika l-proċeduri rilevanti sabiex jagħmel il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi kemm possibbli kif ukoll effettiva”. F'ekonomija mmexxija mis-servizzi, l-ass l-iktar prezzjuż ta' kumpanija huwa l-kapital uman. Sabiex l-intrapriżi, b'mod partikulari l-SMEs, ikunu jistgħu jsegwu strateġija għall-iżvilupp tal-ħiliet, inizjattivi ta' appoġġ speċjalizzati għandhom jitfasslu sabiex jgħinuhom jinvestu fit-taħriġ kontinwu bħall-offerti għat-taħriġ speċifiku, l-appoġġ finanzjarju u l-inċentivi fiskali.

4.6.5

Id-djalogu soċjali huwa għodda importanti sabiex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi u soċjali. Wieħed mis-suċċessi ewlenin tiegħu huwa t-titjib fil-ħidma tas-suq tax-xogħol u l-antiċipazzjoni tal-bidla. B'żieda ma' dan, id-djalogu soċjali jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' klima tal-kunfidenza fil-kumpaniji. Jista' jipprovdi wkoll tweġibiet speċifiċi għall-intrapriżi ż-żgħar sal-punt fejn iqis l-ispeċifiċità u l-kwalità ta' l-ambjent tax-xogħol u tar-relazzjonijiet tax-xogħol kif ukoll is-sitwazzjoni partikulari li fiha qegħdin jaħdmu u jiżviluppaw l-intrapriżi ż-żgħar u ta' l-artiġjanat.

4.7   L-innovazzjoni

4.7.1

L-Aġenda ta' Lisbona immirat lejn targit ta' 3 % għar-Riċerka u l-Iżvilupp relatata mal-Prodott Gross Domestiku (PGD) li minnhom żewġ terzi jridu jiġu mis-settur privat. Attwalment dan qiegħed jikkontribwixxi biss 56 %. Sfortunatament ikollna ninnotaw li l-Ewropa tiddedika sehem ħafna inqas tal-PGD tagħha lir-Riċerka u l-Iżvilupp mill-Istati Uniti u l-Ġappun (1,93 % meta mqabbel mat-2,59 % fl-Istati Uniti u 3,15 % fil-Ġappun). B'żieda ma' dan, iċ-Ċina tinsab fit-triq it-tajba li tilħaq l-intensità tar-riċerka ta' l-UE sa l-2010. Ir-riċerka u l-iżvilupp: fl-2002, is-settur privat nefaq EUR 100 biljun iktar fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fl-Istati Uniti milli nefaq fl-Ewropa.

4.7.2

L-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija tal-ġejjieni, li l-għan tiegħu huwa li jilħaq l-ogħla livell possibbli fl-eċċellenza ta' l-integrazzjoni ta' l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, għandu jagħraf u jivvalorizza b'mod qawwi l-potenzjal ta' l-SMEs. Il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka u l-intrapriżi, b'mod partikulari l-intrapriżi ż-żgħar, għandhom jissaħħu. Ir-riċerkaturi għandhom jitħeġġu sabiex ikollhom kuntatti ma' l-intrapriżi. L-importanza tal-promozzjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija permezz taċ-ċentri tat-teknoloġija u l-inkubaturi ma tistax tiġi stimata ż-żejjed. Miżuri sabiex isostnu lill-provvedituri tas-servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni, il-clusters u n-netwerks għandhom jiġu previsti wkoll fil-Qafas ġdid għall-Ġħajnuna Statali għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni Ir-riċerkaturi Ewropej għandhom jingħataw iktar opportunitajiet f'kull wieħed mis-27 Stat Membru ta' l-UE. Promozzjoni aħjar u tixrid tar-riżultati tar-riċerka huwa essenzjali sabiex jitjieb l-aċċess għal dawn ir-riżultati għall-intrapriża u l-impatt ekonomiku tiegħu.

4.7.3

L-Ewropa għandha tipprovdi ambjent regolatorju armonizzat favur l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha. Inizjattivi ġodda għall-Brevett Komunitarju Ewropew huma meħtieġa sabiex tkun imħarsa l-innovazzjoni u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' l-intrapriżi Ewropej. Sistema bħal din għandha tipprevedi tnaqqis ta' l-ispejjeż għall-SMEs u struttura adattata għall-assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż ta' proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-privattivi.

4.7.4

Fl-aħħar komunikazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet il-ħtieġa għall-espansjoni tad-definizzjoni ta' l-innovazzjoni sabiex tagħti attenzjoni partikulari lill-SMEs u tikkunsidra l-innovazzjoni mhux teknika fis-setturi ekonomiċi kollha. Dan l-approċċ ġdid issa jrid jiġi implimentat fl-oqsma kollha tal-politika sabiex isir utli għall-intrapriżi ż-żgħar.

4.7.5

Huwa essenzjali għall-SMEs li jtejbu l-kapital uman tagħhom attwali u li jintroduċu forza tax-xogħol akkademika fil-produzzjoni u l-innovazzjoni. Is-7 Programm ta' Qafas għandu jagħti appoġġ lill-SMEs għall-introduzzjoni ta' teknika avanzata fir-riċerka u l-produzzjoni teknoloġika.

4.7.6

Ir-riżorsi neċessarji fil-livell Ewropew ser jiġu mill-programm CIP, il-programm ta' Qafas għar-riċerka, il-Fondi Strutturali, u l-programmi edukattivi, fost l-iktar importanti. Il-koordinazzjoni tal-politiki, inklużi r-riżorsi, ser tkun kompitu diffiċli u delikat, partikularment billi r-riżorsi finanzjarji Ewropej li huma disponibbli huma relattivament limitati fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-eżiġenzi. Sabiex jiġu assigurati l-mezzi ta' l-iffinanzjar mill-fondi strutturali li jikkofinanzjaw il-programmi għall-SMEs innovattivi, l-i startups u t-trasferimenti ta' l-intrapriżi (jiġifieri permezz tal-Fondi Ewropej għall-Investiment — JEREMIE), għandhom jiġu adottati miżuri adattati fil-livell ta' l-Istat Membru u l-effikaċja u l-aċċessibilità tagħhom għandhom ikunu sorveljati strettament.

4.7.7

L-introduzzjoni ta' metodi u makkinarji ta' produzzjoni ġodda, partikularment fl-SMEs ser jeħtieġu kreditu b'kondizzjonijiet favorevoli. Il-BEI u l-FEI għandhom ikunu involuti mill-qrib fix-xogħol tal-gruppi ta' l-ippjanar settorjali u inter-settorjali.

4.7.8

L-SMEs iridu jiġu ggwidati iktar lejn l-applikazzjonijiet ta' l-ICT, li jistgħu jnaqqsu l-ispejjż tagħhom, iżidu l-produttività tagħhom u jtejbu l-kompetittività tagħhom.

4.8   It-Trasferiment ta' l-Intrapriża (21)

4.8.1

Studji Ewropej juru li madwar terz ta' l-intraprendituri Ewropej, l-iktar sidien ta' intrapriżi tal-familja, ser jitilqu fl-għaxar snin li ġejjin. Huwa stimat li dan ser jolqot xi 690 000 intrapriża, li jipprovdu 2.8 miljun impjieg. It-trasferimenti għandhom jiġu promossi bħala alternattivi ta' valur minflok it-tnedija ta' intrapriża ġdida.

4.8.2

Għall-kuntrarju tal-passat, iktar u iktar trasferimenti ta' l-intrapriżi qegħdin iseħħu 'l barra mill-familja, lil partijiet terzi. Hemm ukoll interess li qiegħed jikber fit-teħid ta' kumpanija stabbilita, minflok it-tnedija ta' intrapriża mill-bidu nett. Ir-riċerka turi li 96 % tat-trasferimenti ta' l-intrapriża jkomplu joperaw fl-ewwel ħames snin meta mqabbla ma' 75 % ta' l-i startups.

4.8.3

B'hekk l-ewwel sfida hija li titwaqqaf pjattaforma u li jiġi ffaċilitat it-tqabbil ta' xerrejja u bejjiegħa potenzjali ta' l-intrapriżi. Dan is-suq għandu jkun trasparenti sabiex tiżdied il-possibilità tal-kuntatti u tiġi assigurata l-kontinwità ta' intrapriżi eżistenti li huma vijabbli. Kwalità għolja tas-servizzi inklużi t-tqabbil, il-konsulenza u kunfidenzjalità huma essenzjali. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej hemm swieq tat-trasferiment ta' l-intrapriża li huma governattivi jew appoġjati mill-gvern (22). Dawn l-inizjattivi għandhom jiġu żviluppati fl-Istati Membri kollha ta' l-UE.

4.9   Aċċess għall-finanzi

4.9.1

SMEs u speċjalment startups, trasferimenti ta' l-intrapriżi u kumpaniji innovattivi għandhom ikollhom aċċess aħjar għall-finanzi sabiex jirrealizzaw b'mod sħiħ il-potenzjal tagħhom u joħolqu tkabbir ekonomiku u iżjed impjiegi fl-Ewropa … Mudelli tal-qsim tar-riskju bħall-iskemi ta' garanzija reċiproka u pubblika taw prova li kienu strumenti effettivi ħafna u għandhom jiġu promossi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll ta' l-Istat Membru.

4.9.2

Id-disponibilità tal-kapital bi spejjeż raġonevoli għal intrapriżi ġodda, l-SMEs u intrapriżi li jikbru b'rata mgħaġġla: din teħtieġ iż-żamma tar-rati ta' l-interessi u l-primjums għar-riskju f'livelli raġonevoli kif ukoll ir-razzjonalizzazzjoni ta' skemi ta' għajnuna mill-gvern.

4.9.3

Il-konsulenza lill-SMEs mill-organizzazzjonijiet ta' l-SMEs għandha tissaħħaħ u tiġi appoġġjata. Huwa neċessarju wkoll li jitpoġġew strumenti adattati għall-ħtiġijiet u l-mezzi ta' l-intrapriżi ż-żgħar. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u l-BEI/FEI sabiex jiffinanzja l-innovazzjoni fl-intrapriża ż-żgħira fil-form ta' skemi ta' kapital riskjuż u garanzija.

4.9.4

L-investituri ta' kapital riskjuż u l-business angels huma mezzi importanti ta' l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs. L-istimolazzjoni tan-netwerking bejn l-investituri ta' kapital riskjuż u l-business angels fuq naħa u l-intraprendituri (li għadhom jibdew) fuq oħra hija importanti sabiex tonqos id-differenza żgħira fl-ekwità.

4.9.5

Is-sistemi ta' garanzija taw prova li huma mezz effettiv u effiċjenti ħafna mil-lat ta' riżorsi sabiex jappoġġaw l-intrapriżi ż-żġħar. Il-Caisse Mutuelle de Garantie de la Mécanique (CMGM) fi Franza għandha iktar minn 45 sena ta' esperjenza f'dan il-qasam. Il-Caisse toffri garanziji bankarji għall-krediti kważi kollha (krediti ta' investiment, trasferiment ta' l-intrapriża, garanziji bankarji (bank warrants), krediti ta' flus) li jagħtu lil kumpaniji. Il-kumpaniji jabbonaw mal-fond tal-kapital u l-garanzija tagħha. Din is-sistema tippermetti t-tnaqqis tal-garanziji privati (private warrants) mitluba mill-intraprendituri, tagħmel disponibbli krediti akbar u toffri sistema ta' sigurtà għall-intraprenditur fil-konfront tal-bankier tiegħu. Għandhom jitħeġġu l-iskambji ta' prattiki tajbin fost l-Istati Membri ta' l-UE, fir-rigward ta' l-aċċess għal finanzi u l-garanzija ta' fondi għall-SMEs.

4.10   L-internazzjonalizzazzjoni

4.10.1

L-UE għandha taħtaf l-opportunitajiet ipprovduti mill-ftuħ ta' swieq li qegħdin jikbru malajr fl-Ażja, bħaċ-Ċina u l-Indja. Fl-istess ħin l-UE għandha tindirizza d-diviżjoni l-ġdida internazzjonali tax-xogħol li tinħoloq, partikularment fi żmien meta ċ-Ċina qiegħda tibda tispeċjalizza iktar fi prodotti ta' valur miżjud għoli u meta l-Indja qiegħda tiżviluppa f'ċentru globali għall-esternalizzazzjoni (outsourcing). Il-KESE jenfasizza li approċċ komuni fit-trattament ta' pajjiżi terzi huwa essenzjali sabiex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' l-aċċess tas-suq għall-kumpaniji ta' l-UE.

4.10.2

Minkejja li s-suq uniku ilu fis-seħħ għal iktar minn 14-il sena, bosta kumpaniji għadhom joperaw fil-pajjiż tagħhom biss. Barrieri ta' lingwa, id-differenzi leġislattivi u regolatorji li fadal, u n-nuqqas ta' għarfien dwar swieq oħra huma l-ostakli ewlenin. Il-KESE jilqa' l-ħolqien ta' servizzi ta' appoġġ qrib ta' l-intraprendituri, li jistgħu jitqabblu mal-Passaport għall-esportazzjoni fir-Renju Unit (23). Aċċess għall-akkwist pubbliku għall-SMEs għandu jiġi mħeġġeġ ukoll.

4.10.3

Sistemi ta' appoġġ adegwati għandhom jiġu żviluppati sabiex jistimolaw attivitajiet transkonfinali kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fi swieq oħra.

4.10.4

Il-KESE jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-SMEs fid-dokumenti tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kummerċ (Strateġija għall-Aċċess, Strumenti ta' Difiża, Ewropa Globali).

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-Linji ta' Gwida għall-politiki ta' l-impjieg ta' l-Istati Membru (2005/600/KE), ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

(2)  Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Rapport sommarju għall-Kunsill Ewropew.

(3)  ĠU C 185, 8.8.2006 + CCMI/032.

(4)  Data disponibbli għall-2003. Eurostat's Pocket book 2006.

(5)  Il-KESE stess talab f'bosta okkażjonijiet li l-politika monetarja għandha tħabrek sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' l-okkupazzjoni sħiħa u t-tkabbir.

(6)  “Il-kompetittività tas-servizzi relatati ma' l-intrapriża u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-prestazzjoni ta' l-intrapriżi Ewropej” [COM(2003) 747 finali)] ta' l-4 ta' Diċembru 2003.

(7)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Lisbona: Politika ta' Qafas sabiex tissaħħaħ il-manifattura ta' l-UE — lejn approġġ iktar integrat għall-politika industrijali (COM(2005) 474 finali) u Politika Industrijali Moderna.

(8)  Il-KESE dan l-aħħar ippubblika bosta opinjonijiet dwar is-Semplifikazzjoni, Leġislazzjoni Aħjar.

 

ĠU C 24, 31.1.2006, Leġislazzjoni Aħjar, opinjoni esploratorja dwar it-talba mill-Presidenza Ingliża, rapporteur is-Sur Retureau.

 

ĠU C 24 31.1.2006, Kif ittejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni ta' l-UE, opinjoni fuq inizjattiva proprja, rapporteur is-Sur van Iersel.

 

ĠU C 112, 30.4.2004, Opinjoni dwar l-Aġġornament u s-semplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire COM(2003 71 finali) rapporteur is-Sur Retureau.

(9)  COM(2006) 689, 690, u 691 ta' l-14 ta' Novembru 2006.

(10)  Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis fil-Piż Amministrattiv fl-Unjoni Ewropea. COM(2007) 23 finali ta' l-24.1.2007.

(11)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta' l-14 ta' Novembru 2006.

(12)  B'organizzazzjonijiet ta' l-SMEs qegħdin nirreferu għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs (definizzjoni Ewropea) fl-oqsma differenti ta' azzjoni: l-artiġjanat, l-industrija, is-servizzi, il-kummerċ u l-professjonijiet liberali. Hemm referenza għal organizzazzjonijiet multisettorjali kif ukoll għal organizzazzjonijiet relatati.

(13)  ĠU C 309, 12.12.2006, Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona : Inkattru inklinazzjonijiet intraprenditorjali bl-edukazzjoni u t-tagħlim COM(2006) 33 finali.

(14)  L-Irlanda qiegħda fil-ħdax-il post.

(15)  L-Ungerija, il-Belġju, l-Isvezja, is-Slovenja, l-Olanda, id-Danimarka, l-Italja u l-Finlandja.

(16)  Opinjoni esploratorja dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku. ĠU C 93, 27.4.2007.

(17)  NORMAPME: l-Uffiċju Ewropew ta' l-Artiġjanat, il-Kummerċ u l-SMEs għall-Istandardizzazzjoni.

www.normapme.com.

(18)  Dan jirreferi għall-ispejjeż tal-konformità ta' tassazzjoni għal attivitajiet transkonfinali.

(19)  Saħansitra professjonijiet tradizzjonali bħall-plamers u l-mastrudaxxi għandhom iqisu t-teknika ta' l-iffrankar ta' l-enerġija.

(20)  ĠU C 221, 8.9.2005.

(21)  L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi. It-Trasferimenti ta' l-Intrapriżi — il-Kontinwità permezz ta' bidu ġdid. COM(2006) 117 final, 14.3.2006.

(22)  Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Belġju (li għandu bażi ta' data separata għal kull reġjun). Ir-rata ta' suċċess għal dawn il-pajjiżi hija ta' madwar 25 %, jiġifieri waħda minn kull erba' intrapriżi fil-bażi tad-data sabet suċċessur.

(23)  Għal dettalji dwar is-suq uniku ara Flash Barometer 180 — TNS Sofres/EOS Gallup Group Europe, Opinjonijiet Internal Market Opinions and Experiences of Businesses in EU-15, ippubblikat f'Ġunju 2006.

Għal dettalji dwar il-Passaport għall-Esportazzjoni, programm mill-UK Trade and Investment sabiex jappoġġjaw lill-esportaturi Ingliżi jegħelbu d-dgħjufiji tagħhom fil-kummerċ internazzjonali, ara l-Karta għall-Intrapriżi ż-Żgħar — Għażla ta' prassi tajba 2006 p.9.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/17


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni (Strateġija ta' Lisbona)”

(2007/C 256/04)

Nhar l-14 ta' Settembru 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'konformità ma' l-Artikolu 13 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, iddeċieda li jinkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tħejji rapport ta' informazzjoni dwar Investiment fl-Għarfien u l-Innovazzjoni.

Waqt is-sessjoni plenarja ta' 14-15 ta' Marzu 2007, ġie deċiż li r-rapport ta' informazzjoni jinbidel f'opinjoni fuq inizjattiva proprja (Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Mejju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Wolf.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammetfil-11 u t-12 ta' Lulju (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'120 vot favur, u astensjoni waħda.

KONTENUT

1.

Introduzzjoni

2.

Taqsira u rakkomandazzjonijiet

3.

Kummenti ġenerali

4.

Edukazzjoni, taħriġ inizjali u ulterjuri

5.

Kwistjonijiet finanzjarji u proċeduri

6.

Aspetti strutturali u kondizzjonijiet bażiċi

7.

Il-fattur uman — Xjenzati, inġiniera u intraprendituri.

1.   Introduzzjoni

1.1

Il-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tat-23-24 ta' Marzu 2006 taħt it-titlu “L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA GĦALL-IMPJIEGI U T-TKABBIR IMNEDIJA MILL-ĠDID” (punt 12), laqa' l-inizjattiva meħuda mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex tiżdied l-appartenenza ta' l-Istrateġija ta' Lisbona f'livell komunitarju. Huwa ħeġġeġ lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex ikompli b'ħidmietu u talab għal rapport sommarju b'appoġġ għas-Sħubija għat-tkabbir u l-impjiegi kmieni fl-2008.

1.2

Sadattant, fil-15 ta' Frar 2007, il-Kumitat adotta riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona mġedda, li għandha tiġi ppreżentata fis-Summit Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2007

1.3

Bi preparazzjoni għar-rapport sommarju mitlub mill-Kunsill Ewropew, ser jinkitbu erba' rapporti ta' informazzjoni dwar dawn is-suġġetti:

Investiment fl-Għarfien u l-Innovazzjoni

Il-potenzjal ta' l-intrapriża, speċjalment ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)

L-użu ta' kategoriji ta' prijorità

Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa

Dawn ir-rapporti ta' informazzjoni ser jiffurmaw il-punti ewlenin tar-rapport sommarju.

1.4

It-test li jsegwi, li nkiteb bil-kollaborazzjoni tar-rappreżentanti tal-kunsilli ekonomiċi u soċjali ta' xi Stati Membri, ser jitratta biss is-suġġett ta' l-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni.

2.   Taqsira u rakkomandazzjonijiet

2.1

Is-saħħa ta' l-Ewropa tinsab fil-kapaċitajiet u l-prestazzjoni taċ-ċittadini tagħha.

2.2

L-interazzjoni ħielsa tal-ħila inventiva fis-sengħa u l-ispirtu u l-inizjattiva intraprenditorjali mal-metodi u s-sistemi xjentifiċi u t-teknoloġiji u l-proċessi industrijali li żviluppaw minnhom kienet ir-riċetta għas-suċċess li ġab miegħu l-progress li wassal għal-livell ta' għejxien li ngawdu llum. Dan mexa id f'id ma' żviluppi storiċi fil-qasam soċjo-politiku, li rriżultaw fiċ-ċittadin ħieles fl-istat modern bis-separazzjoni tal-poteri, id-demokrazija, u d-drittijiet fundamentali.

2.3

L-iżvilupp u l-użu intensiv ta' proċessi industrijali li jużaw l-enerġija, il-makkinarju u s-sistemi tat-trasport ikkontribwew b'mod sinifikanti għal dan. L-enerġija ħelset lin-nies mill-piż ta' l-aktar xogħol manwali iebes, immultiplikat il-produttività tagħhom, ipprovdiet is-sħana u d-dawl, u għamlet possibbli livelli ta' mobilità u komunikazzjoni li qabel ma kinux immaġinabbli. L-enerġija saret l-“ikel” u l-karburant ta' l-ekonomiji moderni.

2.3.1

Mhijiex sorpriża li l-akkwist ta' provvisti ta' enerġija sostenibbli, li tirrispetta l-klima, jinsab fuq nett ta' l-aġenda politika meta wieħed iqis ir-riżerva limitata ta' karburanti fossili, id-domanda għall-enerġija li dejjem qiegħda tikber b'rata mgħaġġla mad-dinja kollha u l-impatt li l-konsum ta' l-enerġija huwa mistenni li jkollu fuq it-tibdil fil-klima. Kondizzjoni ewlenija sabiex jintlaħaq dan l-iskop ferm diffiċli hija li jkun hemm programm ta' riċerka u żvilupp għall-enerġija li jkun b'saħħtu, b'orizzonti wiesgħa u effettiv.

2.4

Barraminhekk, hemm ukoll, ħafna problemi u affarijiet oħra li jridu jsiru, li jistgħu jissolvew biss bir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Dawn jinkludu, per eżempju, il-ġlieda kontra l-mard fiżiku u mentali, kif tista' titħaffef il-ħajja u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà għan-nies b'diżabilità, l-effetti tal-bidliet demografiċi (inkluż il-ġerontoloġija), il-protezzjoni ta' l-ambjent, u, b'mod aktar ġenerali, il-protezzjoni u l-iżvilupp tal-mod ta' għejxien tagħna, is-sistema tal-valuri tagħna Ewropea u l-mudell soċjali tagħna. Meta jitqies kollox però, ir-riċerka u l-iżvilupp jaqdu wkoll l-għan fundamentali li jġibu għarfien akbar u ġdid. Għarfien akbar mhux biss jgħinna nsolvu l-problemi, iżda jwessagħlna l-mod ta' kif inħarsu lejn id-dinja, ipoġġi sitwazzjonijiet ta' kunflitt f'perspettiva, u jarrikkixxi l-kultura tagħna.

2.5

Barraminhekk, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja l-isfida tal-kompetizzjoni globali li qed tiżdied. L-isfda hi li nżommu l-impjiegi, il-prosperità u l-livelli soċjali u ambjentali Ewropej. Dan mhuwiex biss minħabba l-qawwa ekonomika ta' l-Istati Uniti u l-Ġappun, imma fuq kollox minħabba l-prestazzjoni dejjem aktar b'saħħitha fl-oqsma ta' l-industrija u r-riċerka ta' pajjiżi bħalma huma ċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil, speċjalment meta wieħed iqis li l-pagi u l-livelli soċjali u ambjentali f'dawn il-pajjiżi huma ħafna aktar baxxi.

2.6

L-uniku mod li nistgħu nittrattaw ma' din is-sitwazzjoni huwa billi fil-futur nibqgħu 'l quddiem fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, b'għeruq f'ambjent soċjo-kulturali ta' demokrazija, stat tad-dritt, stabilità politika, libertà ekonomika, sigurtà fl-ippjanar, motivazzjoni, ir-rikonoxximent tas-suċċess, u s-sigurtà soċjali.

2.7

Għandna bżonn ta' l-ogħla prestazzjonijiet fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku, li jissarfu f'forza ekonomika kompetittiva mil-lat intraprenditorjali, sabiex nissalvagwardaw il-futur tagħna (mhux l-inqas fir-rigward tal-kwistjoni ta' l-enerġija u l-klima) inżommu u saħansitra ntejbu l-pożizzjoni globali li għandna fil-preżent, u niżviluppaw minflok ma nipperikolaw il-mudell soċjali Ewropew.

2.8

Il-kondizzjoni bażika ħalli tintlaħaq din il-mira hija klima soċjali li hija miftuħa għall-progress u l-innovazzjoni, fejn is-soċjetà tifhem dan kompletament, kif ukoll l-implikazzjonijiet tiegħu, sabiex il-politiċi fil-livelli kollha joħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji u jieħdu deċiżjonijiet li jiffaċilitaw dan il-progress, u ħalli tinbena biżżejjed kunfidenza fin-negozju u ottimiżmu sabiex isiru l-investimenti neċessarji fl-Ewropa u jinħolqu impjiegi ġodda. Dan jinkludi li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza fundamentali tar-riċerka bażika, għaliex din tibni l-pedamenti neċessarji għall-innovazzjonijiet fil-futur. Huwa meħtieġ b'mod partikolari, spirtu intraprenditorjali li jkun lest li jġedded u li jieħu riskju, bħalma hemm bżonn ta' tmexxija politika, l-affidabilità u sens ta' realtà.

2.9

B'mod partikolari, il-mira ta' Barċellona li saret bl-iskop li tiġi implimentata l-istrateġija ta' Lisbona, trid tittieħed bl-akbar serjetà mill-partijiet interessati kollha jekk l-Ewropa ma tridx taqa' aktar lura meta mqabbla ma' l-investiment li jagħmlu l-kompetituri globali tagħha fir-riċerka u l-iżvilupp. Din il-mira tistabbilixxi li n-nefqa totali f'riċerka u żvilupp fl-UE trid tiżdied b'mod li tilħaq madwar 3 % tal-PGD sa l-2010. Żewġ terzi mill-investiment li hemm bżonn li jsir irid jiġi mis-settur privat.

2.10

F'Diċembru 2006, il-Kunsill adotta s-Seba' programm ta' qafas għar-riċerka u żvilupp (FP7) għall-2007-2013. Il-baġit għal dan il-programm huwa ta' madwar EUR 50 biljun, li huwa ħafna aktar minn dak ta' qabel. Dan huwa suċċess ieħor ta' politika Ewropea li kien appoġġjat ferm mill-Kumitat. Madankollu, il-Komunità ser tkun qiegħda tipprovdi biss madwar 2 % (fi kliem ieħor wieħed biss minn kull ħamsin) ta' l-investiment totali fir-riċerka u żvilupp li jissemma fil-mira ta' Barċellona. Bħalma l-Kumitat saħaq repetutament, dan mhuwiex biżżejjed sabiex jimmassimizza l-effetti multiplikaturi u integranti li l-fondi ta' l-UE huma intenzjonati li jkollhom fuq il-fondi għar-riċerka ta' l-Istati Membri u r-rieda ta' l-industrija sabiex tinvesti.

2.11

Għalhekk, il-Kumitat jisħaq fuq ir-rakkomandazzjoni tiegħu li din il-parti tal-fondi ta' l-UE trid, bħala l-ewwel pass, tiżdied bin-nofs, jigifieri għal madwar 3 % ta' l-investiment totali proġettat fil-mira ta' Barċellona, bħala parti mir-reviżjoni tal-baġit ta' l-UE ppjanata għall-2008. Dan hu speċjalment relevanti fid-dawl ta' l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (IET) li ser jiftaħ fil-futur u tal-bżonn urġenti għal aktar riċerka u żvilupp fil-qasam tal-provvista ta' enerġija sostenibbli, li tirrispetta l-ambjent.

2.12

Daqstant ieħor però, ir-rieda, min-naħa ta' l-industrija, speċjalment ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jinvestu fir-riċerka u l-iżvilupp għandha bżonn ta' inkoraġġiment u li issir għażla aktar attraenti u li tirrendi permezz ta' kondizzjonijiet ta' qafas adegwati fl-oqsma legali (inklużi l-liġijiet dwar responsabbiltà), amministrattivi, fiskali u finanzjarji. Il-liġi ta' l-UE dwar l-għajunua mill-istat ukoll għandha rwol importanti x'taqdi f'dan ir-rigward; għandha tagħmilha possibbli għall-Istati Membri sabiex jipprovdu sostenn, aktar effettiv u inqas burokratiku milli kien fil-passat, għall-pjanijiet ta' riċerka u żvilupp fl-universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka u fl-industrija, u tgħinhom jistabbilixxu netwerks. Għalhekk irid jiġi kkunsidrat bir-reqqa jekk il-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni filfatt jgħinx sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

2.13

L-għarfien huwa bbażat fuq żewġ pilastri, li huma ta' importanza ugwali u interdipendenti: l-edukazzjoni u r-riċerka. Għarfien ġdid irid jintlaħaq permezz tar-riċerka u l-iżvilupp. Irridu nibdew mill-għarfien eżistenti. Dan irid jiġi kkonsolidat u trasmess permezz ta' l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Kemm il-metodi kif ukoll il-kontenut iridu jiġu valutati sabiex jiġi żgurat li jwasslu għall-għanijiet speċifikati. Iż-żewġ pilastri għandhom bżonn ukoll ta' żieda sinifikanti fl-investiment finanzjarju u kondizzjonijiet ta' qafas adegwati.

2.14

Is-saħħa ta' l-Ewropa tinsab fil-kapaċitajiet u l-prestazzjoni taċ-ċittadini tagħha. Għalhekk hija prijorità li jsir aktar sabiex nippromovu u niżviluppaw dawn il-kapaċitajiet. Għaldaqstant, il-Kumitat isejjaħ lill-Istati Membri sabiex isaħħu u jtejbu l-istituzzjonijiet edukattivi tagħhom u jagħmlu l-investiment neċessarju, li hu konsiderevoli, sabiex jilħqu dan. Edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għall-mases huma importanti daqs l-edukazzjoni ta' l-elite akkademika. Għalhekk hemm bżonn ta' għażla wiesgħa u numru suffiċjenti ta' stabbilimenti edukattivi li huma ta' kwalità minn skejjel primarji sa universitajiet. Hekk biss is-soċjetà kollha Ewropea tista' tinfetaħ għall-edukazzjoni u x-xjenza.

2.15

Barraminhekk il-Kumitat jirrepeti r-rakkomandazzjoni li tiġi żviluppata żona komuni Ewropea ta' l-għarfien li tikkumplimenta ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, permezz ta' kooperazzjoni sovranazzjonali aktar mill-qrib fl-oqsma tat-tagħlim, l-innovazzjoni u r-riċerka. Kull inċentiv u miżura li ssostni t-tagħlim tul il-ħajja għandha rwol importanti x'taqdi f'dan ir-rigward. It-tagħlim tul il-ħajja huwa l-muftieħ għal soċjetà bbażata fuq l-għarfien. L-ostakoli għal suq uniku li qiegħdin ifixklu t-transizzjoni għal soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfien iridu jitneħħew kemm jista' jkun malajr

2.16

Dan jinkludi sostenn akbar min-naħa ta' l-Istati Membri għall-mobilità tal-persuni, u t-tisħiħ ta' programmi ta' l-UE li huma relevanti u effettivi (Erasmus, Marie Curie). Il-mobilità tgħin sabiex jinkisbu u jiġu trasferiti l-ħiliet. Il-moviment ħieles tal-ħaddiema, ir-riċerkaturi u l-istudenti fl-Ewropa kollha jrid jiġi ggarantit u ppremjat permezz ta' inċentivi; irid jimxi id f'id ma' dħul, kondizzjonijiet tax-xogħol u sostenn għall-familji deċenti. L-entitajiet pubbliċi fl-Ewropa kollha jridu jtejbu l-aċċess għall-informazzjoni f'dan il-qasam.

2.17

Fir-rigward ta' l-importanza u tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni, il-Kumitat jindika mhux biss ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati elenkati hawn taħt, imma wkoll ir-rapport eċċellenti Aho li l-Kumitat japprova. Dan jirrigwarda b'mod partikolari l-ambjent legali u soċjali għal intraprenditorija innovattiva u suq li jilqa' l-innovazzjoni. Il-Kumitat jindika wkoll l-opinjoni tiegħu li hi aktar iddettaljata dwar Nilliberaw u nsaħħu il-potenzjal Ewropew għar-riċerka, żvilupp u l-innovazzjoni.

2.18

Il-progress u l-innovazzjoni jseħħu meta għarfien ġdid jinbidel fi proċessi u prodotti ġodda u aħjar (li jinkludi t-titjib kontinwu ta' dawk li diġà jeżistu), mudelli ġodda tas-soċjetà, u l-metodi ta' ġestjoni meħtieġa; għalhekk, il-muftieħ huwa spirtu ta' intraprenditorija innovattiva u inizjattivi intraprenditorjali. Madankollu, il-progress u l-innovazzjoni jiddependu wkoll minn tipi ġodda ta' servizzi, minn żvilupp tas-servizzi tas-saħħa u b'mod ġenerali minn soluzzjonijiet aħjar għall-problemi soċjali fil-limitazzjonijiet ekonomiċi li jeżistu.

2.19

Għalhekk, l-innovazzjoni tfisser il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, proċessi, metodi organizzattivi, mudelli tan-negozju, mudelli edukattivi, eċċ li qabel ma ġewx ikkunsidrati jew ma setgħux jiġu kkunsidrati. Għaldaqstant huwa importanti li l-leġislazzjoni relevanti toffri spazju suffiċjenti għall-manuvri sabiex idejat ġodda li qabel ħadd ma ħaseb fihom jingħataw l-opportunità li jitpoġġew fil-prattika u ma jispiċċawx fix-xejn qabel ma jiġu ppruvati sempliċement għaliex ma jidħlux fil-qafas ta' regolamentazzjoni li tkun eċċessivament iddettaljata. Regolamentazzjoni li tkun restrittiva żżejjed twaqqaf l-innovazzjoni. Il-Kumitat għalhekk jappoġġja l-isforzi kollha sabiex jiġu semplifikati r-regolamenti, li jiġu ċċekkjati għal restrizzjonijiet li huma superfluwi, ddettaljati b'mod eċċessiv u/jew mhux meħtieġa.

2.20

L-innovazzjoni tfisser li taċċetta ċertu livell ta' riskju ta' falliment u filfatt anke telf; b'mod ġenerali, l-effettività ta' approċċ jew idea ġdida kif ukoll l-iżvantaġġi jew l-effetti kollaterali huma mifhuma biss meta tagħti prova ta' x'issarraf fil-prattika u f'kompetizzjoni ma' proċessi oħrjan. Anke l-falliment nitgħallmu minnu. L-opportunità u r-riskju huma ż-żewġ uċuħ ta' l-istess munita. Bħala regola, il-benefiċċji li wieħed jistenna li jieħu minn xi innovazzjoni għandhom ikunu akbar mir-riskji possibbli assoċjati magħha. Riskji potenzjali għas-soċjetà jirrikjedu valutazzjoni speċjali. Għandu jiġi kkunsidrat jekk — ta' l-anqas għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju — għandux jitwaqqaf fond ta' riskju (per eżempju fil-BEI) sabiex ikopri telf possibbli.

2.21

Il-Kumitat indika ripetutatment li l-kapital uman huwa l-aktar riżorsa delikata u prezzjuża għall-għarfien u l-innovazzjoni. In-numru, ir-riżorsi u l-kwalità ta' l-istabbilimenti tat-taħriġ neċessarji għalhekk huma kondizzjoni indispensabbli sabiex tiġi ssodisfata d-domanda għal xjenzati u inġiniera u għalliema tajbin.

2.22

Grazzi għall-investiment li tagħmel is-soċjetà minn banda, u r-riċerkaturi individwali mill-banda l-oħra, bl-iskop li niksbu għarfien fundamentali ta' firxa wiesgħa li ġeneralment ma jinkisibx faċilment, kif ukoll għarfien ta' livell għoli ta' speċjalizazzjoni, is-soċjetà — irrappreżentata mill-klassi politika — tassumi r-responsabbiltà li tagħmel l-aħjar użu minn dan l-invesitment. Din ir-responsabbiltà trid tiġi riflessa fil-preokkupazzjoni sabiex jiġi żgurat li riċerkaturi mħarrġa u inġiniera jkunu jistgħu jibdew familja, isibu opportunitajiet tax-xogħol adattati u prospettivi ta' karriera adegwati, b'possibilitajiet attraenti li jidħlu f'oqsma oħra, mingħajr ma jirriskjaw li jiġu mwarrba professjonalment jew li jispiċċaw b'daharhom mal-ħajt. Jekk xjenzati u inġiniera kkwalifikati jispiċċaw qegħda, jirċievu salarju inadegwat jew f'okkupazzjoni mhux adegwata, (per eżempju minħabba xogħol eċċessiv ta' amministrazzjoni u kumitati), dan iwassal għal ħela ta' investiment ekonomiku u jservi sabiex jiskoraġġixxi xjenzati u inġiniera ta' l-għola livell fil-ġenerazzjoni ta' wara, bir-riżultat li dawn jagħżlu karrieri li mhumiex relatati max-xjenza jew it-teknoloġija jew li jemigraw mill-Ewropa.

2.23

Dan ma jeskludix il-bżonn li esperti li huma ta' esperjenza, xjenzati u nies tekniċi ta' l-ogħla livell jiġu involuti aktar milli kienu s'issa fi proċessi relevanti tat-teħid tad-deċiżjonijiet u dossiers amministrattivi relatati mal-politika tar-riċerka, u materji ta' politika intraprenditorjali u dwar innovazzjoni. It-twaqqif tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka huwa l-ewwel pass inkoraġġanti f'din id-direzzjoni. Mandankollu, hemm bżonn li l-kompetenza relevanti tiġi attratta u miżmuma f'livelli suffiċjenti fl-UE (inkluż fil-Kummissjoni) u l-entitajiet ta' l-Istati Membri li jipprovdu fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-amministrazzjoni waħedha mhijiex biżżejjed.

2.24

It-trasformazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fi prodotti u proċessi industrijali tqajjem kwistjonijiet partikolari. Hemm raġuni valida għalfejn il-mira ta' Lisbona hija li żewġ terzi mill-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp iridu jiġu mill-industrija. Għalhekk, huwa importanti li nsaħħu l-immaġni professjonista ta' l-intraprendituri u li nqajmu kuxjenza pubblika dwar l-importanza tar-rwol tagħhom fl-innovazzjoni, il-progress ekonomiku u l-prosperità in ġenerali. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat, fil-kompitu tiegħu ta' pont mas-soċjetà ċivili organizzata, poġġa t-tema ta' l-intraprenditorija b'wiċċ uman fiċ-ċentru tal-programm futur tiegħu. Huwa biss permezz ta' intraprenditorija li hija responsabbli, enerġetika u immaġinattiva u li kapaċi tiżviluppa b'mod ħieles li l-miri ta' Lisbona jistgħu jintlaħqu.

2.25

Ħafna aspetti oħra u dettalji jiġu ttrattati b'mod aktar komprensiv fil-kummenti li jsegwu, kif ukoll fl-opinjonijiet tal-Kumitat dwar It-Triq lejn soċjetà Ewropea mibnija fuq l-għarfienil-kontribut tas-soċjetà organizzata lejn l-Istrateġija ta' Lisbona  (1) u Nilliberaw u nsaħħu l-potenzjal Ewropew għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni  (2).

3.   Kummenti Ġenerali

3.1

L-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija. L-Ewropa hija l-benniena tax-xjenza moderna u tar-riċerka li jiżviluppaw kontinwament. Jekk nikkunsidraw iż-żona kulturali Griega/Eġizzjana, kif ukoll it-taħlit maż-żona kulturali Indjana/Għarbija (3) li seħħ minn żmien għal żmien, nistgħu ngħidu li kienet il-benniena tax-xjenza b'mod ġenerali. Minkejja tendenzi li varjaw f'ċerti żminijiet u xi interruzzjonijiet minħabba l-gwerra, fejn jidħlu x-xjenza u r-riċerka kien hemm rabtiet fl-Ewropa kollha, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Il-metodi u l-mod tagħhom ta' ħsieb kienu deċisivi sabiex iwittu t-triq għas-soċjetà Ewropea kontemporanja tagħna, il-valuri tagħha, il-mod ta' għejxien tagħha u l-livell ta' ħajja tagħha; kienu karatteristika li tiddefinixxi ż-żona kulturali Ewropea (4). Ir-riċetta għas-suċċess tal-kisbiet li rriżultaw kienet l-interazzjoni libera bejn il-ħila inventiva fis-sengħa, u l-inizjattiva intraprenditorjali mal-metodi u s-sistemi xjentifiċi u t-teknoloġiji u l-proċessi industrijali li żviluppaw minnhom.

3.2

L-iżvilupp tas-soċjetà. L-iżviluppi soċjali prinċipali li wasslu għal ċittadini ħielsa fi stat modern bis-separazzjoni tal-poteri, id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali, u l-leġislazzjoni ta' l-għajnuna soċjali mxew kważi id f'id mal-progress soċjali u teknoloġiku.

3.3

Żvilupp fil-kondizzjonijiet ta' l-għejxien. Bħala konsegwenza ta' dawn il-proċessi paralleli, il-kondizzjonijiet ta' għejxien tan-nies fil-pajjiżi u r-reġjuni involuti inbidlu u tjiebu aktar minn qatt qabel fl-istorja tal-bniedem. F'dawn l-aħħar 135 sena, il-prospetti medji ta' l-għomor tal-popolazzjoni (5) aktar minn irduppjaw (6). F'dawn l-aħħar 50 sena, il-prodott agrikolu f'termini ta' uċuħ kważi ttrippla. Fil-pajjiżi industrijali ta' suċċess, sirna nitkellmu dwar obeżità aktar milli nuqqas ta' ikel, dwar bombardament ta' l-informazzjoni aktar milli nuqqas ta' informazzjoni, u dwar popolazzjoni li qiegħda tixjieħ aktar milli mortalità tat-tfal. Il-kapaċitajiet u l-kisbiet tas-soċjetà moderna, mobbli u industrijalizzata li seħħu permezz tar-riċerka, ix-xjenza u l-innovazzjoni imissu kull qasam ta' l-iżvilupp uman u l-kwalità tal-ħajja.

3.4

L-użu ta' l-enerġija. L-iżvilupp u l-użu intensiv ta' proċessi industrijali li jużaw l-enerġija, makkinarju u sistemi tat-trasport ukoll għamlu kontribut sinifikanti għall-progress li sar. L-enerġija ħelset lin-nies mill-piż ta' l-aktar xogħol manwali iebes, immultiplikat il-produttività tagħhom, ipprovdiet is-sħana u d-dawl, u għamlet possibbli livelli ta' mobilità, komunikazzjoni u żvilupp kulturali li qabel ma kinux immaġinabbli. L-enerġija saret l-“ikel” u l-karburant ta' l-ekonomiji moderni.

3.5

Il-kwistjoni tal-klima u l-provvista ta' l-enerġija. Madankollu, dan l-iżvilupp sinifikanti jġib miegħu problemi u sfidi ġodda. It-tisħsin globali, il-konsegwenzi possibbli tiegħu, u l-istrateġiji sabiex innaqsuh huma s-suġġett ta' ħafna deċizjonijiet politiċi b'riperkussjonijiet wiesgħa (7) u numru kbir ta' studji (8), xi wħud minnhom b'konklużjonijiet kontroversjali. Ir-Rapport Sterm (9) bit-titlu L-Ekonomija tat-Tibdil fil-Klima (The Economics of Climate Change) u ppubblikat fl-aħħar ta' Ottubru 2006, stabbilixxa li n-nefqa sabiex jitnaqqas it-tisħin globali kkawżat mill-gassijiet b'effett ta' serra hija ta' madwar 1 % tal-PGD, li jinkludi aktar attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li huma neċessarji għal dan il-għan. Madankollu anke jekk inwarrbu l-problema tat-tibdil fil-klima, il-kwistjoni ta' provvista ta'enerġija bla periklu u sostenibbli għall-Ewropa (kif ukoll għad-dinja) hija waħda mill-isfidi politiċi ċentrali, li sabiex jiġu risolti, ser ikollhom rwol importanti żieda sinifikanti fir-riċerka u l-iżvilupp (10).

3.6

Problemi u sfidi oħra  (11). Madankollu, it-tibdil fil-klima u l-provvista ta' l-enerġija mhumiex l-uniċi problemi. Eżempji oħra ta' oqsma li huwa importanti li ssir riċerka dwarhom u li l-Kumitat għamel rakkomandazzjonijiet dettaljati f'opinjonijiet li ħarġu qabel bħalma hi dik dwar is-Seba' programm ta' qafas għar-riċerka u żvilupp (12) u dik dwar il-programmi speċifiċi tiegħu (13) jinkludu l-ġlieda kontra l-mard fiżiku u mentali, kif tista' titħaffef il-ħajja għan-nies b'diżabilità, jew nies li għandhom xi żvantaġġi oħra bil-għan li jtejbu l-iżvilupp professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ta' l-għarfien; l-effetti tal-bidliet demografiċi (kif ukoll il-ġerontoloġija); fehma aktar profonda ta' kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali komplessi, kif inhuma relatati ma' xulxin u l-impatt li għandhom fuq xulxin; il-ħarsien ta' l-ambjent u, b'mod aktar ġenerali, il-protezzjoni u l-iżvilupp tal-mod tagħna ta' għejxien, is-sistema tal-valuri tagħna Ewropea u l-mudell soċjali tagħna.

3.7

Kompetizzjoni Globali. Barraminhekk, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiffaċċja l-isfida serja ħafna tal-kompetizzjoni globali li qiegħda tiżdied. Sfida partikolari għall-UE hi li żżomm l-impjiegi, il-prosperità u l-livelli soċjali u ambjentali Ewropej. Dan mhuwiex biss minħabba l-qawwa ekonomika ta' l-Istati Uniti u l-Ġappun, imma b'mod aktar partikolari minħabba l-prestazzjoni sinifikanti u dejjem aktar b'saħħitha fl-oqsma ta' l-industrija u r-riċerka ta' pajjiżi bħalma huma ċ-Ċina, (li trid taqbeż lill-Istati Uniti bħala l-aktar pajjiż teknoloġikament avvanzat fid-dinja sa l-2050 (14)), l-Indja u l-Brażil u l-pagi, il-livelli soċjali u ambjentali li huma bil-wisq aktar baxxi f'dawn il-pajjiżi. Huwa preċiżament f'dan l-isfond ta' kompetizzjoni globali u t-tellieqa globali għal żieda fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż il-kompetizzjoni globali għall-aħjar xjenzati u inġiniera, li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tottimizza l-politiki tagħha f'dan il-qasam. Għalhekk qegħdin nitkellmu primarjament dwar il-kompetizzjoni globali, mhux dik fl-Ewropa.

3.8

Nibqgħu 'il quddiem fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-pożizzjoni kompetittiva ta' l-Ewropa, tista' tinżamm biss jekk fil-futur tkompli tibqa' 'l quddiem fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni kontinwa, b'għeruq f'ambjent soċjo-kulturali ta' demokrazija, stat tad-dritt, libertà ekonomika, sigurtà fl-ippjanar, motivazzjoni u r-rikonoxximent tas-suċċess. Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka trid tissaħħaħ u tespandi. Filwaqt li dan issa qiegħed jiġi rikonoxxut b'mod ġenerali fi stqarrijiet politiċi ta' intenzjoni, ir-realtà f'termini ta' azzjoni u fl-għażla ta' prijoritajiet speċifiċi (eż. fil-baġits tar-riċerka) u l-kwadri ta' regolamenti relevanti (eż. ftehim kollettivi (15) u liġijiet fiskali (16)) sfortunatament juru nuqqasijiet sinifikanti, kemm fil-livell komunitarju kif ukoll f'ħafna mill-Istati Membri. M'għandniex nissottostimaw kemm din is-sitwazzjoni hija filfatt drammatika, anke jekk xi Stati Membri qegħdin juru sinjali inkoraġġanti li qegħdin ilaħħqu (17).

3.9

L-ogħla prestazzjonijiet fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku. Għandna bżonn ta' l-ogħla prestazzjonijiet fil-qasam xjentifiku u tekniku, li jinbidlu f'innovazzjonijiet u f'forza ekonomika kompetittiva mil-lat intraprenditorjali, sabiex nissalvagwardaw il-futur tagħna, per eżempju fir-rigward tal-kwistjoni ta' l-enerġija u l-klima, inżommu u ntejbu l-pożizzjoni globali tagħna fil-preżent, u niżviluppaw minflok ma nipperikolaw il-mudell soċjali Ewropew. Meta jitqies kollox però, ir-riċerka u l-iżvilupp jaqdu wkoll l-għan fundamentali li jġibu għarfien akbar u ġdid. Madankollu, għarfien akbar mhux biss jgħinna nsolvu l-problemi, iżda jwessagħlna l-mod ta' kif inħarsu lejn id-dinja, ipoġġi sitwazzjonijiet ta' kunflitt f'perspettiva, u jarrikkixxi l-kultura tagħna.

3.10

Nagħtu spinta ġdida lit-tradizzjoni. Għalhekk, issa l-Ewropa trid issir konxja li darba kienet minn ta' quddiem nett fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u timmira li terġa' tqajjem dik it-tradizzjoni. Is-saħħa ta' l-Ewropa tinsab f'dak li huma kapaċi jagħmlu n-nies tagħha. Għalhekk irid isir aktar milli sar s'issa sabiex nippromovu u niżviluppaw dawn il-kapaċitajiet. Madankollu, dan ifisser ukoll li jkun hemm aktar investiment fir-ricerka u l-iżvilupp, li tiżdied l-effiċjenza tagħhom, li tissaħħaħ id-dispożizzjoni u l-abbilità ta' l-industrija, il-kummerċ u l-gvern sabiex jirrinovaw, jippromovu u jirrikonoxxu l-isforz, u jnaqqsu l-ostakoli li qegħdin itellfu.

3.11

Inżidu l-investiment. B'mod partikolari dan ifisser li l-UE u l-Istati Membri jridu jinvestu bil-wisq aktar fir-riċerka u l-iżvilupp, fl-edukazzjoni ġenerali li tirrifletti dan, u fl-edukazzjoni tax-xjenzati u l-inġiniera li għandna bżonn (taż-żewġ sessi). Fuq kollox, però, dan ifisser li r-rieda min-naħa ta' l-industrija, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jinvestu fir-riċerka u l-iżvilupp għandha bżonn tiġi inkoraġġita u ssir għażla aktar attraenti u li tirrendi permezz ta' kondizzjonijiet ta' qafas adegwati fl-oqsma legali, amministrattivi, fiskali (18) u finanzjarji.

3.12

Klima soċjali li tiffavorixxi l-progress. L-aktar kondizzjoni importanti sabiex jintlaħaq dan il-għan hija klima soċjali li hija miftuħa għall-progress, l-innovazzjoni, u l-intraprenditorija, fejn is-soċjetà tifhem dan kompletament flimkien ma' l-implikazzjonijiet tiegħu, sabiex il-politiċi fil-livelli kollha joħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji u jieħdu deċiżjonijiet li jiffaċilitaw dan il-progress, imma wkoll sabiex jinħolqu impjiegi ġodda u tinbena l-kunfidenza fl-industrija u l-ottimiżmu neċessarji sabiex isiru investimenti ġodda. Dan jinkludi li jiġi żgurat li l-pubbliku jsir aktar familjari mal-kisbiet u l-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija u x-xogħol li twettaq mill-pijuniera tal-qasam intraprenditorjali milli huwa bħalissa. Dan ifisser ukoll li r-riċerka bażika (19), b'mod partikolari tibni l-pedamenti neċessarji għall-għarfien u l-innovazzjoni fil-futur.

3.13

Nirrikonoxxu l-kisbiet. L-impatt deċiżiv ta' dawn il-kisbiet fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum bħalissa, il-kondizzjonijiet li fihom seħħew, u l-kisbiet xjentifiċi, teknoloġiċi, intraprenditorjali u kulturali assoċjati magħhom, iridu jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà, mgħallma fl-iskejjel u mogħtija l-importanza li ħaqqhom.

3.14

Prerekwiżiti oħra. Madankollu, il-progress u l-innovazzjoni kontinwi ma jiddependux esklussivament fuq ix-xjenza u t-teknologija, iżda wkoll fuq il-motivazzjoni, il-ħiliet u r-rieda għax-xogħol ta' dawk kollha involuti, kif ukoll fuq mudelli innovattivi ta' intrapriża, fuq il-metodi l-ġusti ta' ġestjoni u fuq qafas legali li jiffaċilita dan kollu.

3.15

Aċċettazzjoni tar-riskju. Jekk il-promozzjoni ta' approċċi ġodda għar-riċerka, teknoloġiji innovattivi, prattiċi tan-negozju u mudelli tan-negozju ser ikollha suċċess, irridu naċċettaw li s-suċċess jinvolvi ċertu ammont ta' riskju, inkluż ir-riskju ta' telf. B'mod ġenerali, il-vantaġġi u l-effettività ta' approċċ ġdid kif ukoll l-iżvantaġġi jew l-effetti kollaterali huma mifhuma biss meta dan jagħti prova ta' xi jsarraf fil-prattika u f'kompetizzjoni ma' proċessi oħrajn. Anke l-falliment nitgħallmu minnu. L-opportunità u r-riskju huma ż-żewġ uċuħ ta' l-istess munita. Bħala regola, il-benefiċċji li wieħed jistenna li jieħu minn xi innovazzjoni għandhom ikunu akbar mir-riskji possibbli assoċjati magħha. Riskji potenzjali għas-soċjetà jirrikjedu valutazzjoni speċjali. Għandu jiġi kkunsidrat jekk — ta' l-anqas għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju — għandux jitwaqqaf fond ta' riskju (per eżempju fil-BEI) sabiex ikopri telf possibbli.

4.   Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

4.1

Il-bażi ta' l-għarfien. L-għarfien huwa bbażat fuq żewġ pilastri, li huma ta' importanza ugwali: l-edukazzjoni u r-riċerka. Għarfien ġdid jista' jintlaħaq biss permezz tar-riċerka u l-iżvilupp. Sabiex dan iseħħ, għandna bżonn ta' l-għarfien eżistenti bħala punt li nitilqu minnu: dan l-għarfien irid jiġi kkonsolidat u trasmess permezz ta' l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. L-għanijiet ta' dan huma kif ġej.

4.1.1

Għarfien bażiku. L-ewwel għan huwa li jiġi żgurat li kull ċittadin ikollu għarfien bażiku sod tax-xjenza, it-teknoloġija u l-ekonomija, u kif jaħdmu u l-prinċipji bażiċi tagħhom, bħala parti mill-edukazzjoni tiegħu jew tagħha. Dan huwa essenzjali sabiex, per eżempju, iċ-ċittadini jkunu kapaċi jiġġudikaw dwar l-inter-relazzjonijiet, ta' spiss ikkumplikati li hemm bżonn li jiġu mifhuma sabiex tiġi ffurmata opinjoni politika infurmata. Għaldaqstant, il-kurrikula u l-ħin tat-tagħlim disponibbli fil-livelli kollha ta' l-istruzzjoni għandhom ikunu mmirati sabiex bil-mod il-mod jintroduċu lit-tfal u liż-żgħażagħ għall-mod ta' ħsieb li huwa xjentifiku, tekniku u ekonomiku u għall-ħażna ta' għarfien li teżisti (20), billi jintużaw eżempji konkreti u ċari u spjegazzjonijiet u materjal didattiku stimulanti. Għandhom ukoll jiftħulhom għajnejhom dwar l-importanza tax-xjenza, l-iżvilupp teknoloġiku, arranġamenti soċjo-ekonomiċi innovattivi u s-soċjetà ta' l-għarfien b'mod ġenerali għall-futur tagħhom u għall-opportunitajiet tal-ħajja. Trid titpoġġa enfasi ħafna aktar qawwija fuq din il-parti tal-kurrikulu sabiex dan iseħħ. Il-Kumitat jilqa' u jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Rocard, li jindirizza dan it-tħassib (21).

4.1.2

Inċentivi fl-għażla ta' professjoni. Fl-istess ħin, dawk li juru li għandhom talent fix-xjenza u t-teknoloġija għandhom jiġu mħeġġa sabiex isegwu studji f'dan il-qasam — li kulħadd jaf li hu iebes — b'kunisderazzjoni ta' dani jingħataw bażi ta' għarfien li hi solida, li biha jkunu jistgħu jibdew karriera f'dan il-qasam. Dan ifisser ukoll li l-kurrikula ta' l-iskejjel, speċjalment fil-liċej, għandhom jipprovdu tagħlim estensiv u ta' kwalità għolja.

4.1.3

Nirkupraw li ntilef minn kull lat. Għalhekk, hemm ħafna li jrid jiġi rkuprat fejn jidħol it-tagħlim tax-xjenza u t-teknoloġija. Naturalment, dan ma jbiddilx il-fatt li t-talenti kollha fl-ispettru kollu jridu jittrawmu, inkluż fix-xjenzi soċjali, ekonomiċi, l-istudju tal-klassiċi u l-arti. Istruzzjoni u taħriġ ta' kwalità għall-mases — li tfisser ukoll li l-istudenti jridu jkunu lesti li jaħdmu u jkollhom id-dixxiplina fuqhom infushom — huma importanti daqs l-istruzzjoni ta' l-elite akkademika. Stabbilimenti edukattivi ta' kwalità għolja, mill-primarji sa' l-universitajiet huma l-l-kondizzjoni bażika sabiex is-soċjetà kollha tinfetaħ għall-edukazzjoni u x-xjenza.

4.1.4

Iż-Żona Ewropea ta' l-Għarfien. Il-Kumitat jirrepeti r-rakkomandazzjoni tiegħu li tiġi żviluppata żona komuni Ewropea ta' l-għarfien li tikkumplimenta ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, permezz ta' kooperazzjoni sovranazzjonali aktar mill-qrib fl-oqsma tat-tagħlim, l-innovazzjoni u r-riċerka. L-ostakoli għal suq uniku li qegħdin ifixklu t-transizzjoni għal soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfien iridu jitneħħew kemm jista' jkun malajr Dwar dan is-suġġett, il-Kumitat jirreferi għall-opinjoni tiegħu dwar It-triq lejn soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfienil-kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata lill-Istrateġija ta'Lisbona  (22).

4.1.5

It-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità. L-incentivi u l-miżuri li jsostnu t-tagħlim tul il-ħajja għandhom rwol importanti x'jaqdu f'dan ir-rigward. It-tagħlim tul il-ħajja huwa l-muftieħ għal soċjetà bbażata fuq l-għarfien. Dan jinkludi sostenn akbar min-naħa ta' l-Istati Membri għall-mobilità tal-persuni, u t-tisħiħ ta' programmi ta' l-UE li huma relevanti u effettivi (Erasmus, Marie Curie). Il-mobilità tgħaqqad l-Ewropa u tgħin sabiex jinkiseb u jiġi trasferit l-għarfien. Il-moviment ħieles tal-ħaddiema, riċerkaturi u l-istudenti jrid jiġi ggarantit u jimxi id f'id ma' dħul, kondizzjonijiet tax-xogħol u sostenn għall-familji deċenti. L-entitajiet pubbliċi fl-Ewropa kollha jridu jtejbu l-aċċess għall-informazzjoni f'dan il-qasam.

4.2

Il-livell tat-taħriġ fil-ħiliet. Dan ifisser ukoll li t-taħriġ xjentifiku u teknoloġiku fl-universitajiet u l-kulleġġi tekniċi jrid, ta' lanqas jilħaq l-ogħla livelli internazzjonali. L-aktar kapital importanti għar-riċerka u l-innovazzjoni huma xjenzati u inġiniera kwalifikati u motivati ħafna taż-żewġ sessi li jżommu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz tat-tagħlim tul il-ħajja matul il-karrieri tagħhom u li numru suffiċjenti minnhom huma kapaċi jieħdu rwol ta' tmexxija u jkunu l-pujuniera fl-aktar oqsma diffiċli.

4.3

Opportunitajiet għal kulħadd. Fil-futur, il-progress u s-suċċess, aktar minn qatt qabel, ser ikunu r-riżultat tal-ħidma strutturata ta' tim li tinvolvi l-qsim tal-ħidma fejn dawk kollha involuti għandhom l-aħjar opportunitajiet possibbli sabiex jiżviluppaw u jieħdu inizjattivi skond it-talenti, il-kapaċitajiet u l-kreattività tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li jkun hemm istituzzjonijiet tat-taħriġ ta' kwalità għolja għall-ispettru kollu ta' speċjalisti li huma u ser ikunu meħtieġa għall-firxa wiesgħa ta' kompiti fit-teknoloġija, ix-xjenza u n-negozju.

4.4

Netwerkjar. Speċjalment għall-iskop tat-taħriġ vokazzjonali, hemm bżonn ta' netwerkjar li jqarreb dejjem aktar lejn xulxin il-pilastri tat-taħriġ, ir-riċerka u l-applikazzjoni industrijali. Hawnhekk hawn konnessjoni ċara mas-suġġett tat-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità (ara punt 4.1.5). Hemm ukoll bżonn ta' netwerkjar aħjar li jaqsam il-fruntieri bejn l-universitajiet u l-kulleġġi ta' edukazzjoni għolja. F'dan il-kuntest il-Kumitat jilqa' l-pjanijiet ta' Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (IET) (23), li hu mmirat li jkompli jiżviluppa l-kapaċitajiet innovattivi ta' l-UE u l-Istati Membri tagħha billi jipprovdu kollegament bejn l-attivitajiet ta' taħriġ, riċerka u innovazzjoni fl-ogħla livell. Madankollu, 'il fuq u lil hinn mill-edukazzjoni u t-taħriġ, dan japplika wkoll għar-riċerka u l-iżvilupp kollu pre-kompetittiv tad-ditti industrijali (24), bħall-iżvilupp konġunt tat-teknoloġija mtejba tal-magni fl-industrija tal-karozzi.

5.   Kwisjonijiet finanzjarji u ta' proċeduri

5.1

L-investiment huwa kwistjoni għall-partijiet interessati kollha. L-UE, l-Istati Membri u s-settur privat għandhom jagħmlu l-almu tagħhom — jiġifieri ħafna aktar milli qegħdin jagħmlu s'issa — sabiex jipprovdu investiment għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp.

5.2

Il-mira ta' Barċellona. Il-mira ta' Barċellona li saret bl-iskop li tiġi implimentata l-istrateġija ta' Lisbona, trid tittieħed bl-akbar serjetà mill-partijiet interessati kollha jekk l-Ewropa ma tridx taqa' aktar lura meta mqabbla ma' l-investiment li jagħmlu l-kompetituri globali tagħha fir-riċerka u l-iżvilupp. Din il-mira tistabbilixxi li n-nefqa totali f'riċerka u żvilupp fl-UE trid tiżdied b'tali mod li tilħaq madwar 3 % tal-PGD sa l-2010 Żewġ terzi mill-investiment li hemm bżonn irid jiġi mis-settur privat.

5.3

L-effett multiplikatur tas-Seba' programm ta' qafas għar-riċerka u l-iżvilupp. F'Diċembru 2006, il-Kunsill adotta s-Seba' programm ta' qafas għar-riċerka u żvilupp (FP7) għall-2007-2013. Il-baġit għal dan il-programm huwa ta' madwar EUR 50 biljun, li huwa ħafna aktar minn dak ta' qabel. Dan huwa suċċess ieħor ta' politika Ewropea li kien ferm appoġġjat mill-Kumitat. Madankollu, li-baġit totali għal dan huwa ta' madwar 50 billjun euro, li jfisser li l-Komunità ser tkun qiegħda tipprovdi biss madwar 2 % (fi kliem ieħor wieħed biss minn kull ħamsin) ta' l-investiment totali fir-riċerka u l-iżvilupp li jissemma fil-mira ta' Barċellona. Madankollu, bħalma l-Kumitat saħaq repetutament, dan mhuwiex biżżejjed sabiex nimmassimizzaw l-effetti multiplikaturi u integranti li l-fondi ta' l-UE għandhom fuq il-fondi għar-riċerka ta' l-Istati Membri u l-investiment tant meħtieġ ta' l-industrija sabiex tinkiseb iż-żieda konsiderevoli li hemm bżonn sabiex tintlaħaq il-mira ta' Barċellona.

5.4

Rakkomandazzjoni mtennija. Għalhekk, mhux l-anqas fil-kuntest tat-twaqqif ippjanat ta' l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (IET) il-bżonn urġenti ta' aktar ħidma fir-riċerka u l-iżvilupp fil-provvista ta' enerġija li tirrispetta l-klima u li hija sostenibbli, il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni (25) tiegħu li din il-parti tal-fondi ta' l-UE trid, bħala l-ewwel pass, tiżdied bin-nofs, jigifieri għal madwar 3 % ta' l-investiment totali proġettat fil-mira ta' Barċellona, bħala parti mir-reviżjoni tal-baġit ta' l-UE ppjanata għall-2008. Dan ikun pass partikolarment effettiv mill-UE sabiex il-miri ta' Lisbona u Barċellona li qegħdin jikbru fl-importanza, jintlaħqu aktar malajr milli huwa mistenni fil-preżent, u sabiex jissolvew il-problemi msemmija hawn fuq b'mod aktar effettiv u malajr.

5.4.1

Il-kompetizzjoni maċ-Ċina. L-isforzi ekwivalenti fir-riċerka, li qiegħda tagħmel iċ-Ċina, per eżempju, qegħdin jiżdiedu b'rata mgħaġġla u l-Ewropa trid tagħmel kull sforz sabiex ma titlifx is-swieq tagħha għal teknoloġiji li huma importanti u essenzjali globalment, lill-kompetituri. Però, mhuwiex politikament kredibbli li s-settur privat jintalab li jipprovdi l-investimenti neċessarji meta l-UE u l-Istati Membri ma pprovdewx sehemhom mill-fondi għall-miri ta' Barċellona li huma stess stabbilixxew.

5.4.2

Fondi ċentrali mill-Istati Membri. Ta' l-anqas, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-universitajiet u l-istituti ta' riċerka tagħhom għandhom finanzjament bażiku li huwa biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-livell mistenni ta' finanzjament konġunt mis-Seba' programm ta' qafas għar-riċerka u l-iżvilupp.

5.5

Qafas ta' l-UE għall-għajnuna mill-istat. Il-liġi ta' l-UE dwar l-għajnuna mill-istat għandha tiġi fformulata b'tali mod li tinkoraġixxi lill-Istati Membri sabiex jipprovdu appoġġ akbar, aktar effettiv u inqas burokratiku milli kien fil-passat, għall-pjanijiet ta' riċerka u żvilupp ta' l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u ta' l-industrija, u jgħinuhom jistabbilixxu netwerks bejniethom. Għalhekk irid jiġi kkunsidrat bir-reqqa jekk il-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni  (26) filfatt jgħinx sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

5.6

Ir-regoli tal-baġits ta' l-Istati Membri. Il-liġijiet li jirregolaw l-estimi finanzjarji ta' l-Istati Membri individwali għandhom jippermettu li jkun hemm passaġġ aktar flessibbli għall-fondi mmirati għall-miżuri ta' riċerka u żvilupp. Dawn ghandhom jiġu adattati għaċ-ċiklu ta' kull proġett. Per eżempju, għandu jkun possibbli li jiġu trasferiti fondi allokati għas-sena kalendarja jew baġitarja li jmiss.

5.7

L-iżvilupp ta' l-infrastruttura xjentifika. Il-KESE irrakkomanda ukoll f'diversi okkażjonijiet (27) li parti aktar sostanzjali mir-riżorsi tal-Fondi Strutturali ta' l-UE jintużaw għall-iżvilupp ta' infrastruttura xjentifika. L-użu tal-fondi mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għal dan il-għan jistgħu wkoll ikunu ta' benefiċċju kbir

5.8

Il-potenzjal ta' l-SMEs Huwa importanti wkoll li jkompli jissaħħaħ il-potenzjal ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u speċjalment tal-kumpaniji l-ġodda, għall-innovazzjoni u, b'mod aktar ġenerali, sabiex jiġu provduti inċentivi aktar b'saħħithom għall-industrija sabiex tinvesti f'dan il-qasam Il-Kumitat jirreferi wkoll għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu (28) dwar il-programm multi-annwali ta' l-UE għall -intrapriżi u l-intraprenditorija, u b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u għas-sostenn għal ekonomija bbażata fuq l-għarfien li hija partikolarment importanti f'dan il-kuntest. Il-fatt li 98 % tad-ditti kollha fl-UE huma ta' daqs żgħir u medju juri biċ-ċar kemm hu importanti li tissaħħaħ il-kapaċità innovattiva ta' din il-kategorija ta' intrapriżi. Il-Kumitat għalhekk jilqa' il-fatt li EUR 1.3 biljun ġew allokati għall-ispejjeż marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp li jkollhom l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-FP7. Regolamenti eżistenti li jagħmluha diffiċli għall-intrapriżi ta' daqs medju għandhom jiġu riveduti u fejn hu possibbli l-burokrazija żejda għandha titnaqqas; l-awtoritajiet jistgħu wkoll permezz tal-parrini tan-negozju (business angels), jipprovdu għajnuna sabiex jintlaħqu l-opportunitajiet ta' finanzjar. L-Ewropa tista' wkoll tispira ruħha mill-prattiċi ta' finanzjar f'pajjiżi oħra għal dan il-qasam.

6.   Aspetti strutturali u kondizzjonijiet bażiċi

6.1

Referenza għal rapporti oħra u rapporti preċedenti. Dwar dan is-suġġett, il-Kumitat jirreferi l-ewwel nett għaż-żewġ Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni (29) li ġew ippubblikati reċentement dwar l-innovazzjoni u għar-rapport eċċellenti Aho (30). Jindika wkoll l-opinjoni tiegħu (31) dwar Nilliberaw u nsaħħu l-potenzjal Ewropew għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, li f'diversi punti itenni l-kontenut ta' dan id-dokument, iżda jidħol f'ħafna aktar dettall f'ħafna mit-temi li jitqajmu hawnhekk.

6.2

L-innovazzjoni ssarraf f'aktar minn hekk. B'mod riaffermattiv u kumplimentari għar-rapporti msemmija hawn fuq, il-Kumitat itenni wkoll li l-progress u l-innovazzjoni ma jiddependux esklussivament mix-xjenza u t-teknoloġija, iżda wkoll mill-applikazzjoni ta' dan l-għarfien fi prodotti u proċessi ġodda u aħjar, mudelli innovattivi ta' negozju u mill-metodi tajbin ta' ġestjoni; għalhekk, spirtu ta' intraprenditorija innovattiva u inizjattivi intraprenditorjali huma wkoll importanti. Il-progress u l-innovazzjoni jiddependu wkoll minn tipi ġodda ta' servizzi, minn żvilupp tas-servizzi tas-saħħa u b'mod ġenerali minn soluzzjonijiet aħjar għall-problemi — eżempju ta' dan huwa l-kunċett ta' “flessigurtà”, li l-Kumitat iddiskuta (32).

6.3

L-innovazzjonipass lejn destinazzjoni mhux magħrufa. Għalhekk, l-innovazzjoni tfisser il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, proċessi, metodi organizzattivi, mudelli tan-negozju, mudelli edukattivi eċċ li qabel ma ġewx ikkunsidrati. Għalhekk, l-effettività tagħhom ġeneralment tista' tiġi ppruvata biss wara li jkunu qagħdu għall-prova tal-kompetizzjoni vera.

6.4

It-tfassil ta' qafas regolatorju flessibbli. Fl-istess ħin, ir-regolamenti jitfasslu fuq il-bażi ta' dak li nafu s'issa. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li dawn ir-regolamenti joffru spazju suffiċjenti għall-manuvri — jiġifieri pluralità u varjabilità biżżejjed — sabiex idejat ġodda li qabel ħadd ma ħaseb fihom jingħataw l-opportunità li jitpoġġew fil-prattika u ma jispiċċawx fix-xejn qabel ma jiġu ppruvati sempliċement għaliex ma jidħlux fil-qafas tar-regolamentazzjoni eżistenti. Għalhekk meta jiġu mfassla l-liġijiet, huwa importanti li jiġi żgurat li kwistjonijiet fundamentali jiġu indirizzati u regolati, iżda li regolamenti li huma ddettaljati żżejjed għandhom jiġu evitati. Regolamentazzjoni żejda u regoli li huma restrittivi żżejjed, minkejja l-intenzjonijiet tajba kollha, joħonqu u jfixklu l-innovazzjoni. Il-Kumitat għalhekk jappoġġja l-isforzi kollha sabiex jiġu ssemplifikati r-regolamenti u li dawn jiġu riveduti għal restrizzjonijiet li huma superfluwi u/jew mhux meħtieġa. Dan iservi ukoll sabiex l-esperti jinħelsu mill-burokrazija żejda (ara hawn taħt). Barraminhekk, l-iżbalji ta' xi individwi m'għandhomx iwasslu għal kontroll żejjed fuq kulħadd.

6.5

Libertà tar-riċerka. Għal darb'oħra: l-innovazzjoni teħtieġ libertà intraprenditorjali suffiċjenti. Il-libertà xjentifika — jiġifieri l-libertà minn rekwiżiti li huma restrittivi (33) jew idejoloġiċi — hija kondizzjoni fondamentali għar-riċerka kreattiva, sejbiet ġodda u innovazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għal a) il-limiti li jpoġġu r-risposti leġislattivi għal problemi etiċi u b) l-użu ġust ta' fondi allokati.

6.6

Tennija ta' CESE 1566/2006. Ir-referenza qiegħda ssir sabiex jissaħħu l-osservazzjonijiet importanti li hemm fl-opinjoni (34) li ssemmew f'punt 5.1. Id-dikjarazzjonijiet li saru hemm huma sostnuti tajjeb. Punti 4.7 sa 4.11 ta' dik l-opinjoni jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar dawn is-suġġetti, li huma relevanti għal din l-opinjoni: Il-pass mit-tkabbir ta' l-għarfien tagħna tan-natura għall-ħolqien ta' prodotti, proċessi u servizzi innovattivi. Iċ-ċaqliq bejn d-dinja akkademika u l-industria. Sistemi ta' informazzjoni li huma aċċessibbli għall-pubbliku. Clusters. Kumpaniji ġodda. Riċerka bażika. Il-prodott innovattiv. Akkwisti pubbliċi. Il-proprejtà intellettwali u l-privattiva komunitarja meħtieġa. Il-perjodu ta' grazzja qabel il-pubblikazzjoni li ma jiksirx l-istatus ta' novità. Il-problema lingwistika. Is-sitwazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri ġodda.

6.6.1

Ħarsien tal-proprjetà intellettwaliil-brevett tal-Komunità Ewropea. F'dak ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat għal darb'oħra l-bżonn ta' ħarsien adegwat tal-proprejtà intellettwali (35): investimenti kummerċjali fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jridu jirrendu; l-ispejjeż legali u amministrattivi sabiex jiġu akkwistati u miżmuma dawn id-drittijiet ta' ħarsien ma jistgħux ikunu ta' tfixkil għall-poter ekonomiku Ewropew fil-konfronti tal-kompetituri globali. Dan juri wkoll il-bżonn urġenti ta' brevett tal-Komunità Ewropea (bil-perijodu ta' grazzja inkluż fiha).

7.   Il-fattur uman

7.1

L-aktar riżorsa prezzjuża. L-ewwel nett, il-Kumitat jirreferi għall-opinjoni speċifika tiegħu (36) dwar is-suġġett u għal darb'oħra jikkonferma u jenfasizza d-dikjarazzjonijiet li hemm fiha. Bħalma diġa għamel f'okkażjonijiet oħra, il-KESE indika fl-opinjoni msemmija hawn fuq li l-kapital uman huwa l-aktar riżorsa delikata u prezzjuża għall-għarfien u l-innovazzjoni. L-aktar biċċa xogħol importanti għalhekk hija li żgħażagħ b'talent jiġu motivati sabiex jidħlu għal istruzzjoni xjentifika u teknika u li jiġu provduti bl-aħjar edukazzjoni possibbli ta' dan it-tip.

7.2

Il-kwalità ta' l-entitajiet tat-taħriġ (Ara kapitlu 4). In-numru, ir-riżorsi u l-kwalità ta' l-entitajiet tat-taħriġ neċessarji għalhekk huma prerekwiżiti indispensabbli sabiex tiġi ssodisfata d-domanda għal xjenzati, inġiniera u intraprendituri tajbin. Għalhekk huwa essenzjali li jitwaqqaf u jinżamm — b'ħidma ma' entitajiet ta' riċerka u t-tagħlim (37) — numru adegwat ta' universitajiet attraenti ta' l-ogħla kwalità u mgħammrin tajjeb, u fuq kollox istituti tat-teknoloġija, li għandhom għalliema eċċellenti. Dawn l-universitajiet u istituti tat-teknoloġija jridu jkunu kapaċi jħabbtuha mal-kompetizzjoni ta' l-aqwa universitajiet Amerikani u ta' stati oħra mhux Ewropej. Għalhekk iridu jkunu attraenti biżżejjed sabiex jiġbdu lejhom l-aħjar studenti minn pajjiżi mhux Ewropej.

7.3

Ir-responsabbiltà tas-soċjetà. Grazzi għall-investiment li tagħmel is-soċjetà minn banda, u r-riċerkaturi individwali mill-banda l-oħra, bl-iskop li niksbu għarfien fundamentali mixtieq ta' firxa wiesgħa u li ma jinkisibx faċilment kif ukoll għarfien ta' livell għoli ta' speċjalizazzjoni, is-soċjetà — irrappreżentata mill-klassi politika — tassumi r-responsabbiltà li tagħmel l-aħjar użu minn dan l-invesitment. Din ir-responsabbiltà trid tiġi riflessa fil-preokkupazzjoni sabiex jiġi żgurat li riċerkaturi mħarrġa jsibu opportunitajiet ta' żvilupp fix-xogħol u l-professjoni u prospettivi ta' karriera adegwati, b'possibbilitajiet attraenti li jidħlu f'oqsma oħra, mingħajr ma jirriskjaw li jiġu mwarrba professjonalment jew jispiċċaw daharhom mal-ħajt. Jekk xjenzati u inġiniera kkwalifikati jispiċċaw qegħda jew f'okkupazzjoni mhux adegwata, jew jirċievu salarju inadegwat, dan iwassal għal ħela ta' investiment ekonomiku u jservi sabiex jiskoraġġixxi xjenzati u inġiniera ta' l-ogħla livell fil-ġenerazzjoni ta' wara, bir-riżultat li dawn jagħżlu karrieri li mhumiex relatati max-xjenza jew it-teknoloġija jew li jemigraw barra mill-Ewropa. Burokrazija żejda (ara punt 7.7) hija wkoll forma ta' impjieg mhux adegwat.

7.4

L-iżvilupp tat-talent. In-nies, inklużi l-impjegati kollha fid-ditti, l-universitajiet u l-istituti tar-riċerka, għandu jkollhom l-aħjar opportunitajiet — fid-dawl tat-talenti, kapaċitajiet u livelli ta' kreattività tagħhom, li jiżviluppaw it-talenti tagħhom u juru inizjattiva. Għandna bżonn ukoll li noħolqu klima soċjali fejn hu possibbli li tinbeda familja u li tippermetti u tippromovi l-kreattività tagħhom Fl-istess ħin, dan ifisser ukoll li ż-żgħażagħ li jgawdu minn dan it-taħriġ u l-appoġġ, min-naħa tagħhom, juru sens ta' dover u impenn sabiex jagħmlu kull sforz ħalli jużaw bl-aħjar mod possibbli t-talenti u l-ħiliet li kisbu. Dawn huma kwistjonijiet importanti ta' politika soċjali, politika tal-familja, id-dixxiplina akkademika tal-ġestjoni ta' l-intrapriża u, b'mod ġenerali, il-kultura tal-ġestjoni. Din ta' l-aħħar issa għarfet l-impatt ta' bilanċ sensibbli bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata fuq il-kreattività u l-produttività (38)

7.5

Identifikazzjoni u evalwazzjoni ta' dawk l-individwi li jiksbu riżultati eċċellenti  (39). Ħiliet u kisbiet straordinarji ma jistgħux jiġu vvalutati b'mod xieraq b'indikaturi kwantitattivi, li, fi kwalunkwe każ, jistgħu jkunu suġġetti għall-abbuż. Per eżempju, hemm problema b'dawk l-awturi xjentifiċi li jħobbu jikkwotaw lil xulxin fil-pubblikazzjonijiet tagħhom, b'hekk jiffurmaw konsorzji ta' kwoti li jiksbu vantaġġ meta jkun hemm evlawazzjoni bi kriterji kwantitattivi. Bħala kriterji ta' valutazzjoni, la n-numru ta' pubblikazzjonijiet, u lanqas in-numru ta' drabi li tiġi kwotat, jew in-numru ta' privattivi jew figuri importanti oħra m'huma suffiċjenti jew jgħaddu mill-għarbiel; il-kwalità, il-valur tan-novità u l-importanza huma aktar sinifikanti. Barraminnhekk, xi drabi kien il-każ li l-aktar sejbiet jew invenzjonijiet rivoluzzjonarji, ġew magħrufa, rikonoxxuti, użati jew ikkwotati biss wara li għadda ċertu żmien minn fuqhom. Għalhekk, sabiex jiġu vvalutati l-personalitajiet u l-kisbiet, bil-karatteristiċi u l-aspetti tagħhom kollha, għandna bżonn ta' l-esperjenza kollha u l-kapaċità ta' ġudizzju (għalkemm anke b'hekk l-iżbalji ta' ġudizzju ma jistgħux jiġu evitati għal kollox) tar-rappreżentanti ewlenin fil-qasam relevanti ta' l-għarfien li fihom saru jew qegħdin nistennew li ser isiru l-kisbiet.

7.6

Parteċipazzjoni fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Hemm bżonn li esperti li huma ta' esperjenza, xjenzati u nies tekniċi ta' l-ogħla livell jiġu involuti aktar milli kienu s'issa fi proċessi relevanti ta' teħid tad-deċiżjonijiet u dossiers amministrattivi relatati mal-politika tar-riċerka, u materji ta' politika intrapprenditorjali u innovazzjoni. It-twaqqif tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka huwa l-ewwel pass inkoraġġanti f'din id-direzzjoni li l-Kumitat jappoġġja bi sħiħ (40). Mandankollu, hemm bżonn li esperti f'oqsma relevanti jridu jiġu attirati u miżmuma f'livelli suffiċjenti fl-amministrazzjoni ta' l-UE (jiġifieri fil-Kummissjoni b'mod partikolari) u l-entitajiet ta' l-Istati Membri li jipprovdu fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, dan għandu jinvolvi xjenzati u riċerkaturi żgħażagħ ta' suċċess. Is-sostenn għar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom bżonn li jmorru lil hinn mis-sempliċi amministrazzjoni.

7.7

Il-libertà mill-piż ta' numru eċċessiv kompiti marġinali. Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-invenzjoni huma attivitajiet li jirrikjedu ħafna ħin fi sforzi mentali u xogħol fil-laboratorju, bħalma huma l-ikkonsolidar u l-komunikazzjoni ta' l-għarfien. Dawn l-attivitajiet għandhom bżonn taż-żmien għall-konċentrazzjoni u riflessjoni bla tfixkil. Sa mill-2000, il-Kumitat kemm-il darba indika (41) li l-ammont eċċessiv u dejjem jiżdied tax-xogħol fil-kumitati, l-applikazzjoni u l-approvazzjoni tal-proċeduri, il-kitba tar-rapporti, il-burokrazija in ġenerali, eċċ issa qiegħed jieħu l-parti l-kbira tal-ħin ta' l-esperti. Għalhekk dan ix-xogħol ikun qiegħed itellifhom minn dak li suppost ikunu qegħdin jagħmlu u huwa detrimentali għall-kapaċità innovattiva u effettiva ta' dawk il-persuni li huma eċċellenti fil-qasam tagħhom. Din il-qagħda xejn mixtieqa issa qiegħda tiġi kkritikata dejjem aktar fil-mezzi tax-xandir (42) ukoll. Il-Kumitat jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza din il-kwistjoni u li tingħaqad ma' l-Istati Membri sabiex ifittxu l-mezzi sabiex jittaffa dan il-piż. It-talba li l-esperti jiġu involuti fil-proċessi tat-teħid tad-deċizjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-politika tar-riċerka ma tikkontradixxix il-bżonn li jinħelsu mill-burokrazija żejda; anzi tista' tgħin sabiex dan jintlaħaq. Mira partikolari għandha tkun li jiġu armonizzati u kkonsolidati l-proċeduri ta' l-applikazzjoni, rappurtaġġ u monitoraġġ ta' l-entitajiet varji li joffru fondi, l-istituzzjonijiet imsieħba, netwerks u korpi ta' monitoraġġ u approvazzjoni. Dan iġib ukoll benefiċċji f'termini ta' trasparenza ħafna akbar.

7.8

L-esodu ta' l-aħjar imħuħ u l-mobilità. Hemm raġunijiet tajba (ara wkoll 4.1.5) għaliex l-inġiniera u x-xjenzati jkollhom bżonn ta' mobilità professjonali u flessibilità. Però dan m'għandux ikun akkost tal-ħajja personali u tal-familja jew tas-siġurtà soċjali (43) Barraminhekk, m'għandux iwassal għal emigrazzjoni netta ta' l-aqwa nies mill-Ewropa. Għalhekk il-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa għandhom ikunu attraenti biżżejjed sabiex iżżommu milli dan jiġri, u ta' l-anqas sabiex ikun hemm bilanċ globali fil-mobilità tan-nies li huma kwalifikati u jiksbu ħafna. Fl-istess ħin, xi Stati Membri huma inkwetati miċ-ċaqliq f'direzzjoni waħda ta' l-aħjar imħuħ li jista' jseħħ fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, bħalma l-Kumitat irrakkomanda repetutament, (ara wkoll 5.7), jeħtieġ li jintuża proporzjon ħafna akbar mill-Fondi Strutturali ta' l-UE sabiex tiġi żviluppata infrastruttura xjentifika ħalli jinħolqu lokalitajiet ta' riċerka attraenti fl-Istati Membri kollha li jkunu jistgħu jiġbdu n-nies lura f'pajjiżhom u fl-istess ħin jippermettulhom li jissieħbu fi ħdan netwerks.

7.9

L-immaġni professjonali ta' l-intraprendituri. It-trasformazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fi prodotti u proċessi industrijali tqajjem kwistjonijiet partikolari. Hemm raġuni valida għalfejn il-mira ta' Lisbona hija li żewġ terzi mill-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp iridu jiġu mill-industrija. Għalhekk, huwa importanti li nsaħħu l-immaġni professjonista ta' l-intraprendituri u li nqajmu kuxjenza pubblika dwar l-importanza tar-rwol tagħhom fl-innovazzjoni, il-progress ekonomiku u l-prosperità in ġenerali. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat, bħala l-pont mas-soċjetà ċivili, poġġa t-tema ta' l-intraprenditorija b'wiċċ uman fiċ-ċentru tal-programm futur tiegħu. Huwa biss permezz ta' intraprenditorija li hija responsabbli u enerġetika u li kapaċi tiżviluppa b'mod ħieles li l-miri ta' Lisbona jistgħu jintlaħqu.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU C 65, 17.3.2006.

(2)  ĠU C 325, 30.12.2006.

(3)  Possibbilment anke maż-żona kulturali Ċiniża.

(4)  Deskrizzjoni komprensiva u ddettaljata ħafna ta' dawn il-proċessi tista' tinstab fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar Ix-xjenza, is-soċjetà u ċ-ċittadin fl-Ewropa (ĠU C 221, 7.8.2001).

(5)  Fil-Ġermanja.

(6)  Mhux l-anqas grazzi għat-tnaqqis fil-mortalità tat-tfal.

(7)  Kunsill Ewropew 23-24 ta' Marzu 2007 — Konklużjonijiet tal-Presidenza (Enerġija Sostenibbli).

(8)  

Per eżempju

1)

WMO/UNEP Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima — “It-Tibdil fil-Klima 2007: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika — Taqsira għal dawk li jfasslu l-politika” (“Climate Change 2007: The Physical Science Basis — Summary for Policy Makers”), jew

2)

Ittra miftuħa minn 61 xjenzat lill-Prim Ministru Kanadiż

(http://www.lavoisier.com.au/papers/articles/canadianPMletter06.html).

(9)  http://www.hm-treasury.gov.uk/independent_reviews/stern_review_economics_climate_change/sternreview_index.cfm.

(10)  ĠU C 241, 7.10.2002: Il-bżonn ta' riċerka għall-provvisti ta' l-enerġiji żguri u bla periklu. Ara wkoll il-pubblikazzjoni riċenti: Transition to a sustainable energy system for Europe — The R&D perspective (Transizzjoni għal sistema ta' enerġija sostenibbli għall-Ewropa — Il-perspettiva ta' riċerka u żvilupp) ISBN 92-79-02688 u Nature, Vol.444, Ħarġa nru. 7119, paġna nru. 519 (Nov. 2006) “Our emperors have no clothes” (L-Imperaturi tagħna bla ħwejjeġ).

(11)  Ara wkoll (ĠU C 185, 8.8.2006).

(12)  ĠU C 65, 17.3.2006.

(13)  ĠU C 185, 8.8.2006.

(14)  Bild der Wissenschaft 9/2006, p. 109.

(15)  B'mod partikolari fid-dħul u l-kuntratti tax-xjenzati u l-inġiniera żgħażagħ.

(16)  Dwar dan is-suġġett, ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM (2006) 728 finali Lejn użu aktar effettiv ta' l-inċentivi fiskali favur ir-riċerka u l-iżvilupp .

(17)  Frankfurter Allgemeine Zeitung, numru 49, p.17, 27 ta' Frar 2007: Zwischen Fortschritt und Stillstand (bejn progress u staġnar).

(18)  Dwar dan is-suġġett, ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Kummissjoni COM (2006) 728 finali Lejn użu aktar effettiv ta' l-inċentivi fiskali għar-riċerka u l-iżvilupp. Il-Kumitat ser joħroġ opinjoni separata dwar dan.

(19)  Ara b'mod partikolari (ĠU C 110, 30.4.2004) Mill-perspettiva storika kienu l-proposti ta' riċerka bażika li bbenefikaw l-ewwel minn inizjattivi ta' kooperazzjoni xjentifika fl-Ewropa (tal-Punent). Huma nħolqu kemm mill-bżonn li jinbnew ċentri għal tagħmir imdaqqas kif ukoll il-ħtieġa li tinħoloq massa kritika li kienet tiswa wisq lil kwalunkwe Stat Membru waħdu.

(20)  Din mhijiex tant kwistjoni li wieħed jifhem u jitgħallem numru kbir ta' formoli imma aktar ta' fehma bażika tat-teknoloġija u l-liġijiet fundamentali tan-natura, kif ukoll tas-sinifikat tar-relazzjonijiet kwantitattivi u l-bżonn tal-matematika.

(21)   A Renewed Pedagogy for the Future of Europe (Pedagoġija Mġedda għall-Futur ta' l-Ewropa , Direttorat Ġenerali għar-Riċerka 2007 Xjenza, EUR 22845, Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni Xjentifika, Michel Rocard (President), Peter Csermely, Doris Jorde, Dieter Lenzen, Harriet Walberg-Henriksson, Valerie Hemmo (rapporteur).

(22)  ĠU C 65, 17.3.2006.

(23)  ĠU C 93, 27.4.2007.

(24)  Ara wkoll kapitlu 7 ta' (ĠU C 204, 18.7.2000).

(25)  ĠU C 325, 30.12.2006.

(26)  ĠU C 323/I, 30.12.2006.

(27)  Ara per eżempju (ĠU C 65, 17.3.2006).

(28)  ĠU C 234, 22.9.2005.

(29)  COM (2006) 502 finali, 13.9.2006 Nipprattikaw l-għarfien: Strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-UE; COM(2006) 589 finali ta' 12.10.2006 Ewropa moderna, miftuħa għall-innovazzjoni.

(30)  EUR 22005 Creating an Innovative Europe (Il-Ħolqien ta' Ewropa Innovattiva) ISBN 92-79-00964-8.

(31)  ĠU C 325, 30.12.2006.

(32)  Ara per eżempju Flessiguttà:il-każ fid-Danimarka (ĠU C 195, 18.8.2006).

(33)  Ara wkoll (ĠU C 65, 17.3.2006), punt 4.13.2 dwar il-Karta u n-nota f'qiegħ il-paġna.

(34)  ĠU C 325, 30.12.2006.

(35)  Ara wkoll: il-Kummissarju Günter Verheugen, SPEECH/07/236: “Il-proprjetà intellettwali — forza mexxejja għall-innovazzjoni fl-Ewropa”, 19 ta' April 2007.

(36)  Ir-riċerkaturi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka: professjoni waħda, bosta karrieri. (ĠU C 110, 30.4.2004).

(37)  Bil-ħsieb ta' dan il-għan, il-ħolqien ta' netwerkjar aħjar bejn l-universitajiet u l-entitajiet ta' riċerka mhux universitarji jista' jkun utli speċjalment sabiex jinkludi fin-netwerkjar it-tagħmir u l-infrastruttura ta' dawn l-entitajiet tar-riċerka u t-tagħlim, kif ukoll sabiex jagħmilha possibbli li t-tagħlim ikun aġġornat ma' l-aħħar żviluppi.

(38)  Siehe Frankfurter Allgemeine Zeitung Nr. 257, 4. Novembru 2005, C1.

(39)  Ara wkoll (ĠU C 110, 30.4.2004).

(40)  Ara wkoll (ĠU C 110, 30.4.2004).

(41)  B'mod partikolari ara punt 9.8 u s-sotto punti ta' (ĠU C 204, 18.7.2000). per eżempju dan jistqarr f'punt 9.8.2 “Bħala konsegwenza ix-xjenzati ta' suċċess għandhom biss kapaċità limitata għall-interazzjoni — u ħin limitat — li jistgħu jużaw sabiex jinterpretaw il-kuntatti ma' nies oħra, gruppi, korpi, kumitati, eċċ, mingħajr ma jnaqqsu l-produttività xjentifika tagħhom. Applikazzjonijiet u proċeduri ta' approvazzjoni li huma żejda u li jiswew wisq — speċjalment jekk ifallu — ikunu qegħdin jisirqu lir-riċerka mill-kontribut tan-nies li għandha bżonn. Dan huwa l-każ speċjalment għaliex hemm ħafna strumenti ta' finanzjar u proċeduri ta' evalwazzjoni, li ta' spiss huma repetittivi, għall-istess proġett”.

(42)  Ara per eżempju Frankfurter Allgemeine Zeitung, Nru. 60, 12 ta' Marzu 2007, Ein Forscher geht; u wkoll Nru. 67, ta' l-20 ta' Marzu 2007, intervista ma' Harald Uhlig.

(43)  Ara wkoll (ĠU C 110, 30.4.2004).


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/27


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Green Paper dwar ir-Reviżjoni ta l-Acquis tal-Konsumatur”

COM(2006) 744 finali

(2007/C 256/05)

Nhar it-8 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Green Paper dwar ir-Reviżjoni ta' l-Acquis tal-Konsumatur.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjonu u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Adams.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adottat din l-opinjoni b'55 vot favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jieħu nota tal-Green Paper iżda jiddubita kemm l-approċċ li tissuġġerixxi jista' jwassal għal livell għoli u uniformi ta' ħarsien tal-konsumatur madwar l-UE. L-iżgurar ta' din il-protezzjoni permezz ta' acquis tal-konsumaturi issemplifikat, konsistenti u infurzat kienet tema ripetuta ta' diversi opinjonijiet tal-KESE dwar il-ħarsien tal-konsumaturi iżda hemm indikazzjonijiet f'dan il-proċess ta' reviżjoni li dan jista' jkun diffiċli li jintlaħaq. Ir-reviżjoni ta' l-acquis hija għalhekk sforz ġenwin sabiex tiġi implimentata l-inizjattiva “Regolamentazzjoni Aħjar”. Il-bażi u l-objettivi ta' dan it-tip ta' eżerċizzju għandhom ikunu ċari u miftiehma, sa mill-bidunett, mal-partijiet interessati.

1.2

Hemm bżonn ta' leġislazzjoni demokratika ġenwina ta' dan l-acquis tal-konsumatur rivedut flimkien ma' bażi legali u konċettwali ċara.

1.3

Il-KESE kien jilqa' b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-acquis għall-ambjent diġitali li qiegħed jikber b'rata mgħaġġla u mhux regolat tajjeb.

1.4

Il-KESE jqis li l-politika tal-konsumaturi m'hijiex biss parti integrali mill-istrateġija tas-suq intern ta' l-UE, iżda wkoll element affermattiv importanti taċ-ċittadinanza. Il-KESE jappoġġja l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar fil-leġislazzjoni tal-konsumatur. Kwalunkwe proposta għal regoli armonizzati f'dan il-qasam trid tkun appoġġjata minn stima xierqa ta' l-impatt, u tfittex is-semplifikazzjoni u l-kjarifikazzjoni tar-regoli eżistenti.

1.5

Miżuri mtejba ta' infurzar u t-tisħiħ jew l-introduzzjoni ta' proċessi sempliċi u ċari sabiex jinstab rimedju għandhom jiġu enfasizzati bħala priorità.

1.6

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis l-Opinjoni tiegħu ta' April 2006 dwar Il-qafas legali għall-politika tal-konsumaturi  (1) li pproponiet li jkun possibbli li miżuri ta' politika tal-konsumaturi jiġu adottati għal rashom u mhux biss bħala riżultat tat-twaqqif tas-suq intern.

1.7

L-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-konsumatur madwar l-UE trid tieħu, bħala prinċipju gwida, l-adozzjoni ta' l-aħjar u l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-konsumatur li tista' tinstab fl-Istati Membri. Kwalunkwe “strument orizzontali” għandu jkun ibbażat fuq l-ogħla livelli filwaqt li l-“integrazzjoni vertikali” neċessarja trid tiffoka fuq il-kjarifikazzjoni ta' kwistjonijiet tekniċi. Strument orizzontali però jista' jkun fih regoli li huma kompletament armonizzati f'oqsma speċifiċi, bħad-dritt ta' l-irtirar u d-definizzjoni tal-konsumatur, kif ukoll klawżoli abużivi, il-kunsinna jew id-dritt tal-konsumatur għal rimedju, filwaqt li armonizzazzjoni minima tkun tapplika bnadi oħra. Huwa ttamat li dan ikun approċċ li jiġi preferut kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri kollha.

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-Kummissjoni adottat il-Green Paper dwar ir-Reviżjoni ta' l-Acquis tal-Konsumatur (leġislazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi) li ilha minstennija, fil-bidu ta' Frar 2007. Din ikkonkludiet dak li huma jsejħu “il-fażi djanjostika” tar-Reviżjoni. Qegħdin ifittxu opinjonijiet dwar l-għażliet sabiex tiġi ssemplikata, mmordernizzata u armonizzata l-leġislazzjoni komunitarja eżistenti dwar il-ħarsien tal-konsumatur. Qiegħed jingħad li billi jiġu analizzati l-qawwa u d-dgħjufija tal-leġislazzjoni eżistenti u jsiru r-reviżjonijiet xierqa kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozji ser jibbenefikaw. Il-Kummissjoni tqis ukoll li r-Reviżjoni hija opportunità sabiex tintlaħaq konsistenza madwar l-Istati Membri u b'mod ġenerali ttejjeb il-leġislazzjoni għall-ħarsien tal-konsumaturi madwar l-UE, li f'xi partijiet minnha tmur lura 20 sena, b'mod partikolari billi tidentifika fejn jeżistu d-differenzi regolatorji u jekk dawn joħolqux xkiel fis-suq intern għall-konsumaturi u n-negozji — filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-Opinjoni, għalhekk, tikkonċentra dwar kif it-temi li jinformaw l-Acquis tal-Konsumaturi qegħdin jiġu pperċepiti u ppreżentati. S'issa huma biss għażliet għall-bidliet li ġew ippreżentati.

2.2

L-infiq fil-konsum jirrappreżenta 58 % tal-PGD ta' l-UE iżda b'mod ġenerali għadu frammentat f'27 suq nazzjonali. Is-suq intern jista' jkun l-akbar wieħed fid-dinja u l-Kummissjoni deskrivit l-istrateġija tagħha bħala l-qawmien “tal-ġgant rieqed, in-naħa tal-bejħ bl-imnut tas-Suq Uniku” (2) Il-Kummissjoni bħalissa tiddefinixxi l-politika tal-konsumaturi tagħha bħala “l-iżgurar ta' livell għoli komuni ta' ħarsien għall-konsumaturi kollha ta' l-UE, hu x'inhu l-post li jgħixu fih, jivjaġġaw lejh jew jixtru minnu fl-UE, minn theddid jew riskji għas-siġurtà u l-interessi ekonomiċi tagħhom u ż-żieda tal-kapaċità tal-konsumaturi li jippromwovu l-interessi tagħhom (3).

2.3

L-iskop li tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' qafas komuni għad-drittijiet tal-konsumaturi madwar l-UE għandu appoġġ mifrux. Qafas ta' dan it-tip ikun joffri drittijiet ċari u ekwi u protezzjoni lill-konsumaturi kollha filwaqt li jkun qiegħed joħloq kundizzjonijiet ugwali għall-fornituri tal-prodotti u s-servizzi. Il-Green Paper dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tirrikonoxxi espliċitament li l-progress lejn dan l-iskop kien bil-mod, inkonsistenti u mfixkel minn firxa wiesgħa ta' varjetà ta' prijoritajiet u eċċezzjonijiet nazzjonali. L-inklużjoni milqugħa ta' l-Istati Membri ġodda kompliet ikkumplikat il-fehma komuni dwar il-ħarsien tal-konsumatur. Din ir-reviżjoni ta' l-Acquis tal-Konsumatur tippreżenta il-vedura tal-Kummissjoni ta' proċess li jista' jwassal għal aktar ċarezza, konsistenza u implimentazzjoni tad-Direttivi eżistenti. Iżda ħafna organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jgħidu li tqajjem ukoll xi mistoqsijiet dwar id-direzzjoni tal-politika tal-konsumatur b'mod globali.

2.4

Id-Direttivi li huma inklużi f'din ir-Reviżjoni jkopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet marbuta mal-liġi kuntrattwali tal-konsumatur li jinkludu l-bejgħ bieb bieb, it-timeshare, il-vjaġġ b'kollox inkluż, il-bejgħ mill-bogħod, il-bejgħ ta' merkanzija, it-termini inġusti tal-kuntratti. Madankollu, mhux id-Direttivi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-konsumatur huma kkunsidrati fir-Reviżjoni peress li xi wħud huma meqjusa li huma reċenti wisq sabiex jiġu inklużi, jew jaqgħu taħt oqsma li qegħdin jiġu kkunsidrati band'oħra mill-Kummissjoni. Id-Direttiva dwar it-Timeshare ġiet indikata fil-Green Paper bħala li għandha bżonn ta' reviżjoni urġenti u huwa mistenni li Direttiva riveduta toħrog dalwaqt. Qasam ġdid sinifikanti li ġie indikat bħala li hemm bżonn li jiġi inkluż fil-prinċipji ta' l-acquis huwa l-“ambjent” diġitali li jippreżenta l-isfidi globali tal-kummerċ elettroniku.

2.5

Il-Kummissjoni rrevediet id-Direttivi permezz ta':

analiżi komparattiva ta' l-implimentazzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali,

riċerka dwar il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi u n-negozji,

laqgħat ta' ħidma ma' esperti mill-Istati Membri u partijiet interessati fil-liġi tal-kuntratti.

2.6

It-terminoloġija stabbilita li tintuża minn dawk li huma mdaħħla fil-kwistjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur għandha l-potenzjal li toħloq konfużjoni, għalhekk spjegazzjoni bikrija ta' xi kunċetti prinċipali huma inklużi hawnhekk. “Armonizzazzjoni minima” tirreferi għal meta Direttiva timponi sett minimu ta' rekwiżiti li jridu jiġu infurzati mill-Istat Membru. Dan iħalli l-possibilità li l-Istati Membri jimponu rekwiżiti aktar stretti minn dawk speċifikati fid-Direttiva. “Armonizzazzjoni massima” (jew “Sħiħa”) tfisser li l-Istati Membri jridu jimplimentaw ir-regoli li hemm fid-Direttiva u ma jistgħux imorru lil hinn minnhom (“armonizzazzjoni b'limiti fil-livelli l-aktar baxxi u dawk l-aktar għolja”). Għalhekk ħafna organizzazzjonijiet tal-konsumaturi saru jqisu l-armonizzazzjoni sħiħa bħala sinonimu ta' livell minimu ta' ħarsien tal-konsumaturi u l-armonizzazzjoni minima bħala li toffri l-possibilità ta' livell ħafna aktar għoli ta' protezzjoni.

2.7

Il-pubblikazzjoni tal-Green Paper timmarka it-tmiem tal-fażi esplorattiva tar-Reviżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummisssjoni talbet il-fehmiet dwar il-Green Paper sal-15 ta' Mejju 2007. Il-Kummissjoni issa qiegħda tanalizza r-risposti li rċeviet mill-konsultazzjoni, ser tfassal sinteżi tal-veduti u tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta' strument leġislattiv, għalkemm dan kollu jieħu xi ftit tax-xhur. Kwalunkwe proposta ta' dan it-tip tkun akkumpanjata bi stima ta' l-impatt. “Fi tmiem l-eżerċizzju, idealment, għandu jkun possibbli li jingħad lill-konsumaturi ta' l-UE, 'tinsab fejn tinsab fl-UE jew tixtri minn fejn tixtri mill-UE ma tagħmel l-ebda differenza: id-drittijiet essenzjali tiegħek huma l-istess'”  (4).

3.   Taqsira tal-Green Paper

3.1

Il-Green Paper tfittex li tipprovdi kuntest li fih il-fehmiet tal-partijiet interessati jkunu jistgħu jinġabru dwar l-għażliet ta' politika ta' l-Acquis tal-Konsumaturi u xi kwistjonijiet speċifiċi oħra. Hija tidentifika l-kwistjonijiet prinċipali bħala:

Żviluppi Ġodda tas-Suq: bosta direttivi li huma parti mill-Acquis tal-Konsumatur “m'għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-swieq tal-lum li qed jevolvu malajr”. Dawnlowds tal-mużika u irkanti onlajn huma msemmija bħala eżempji bħalma hi l-esklużjoni tas-softwer u d-data mill-ambitu tad-Direttiva dwar Bejgħ lill-Konsumatur.

Frammentazzjoni tar-Regoli: id-direttivi kurrenti jippermettu lill-Istati Membri li jadottaw regoli aktar stretti fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. F'numru ta' kwistjonijiet hemm nuqqas ta' konsistenza bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali, bħal fil-każ tat-tul tal-perjodi ta' tregwa.

Nuqqas ta' Fiduċja: il-maġġoranza tal-konsumaturi jemmnu li, in-negozji fi Stati Membri oħra, x'aktarx ma jkunux jirrispettaw il-liġijiet ta' ħarsien tal-konsumatur.

3.2

Fuq il-bażi ta' ħidma li saret qabel, il-Kummissjoni mbagħad tindika żewġ strateġiji pożittivi għar-reviżjoni ta' l-Acquis tal-Konusmaturi.

Ġħażla I: l-aproċċ vertikali, jinvolvi l-emenda ta' direttivi eżistenti b'mod separat u, fuq medda ta' żmien, id-direttivi differenti jsiru konsistenti bejniethom.

Għażla II: l-istrateġija mħallta, din teħtieġ li l-kwistjonijiet komuni jiġu identifikati u jinqalgħu mid-direttivi eżistenti u jiġu rregolati b'mod sistematiku fi “strument orizzontali”. Ikun hemm bżonn ukoll ta' xi aġġustamenti “vertikali” speċifiċi għal xi direttivi partikolari.

3.3

It-tielet strateġija, dik ta' l-“ebda azzjoni leġislattiva” hija msemmija fil-qosor, għalkemm huwa indikat li l-problemi eżistenti mhux ser jissolvu u l-inkonsistenzi bejn l-Istati Membri jistgħu jiżdiedu.

3.4

Il-Green Paper imbagħad tittratta dwar l-ambitu possibbli ta' Strument Orizzontali. Tliet għażliet huma suġġeriti.

I.

Strument ta' qafas, applikabbli kemm għat-transazzjonijiet lokali kif ukoll għal dawk transkonfinali iżda li ma jiddominax fuq regoli eżistenti speċifiċi għas-settur, li jibqgħu fis-seħħ. Bħala eżempju jissemmew is-servizzi finanzjarji u l-assigurazzjoni.

II.

Strument li japplika esklussivament għall-kuntratti transkonfinali. Dan jista' joffri sigurtà u fiduċja ikbar lill-konsumaturi li jixtru oġġetti jew servizzi barra minn pajjiżhom iżda jista' jwassal għal livelli differenti ta' ħarsien bejn il-protezzjoni domestika u dik transkonfinali.

III.

Strument orizzontali limitat għal xiri mill-bogħod kemm jekk transkonfinali kif ukoll jekk lokali. Din tista' tieħu post id-Direttiva dwar Bejgħ mill-Bogħod iżda jkunu japplikaw kundizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet mill-bogħod u għal dawk magħmula wiċċ imb'wiċċ,

3.5

It-tema li jmiss fil-Green Paper, għal ħafna ser tidher bħala l-kwistjoni li magħha jdur kollox fir-reviżjoni ta' l-Acquis tal-Konsumatur — il-grad ta' armonizzazzjoni. Attwalment, l-Istati Membri huma permessi li jkollhom livelli ta' ħarsien ogħla minn dawk stipulati mid-direttivi. Dan huwa magħruf bħala “armonizzazzjoni minima”. L-enfażi u l-prijorità fil-kwistjonijiet marbuta mal-ħarsien tal-konsumaturi jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn Stati Membri, xi kultant bir-riżultat li l-konsumaturi jitgerfxu u n-negozji jaqtgħu qalbhom milli jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom lil hinn mill-fruntiera. Żewġ possibilitajiet jiġu ppreżentati sabiex ikunu kunsidrati.

1.

Leġislazzjoni riveduta u kompletament armonizzata. Fejn l-armonizzazzjoni sħiħa ma tkunx possibbli, tapplika klawsola ta' rikonoxximent reċiproku, “għal ċerti aspetti koperti mil-leġiżlazzjoni proposta iżda mhux armonizzati għal kollox”.

2.

Leġislazzjoni riveduta tkun ibbażata fuq armonizzazzjoni minima flimkien ma' klawsola ta' rikonoxximent reċiproku jew mal-prinċipju tal-pajjiż oriġinarju (5).

3.6   Anness I. Il-Konsultazzjoni

Il-parti l-kbira tal-Green Paper fiha l-eżerċizzju dettaljat u ferm strutturat tal-konsultazzjoni li fih ir-rispondenti huma mistiedna li jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ta' politika ġenerali, affarijiet ta' definizzjoni, ta' liġi tal-kuntratti, kwistjonijiet ta' prinċipju, kif ukoll mistoqsijiet dwar l-ambitu u d-dettal. Il-konsultazzjoni tibda' bit-tliet kwistjonijiet ta' “politika” indikati hawn fuq.

L-aproċċ leġislattiv ġenerali.

L-iskop ta' strument orizzontali.

Il-grad ta' armonizzazzjoni.

Għal kull kwistjoni, il-Kummissjoni tagħmel mistoqsija ewlenija u tissuġġerixxi tlieta jew erba' risposti possibbli. Wara jsegwu 27 mistoqsija speċifika dwar id-direttivi li qegħdin jiġu ikkunsidrati. Għal darb'oħra il-format huwa li jkun hemm introduzzjoni qasira għall-kwistjoni, il-mistoqsija ewlenija — per eżempju. “Safejn għandha d-dixxiplina ta' termini ta' kuntratti inġusti tkopri wkoll it-termini innegozjati individwalment?” jew “It-tul tal-perijodi ta' tregwa għandu jiġi armonizzat fl-acquis kollu tal-konsumatur?” u jissġġerixxi tlieta jew erba' possibilitajiet sabiex tkun tista' tingħata risposta.

4.   Kummenti Ġenerali

4.1

Tul ħafna snin, il-KESE appoġġja, permezz tal-ħidma u l-Opinjonijiet tiegħu, l-iskop primarju tal-politika tal-konsumatur ta' l-UE — li livell għoli uniformi u konsistenti ta' ħarsien ikun aċċessibbli għal kulħadd. Il-Kumitat jappoġġja wkoll l-iskop sekondarju li jippermetti lill-konsumaturi li jkunu informati, u li jagħżlu b'mod informat f'suq bla xkiel. L-istruttura tal-Green Paper tagħmilha inevitabbli li t-tensjonijiet li jeżistu sabiex jintlaħqu dawn iż-żewġ skopijiet b'mod sħiħ jitilgħu fil-wiċċ.

4.2

Diġà huwa ċar li t-tkomplija ta' l-Acquis tal-Konsumatur fil-forma attwali m'għandhiexx titqies bħala possibilità għall-perjodu fit-tul. Il-varjazzjonijiet fil-liġijiet bejn Stati Membri, l-inkonsistenza fid-definizzjoni, id-diskrepanza konsiderevoli fil-mod kif tiġi applikata u inforzata l-leġislazzjoni tal-konsumatur eżistenti u n-nuqqas ta' ċarezza fi — jew saħansittra l-eżistenza ta' — proċeduri ta' ilment u ta' soluzzjoni kollha għandhom xi effett fil-ħolqien tax-xkiel għas-suq uniku.

4.3

Joħroġ ċar ukoll li l-Kummissjoni qiegħda tqis ir-Reviżjoni bħala opportunità sabiex tħares lejn xi aspetti tal-politika tal-konsumatur li s'issa kienet qiegħda titqies bħala fundamentali u tesplora jekk jaqblux ma' suq uniku enerġiku, speċjalment wieħed li huwa kompetittiv mil-lat ta' globalizzazzjoni. F'dan ir-rigward, hemm similaritajiet ma' reviżjonijiet oħra li qegħdin jitqajmu bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Lisbona. Livell għoli u uniformi ta' ħarsien tal-konsumatur huwa kkunsidrat minn xi wħud bħala parti integrali mill-mudell soċjali Ewropew u bidla fl-enfasi sabiex “il-politika tal-konsumaturi ta' l-UE tiġi ridefinita sabiex tikkontribwixxi lejn żewġ miri ċentrali ta' l-UEil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u l-impiegi kif ukoll li l-Ewropa terġa tingħaqad maċ-ċittadini tagħha” jistgħu jitqiesu bħala sfida għal dan il-kunċett (6)

4.4

Għalkemm il-biċċa xogħol ser tkun diffiċli, il-KESE jilqa' r-Reviżjoni ta' l-Acquis tal-Konsumatur u jappoġġja lill-Kummissjoni fl-għanijiet iddikjarati tagħha li tnaqqas l-ixkiel għas-suq intern filwaqt li żżomm livell għoli ta' ħarsien tal-konsumaturi. Il-Kumitat jikkunsidra madankollu li dawn l-isforzi m'għandhomx ikunu limitati għat-tmien direttivi li qiegħdin jiġu kkunsidrati attwalment; minflok għandhom ikopru, fil-futur, ta' l-anqas it-22 direttiva li hemm fil-lista li l-Kummissjoni ġabret f'Mejju 2003.

4.5

Il-KESE jixtieq jipparteċipa f'dan id-dibattitu b'mod attiv bil-għan li jsaħħaħ is-suq intern għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha — konsumaturi, professjonisti, kumpaniji u ċittadini.

5.   Kummenti Speċifiċi

5.1

Il Green Paper tqajjem kwistjonijiet kumplessi ta' politika, prinċipju u liġi. L-Istati Membri infushom żviluppaw sett ta' liġijiet tal-konsumatur li, għalkemm huma ta' spiss konsistenti bejn il-pajjiżi fejn jidħlu il-prinċipji wiesgħa, ivarja fid-dettall u l-applikazzjoni. Il-proċess ta' konsultazzjoni sistematika u estiża anness mad-dokument jirrifletti din il-komplessità. Dan il-qafas iddettaljat ifittex tweġibiet minn diversi mijiet ta' partijiet interessati fl-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jsemmgħu l-fehmiet tagħhom. Madankollu, f'din l-Opinjoni, il-KESE jillimita ruħu li jikkummenta biss dwar il-kwistjonijiet ta' politika maġġuri, għaliex iqis li għal kull direttiva li trid tiġi riveduta għandhom isiru kummenti separati, bħal fl-Opinjoni tiegħu dwar id-direttiva fuq kuntratti li jsiru mill-bogħod [Opinjoni INT/334 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2006)514 finali, tal-21 ta' Settembru 2006].

5.2

Il-prijorità prinċipali għandha tkun li tpatti għan-nuqqasijiet fid-Direttivi eżistenti u li jiġu koordinati flimkien.

5.3

X'aktarx il-bażi tal-parti kbira ta' l-Acquis tal-konsumatur fil-futur viċin ser tkun “l-armonizzazzjoni minima” flimkien ma' aproċċ pożittiv mill-Istati Membri sabiex jadottaw livelli dejjem aktar għoljin ta' ħarsien tal-konsumatur. Għal raġunijiet diversi (li jvarjaw) ta' natura soċjali u ekonomika, l-Istati Membri ser ikunu jixtiequ jew li jżommu l-livell ta' ħarsien tal-konsumatur li diġà jgawdu jew jiċċaqalqu b'mod meqjus, u b'rata li jagħżlu huma, lejn livell differenti ta' protezzjoni. Din il-pożizzjoni tirrispetta u hija ħafna eħfef sabiex tiġi rrikonċiljata mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, il-Kumitat jirrikonoxxi wkoll l-idea li diversi kategoriji ta' konsumaturi madwar l-UE huma żvantaġġjati mil-livell attwali ta' ħarsien jew kapaċità li jfittxu soluzzjoni u hemm bżonn li tittieħed azzjoni kemm fil-livell ta' l-UE kif ukoll ta' l-Istat Membru.

5.3.1

Dan ma jfissirx li, wara li jsir eżami ta' kull każ separatament, f'oqsma speċifiċi ħafna, fejn il-kompletar tas-suq intern huwa l-preokkupazzjoni ewlenija, il-possibilità ta' armonizzazzjoni massima ma tiġix ikkunsidrata, sakemm jiġi żgurat livell ogħla ta' ħarsien tal-konsumatur, possibilment permezz tar-regolamentazzjoni.

5.4

L-għan iddikjarat li l-konsumatur jitpoġġa fil-pożizzjoni imexxu– fir-rigward ta' għarfien dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, il-kapaċità tagħhom li jieħdu azzjoni kontra l-fornituri u jiksbu soluzzjoni — ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala alternattiva għall-ħarsien ċar u infurzat b'mod attiv permezz ta' kombinazzjoni ta' liġi nazzjonali u ta' l-UE. L-informazzjoni hija ħaġa differenti ħafna mill-protezzjoni. Filfatt, il-bilanċ tal-poter f'ħafna mit-transazzjonijiet fis-suq normalment huwa favur l-fornitur u l-parti l-kbira tal-liġi tal-konsumatur hija ddisinjata sabiex iżżomm d-drittijiet ta' min ikun qiegħed jixtri.

Brussel, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU C 185, 8.8.2006.

(2)  http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/07/320&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en.

(3)  http://ec.europa.eu/consumers/overview/cons_policy/index_en.htm.

(4)  http://ec.europa.eu/consumers/cons_int/safe_shop/acquis/green-paper_cons_acquis_mt.pdf.

(5)  Rikonoxximent reċiproku jkun ifisser li l-Istati Membri jżommu l-possibilità li jintroduċu regoli aktar stretti tal-ħarsien tal-konsumatur fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, iżda ma jkunux jistgħu jimponu r-rekwiżiti aktar stretti tagħhom fuq negozji stabbiliti fi Stati Membri oħra b'mod li joħloq restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-moviment ħieles tal-merkanzija jew għal-libertà li jiġu provduti servizzi. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż oriġinarju jkun ifisser li Stat Membru jżomm id-dritt li jdaħħal reġoli aktar stretti tal-ħarsien tal-konsumatur fil-liġijiet nazzjonali, iżda neġozji stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom jikkonformaw biss mar-regoli li japplikaw f'pajjiżhom.

(6)  Ms Meglena Kuneva, Commissioner for consumer protection policy.

http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/07/256&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/31


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mirja li juru wara ta' tratturi bir-roti ta' l-agrikoltura jew tal-foresterija” — verżjoni kodifikata

COM(2007) 236 finali — 2007/0081 (COD)

(2007/C 256/06)

Nhar id-29 ta' Mejju 2007, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mirja li juru wara ta' tratturi bir-roti ta' l-agrikoltura jew tal-foresterija” — verżjoni kodifikata.

Wara li kkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kollu sodisfaċenti u jħoss li m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, il-Kumitat, matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu tal-11 u tat-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju) iddeċieda b'145 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, 11 ta' Lulju 2007

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/31


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-definizzjoni ta' Politika Ewropea għall-Enerġija (l-Istrateġija ta' Lisbona)”

(2007/C 256/07)

Fl-14 ta' Settembru 2006 (b'konferma fis-26 ta' Ottubru 2006) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 31 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jfassal rapport ta' informazzjoni dwar: Id-definizzjoni ta' Politika Ewropea għall-Enerġija.

Fis-sessjoni plenarja ta' l-14 u l-15 ta' Marzu 2007, ġie deċiż li r-rapport ta' informazzjoni jiġi trasformat f'opinjoni fuq inizjattiva proprja (Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Sirkeinen.

Matul il-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'126 vot favur, u 4 astensjonijiet.

1.   Rakkomandazzjonijiet

1.1

L-enerġija saret kwistjoni politika ċentrali b'rabtiet qawwija ma' l-Istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

L-enerġija teżerċita' influwenza li qiegħda tikber fuq l-ekonomija Ewropea. Sabiex niffaċċjaw l-isfidi tal-politika ta' l-enerġija dwar il-bidla fil-klima, is-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività, l-UE għandha tinbidel f'ekonomija ta' l-enerġija li hija effiċjenti ħafna u b'użu baxx tal-karbonju.

Għal dan il-għan, dak li hemm bżonn huwa aproċċ globali u dibattitu fil-livell ta' l-Unjoni dwar: kif inrażżnu d-domanda għall-enerġija fl-Ewropa; modi kif tista' tiġi żgurata provvista ta' l-enerġija minn sorsi diversifikati ħafna aċċess għan-netwerks u vuċi waħda fir-relazzjonijiet esterni ta' l-enerġija kif ukoll miżuri potenzjali oħra.

Il-ħolqien u l-adozzjoni ta' l-innovazzjonijiet, li jagħmlu din il-bidla possibbli, jirrikjedu ċerti kundizzjonijiet u t-teħid ta' xi miżuri speċifiċi fil-livelli ta' l-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-lokalitajiet.

1.2

Aktar impjiegi ta' kwalità aħjar huma fil-qalba ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Meta l-kundizzjonijiet tas-suq jinbidlu, x'impjiegi jintilfu mis-settur ta' l-enerġija. Fl-istess waqt, soluzzjonijiet ġodda għall-enerġija jistgħu iwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma importanti sabiex jiffaċilitaw dan il-proċess.

1.2.1

Barra mill-kwistjoni ta' l-impjiegi, hemm aspetti oħra tad-dimensjoni soċjali ta' l-enerġija li huma ċentrali fil-kuntest ta' Lisbona. Dan jinkludi, b'mod partikolari, servizz pubbliku ta' kwalità għolja bi prezzijiet aċċessibbli. Is-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, għandha tipparteċipa b'mod attiv fl-iżvilupp tal-politika enerġetika.

1.3

Il-KESE u l-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali nazzjonali jippreżentaw r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin dwar politika għall-enerġija fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, “Politika ta' l-Enerġija għal Soċjetà ta' l-Għarfien”.

L-eżami tal-politiki enerġetiċi u kundizzjonijiet ta' qafas oħra relevanti fid-dawl tal-miri ta' l-UE għal ekonomija effiċjenti u b'użu baxx tal-karbonju.

Il-provvista ta' forza tax-xogħol li hi kwalifikata u motivata billi tiġi żgurata sistema ta' edukazzjoni ta' klassi għolja.

Il-provvista ta' livell adegwat ta' riċerka u żvilupp pubbliku, li jitqabbel tajjeb mal-kompetituri ewlenin, u li jistimola żieda fil-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp mill-privat.

L-iżvilupp ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-enerġija, b'mod partikolari ma' atturi importanti oħra; l-osservazzjoni sistematika tal-politiki u miżuri ta' teknoloġiji ta' l-enerġija tal-kompetituri u l-imsieħba ewlenin.

L-iżgurar ta' fondi ta' riskju għall-fażijiet tal-bidu u ta' żvilupp ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) kif ukoll investimenti fit-teknoloġiji l-ġodda.

L-iżgurar ta' kompetizzjoni miftuħa u b'saħħitha fis-swieq ta' l-enerġija sabiex iġġiegħel lil l-intrapriżi li jirrinovaw. Fil-każ ta' l-enerġija rinnovabbli l-aċċess għan-netwerk jista' jkun kruċjali għal innovazzjoni ta' suċċess.

It-tneħħija ta' l-ostakli għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex teknoloġiji ġodda jiddaħħlu fl-użu. Il-ħtiġijiet ta' pjanifikazzjoni u awtorizzazzjoni jbaxxu r-rata ta' jew anke jfixklu l-investimenti. Sabiex jonqsu r-riskji fl-investimenti, il-qafas regolatorju jeħtieġ li jkun prevedibbli u stabbli.

L-iżgurar ta' l-aċċess tat-teknoloġiji l-ġodda għas-swieq ta' l-EU u dawk globali.

L-iżgurar ta' kunidizzjonijiet ekwi globalment, per eżempju prezz globali għas-CO2 waqt li jiġi żgurat li fl-ebda ħin ma ssir kumdità bħall-oħrajn, għaliex it-tnaqqis ġenwin fil-livelli ta' CO2 ser jinfluwenza l-eżistenza stess tal-pjaneta.

Miri ambizzjużi jistgħu jgħinu sabiex l-UE tiżviluppa pożizzjoni b'saħħitha fuq is-swieq globali fl-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji ta' l-enerġija rinnovabbli. Il-miri u l-iskadenzi tagħhom għandhom, madankollu, jiġu definiti b'attenzjoni, sabiex ikun hemm possibbiltajiet realistiċi li jintlaħqu.

L-għażla ta' miżuri li jappoġġjaw attivament lill-innovazzjoni trid issir b'attenzjoni kbira fost dawn li ġejjin, sabiex ir-riżultati jkunu kost-effettivi:

Finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp

Edukazzjoni u taħriġ

Kuxjenza pubblika

Mekkaniżmi ta' prezzijiet, tassazzjoni

Sussidji

Miri li jorbtu u obbligazzjonijiet

Regolamentazzjoni u liġijiet li jorbtu

Livelli volontarji, ftehimiet volontarji

Akkwisti pubbliċi.

1.4

Sabiex isseħħ it-trasformazzjoni urġenti meħtieġa fis-settur ta' l-enerġija, il-pass ta' l-innovazzjoni għandu bżonn jitħaffef. Il-Kumitat iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lil

miżuri sabiex jitpoġġa prezz ekonomiku xieraq fuq l-emissjonijiet tal-karbonju.

żjieda fir-riċerka u l-iżvilupp mis-settur pubbliku u dak privat sabiex jiġu appoġġjati forom ġodda ta' enerġija u effiċjenza enerġetika,

l-użu tar-regolamentazzjoni sabiex jitħaffef il-pass tal-progress fit-titjib ta' l-effiċjenza ta' prodotti ta' kull tip,

l-użu ta' l-akkwist pubbliku b'mod aktar proattiv sabiex jittejbu l-livelli ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, b'mod partikolari fil-bini.

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-KESE, flimkien mal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali, għandu jipprepara “rapport sommarju” kmieni fil-bidu ta' l-2008 dwar l-Istrateġija ta' Lisbona għall-prijoritajiet tat-tkabbir u l-impjiegi. Din l-Opinjoni dwar il-politika għall-enerġija tifforma parti minn dan ir-rapport sommarju. Tħejjiet bil-kollaborazzjoni ta' Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali nazzjonali, b'kontribuzzjoni attiva b'mod partikolari mill-Kunsilli Franċizi, Taljani u Maltin.

2.2

Din l-Opinjoni tolqot lis-Sezzjoni B — riformi mikro-ekonomiċi sabiex iżidu l-potenzjal għat-tkabbir Ewropew fil-Linji ta' Gwida Integrati għat-Tkabbir u għax-Xogħol 2005-2008. B'mod partikolari hija relatata mal-linji gwida 8 dwar it-tisħiħ fil-kompetittività, 12 dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, 13 dwar l-innovazzjoni u t-teknoloġija ta' l-informazzjoni, u 14 dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi (1).

Il-Kunsill Ewropew f'Marzu 2006

2.3

Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu waqt il-laqgħa tiegħu fi Brussell fit-23 u l-24 ta' Marzu 2006 laqa' “l-inizjattivi meħudin mill-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex tiżdied l-appartenenza f'livell Komunitarju (ta' l-Istrateġija mġedda ta' Lisbona għall-impjiegi u t-tkabbir). Huwa jħeġġeġ lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni sabiex ikomplu l-ħidma tagħhom u jitlob rapporti sommarji b'appoġġ għas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi kmieni fl-2008” (Punt 12 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza).

2.4

Il-Kunsill Ewropew jinnota li “l-isfond fl-Ewropa huwa kkaratterizzat minn kompetizzjoni intensifikata minn barra l-Ewropa, popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, prezzijiet taż-żejt ogħla u l-ħtieġa li tiġi salvagwardata s-sigurtà ta' l-enerġija” (Punt 7 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza). Huwa jkompli billi “jikkonferma li l-Linji Gwida Integrati 2005-2008 għall-impjiegi u t-tkabbir jibqgħu validi. F'dak il-qafas huwa jaqbel dwar oqsma speċifiċi għal azzjonijiet ta' prijorità dwar l-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni, il-potenzjal tal-kummerċ, speċjalment ta' l-SMEs, u l-użu ta' kategoriji ta' prijorità; kif ukoll id-definizzjoni ta' Politika għall-Enerġija għall-Ewropa” (Punt 16).

2.5

Il-Kunsill Ewropew jinnota li l-Ewropa qed tiffaċċja numru ta' sfidi fil-qasam ta' l-enerġija: is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejja fis-swieq taż-żejt u tal-gass, id-dipendenza li qiegħda tiżdied fuq l-importazzjoni u d-diversifikazzjoni limitata miskuba s'issa, il-prezzijiet għoljin u instabbli ta' l-enerġija, id-domanda li qiegħda tikber għall-enerġija, ir-riskji ta' sigurtà li jaffettwaw kemm lill-pajjiżi li jipproduċu u dawk ta' transitu kif ukoll lir-rotot ta' trasport, it-theddid li qiegħed jikber ta' tibdil fil-klima, il-progress bil-mod fl-effiċjenza fl-enerġija u l-użu ta' materjali li jistgħu jiġġeddu, il-ħtieġa għal żieda fit-trasparenza fis-swieq ta' l-enerġija u integrazzjoni u interkonnessjoni ulterjuri tas-swieq nazzjonali ta' l-enerġija bil-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-enerġija li kważi tlestiet (Lulju 2007), il-koordinazzjoni limitata bejn l-atturi fl-enerġija waqt li huma meħtieġa investimenti kbar fl-infrastruttura ta' l-enerġija (Punt 43).

2.6

Bi tweġiba għal dawn l-isfidi u abbażi tal-Green Paper artikolat tajjeb tal-Kummissjoni “Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u Sigura” u kontribuzzjoni tal- Kunsill, il-Kunsill Ewropew jagħmel sejħa għal Politika għall-Enerġija għall-Ewropa, li timmira għal politika tal-Komunità effettiva, koerenza bejn l-Istati Membri u konsistenza bejn l-azzjonijiet f'oqsma ta' politika differenti u li jitwettqu b'mod bilanċjat it-tliet objettivi tas-sigurtà tas-sostenibbiltà tal-provvista, il-kompetittività u ambjentali (Punt 44).

2.7

Il-Kunsill Ewropew jissottolinja li, sabiex tinkiseb din il-konsistenza fil-linji ta' politika kemm interni kif ukoll esterni ta' l-UE, il-politika dwar l-enerġija għandha tissodisfa d-domandi ta' ħafna oqsma ta' politika. Bħala parti minn strateġija ta' tkabbir u permezz ta' swieq miftuħa u kompetittivi, hi tinkoraġġixxi investiment, żvilupp teknoloġiku u kummerċ domestiku u barrani. Hija marbuta bis-sħiħ mal-politika ambjentali u konnessa mill-qrib ma' l-impjiegi, il-politika reġjonali u b'mod partikolari l-politika dwar it-trasport. Barra minn dan, l-aspetti ta' politika barranija u ta' żvilupp qegħdin jiksbu importanza li qiegħda tikber biex jippromwovu l-objettivi fil-politika għall-enerġija ma' pajjiżi oħra (Punt 45).

2.8

Il-Politika Ewropea għall-Enerġija (PEE) għandha għalhekk tkun ibbażata fuq perspettivi kondiviżi dwar il-provvista u d-domanda fuq terminu twil, stima oġġettiva u trasparenti tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sorsi kollha ta' l-enerġija u għandha tikkontribwixxi b'mod bilanċjat għat-tliet objettivi prinċipali tagħha: (Punt 46+47).

Li tiżdied is-sigurtà tal-provvista.

Li tiġi żgurata l-kompetittività ta' l-ekonomiji Ewropej u li jiġi stabbilit prezz li jinfelaħ tal-provvista fl-enerġija għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll tal-konsumaturi, f'qafas regolatorju stabbli.

Li tiġi promossa s-sostenibbiltà ambjentali.

2.9

Fit-twettieq ta' dawn l-objettivi prinċipali, il-PEE għall-Ewropa għandha:

Tiżgura trasparenza u non-diskriminazzjoni fis-swieq.

Tkun konsistenti mar-regoli tal-kompetizzjoni.

Tkun konsistenti ma' l-obbligi tas-servizz pubbliku.

Tirrispetta b'mod sħiħ is-sovranità ta' l-Istati Membri fuq is-sorsi ta' enerġija primarji u l-għażla ta' taħlita ta' enerġija.

Il-“Pakkett ta' l-Enerġija” 2007

2.10

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija fuq bażi regolari, mill-2007 'il quddiem. Fl-10 ta' Jannar 2007 il-Kummissjoni ppublikat l-ewwel Reviżjoni tagħha u komunikazzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew “Politika għall-Enerġija għall-Ewropa” — il-“Pakkett ta' l-Enerġija”.

2.11

Bħala punt ta' tluq għal politika għall-enerġija, il-Kummissjoni kkunsidrat tliet aspetti: il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni ta' l-impjiegi u t-tkabbir u l-limitazzjoni tal-vulnerabilità esterna ta' l-UE minħabba fl-importazzjoni tal-gass u ż-żejt.

2.12

Il-Kummissjoni tippreżenta bħala l-objettiv ewlieni għall-enerġija fl-Ewropa li l-UE għandha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'20 % sa l-2020. Il-mira ta' l-UE għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-bżonn għal azzjoni internazzjonali min-naħa tal-pajjiżi industrijalizzati dwar it-tibdil fil-klima. Meta jkun hemm dan l-impenn, l-UE ser ikollha bżonn tagħmel aktar. L-għan għalhekk għandu jkun li l-mira tiżdied għal tnaqqis ta' 30 % sa l-2020 u 60-80 % sa l-2050.

2.13

Il-preokkupazzjoni m'hijiex biss dwar it-tibdil fil-klima, iżda wkoll dwar is-sigurtà tal-provvista Ewropea, l-ekonomija u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li jekk tintlaħaq din il-mira tista' tiġi llimitata wkoll l-espożizzjoni dejjem akbar ta' l-UE għall-prezzijiet taż-żejt u l-gass li qegħdin isiru aktar volattili, toħloq suq enerġetiku fl-UE li hu aktar kompetittiv, u tistimola l-iżvilupp fit-teknoloġija u l-impjiegi.

2.14

F'termini ta' enerġija, sabiex tintlaħaq din il-mira globali għall-gassijiet b'effett ta' serra, l-UE għandha tnaqqas l-ammont ta' CO2 fl-użu enerġetiku tagħha b'ta' l-anqas 20 %, u probabbilment aktar, fit-13-il sena li ġejjin. Dan ikun ifisser li l-UE tieħu l-gwida mondjali bħala katalizzatur ta' revoluzzjoni industrijali ġdida.

2.15

Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tingħata attenzjoni speċjali lil numru ta' miżuri marbutin ma' l-enerġija: li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika; li jogħla s-sehem ta' l-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika u li jittieħdu miżuri ġodda li jiżguraw li l-benefiċċji tas-suq intern għall-enerġija jilħqu lil kulħadd; ir-rinfurzar tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, b'viżjoni aktar fit-tul għall-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-enerġija, attenzjoni ġdida fuq is-sigurtà u s-sikurezza ta' l-enerġija nukleari, u sforzi determinati sabiex l-UE “titkellem b'vuċi waħda” ma' l-imsieħba internazzjonali tagħha, inklużi l-produtturi ta' l-enerġija, l-importaturi ta' l-enerġija u l-pajjiżi fit-triq ta' żvilupp.

2.16

Ir-Reviżjoni tinkludi Pjan ta' Azzjoni għall-enerġija li fih għaxar punti bl-iskadenzi għall-miżuri. Mal-Pjan ta' Azzjoni qiegħed jiġi propost l-ewwel pakkett ta' miżuri konkreti. Dan jinkludi:

rapport dwar l-implimentazzjoni min-naħa ta' l-Istati Membri tas-suq intern fil-gass u l-elettriku, kif ukoll ir-riżultati ta' studju dwar il-qagħda tal-kompetizzjoni f'dawn iż-żewġ setturi;

Pjan għall-Interkonnessjonjiet Prijoritarji fix-xbieki tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku u l-gass fl-Istati Membri, b'tali mod li xibka Ewropea ssir realtà;

proposti biex tinġieb 'il quddiem il-ġenerazzjoni sostenibbli ta' l-enerġija mill-karburanti fossili;

pjan ta' rotta u inizjattivi oħra għall-promozzjni tas-sorsi li jiġġeddu ta' l-enerġija, partikolarment il-bijofjuwils għat-trasport;

analiżi tal-qagħda ta' l-enerġija nukleari fl-Ewropa;

karta ta' ħidma għal Pjan Strateġiku Ewropew dwar it-Teknoloġija ta' l-Enerġija.

2.17

Il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta' Ottubru 2006 ukoll huwa parti mill-Pjan ta' Azzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-trażżin tat-tibdil fil-klima għal 2o C — Alternattivi ta' Politika għall-UE u d-dinja għas-sena 2020 u lil hinn minnha” u r-Reviżjoni Strateġika jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.

2.18

Il-Kunsill Ewropew approva bis-sħiħ il-proposti tal-Kummissjoni fis-Samit tar-Rebbiegħa tiegħu fit-8/9 ta' Marzu 2007. Il-Kummissjoni ser tfassal leġislazzjoni ddettaljata u proposti relevanti oħra b'konformità mal-konklużjonijiet tas-Samit. It-tieni Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija sentejn oħra ser tirrapporta dwar il-progress li jkun sar, skond l-impenn li ħadu l-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet li jiddiskutu regolarment bejniethom dwar kwistjonijiet ta' l-enerġija.

Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-politika għall-enerġija

2.19

Waqt il-mandat tiegħu ta'l-2002-2006 il-KESE pprepara diversi Opinjonijiet dwar kwistjonijiet ta' politika enerġetika, b'mod partikolari dwar il-karatteristiċi u r-rwol ta' sorsi u teknoloġiji differenti ta' l-enerġija. Waqt is-Sessjoni Plenarja tiegħu ta' Settembru 2006 il-KESE fl-aħħar adotta Opinjoni Esploratorja li kienet ibbażata prinċipalment fuq dawn l-Opinjonijiet preċedenti, dwar “Il-provvista ta' l-enerġija ta' l-UE: strateġija għal taħlita enerġetika ottimali.”  (2) Din l-Opinjoni kopriet diversi kwistjonijiet li tqajmu waqt il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2006. Il-konklużjonijiet prinċipali ta' l-Opinjoni kienu:

2.20

Il-KESE sab li l-Ewropa għandha bżonn li tpoġġi mira strateġika għal taħlita enerġetika ddiversifikata, li tilħaq b'mod ottimali objettivi ekonomiċi, ta' sigurtà tal-provvista u ta' politika għall-klima. Is-sorsi u t-teknoloġiji kollha ta' l-enerġija għandhom, fil-kuntest ta' dawn l-objettivi, benefiċċji u problemi li jridu jiġu kkunsidrati b'mod miftuħ u bbilanċjat.

2.21

Hemm potenzjal li għandu jiġi sfruttat fl-użu aktar mifrux tas-sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli. Iżda anke jekk il-mira ta' 20 % ta' sorsi rinnovabbli fl-2020 tintlaħaq, m'huwiex probabbli li s-sorsi rinnovabbli jistgħu jissostitwixxu l-enerġija tradizzjonali kompletament fil-futur qarib.

2.22

Il-possibbiltajiet kollha jridu jinżammu. Ix-xenarji għall-UE-25 li l-Opinjoni rreferiet għalihom jappoġġjaw b'mod ċar dawn il-konklużjonijiet. Lanqas ix-xenarji bbażati fuq is-suppożizzjoni ta' l-aktar żvilupp b'saħħtu ta' l-effiċjenza enerġetika u ż-żieda tas-sorsi rinnovabbli ma jistgħu jikkonċentraw fuq il-fatt li xi teknoloġija enerġetika ssir obsoleta mingħajr ma jkun hemm effetti negattivi fuq l-ambjent jew fuq l-ekonomija.

2.23

It-taħlita attwali ta' enerġija għandha tkun żviluppata minn strateġiji politiċi li jkunu orjentati lejn anqas dipendenza minn sorsi esterni u aktar lejn sorsi li ma jarmux emissjonijiet, li huma disponibbli fl-Ewropa, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-atturi tas-suq jiddeċiedu fuq investimenti f'teknoloġiji varji.

2.24

Il-KESE rrakkomanda l-iżvilupp ta' strateġija għal taħlita enerġetika ottimali. F'dan il-kuntest huwa importanti li jiġu ċċarati r-rwoli ta' l-UE, l-Istati Membri, l-awtoritajiet indipendenti u l-atturi tas-suq.

L-istrateġija għal taħlita enerġetika ottimali li ġiet proposta tikkonsisti f'dawn l-elementi:

Effiċjenza enerġetika, inkluża l-koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija

Sorsi ta' enerġija rinnovabbli li jinkludu l-użu ta' bijokarburanti fit-trasport

Effiċjenza enerġetika fit-trasport

Sikurezza nukleari mtejba u soluzzjoni għall-kwistjoni ta' karburanti wżati

Teknoloġiji ta' faħam nadif u preparazzjoni għal żieda mill-ġdid ta' l-użu tar-riżervi domestiċi tal-faħam fl-UE

Inkoraġġiment ta' l-investimenti għat-terminali tal-gass naturali likwidifikat

Qafas tajjeb għal investimenti suffiċjenti fil-produzzjoni u t-trasmissjoni ta' l-enerġija

L-UE għandha titkellem b'vuċi waħda bħala wieħed mill-atturi l-aktar b'saħħithom fix-xena internazzjonali

Stima ta' l-impatt ta' miżuri politiki attwali u futuri dwar il-klima u l-ambjent fuq objettivi ta' politiki enerġetiċi oħra

Soluzzjoni globali għall-politiki dwar il-klima ta' wara Kyoto, li tinvolvi minn ta' l-inqas l-emittenti prinċipali kollha;

Żieda fl-isforzi ta' riċerka u żvilupp u appoġġ lill-UE għar-riċerka u żvilupp dwar l-enerġija, kemm fl-immedjat u fuq perijodu fit-tul.

3   Il-Kummenti tal-KESE dwar il-Politika Ewropea għall-Enerġija fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Lisbona

3.1

L-enerġija hija neċessità fis-soċjetà moderna. Sabiex nissodisfaw il-bżonnijiet tagħna ta' ikel, sħana fi klima kiesħa, dawl, trasport, kumditajiet u oġġetti tal-konsum, kif ukoll — dejjem aktar illum — il-proċessar ta' telekomunikazzjoni u informazzjoni — għandna bżonn ta' provvista ta' enerġija assikurata. Iżda l-mod ta' kif nissodisfaw dawn il-bżonnijiet jista' u għandu jinbidel. Fil-kuntest ta' l-isfidi preżenti, b'mod partikolari tat-tibdil fil-klima, għandna bżonn ta' bidla ta' paradigma b'mod urġenti fit-triq lejn ekonomija li hija effiċjenti ħafna u b'użu baxx ta' karbonju.

3.2

L-enerġija għandha rabtiet qawwija ma' l-Istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Sabiex jintlaħqu l-miri ta' Lisbona għandna bżonn ta' enerġija suffiċjenti bi prezzijiet aċċessibbli u kompetittivi. Fl-istess waqt, soluzzjonijiet ġodda għall-enerġija jistgħu, b'mod speċjali jekk ikollhom suċċess fis-swieq mondjali, jgħinu għall-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja.

3.3

L-objettivi ġenerali għall-politika għall-enerġija — kompetittività, sigurtà tal-provvista u sostenibbiltà huma u jibqgħu validi. L-isfida serja tat-tibdil fil-klima tirrikjedi li jitrażżan it-tkabbir tad-domanda għall-enerġija billi jkun hemm aktar effiċjenza enerġetika u sehem akbar sew ta' riżorsi rinnovabbli u teknoloġiji oħra li huma baxxi fil-karbonju, bħall-qbid u ħżin tal-karbonju li potenzjalment jista' jseħħ fil-futur. Is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija tintlaħaq aħjar b'effiċjenza enerġetika mtejba kif ukoll bid-diversifikazzjoni ta' sorsi u vuċi Ewropea unifikata fir-relazzjonijiet esterni. Il-kompetittività għandha bżonn tissaħħaħ permezz ta' suq miftuħ b'kompetizzjoni li taħdem tajjeb u li hija ġusta, li tinkludi l-aċċess għan-netwerks, filwaqt li jiġi ggarantit servizz pubbliku ta' kwalità għolja.

3.4

Il-ħolqien ta' aktar impjiegi ta' kwalità aħjar huwa fil-qalba ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Peress li l-kompetizzjoni fis-swieq b'mod ġenerali ġenerali titlob produttività ogħla, anke l-intrapriżi fis-suq ta' l-enerġija għandhom bżonn ikunu aktar effiċjenti. Meta jintilfu l-impjiegi fis-settur enerġetiku, il-ħaddiema milquta għandhom ikunu appoġġjati b'mod xieraq. Fl-istess waqt, l-impjiegi fis-setturi li jużaw l-enerġija jistgħu jinżammu u jiżdiedu. B'mod partikolari, l-ispinta favur effiċjenza enerġetika mtejba u l-enerġija rinnovabbli u teknoloġiji oħra li qegħdin jiżviluppaw ser joħolqu ħafna impjiegi li l-parti l-kbira tagħhom ser tkun ta' kwalità għolja.

3.4.1

Id-dimensjoni soċjali tal-politika għall-enerġija għandha tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Hija tkopri kwistjonijiet dwar il-qgħad u l-impjiegi kif ukoll id-disponibbiltà ta' l-enerġija għal kulħadd bi prezzijiet aċċessibbli, jiġifieri servizz pubbliku ta' kwalità għolja. Is-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, għandha tipparteċipa b'mod attiv fl-iżvilupp ta' politika għall-enerġija.

3.5

Il-KESE ppreżenta l-fehmiet dettaljati tiegħu dwar il-kwistjonijiet ewlenin tal-politika għall-enerġija f'Opinjonijiet riċenti u maż-żmien ser joħroġ Opinjonijiet dwar il-proposti leġislattivi u oħrajn li ser jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Pakkett ta' l-Enerġija.

3.6

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u sabiex jiġi offrut l-aħjar valur miżjud lid-dibattitu dwar l-enerġija, il-KESE iffoka din l-Opinjoni fuq ir-relazzjoni bejn il-politika enerġetika u l-viżjoni fundamentali ta' l-Istrateġija ta' Lisbona ta' l-Ewropa bħala soċjetà ta' l-għarfien. F'din l-Opinjoni nikkummentaw fuq il-kwistjonijiet li hemm fil-pakkett ta' l-enerġija b'rabta ma' l-innovazzjoni.

Ir-rwol tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fl-isfidi ta' l-enerġija għal dan is-seklu

3.7

Miri u miżuri li jiġu stabbiliti mill-politika jwaqqfu l-qafas, iżda t-teknoloġija u innovazzjonijiet oħra li jinkludu l-bidla fl-imġieba, huma l-muftiħ tal-progress li sar fil-verità. Dan jgħodd għal effiċjenza mtejba ta' l-enerġija, kemm fil-konverżjoni kif ukoll fl-użu. L-innovazzjoni jista' jkollha rwol importanti fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq sorsi ta' enerġija esterni billi tippermetti d-diversifikazzjoni tat-taħlita enerġetika. Żgur li hemm bżonn ta' l-innovazzjoni fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra bl-iżvilupp u l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, faħam nadif u karburanti fossili oħra kif ukoll enerġija nukleari li hi sikura.

3.8

L-innovazzjoni tfisser tiġdid fis-sens wiesa' tal-kelma. Tinvolvi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni wiesgħa ta' idejat ġodda fl-użu mifrux, u b'hekk jissarfu f'valur ekonomiku. Hija tkopri l-innovazzjonijiet teknoloġiċi kif ukoll amministrazzjoni ġdida u soluzzjonijiet organizzattivi oħra. Isseħħ fl-industrija, iżda wkoll fis-servizzi u fis-settur pubbliku. Ir-riċerka hija ta' spiss is-sors ta' l-innovazzjoni, iżda mhux dejjem. Hawnhekk il-Kumitat jirreferi wkoll għall-Opinjoni tiegħu “Ħtiġijiet ta' riċerka għal provvista ta' l-enerġija sikura u sostenibbli” (3).

3.8.1

It-teknoloġiji ta' l-enerġija, bħal kombustjoni aktar effiċjenti, mtieħen, pannelli solari, jew ċelloli kombustibbli futuri, teknoloġija ta' l-idroġenu u l-fużjoni, huma fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni. Importanti daqshom huma t-teknoloġiji paralleli, bħall-iżvilupp tal-materjali u l-meteoroloġija, li tippermetti l-ottimizzazzjoni ta' l-effiċjenza permezz ta' previżjonijiet aktar preċiżi.

3.8.2

Għal użu ta' l-enerġija aktar effiċjenti l-firxa ta' teknoloġiji relevanti hija kważi bla limiti; insulazzjoni aħjar, tagħmir tad-dar li jaħli inqas, materjali aktar ħfief, pjanar industrijali aħjar kemm tal-prodotti kif ukoll tal-proċessi, makkinarju aktar effiċjenti. F'dan il-kuntest ir-rwol ta' l-industriji li għandha użu intensiv ta' l-enerġija huwa importanti — jekk ma jipprovdux għad-domanda bl-investimenti u l-kompetenzi, l-innovazzjoni fil-partijiet il-kbar tat-teknoloġiji għall-industrija li huma enerġetikament effiċjenti ser jinħonqu fl-UE.

3.8.3

It-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni joffru potenzjal kbir. Applikata fil-produzzjoni, il-konverżjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija l-ITC tista', bħal fi kwalunkwe proċess, tippermetti produttività aktar għolja u effiċjenti. L-istess jista' jingħad għal operazzjonijiet sikuri u żguri, speċjalment ta' netwerks ta' trasmissjoni. It-teknoloġiji ta' l-ITC jgħinu lill-utenti u l-konsumaturi sabiex jikkontrollaw l-użu enerġetiku tagħhom aħjar. Eżempju wieħed b'diversi benefiċċji jista' jkun it-tnaqqis fit-talba meta jkun qiegħed isir l-akbar użu ta' l-elettriku billi tiffaċilita li l-utenti jirrejaġixxu mill-ewwel għas-sinjali tal-prezzijiet. F'kuntest aktar wiesa', l-użu tat-teknoloġiji ta' l-ITC jistgħu jissostitwixxu l-ħtieġa tat-trasport, per eżempju bil-ħidma telematika u l-konferenzi telematiċi.

3.8.4

Għandna bżonn ukoll ta' modi ġodda — innovazzjonijiet — fl-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-enerġija u sistemi relatati ma' l-enerġija. Il-mira hija li jiġu żgurati servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet aċċessibbli. Eżempji huma l-amministrazzjoni ta' l-operazzjoni sikura ta' sistemi ta' produzzjoni, trasmissjoni u manutenzjoni kif ukoll it-tħaddim tas-suq (il-boroż), l-immaniġġjar tal-ħinijiet ta' l-akbar użu u l-aġġustamenti ta' waqt il-ġurnata. U fl-aħħar iżda mhux l-anqas — loġistika effiċjenti tista' żżid ħafna kemm fid-domanda għall-enerġija kif ukoll għal ġestjoni aħjar tal-karburanti.

3.8.5

L-innovazzjoni fl-imġieba hija meħtieġa wkoll. Il-konsumaturi huma l-atturi prinċipali — l-użu aktar intelliġenti ta' l-enerġija huwa f'idejn kull wieħed u waħda minna, u dan jenħtieġ idejat ġodda u għarfien akbar. Hemm sfida kbira sabiex ikun hemm kuxjenza akbar u sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumaturi li hi adegwata bil-għan li tiggwida l-għażliet tagħhom. L-ippjanar reġjonali u urban kif ukoll soluzzjonijiet arkitettoniċi u rekwiżiti għall-bini jistgħu jgħinu ħafna sabiex jappoġġja l-għażliet taċ-ċittadini fejn tidħol l-enerġija. Għal dan il-għan għandhom jiġu promossi kampanji ta' informazzjoni uffiċjali li jħeġġu l-effiċjenza fl-użu u t-tfaddil.

3.9

Hemm bżonn li noħolqu soluzzjonijiet li huma radikalment ġodda għall-problemi.Il-bżonn għall-bidla huwa urġenti. Bidla radikali tieħu ż-żmien, u għalhekk huwa importanti li l-fondi jiġu allokati immedjatament. Sadattant, l-aħjar teknonoġiji eżistenti għandhom jintużaw b'mod mifrux per eżempju sabiex jitnaqqas l-użu ta' l-enerġija fid-djar.

3.10

Sabiex l-innovazzjoni u l-investimenti jiġu gwidati f'direzzjoni li hija kost-effettiva, ir-rapport bejn il-prezz u l-effiċjenza tat-teknoloġiji li jkunu għadhom fil-bidu tagħhom għandhom jiġu vvalutati b'mod kwantitattiv. Eżempju importanti huwa l-ispiża ta' teknoloġiji differenti sabiex tiġi ffrankata tunnellata ta' CO2 per eżempju l-imtieħen jiswew ħafna iktar mill-iżolament tad-djar.

Kundizzjonijiet u miżuri politiċi sabiex titjieb l-innovazzjoni

3.11

Il-ħolqien u l-adozzjoni ta' l-innovazzjonijiet, jirrikjedu ċerti kundizzjonijiet u t-teħid ta' xi miżuri speċifiċi fil-livelli lokali, reġjonali u ta' l-Istati Membri u l-UE. Peress li l-Unjoni Ewropea għandha l-ambizzjoni li ssir mexxej dinji fl-effiċjenza enerġetika u fit-teknoloġiji b'użu baxx ta' karbonju, huwa importanti li l-politiki ta' l-enerġija u kundizzjonijiet oħra ta' qafas li huma relevanti jiġu eżaminati fid-dawl ta' din il-mira.

3.12

L-ewwel kundizzjoni għall-innovazzjoni b'suċċess hija l-provvista ta' forza tax-xogħol li hi kwalifikata u motivata, appoġġjata minn sistema ta' edukazzjoni ta' klassi għolja. L-iżvilupp fit-teknoloġiji l-ġodda jeħtieġ fondi suffiċjenti għar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll fondi ta' riskju għall-fażijiet tal-bidu u ta' żvilupp ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Il-kompetizzjoni miftuħa u b'saħħitha iġġiegħel lill-intrapriżi sabiex jirrinovaw. L-aċċess għas-suq, inkluż dak globali, huwa neċessarju. Fil-każ ta' l-enerġija rinnovabbli l-aċċess għan-netwerk jista' jkun kruċjali għall-innovazzjonijiet ta' suċċess. Il-qafas regolatorju jrid ikun imfassal sabiex isaħħaħ l-innovazzjoni, per eżempju billi jippremja l-innovaturi b'mod speċifiku (per eżempju: l-ETS ma tippremjax lil dawk li ħadu azzjoni minn kmieni sabiex inaqqsu l-emissjonijiet). Regolamentazzjoni żejda toħnoq l-innovazzjoni.

3.12.1

Hemm bżonn ta' investimenti sabiex teknoloġiji ġodda jiddaħħlu fl-użu. Il-kumpaniji għandhom bżonn li jagħmlu l-qliegħ sabiex ikunu jistgħu jinvestu. Dan huwa l-każ ukoll għall-investimenti f'effiċjenza akbar ta' l-enerġija, anke jekk il-perjodu tar-ritorn ikun qasir. In-negozju ta' l-enerġija ħalla qligħ kbir f'dawn l-aħħar ftit snin, iżda l-investimenti huma baxxi. Huwa magħruf li l-permessi u l-ħtiġijiet ta' pjanifikazzjoni u awtorizzazzjoni jbaxxu r-rata ta' u anke jfixklu l-investimenti. Sabiex jonqsu r-riskji fl-investimenti, il-qafas regolatorju jeħtieġ li jkun prevedibbli u stabbli. Peress li l-investimenti fl-infrastruttura ta' l-enerġija spiss għandhom perjodu twil ta' ritorn, l-użu ta' kuntratti fit-tul jkun ta' benefiċċju.

3.12.2

Sabiex kumpanija tinvesti fl-iżvilupp jew l-użu ta' teknoloġiji ġodda, għandha bżonn li ddaħħal il-qliegħ mill-investiment minn swieq li huma kbar biżżejjed. F'ħafna każi s-swieq nazzjonali m'humiex kbar biżżejjed għal dan — dejjem aktar, l-aċċess għas-swieq globali huwa kundizzjoni sabiex isir l-investiment. Daqstant importanti hija d-domanda internazzjonali u kundizzjonijiet ekwi. Miżuri unilaterali mill-UE ma joħolqux id-domanda bnadi oħra, għalkemm dan jista' jiġri maż-żmien. Per eżempju, prezz għas-CO2 jista' jkun inċentiv importanti iżda jkun hemm bżonn li jkun globali.

3.12.3

Il-pożizzjoni b'saħħitha ta' l-UE fis-swieq globali fl-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji ta' l-enerġija rinnovabbli trid tkompli tiżviluppa u tissaħħaħ. L-ambizzjoni ta' l-UE li tkun minn ta' l-ewwel fil-politiki għall-klima billi tiżviluppa miri ambizzjużi, kif ukoll l-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji ta' l-enerġija rinnovabbli jistgħu jgħinu sabiex dan il-għan jiġi appoġġjat. Madankollu, dan ma jseħħx b'mod awtomatiku. Il-miri u l-iskadenzi tagħhom għandhom jiġu definiti b'attenzjoni, sabiex ikun hemm possibbiltajiet realistiċi li jintlaħqu, inkella r-riżultat jista' jkun biss spejjes żejda u possibbilment telf ta' impjiegi. Per eżempju, teknoloġiji relevanti jridu jibdew jiġu żviluppati malajr biżżejjed sabiex ikunu lesti fiż-żmien propizju għall-iskadenzi mmirati. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll iċ-ċikli ta' l-investiment fis-setturi differenti.

3.12.4

L-UE tidher li trid tpoġġi l-enfażi fuq l-interventi fis-suq bħala mezz ta' kif issaħħaħ l-innovazzjoni, li jistgħu ma jkunux effettivi biżżejjed. L-Istati Uniti u xi pajjiżi oħra jiddependu aktar fuq il-finanzjament pubbliku tar-riċerka u żvilupp. L-Ewropa għandha bżonn iżżid in-nefqa pubblika kif ukoll dik privata fir-riċerka u l-iżvilupp fl-enerġija. Il-kooperazzjoni teknoloġika mal-protagonisti l-kbar l-oħra għandha tiġi żviluppata, u l-politiki u l-miżuri tagħhom għandhom jiġu osservati b'mod sistematiku. Għandna bżonn ukoll ta' ħafna aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-isforzi nazzjonali u ta' l-UE jridu jiġu koordinati aħjar, mingħajr ma tiġi eliminata l-kompetizzjoni. Trid tiġi mrawma kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn ir-riċerka pubblika u l-intrapriżi, kemm fl-ippjanar kif ukoll fl-eżekuzzjoni ta' l-aġendi tar-riċerka, sabiex jiġi żgurat li l-isforzi tar-riċerka jwasslu għall-innovazzjoni. L-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija li qiegħed jiġi propost jista' jkollu sehem x'jagħti.

3.13

Sabiex l-innovazzjoni tiġi appoġġjata b'mod attiv, hemm bżonn ta' kumbinazzjoni ta' strumenti. Fażijiet differenti ta' żvilupp u sitwazzjonijiet differenti ta' suq jirrikjedu miżuri differenti sabiex ikunu effettivi. Fir-rigward ta' miżuri li hemm bżonn li jittieħdu sabiex isiru innovazzjonijiet ta' suċċess fuq is-suq, it-teknoloġiji jistgħu jinġabru, per eżempju, fi tliet kategoriji:

1)

Il-bogħod mis-suq, fil-fażi ta' riċerka u żvilupp: F'dawn il-każijiet appoġġ mmirat għar-riċerka u żvilupp u dimostrazzjoni huma meħtieġa. Sinjali tal-prezzijiet, bħall-prezz tas-CO2, m'humiex biżżejjed.

2)

Viċin is-suq, teknoloġija li taħdem iżda li hija wisq għolja għas-suq: Prezz fuq is-CO2 jista' jkun l-inċentiv adattat, kif ukoll bħala appoġġ speċjali sabiex tiżgura domanda li tiżdied malajr u b'hekk volumi kbar ta' produzzjoni.

3)

Prodott tajjeb fuq is-suq, iżda domanda baxxa (eżempju jistgħu jinsabu fost t-teknoloġiji b'konsum baxx): Il-kwistjoni prinċipali hija li titqajjem kuxjenza, li tista' tiġi appoġġjata minn skemi ta' awditjar ta' l-enerġija u oħrajn simili.

3.14

Għażla wiesgħa ta' miżuri u strumenti hija disponibbli fil-livelli ta' l-UE, nazzjonali u reġjonali. L-għażla ta' miżuri għal objettivi speċifiċi trid issir b'attenzjoni kbira sabiex ir-riżultati jkunu kost-effettivi. Ir-ritmu ta' l-azzjoni jrid jiġi vvalutat b'mod kritiku sabiex tiġi evitata l-ħela tar-riżorsi u konsegwenzi mhux intiżi. Miżuri li jservu b'mod ċar miri kemm diretti kif ukoll indiretti — miżuri msejħa no regrets — għandhom jiġu implimentati kemm jista' jkun malajr. Miżuri aktar ikkumplikati, ta' spiss ġodda, bħall-mod ta' kif jiġi deċiż il-prezz tas-suq għas-CO2, għandhom l-ewwel jiġu studjati bir-reqqa. Sabiex jiġu evitati l-kumplikazzjonijiet, l-effetti kollaterali mhux mistennija u s-soluzzjonijiet mhux ottimali, għandu jiġi evitat li jittieħdu diversi miżuri għal objettiv wieħed. Meta jkunu qegħdin jintażlu l-miżuri li għandhom jintużaw, huwa importanti wkoll li jitqies.it-tħaddim effiċjenti tas-suq intern — s'issa dan ma kienx dejjem il-każ.

3.14.1

Il-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp: Hawnhekk il-Kumitat jirreferi b'mod partikolari għall-Opinjoni tiegħu “Investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni (Strateġija ta' Lisbona)” INT/325. L-UE, bħala tali, tinsab lura b'mod ċar meta mqabbla ma' l-Istati Uniti u xi kompetituri kbar oħra. Is-seba' programm ta' qafas għar-riċerka u l-iżvilupp jalloka b'kollox madwar EUR 4 biljuni fuq seba' snin għall-enerġija (barra mill-kostruzzjoni tar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER), filwaqt li l-abbozz tal-liġi ta' l-Istati Uniti għall-enerġija jipproponi għall-baġit Federali $4.4 biljun għall-2007, u li jiżdied aktar tard. Barra miż-żieda fil-finanzi pubbliċi għar-riċerka u l-iżvilupp fl-enerġija, għandu jkun hemm ukoll inċentivi sabiex jiġu allokati aktar fondi privati, filwaqt li titrawwem il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ta' l-UE.

3.14.2

L-Edukazzjoni u t-taħriġ: Barra mill-isforzi sabiex titjieb il-kwalità ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa, l-enerġija trid issir għażla ta' karriera attraenti bi prospetti pożittivi għaż-żgħażagħ. Peress li t-teknoloġiji qegħdin jinbidlu aktar malajr, it-tagħlim tul il-ħajja huwa essenzjali.

3.14.3

Kuxjenza Pubblika: Hija sfida kbira li tikkonfronta u tbiddel l-imġieba ta' kull wieħed u waħda minna lejn użu aktar intelliġenti ta' l-enerġija. L-iskejjel u l-kampanji ta' tagħrif għadhom sehem x'jagħtu. L-edukazzjoni 'taċ-ċittadini tal-futur' tagħna dwar dan is-suġġett tista' tibda mill-iskola primarja, peress li t-tfal ta' din l-età huma reċettivi ħafna għal kwistjonijiet dwar il-futur tal-pjaneta u huma ħerqana sabiex jaġixxu. Fl-isferi professjonali u fil-kumpaniji, l-awditjar ta' l-enerġija bbażat per eżempju fuq ftehimiet volontarji kellu riżultati tajbin.

3.14.4

Mekkaniżmi ta' prezzijiet u tassazzjoni: Sinjali tal-prezzijiet jistgħu, jekk jiġu mfassla tajjeb, jappoġġjaw l-innovazzjoni b'mod effettiv billi jiggwidaw l-għażliet tal-konsumaturi. Bħala strument sabiex jonqos il-konsum ta' l-enerġija b'mod ġenerali, prezzijiet għolja m'humiex effettivi ħafna — huwa fatt magħruf li l-plasitiċità tal-prezzijiet ta' l-enerġija hija ġeneralment dgħajfa.

3.14.5

Sussidji: Sussidji ddisinjati tajjeb jistgħu jmexxu l-għażliet b'mod effettiv. Fil-bidu tal-kurva tat-tagħlim is-sussidji huma spiss bżonnjużi sabiex jinnewtralizzaw ir-riskju li kieku jkunu għoljin wisq. Sabiex ma tiġix imfixkla l-kompetizzjoni, jistgħu jintużaw biss fil-qafas ta' regoli eżistenti ta' l-UE sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq. Is-sussidji jridu jkunu limitati fiż-żmien u ma jibqgħux jingħataw gradwalment. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza enerġetika, jridu jiġu żviluppati inċentivi adegwati ħalli jgħinu sabiex jingħelbu l-ispejjeż żejda tal-bidu għalattrezzaturi b'konsum baxx li ta' spiss għandhom perjodu ta' ritorn qasir.

3.14.6

Miri u obbligi deċiżi politikament: Dawn jagħtu sinjal ta' direzzjoni awspikata ta' żvilupp. Daqstant importanti għad-deċiżjonijiet ta' l-investiment huma l-istrumenti politiċi attwali li jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-miri. Meta l-miri jiġu deċiżi wieħed irid iqis li normalment xi partijiet ta' l-ekonomija jibbenefikaw mentri oħrajn jitilfu u miri li huma ambizzjużi żżejjed jistgħu jġibu aktar ħsara milli benefiċċju. Attwalment jidher li hemm it-tendenza li jiġu deċiżi miri globali u sottomiri addizzjonali marbuta ma l-istess mira, per eżempju l-miri għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u sabiex jintlaħqu dawn il-miri, miri dwar l-użu akbar ta' enerġija rinnovabbli. Dan jista' jwassal għal soluzzjonijiet mhux ottimali sabiex tintlaħaq il-mira globali. Iż-żewġ miri u speċjalment l-istrumenti li jintgħażlu għandhom bżonn ta' stima rigoruża ta' l-impatt, bħall-ftehimiet ma' l-industrija fil-Ġermanja u l-Finlandja.

3.14.7

Negozjar fl-emissjonijiet, ċertifikati ħodor/bojod: Dawn huma strumenti effettivi, li jwasslu għall-miri stabbiliti jekk ikunu mfassla tajjeb. Madankollu huwa diffiċli li tistima l-ispejjeż minn qabel u dawn jistgħu ivarjaw ħafna. Aktar ma jkun kbir is-suq u n-numru ta' parteċipanti fis-suq għad-drittijiet tal-kummerċ jew iċ-ċertifikati, aktar aħjar. Jekk applikati għall-intrapriżi li qegħdin jikkompetu fis-suq globali, is-sistema trid tkun globali sabiex ma tfixkilx il-kompetizzjoni.

3.14.8

Regolamentazzjoni jew liġijiet li jorbtu: Regolamentazzjoni ppjanata tajjeb tista' ssaħħaħ l-innovazzjoni. B'mod partikolari, r-regolamentazzjoni tista' tkun mezz effettiv kif teħles minn teknoloġija obsoleta. Tista' wkoll tistimola l-innovazzjoni sabiex timponi l-effiċjenza enerġetika fil-prodotti billi tiffissa miri intermedji ambizzjużi ħalli tgħolli l-livelli ta' l-effiċjenza. Ir-riskju li tinħonoq l-innovazzjoni madankollu, dejjem huwa preżenti. Fi kwalunkwe każ, irid jiġi żgurat li r-regolamentazzjoni ma toħloqx ostakli fis-suq.

3.14.9

Livelli volontarji, ftehimiet volontarji, ċertifikazzjoni: Dawn huma strumenti ta' politika li jgħinu lill-innovazzjoni. Jista' jiġri li mhux dejjem iwasslu sabiex jintlaħqu l-miri jew l-objettivi eżatti tagħhom, iżda jiffaċilitaw li jittieħdu passi kbar 'il quddiem fl-innovazzjoni, b'mod partikolari mingħajr ir-riskju ta' effetti kollaterali negattivi.

3.14.10

Akkwisti pubbliċi: L-akkwisti pubbliċi jista' jkollhom sehem importanti sabiex tissaħħaħ l-innovazzjoni fl-enerġija. Metodi għal dan l-iskop għandhom jiġu żviluppati u mifruxa. Normalment akkwisti “ħodor” jirrikjedu l-użu ta' analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, u l-awtoritajiet għandhom bżonn ta' aktar tagħrif dwar dan il-metodu u metodi ġodda oħra. Ir-regoli ta' l-UE għall-akkwisti pubbliċi, li jridu jiġu rispettati, jipprovdu għall-akkwisti “ħodor” billi jirrikjedu soluzzjonijiet ta' l-ogħla livell.

3.14.11

Sabiex isseħħ it-trasformazzjoni urġenti meħtieġa fis-settur ta' l-enerġija, il-pass ta' l-innovazzjoni għandu bżonn jitħaffef. Il-Kumitat iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lil

miżuri sabiex jitpoġġa prezz ekonomiku xieraq fuq l-emissjonijiet tal-karbonju.

żjieda fir-riċerka u l-iżvilupp mis-settur pubbliku u dak privat sabiex jiġu appoġġjati forom ġodda ta' enerġija u effiċjenza enerġetika,

l-użu tar-regolamentazzjoni sabiex jitħaffef il-pass tal-progress fit-titjib ta' l-effiċjenza ta' prodotti ta' kull tip,

l-użu ta' l-akkwist pubbliku b'mod aktar proattiv sabiex jittejbu l-livelli ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, b'mod partikolari fil-bini.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2005) 141 fin., Linji ta' gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol.

(2)  ĠU C 318, 23.12.2006, p 185.

(3)  ĠU Ċ 241 tas-7.10.2002, p. 13.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/39


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-

“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (Verżjoni kkodifikata)”

“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji”

“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità”

COM(2006) 783 finali — 2006/0273 (COD)

COM(2006) 785 finali — 2006/0274 (COD)

COM(2006) 784 finali — 2006/0272 (COD)

(2007/C 256/08)

Nhar is-16 ta' Jannar 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikoli 71 u 156 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (verżjoni kkodifikata)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-19 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Confalonieri.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju (seduta ta' fil-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'137 vot favur, u 2 astensjonijiet

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-proposti:

li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji;

li jemendaw id-Direttiva 49/2004 dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità;

għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja;

jidhru li jsegwu l-intenzjoni li jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' l-operaturi għas-sistema ferrovjarja Ewropea.

Huma:

jissemplifikaw il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni għall-vetturi ferrovjarji (rolling stock) fis-sistema interoperabbli;

jistandardizzaw ħafna mill-kontrolli li jsiru fil-livell nazzjonali fuq il-vetturi ferrovjarji, il-proċeduri ta' manutenzjoni u l-operaturi tas-sewqan u tal-manutenzjoni;

joħolqu sistema sabiex ir-regoli ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jiġu mqabbla bejniethom fuq l-aspetti kollha, inklużi elementi li m'humiex koperti mill-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi ta' l-Interoperabbiltà (TSIs).

1.2

Il-KESE jappoġġja l-objettiv li jiġu ssemplifikati l-proċeduri sabiex il-vetturi jitpoġġew fis-servizz.

1.3

Il-KESE jqis li dawn is-semplifikazzjonijiet ikabbru l-użu tas-sistema ferrovjarja Ewropea, billi jassorbu proporzjon tad-domanda tal-mezzi l-oħra tat-trasport, u b'hekk jikkontribwixxu lejn titjib fl-ambjent u l-użu tas-sorsi ta' enerġija li huma indikati fil-pjanijiet ta' l-enerġija ta' l-UE.

1.4

Il-KESE jappella sabiex il-proċess li jestendi l-applikazzjoni ta' l-istandards ta' l-interoperabilità Ewropea u dak tat-tqassim tal-kontrolli ta' ċertifikazzjoni bejn il-korpi nazzjonali u dawk Komunitarji ma joħloqx perikli.

1.5

B'mod partikolari, il-KESE jirrakkomanda li l-limiti bejn ir-responsabbiltajiet tal-korpi differenti li jiddaħħlu mis-sistema l-ġdida jiġu ġestiti b'attenzjoni.

1.6

Il-KESE jemmen li, fil-każ tal-vaguni tal-merkanzija u dawk għall-passiġġieri li jidħlu fis-servizz wara li tidħol fis-seħħ id-Direttiva, awtorizzazzjoni waħda għad-dħul fis-servizz minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għandha tkun biżżejjed. Ir-Regolamenti l-ġodda dwar l-Aġenzija Ewropea ser jippermettu lill-operaturi ferrovjarji, l-amministraturi ta' l-infrastruttura, is-sidien tal-vaguni, imma fuq kollox, lill-korpi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni, li:

jħaffu l-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni;

jnaqqsu n-numru ta' kontrolli, u b'hekk jeliminaw id-duplikazzjoni nazzjonali fejn jidħlu standards komuni;

joperaw f'qafas leġislattiv ċar, bil-possibbiltà li jintużaw ir-rakkomandazzjonijiet tekniċi ta' l-Aġenzija.

1.7

Il-KESE jinnota, li bl-azzjoni li hemm ippjanata, l-Aġenzija ser issir l-awtorità tas-sistema sabiex titwaqqaf is-sistema ferrovjarja Ewropea (li tinkludi n-netwerk ta' veloċità għolja, il-kurituri tan-netwerks trans-Ewropej (TEN) u fil-futur, il-kumplament tan-netwerks nazzjonali), permezz tal-koordinazzjoni u l-estensjoni tas-sistema ERTMS (Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju), il-pubblikazzjoni tas-sistema għat-tqabbil tar-regoli nazzjonali, u l-għajnuna teknika għall-korpi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali.

1.8

L-iżvilupp gradwali fir-rwol ta' l-Aġenzija Ewropea bħala entità ta' gwida u monitoraġġ tal-proċess ta' interoperabilità ferrovjarja u l-iżviluppi teknoloġiċi jrid jiġi rifless f'tibdil fir-rwoli tal-korpi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali.

1.9

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni li tqis jekk hux opportun li toħloq reġistru Ewropew tal-problemi fis-sigurtà taċ-ċirkolazzjoni bil-ferroviji, li jkun bejn l-Istati Membri, sabiex joħloq bażi ta' konoxxenza għall-ħolqien ta' parametri komuni.

1.10

Ir-riżultat ittamat huwa l-ħolqien ta' suq Ewropew tal-vetturi ferrovjarji, l-attivitajiet ta' manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji u tas-sistema u r-riżorsi umani għall-amministrazzjoni tas-servizzi tat-trasport.

1.11

Din tkun opportunità unika għall-kostrutturi tal-vetturi ferrovjarji, speċjalment jekk id-deċiżjonijiet tekniċi dwar it-TSI jissalvagwardjaw il-possibbiltà li jinżammu biżżejjed kostrutturi sabiex jiġi żgurat suq Ewropew tal-vetturi ferrovjarji (u tal-manutenzjoni tagħhom) li hu kompetittiv.

1.12

Il-KESE jirrakkomanda li, fil-każ ta' vetturi ferrovjarji li jiddaħħlu fis-servizz qabel matidħol fis-seħħ id-Direttiva u li ma jkollhomx dikjarazzjoni ta' verifka “KE”, l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-sigurtà ferrovjarja ma toħloqx burokrazija żejda għall-operaturi ferrovjarji.

1.13

Il-KESE jemmen li għandu jiġi previst il-ħolqien ta' korpi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni għall-pajjiżi li huma fis-Sistema Statistika Ewropea.

1.14

Meta tkun qiegħda tiġi studjata l-vijabilità ta' proġett f'termini ekonomiċi, l-analiżi dwar id-derogi mit-TSI għandha tinkludi b'mod speċifiku l-istima ta' l-impatt ta' l-iffinanzjar komuni mill-Komunità fuq il-vijabilità tal-proġett.

1.15

Il-KESE ma jqisx li l-analiżi dwar id-derogi tista' ssir fuq bażi individwali għal kull TSI iżda għandha ssir għas-sistema tat-TSIs kollha.

1.16

Il-KESE jirrakkomanda li r-regoli lingwistiċi attwali jiġu applikati meta l-Aġenzija tippublika t-TSIs.

Il-KESE iqis li l-valutazzjonijiet u l-opinjonijiet ta' l-Aġenzija għandhom jintalbu għall-miżuri kollha ta' kostruzzjoni u rinnovazzjoni, anke meta ma jinvolvux fondi tal-Komunità Ewropea, sabiex kemm il-miżuri nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej jiġu orjentati lejn is-sistema ta' sigurtà Ewropea.

1.17

Il-possibbiltà li tintalab l-opinjoni ta' l-Aġenzija Ewropea, għandha tiġi estiża għall-partijiet interessati kollha, anke meta dawn jistgħu jidħlu f'kunflitt ma' l-evalwazzjoni tal-korpi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali. B'mod partikolari l-aċċess għandu jiġi ggarantit lill-Intrapriżi tal-Ferrovija Komunitarji u lis-sindakati tas-settur.

2.   Raġunijiet u osservazzjonijiet

2.1   Punti ewlenin u kuntest ġenerali tal-proposta

2.1.1

It-twaqqif gradwali ta' spazju ferrovjarju Ewropew mingħajr fruntieri jitlob regolamentazzjoni teknika għall-aspetti marbuta mas-sigurtà, mal-ġestjoni u mal-proċeduri ta' aċċess għas-sistema.

2.1.2

Id-Direttivi tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 u 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995, u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/14/KE tas-26 ta' Frar 2001, dwar l-iżvilupp tas-sistema ferrovjarja Ewropea, kollha jipprovdu għall-ftuħ gradwali tad-drittijiet ta' l-aċċess għall-infrastruttura Komunitarja, f'qafas ġdid ta' referenza, għall-intrapiżi ferrovjarji li għandhom liċenzja minn xi Stat Membru u li jixtiequ joffru servizzi tat-trasport tal-merkanzija.

2.1.3

Sabiex jintlaħqu kemm l-iskop tas-sigurtà, kif ukoll dak ta' l-interoperabilità, hemm bżonn li jsir xogħol tekniku mmexxi minn korp speċjalizzat. Kien għal dan l-iskop li twaqqfet l-Aġenzija Ewropeja tal-Ferroviji għas-sigurtà u l-interoperabilità.

2.1.4

L-objettivi prinċipali ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija huma:

il-promozzjoni tat-twaqqif ta' spazju ferrovjarju Ewropew, kontribuzzjoni sabiex s-settur jerġa' jqum fuq saqajh u t-titjib tas-sigurtà;

l-iżvilupp ta' indikaturi, objettivi u metodi komuni għas-sigurtà;

it-tħaffif tal-proċeduri ta' l-għoti taċ-ċertifikati ta' sigurtà lill-intrapiżi ferrovjarji;

l-iżgurar ta' l-akbar trasparenza possibbli u t-tixrid effiċjenti ta' l-informazzjoni;

il-kontinwità fl-attivitajiet u l-iżvilupp tat-TSIs fuq medda ta' żmien f'qafas tekniku permanenti;

it-titjib fl-interoperabilità tan-netwerk trans-Ewropew billi jiġu approvati proġetti ġodda b'finanzjament Komunitarju li jippromovu l-interoperabilità;

l-assistenza fit-twaqqif ta' sistema ta' ċertifikazzjoni għall-garaxxijiet tal-manutenzjoni;

il-provvista ta' appoġġ tekniku sabiex jiġi żgurat li l-kwalifiki professjonali neċessarji għas-sewqan tal-ferroviji jingħataw l-importanza xierqa fil-livell Ewropew;

il-provvista ta' appoġġ tekniku għat-twaqqif ta' sistema ta' reġistrazzjoni li tindika jekk il-vetturi ferrovjarji humiex adegwati għall-użu fil-kundizzjonijiet speċifikati;

l-iżgurar ta' l-akbar trasparenza u aċċess indaqs għall-informazzjoni rilevanti mill-partijiet kollha;

l-inkoraġġiment tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni fis-sigurtà u l-interoperabilità ferrovjarja;

2.1.5

Il-proċeduri nazzjonali għall-approvazzjoni tal-lokomotivi huma attwalment ikkunsidrati bħala waħda mill-ostakli prinċipali għat-twaqqif ta' intrapriżi ferrovjarji ġodda fis-settur tat-trasport tal-merkanzija u ostaklu kbir għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Ewropea.

2.1.6

Peress li l-ebda Stat Membru ma jista' jiddeċiedi b'mod awtonomu li l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-operat għandha tkun valida fi Stati Membri oħra, hemm bżonn ta' inizjattiva Komunitarja li tarmonizza u tissemplifika l-proċeduri nazzjonali u li tippermetti li jsir użu aktar sistematiku tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

2.1.7

Barraminhekk, bħala parti mill-programm ta' semplifikazzjoni leġislattiva, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tikkonsolida u tgħaqqad id-Direttivi dwar l-interoperabilità ferrovjarja, bil-għan li jiġi stabbilit sett wieħed ta' regoli għas-sistema ferrovjarja Ewropea.

2.1.8

Dawn l-inizjattivi jagħmlu s-sistema tat-trasport ferrovjarju aktar kompetittiva billi jnaqqsu l-ispejjeż għas-settur ferrovjarju.

2.2   l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

2.2.1

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji eżistenti billi tipprovdi dokument ta' referenza għat-tqabbil tar-regoli nazzjonali.

2.2.2

L-Aġenzija għandha tivvaluta t-talbiet għall-finanzjament Komunitarju fil-qasam tal-proġetti ta' infrastruttura u vetturi ferrovjarji bil-għan li tivverifika l-“interoperabilità” tagħhom.

2.2.3

L-Aġenzija għandha tistudja r-relazzjoni bejn is-sidien tal-vaguni u l-intrapriżi ferrovjarji (li qabel kien il-ftehim RIV (Ftehim bejn l-intrapriżi ferrovjarji għat-tpartit u l-użu tal-vaguni)), b'mod partikolari fil-qasam tal-manutenzjoni, u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward ir-regolamentazzjoni.

2.2.4

L-Aġenzija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji komuni għad-definizzjoni ta' ħiliet professjonali u l-valutazzjoni ta' l-istaff għall-attivitajiet ta' ġestjoni u manutenzjoni.

2.2.5

L-Aġenzija għandha taqdi rwol ta' awtorità fil-proġett ta' l-ERTMS.

2.3   L-interoperabilità

2.3.1

Din il-proposta hija mfassla sabiex tissemplifika u timmodernizza l-qafas leġislattiv Ewropew. Huwa f'dan il-kuntest li l-konsolidazzjoni u t-twaħħid tad-Direttivi dwar l-interoperabilità ferrovjarja ġew proposti.

2.3.2

B'għaxar snin ta' esperjenza fl-implimentazzjoni tad-Direttivi ta' l-interoperabilità, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi wkoll diversi bidliet sabiex ittejjeb il-parti teknika tal-qafas regolatorju.

2.4   Is-sigurtà tas-sistema ferrovjarja Komunitarja

2.4.1

L-emenda ta' Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-sigurtà ferrovjarja tispeċifika liema parti ta' l-awtorizzazzjoni jrid ikollha rikonoxximent komuni u liema hi marbuta mill-qrib mal-kompatibilità tal-vettura speċifika ma' l-infrastruttura partikolari.

2.4.2

B'riżultat tal-bidliet fil-leġislazzjoni:

kull darba li vettura tiddaħħal fis-servizz irid ikun identifikat b'mod ċar minn ħa ħsieb il-manutenzjoni;

l-intrapriża ferrovjarja trid turi li l-vaguni li tuża qegħdin jitħaddmu u jinżammu skond ir-regoli attwali;

l-intrapriżi ferrovjarji jridu juru s-sistema u l-proċeduri li stabbilew sabiex jiżguraw li l-użu tal-vaguni minn sidien differenti ma jipperikolax is-sigurtà ferrovjarja;

l-Aġenzija għandha tivvaluta l-proċeduri li jħaddmu l-kumpaniji ferrovjarji sabiex jiġġestixxu r-relazzjonijiet tagħhom mas-sidien tal-vaguni.

3.   Kummenti Ġenerali

3.1   l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

3.1.1

In-natura tas-sistema ferrovjarja hija tali li l-elementi kollha għandhom sehem fis-sigurtà tas-sistema.

3.1.2

Jekk il-kompetenza ta' l-Aġenzija titwessa' mis-sistema ta' interoperabilità għas-sistema ta' sigurtà, fil-futur, ir-responsabbiltà tagħha ser testendi għall-elementi kollha tas-sistema.

3.1.3

Wieħed jista' jimmaġina li fl-aħħar tal-proċess ser ikun hemm sistema Komunitarja waħda u Aġenzija tal-Ferroviji unika.

3.1.4

Il-fażi tat-tqabbil tar-regolamenti għandha tiġi kkunsidrata bħala wieħed mill-passi neċessarji f'din id-direzzjoni.

3.1.5

Hemm bżonn li jiġu studjati l-effetti varji li d-deċiżjonijiet dwar it-TSIs u l-proċeduri l-ġodda ta' ċertifikazzjoni ser ikollhom fuq l-Istati Membri differenti, l-amministraturi ta' l-infrastrutturi, il-kumpaniji ferrovjarji u s-sidien tal-vaguni, u fuq il-klijenti finali.

3.1.6

Il-bżonn li jiġi mħares il-bilanċ ekonomiku tan-netwerks nazzjonali differenti u ta' l-operaturi tas-suq m'għandux jiġi injorat, partikolarment fil-fażi ta' armonizzazzjoni ta' l-istandards tekniċi u tal-proċeduri ta' ċertifikazzjoni.

3.1.7

L-Aġenzija għandha tingħata responsabbiltà sabiex tidderieġi l-għażliet tekniċi għal netwerk miftuħ għall-interoperabilità, fil-preżent u fil-futur, anki mingħajr l-użu ta' inċentivi finanzjarji.

3.1.8

Wieħed għandu jiftakar li, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-abbozz tad-Direttiva dwar l-interoperabilità, ir-responsabbiltajiet ta' l-Aġenzija eventwalment ser jespandu sabiex jinkludu n-netwerk ferrovjarju sħiħ tal-Komunità.

3.2   L-interoperabilità

3.2.1

L-abbozz tad-Direttiva jissemplifika t-TSIs għas-sistema tradizzjonali u dik ta' veloċità għolja, fejn jistgħu jitqabblu.

3.2.2

L-abbozz tad-Direttiva jestendi l-validità tat-TSIs lil hinn min-netwerk tal-veloċità għolja u tal-kurituri tan-netwerk trans-Ewropew (TEN) sabiex ikopri n-netwerks nazzjonali kollha, b'xi eċċezzjonijiet.

3.2.3

Dan jimmarka bidla fil-politika ta' l-iżvilupp teknoloġiku tas-sistema ferrovjarja Ewropea bil-għan li jiġi stabbilit netwerk uniku Ewropew. L-impatt ekonomiku u strateġiku li jirriżulta huwa akbar milli ssuġġerit fil-premessa tal-proposta.

3.2.4

Ir-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet dwar it-tipi ta' TSIs li għandhom jiġu applikati għall-proġetti l-ġodda u xogħlijiet ta' rinnovazzjoni kbar fl-infrastruttura eżistenti ser taqa' l-aktar fuq il-Komunità.

3.2.5

Id-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar id-definizzjoni u l-iżvilupp tat-TSIs, b'rabta mas-sitwazzjoni attwali f'kull Stat Membru, ser ikollha impatt ekonomiku kbir fuq l-ippjanar ta' l-investiment teknoloġiku u infrastrutturali fid-diversi Stati Membri.

3.2.6

Jidher li hemm bżonn ta' valutazzjoni ta' l-impatt ekonomiku tat-TSIs il-ġodda għal kull Stat Membru, sabiex l-evalwazzjoni dwar jekk l-adozzjoni hijiex xierqa tiġi bbażata fuqhom.

3.2.7

Din l-evalwazzjoni għandha ssir b'mod differenti għat-TSIs li għandhom impatt fuq l-investiment pubbliku fl-Istati Membri u dawk li għandhom impatt fuq l-investiment mill-intrapriżi ferrovjarji u operaturi privati.

3.2.8

L-estensjoni tal-validità tat-TSIs għan-netwerk ferrovjarju Ewropew kollu, b'xi eċċezzjonijiet, jimplika wkoll sistema ġdida ta' relazzjonijiet bejn l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u l-korpi ta' ċertifikazzjoni fl-Istati Membri individwali.

3.2.9

Dawn il-korpi x'aktarx ser jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq attivitajiet ta' ċertifikazzjoni għall-intrapriżi u operaturi aktar milli jamministraw l-iżvilupp ta' standards teknoloġiċi.

3.2.10

L-emenda tad-Direttiva tas-sigurtà hija waħda mill-modifiki tekniċi bl-objettiv li tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi ferrovjarji interoperabbli.

3.2.11

Sadattant qiegħda tiddaħħal id-definizzjoni l-ġdida ta' “sidien” tal-vaguni.

3.2.12

Bl-organizzazzjoni attwali tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji l-istess vetturi ser jiġu vvalutati minn korpi differenti skond id-diversi aspetti tekniċi.

3.2.13

L-aspetti inklużi fit-TSIs ser jiġu ċċertifikati minn wieħed mill-korpi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni.

3.2.14

L-aspetti nazzjonali komplimentari ser jiġu kkontrollati mill-korp nazzjonali ta' ċertifikazzjoni għan-netwerk partikolari. Il-korp nazzjonali ta' ċertifikazzjoni ser jieħu nota taċ-ċertifikati komunitarji, jikkontrolla ċ-ċertifikati nazzjonali speċifiċi u joħrog dokument ta' sigurtà. Għandu d-dritt li ma jaċċettax talbiet għaċ-ċertifikazzjoni u għalhekk jibqa' responsabbli għall-konsistenza ta' l-elementi kollha ċċertifikati.

3.2.15

Fir-rigward ta' l-eżitu tat-talbiet ta' ċertifikazzjoni, l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji taġixxi bħala korp ta' appell indipendenti.

3.2.16

Il-Kumitat m'għandu l-ebda kumment ieħor x'jagħmel minbarra l-kummenti ġenerali li diġà għamel fis-sezzjonijiet preċedenti dwar l-Interoperabilità u l-Aġenzija.

4.   Kummenti Speċifiċi

4.1   l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

4.1.1

Artikolu 8a: L-Aġenzija minn banda għandha toħloq u taġġorna dokument ta' referenza li jqabbel ir-regoli nazzjonali għal kull parametru (punt 2) u, mill-banda l-oħra, għandha tipprovdi biss opinjonijiet tekniċi dwar:

l-ekwivalenza tar-regoli;

talbiet għal informazzjoni komplementari;

ir-raġunijiet li għalihom ġiet irrifjutata l-awtorizzazzjoni.

Il-ħidma ta' l-Aġenzija tkun aktar effettiva jekk dawn l-opinjonijiet ikunu vinkolanti u jkunu jistgħu jintalbu mill-partijiet interessati wkoll: amministraturi ta' l-infrastruttura, kumpaniji ferrovjarji u sidien tal-vaguni.

4.1.2

Artikolu 15: Ir-responsabbiltajiet ta' l-Aġenzija għandhom jiġu estiżi għall-proġetti kollha ta' rinnovament, riabilitazzjoni jew kostruzzjoni li jinvolvu partijiet mill-infrastruttura li huma suġġetti għat-TSIs attwali jew futuri.

4.1.3

Artikolu 16a: L-Aġenzija għandha tingħata kriterji ta' valutazzjoni sabiex tagħżel bejn sistemi ta' ċertifikazzjoni “volontarji jew obbligatorji”, ibbażati fuq:

livelli ta' sigurtà;

trasparenza fir-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi;

trasparenza fis-suq u r-regolamentazzjoni.

Għandu jiġi speċifikat jekk is-sistema ta' ċertifikazzjoni ser ikollha impatti, u jekk iva liema, fuq il-kumpaniji ferrovjarji li huma sidien tal-vaguni.

4.1.4

Artikolu 18: Għandu jiġi enfasizzat li meta jitfasslu l-formoli ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-Aġenzija għandha tillimita kemm tista' l-ispeċifikazzjonijiet li m'humiex inklużi fis-sezzjonijiet komuni.

4.1.5

Artikolu 21b: Il-poteri ta' l-Aġenzija jidhru li huma propozjonati ma' l-għanijiet tagħha. Il-prinċipju ta' sussidjarjetà ma jinżammx.

4.2   L-interoperabilità

4.2.1

Artikolu 1: Fejn hemm il-ħsieb li l-validità tat-TSIs tiġi estiża għaż-Żona Ekonomika Ewropea, għandu jitħejja wkoll ir-rikonoxximent tal-korpi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni.

4.2.2

Artikolu 6: Il-libertà konċessa lill-Aġenzija dwar ir-regoli għal-lingwa tal-pubblikazzjoni ta' l-annessi tekniċi tat-TSIs ma tgħinx sabiex ikun hemm aċċess faċli u miftuħ għall-partijiet kollha għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-interoperabilità

4.2.3

Artikolu 7: Il-kunċett ta' deroga jidher li hu wiesa' ħafna, speċjalment fejn jidħlu kunsiderazzjonijiet ta' natura finanzjarja, għaliex m'huwiex rikjest li wieħed iqis l-impatt tal-finanzjament Komunitarju fi studju ta' vijabilità ekonomika. Ikun aħjar jekk is-sistema ta' deroga tiġi applikata għas-sett kollu tat-TSIs marbuta ma'proġett partikolari milli li jiġu applikati derogi għat-TSIs individwali.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/44


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi”

COM(2006) 852 finali — 2006/0278 (COD)

(2007/C 256/09)

Nhar id-19 ta' Jannar 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikoli 71 u 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Krzystof Ostrowski.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'136 vot favur u 4 astensjonijiet.

1.   Il-pożizzjoni tal-KESE

1.1

Il-Kumitat jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, li l-għan strateġiku tagħha huwa li tarmonizza l-leġislazzjoni ta' l-UE dwar it-trasport intern ta' l-oġġetti perikolużi. Dan għandu jwassal għal titjib fis-sigurtà tat-trasport intern ta' l-oġġetti perikolużi.

1.2

Il-proposta tirrevedi erba' direttivi eżistenti u erba' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi, tgħaqqadhom f'att leġislattiv wieħed, u testendi wkoll l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-UE sabiex jinkludi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni navigabbli (flimkien mat-trasport bit-triq u bil-ferrovija).

1.3

Il-Kumitat jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni li wieħed ma jistax jimmaġina li jiġu assigurati l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għat-trasport intern ta' l-oġġetti perikolużi sakemm it-tipi kollha tat-trasport intern (bit-triq, bil-ferrovija u l-ilmijiet interni navigabbli) ikunu koperti wkoll minn leġislazzjoni komuni fl-UE kollha.

1.4

Il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni vinkolanti dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bit-triq u l-ferrovija, li mhu ser teħtieġ l-ebda bidla fundamentali għar-regolamenti attwali, u li ser testendi wkoll l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-UE sabiex jiġu koperti l-passaġġi ta' l-ilmijiet interni navigabbli, ser tissemplifika ħafna il-proċeduri leġislattivi u amministrattivi kemm għall-awtoritajiet tal-gvern kif ukoll għall-intrapriżi privati.

1.5

L-inklużjoni tal-modi kollha tat-trasport fuq l-art f'att legali uniku u l-inklużjoni ta' referenzi għal ftehim u trattati internazzjonali dwar it-trasport intern ta' l-oġġetti perikolużi fl-annessi tad-direttiva biss (li ma jkunux inklużi bħala parti mid-direttiva, bħalma huwa l-każ attwalment) ser ifisser tnaqqis sinifikanti fil-volum ta' l-acquis ta' l-UE.

1.6

Il-Kumitat jemmen li l-forma legali proposta li tiġbor id-dispożizzjonijiet il-ġodda f'direttiva waħda, tirrappreżenta soluzzjoni tajba. Madankollu, meta jiġi kkunsidrat l-ambitu wiesa' ta' l-eżenzjonijiet u d-derogi deskritti għall-Istati Membri, il-Kumitat isejjaħ lill-Istati Membri sabiex jikkooperaw bl-iktar mod strett possibbli mal-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni, sabiex jiġi assigurat li l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni ssir realtà.

1.7

Il-Kumitat jixtieq jenfasizza li, fil-kuntest tan-natura dettaljata tad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tekniċi tat-trasport ta' oġġetti perikolużi u saħansitra tal-kategoriji ta' l-oġġetti innifishom deskritti fil-proposta, jista' jikkumenta biss dwar il-kwistjonijiet ta' natura iktar ġenerali.

1.8

Il-Kumitat jilqa' l-informazzjoni mill-Kummissjoni li l-opinjonijiet ta' l-Istati Membri u l-partijiet interessati, bħall-assoċjazzjonijiet industrijali li jirrappreżentaw l-intrapriżi attivi fit-trasport ta' l-oġġetti perikolużi, kellhom impatt sinifikanti fuq il-kontenut tal-proposta, u li saru l-isforzi kollha sabiex tintlaħaq pożizzjoni komuni matul il-proċess ta' konsultazzjoni.

1.9

Il-Kumitat jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni ser tkompli tiġi appoġġjata minn kumitat regolatorju speċjali dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, li ser ikun ta' għajnuna matul il-proċeduri ta' komitoloġija.

1.10

Il-Kumitat jinnota wkoll b'sodisfazzjon li l-parteċipazzjoni ta' l-assoċjazzjonijiet industrijali matul il-laqgħat tal-kumitat regolatorju serviet sabiex tagħtihom vuċi regolari matul il-proċess ta' l-abbozzar tal-proposta. Il-Kumitat jinnota wkoll li saru konsultazzjonijiet ma' l-istati ta' l-EFTA u li l-Parlament Ewropew inżamm aġġornat ma' l-iżviluppi kollha.

1.11

Il-Kumitat japprezza l-fatt li saru konsultazzjonijiet ukoll mal-Kummissjoni Ċentrali għan-navigazzjoni fuq ir-Renu, speċjalment fid-dawl tal-fatt li t-trasport ta' oġġetti perikolużi fuq din ix-xmara jgħodd għal xi 80 % tat-trasport ta' oġġetti ta' dan it-tip fl-Ewropa.

1.12

Il-Kumitat jinnota wkoll l-informazzjoni tal-Kummissjoni li konsulenti esterni wettqu evalwazzjoni tal-qasam ta' politika li ssemma hawn fuq għas-snin 2004–05: Evalwazzjoni tal-politika ta' l-UE dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi mill-1994 u li l-evalwazzjoni tagħhom ikkonfermat il-validità tal-proposta kif ukoll il-fatt li l-konsultazzjonijiet pubbliċi żvelaw li l-kotra l-kbira ta' dawk li wieġbu kienet favur il-politika proposta mill-Kummissjoni.

1.13

Il-Kumitat jemmen li, peress li t-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta' l-annessi tekniċi ser jitwettqu fil-livell ta' l-Istati Membri, ikun mixtieq ħafna li l-Kummissjoni tappoġġja b'mod finanzjarju l-proċess tad-traduzzjoni fl-Istati Membri.

1.14

B'żieda ma' hawn fuq, il-Kummissjoni hija konvinta li huwa ġust li din il-proposta tiġi appoġġjata, liema proposta tħejjiet minn speċjalisti kkwalifikati ferm fit-trasport intern ta' l-oġġetti perikolużi minn firxa ta' Stati Membri.

1.15

Il-Kumitat, madankollu, jixtieq jiġbed l-attenzjoni lejn numru ta' kwistjonijiet li, fl-opinjoni tiegħu, għad għandhom jitqiesu mill-ġdid jew jiġu kjarifikati: ma hemm l-ebda definizzjoni tal-kunċett ta' oġġetti perikolużi skond id-Direttiva. L-Istati Membri huma mogħtija d-dritt li jinfurzaw il-projbizzjoni tat-trasport ta' l-oġġetti perikolużi fuq it-territorju tagħhom għal raġunijiet ta' nuqqas ta' sigurtà biss; m'hemm l-ebda informazzjoni fl-Annessi III.2 u III.3.

Il-kummenti tal-Kumitat dwar dawn il-kwistjonijiet ġew preżentati fis-sezzjoni dwar Kummenti Speċifi.

2.   L-elementi prinċipali tal-proposta

2.1

It-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (kimiċi, materjali tat-tindif, pitrolju, splussivi, skrataċ għal armi żgħar, aerosols, materjali radjoattivi, pestiċidi, eċċ.) jġib miegħu riskju sostanzjali ta' inċidenti. Dan japplika għall-modi kollha tat-trasport; bit-triq, bil-ferrovija u bl-ilmijiet interni navigabbli. Dan ifisser periklu għall-ħajja u s-saħħa mhux biss ta' dawk il-persuni involuti direttament fit-trasport ta' oġġetti bħal dawn, iżda għal dawk il-ħafna residenti ta' żoni kemm urbani kif ukoll rurali.

2.2

Diġà ttieħdet azzjoni fil-passat sabiex jiġi assigurat li t-trasport ta' oġġetti bħal dawn isir taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli. Illum, it-trasport internazzjonali ta' l-oġġetti perikolużi huwa regolat minn serje ta' trattati u ftehimiet internazzjonali, li huma bbażati fuq rakkomandazzjonijiet tan-NU. Sabiex jiġi assigurat it-trasport sikur ta' oġġetti perikolużi u t-tmexxija ħielsa u multimodali tas-servizzi tat-trasport internazzjonali, in-NU fassal u rreveda dokument bl-isem ta' Recommendations on the Transport of Dangerous Goods, Model Regulations (Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża, Mudelli ta' Regolamentazzjoni).

2.3

Ir-regolamentazzjoni tat-trasport ta' l-oġġetti perikolużi hija kwistjoni importanti mhux biss minħabba n-natura speċifika ta' l-oġġetti nnifishom, iżda wkoll minħabba l-volum kbir ta' oġġetti kkonċernati. It-trasport totali ta' l-oġġetti perikolużi fl-UE diġà huwa ta' 110 biljun tunnelleta-kilometru kull sena, li jirrappreżenta madwar 8 % ta' l-oġġetti trasportati fl-UE. Minn din iċ-ċifra, it-trasport bit-triq jgħodd għal 58 %, it-trasport bil-ferrovija 25 % u l-ilmijiet interni navigabbli jgħoddu għal 17 %. Tista' tintlemaħ tendenza tikber, bl-eċċezzjoni tat-trasport bil-ferrovija.

2.4

Fl-Ewropa, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali ġew implimentati fis-settur tat-trasport intern permezz ta' dawn it-tliet strumenti li ġejjin:

a)

ADR = il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali fit-toroq ta' oġġetti perikolużi, (konkluż f'Ġinevra fit-30 ta' Settembru 1957, kif emendat);

b)

RID = il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija, muri bħala l-Appendiċi C mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) (konkluż f'Vilnius fit-3 ta' Ġunju 1999, kif emendat);

ċ)

ADN = il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi fuq l-ilmijiet interni navigabbli (konkluż f'Ġinevra fis-26 ta' Mejju 2000, kif emendat);

2.5

Il-leġislazzjoni ta' l-UE dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, madankollu, ikopri biss it-trasport bit-triq u bil-ferrovija. Il-leġislazzjoni eżistenti diġà tassigura livelli għoljin ta' sigurtà fir-rigward ta' dawn iż-żewġ modi tat-trasport, flimkien ma' provvista ħielsa ta' servizzi tat-trasport u l-moviment liberu tal-modi tat-trasport fit-terrritorju ta' l-UE. Il-leġislazzjoni Komunitarja fiha erba' atti leġislattivi f'dan il-qasam:

a)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq;

b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija;

ċ)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifiki vokazzjonali ta' konsulenti dwar is-sigurtà għat-traspost ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni;

d)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni;

2.6

Madankollu, m'hemm l-ebda regolament li jirregola t-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bl-ilmijiet interni navigabbli. Filwaqt li huwa veru li hemm żewġ sistemi ta' regoli huma attwalment fis-seħħ li jirregolaw it-trasport fiż-żoni tar-Renu u d-Danubju (ADN-R, ADN-D), dawn għandhom ambitu reġjonali biss. Barraminhekk, hemm ukoll regolamenti nazzjonali li jirregolaw it-trasport domestiku fl-Istati Membri. In-nuqqas ta' kwalunkwe leġislazzjoni f'dan il-qasam huwa, fost affarijiet oħra, minħabba l-ADN ma ġiex iffirmat. Il-proposta tal-Kummissjoni ta' l-1997 għal direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bl-ilmijiet interni navigabbli minn bastimenti ġiet irtirata fl-2004.

2.7

Madankollu, il-ftehim dwar it-trasport bl-ilmijiet interni navigabbli attwalment jinstab fil-fażi tar-ratifika u huwa mistenni jiġi fis-seħħ mhux aktar tard mill-2009. Filwaqt li jqis dan, il-Kumitat jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li jagħmel sens li jiġi introdott trasport bl-ilmijiet interni navigabbli fil-leġislazzjoni ta' l-UE, saħansitra għar-raġuni ta' l-armonizzazzjoni biss. Dan jirrappreżenta wkoll opportunità sabiex tiġi aġġornata u standardizzata l-leġislazzjoni eżistenti. B'żieda ma' dan, wieħed m'għandux jippermetti l-iżvilupp ta' żewġ sistemi legali separati: waħda għat-trasport internazzjonali, u l-oħra għat-trasport domestiku. Raġuni oħra għaliex għadha ssir reviżjoni tal-leġislazzjoni hija li l-leġislazzjoni eżistenti ta' l-UE dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi hija diġà kumplessa ħafna. L-atti leġislattivi għal ċerti modi tat-trasport għandhom numru ta' inkonsistenzi filwaqt li regolamenti oħra huma — jew ser ikunu — skaduti dalwaqt. Per eżempju, żewġ direttivi jistgħu jiġu attwalment ikkunsidrati bħala bla użu wara li d-dispożizzjonijiet tagħhom ġew inkorporati fl-ADR, l-RID u l-ADN. Teżisti wkoll problema teknika fir-rigward ta' l-istruttura attwali tad-direttivi eżistenti. Skond it-trattati, kull sentejn għandha ssir traduzzjoni sħiħa ta' l-annessi tekniċi estensivi, kull meta jsir ftehim internazzjonali jew jiġi emendat trattat. Dan wera li huwa proċess diffiċli ferm u għali.

2.8

Skond l-informazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni, jekk ma jsir xejn fir-rigward ta' din il-kwistjoni, il-problemi msemmija hawn fuq m'humiex ser jisparixxu, iżda jistgħu isiru saħansitra agħar. Wisq probabbli li d-dispożizzjonijiet kumplessi attwali ser isiru iktar kumplikati bħala riżultat ta' l-emendi li saru lit-trattati u lill-ftehim internazzjonali; ser jinżammu regolamenti skaduti, li mhux biss ser joħloq konfużjoni għall-utenti iżda ser iżid ir-riskju ta' vjolazzjoni tar-regolamenti vinkolanti. Minflok ma jsiru aktar faċli għall-utent, ir-regoli ta' l-UE jistgħu faċilment isiru totalment inaċċessibbli. Biż-żieda fl-użu ta' kunċetti multimodali, l-eżistenza ta' regoli differenti għall-mezzi tat-trasport differenti ser toħloq aktar problemi prattiċi ta' kuljum għall-operazzjonijiet multimodali u dan iwassal sabiex jiżdiedu l-ispejjeż bla bżonn. Għat-trasport fuq l-ilmijiet interni navigabbli, regoli differenti bejn it-trasport internazzjonali u dak nazzjonali ser ifixklu l-iżvilupp ta' dan il-mod, li, li kieku ma kienx għal dan, ikun l-aktar mezz preferut f'ħafna każijiet, kif turi d-data istastika disponibbli.

2.9

Din hija r-raġuni wara l-proposta għall-adozzjoni ta' direttiva ġdida, li ser tirrevedi l-erba' direttivi eżistenti u erba' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bit-triq u bil-ferrovija billi tgħaqqadhom f'att leġislattiv uniku (it-tliet mezzi tat-trasport ser jiġu koperti minn att leġislattiv uniku biss) u billi jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolamenti ta' l-UE sabiex jinkludi wkoll it-trasport bl-ilmijiet navigabbli interni.

2.10

Id-direttiva l-ġdida tirrevoka d-Direttivi eżistenti 94/55/KE u 96/49/KE, kif emendati, dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, id-Direttivi 96/35/KE u 2000/18/KE dwar konsulenti dwar is-sikurezza fit-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bl-ilmijiet interni navigabbli, u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/263/KE u 2005/180/KE, kif emendati, dwar id-derogi nazzjonali mid-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE. Ta' min isemmi f'dan il-punt li d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/35/KE u 2000/18/KE huma attwalment inklużi fl-annessi għad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE; b'riżultat ta' dan ta' l-ewwel ġie superfluwu fir-rigward tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

2.11

Il-proposta tintroduċi r-regolamenti eżistenti għat-trasport internazzjonali fil-leġislazzjoni ta' l-UE u testendi l-kamp ta' l-applikazzjoni tar-regolamenti internazzjonali għat-trasport domestiku. Il-proposta għalhekk ser twassal għal semplifikazzjoni sostanzjali fil-leġislazzjoni ta' l-UE dar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi minkejja li din ser testendi wkoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni.

2.12

L-għan tal-proposta huwa li l-obbligu li l-annessi tekniċi għad-direttivi mill-UE jiġu tradotti u ppubblikati, ma jibqax tal-Kummissjoni iżda jaqa' fuq l-Istati Membri. Waħda mir-raġunijiet prinċipali għal dan hija li t-traduzzjonijiet li jsiru fil-livell ta' l-UE ma kinux dejjem ta' l-ogħla kwalità, li ġagħal lill-Istati Membri jagħmlu t-traduzzjonijiet tagħhom stess jew li jikkoreġuhom. Dawn l-annessi huma riveduti kull sentejn. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tagħti l-appoġġ finanzjarju tagħha lit-traduzzjonijiet li jkunu ġew finalizzazati fil-livell ta' l-Istat Membru. Il-Kummissjoni, madankollu, temmen li l-appoġġ finanzjarju li tagħti lill-Istati Membri ser ikun ikkumpensat bis-sħiħ minn dak li l-UE jirnexxielha tfaddal f'dak li jikkonċerna spejjeż ta' traduzzjoni u ta' pubblikazzjoni.

2.13

Il-proposta għandha toħloq sistema li permezz tagħha referenzi għal trattati internazzjonali dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi jiġu inklużi biss fl-annessi tad-direttiva, u mhux fid-direttiva nnifisha, kif inhu attwalment il-każ. Dan huwa mistenni li jwassal għal tnaqqis ta' madwar 2 000 paġna mill-acquis ta' l-UE dwar is-suġġett.

2.14

Din is-semplifikazzjoni fil-leġislazzjoni ta' l-UE għandha tagħmilha iktar faċli li din il-leġislazzjoni tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali. L-armonizzazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi tista' tissemplifika u tagħmel ix-xogħol ta' l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi, inkluża t-tħejjija tar-rapporti, iżjed effettiv.

2.15

Is-semplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti ser jagħmel il-proċeduri amministrattivi iktar faċli għal dawk lkollha involuti fit-trasport ta' l-oġġetti perikolużi, mill-burdnar sal-klijent.

2.16

L-armonizzazzjoni tar-regolamenti ser tissemplifika wkoll id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-irmonkar u għall-vetturi, it-taħriġ ta' dawk il-persuni involuti kif ukoll ix-xogħol tal-konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

2.17

Il-proposta tagħmel parti mill-programm tal-Kummissjoni għar-reviżjoni u s-semplifikazzjoni gradwali ta' l-acquis ta' l-UE u tal-programm leġislattiv u tal-ħidma tagħha.

3.   Kummenti speċifiċi

Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni lejn numru ta' kwistjonijiet, li għandu ċerti riservi dwarhom.

3.1

L-ewwelnett, fil-proposta bl-isem ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' l-oġġetti perikolużi, is-sezzjoni dwar id-definizzjonijiet tipprovdi definizzjonijiet dettaljati dwar il-kliem jew it-termini individwali (eż. ADR, RID, AND, vettura, vagun, bastiment) li jispjegaw it-tifsira tagħhom għall-finijiet tad-direttiva. Madankollu, m'hija provduta l-ebda informazzjoni għal dak li għandna nifhmu bil-kunċett ta' “prodotti perikolużi”. Mingħajr l-ebda dubju, m'hijiex kwistjoni sempliċi fil-kuntest tan-numru ta' oġġetti perikolużi li jeżistu diġà u l-avvanzi fit-teknoloġija, li kontinwament iżidu oġġetti ġodda mal-lista ta' oġġetti bħal dawn. Il-Kumitat madankollu jemmen li għandha tiġi provduta informazzjoni dwar x'għandu jinftiehem bit-terminu “oġġetti perikolużi” fil-kuntest ta' din id-direttiva.

3.2

It-tieninett: l-abbozz tad-direttiva jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jirregolaw jew jintroduċu l-projbizzjoni tat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom għal raġunijiet oħra minbarra dawk tat-trasport sikur biss. Filwaqt li l-Kumitat jifhem ir-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ngħataw id-dritt li jirregolaw jew ineħħu t-trasport ta' l-oġġetti perikolużi, ma jistax jifhem ir-raġunament wara l-għotja tad-dritt li jaġixxu “għal raġunijiet oħra minbarra dawk tat-trasport sikur biss”. Il-Kumitat jemmen li, fil-kuntest ta' din il-proposta, li l-għan tagħha huwa li jżid is-sikurezza għall-oġġetti perikolużi, il-kliem propost ifisser li l-Istati Membri mhux ser ikunu jistgħu jipprojbixxu t-trasport ta' l-oġġetti perikolużi mit-territorju tagħhom għal raġunijiet ta' sigurtà, li jidher li ma jagħmilx sens. Barraminhekk, il-Kumitat m'huwiex ċar fuq kif ser jista' jkun possibbli li tiġi assigurata l-koordinazzjoni ta' dawn it-tipi ta' projbizzjonijiet li japplikaw għat-trasport transkonfinali jekk l-Istati Membri jintroduċu projbizzjonijiet differenti.

3.3

It-tieletnett: Il-punti III.2 u III.3 ta' l-Anness III (Trasport intern) m'għandha l-ebda informazzjoni dwar xi dispożizzjonijiet addizzjonali transitorji ppjanati jew regolamenti nazzjonali addizzjonali. Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob għal iktar informazzjoni fuq jekk huwiex tassew il-każ li l-ebda proviżjoni m'hija ppjanata jew jekk humiex sempliċement fil-proċess tat-tfassil.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/47


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Green Paper dwar l-Applikazzjonijiet għan-Navigazzjoni bis-Satellita”

COM(2006) 769 finali

(2007/C 256/10)

Nhar it-8 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Green Paper dwar l-Applikazzjonijiet għan-Navigazzjoni bis-Satellita.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Buffetaut.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'134 vot favur u 5 astensjonijiet.

1.   Introduzzjoni

1.1

Il-programm Galileo huwa x-xempju tal-politika spazjali Ewropea. Id-daqs tal-proġett u l-karattru strateġiku tiegħu wasslu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea sabiex taħdem bi sħab ma' l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, kultura intergovernattiva minn naħa u kultura Komunitarja min-naħa l-oħra għandhom jiżguraw is-suċċess ta' din l-intrapriża. Fl-istess spirtu ta' kooperazzjoni, il-proġett għandu jiġi implimentat bħala sħubija pubblika-privata.

1.2

L-ewwel satellita sperimentali, il-prekursur ta' satelliti ġejjiena li fl-aħħar mill-aħħar għandhom jifformaw kostellazzjoni ta' 30, ittellgħet fl-orbita lejn tmiem l-2005. Għalhekk, l-iżvilupp ta' dan il-proġett miexi fid-direzzjoni t-tajba, iżda dan ma jfissirx li ma ltaqax ma' problemi u dewmien.

1.3

Il-programm Galileo ser ikun jinvolvi sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita, li tipprovdi sensiela ta' servizzi ta' pożizzjonar, navigazzjoni u datar.

1.4

Galileo, bit-30 satellita tiegħu u l-istazzjonijiet terreni tiegħu, ser jagħmilha possibbli li jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tagħhom lil utenti f'diversi setturi ekonomiċi, inkluzi t-trasport (lokalizzazzjoni tal-vetturi, bastimenti, inġenji ta' l-ajru, sistemi ta' gwidar, tiftix għal skopijiet ta' vjaġġar, eċċ.), il-ġustizzja, il-pulizija u d-dwana (kontroll tal-fruntieri), ix-xogħlijiet pubbliċi (topografija, ġeodesija u sistemi ta' informazzjoni ġeografika), il-passatemp (navigazzjoni fuq ibħra u muntanji), is-servizzi soċjali (eż. assistenza lin-nies b'diżabilità jew lill-anzjani), is-servizzi governattivi ta' sigurtà, u fl-aħħarnett, permezz tas-servizzi li jillokalizzaw sinjali ta' periklu, salvataġġ fil-baħar jew f'partijiet remoti tad-dinja.

1.5

Skond ċerti previżjonijiet, is-suq tal-prodotti u s-servizzi maħluqa permezz ta' l-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni għandu jilħaq l-EUR 400 biljun sal-2005.

1.6

In-nuqqas ta' ftehim bejn l-imsieħba fir-rigward tal-mudell ekonomiku għal Galileo u l-gvernanza tal-konsorzju industrijali huwa tant profond, illi n-negozjati dwar kuntratti għal konċessjonijiet sfaw fix-xejn. Id-dewmien li kien hemm s'issa u n-nuqqas ta' progress fin-negozjati joħolqu riskju għall-proġett innifsu.

1.7

Fid-dawl ta' dawn id-diffikultajiet, il-Kunsill tat-Trasport ta' Marzu kien talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tevalwa l-progress tan-negozjati dwar kuntratti għal konċessjonijiet u sabiex tanalizza soluzzjonijiet alternattivi. Bħala reazzjoni għal dan il-falliment, il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni “Galileo f'salib it-toroq”, tistiedenlill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jirreġistraw il-falliment tan-negozjati attwali tal-kuntratti għal konċessjonijiet u jieħdu deċiżjoni sabiex iġibuhom fi tmiemhom. Madankollu, fl-istess waqt, tistedinhom ukoll sabiex jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li l-programm Galileo jitkompla. Il-Kummissjoni tipproponi xenarju alternattiv fejn il-fażijiet ta' żvilupp u ta' deployment ikunu appoġġati u ffinanzjati mis-settur pubbliku u l-kuntratt konċessjonarju ikun jikkonċerna biss lill-fażi operattiva. L-Aġenzija Spazjali Ewropea tmexxi x-xogħlijiet u l-awtorità inkarigata mis-sejħa għall-offerti f'isem l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-kontenut essenzjali tal-Green Paper

2.1

Id-dokument tal-Kummissjoni, minn naħa, jipprovdi deskrizzjoni rapida tas-sistema attwali u l-iżviluppi prevedibbli tagħha u, min-naħa l-oħra, jipprovdi evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet innovattivi possibbli. Id-dokument jelenka ħames tipi ta' servizzi: is-servizz ta' aċċess miftuħ, is-servizz kummerċjali, is-servizz “salvagwardja tal-ħajja”, is-servizz ta' tiftix u salvataġġ (search and rescue), u servizz governattiv b'aċċess ristrett: servizz pubbliku regolat — PRS (public regulated service). Il-Green Paper ma tindirizzax l-applikazzjonijiet koperti mis-servizz li ssemma fl-aħħar — huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jixtiqux jużawh jew le. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser tinterroga lil kull Stat Membru direttament dwar dan is-suġġett u mbagħad tiġbor u tagħmel sommarju tar-risposti.

2.2

Il-Kummissjoni telenka dawn is-setturi li huma affettwati mis-sistema u huma potenzjalment interessati fiha:

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika (għall-pubbliku ġenerali) u s-sejħiet ta' emerġenza,

It-trasport bit-triq,

It-trasport ferrovjarju,

In-navigazzjoni marittima u fuq passaġġi ta' l-ilma interni u s-sajd.

It-trasport bl-ajru,

Il-protezzjoni ċivili, il-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza u għajnuna umanitarja,

Il-monitoraġġ ta' merkanzija perikoluża,

It-trasport tal-bhejjem,

L-agrikoltura, il-kejl tal-pakketti, il-ġeodesija u l-indaġini katastali,

L-enerġija, iż-żejt u l-gass

Is-servizz ta' tiftix u salvataġġ,

Il-loġistika,

L-ambjent,

L-isport u t-turiżmu,

L-infurzar tal-liġi.

2.3

It-tul ta' din il-lista ta' applikazzjonijiet possibbli tixħet dawl fuq l-ambitu u l-firxa wiesgħa ta' l-applikazzjonijiet potenzjali.

2.4

Bħas-soltu, il-Green Paper tintemm b'lista ta' mistoqsijiet lill-partijiet interessati. M'huwiex il-kompitu tal-KESE li jipprovdi tweġibiet speċifiċi għal dawn il-mistoqsijiet iżda pjuttost li jenfasizza dawk li jikkunsidra li huma ta' importanza partikolari, u jqajjem dawk il-mistoqsijiet li suppost li kellhom isiru imma ma sarux.

2.5

Il-Kummissjoni qiegħda tanalizza r-risposti dwar il-Green Paper li rċeviet mill-partijiet interessati. Dawn ir-risposti kienu ftit wisq u ta' xi kultant wisq ġenerali sabiex tkun tista' tinġibed konklużjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni beħsiebha tkompli l-konsultazzjoni billi twettaq konsultazzjonijiet aktar profondi bl-għan li tippubblika pjan ta' azzjoni f'Ottubru 2007. Sal-lum, l-ebda settur ekonomiku prinċipali ma wera interess ġenwin fis-servizzi mħallsa. Din hija stampa ċara tad-diffikultà f'li tkun f'kompetizzjoni ma' servizz li huwa miftuħ bla ħlas għall-pubbliku, anke jekk dan ta' l-aħħar m'huwiex garantit. Dan il-fatt għalhekk iqajjem il-mistoqsija tal-bilanċ ekonomiku u finanzjarju tas-sistema Ewropea — servizz ċivili li ma jibbenefikax mill-istess livell ta' appoġġ pubbliku (f'dan il-każ dak militari) bħall-GPS Amerikan.

3.   Mistoqsijiet prinċipali

3.1

Mistoqsija 2 (1), dwar il-ħarsien tal-ħajja privata huwa suġġett ta' importanza partikolari, li l-KESE diġà tah attenzjoni speċjali meta irrikjeda li d-dritt għall-privatezza għandu jiġi mħares b'mod strett. Dal-fatt iqajjem il-kwistjoni li jinstab bilanċ bejn id-dritt għal privatezza u l-possibilitajiet provduti minn din it-teknoloġija. Madankollu, jeħtieġ li jiġi enfasizzat ill s-sistemi ta' pożizzjonar u navigazzjoni permezz tas-satellita jippermettu lill-utenti li jistabbilixxu l-pożizzjoni tagħhom, iżda din il-pożizzjoni jafuha huma biss u ma tkunx disponibbli lil partijiet terzi sakemm l-utent innifsu ma jiddeċidiex li jaqsam din l-informazzjoni magħhom, per eżempju permezz tal-mezz ta' telekomunikazzjoni mobbli bħall-GSM. Peress li dawn is-sistemi jaħdmu biss f'direzzjoni waħda, l-operatur ta' sistema tan-navigazzjoni — tkunx GPS, Galileo jew is-sistema Russa GLONASS — ma jkunx jafx min huma l-utenti u m'hemm l-ebda mezz kif jista' jkun jaf min qiegħed juża s-sinjali tan-navigazzjoni, u wisq inqas il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Għalhekk, il-kwistjoni tal-ħarsien tad-dritt għal ħajja privata għandu jiġi analizzat fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet individwali li huma pprovduti lill-utenti. Ħafna minn dawn is-servizzi filfatt jeħtieġu li l-pożizzjoni ġeografika ta' l-utent tiġi mibgħuta lura lejn server li imbagħad ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni mitluba minn dan ta' l-aħħar (eż. informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq).

3.2

Mistoqsija 5 (2), dwar il-kooperazzjoni internazzjonali tqajjem numru ta' kwistjonijiet. L-Unjoni Ewropea ffirmat ftehimiet ta' kooperazzjoni maċ-Ċina, l-Iżrael, il-Korea t'Isfel, il-Marokk u l-Ukraina, u qegħdin jiġu kkunsidrati ftehimiet oħra ma' l-Indja, il-Brażil, l-Arġentina u l-Awstralja. Għalkemm dawn il-ftehimiet ta' kooperazzjoni huma mixtieqa ħafna sabiex isaħħu l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema Galileo fil-livell internazzjonali, prinċipalment fir-rigward ta' kwistjonijiet bħall-istandardizzazzjoni, il-ftuħ tas-swieq, iċ-ċertifikazzjoni, il-frekwenzi u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, ikun għaqli li nimxu b'ċerta kawtela għaliex il-motivazzjoni prinċipali ta' ċerti imsieħba hija l-akkwist ta' l-għarfien u l-kompetenzi bl-għan li jiġi ggwadanjat iż-żmien sabiex jiżviluppaw it-teknoloġija tagħhom, li mbagħad tkun tista' tikkompeti ma' Galileo. Illum il-ġurnata, huwa minn awl id-dinja li din kienet l-intenzjoni ewlenija taċ-Ċina meta ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni dwar Galileo ma' l-UE fl-2003. Barraminhekk, huwa sorprendenti meta wieħed jinnota li la n-Norveġja u lanqas l-Isvizzera għadhom ma kkonkludew ftehim ma' l-UE li jkopri l-kooperazzjoni tagħhom fil-programm Galileo, minkejja l-fatt li qegħdin jiffinanzjaw il-fażi ta' żvilupp/validazzjoni tal-programm permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-Aġenzija Spazjali Ewropea. B'riżultat ta' dan, l-aċċess potenzjali tagħhom għas-servizz pubbliku regolat ta' Galileo għadu ma ġiex iddeterminat.

3.3

Fi kwalunkwe każ, u saħansitra b'mod ġenerali, il-kooperazzjoni miksuba ma involvietx is-servizz pubbliku regolat. Barraminhekk, in-negozjati fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali m'għadhomx għaddejjin bl-istess rata peress li l-prijorità prinċipali hija l-implimentazzjoni effettiva tal-proġett Ewropew tan-navigazzjoni bis-satellita, fenomenu li jagħti xhieda tad-diffikultajiet li nqalgħu.

3.4

Mistoqsijiet 6 u 7 (3) dwar l-istandards u ċ-ċertifikazzjoni jqajmu l-kwistjoni taċ-ċertifikazzjoni għat-tagħmir u s-sistema nnifisha u t-terminali tan-navigazzjoni abbord. Din hija kwistjoni partikolarment delikata fl-oqsma ta' l-avjazzjoni u t-trasport ferrovjarju — fejn it-tagħmir ta' sikurezza u sinjalazzjoni huwa soġġett għal proċeduri rigorużi ta' ċertifikazzjoni li hija rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. Iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema Galileo innifisha tagħmel sens biss fil-kuntest ta' qasam speċifiku ta' applikazzjoni, eż. l-avjazzjoni ċivili, li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli. Iċ-ċertifikazzjoni ta' terminali u tagħmir abbord makkinarju mobbli li juża s-servizzi Galileo tinvolvi aktar minn sempliċi terminal ta' pożizzjonar. Tinvolvi wkoll it-tagħmir l-ieħor li juża l-informazzjoni ta' l-ippożizzjonar u li fl-aħħarnett iwassal l-informazzjoni miġbura lill-bdot jew il-kaptan. Għandhom jiġu applikati l-proċeduri ta' ċertifikazzjoni regolari, li normalment japplikaw għal dik l-applikazzjoni speċifika. Għalhekk, il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata individwalment għal kull applikazzjoni speċifika.

3.5

Aspett ieħor tal-kwistjoni, ir-responsabilità, bilkemm jiġi indirizzat, minkejja li huwa ta' importanza konsiderevoli. Għandna nirrikonoxxu li huwa ta' kumplessità eċċezzjonali. Il-kwistjonijiet ta' responsabilità kuntrattwali, li huma relattivament sempliċi, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati, iżda għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawk marbuta ma' responsabilità ekstrakuntrattwali, li huma ferm aktar diffiċli li jiġu ttrattati. Barraminhekk, għandu jitqies li l-livell ta' responsabilità jista' jvarja skond jekk hux qegħdin nittrattaw ma' servizz ta' aċċess miftuħ, servizz kummerċjali jew servizz pubbliku regolat. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tikkunsidra sistema li hija simili għal dik applikata fl-avjazzjoni ċivili, i.e. li ammont fiss ikun kopert mill-assigurazzjoni u l-bqija mill-awtoritajiet pubbliċi. F'dan il-kjaż, il-mistoqsija prinċipali tkun dik li jiġi stabbilit il-livell li fih r-responsabilità taqa' f'idejn l-awtoritajiet. Attwalment, dan il-livell huwa għoli — madwar EUR 1 biljun.

3.6

Il-fornitur tas-sinjal sa liema punt jiggarantixxi l-prestazzjoni? Il-kwistjoni hija ta' importanza kbira fis-setturi tat-trasport bl-ajru, ferrovjarju u marittimu.

3.7

Jekk, per eżempju, sinjal ta' kwalità ħażina jkun il-kaġun li jiġġarraf ajruplan jew li jegħreq bastiment, forsi jikkawża tixrid ta' żejt, min għandu jassumi r-responsabilità u sa liema punt? Jeħtieġ li ssir distinzjoni hawn bejn ir-responsabilità kuntrattwali u r-responsabilità ekstrakuntrattwali.

3.8

L-operatur ta' Galileo għandu jassumi r-responsabilità sħiħa jew jaqsamha ma' l-Istati? U jekk dan ikun il-każ, liema Stati: l-Istat tat-tnedija, l-Unjoni Ewropea, jew l-Istati li jipparteċipaw fil-proġett Galileo? Dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati u ttrattat sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet kummerċjali ta' Galileo jkunu jistgħu jiġu żviluppati f'qafas legal sodisfaċenti u affiddabbli.

3.9

Jeżistu preċedenti, ez. Ariane. Ir-riskju ta' danni lil parzijiet terzi ikkawżati minn illanċjar jassumih Arianespace sa EUR 100 miljun. Jekk ir-riskju involut jaqbeż dan l-ammont, jiġi kopert mill-Istat Franċiż. Jeżistu arranġamenti simili dwar qsim tar-riskji bejn operaturi kummerċjali u Stati fis-settur ta' l-avjazzjoni ċivili, li jistgħu forsi jiġu applikati għal Galileo. Madankollu, il-kwistjoni delikata tibqa' l-ħtieġa li jkun hemm ftehim fejn għandha tinġibed il-linja diviżorja: liema hu t-taqsim adegwat bejn l-awtorità pubblika u l-operatur, speċjalment fir-rigward ta' servizzi ġodda?

3.10

Sistema bbażata fuq din ta' l-aħħar, jekk tiġi applikata għall-programm Galileo, ovvjament tkun tinvolvi li jiġi speċifikat b'mod ċar liema awtorità pubblika tkun tista' taqsam ir-responsabilità ma' l-operatur ta' Galileo.

3.11

Mistoqsija 9 (4) dwar il-proprjetà intellettwali hija importanti. Anke jekk l-istituzzjonijiet pubbliċi jiffinanzjaw ir-riċerka inizjali, huwa importanti li d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għall-applikazzjonijiet għandhom ikunu l-proprjetà ta' l-intrapriżi, l-SMEs b' mod partikolari, li jiżviluppaw u jimplimentawhom.

3.12

L-aspett ta' l-użu militari ta' Galileo wkoll irid jiġi kkunsidrat. Għall-kuntrarju tal-GPS, li hija sistema militari li ssir disponibbli għal skopijiet ċivili fuq bażi diskrezzjonali, Galileo hija sistema ċivili. Kif inhu l-każ għas-sinjal ċivili tal-GPS, xejn ma jimpedixxi lill-forzi armati ta' kwalunkwe pajjiż milli jużaw is-servizz għal aċċess miftuħ ta' Galileo għal skopijiet militari, anke jekk is-servizz pubbliku regolat, li huwa speċifikament irregolat mill-Istati Membri ta' l-UE, joffri aktar vantaġġi minn servizzi oħra ta' Galileo peress li l-programm huwa aktar robust fir-rigward ta' tfixkil fil-frekwenza (scrambling) u indipendenza meta mqabbel mas-servizzi l-oħra pprovduti minn Galileo (il-meded tal-frekwenzi li jintużaw huma differenti).

3.13

Mingħajr ma nidħlu f'dibattitu dwar l-użijiet militari varji tas-servizz pubbliku regolat ta' Galileo, li jmorru lil hinn mill-iskop ta' din l-Opinjoni u m'humiex indirizzati fil-Green Paper, jibqa' l-fatt illi l-bilanċ finanzjarju ta' Galileo jiddependi sa ċertu punt fuq dan is-servizz. Fil-konfigurazzjoni l-ġdida tal-proġett Galileo kif propost mill-Kummissjoni, m'hemmx dubju li dan il-punt ser jerġa' jiġi diskuss. Inċidentalment, fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tistqarr li “Filwaqt li tinżamm sistema bħala sistema ċivili dħul sinifikanti jista' jiġi wkoll minn utenti tal-militar”.

4.   Konklużjoni

4.1

Il-Green Paper dwar l-applikazzjonijiet tan-navigazzjonijiet bis-satellita tipprovdi rendikont ta' ħafna mis-setturi li huma kkonċernati minnha. Jeħtieġ li titkompla f'numru ta' oqsma importanti ħafna bħad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali fi proċessi li jistgħu jwittu t-triq għal oqsma ġodda ta' applikazzjoni, u arranġamenti ta' ċertifikazzjoni u responsabilità.

4.2

Il-kwistjoni ta' l-użu governattiv jew militari ta' Galileo mill-Istati Membri ta' l-UE, li hija indirizzata permezz ta' djalogu dirett bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fost l-Istati Membri nfushom fi ħdan il-bord tas-sigurtà ta' Galileo, hija importanti ħafna fis-sens li għandha impatt sinifikanti duq il-mudell finanzjarju ta' Galileo. Jidher ċar li din il-kwistjoni trid tiġi analizzata mill-ġdid, iktar u iktar minħabba li l-kontribut tas-settur pubbliku jidher li ser jiżdied sostanzjalment kaġun tal-falliment ta' l-ewwel skema tas-sħubija pubblika-privata.

4.3

Huwa ta' siwi kbir u interessanti ħafna li nikkunsidraw l-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita. Madankollu, jeħtieġ ukoll li jiġi aċċertat li l-kostellazzjoni tkun kompluta. Il-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni jikkostitwixxu l-aħħar ċans għall-programm Galileo. Il-KESE huwa konxju ta' l-isforz finanzjarju li dawn jirrikjedu mill-Istati Membri. Madankollu, fi żmien meta l-UE qiegħda tindirizza x-xettiċiżmu taċ-ċittadini tagħha — perijodu fejn id-dibattiti dwar l-abbozz tat-Trattat Kostituzzjonali xeħtu dawl fuq ċerta “delużjoni” — l-abbandun tal-programm Galileo jkollu effett diżastruż kemm fuq l-Ewropa u kemm lil hinn mill-Ewropa. Il-falliment tiegħu juri lid-dinja li l-Unjoni Ewropea ma kenitx kapaċi li tlaqqa' flimkien proġett xjentifiku, tekniku u ekonomiku. Huwa essenzjali li l-programm Galileo jinġab fi tmiemu sabiex jintwera li l-abilità ta' l-Unjoni Ewropea li terġa' tiġi fuq saqajha u ttemm b'suċċess proġetti ewlenin li jixħtu ħarsithom lejn il-ġejjieni.

4.4

Il-verità hija li, għal dawn ir-raġunijiet, il-proġett Galileo għaddej minn perijodu diffiċli. Il-KESE ma jistax ħlief li jinnota li jekk dan il-proġett, li huwa ta' xempju għall-UE, ifalli, ser idgħajjef bil-bosta l-fiduċja tal-poplu fl-integrazzjoni Ewropea. Jeħtieġ li jsir kull sforz sabiex dan jiġi evitat.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2006) 769, Sezzjoni 4.

(2)  COM(2006) 769, Sezzjoni 5.3.

(3)  COM(2006) 769, Sezzjoni 5.4.

(4)  COM(2006) 769, Sezzjoni 5.6.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/51


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Programm Indikattiv Nukleari, imressaq taħt l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew”

COM(2006) 844 finali

(2007/C 256/11)

Nhar l-10 ta' Jannar 2007, il-Kumissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Programm Indikattiv Nukleari, imressaq taħt l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Sirkeinen.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'81 vot favur, 28 vot kontra u 15-il astensjoni.

1.   Sinteżi

1.1

Fl-2004, fl-Opinjoni tiegħu dwar “Il-kwistjonijiet involuti fl-użu ta' l-enerġija nukleari għall-produzzjoni ta' l-elettriku”, il-KESE ppropona li “għandhom isiru sforzi sabiex jiġi pprovdut tagħrif dwar il-kwistjonijiet ewlenin ta' l-industrija nukleari — is-sigurtà tal-provvista, it-tneħħija ta' l-emissjonijiet tas-CO2, il-prezzijiet kompetittivi u s-sigurtà u l-ġestjoni tal-karburant użat — bil-għan li s-soċjetà ċivili organizzata tkun tista' twettaq analiżi kritika tad-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet”. Il-Programm Indikattiv Nukleari (PINC) il-ġdid jipprovdi dan it-tagħrif. Il-KESE jaqbel bis-sħiħ ma' l-analiżi u d-deskrizzjoni ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Il-biċċa l-kbira ta' l-aspetti essenzjali ta' l-enerġija nukleari huma indirizzati fih u, fil-fehma tagħna, huma deskritti b'mod tajjeb. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni lejn ċerti aspetti ta' l-enerġija nukleari li għandhom jiġu kkunsidrati.

1.2

L-enerġija nukleari, li tirrappreżenta 31 % ta' l-elettriku u 15 % tal-konsum globali ta' l-enerġija primarja ta' l-UE fl-2004, taqdi rwol kruċjali fis-suq ta' l-enerġija. L-enerġija nukleari tissodisfa wkoll l-objettivi kollha tal-politika ta' l-enerġija ta' l-UE. Il-prezz ta' l-enerġija nukleari llum huwa tassew kompetittiv. Id-dipendenza esterna hija żgħira u s-sorsi ta' karburant huma diversifikati u sikuri. Dan jissodisfa l-eżiġenzi tas-sigurtà tal-provvista. L-enerġija nukleari hija attwalment l-ikbar sors ta' enerġija prattikament ħielsa mid-dijossidu tal-karbonju fl-Ewropa.

1.3

Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-objettivi għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2020 u lil hinn, huwa evidenti li kull mezz addizzjonali ta' produzzjoni ta' l-enerġija b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi — is-sorsi rinnovabbli, l-enerġija nukleari jew il-karbonju potenzjalment nadif — għandhom jissostitwixxu mezzi li jarmu s-CO2 u b'hekk jikkontribwixxu għal produzzjoni globali ta' l-elettriku bi proporzjoni baxxa ta' karbonju. Fi kliem ieħor, jekk ma tinżammx minn ta' l-inqas il-proporzjoni attwali ta' l-enerġija nukleari sakemm ikunu disponibbli soluzzjonijiet ġodda ta' enerġija nadifa, l-objettivi tal-politiki tal-klima u l-enerġija m'humiex ser jintlaħqu.

1.4

Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti ta' l-UE fl-iżvilupp addizzjonali ta' l-iktar qafas avvanzat għall-enerġija nukleari f'dawk l-Istati Membri li jagħżlu l-enerġija nukleari, b'konformità ma' l-ogħla standards fl-oqsma tas-sigurtà, is-sikurezza u n-non proliferazzjoni, hekk kif meħtieġ mit-Trattat Euratom.

1.5

L-iktar biċċa xogħol importanti hija li tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta' l-iskart radjuattiv, b'mod speċjali r-rimi tal-karburant nukleari wżat. Teżisti teknoloġija għal dan iżda hemm nuqqas ta' deċiżjonijiet politiċi. Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet l-oħra li għadhom jeħtieġu l-attenzjoni ta' l-UE bħas-sigurtà nukleari u l-protezzjoni radjuloġika, oqsma fejn l-Ewropa kisbet riżultati tajbin ħafna, kif ukoll il-finanzjament sikur fuq perijodu fit-tul għall-iżmuntaġġ ta' l-impjanti.

1.6

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni lejn ċerti aspetti addizzjonali ta' l-enerġija nukleari li ma ġewx trattati fl-abbozz tal-PINC. Dawn huma t-theddida tat-terroriżmu u, f'ċerti impjanti, il-kwisjtjoni tad-disponibilità suffiċjenti ta' ilma ta' tkessiħ.

1.7

Tista' tfeġġ il-problema ta' kemm dan is-settur huwa attraenti għall-ħaddiema u bħala suġġett tar-riċerka fl-Istati Membri li jixtiequ jkomplu jagħmlu użu mill-enerġija nukleari. Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li huwa kruċjali li l-Ewropa jkollha għarfien espert dwar il-protezzjoni radjuloġika u t-teknoloġija nukleari, u għalhekk l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka f'dawn l-oqsma jeħtieġu attenzjoni kbira.

1.8

Fl-aħħar, il-KESE jenfasizza li kull Stat Membru għandu d-dritt li jagħżel it-taħlita ta' enerġija tiegħu, inkluż l-użu ta' l-enerġija nukleari kif imsemmi fil-PINC.

2.   Introduzzjoni

2.1

B'konformità ma' l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni għandha tippubblika programm nukleari indikattiv fuq bażi regolari, b'mod partikulari dwar l-objettivi tal-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari u kull tip ta' investiment meħtieġ sabiex dawn jintlaħqu. Il-Kummissjoni għandha tikseb l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar dan it-tip ta' programmi qabel ma jiġu ppubblikati. Mill-1958 lil hawn ġew ippubblikati 4 programmi indikattivi ta' din ix-xorta u aġġornament wieħed. L-aħħar pubblikazzjoni saret fl-1997.

2.2

L-abbozz attwali tal-Programm Indikattiv Nukleari (PINC) ġie ppubblikat mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-pakkett ta' l-enerġija u l-klima, “Politika ta' l-Enerġija għall-Ewropa”, 10 ta' Jannar 2007. Il-verżjoni finali ser titħejja u tiġi ppubblikata malli l-Kummissjoni tirċievi l-Opinjoni tal-KESE.

2.3

Il-partijiet l-oħra tal-pakkett jindirizzaw fl-ewwel lok il-proposta dwar l-objettivi fl-ambitu tat-tibdil fil-klima li jinkludu tnaqqis ta' 30 % mil-livell ta' l-1990 tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-pajjiżi żviluppati sa l-2020, jew fi kwalunkwe każ ta' 20 % għall-UE biss. Il-pakkett jittratta wkoll is-suq intern għall-gass u l-elettriku, l-interkonnessjonijiet fin-netwerks ta' l-elettriku u l-gass, proposti għall-promozzjoni tal-produzzjoni sostenibbli ta' l-enerġija mill-karburanti fossili; pjan ta' direzzjoni għall-promozzjoni tas-sorsi rinnovabbli, li jinkludi l-objettiv vinkolanti ta' 20 % sa l-2020 għall-proporzjoni ta' sorsi rinnovabbli fit-taħlita globali ta' l-enerġija u t-tfaddil ta' enerġija ta' l-UE, bl-objettiv ta' żieda fl-effiċjenza ta' 20 % sa l-2020 u, fil-ġejjieni, Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija. Fid-9 ta' Marzu 2007 il-Kunsill Ewropew appoġġja l-objettivi u l-kontenut politiku ewlieni tal-pakkett.

2.4

Il-Kumitat ħejja Opinjonijiet dwar kull PINC, hekk kif jeħtieġ it-Trattat. Il-Kumitat indirizza l-enerġija nukleari f'ħafna Opinjonijiet oħra wkoll, b'mod partikulari fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja reċenti dwar ir-rwol ta' l-enerġija nukleari fl-2004, fejn fil-konklużjonijiet tiegħu ddikjara li l-KESE jikkunsidra li l-enerġija nukleari għandha tkun wieħed mill-elementi ta' politika ta' l-enerġija diversifikata, bilanċjata, ekonomika u sostenibbli għall-UE. Minħabba l-kwistjonijiet li tqajjem, l-enerġja nukleari ma tistax tiġi kkunsidrata bħala l-uniku sors ta' enerġija; mill-banda l-oħra, il-KESE jikkunsidra li abbandun totali ta' l-enerġija nukleari jista' jfixkel it-twettiq ta' l-impenji ta' l-UE fir-rigward tal-klima.

3.   Id-dokument tal-Kummissjoni

3.1

Id-dokument tal-Kummissjoni jikkunsidra l-investimenti fl-enerġija nukleari li saru matul l-aħħar għaxar snin u jiddeskrivi l-proċess ekonomiku tal-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari, l-impatti tagħha fuq it-taħlita ta' l-enerġija u l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni soċjali. Il-kontenut f'iktar detall huwa dan li ġej.

3.2

Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi jridx jiddependi mill-enerġija nukleari għall-produzzjoni ta' l-elettriku jew le. Dan l-aħħar, il-Finlandja u Franza ddeċidew li jkabbru s-settur nukleari tagħhom. Id-dibattitu dwar il-politika ta' l-enerġija nukleari reġa' tnieda fl-Olanda, fil-Polonja, fl-Isvezja, fir-Repubblika Ċeka, fil-Litwanja, fl-Estonja, fil-Latvja, fis-Slovakkja, fir-Renju Unit, fil-Bulgarija u fir-Rumanija. Il-Ġermanja, Spanja u l-Belġju qegħdin ikomplu — minkejja l-fatt li d-dibattitu għaddu għaddej — bil-politiki tagħhom ta' tneħħija progressiva ta' l-enerġija nukleari. 12 mis-27 Stat Membru ma jipproduċux l-enerġija nukleari.

3.3

B'152 reatturi mxerrdin mas-27 Stat Membru ta' l-UE, l-enerġija nukleari attwalment qiegħda tikkontribwixxi 30 % ta' l-elettriku ta' l-Ewropa. Madankollu, jekk il-politika ta' tneħħija progressiva mħabbra f'ċerti Stati Membri ta' l-UE tinżamm, din il-proporzjoni ser tonqos b'mod sinifikattiv. Bil-għan li tiġi sodisfatta d-domanda għall-enerġija u titnaqqas id-dipendenza Ewropea fuq l-importazzjonijiet, jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-investimenti ġodda jew l-estensjoni fiż-żmien ta' ċerti impjanti.

3.4

Skond il-Kummissjoni, it-tisħiħ tal-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari jista' jirrappreżenta possibbiltà ta' tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u jaqdi rwol ewlieni sabiex jiġi indirizzat it-tibdil globali fil-klima. L-enerġija nukleari hija prattikament ħielsa mill-emissjonijiet tal-karbonju u tifforma parti mill-programm tal-Kummissjoni għat-tnaqqis tal-karbonju, inkluż l-objettiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. Din tista' tkun kunsiderazzjoni importanti fid-diskussjoni dwar l-iskemi futuri għall-iskambju ta' l-emissjonijiet.

3.5

L-iktar fattur kruċjali għall-prospetti tat-tkabbir ta' l-enerġija nukleari huwa l-proċess ekonomiku li dan jimplika. Impjant nukleari jinvolvi investiment antiċipat li jmur minn EUR 2 biljun sa EUR 3.5 biljun. Il-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari ġġarrab spejjeż ta' kostruzzjoni ikbar meta mqabbla mal-karburanti fossili, iżda l-ispejjeż operattivi jsiru konsiderevolment iktar baxxi wara l-investimenti tal-bidu. Preċiżament, il-Kummissjoni qiegħda tistqarr li:

3.5.1

Ir-riskji ekonomiċi ta' l-impjanti nukleari huma marbutin ma' l-investiment inizjali u jimponu tħaddim prattikament perfett fl-ewwel 15-20 sena ta' użu, b'ċiklu ta' ħajja ta' 40-60 sena sabiex ikun hemm ritorn fuq il-kapital inizjali. Barra minn hekk, it-trattament u l-ġestjoni ta' l-iskart jirrikjedu riżorsi finanzjarji disponibbli għal 50-100 sena wara l-għeluq ta' l-impjant nukleari.

3.5.2

Attwalment hemm 152 impjant nukleari fl-UE-27 (1) li jinsabu fi 15-il Stat Membru. L-“età” medja ta' l-impjanti nukleari hija ta' madwar 25 sena (2). Fil-każ ta' Franza, li għandha l-ikbar numru ta' impjanti (59), li jipprovdu 80 % ta' l-elettriku tagħha, u tal-Litwanja, fejn impjant nukleari wieħed jiġġenera 70 % tal-produzzjoni ta' l-elettriku, l-“età” medja ta' l-impjanti hija ta' 20 sena. It-23 impjant tar-Renju Unit għandhom “età” medja ta' 30 sena filwaqt li l-“età” medja ta' l-impjanti Ġermaniżi (17) hija ta' 25 sena.

3.5.3

L-enerġija nukleari tradizzjonalment tinvolvi spejjeż għoljin għall-bini u spejjeż baxxi għat-tħaddim meta mqabbla mal-produzzjoni ta' l-elettriku minn karburanti fossili, li jqumu inqas f'termini ta' kapital imma iktar f'termini ta' tħaddim u li huma iktar sensittivi għall-varjazzjonijiet fil-prezz tal-karburant.

3.6

Il-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari ma tintlaqatx minn bidliet fil-prezz tal-provvista tar-riżorsi primarji, peress li ammont żgħir ta' uranju, li jiġi fil-biċċa l-kbira minn reġjuni stabbli tad-dinja, jista' jżomm reattur għaddej għal għexieren ta' snin. Ir-riżorsi ta' l-uranju li nafu bihom u li huma garantiti u jistgħu jiġu aċċessati b'mod raġonevoli għal prezz kompetittiv jistgħu jissodisfaw l-eżiġenzi ta' l-industrija nukleari minn ta' l-inqas għall-85 sena li ġejjin, bil-livelli attwali ta' konsum. Għalhekk, fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi industrijalizzati, impjanti nukleari ġodda joffru mezz ekonomiku ta' kif jista' jiġi ġġenerat ammont fiss ta' elettriku li jinxtara bi prezz kuntrattwali.

3.7

L-industrija nukleari wettqet diversi investimenti konsiderevoli mill-1997 lil hawn. Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza li tinżamm pożizzjoni teknoloġika minn ta' quddiem fis-settur ta' l-enerġija nukleari u tappoġġja l-iżvilupp addizzjonali ta' l-iktar qafas avvanzat għall-enerġija nukleari, li jinkludi n-non proliferazzjoni, il-ġestjoni ta' l-iskart u l-iżmuntaġġ ta' l-impjanti. Minn mindu ġie ffirmat it-Trattat Euratom, għall-Komunità Ewropea s-sigurtà nukleari u l-ħarsien radjuloġiku tal-pubbliku huma suġġetti prijoritarji. Dawn il-kwistjonijiet kisbu importanza ikbar fid-dawl tat-tkabbir li sar u li qiegħed isir.

3.8

Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti ta' l-UE fl-iżvilupp addizzjonali ta' l-iktar qafas avvanzat għall-enerġija nukleari f'dawk l-Istati Membri li jagħżlu l-enerġija nukleari, b'konformità ma' l-ogħla standards fl-oqsma tas-sigurtà, tas-sikurezza u tan-non proliferazzjoni, hekk kif meħtieġ mit-Trattat Euratom. Dan għandu jinkludi l-ġestjoni ta' l-iskart nukleari u l-iżmuntaġġ ta' l-impjanti.

3.9

Il-Kummissjoni tipproponi li d-diskussjoni dwar l-iżviluppi futuri għandha tiffoka fuq:

id-determinazzjoni ta' livelli ta' referenza għas-sigurtà nukleari mmirati lejn l-implimentazzjoni fl-UE, fuq il-bażi ta' l-opinjoni esperta wiesgħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mis-sigurtà nukleari fl-Istati Membri;

it-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Sigurtà u s-Sikurezza Nukleari bil-mandat li progressivament jiġi żviluppat fehim komuni, u eventwalment, regoli Ewropej addizzjonali dwar is-sigurtà u s-sikurezza nukleari;

l-assigurazzjoni li l-Istati Membri ser iħejju pjanijiet nazzjonali għall-ġestjoni ta' l-iskart radjuattiv;

waqt il-fażi bikrija tas-seba' programm ta' qafas, l-istabbiliment ta' pjattaformi teknoloġiċi sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar tar-riċerka fil-programmi nazzjonali, industrijali u Komunitarji fl-oqsma tal-fissjoni nukleari sostenibbli u r-rimi ta' l-iskart ġeoloġiku;

is-segwiment tar-rakkomandazzjoni dwar l-armonizzazzjoni ta' l-approċċi nazzjonali għall-ġestjoni tal-fondi għall-iżmuntaġġ ta' l-impjanti sabiex jiġi assigurat li jitħejjew ir-riżorsi adegwati;

is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri ta' l-għotja ta' permess, bis-saħħa ta' koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, bil-għan li jinżammu l-ogħla standards ta' sigurtà possibbli;

l-assigurazzjoni li l-fondi mislufa taħt il-programm Euratom jkunu iktar disponibbli, bil-kundizzjoni li l-limiti jkunu aġġornati skond il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, kif diġà propost mill-Kummissjoni;

it-tfassil ta' skema ta' responsabilità armonizzata u mekkaniżmi li jassiguraw id-disponibilità tal-fondi fl-eventwalità ta' ħsara kkawżata minn inċident nukleari;

l-għotja ta' impuls ġdid lill-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta' kollaborazzjoni aħjar ma' l-IAEA, l-NEA, ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi mhux membri ta' l-UE u assistenza mġedda lill-pajjiżi ġirien.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE jilqa' l-abbozz tal-Programm Indikattiv Nukleari ġdid tal-Kummissjoni. Is-settur ta' l-enerġija evolva ħafna mill-aħħar pubblikazzjoni lil hawn li saret għaxar snin ilu. B'mod partikulari l-iżviluppi ġodda u drammatiċi ta' dawn l-aħħar ftit snin ġibdu l-attenzjoni lejn it-tliet aspetti tal-politika ta' l-enerġija — is-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u l-prezzijiet raġonevoli kif ukoll l-ambjent, b'mod partikulari t-tibdil fil-klima. L-UE wieġbet għall-problemi u l-sfidi li tfaċċaw permezz ta' proposti għal Politika Ewropea ta' l-Enerġija. F'dan il-kuntest hemm bżonn ta' analiżi u proposti dwar l-enerġija nukleari. Tali politika tiddefinixxi l-pożizzjoni ta' l-enerġija nukleari fuq ix-xena globali ta' l-enerġija u tipprovdi t-tagħrif meħtieġ għad-diskussjoni u d-definizzjoni ta' politika ta' l-enerġija għall-Ewropa.

4.2

Fl-2004, fl-Opinjoni tieghu dwar “Il-kwistjonijiet involuti fl-użu ta' l-enerġija nukleari għall-produzzjoni ta' l-elettriku”, il-KESE ppropona li għandhom isiru sforzi sabiex jiġi pprovdut tagħrif dwar il-kwistjonijiet ewlenin ta' l-industrija nukleari — is-sigurtà tal-provvista, it-tneħħija ta' l-emissjonijiet tas-CO2, il-prezzijiet kompetittivi u l-ġestjoni tal-karburant użat — bil-għan li s-soċjetà ċivili organizzata tkun tista' twettaq analiżi kritika tad-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet. Il-PINC il-ġdid jipprovdi tali tagħrif u l-KESE jaqbel ma' l-analiżi u d-deskrizzjoni ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Il-biċċa l-kbira ta' l-aspetti essenzjali ta' l-enerġija nukleari huma indirizzati fih u, fil-fehma tagħna, huma deskritti b'mod tajjeb. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni lejn ċerti aspetti ta' l-enerġija nukleari li għandhom jiġu kkunsidrati.

4.3

L-enerġija nukleari, li tirrappreżenta 31 % ta' l-elettriku u 15 % tal-konsum globali ta' l-enerġija primarja ta' l-UE fl-2004, taqdi rwol kruċjali fis-suq ta' l-enerġija. L-enerġija nukleari tissodisfa wkoll l-objettivi kollha tal-politika ta' l-enerġija ta' l-UE. Il-prezz ta' l-enerġija nukleari llum huwa tassew kompetittiv, b'mod partikulari meta din l-enerġija tintuża bħala għajn ta' enerġija kontinwa. Id-dipendenza esterna hija żgħira u s-sorsi ta' karburant huma diversifikati u sikuri. Dan jissodisfa l-eżiġenzi tas-sigurtà tal-provvista. L-enerġija nukleari hija attwalment l-ikbar sors ta' enerġija prattikament ħielsa mid-dijossidu tal-karbonju fl-Ewropa (ara punt 4.8 hawn isfel).

4.4

Effiċjenza enerġetika aħjar, li tinkludi l-koġenerazzjoni tas-sħana u ta' l-elettriku, u għalhekk it-tnaqqis tad-domanda, hija l-objettiv ewlieni fuq l-aġenda tal-politika ta' l-enerġija. Madankollu, għad hemm bżonn ta' ammont kbir ta' investimenti fil-produzzjoni ta' l-enerġija fl-UE sabiex jiġu sostitwiti impjanti qodma u possibilment ukoll sabiex jiġi sodisfatt it-tkabbir fid-domanda, billi l-iżviluppi tas-suq u tat-teknoloġija jistgħu jwasslu għal sehem ikbar ta' l-elettriku fid-domanda sħiħa għall-enerġija.

4.4.1

Fuq perijodu medju jew fit-tul huwa possibbli li t-teknoloġiji ġodda ta' l-enerġija bħat-teknoloġija ta' l-idroġenu, il-pompi tas-sħana, il-karrozzi li jaħdmu bl-elettriku, eċċ., ser iwasslu għal żieda fid-domanda għall-elettriku, bħala parti mid-domanda globali għall-enerġija, b'pass iktar imgħaġġel minn dak li jissuġġerixxu l-previżjonijiet attwali tagħna. Minħabba f'dan it-tip ta' żvilupp, ir-rwol ta' l-enerġija nukleari fil-firxa ta' l-enerġija ta' l-UE jista' jsir ħafna iktar importanti milli huwa bħalissa.

4.5

Il-Kumitat jinnota l-pjanijiet immirati lejn l-estensjoni ta' l-attività ta' l-impjanti nukleari li diġà marru lil hinn mill-perijodu ta' użu kummerċjali tagħhom, li għandu jkun ta' 30-40 sena. Fid-dokument tagħha l-Kummissjoni ma daħlitx f'iktar dettall fir-rigward tal-problema tat-“tixjiħ” ta' l-impjanti nukleari Ewropej; jeħtieġ li t-tagħrif dwar dan jiġi kkompletat. Billi l-Kummissjoni ssostni li ċerti riskji finanzjarji u ekoloġiċi kienu u għadhom f'idejn il-gvernijiet nazzjonali f'ċerti Stati Membri, per eżempju r-responsabilità għall-faċilitajiet tar-rimi u l-ħażna ta' l-iskart, fil-ġejjieni hemm bżonn ta' regoli f'dan ir-rigward.

4.6

Dawn l-investimenti ġodda għandhom idealment jimxu id f'id ma' l-objettivi tas-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Fid-dawl tal-karatteristiċi u l-potenzjal tal-forom l-oħra ta' produzzjoni ta' l-enerġija, wieħed jistenna estensjoni fiż-żmien ta' l-impjanti nukleari eżistenti kif ukoll investimenti ġodda. Fuq dan il-punt naqblu mal-Kummissjoni.

4.7

Skond il-Kummissjoni, ir-riżorsi ta' l-uranju ser iservu għall-inqas għal 85 sena bir-rata attwali ta' konsum. It-tagħrif dwar dan ivarja bejn 85 u 500 sena, skond il-fonti ta' informazzjoni. Billi d-disponibilità tal-karburant huwa importanti għas-sigurtà ta' l-enerġija, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif iktar iddettaljat dwar id-disponibilità tal-karburant nukleari.

4.8

Meta wieħed iqabbel l-impatt ambjentali ta' diversi sorsi ta' enerġija, huwa importanti li wieħed jevalwa l-impatt ambjentali globali tal-proċess kollu kemm hu, mill-provvista tal-materja prima, il-produzzjoni, it-trasport u l-produzzjoni ta' l-enerġija sar-riċiklaġġ u r-rimi ta' l-iskart. Il-Kunsill Dinji ta' l-Enerġija (WEC) ippubblika rapport intitulat “It-tqabbil tas-sistemi ta' enerġija skond l-evalwazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja” (WEC, Lulju 2004), fejn ġew identifikati u evalwati numru ta' studji ta' evalwazzjoni eżistenti dwar iċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-rapport iġib il-prova li l-emissjonijiet tas-CO2 għal kull kWh ta' elettriku ġġenerat mill-enerġija nukleari huma baxxi u fuq l-istess livell ta' l-enerġija ġġenerata mir-riħ, mill-biomassa u mill-enerġija idroloġika, livell li huwa bejn 1 u 5 % ta' l-emissjonijiet iġġenerati mill-impjanti li jaħdmu bil-faħam.

4.9

Għalhekk hemm bżonn li wieħed jikkunsidra l-kontribuzzjoni li tagħti l-enerġija nukleari sabiex jiġu evitati l-gassijiet b'effett ta' serra. L-użu ta' l-enerġija nukleari fl-UE jiffranka madwar 600 miljun tunnellata ta' CO2 fis-sena, taħt it-taħlita ta' enerġija attwali. Fuq skala dinjija, ġew evitati bejn wieħed u ieħor 2 biljuni tunnellata ta' CO2. Dan huwa l-ekwivalenti tal-volum totali ta' l-emissjonijiet ta' CO2 ta' Franza, tal-Ġermanja u tar-Renju Unit f'daqqa. Jekk it-tneħħija progressiva tinżamm f'ċerti Stati Membri, numru kbir ta' impjanti nukleari Ewropej attwali għandhom jiġu sostitwiti b'sorsi oħra ta' enerġija li ma jarmux CO2. Barra minn hekk, jekk l-impjanti nukleari ma jiġux sostitwiti minn impjanti ġodda meta ma jibqgħux jintużaw, l-enerġija nukleari kollha trid tiġi sostitwita b'enerġija li ma tarmix CO2 fuq perijodu medju.

4.10

Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-objettivi għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2020 u lil hinn, huwa evidenti li kull mezz addizzjonali ta' produzzjoni ta' l-enerġija b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi — is-sorsi rinnovabbli, l-enerġija nukleari jew il-karbonju potenzjalment nadif — għandhom jissostitwixxu mezzi li jarmu s-CO2 u b'hekk jikkontribwixxu għal produzzjoni globali ta' l-elettriku b'emissjoni baxxa ta' karbonju. Fi kliem ieħor, jekk ma tinżammx minn ta' l-inqas il-proporzjoni attwali ta' enerġija nukleari sakemm ikunu disponibbli soluzzjonijiet ta' enerġija nadifa ġodda, l-objettivi tal-politiki tal-klima u l-enerġija m'humiex ser jintlaħqu. Mill-banda l-oħra, huwa evidenti li sehem ikbar ta' l-enerġija nukleari flimkien mas-sorsi rinnovabbli għandu jtejjeb ir-rapport bejn il-prezz u l-effettività fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

4.11

Il-KESE jappoġġja l-objettiv għall-inklużjoni ta' l-ispejjeż esterni fil-prezzijiet ta' l-attivitajiet ta' l-enerġija kollha u attivitajiet oħra tas-suq. Skond l-Istudju dwar l-Ispejjeż Esterni (ExternE) (3) tal-Kummissjoni, l-ispejjeż esterni għall-enerġija nukleari huma madwar 0.4 cents/kWh. L-ispejjeż esterni korrispondenti għall-produzzjoni ta' l-enerġija bl-użu tal-faħam huma stmati bħala 10 darbiet ogħla, għall-biomassa xi ftit darbiet ogħla, għar-riħ iktar baxxi u għall-enerġija idroloġika fuq l-istess livell tan-nukleari.

4.12

Il-Kummissjoni tinnota li mistoqsija ewlenija hija jekk l-enerġija nukleari għandhiex bżonn ta' intevenzjoni ta' politika. It-teknoloġiji ta' l-enerġija nadifa kollha għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Għandhom jinstabu mekkaniżmi li jħeġġu r-riċerka dwar il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' l-impjanti u ċ-ċiklu tal-karburant nukleari relatat. Jistgħu jiġu kkunsidrati sussidji għal żviluppi (proġetti pilota) totalment ġodda. Iżda l-enerġija nukleari konvenzjonali ma teħtieġ l-ebda sussidji u m'għandhiex tingħata sussidji.

4.13

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-opinjoni pubblika u l-perċezzjoni ta' l-enerġija nukleari huma kruċjali għall-ġejjieni tal-politika nukleari. Aħna naqblu ma' dan u nfakkru li l-aċċettazzjoni tvarja ħafna bejn l-Istati Membri. L-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif għandu jittejjeb, u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom ikunu iktar trasparenti, billi s-servejs juru li l-pubbliku Ewropew m'huwiex informat sewwa dwar il-kwistjonijiet ta' l-enerġija nukleari. Il-Kummissjoni tista' taqdi rwol importanti f'dan il-kuntest. Iżda hemm ukoll bżonn ta' miżuri konkreti sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-pubbliku, kif il-KESE diġà stqarr bosta drabi.

4.14

Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti ta' l-UE fl-iżvilupp addizzjonali ta' l-iktar qafas avvanzat għall-enerġija nukleari f'dawk l-Istati Membri li jagħżlu l-enerġija nukleari, b'konformità ma' l-ogħla standards fl-oqsma tas-sigurtà, tas-sikurezza u tan-non proliferazzjoni, hekk kif meħtieġ mit-Trattat Euratom.

4.15

L-iktar biċċa xogħol importanti hija li tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta' l-iskart radjuattiv, b'mod speċjali r-rimi tal-karburant nukleari wżat. Teżisti teknoloġija għal dan iżda hemm nuqqas ta' deċiżjonijiet politiċi. Din hija kwistjoni ewlenija fir-rigward ta' l-impatti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u l-aċċettazzjoni pubblika ta' l-enerġija nukleari. Il-PINC jinnota li s'issa l-ebda pajjiż ma implimenta s-soluzzjoni finali proposta. Madankollu, sar progress fil-Finlandja fejn intgħażel post għar-rimi ta' l-iskart nukleari kif ukoll fl-Isvezja u fi Franza, fejn saru passi kbar fl-għażla ta' post b'dan l-iskop.

4.16

Naqblu wkoll mal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet l-oħra li għadhom jeħtieġu l-attenzjoni ta' l-UE bħas-sigurtà nukleari u l-protezzjoni radjuloġika, oqsma fejn l-Ewropa kisbet riżultati tajbin ħafna, kif ukoll l-iżgurar ta' finanzjament għall-iżmuntaġġ ta' l-impjanti.

4.17

Il-PINC ma jsemmix it-theddida ġdida tat-terroriżmu. Hija theddida serja għall-impjanti nukleari kif ukoll għal kull impjant industrijali u bini pubbliku fid-dinja kollha. L-impjanti nukleari kollha għandhom jiġu ppjanati b'tali mod li ma jkunx hemm emissjonijiet radjuattivi barra mill-impjant fil-każ li ajruplan kbir jikkraxxja fih. Is-sistemi ta' sigurtà tekniċi u umani għandhom ukoll ikunu ppjanati u implimentati b'mod li jimpedixxu kull forma ta' attakki terroristiċi ġewwa l-impjant nukleari stess. Il-Kummissjoni għandha tniedi inizjattivi, bil-kollaborazzjoni ta' l-awtoritajiet u l-operaturi responsabbli, sabiex tassigura li l-miżuri adegwati għall-prevenzjoni tat-terroriżmu jkunu applikati f'kull impjant nukleari.

4.18

Reċentement, is-sjuf sħan u xotti ġibdu l-attenzjoni lejn id-disponibilità suffiċjenti ta' ilma ta' tkessiħ li jittieħed mix-xmajjar għall-impjanti tal-kondensazzjoni. S'issa din il-problema kienet lokalizzata ħafna u mhux frekwenti u lanqas ta' dewmien twil, iżda jista' jkun li f'ċerti każijiet issir problema iktar serja biż-żmien. Dan għandu jiġi kkunsidrat fit-tħejjija u l-għażla tal-lok fejn jinbnew l-impjanti.

4.19

Ta' min jitħasseb ukoll dwar kemm dan is-settur huwa attraenti għall-ħaddiema u bħala suġġett tar-riċerka wara 20 sena ta' (kważi) moratorju fl-Ewropa. In-nuqqas ta' interess ta' l-istudenti u l-esperti li rriżulta minn dan huwa ta' tfixkli għall-iżvilupp ġenerali ta' l-enerġija nukleari u jista' wkoll joħloq riskju għas-sigurtà. Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li huwa kruċjali li l-Ewropa jkollha għarfien espert dwar il-protezzjoni radjuloġika u t-teknoloġija nukleari, u għalhekk l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka f'dawn l-oqsma jeħtieġu attenzjoni kbira. L-istess jgħodd għall-ħarsien u għat-trasferiment ta' għarfien mill-ġenerazzjoni ta' xjenzjati u inġiniera li bnew l-impjanti eżistenti fl-Ewropa, filwaqt li f'ħafna pajjiżi l-ebda esperti żgħażagħ ma daħlu fis-settur għal ħafna snin.

4.20

Il-Kummissjoni tfakkarna li kull Stat Membru għandu l-għażla jużax l-enerġija nukleari jew le. Il-KESE jappoġġja l-fatt li kull Stat Membru għandu d-dritt li jagħżel it-taħlita ta' enerġija li jixtieq hu, inkluża l-enerġija nukleari. Dan id-dritt għandu jiġi rrispettat mhux biss mill-UE iżda wkoll mill-Istati Membri. Madankollu, id-deċiżjonijiet ta' Stat Membru jinfluwenzaw is-sitwazzjoni ta' oħrajn f'ħafna modi, u din l-interdipendenza ser tiżdied hekk kif is-swieq interni jinfetħu iktar.

5.   Kummenti dwar il-proposti għal miżuri

5.1

Fil-kapitolu 6.5 tal-PINC “It-triq 'il quddiem”, il-Kummissjoni tressaq proposti għal miżuri, prinċipalment fuq il-livell ta' l-UE, bil-għan li jitħejja dibattitu (ara punt 3.9). Il-fehma tal-KESE dwar il-proposti mressqa hija:

5.1.1

Il-KESE jaqbel mal-fehma attwali tal-Kummissjoni li l-livelli ta' referenza komuni għas-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni adegwata tagħha għandhom ikunu bbażati fuq l-opinjoni esperta ta' l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mis-sigurtà nukleari fl-Istati Membri, fil-qafas ta' kollaborazzjoni fil-WENRA. (4) Kull tip ta' approċċ ieħor jista' jipperikola f'ċerti Stati Membri l-istandards għoljin attwali ta' sigurtà.

5.1.2

It-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli għas-Sigurtà u s-Sikurezza Nukleari kompost mir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jista' jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-proċess u jgħin sabiex tittejjeb il-konsistenza ma' konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sigurtà nukleari.

5.1.3

Il-KESE jara li hemm bżonn urġenti li l-Istati Membri li jużaw l-enerġija nukleari jimplimentaw pjanijiet nazzjonali għall-ġestjoni tal-karburant nukleari u ta' l-iskart radjuattiv. Il-pjanijiet nazzjonali jistgħu jinkludu approċċ purament nazzjonali, multinazzjonali jew taħlita tat-tnejn. Jekk dan ma jsirx, l-Istati Membri jkunu qegħdin jgħaddu l-obbligazzjonijiet tal-ġenerazzjonijiet attwali lill-ġenerazzjonijiet futuri b'mod tassew irresponsabbli.

5.1.4

Intwera li l-pjattaformi tat-teknoloġija huma strumenti siewja ħafna għall-ħolqien ta' inizjattivi ta' sħubija bejn is-settur privat u dak pubbliku mmirati lejn l-istabbiliment ta' Aġendi Ewropej għar-Riċerka Strateġika. Il-KESE jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni li dan l-istrument jintuża fis-settur tal-fissjoni nukleari u r-rimi ta' l-iskart ġeoloġiku. Dan jista' jkun strument utli sabiex jiġbed lix-xjenzjati żgħażagħ lejn din l-industrija.

5.1.5

Bil-għan li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż operattivi kollha għad-dewmien kollu tal-proġett u b'kundizzjonijiet ugwali, huwa kruċjali li l-operaturi jagħmlu mezz li r-riżorsi adegwati jkunu disponibbli permezz ta' fondi għall-iżmuntaġġ ta' l-impjanti fuq il-livell ta' l-UE kif ukoll fuq livell dinji. Madankollu, il-Kumitat ma jemminx li hemm bżonn ta' armonizzazzjoni sħiħa tal-ġestjoni ta' dawn il-fondi, qabel ma jkunu sodisfatti l-prinċipji tal-kopertura sħiha u sikura kif ukoll tat-trasparenza.

5.1.6

Hemm bżonn li jinżammu l-ogħla standards ta' sigurtà u li fl-istess ħin jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta' l-għojta tal-permessi kif ukoll l-armonizzazzjoni progressiva tagħhom, permezz ta' kooperazzjoni bejn l-awtorijajiet nazzjonali regolatorji, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-previżjoni tad-dewmien totali tal-proġetti tal-bini u konsegwentement sabiex it-tħejjija u l-kalkoli ta' l-ispejjeż jkunu iktar preċiżi. Is-sigurtà qatt m'għandha tkun ipperikolata.

5.1.7

Il-KESE jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-aġġornament tal-limiti tas-self ta' l-EURATOM u l-assigurazzjoni ta' disponibilità aħjar tagħhom. L-investimenti fil-forom kollha ta' l-enerġija għandu jkollhom aċċess ugwali b'kundizzjonijiet ugwali għall-istrumenti tal-finazjament, li inkella jiġu pprovduti mill-EIB.

5.1.8

Fil-fehma tal-KESE, skema armonizzata ta' responsabilità, b'mekkaniżmu li jiggarantixxi d-disponibilità tal-fondi fil-każ ta' ħsara kkawżata minn inċident nukleari mingħajr ma jiġu użati l-fondi pubbliċi, hija kruċjali għal aċċettazzjoni ikbar ta' l-enerġija nukleari. Is-sistema attwali (assigurazzjoni ta' garanzija ta' $700 miljun) hija inadegwata għal dan il-għan. Il-problema ta' l-assigurazzjoni ta' probabbiltà baxxa ħafna ta' inċident, flimkien mal-ħsara potenzjalment serja ħafna u għalja ferm għandha tiġi indirizzata b'mod miftuħ, kostruttiv u prattiku. Possibbiltà potenzjali hija l-iskema ta' assigurazzjoni kollettiva (pool scheme).

5.1.9

Il-KESE jilqa' l-proposta għal impuls ġdid lill-kooperazzjoni internazzjonali ma' l-IAEA u l-NEA kif ukoll fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali. Għandha tkun enfasizzata b'mod partikulari l-assistenza lill-pajjiżi ġirien.

5.2

Minbarra l-proposti tal-Kummissjoni, il-KESE jemmen li dawn il-kwistjonijiet jistħoqqilhom attenzjoni waqt it-tħejjija tal-miżuri ġodda tal-Kummissjoni:

5.2.1

Għandha tinġibed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri lejn iż-żieda mill-ġdid tal-bżonn ta' edukazzjoni u taħriġ fis-settur wiesa' ta' l-enerġija u t-teknoloġija nukleari, b'mod partikulari fil-qasam tas-sigurtà nukleari. L-edukazzjoni m'hijiex biss mezz li jġib professjonisti ġodda fil-qasam ta' l-enerġija nukleari, iżda wkoll mezz ta' kif tista' tittejjeb il-kuxjenza pubblika li hija kruċjali għall-formazzjoni ta' l-opinjoni pubblika.

5.2.2

Għandhom jiġu eżaminati problemi potenzjali addizzjonali fir-rigward ta' l-investimenti fl-enerġija nukleari f'suq miftuħ, fil-kuntest tad-daqs u ż-żmien li tieħu l-implimentazzjoni, kif ukoll soluzzjonijiet potenzjali bbażati fuq is-suq.

5.2.3

L-industrija Ewropea tat-teknoloġija nukleari għandha pożizzjoni minn ta' quddiem fuq livell dinji u tipprovdi xogħlijiet ta' livell għoli filwaqt li fl-istess ħin hija wkoll ta' benefiċċju għas-sigurtà nukleari fid-dinja kollha, b'passat ta' eċċellenza fl-ambitu tas-sigurtà. Sabiex iżżomm din il-pożizzjoni mexxejja, peress li l-investimenti fl-enerġija nukleari huma mistennija li jiżdiedu bil-qawwi fuq livell dinji, din l-industrija u l-industrija relatata tat-tagħmir korrispondenti għandha tiġi kkunsidrata bħala objettiv ta' l-approċċ ta' politika għall-industrija settorjali tal-Kummissjoni.

5.3

Fl-aħħar, il-KESE jilqa' wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-Programmi Indikattivi Nukleari u b'hekk tipprovdi stampa iktar aġġornata tas-sitwazzjoni fl-UE.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Anness 2: Tagħrif ikklassifikat skond il-pajjiż dwar l-attivitajiet attwali taċ-ċiklu tal-karburant nukleari.

(2)  Anness 1: ara figuri 6 u 7 li jippreżentaw l-impjanti skond l-“età” tagħhom u t-tqassim tagħhom skond il-pajjiż.

(3)  Spejjeż esterni — Riżultati tar-riċerka dwar il-ħsara soċjo-ambjentali kkawżata mill-elettriku u mit-trasport, Kummissjoni Ewropea 2003.

(4)  Western European Nuclear Regulatory Authorities.


ANNESS

Għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin, li rċevew iktar minn kwart tal-voti mixħuta, ġew irrifjutati waqt id-dibattitu:

Punt 1.1

Biddel it-test kif ġej:

“Fl-2004, fl-Opinjoni tiegħu dwar ‘Il-kwistjonijiet involuti fl-użu ta' l-enerġija nukleari għall-produzzjoni ta' l-elettriku’, il-KESE ppropona li ‘għandhom isiru sforzi sabiex jiġi pprovdut tagħrif dwar il-kwistjonijiet ewlenin ta' l-industrija nukleari — is-sigurtà tal-provvista, it-tneħħija ta' l-emissjonijiet tas-CO2, il-prezzijiet kompetittivi u s-sigurtà u l-ġestjoni tal-karburant użat — bil-għan li s-soċjetà ċivili organizzata tkun tista' twettaq analiżi kritika tad-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet’. Il-Programm Indikattiv Nukleari (PINC) il-ġdid jipprovdi parti minn dan it-tagħrif. Il-KESE jaqbel bis-sħiħ ma' ċerti punti ta' l-analisi u d-deskrizzjoni ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni iżda wkoll li ċerti suġġetti importanti ma ġewx indirizzati (ara wkoll punt 1.6). Il-biċċa l-kbira ta' l-aspetti essenzjali ta' l-enerġija nukleari huma indirizzati fih u, fil-fehma tagħna, huma deskritti b'mod tajjeb. Il-Kumitat jenfasizza wkoll ċerti aspetti ta' l-enerġija nukleari li għandhom jitqiesu wkoll

Raġuni

Din l-emenda hija marbuta ma' l-emendi l-oħra kif ukoll ma' punt 1.6 ta' l-abbozz ta' opinjoni, li jirreferi għall-fatt li aspetti importanti (it-theddida tat-terroriżmu, l-ilma tat-tkessiħ) ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 49

Kontra: 52

Astensjonijiet: 11

Punt 1.2

Biddel it-test kif ġej:

“L-enerġija nukleari, li tirrappreżenta 31 % ta' l-elettriku u 15 % tal-konsum globali ta' l-enerġija primarja ta' l-UE fl-2004, taqdi rwol kruċjali fis-suq ta' l-enerġija. L-enerġija nukleari tissodisfa wkoll l-objettivi kollha tal-politika ta' l-enerġija ta' l-UE. Il-prezz ta' l-enerġija nukleari llum huwa tassew kompetittiv. Id-dipendenza esterna hija żgħira u s-sorsi ta' karburant huma diversifikati u sikuri.Dan jissodisfa l-eżiġenzi tas-sigurtà tal-provvista. L-enerġija nukleari hija attwalment l-ikbar wieħed mill-ikbar sorsi ta' enerġija prattikament ħielsa mid-dijossidu tal-karbonju fl-Ewropa. L-implikazzjonijiet ambjentali l-oħra tagħha huma limitati u kkontrollati.

Raġuni

Id-dokument tal-Kummissjoni ma jsemmix “l-ikbar” iżda “wieħed mill-ikbar” sorsi ta' enerġija prattikajment ħielsa mis-CO2. Għandna nikkwotaw sewwa.

Fir-rigward ta' l-impatti ambjentali l-oħra: ara l-emendi l-oħra.

Riżultat tal-votazzjoni (NB: L-aħħar parti ta' l-emenda, it-tneħħija tas-sentenza, ġiet aċċettata mill-Plenarja)

Favur: 57

Kontra: 60

Astensjonijiet: 3

Punt 1.3

Biddel it-test kif ġej:

“Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-objettivi għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2020 u lil hinn, huwa evidenti li kull mezz addizzjonali ta' produzzjoni ta' l-enerġija b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi — is-sorsi rinnovabbli, l-enerġija nukleari jew il-karbonju potenzjalment nadif — għandhom jissostitwixxu mezzi li jarmu s-CO2 u b'hekk jikkontribwixxu għal produzzjoni globali ta' l-elettriku bi proporzjoni baxxa ta' karbonju. Il-Kumitat jinnota d-dikjarazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li bħalissa iktar minn 110 impjant nukleari fl-UE jinsabu f'diversi stadji ta' żmuntaġġ. Skond l-istimi, mill-inqas terz tal-152 impjant nukleari li jeżistu bħalissa fl-Unjoni Ewropa wara t-tkabbir ser jingħalqu sa l-2025 (mingħajr m'hemm l-ebda pjan li eventwalment jittawwal iż-żmien ta' attività tagħhom). Billi s'issa l-Kummissjoni ġiet infurmata bil-bini ta' impjant ġdid wieħed biss, huwa probabbli ħafna li s-sehem ta' l-enerġija nukleari fil-produzzjoni ta' l-elettriku ser tonqos ħafna. Madankollu, skond studju tal-Kanċellerija Federali Ġermaniża dwar il-Ġermanja, l-objettivi għall-klima jistgħu jinżammu jekk isiru sforzi ikbar fl-oqsma tat-tfaddil ta' l-elettriku, l-effiċjenza u l-użu ta' l-enerġiji rinnovabbli. Fi kliem ieħ or, jekk ma tinżammx minn ta' l-inqas il-proporzjoni attwali ta l-enerġija nukleari sakemm ikunu disponibbli soluzzjonijiet ġodda ta enerġija nadifa, l-objettivi tal-politiki tal-klima u l-enerġija mhumiex ser jintlaħqu.

Raġuni

Dan joħroġ mid-dokument tal-Kummissjoni u l-istudju msemmi.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 49

Kontra: 65

Astensjonijiet: 6

Punt 1.7

Biddel it-test kif ġej:

Ta' min jitħasseb ukoll dwar Tista' tfeġġ il-problema ta' kemm dan is-settur huwa attraenti għall-ħaddiema u bħala suġġett tar-riċerka fl-Istati Membri li jixtiequ jkompli jagħmlu użu mill-enerġija nukleari wara 20 sena ta' (kważi) moratorju fl-Ewropa. Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li huwa kruċjali li l-Ewropa jkollha għarfien espert dwar il-protezzjoni radjuloġika u t-teknoloġija nukleari, u għalhekk l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka f'dawn l-oqsma jeħtieġu attenzjoni kbira. Ir-responsabilità hawn taqa' f'idejn l-operaturi ta' l-impjanti.”

Raġuni

Wieħed ma jistax jitkellem dwar “moratorju” hawnhekk. Barra minn hekk, ir-responsabilità għat-taħriġ, eċċ. hija fuq kollox ta' l-intrapriżi u mhux ta' l-Istat/tal-Komunità.

Riżultat tal-votazzjoni (kienet biss it-tieni parti ta' l-emenda li ntefgħet għall-votazzjoni, l-ewwel parti kienet aċċettata)

Favur: 45

Kontra: 71

Astensjonijiet: 2

Punt 3.6.1

Żid punt ġdid 3.6.1:

“Fir-rigward tad-disponibilità tar-riżorsi ta' l-uranju, il-Kumitat jinnota li hemm diskrepanzi bejn il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u s-sommarju ta' l-aħħar” Red Book “ta' l-IAEA. Dan is-sommarju jgħid li skond il-previżjonijiet attwali, il-kapaċità ta' provvista ta' uranju naturali — inklużi l-impjanti ta' produzzjoni eżistenti, deċiżi, ippjanati u potenzjali li jużaw ir-riżorsi identifikati … huwa suffiċjenti sabiex ikopri l-bżonnijiet dinjin ta' uranju sas-sena 2010, dejjem jekk it-tkabbbir ta' l-impjanti u l-ftuħ ta' impjanti ġodda jsiru skond il-pjan u l-produzzjoni tkompli tkun qawwija. … Billi s-sorsi sekondarji b'mod speċjali wara l-2015 ser jonqsu, il-bżonn li r-reatturi jkomplu jitħaddmu ser ikollu jiġi sodisfatt permezz tat-tkabbir ta' l-impjanti attwali u l-ftuħ ta' impjanti ġodda jew l-użu ta' karburanti alternattivi — żewġ soluzzjonijet għaljin u li jitolbu ħafna żmien. Sabiex jitħeġġeġ l-użu fil-ħin tar-riżorsi identifikati meħtieġa, hemm bżonn li d-domanda għall-uranju tkun qawwija u kostanti. Billi t-tfittxija u l-isfruttar ta' riżervi ġodda ta' uranju hija proċess twil (normalment 10 snin jew iktar) huwa possibbli li jkun hemm diffikulatjiet fil-provvista ta' l-uranju u għalhekk — kif ukoll minħabba l-għajba progressiva tas-sorsi sekondarji — ikun hemm żjieda kontinwa fil-prezz ta' l-uranju. Il-Kumitat jistenna li l-Kummissjoni tikkjarifika dan il-punt.”

Raġuni

Id-differenzi evidenti għandhom jissemmew mhux jinħbew.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 49

Kontra: 65

Astensjonijiet: 5

Punt 4.1

Biddel it-test kif ġej:

“Il-KESE jilqa' jinnota l-abbozz tal-Programm Indikattiv Nukleari ġdid tal-Kummissjoni. Is-settur ta' l-enerġija evolva ħafna mill-aħħar pubblikazzjoni lil hawn, li saret għaxar snin ilu. B'mod partikulari l-iżviluppi ġodda u drammatiċi ta' dawn l-aħħar ftit snin ġibdu l-attenzjoni lejn it-tliet aspetti tal-politika ta' l-enerġija — is-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u l-prezzijiet raġonevoli kif ukoll l-ambjent, b'mod partikulari t-tibdil fil-klima. L-UE wieġbet għall-problemi u l-isfidi li tfaċċaw permezz ta' proposti għal Politika Ewropea ta' l-Enerġija. F'dan il-kuntest hemm bżonn ta' analiżi u proposti dwar l-enerġija nukleari. Tali politika tiddefinixxi l-pożizzjoni ta' l-enerġija nukleari fuq ix-xena globali ta' l-enerġija u tipprovdi parti mit-tagħrif meħtieġ għad-diskussjoni u d-definizzjoni ta' politika ta' l-enerġija għall-Ewropa.”

Raġuni

Ir-rapporteur stess tgħid li ma ġewx diskussi l-aspetti kollha (eż. t-terroriżmu, eċċ).

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 50

Kontra: 69

Astensjonijiet: 2

Punt 4.5

Biddel it-test kif ġej:

“Dawn l-investimenti ġodda għandhom idealment jimxu id f'id ma' l-objettivi tas-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Fid-dawl tal-karatteristiċi u l-potenzjal tal-forom l-oħra ta' tal-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi oħrajn ta' enerġija, il-KESE jinnota d-dibattiti li għaddejjin f'ċerti Stati Membri dwar wieħed jistenna l-estenzjoni fiż-żmien ta' l-impjanti nukleari eżistenti kif ukoll investimenti ġodda. Fuq dan il-punt naqblu mal-Kummissjoni.

Raġuni

L-awtur ta' din l-emenda ma jarax fejn il-Kummissjoni qalet li “wieħed jistenna” li jkun hemm estenzjoni fiż-żmien. Din hija purament spekulazzjoni.

Ara wkoll punt 1.5, immodifikat fil-laqgħa tas-Sezzjoni, fejn nesprimu t-tħassib tagħna fir-rigward ta' estensjoni potenzjali taż-żmien ta' operazzjoni.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 50

Kontra: 67

Astensjonijiet: 6

Punt 4.6

Żid fl-aħħar:

“Skond il-Kummissjoni, ir-riżorsi ta' l-uranju ser iservu għall-inqas għal 85 sena bir-rata attwali ta' konsum. It-tagħrif dwar dan ivarja bejn 85 u 500 sena, skond il-fonti ta' informazzjoni. Billi d-disponibilità tal-karburant huwa importanti għas-sigurtà ta' l-enerġija, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif iktar iddettaljat dwar id-disponibilità tal-karburant nukleari. Fl-istess ħin wieħed għandu jerġa' jinnota li jeżistu differenzi kbar fir-rigward tad-disponibilità tar-riżorsi ta' l-uranju.”

Raġuni

M'hemmx bżonn ta' spjegazzjoni.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 55

Kontra: 68

Astensjonijiet: 0

Punt 4.8

Biddel it-test kif ġej:

“Għalhekk hemm bżonn li wieħed jikkunsidra l-kontribuzzjoni li tagħti l-enerġija nukleari sabiex jiġu evitati l-gassijiet b'effett ta' serra. L-użu ta' l-enerġija nukleari fl-UE jiffranka madwar 600 miljun tunnellata ta' CO2 fis-sena, taħt it-taħlita ta' enerġija attwali. Fuq skala dinjija, ġew evitati bejn wieħed u ieħor 2 biljuni tunnellata ta' CO2. Dan huwa l-ekwivalenti tal-volum totali ta' l-emissjonijiet ta' CO2 ta' Franza, tal-Ġermanja u tar-Renju Unit f'daqqa. Jekk it-tneħħija progressiva tinżamm f'ċerti Stati Membri, numru kbir ta' impjanti nukleari Ewropej attwali għandhom jiġu sostitwiti b'sorsi oħra ta' enerġija li ma jarmux CO2 u b'miżuri għall-effiċjenza ta' l-enerġija, per eżempju b'miżuri ta' tfaddil. Barra minn hekk, jekk l-impjanti nukleari ma jiġux sostitwiti minn impjanti ġodda meta ma jibqgħux jintużaw, l-enerġija nukleari kollha trid tiġi sostitwita b'enerġija li ma tarmix CO2 u miżuri ta' effiċjenza u ta' tfaddil fuq perijodu medju.”

Raġuni

Irridu mmoru lil hinn minn sempliċi riflessjoni dwar is-sostituzzjoni ta' mezz ta' produzzjoni ta' l-elettriku b'ieħor. Il-KESE qajjem din il-kwistjoni f'diversi okkażjonijiet.

Kumment ta' l-awtur ta' l-emenda: kont tlabt lir-rapporteur tagħti ċ-ċifri dwar il-kwantità ta' CO2 li tista' tiġi ffrankata, peress li fid-dokument ta' ħidma ssemmew 300 miljun tunnellata, b'sors ta' referenza. Iżda b'xorti ħażina dan ma sarx.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 61

Kontra: 61

Astensjonijiet: 2

Punt 4.9

Żid fl-aħħar:

“Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-objettivi għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2020 u lil hinn, huwa evidenti li kull mezz addizzjonali ta' produzzjoni ta' l-enerġija b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi — is-sorsi rinnovabbli, l-enerġija nukleari jew il-karbonju potenzjalment nadif — għandhom jissostitwixxu mezzi li jarmu s-CO2 u b'hekk jikkontribwixxu għal produzzjoni globali ta' l-elettriku bi proporzjoni baxxa ta' karbonju. Fi kliem ieħor, jekk ma tinżammx minn ta' l-inqas il-proporzjoni attwali ta' l-enerġija nukleari sakemm ikunu disponibbli soluzzjonijiet ġodda ta' enerġija nadifa, l-objettivi tal-politiki tal-klima u l-enerġija m'humiex ser jintlaħqu. Mill-banda l-oħra, huwa evidenti li sehem ikbar ta' l-enerġija nukleari flimkien mas-sorsi rinnovabbli għandu jtejjeb ir-rapport bejn il-prezz u l-effettività fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Madankollu, skond studju tal-Kanċellerija Federali Ġermaniża dwar il-Ġermanja, l-objettivi għall-klima jistgħu jinżammu jekk isiru sforzi ikbar fl-oqsma tat-tfaddil ta' l-elettriku, l-effiċjenza u l-użu ta' l-enerġiji rinnovabbli.”

Raġuni

M'hemmx bżonn ta' spjegazzjoni.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 58

Kontra: 65

Astensjonijiet: 1

Punt 4.11.1

Żid punt ġdid 4.11.1:

“Il-Kummissjoni tisqarr li r-responsabilità għal inċidenti nukleari fl-UE-15 hija regolata mill-Konvenzjoni ta' Pariġi ta' l-1960, li ħolqot sistema internazzjonali ta' responsabilità għall-inċidenti nukleari, attwalment b'limitu ta' responsabilità għall-operaturi ta' $700 miljun f'każ ta' inċident nukleari. Il-Kumitat jikkunsidra li dan huwa sussidju għall-enerġija nukleari u jirrakkomanda li l-operaturi kollha jkollhom kuntratt ta' assigurazzjoni li jkopri r-riskji potenzjali kollha.”

Raġuni

Fil-laqgħat tal-grupp ta' ħidma r-rapporteur stqarret li “tista' u għandha tinstab soluzzjoni”. Dan m'huwiex ċar fit-test. L-għan ta' din l-emenda huwa li dan il-punt jiġi ċċarat.

Kumment: Fil-Ġermanja l-karrozzi għandhom assigurazzjoni ta' responsabilità ta' EUR 100 miljun. L-impjanti nukleari għandhom assigurazzjoni ta' $ 700 miljun biss — somma redikola meta jitqiesu r-riskji potenzjali!

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 41

Kontra: 44

Astensjonijiet: 3

Punt 4.14

Biddel it-test kif ġej:

“L-iktar biċċa xogħol importanti hija li tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta' l-iskart radjuattiv, b'mod speċjali r-rimi tal-karburant nukleari wżat. Teżisti teknolo ġija għ al dan iżda hemm nuqqas ta ' deċ iżjonijiet politi ċi. Din hija kwistjoni ewlenija fir-rigward ta' l-impatti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u l-aċċettazzjoni pubblika ta' l-enerġija nukleari. Il-PINC jinnota li s'issa l-ebda pajjiż ma implimenta s-soluzzjoni finali proposta. Madankollu, sar progress fil-Finlandja fejn intgħażel post għar-rimi ta' l-iskart nukleari kif ukoll fl-Isvezja u fi Franza, fejn saru passi kbar fl-għażla ta' post b'dan l-iskop.”

Raġuni

Din it-teknoloġija ma teżistix.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 55

Kontra: 69

Astensjonijiet: 4


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/62


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Konferenzi ta' Linji (Konferenzi Marittimi) — Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti”

COM(2006) 869 finali — 2006/0308 (COD)

(2007/C 256/12)

Nhar l-20 ta' Marzu 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 80 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 954/79 dwar ir-ratifika minn Stati Membri ta', jew l-adeżjoni tagħhom mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' l-Imġieba għall- Konferenzi ta' Linji (Konferenzi Marittimi).

Fl-14 ta' Frar 2007 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni sabiex tħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba fin-natura urġenti tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-437. Sessjoni Plenara tiegħu tal-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju) li jaħtar lil Dr Bredima-Savopoulou bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'86 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-KESE jaqbel mar-revoka proposta għar-Regolament 954/79, peress li hija l-konsegwenza inevitabbli tar-revoka tar-Regolament 4056/86 li twaqqaf l-eżenzjoni ġenerali għall-konferenzi tal-Linji. Il-KESE jinnota li dawn iż-żewġ Regolamenti kkostitwixxew pakkett legali.

1.2

Ir-Regolament 954/79 jitratta dwar l-adeżjoni jew ir-ratifika ta' l-Istati Membri mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' l-Imġieba ghal Konferenzi ta' Linji — minn issa 'l quddiem imsemmija l-Kodiċi ta' Linji ta' l-UNCTAD jew il-Kodiċi. F'dan ir-rigward, huwa notevoli li l-Kodiċi tal-Linji UNCTAD ġiet rratifikata minn 81 pajjiż inklużi l-muturi ġodda tal-kummerċ dinji jiġifieri ċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja u l-Brażil kif ukoll l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, in-Niġerja, il-Messiku, l-Indoneżja, l-Arabja Sawdija u s-Singapor. Il-Kodiċi ġiet irratifikata wkoll minn 16-il Stat Membru ta' l-UE. Barraminhekk, il-linji tat-tbaħħir jġorru 60 % tal-valur globali tal-kummerċ internazzjonali fil-parti l-kbira bil-kontejners. B'hekk, revoka tar-Regolament 954/79 (kif ukoll tar-Regolament 4056/86) ċertament ser ikollha implikazzjonijiet li m'għandhomx jiġu sottovalutati.

1.3

Il-KESE b'mod partikulari jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiċċara l-pożizzjoni legali tat-trasportaturi tal-linji ta' l-UE mil-lat internazzjonali b'segwitu ta' revoka tar-Regolament 954/79. Fis-sew, fid-dawl ta' l-importanza ta' politika marittima integrata ta' l-UE għar-rwol ta' l-UE fl-ekonomija dinjija u b'kunsiderazzjoni ta' l-importanza tat-trasport marittimu, inkluż it-trasport marittimu ta' l-UE, fil-kummerċ dinji u dak ta' l-UE, il-KESE huwa tal-fehma li hija meħtieġa viġilanza addizzjonali fit-trattament ta' revoka ta' din it-tip u ghandha tingħata kunsiderazzjoni partikulari lir-riperkussjonijiet tagħha, fil-livell Ewropew kif ukoll dak internazzjonali. Fir-rigward tal-proposta sottostanti tal-Kummissjoni għar-revoka tar-Regolament 954/79, il-KESE huwa ta' l-opinjoni li ma tikkunsidrax dawn iż-żewġ parametri: a) id-diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi tal-linji ta' l-UE li tista' tirriżulta minn revoka bħal din u li għandha tiġi evitata (b'konformità ma' l-Artikolu 12 tat-Trattat tal-KE) u b) il-kompetittività tat-trasportaturi tal-linji ta' l-UE (inkluzi l-operaturi tat-trasport fuq rotot qosra) li għandhom ikunu protetti (b'konformità ma' l-Istrateġija riveduta ta' Lisbona).

1.4

B'konformità ma' l-opinjonijiet preċedenti tiegħu u dawk tal-Parlament Ewropew, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza l-konsegwenzi (politiċi, legali u prattiċi) li jinħolqu mir-revoka tar-Regolament 4056/86 kif ukoll mir-Regolament 954/79 sabiex jiġu evitati implikazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tat-trasport marittimu Ewropew fil-livell internazzjonali.

1.5

Huwa mifhum li l-Linji Gwida li jispjegaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għat-trasport marittimu, li ser japplikaw ghas-servizzi tal-linji tat-tbaħħir wara l-projbizzjoni tal-konferenzi tal-linji minn u lejn l-UE mit-18.10.2008, ġeneralment ser tippermetti lill-operaturi tal-linji li jwettqu awto-evalwazzjoni tal-ftehimiet tagħhom b'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni ta' l-KE. Konsegwentement, il-KESE jemmen li ma tantx huwa probabbli li dawn il-Linji Gwida ser jitrattaw l-konsegwenzi internazzjonali (politiċi, legali u prattiċi) tar-revoka tar-Regolament 4056/86 u tar-Regolament 954/79. Madankollu, il-KESE kif ukoll il-Parlament Ewropew ripetutament talbu lill-Kummissjoni fl-opinjonijiet preċedenti tagħhom sabiex tanalizza dawn il-konsegwenzi u tikkunsidrhom meta titwaqqaf sistema gdida fil-ġejjieni. Il-KESE ghalhekk jixtieq jigi kkonsultat fi żmien debitu dwar l-abbozz tal-Linji Gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għat-trasport marittimu u li jingħata l-opportunità sabiex jesprimi opinjoni dwaru.

1.6

Filwaqt li jaqbel mar-revoka tar-Regolament 954/79, il-KESE ma jifhimx l-urgenza tal-proċedura ghar-revoka qabel ma jiġu evalwati u indirizzati b'mod adattat ir-riperkussjonijiet internazzjonali ta' politiki Ewropej reċenti relatati mal-linji tat-tbaħħir.

2.   Introduzzjoni

2.1

L-industrija tal-linji tat-tbaħħir bil-kontejners hija fattur essenzjali ghall-ekonomija Ewropea. Servizzi skedati tat-trasport bil-kontejner jgħoddu għal madwar 40 % tal-valur tal-kummerċ marittimu estern ta' l-UE ta' 25. It-tielet l-ikbar operaturi tal-linji dinjin huma Ewropej, u r-rotot li jgħaqdu l-Ażja u l-Ewropa, flimkien mar-rotot li jgħaqdu l-Azja u l-Istati Uniti, huma bil-wisq l-iktar rotot kummerċjali importanti (1). Barraminhekk, hemm madwar 150 konferenzi tal-linji internazzjonali mad-dinja kollha, li minnhom 28 joperaw fuq rotot minn u lejn l-UE. Stati Membri li għandhom trasportaturi li joperaw servizzi skedati tal-linji jinkludu, fost l-oħrajn, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, ir-Renju Unit, il-pajjiżi Baltiċi u Ċipru. Skond l-aħħar data disponibbli (2), 60 % tal-valur globali tal-kummerċ marittimu internazzjonali u 25 % tal-5.9 biljun tunnellata trasportati bil-bahar jinġarru minn servizzi skedati, inklużi l-konferenzi tal-linji.

2.2

Il-proposta attwali timmira li tirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 954/79 tal-15 ta' Mejju 1979 dwar ir-ratifika minn Stati Membri ta', jew l-adezjoni taghħom fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' l-Imġieba ghall-Konferenzi ta' Linji (Konferenzi Marittimi). Il-proposta attwali hija rizultat ta' l-abolizzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 4056/86 li jwaqqaf eżenzjoni ġenerali ghall-konferenzi tal-linji permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta' Settembru 2006. Regolament 1419/2006 ukoll jestendi l-iskop li jemenda Regolament (KE) Nru 1/2003 sabiex jinkludi l-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport b'bastimenti tat-tagħbija mhux regolari.

2.3

Il-Konvenzjoni tan-NU dwar Kodiċi ta' l-Imġieba ghall-Konferenzi Marittimi (Ġinevra, 6 ta' April 1974) ġiet abbozzata taħt il-patroċinju tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Izvilupp (UNCTAD) bil-għan li jiġi stabbilit qafas internazzjonali armonizzat ghat-tħaddim ta' konferenzi marittimi. Il-Kodiċi ta' Linji ta' l-UNCTAD ġiet adottata sabiex tilqa' l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-pajjiżi li ghadhom fit-triq ta' l-izvilupp ghal parteċipazzjoni ikbar tat-trasportaturi tagħhom fit-trasportazzjoni ta' merkanzija bit-tbaħħir tal-linji. Dan kien ir-riżultat ta' negozjati multilaterali mtawlin bejn pajjiżi żviluppati u dawk li għadhom fit-triq ta' l-iżvilupp (3). Il-formula ghat-tqassim tal-merkanzija bejn it-trasportaturi tal-pajjiżi fiż-żewg estremitajiet tal-kummerċ u t-trasportaturi ta' pajjiżi terzi giet imfassla sabiex tillimita t-tendenzi protezzjonisti. Ir-Regolament 954/79 fejn il-mira hija li l-mekkaniżmi tal-Kodiċi jsiru kompatibbli mal-prinċipji tat-Trattat tal-KE.

2.4

Stati Membri li rratifikaw jew daħlu fil-Kodiċi tal-Linji ta' l-UNCTAD jinkludu: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit. In-Norveġja, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ZEE), ukoll daħlet fil-Kodiċi.

2.5

Waqt id-diskussjoni tar-revoka tas-sistema tal-konferenza tal-linji fl-UE, il-Parlament Ewropew enfasizza f'żewġ opinjonijiet (2005, 2006) dan li ġej: “L-infurzar tar-Regolament (4) (li jirrevoka Regolament 4056/86) ser joħloq konflitt ta' ligi fir-rigward ta' l-adeżjoni ta' ċerti Stati Membri lill-Kodiċi ta' l-Imġieba għal Konferenzi ta' Linji ta' l-UNCTAD. Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri għandhom jirtiraw mill-Kodiċi, minkejja li ma jistgħux jigu obbligati li jaghmlu hekk. Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, hemm bżonn ta' tnedija ta' proċedura ċara u sempliċi sabiex tindirizza konflitti bhal dawn. Il-Kummissjoni ghandha tipprezenta lill-Parlament Ewropew deskrizzjoni trasparenti tal-pożizzjoni ta' pajjiżi terzi (iċ-Ċina, l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun, is-Singapor u l-Indja) fir-rigward tal-politika l-gdida ta' l-UE dwar is-servizzi tal-linji (aċċettazzjoni, aġġustament, oppożizzjoni u effetti negattivi) u r-rieda tagħhom li jadattaw is-sistemi taghhom stess. Il-Kummissjoni ghandha tinvestiga bir-reqqa l-implikazzjonijiet kummerċjali u politiċi ta' denunzja tal-Kodiċi ta' l-UNCTAD. Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk huwiex neċessarju li tiġi emendata jew revokata leġislazzjoni ohra tal-KE, bhar-Regolament (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jitprovdew servizzi lit-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (5).” Barraminhekk, il-Parlament Ewropew “Isejjah lill-Kummissjoni (6) sabiex ma tneħħix l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 4056/86 (li jipprovdi għal negozjati f'kaz ta' kunflitt bejn il-ligi Komunitarja u l-ligi ta' pajjizi terzi) speċjalment fil-kuntest ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-liġi tal-kompetizzjoni fir-rigward tat-trasport marittimu”. Madankollu, għall-kuntrarju tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-Artikolu 9 ġie revokat kompletament flimkien mar-Regolament 4056/86 filwaqt li l-evalwazzjoni bir-reqqa rikjesta ta' l-impatt legali u politiku tar-revoka tas-sistema tal-konferenza tal-linji fl-UE tidher li għadha nieqsa.

2.6

Il-KESE ddiskuta wkoll r-revoka tar-Regolament 4056/86 u adotta żewġ Opinjonijiet dwarha fl-2004 u fl-2006. Barraminhekk, fl-2006 il-KESE żamm il-pożizzjoni tiegħu sabiex jara jekk ir-revoka proposta tar-Regolament 4056/86 ser ikollha effett sostenibbli. Skond din ir-revoka, “is-sistema tal-konferenza għadha soġġetta għall-ftehimiet multilaterali u bilaterali li għalihom l-Istati Membri ta' l-UE u l-Komunità huma partijiet kontraenti”. Il-KESE, innota wkoll li “il-Kummissjoni tirrikonoxxi li — bħala konsegwenza ta' dawn il-ftehimiet, id-data tar-revoka ta' dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament 4056/86 (jiġifieri l-Artikoli 1 paragrafu 3, punti b) u ċ), l-Artikoli 3 sa 8 u 26) ghandhom jiġu posposti għal perijodu ta' sentejn sabiex issir denunzja jew revoka ta' dawn il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi”. Il-KESE jemmen li “il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-interessi ta' l-intrapriżi ż-żghar u ta' daqs medju fir-revoka tar-Regolament 4056/86”. Intrapriżi żghar u ta' daqs medju jikkostitwixxu s-sinsla ta' l-ekonomika ta' l-UE u jaqdu rwol importanti fil-kuntest ta' l-Istrategija riveduta ta' Lisbona. Is-swieq għandhom jibqgħu miftuħin ghall-kompetizzjoni attwali u potenzjali, inklużi l-operaturi ż-żgħar u ta' daqs medju. Il-KESE, fl-aħħar, sostna li “minkejja li l-konsolidazzjoni jista' jkollha effetti pożittivi fuq l-industrija ta' l-UE (kisbiet fl-effiċjenza, ekonomiji ta' l-iskala, tifdil fl-ispejjez), tenħtieġ l-attenzjoni sabiex jiġi evitat li l-konsolidazzjoni — li tista' tirrizulta mir-revoka tar-Regolament 4056/86 — tirriżulta f'inqas atturi fis-swieq rilevanti, jiġifieri, inqas kompetizzjoni”.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

3.1

Ir-Regolament propost għandu żewg artikoli biss, jiġifieri l-Artikolu 1, li jirrevoka r-Regolament 954/79 u l-Artikolu 2 relatat mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-gdid, jiġifieri fit-18/10/2008.

4.   Kummenti Generali

4.1

Il-KESE segwa mill-qrib ir-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport marittimu u b'mod partikulari l-kwistjoni tal-konferenzi tal-linji ghal iktar minn għoxrin sena u ħargu fehmiet diverġenti dwar il-meriti ta' rtirar mill-eżenzjoni ġenerali għall-konferenzi tal-linji. Madankollu, b'segwitu tar-revoka tar-Regolament 4056/86 permezz tar-Regolament 1419/2006, il-konferenzi tal-linji minn u lejn l-UE ser ikunu projbiti mit-18 ta' Ottubru 2008.

4.2

Ir-Regolament 4056/86 u r-Regolament 954/79 jikkostitwixxu pakkett legali fejn ta' l-aħħar ser jiġi adottat minħabba r-ratifika tal-Kodiċi ta' Linji ta' l-UNCTAD minn ċerti Stati Membri ta' l-UE. Konsegwentement, ir-revoka tar-Regolament 4056/86 fissret il-ħtieġa għal revoka tar-Regolament 954/79. B'hekk, il-KESE — li oriġinarjament kellu oġġezzjoni għar-revoka tar-Regolament 4056/86 iżda iktar tard kellu jaċċettaha filwaqt li wissa dwar ir-riperkussjonijiet tagħha — ma jistax ma jaqbilx mar-revoka proposta għar-regolament 954/79 għas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-UE. Madankollu, kif ġara bir-revoka tar-Regolament 4056/86, il-KESE jixtieq jenfasizza — mill-gdid — li għandha tingħata kunsiderazzjoni serja lil kwalunkwe riperkussjonijiet possibbli legali u/jew politiċi (u effetti negattivi potenzjali) li tista' ġġib magħha r-revoka tar-Regolament 957/79. Madankollu, il-KESE jinnota li l-proposta ghar-revoka tar-Regolament 957/79 tidher li ma tagħmilx — mill-ġdid — evalwazzjoni ta' problemi politiċi, legali u prattiċi li jistgħu jirriżultaw mir-revoka. Filwaqt li l-bżonn ta' revoka hija mingħajr l-ebda dubju, peress li hija inevitabbli fil-kuntest tar-revoka tar-Regolament 4056/86, il-KESE jsostni l-fehma u jtenni għal darba oħra li kwalunkwe riperkussjonijiet tagħha — politiċi, legali u prattiċi — għandhom jigu indirizzati b'mod adattat mill-UE.

4.3

Il-Kodiċi ta' Linji ta' l-UNCTAD u l-kunċett ta' konferenza tal-linji huma msemmija fl-acquis communautaire u strumenti legali oħrajn adottati mill-UE. Per eżempju, jifforma l-bazi tar-Regolament 4055/86, ir-Regolament 4058/86 (7) kif ukoll ir-Regolament 823/2000 dwar il-konsorzji tal-linji. B'żieda ma' dan, il-Kodiċi hija msemmija b'mod speċifiku f'xi ftehimiet bilaterali, bhall-Ftehim UE/ir-Russja (Artikolu 39 paragrafu 1 punt (a) u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE/l-Alġerija tal-2005 (Artikolu 34 paragrafu 3).

4.4

Meta ġie rrevokat ir-Regolament 4056/86, il-Kummissjoni Ewropea indikat li ser jiġu ppublikati Linji Gwida li jispjegaw kif ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE japplikaw għat-trasport marittimu, li jinkludu s-servizzi tal-linji tat-tbaħħir. Fir-rigward ta' dawn is-servizzi, il-Linji Gwida għandhom jassistu lill-operaturi tal-linji wara t-18.10.2008 (jiġifieri d-data sa meta l-konferenzi tal-linji ser ikunu projbiti fuq kummerċ minn u lejn l-UE) meta jwettqu awto-evalwazzjoni tal-ftehimiet tagħhom skond ir-regoli tal-kompetizzjoni ta' l-UE (jiġifieri Artikoli 81-82 tat-Trattat tal-KE). Madankollu, għadu mhux deċiż jekk dawn il-Linji Gwida ser jinkludu soluzzjonijiet għal kwalunkwe problemi legali potenzjali li jistghu jinqalgħu fil-livell internazzjonali minħabba revoka tar-Regolament 954/79. Għalissa, il-KESE jifhem li l-abbozz tal-Linji Gwida huma ta' natura ġenerali hafna, b'hekk jonqoshom iċ-ċertezza legali meħtieġa li l-industrija tat-tbaħħir hija mistennija twettaq awto-evalwazzjoni. Barraminhekk, huwa mifhum li l-abbozz tal-Linji Gwida ma jindirizzax l-implikazzjonijiet internazzjonali tar-revoka tar-Regolament 4056/86 jew tar-Regolament 954/79. Il-KESE għalhekk jesprimi x-xewqa li jiġi kkonsultat fi żmien debitu sabiex jissorvelja mill-qrib żviluppi addizzjonali, u fejn jenħtieġ, jipprovdi assistenza u/jew kompetenza fil-proċess ta' abozzar tal-Linji Gwida finali.

4.5

Il-KESE jemmen li l-mistoqsija ewlenija li għandha tiġi indirizzata hija jekk ir-revoka proposta għar-Regolament 954/79 hux ser tfisser ukoll obbligazzjoni legali ta' denunzja tal-Kodiċi tal-Linji ta' l-UNCTAD. Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma analizzatx din il-kwistjoni fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni għall-proposta għar-revoka tar-Regolament 954/79. Madankollu, huwa mifhum mill-Kummissjoni, li fil-fehma tagħha, l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Kodiċi ma jkollhomx obbligazzjoni legali li jiddenunzjaw il-Kodiċi. F'każ bħal dan, ix-xena legali wara r-revoka tar-Regolament 954/79 ser tkun hekk: l-Istati Membri ta' l-UE mhux ser ikollhom jiddenunzjaw il-Kodiċi iżda mhux ser ikunu jistgħu japplikawha għal kummerċ minn u lejn l-UE. Madankollu, il-Kodiċi ser tkompli tapplika f'kontinenti oħrajn. Fl-istess hin, l-Istati Membri ta' l-UE li għadhom ma rratifikawx il-Kodiċi, wara t-18.10.2008 mhux ser ikomplu jkunu f'pożizzjoni li jaghmlu hekk, kif inhu spjegat fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni u stipulat fil-ħames premessa tal-proposta għar-revoka tar-Regolament 954/79. Konsegwentement, jekk Stat Membru li m'huwiex Parti Kontraenti tal-Kodiċi tal-Linji ta' l-UNCTAD ikun jixtieq jidħol fiha bil-għan li jħares l-interessi tat-trasportaturi tal-linji tiegħu li joperaw f'kummerċ li m'huwiex ta' l-UE, dan l-Istat Membru b'hekk ikun projbit milli jagħmel hekk.

4.6

F'dan il-kuntest, il-paradoss legali li ġej jista' jinħoloq wara t-18.10.2008: it-trasportaturi ta' Stati Membri li huma Parti Kontraenti tal-Kodiċi tal-Linji iżda li ma jiddenunzjawx il-Kodiċi xorta jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet ta' kumpaniji tat-tbaħħir ta' pajjiżi terzi (crosstraders) kif inhu pprovdut fl-Artikolu 2 paragrafu 4 punti (a) u (b) u r-Riżoluzzjoni 2. Min-naħa l-oħra, it-trasportaturi ta' l-Istati Membri li m'humiex Parti Kontraenti tal-Kodiċi u li mhux ser ikunu permessi iktar li jirratifikaw jew li jidħlu fil-Kodiċi wara t-18.10.2008 ma jibbenefikawx mid-dispozizzjonijiet taghha. Konsegwentement, jinħolqu dawn il-mistoqsijiet: ser ikun possibbli li tigi adottata proposta li tinkludi diskriminazzjoni bejn trasportaturi ta' l-UE, ghall-kuntrarju ta' l-Artikolu 12 tat-Trattat tal-KE? Barraminhekk, sitwazzjoni bħal din mhux ser tolqot il-kompetittività tan-negozji ta' l-UE fl-Ewropa u/jew mad-dinja kollha, għall-kuntrarju ta' l-Istrategija mġedda ta' Lisbona? Sitwazzjoni bħal din ma turix il-bżonn ta' approċċ orizzontali tal-politiki ta' l-UE, b'mod partikulari l-politiki tat-trasport u l-kompetizzjoni fir-rigward tat-trasport marittimu, kif previst mill-Green Paper dwar Politika Futura ghall-Oċeani?

4.7

Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa li l-UE ma tissottovalutax l-implikazzjonijiet internazzjonali li jistgħu jinħolqu mir-revoka tas-sistema tal-konferenzi tal-linji. Il-KESE jinnota li ġurisdizzjonijiet ohrajn — għalissa — qegħdin iżommu s-sistemi tagħhom ta' l-immunità ta' kontra l-monopolju. Xi Stati f'pajjiżi terzi esprimew it-thassib tagħhom dwar ir-revoka tas-sistema tal-konferenza tal-linji fl-UE. F'dan ir-rigward, tista' ssir referenza ghal stqarrija reċenti tal-Forum tas-sidien tal-vapuri Ażjatiċi (ASF) (Bussan, Korea 29.5.2007):

“Il-membri nnotaw żviluppi reċenti fl-Awstralja, iċ-Ċina, Hong Kong, il-Gappun u s-Singapor, iżda nnotaw bi tħassib d-deċiżjoni ta' l-UE li tneħħi l-eżenzjoni ġenerali għall-konferenzi tal-linji. Id-delegati kkonfermaw il-pożizzjoni stabbilita ta' l-ASF li s-sistema ta' l-immunità ta' kontra l-monopolju hija indispensabbli għas-sahha ta' l-industrija tat-tbaħħir u l-ħila tagħha li tħeġġeġ l-investimenti meħtieġa għall-appoġġ ta' domandi li qegħdin jikbru tal-kummerċ internazzjonali u l-benefiċċji tas-sistema kollha kemm hi. Huma qablu li t-trasportaturi għandhom jagħmlu sforzi kontinwi sabiex ifittxu l-fehim ta' partijiet relatati bhal trasportaturi u gvernijiet ghar-rwol importanti tal-ftehimiet tat-trasportaturi fil-kummerċ ta' l-appogg. L-ASF innota li l-Assoċjazzjonijiet membri, il-KSA, il-JSA u l-SSA, b'mod partikulari, għamlu sottomissjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni Ewropea u l-korpi rilevanti li jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għat-tneħħija tas-sistema ta' immunità tal-liġi kontra l-monopolju; u, barraminhekk, il-KSA rċeviet tweġiba mill-KE li tfisser li ser telimina r-Regolament 4056/86 iżda beħsiebha tħejji alternattiva waqt li żżomm kif inhu r-Regolament tal-Konsorzja li huwa wieħed miż-żewg linji tas-sistemi ta' l-immunità ta' kontra l-monopolju”. Il-KESE jieħu nota ta' l-istqarrija tal-Forum tas-sidien tal-vapuri Azjatiċi bhala ezempju tal-htiega ghal evalwazzjoni — jew almenu sabiex tingħata konsiderazzjoni adattata — lill-impatt internazzjonali tar-revoka tas-sistema tal-konferenza tal-linji fl-UE fuq bażi dinjija u għal ekonomika globalizzata, b'konformità ma' talbiet simili magħmula mill-KESE u mill-Parlament Ewropew.

4.8

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-KESE jemmen bil-qawwi li l-kwistjoni attwali ma tistax tiġi eżaminata biss permezz tal-perspettiva tal-liġi tal-kompetizzjoni. Id-dimensjonijiet politiċi u tal-politika tat-trasport marittimu tar-revoka tas-sistema tal-konferenza tal-linji fl-UE u b'hekk tar-Regolament 954/79 ukoll ma jistgħux jiġu sottovalutati. Għalhekk, il-KESE ma jistax jifhem l-urżenza tal-proposta tal-Kummissjoni li tirrevoka r-Regolament 954/79 peress li r-riperkussjonijiet internazzjonali tal-politika ta' l-UE dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport marittimu u b'mod partikulari tar-revoka tas-sistema tal-konferenza tal-linji, għadhom ma ġewx indirizzati b'mod adattat, minkejja l-ħafna talbiet li saru għaliha, inklużi dawk mill-KESE.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Fir-rigward ta' l-istatus attwali tar-ratifiki tal-Kodiċi tal-Linji, il-KESE jinnota li l-Memorandum ta' Spjegazzjoni għall-proposta tal-Kummissjoni għar-revoka tar-Regolament 954/79 jirreferi għal tlettax-il Stat Membri bħala Partijiet Kontraenti għall-Kodiċi tal-Linji ta' l-UNCTAD, filwaqt li — fir-realtà — sittax-il Stat Membru huma Partijiet Kontraenti għall-Kodiċi wara r-ratifika mir-Rumanija, il-Bulgarija u Malta.

Ir-Regolament 954/79 jipprovdi ċerti riżervi għall-ħarsien ta' l-interessi, fost oħrajn, tal-linji tat-tbaħħir ta' pajjiżi terzi (crosstraders). Madankollu, il-proposta għar-revoka ta' dan ir-Regolament ma jipprovdix għal mizuri ta' ħarsien bħal dawn. F'dan ir-rigward, l-interessi tal-linji tat-tbaħħir tat-trasportaturi ta' l-UE bejn kontinenti oħrajn (fejn il-Kodiċi tal-Linji huwa applikabbli) m'għandux jiġi sottovalutat. Ta' min jinnota wkoll li l-Kodiċi tal-Linji ta' l-UNCTAD ġie rratifikat minn 81 pajjiż inklużi l-“muturi” l-ġodda tal-kummerċ dinji jiġifieri ċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja u l-Brażil (BRICS) kif ukoll l-Indoneżja, il-Messiku, in-Niġerja, l-Arabja Sawdija, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, u s-Singapor.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Rapport finali tal-Global Insight dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għal-linji tat-tbaħħir, Ottubru 2005.

(2)  (UNCTAD — 2003, Clarksons — 2003).

(3)  ĠU C 157, 28.6.2005.

(4)  Rapport tal-Parlament Ewropew A6-0217/2006 tat-22.6.2006.

(5)  ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1.

(6)  Rapport tal-Parlament Ewrope A6-0314/2005 ta' l-24/10/05.

(7)  Regolament 4055/86 tat-22.12.1986 (“li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi lit-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi”) huwa bbażat fuq il-Kodiċi ta' Linji ta' l-UNCTAD Artikolu 4 paragrafu 1 punti (a) u (b) jipprovdi tnaqqis tul iż-żmien ta' l-arranġamenti eżistenti għat-tqassim tal-merkanzija b'referenza diretta għall-Kodiċi ta' Linji; Regolament 4058/86 tat-22.12.86 (dwar “azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani”) huwa bbażat fuq il-Kodiċi ta' Linji. Artikolu 1 jipprovdi għal teħid ta' azzjoni li tiddependi fuq kummerċ tal-Kodiċi u mhux tal-Kodiċi — ĠU L 378 31.12.1986 p. 4.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/66


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)”

(2007/C 256/13)

F'ittra datata s-26 ta' Frar 2007, il-Kumissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li titlob lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex ifassal opinjoni dwar l-Identifikazzjoni permezz tal-Frekwenza tar-Radju (RFID).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Morgan.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'138 vot favur, 1 vot kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

L-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID) hija teknoloġija sinifikanti li ser issir importanti ħafna fil-futur. L-applikazzjonijiet tagħha attwali u futuri għandhom il-potenzjal li jtejbu b'mod pożittiv medda wiesa' ta' proċessi ta' kummerċ fis-settur pubbliku u dak privat u sabiex iġġib benefiċċji sinifikanti lill-individwi u l-intrapriżi. Għandha wkoll il-potenzjali li tqanqal żvilupp enormi fl-applikazzjonijiet ta' l-internet, li tagħmilha possibbli għal dak li Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti ddeskriviet bħala l-“Internet ta' l-Affarijiet”. Madankollu, jekk l-RFID ma tkunx ikkontrollata bir-reqqa, għandha l-potenzjal ukoll li tikser il-privatezza personali, li teqred il-libertajiet ċivili u li thedded is-sigurtà ta' l-individwi u l-intrapriżi.

1.2

It-titlu sħiħ ta' din il-Komunikazzjoni hija “Identifikazzjoni permezz tal-Frekwenza tar-Radju fl-Ewropa: passi lejn qafas ta' politika/politiku.” Il-Kummissjoni diġà żammet konsultazzjoni wiesgħa li pprovdiet il-bażi għall-Komunikazzjoni. Il-KESE issa huwa mistieden iħejji Opinjoni esploratorja. Fuq il-bażi tat-tweġibiet lill-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ser tagħmel Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri fi tmiem is-sena. Kwalunkwe leġislazzjoni, li tieħu iżjed żmien sabiex titħejja, ser tiġi iktar tard. B'hekk, din l-Opinjoni għandha tiffoka fuq il-kontenut ta' dik ir-Rakkomandazzjoni.

1.3

Sabiex tgħin bil-formulazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqaf Grupp ta' Partijiet Interessati bħala forum ta' reazzjonijiet għall-ideat (sounding board). Il-KESE jilqa' opportunità sabiex jippreżenta din l-Opinjoni lill-Grupp ta' Partijiet Interessati.

1.4

Il-KESE japprova l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-oqsma ta' l-Ispettru tar-Radju, l-Istandards, is-Saħħa, is-Sigurtà u l-Ambjent. Nenfasizzaw l-urġenza tat-twaqqif ta' kontribuzzjoni industrijali effettiva lill-forum ta' l-Istandards.

1.5

Peress li l-Kummissjoni ser tippubblika r-Rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri fi tmiem din is-sena huwa loġiku li nistennew li ser taċċetta l-infrastruttura tas-sigurtà u l-privatezza tad-data kif inhi llum. B'mod partikulari, dan jissuġerixxi li l-korpi tal-Protezzjoni tad-Data li jeżistu diġà f'kull Stat Membru ser isiru l-Awtorità responsabbli għall-kwistjonijiet ta' privatezza u protezzjoni tad-data għall-RFID. Dawn il-kwistjonijiet huma l-punt fokali ta' din l-Opinjoni.

1.6

It-theddid lill-privatezza u l-libertajiet ċivili mill-RFID huwa profond.

L-RFID tags jistgħu jitpoġġew f'/fuq oġġetti u dokumenti mingħajr l-għarfien ta' l-individwu li jakkwista dawn l-oġġetti. Peress li s-sinjali tar-radju jivvjaġġaw faċilment u mingħajr ħoss fil-fibra, il-plastik u materji oħra, huwa possibbli li jinqraw RFID tags meħjutin ġol-ħwejjeġ jew imwaħlin ma' oġġetti ġo basktijiet, bagalji u iktar.

Il-Kodiċi Elettroniku tal-Prodott jista' jippermetti li kull oġġett fid-dinja jkollu l-identifikazzjoni unika tiegħu. L-użu ta' numri uniċi ta' identifikazzjoni jista' jwassal għall-ħolqien ta' sistema globali ta' reġistrazzjoni ta' l-affarijiet li fiha kull oġġett fiżiku jiġi identifikat u marbut ma' min ikun xtrah jew mal-propretarju tiegħu fil-punt tal-bejgħ jew trasferiment.

L-użu ta' l-RFID jeħtieġ il-ħolqien ta' bażijiet tad-data enormi li jkollhom data unika tat-tags. Dawn ir-reġistri jistgħu jintrabtu ma' data ta' identifikazzjoni personali, speċjalment kif qegħdin jespandu l-memorja tal-kompjuters u l-kapaċitajiet tagħhom ta' proċessar.

It-tags jistgħu jinqraw minn distanza, m'humiex ristretti għal-linja tal-viżjoni, minn qarrejja li jistgħu jiġu inkorporati fi kważi kull ambjent fejn jinġabru l-persuni. Il-qarrejja jistgħu jitpoġġew fil-madum ta' l-art, jintisġu fit-twapet, jinsatru fl-għatbiet u jinħbew fl-ixkaffar, li jagħmilha virtwalment impossibli sabiex individwu jkun jaf jekk hux qiegħed jiġi skennjat.

Jekk l-identità personali tintrabat ma' numri uniċi ta' tags RFID, ikun possibbli li individwi jiġu segwiti jew jitħejja l-profil tagħhom mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tagħhom.

Huwa possibbli li timmaġina dinja fejn il-qarrejja ta' l-RFID jifformaw netwerk globali li jinsab kullimkien. Netwerk bħal dan ma jkollux bżonn ta' qarrejja kullimkien. F'Londra, is-sistema taż-żona ta' traffiku li huwa ntaxxat tista' ssegwi l-karozzi kollha deħlin Londra grazzi għal numru relattivament baxx ta' kameras imqiegħda b'mod strateġiku. Netwerk ta' qarrejja ta' l-RFID tags jista' jinbena bl-istess mod. Dan ma jistax jitħalla jitwettaq.

1.7

L-implikazzjonijiet ta' dan it-theddid huma dawn li ġejjin:

L-utenti ta' l-RFID jridu jippubblikaw il-politiki u l-prattiċi tagħhom u m'għandu jkun hemm l-ebda bażi ta' data sigrieta ta' informazzjoni personali.

L-individwi għandhom dritt li jkunu jafu meta oġġetti fl-ambjent tal-bejgħ bl-imnut ikollhom tags jew qarrejja ta' l-RFID. Kwalunkwe qari tat-tags li jseħħ f'ambjent ta' bejgħ bl-imnut irid ikunu trasparenti għall-partijiet kollha.

L-utenti ta' l-RFID iridu jinfurmaw lill-pubbliku għal liema raġunijiet qegħdin jintużaw it-tags u l-qarrejja. Il-ġabra ta' informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju għall-iskop attwali.

L-utenti ta' l-RFID huma responsabbli għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija u huma responsabbli li joperaw skond il-liġijiet u l-linji gwida tas-sigurtà tad-data. Huma responsabbli wkoll għas-sigurtà u l-integrità tas-sistema u l-bażi tad-data tagħha.

1.8

Kif dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati fil-prattika huwa punt ta' kontroversja. Idealment, kwalunkwe intrapriża involuta fi transazzjonijiet bejn il-konsumatur u l-intrapriża, bħall-bejgħ bl-imnut, qtugħ ta' biljetti, kontroll għall-aċċess, jew servizzi tat-trasport jagħtu lill-klijenti tagħhom forma ta' garanzija li dawn il-prinċipji ser jiġu segwiti, tip ta' karta għall-klijenti. Bħala kunċett, din il-karta tista' tinkorpora il-prinċipji kollha tal-protezzjoni tad-data għall-prattiċi tajba deskritti f'punt 4.5. B'żieda ma' dan, il-KESE jipproponi l-linji gwida li ġejjin:

a)

Il-kummerċjanti għandhom ikunu pprojbiti milli jisforzaw jew jobbligaw lill-klijenti jaċċettaw tags mixgħulin jew mitfijin fil-prodotti li jixtru. L-għażliet jistgħu jinkludu li t-tags jiġu mehmuża ma' l-ippakkjar jew l-użu ta' tags li jistgħu jitneħħew bħal dawk tal-biljetti tal-prezzijiet.

b)

Il-klijenti għandhom ikunu ħielsa li jneħħu jew jitfu kwalunkwe tags fil-pussess tagħhom.

ċ)

L-RFID m'għandux, fil-prinċipju, jintuża sabiex jiġu segwiti l-individwi. Is-segwitu tal-persuni m'huwiex xieraq, kemm jekk isir, per eżempju, permezz ta' ħwejjeġ biljetti, merkanzija jew prodotti oħra.

d)

L-RFID m'għandu qatt jintuża b'tali mod li jista' jelimina jew inaqqas l-anonimità.

e)

L-awtorità responsabbli għandha tagħti parir ċar li (ċ) u (d) ser ikunu permessi biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'notifikazzjoni formali minn qabel lill-Awtorità.

1.9

Ċerti eċċezzjonijiet għal-linji gwida msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu meta

Individwi privati jagħżlu li jżommu t-tags mixgħulin għall-konvenjenza personali tagħhom.

Individwi privati jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex jiġu segwiti f'ambjenti kritiċi bħal stabbilimenti u istituzzjonijiet pubbliċi u privati li għandhom livell għoli ta' sigurtà.

Individwi privati jagħżlu li jużaw applikazzjonjiet li jsibuhom u jidentifikawhom bl-istess mod li huma diġà jistgħu jinsabu u jiġu identifikati bl-użu tat-telefons ċellulari, karti ta' l-ATMs, indirizzi ta' l-internet, eċċ.

Eċċezzjonijiet ta' dan it-tip għandhom jiġu notifikati lill-awtorità responsabbli.

1.10

L-RFID m'hijiex teknoloġija matura b'hekk għadna ma nifhmux il-potenzjal sħiħ tagħha. Minn naħa tista' twassal benefiċċji li għadna ma nistgħux nikkonċepuhom liċ-ċivilazzjoni teknoloġika tagħna, min-naħa l-oħra tista' tkun l-ikbar theddida li t-teknoloġija qatt tefgħet fuq il-privatezza u l-libertà. Il-KESE jemmen li l-applikazzjonijiet ta' l-RFID għandhom jiġu żviluppati skond kodiċi ta' etika stretta fir-rigward tal-privatezza, il-libertà u s-sigurtà tad-data iżda li, fid-dawl tal-protezzjoni meħtieġa, l-iżvilupp ta' l-applikazzjonijiet għandu jkompli.

1.11

Bħala konklużjoni, fejn l-applikazzjonijiet ta' l-RFID huma permessi, l-implimentazzjoni għandha tkun trasparenti għal kull persuna involuta. Applikazzjonijiet sabiex titjieb il-ġestjoni tal-merkanzija huma ġeneralment aċċettabbli. Applikazzjonijiet li jinvolvu s-segwitu tal-persuni ġeneralment m'humiex aċċettabbli barra f'ambjenti transitorji. Applikazzjonijiet li jorbtu lill-persuni ma' merkanzija jistgħu jkunu aċċettabbli għal skopijiet ta' marketing. Applikazzjonijiet li jidentifikaw persuni permezz tal-merkanzija li jkunu xtraw huma ġeneralment inaċċettabbli. B'żieda ma' dan, xi applikazzjonijiet m'humiex xierqa f'soċjetà ħielsa u m'għandhom qatt jiġu permessi. Il-ħtieġa urġenti ħafna li jiġu mħarsa l-privatezza u l-anonimità għandha tkun fil-qalba tar-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

2.   L-RFID x'inhi u għaliex hija importanti?

2.1

L-RFID hija teknoloġija li tippermetti l-identifikazzjoni awtomatika u l-ġbir ta' data permezz tal-frekwenzi tar-radju. Il-karatteristiċi ewlenin ta' din it-teknoloġija huma li jippermettu li identifikatur uniku u informazzjoni oħra jiġu assoċjati — permezz ta' tag elettroniku — ma' kwalunkwe oġġett, annimal jew saħansitra persuna, u li jaqraw din l-informazzjoni permezz ta' strument mingħajr fil.

2.2

It-tags innifishom jikkonsistu f'ċirkuwitu elettroniku li jaħżen id-data, u antenna li tikkomunika d-data permezz tas-sinjali tar-radju. Qarrej ta' l-RFID jinterroga t-tags sabiex jikseb l-informazzjoni maħżuna. Meta l-qarrej ixandar il-frekwenza tar-radju, it-tags kollha f'dik il-medda ser jikkomunikaw magħha. Huwa meħtieġ software sabiex jikkontrolla l-qarrej u jiġbor u jiffiltra l-informazzjoni.

2.3

Hemm tipi differenti ta' sistemi RFID disponibbli. It-tags jistgħu jkunu jew attivi jew passivi. It-tags attivi jista' jkollhom batterija ġo fihom stess sabiex imexxu ċ-ċirkuwitu intern u sabiex jiġġeneraw frekwenzi tar-radju, jistgħu jxandru saħansitra fin-nuqqas ta' qarrej RFID. It-tags passivi jitħaddmu permezz ta' l-enerġija tal-frekwenza tar-radju mxandra mill-qarrej u m'għandhomx sors ta' enerġija tagħhom stess. It-tags jistgħu jkunu tat-tip li jinqraw biss (“read-only”) jew li jistgħu jinqraw u jaħżnu d-data (“read-write”). It-tags tat-tip “read-only” huwa irħas sabiex jiġu prodotti u huma wżati fil-maġġoranza ta' applikazzjonijiet attwali.

2.4

Il-medda ta' sistema RFID tiddependi fuq il-frekwenza tar-radju, is-saħħa tal-qarrej u l-materja bejn it-tag u l-qarrej. Tista' tkun sa ftit metri għal sistemi passivi iżda 'l fuq minn 100 metru għal sistemi attivi.

2.5

L-RFID hija l-iktar livell baxx fil-ġerarkija tat-teknoloġija mingħajr fil. Jekk wieħed jirreferi għad-distanza li jivvjaġġaw is-sinjali, il-pożizzjoni ewlenija hija okkupata minn sistemi ta' komunikazzjoni bis-satellita bħall-GPS. Din hija segwita mit-teknoloġiji tat-telefons ċellulari ta' medda wiesa' bħall-GSM u l-GPRS, imbagħad sinjali ta' medda iqsar fil-bini bħall-Wi-Fi, imbagħad netwerks personali bħall-Bluetooth u, fl-aħħar, l-RFID. Kull waħda minn dawn it-teknoloġiji hija diskreta u kompluta fiha nnifisha, per eżempju, m'hemm l-ebda riskju li s-sistemi tas-satellita jaqraw it-tags ta' l-RFID. Madankollu, id-data tista' tiġi trasferita bejn is-sistemi varji permezz ta' strumenti bħat-telefons ċellulari.

2.6

Dawn li ġejjin huma xi eżempji tal-benefiċċji potenzjali ta' l-applikazzjonijiet RFID.

għall-individwu dan jista' jfisser sigurtà (eż. sigurtà ta' l-ikel, il-kura tas-saħħa, il-ġlieda kontra l-iffalsifikar), konvenjenza (kjus iqsar għaċ-checkout, ġestjonar imtejjeb għall-bagalji ġo l-ajruport, ħlas awtomatiku) u kura imtejba għall-pazjenti, speċjalment għal mard kroniku bħad-dimenzja;

fit-trasport huwa mistenni li titjieb l-effiċjenza, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz għal persuni u l-merkanzija;

fil-kura tas-saħħa, l-RFID għandha l-potenzjal li żżid il-kwalità tal-kura u s-sigurtà tal-pazjent, u li ttejjeb il-konformità medika u l-loġistika. Qiegħed isir xogħol sabiex jitqiegħdu tags fuq pilloli individwali;

fil-bejgħ bl-imnut dan jista' jgħin fit-tnaqqis ta' l-iskarsezza, tal-livelli ta' l-inventorju u tas-serq;

f'ħafna industriji fejn l-iffalsifikar huwa komuni ħafna, l-użu ta' l-RFID jista' jgħin fl-identifikazzjoni ta' fejn il-prodotti illegali jidħlu fil-katina tal-provvista;

it-tagging ta' l-RFID jista' wkoll jgħin fit-titjib ta' l-issortjar u tar-riċiklaġġ ta' partijiet ta' prodotti u materjali b'riżultati pożittivi għall-ġestjoni ta' l-iskart u l-iżvilupp sostenibbli.

2.7

Ħafna aspetti ta' l-użu ta' l-RFID jintwerew mill-applikazzjoni tagħha għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-kotba. In-numru enormi ta' kotba pprintjati joħloq problema loġistika għall-pubblikaturi, id-distributuri, il-libreriji u l-bejjiegħa bl-imnut. Apparti mil-loġistika tal-katina tal-provvista, hemm bżonn li l-kotba jiġu segwiti ladarba jitqiegħdu fuq l-ixkaffa sabiex jistgħu jiġu identifikati u sostitwiti. B'żieda ma' dan, il-libreriji għandhom bżonn jikkontrollaw iċ-ċiklu tas-self filwaqt li x-xerrejja jistgħu jsibu diffikultajiet sabiex isegwu l-kotba tagħhom stess. It-tags ta' l-RFID fuq il-kotba jipprovdu soluzzjoni għal dawn il-problemi kollha. Il-kontroll ta' self tal-libreriji ser ikollu analogu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra fejn l-oġġetti huma riċiklati jew mikrija.

2.8

Sabiex nispjegaw aħjar in-natura tat-theddid inerenti f'din it-teknoloġija, hawn ser issib s-sommarju ta' applikazzjoni għal brevett ta' l-IBM (20020615758) minn Novembru 2002. Dan jikkonċerna l-identifikazzjoni u s-segwitu ta' persuni permezz ta' oġġetti li għandhom l-RFID tag ġo fihom.

“Metodu u sistema għall-identifikazzjoni u s-segwitu ta' persuni permezz ta' oġġetti bl-RFID ġo fihom li jinġarru mill-persuni. Ir-rekords ta' xirjiet preċedenti għal kull persuna li tixtri minn ħanut tal-bejgħ bl-imnut huma miġbura minn terminals tal-punt tal-bejgħ u maħżuna f'bażi ta' data tat-transazzjonijiet. Meta persuna li qiegħda ġġorr jew liebsa oġġetti li għandhom l-RFID tags tidħol ġo ħanut jew żona oħra speċifikata, scanner ta' l-RFID tags li jinsab ġoż-żona jiskennja t-tags ta' l-RFID fuq dik il-persuna u jaqra l-informazzjoni ta' l-RFID tag. L-informazzjoni ta' l-RFID tag li tinġabar hija korrelata ma' rekords ta' transazzjonijiet maħżuna fil-bażi tad-data ta' transazzjonijiet skond algoritmi magħrufa tal-korrelazzjoni. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-korrelazzjoni, l-identità eżatta tal-persuna jew ċerti karatteristiċi dwar dik il-persuna jistgħu jiġu determinati. Din l-informazzjoni tintuża sabiex jiġi segwit il-moviment tal-persuna fil-ħanut jew żoni oħra.”

L-applikazzjoni għal brevett numru 20050038718 ta' l-American Express hija bbażata fuq l-istess prinċipji.

2.9

L-RFID hija b'mod ċar ħafna iktar minn barkowd elettroniku. Fis-sommarju ta' l-applikazzjoni tal-brevett ikkwotat hawn fuq, id-differenzi prinċipali huma:

(a)

it-tag m'għandhiex biss id-deskrizzjoni ta' l-oġġett iżda wkoll l-identifikatur diskret ta' l-oġġetti li min-naħa tiegħu jista' jidentifika x-xerrej tiegħu;

(b)

it-tag m'għandhiex għalfejn tkun mikroċipp fiżiku. Iċ-ċirkuwiti jistgħu jiġu pprintjati direttament fuq il-maġġoranza ta' materjali bħal ħwejjeġ.

(ċ)

it-tag tista' tibqa' mixgħula wara l-bejgħ sabiex tista' tinqara mill-ġdid kontinwament;

(d)

il-qarrejja tat-tags ma jinstabux biss fil-punt tal-bejgħ, jistgħu jinstabu kullimkien u mhux biss fil-bini tal-bejjiegħ bl-imnut;

(e)

il-korrelazzjoni permezz ta' bażi tad-data tintroduċi dimensjonijiet ġodda għall-ġbir tad-data, għall-privatezza u għas-sigurtà tad-data.

2.10

Jekk tag għandhiex tibqa' mixgħula wara ċ-checkout tal-bejgħ bl-imnut hija kwistjoni għad-dibattitu. Minn naħa, din hija theddida għall-privatezza. Min-naħa l-oħra, ix-xerrej jista' jibbenefika minnha. Per eżempju, il-possibilità tal-qarrejja RFID fid-djar tista' tgħin fl-organizzazzjoni ta' kantini ta' l-inbid, tal-friġġijiet, tal-gwardarobbi u tal-libreriji. Loġikament, għalhekk, l-għażla għandha tkun f'idejn l-individwu, iżda t-teknoloġija u l-applikazzjoni għandha tagħtih jew tagħtiha dik l-għażla.

2.11

L-RFID għandha ħafna iktar applikazzjonijiet mill-identifikazzjoni ta' prodott tal-bejgħ bl-imnut. Il-baġġ ta' identifikazzjoni tal-KESE hija għodda RFID. Is-sistema ta' taħt l-art ta' Londra tuża kards RFID b'mod estensiv għall-ħlas u għall-aċċess. Il-kards tal-kreditu dalwaqt ser jinkorporaw għodda RFID għall-ġestjoni ta' transazzjonijiet ta' valur baxx mingħajr pinkowd. Plakek ta' l-RFID jintużaw f'applikazzjonijiet ta' nollijiet tat-toroq u ta' l-identifikazzjoni tas-sewwieqa. L-aċċess għal-liftijiet ta' l-iski f'xi ċentri tal-vaganzi huwa kkontrollat min plakek ta' l-RFID li jinġarru f'but tal-ħwejjeġ ta' l-iski. Dan ir-rapporteur iġorr tliet kards RFID u plakka waħda ta' l-RFID kuljum. Il-kelb tiegħu huwa identifikat minn ċipp RFID taħt difrejh. Ċippijiet bħal dawn qegħdin jidħlu fl-użu wiesa' mad-dinja kollha għat-tagging ta' l-annimali sabiex ikun hemm it-traċċabilità fil-katina ta' l-ikel. Dan jista' jfisser pass żgħir sabiex jibdew jiġu taggjati l-kriminali u l-pazjenti problematiċi, bl-istess mod bħall-klieb.

2.12

Il-baġġ ta' identifikazzjoni użata mill-KESE hija applikazzjoni mhux perikoluża ta' l-RFID. L-identità tirrappreżenta sfida iktar sinifikanti meta t-tags ta' l-RFID jiġu inkorporati fil-ħwejjeġ tax-xogħol jew fl-uniformijiet sabiex il-movimenti tal-persuna bl-uniformi jistgħu jiġu segwiti kontinwament minn scanners li jinsabu fil-punti prinċipali kollha fil-bini. Madankollu, irid ikun rikonoxxut li dan jista' jkun rakkomandabbli f'ċerti każijiet, per eżempju għal finijiet ta' sigurtà. Fi kwalunkwe każ, is-segwitu tal-pożizzjoni ta' individwu, jekk mhux appoġġjat minn protezzjonijiet adattati, jista' jsir invażjoni kbira tal-privatezza li jeħtieġ ġustifikazzjoni sostanzjali u kontroll b'reqqa kbira.

2.13

Bħala ħabbar stramb ta' applikazzjonijiet futuri The Economist jirrapporta li fil-Baja Beach Club ta' Barċellona, il-biljett tad-dħul fiż-żona VIP huwa mikroċipp imdaħħal fi driegħ il-klijent. Kemmxejn ikbar minn biċċa ross u miksija bil-ħġieġ u s-silikon, iċ-ċipp jintuża sabiex jiġu identifikati l-persuni meta jidħlu jħallsu għax-xorb. Dan jiġi injettat minn ners permezz ta' anestetiku lokali. Fl-aħħar mill-aħħar, din hija tag ta' l-RFID.

3.   Kontenut essenzjali tal-Komunikazzjoni

3.1

L-RFID hija ta' interess politiku minħabba l-potenzjal tagħha li ssir mutur ġdid ta' tkabbir u impjieg u b'hekk kontributur b'saħħtu għall-Istrateġija ta' Lisbona, jekk il-barrieri għall-innovazzjoni jistgħu jingħelbu.

3.2

Fl-2006 il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar l-RFID, li enfasizzat l-istennijiet tat-teknoloġija bbażata fuq ir-riżultati ta' dawk li adottawha minn kmieni iżda żvelat ukoll il-ħsibijiet taċ-ċittadini dwar l-applikazzjonijiet ta' l-RFID li jinvolvu l-identifikazzjoni jew is-segwitu tal-persuni.

3.3

Żvilupp addizzjonali u l-użu mferrex ta' l-RFID jista' jsaħħaħ iktar ir-rwol tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet fit-tmexxija ta' l-innovazzjoni u l-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku.

3.4

Qafas legali u ta' politika li huwa ċar u prevedibbli huwa meħtieġ sabiex din it-teknoloġija ssir aċċettabli għall-utenti. Peress li t-teknoloġija RFID hija transkonfinali b'mod inerenti, dan il-qafas għandu jassigura l-konsistenza fis-suq intern.

3.5   Sigurtà, Privatezza u Etika

3.5.1

Hemm ħsibijiet serji li din it-teknoloġija mxerrda u li tagħti l-possibilità tista' thedded il-privatezza: it-teknoloġija RFID tista' tintuża sabiex tiġbor informazzjoni li hija marbuta direttament jew indirettament ma' persuna identifikata jew li tista' tiġi identifikata u għalhekk meqjusa bħala data personali. It-tags ta' l-RFID jistgħu jaħżnu data personali; it-teknoloġija ta' l-RFID tista' tiġi użata sabiex issegwi jew tfittex il-movimenti ta' persuni jew jitħejja l-profil ta' l-imġieba tal-persuni. L-RFID għandha l-potenzjal li tkun teknoloġija intrużiva. Tqajmu ħsibijiet dwar il-ksur tal-valuri fundamentali, il-privatezza u ż-żjieda fis-sorveljanza, speċjalment fuq il-post tax-xogħol, li tirriżulta fid-diskriminazzjoni, l-esklużjoni, il-vittimizzazzjoni u possibilment it-telf ta' l-impjieg.

3.5.2

Huwa ċar li l-applikazzjoni ta' l-RFID għandha tkun soċjalment u politikament aċċettabbli, ammissibbli mil-lat etiku u permissibbli min-naħa legali. L-RFID ser tkun tista' twassal il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tagħha jekk ikunu tnedew il-garanziji effettivi għall-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-dimensjonijiet etiċi assoċjati li jinsabu fil-qalba tad-dibattitu dwar l-aċċettazzjoni pubblika ta' l-RFID.

3.5.3

Il-qafas leġislattiv tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza fl-Ewropa kien iddisinjat sabiex ikun b'saħħtu fil-konfront ta' l-innovazzjoni. Il-protezzjoni tad-data personali hija koperta mid-Direttiva ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data (1) li tapplika għat-teknoloġiji kollha inkluża l-RFID. Id-Direttiva ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data hija komplementata mid-Direttiva tal-Privatezza elettronika (2). B'segwitu ta' dawn id-Direttivi, l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri ser ikollhom jassiguraw li l-introduzzjoni ta' l-applikazzjonijiet RFID jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Jista' għalhekk ikun neċessarju li titprovda gwida dettaljata dwar l-implimentazzjoni prattika ta' l-applikazzjonijiet RFID u li jitfasslu kodiċi assoċjati tal-kondotta.

3.5.4

Fir-rigward tas-sigurtà, ser isir sforz konġunt bejn l-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-kwistjonijiet sistemiċi u t-theddid relatat tas-sigurtà li huma potenzjalment assoċjati ma' l-użu enormi tat-teknoloġiji u s-sistemi ta' l-RFID. Aspett importanti tat-tweġiba lill-isfidi msemmija hawn fuq ser ikunu l-ispeċifikazzjoni u l-adozzjoni tal-kriterji tad-disinn li jevitaw ir-riskji lill-privatezza u s-sigurtà, mhux biss fil-livelli teknoloġiċi iżda wkoll f'dawk organizzazzjonali u l-proċess tan-negozju. Għalhekk, qabel ma ssir is-selezzjoni tas-sistemi RFID u l-użu ta' l-applikazzjonijiet RFID hija meħtieġa analiżi mill-qrib ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' riskji speċifiċi għas-sigurtà u dawk relatati mal-privatezza.

3.5.5

Hemm ħsibijiet dwar il-ftuħ u n-newtralità tal-bażijiet tad-data li ser jirreġistraw l-identifikaturi uniċi li jinsabu fil-qalba tas-sistema RFID, il-ħażna u l-ġestjoni tad-data miġbura u l-użu tagħha minn partijiet terzi. Din hija kwistjoni importanti peress li l-RFID ser iġġib magħha mewġa ġdida ta' żvilupp ta' l-internet li eventwalment ser tgħaqqad biljuni ta' strumenti intelliġenti u teknoloġiji sensorji sofistikati f'infrastruttura tal-komunikazzjoni b'netwerk globali. Din il-fażi l-ġdida ta' l-iżvilupp ta' l-internet hija l-“Internet ta' l-Affarijiet.”

3.5.6

Is-sistema għar-reġistrazzjoni u n-nomenklatura ta' l-identitajiet f'dan l-“Internet ta' Affarijiet” tal-futur għandha tħares kontra l-ħsara jew l-użu mhux intenzjonat li jista' jikkawża straġi. M'għandux jiġi f'idejn interessi partikulari li jistgħu jużaw dawn il-bażi ta' data u sistemi għall-finijiet tagħhom stess. Is-sigurtà, l-etika u l-ħtiġijiet tal-privatezza għandhom ikunu mħarsa għall-partijiet interessati kollha, kemm jekk huma individwi kif ukoll jekk huma kumpaniji, li l-informazzjoni kummerċjali sensittiva tagħhom tinsab fil-proċessi tan-negozju bbażati fuq l-RFID.

3.5.7

Il-ħtiġijiet għall-partijiet involuti b'mod attiv fit-tnedija tas-sistema ta' informazzjoni ta' l-RFID (per eżempju organizzazzjonijiet tan-negozju, amministrazzjonijiet pubbliċi, sptarijiet) u l-utenti finali li huma soġġetti għas-sistema (ċittadini, konsumaturi, pazjenti, impjegati) għandhom jiġu kkunsidrati matul l-ippjanar tas-sistema. Peress li l-utenti finali m'humiex ġeneralment involuti fl-istadju tal-ħolqien, il-Kummissjoni ser tappoġġja sett ta' linji gwida speċifiċi għall-applikazzjoni (kodiċi tal-kondotta, prattiċi tajba) minn grupp nukleu ta' esperti li jirrappreżentaw il-partijiet kollha. Sa tmiem l-2007, il-Kummissjoni ser toħroġ Rakkomandazzjoni li tippreżenta l-prinċipji li l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra interessati għandhom japplikaw fir-rigward ta' l-użu ta' l-RFID.

3.5.8

Il-Kummissjoni ser tikkunsidra wkoll l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet adattati fil-proposta futura għall-emenda tad-Direttiva dwar il-Privatezza elettronika u, fl-istess ħin ser tqis ideat mill-Grupp ta' Partijiet Interessati ta' l-RFID, li ser jitwaqqaf fil-ġejjieni, l-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data u inizjattivi oħra rilevanti bħall-Grupp Ewropew tal-Kummissjoni dwar l-Etika fix-Xjenza u Teknoloġiji Ġodda. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ser tevalwa l-ħtieġa għal passi leġislattivi addizzjonali għall-ħarsien tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

3.5.9

Il-Kummissjoni ser tissorvelja mill-qrib il-moviment lejn l-“Internet ta' l-Affarijiet” li l-RFID mistennija tkun element importanti tiegħu. Fi tmiem l-2008, il-Kummissjoni ser tniedi Komunikazzjoni li tanalizza n-natura u l-effetti ta' dawn l-iżviluppi, b'attenzjoni partikulari għall-kwistjonijiet tal-privatezza, il-fiduċja u l-gvernanza. Din ser tevalwa l-għażliet ta' politika, inkluża l-possibilità ta' passi leġislattivi addizzjonali sabiex titħares il-protezzjoni tad-data u l-privatezza u jiġu indirizzati objettivi ta' politika pubblika oħrajn.

3.5.10

Osservazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet ta' Sigurtà, Privatezza u Etika jidhru fis-sezzjoni 4 ta' l-Opinjoni.

3.6   Kwistjonijiet oħra ta' politika ta' l-RFID

3.6.1

Apparti mill-qasam kollu ta' sigurtà, privatezza u etika, il-kwistjonijiet l-oħra ta' politika mqajma mill-RFID jinvolvu l-ispettru tar-radju, l-istandards, is-saħħa, is-sigurtà u l-kwistjonijiet ambjentali.

3.6.2

L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-ispettru ta' l-użu hija importanti sabiex tippermetti l-mobilità faċli u tillimita l-ispejjeż. Il-Kummissjoni reċentement adottat deċiżjoni (2006/808/KE) għall-frekwenzi ta' l-RFID fil-medda UHF. Din l-allokazzjoni hija meqjusa bħala adegwata għal bejn tlieta u għaxar snin iżda jekk tinħass il-ħtieġa għal spettru addizzjonali, il-Kummissjoni ser taġġixxi skond dik ir-raġuni, billi tuża l-poteri tagħha konferiti lilha mid-Deċiżjoni ta' l-Ispettru tar-Radju (676/2002/KE). Il-KESE jaċċetta din il-pożizzjoni.

3.6.3

L-adozzjoni semplifikata ta' l-istandards ġodda internazzjonali ta' l-ISO u l-armonizzazzjoni ta' l-istandards reġjonali huma essenzjali għall-adozzjoni bla xkiel tas-servizzi. Il-korpi Ewropej rilevanti ta' l-istandards — CEN u ETSI — huma involuti totalment. Il-Kummissjoni qiegħda ssejjaħ lil dawn il-korpi, flimkien ma' l-industrija, sabiex jassiguraw li l-istandards ta' l-iżvilupp jilħqu l-ħtiġijiet Ewropew, b'attenzjoni partikulari għall-kwistjonijiet tal-privatezza, tas-sigurtà, tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tal-liċenzjar. Minħabba li l-istandards ta' l-industrija u l-brevetti proprjetarji ta' sikwit javvanzaw flimkien, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel mill-aħjar li tista' sabiex iġġiegħel lill- industrija u lill-korpi ta' l-istandards sabiex jaġixxu malajr kemm jista' jkun ħalli jiġi evitat li l-applikazzjonijiet Ewropej ta' l-RFID isiru dipendenti wisq fuq proprjetà intellettwali b'sjieda x'imkien ieħor.

3.6.4

Fir-rigward ta' l-ambjent, l-istrumenti RFID huma koperti bis-sħiħ mid-Direttivi WEEE u RoHS. Dwar is-saħħa, hemm il-kwistjoni potenzjali ta' kampi elettromanjetiċi (EMF) assoċjati ma' strumenti ta' l-RFID. L-EMF relatati mal-RFID huma ġeneralment iktar baxxi mil-limiti standard attwali. Madankollu, fil-kuntest taż-żieda ġenerali fl-applikazzjonijiet mingħajr fil, il-Kummissjoni ser iżżomm il-qafas legal taħt reviżjoni. Il-KESE jaċċetta din il-pożizzjoni.

4.   Osservazzjonijiet

4.1

Peress li l-Kummissjoni ser tippubblika r-Rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri fl-aħħar ta' din is-sena, huwa loġiku li nistennew li ser taċċetta l-infrastruttura tas-sigurtà u privatezza tad-data kif inhi llum. B'mod partikulari, dan jissuġerixxi li l-korpi tal-Protezzjoni tad-Data li jeżistu diġà f'kull Stat Membru ser isiru l-Awtorità responsabbli għall-kwistjonijiet ta' privatezza u protezzjoni tad-data għall-RFID.

4.2

Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stqarret li, fost affarijiet oħra, ser twaqqaf u tikkonsulta ma' Grupp ġdid ta' Partijiet Interessati. Il-KESE jixtieq jippreżenta din l-Opinjoni lill dak il-Grupp.

4.3

It-theddid lill-privatezza u l-libertajiet ċivili mill-RFID huwa profond.

(a)

L-RFID tags jistgħu jitpoġġew f'/fuq oġġetti u dokumenti mingħajr l-għarfien ta' l-individwu li jakkwista dawn l-oġġetti. Peress li s-sinjali tar-radju jivvjaġġaw faċilment u mingħajr ħoss fil-fibra, fil-plastik u f'materji oħra, huwa possibbli li jinqraw RFID tags meħjutin ġol-ħwejjeġ jew imwaħlin ma' oġġetti ġo basktijiet, bagalji u iktar.

(b)

Il-Kodiċi elettroniku tal-Prodott jista' jippermetti li kull oġġett fid-dinja jkollu l-identifikazzjoni unika tiegħu. L-użu ta' numri uniċi ta'identifikazzjoni jista' jwassal għall-ħolqien ta' sistema globali ta' reġistrazzjoni ta' l-affarijiet li fiha kull oġġett fiżiku jiġi identifikat u marbut ma' min ikun xtrah jew mal-propretarju tiegħu fil-punt tal-bejgħ jew trasferiment.

(c)

L-użu ta' l-RFID jeħtieġ il-ħolqien ta' bażijiet tad-data enormi li jkollhom data unika tat-tags. Dawn ir-reġistri jistgħu jintrabtu ma' data ta' identifikazzjoni personali, speċjalment kif qegħdin jespandu l-memorja tal-komputers u l-kapaċitajiet tagħhom ta' proċessar.

(d)

It-tags jistgħu jinqraw minn distanza, m'humiex ristretti għal-linja tal-viżjoni, minn qarrejja li jistgħu jiġu inkorporati fi kważi kull ambjent fejn jinġabru l-persuni. Il-qarrejja jistgħu jitpoġġew fil-madum ta' l-art, jintisġu fit-twapet, jinsatru fl-għatbiet u jinħbew fl-ixkaffar, li jagħmilha virtwalment impossibli sabiex individwu jkun jaf jekk hux qiegħed jiġi skennjat.

(e)

Jekk l-identità personali tintrabat ma' numri uniċi ta' tags RFID, ikun possibbli li individwi jiġu segwiti jew jitħejja l-profil tagħhom mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tagħhom.

(f)

Huwa possibbli li timmaġina dinja fejn il-qarrejja ta' l-RFID jifformaw netwerk globali li jinsabkullimkien. Netwerk bħal dan ma jkollux bżonn ta' qarrejja kullimkien. F'Londra, is-sistema taż-żona ta' traffiku li huwa ntaxxat tista' ssegwi l-karozzi kollha deħlin Londra grazzi għal numru relattivament baxx ta' kameras imqiegħda b'mod strateġiku. Netwerk ta' qarrejja ta' l-RFID tags jista' jinbena bl-istess mod. Dan m'għandux jitħalla jitwettaq.

4.4

Fis-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Kummissjoni diġà tat parir dwar l-applikazzjoni etika tat-teknoloġija peress li tolqot lis-sigurtà tad-data u l-privatezza (“Gwida għall-Applikanti” għal proġetti ta' kollaborazzjoni, p. 54) (3). L-RFID hija eżempju eċċellenti tar-relazzjoni li qiegħda tevolvi bejn it-teknoloġija u d-dritt legali jew l-istennija tal-pubbliku dwar ir-rispett tal-privatezza fil-ġbir u t-tqassim tad-data. Il-problemi tal-privatezza jeżistu kulfejn hemm data li hija identifikabbli b'mod uniku li tirrelata ma' persuna jew persuni, li hija miġbura u maħżuna, f'forma diġitali jew oħra. Kontroll mhux adattat jew non-eżistenti tal-kxif ta' l-informazzjoni jista' jkun kawża għal kwistjonijiet ta' privatezza. L-iktar sorsi komuni ta' data li huma milquta minn kwistjonijiet ta' privatezza tad-data huma s-saħħa, il-ġustizzja kriminali, il-finanzi, il-ġenetika u l-lok. Il-lok huwa l-kwistjoni prinċipali għall-RFID.

4.5

Fil-parir tagħha (4) dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-protezzjoni tad-data u l-privatezza, il-Kummissjoni waqqfet tmien prinċipji infurzabbli ta' prattika tajba. Din hija d-data li għandha tkun:

proċessata b'mod ġust u legali

proċessata għal finijiet limitati

adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva

preċiża

miżmuma għal żmien mhux itwal minn dak neċessarju

proċessata skond id-drittijiet tas-suġġett tad-data

sigura

mhux trasferita lejn pajjiżi fejn m'hemmx protezzjoni adegwata

Dawn il-linji gwida huma kompletament adattati għall-kwistjonijiet ta' privatezza u sigurtà ta' data involuti ma' l-applikazzjonijiet ta' l-RFID.

4.6

Fil-fehma tal-KESE, il-prinċipji bażiċi ta' prattika tajba huma hekk:

L-utenti ta' l-RFID jridu jippubblikaw il-politiki u l-prattiċi tagħhom u m'għandu jkun hemm l-ebda bażi ta' data sigrieta ta' informazzjoni personali.

L-individwi għandhom dritt li jkunu jafu meta oġġetti fl-ambjent tal-bejgħ bl-imnut ikollhom tags jew qarrejja ta' l-RFID. Kwalunkwe qari tat-tags li jseħħ f'ambjent ta' bejgħ bl-imnut irid ikunu trasparenti għall-partijiet kollha.

L-utenti ta' l-RFID jridu jinfurmaw lill-pubbliku għal liema raġunijiet qegħdin jintużaw it-tags u l-qarrejja. Il-ġabra ta' informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju għall-iskop attwali.

L-utenti ta' l-RFID huma responsabbli għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija u huma responsabbli li joperaw skond il-liġijiet u l-linji gwida tas-sigurtà tad-data. Huma responsabbli wkoll għas-sigurtà u l-integrità tas-sistema u l-bażi tad-data tagħha.

4.7

Kif dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati fil-prattika huwa punt ta' kontroversja. Idealment, kwalunkwe intrapriża involuta fi transazzjonijiet bejn il-konsumatur u l-intrapriża, bħall-bejgħ bl-imnut, qtugħ ta' biljetti, kontroll għall-aċċess, servizzi tat-trasport jagħtu lill-klijenti tagħhom forma ta' garanzija li dawn il-prinċipji ser jiġu segwiti, tip ta' karta għall-klijenti. Bħala kunċett, din il-karta tista' tinkorpora il-prinċipji kollha tal-protezzjoni tad-data għall-prattiċi tajba deskritti f'punt 4.5. B'żieda ma' dan, il-KESE jipproponi l-linji gwida li ġejjin:

a)

Il-kummerċjanti għandhom ikunu projbiti milli jisforzaw jew jobbligaw lill-klijenti jaċċettaw tags mixgħulin jew mitfijin fil-prodotti li jixtru. L-għażliet jistgħu jinkludu li t-tags jiġu mehmuża ma' l-ippakkjar jew l-użu ta' tags li jistgħu jitneħħew bħal dawk tal-biljetti tal-prezzijiet.

b)

Il-klijenti għandhom ikunu ħielsa li jneħħu jew jitfu kwalunkwe tags fil-pussess tagħhom.

ċ)

L-RFID m'għandux, fil-prinċipju, jintuża sabiex jiġu segwiti l-individwi. Is-segwitu tal-persuni m'huwiex xieraq, kemm jekk isir, per eżempju, permezz ta' ħwejjeġ, biljetti, merkanzija jew prodotti oħra.

d)

L-RFID m'għandu qatt jintuża b'tali mod li jista' jelimina jew inaqqas l-anonimità.

e)

L-awtorità responsabbli għandha tagħti parir ċar li (ċ) u (d) ser ikunu permessi biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'notifikazzjoni formali minn qabel lill-Awtorità.

4.8

Ċerti eċċezzjonijiet għal-linji gwida msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu meta

Individwi privati jagħżlu li jżommu t-tags mixgħulin għall-konvenjenza personali tagħhom.

Individwi privati jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex jiġu segwiti f'ambjenti kritiċi bħal stabbilimenti u istituzzjonijiet pubbliċi u privati li għandhom livell għoli ta' sigurtà.

Individwi privati jagħżlu li jużaw applikazzjonjiet li jsibuhom u jidentifikawhom bl-istess mod li huma diġà jistgħu jinsabu u jiġu identifikati bl-użu tat-telefons ċellulari, karti ta' l-ATMs, indirizzi ta' l-internet, eċċ.

Eċċezzjonijiet ta' dan it-tip għandhom jiġu notifikati lill-awtorità responsabbli.

4.9

Klassi ta' applikazzjonijiet li jistgħu jingħataw eżenzjoni ġenerali hija s-segwitu ta' persuni jew merkanzija f'ambjenti transitorji. Fis-settur tat-trasport bl-ajru, il-bagalji jistgħu jiġu ttagjati fiċ-check-in sabiex titejjeb is-sigurtà u ċ-ċertezza ta' l-immaniġjar tal-bagalji, filwaqt li l-passiġġieri jistgħu jiġu ttagjati sabiex jitjiebu u jitħaffu l-movimenti fil-ħin ta' l-ajruplan u jiżdied it-tħaffif tal-proċess ta' sigurtà. Applikazzjoni oħra tista' tkun is-segwitu ta' pazjenti wara li jiddaħħlu l-isptar għall-operazzjonijiet. Is-soluzzjoni għall-aċċettabilità ta' din il-klassi ta' applikazzjoni tkun it-tneħħija ċerta tat-tags fi tmiem ta' l-esperjenza transitorja.

4.10

L-RFID m'hijiex teknoloġija matura b'hekk għadna ma nifhmux il-potenzjal sħiħ tagħha. Minn naħa tista' twassal benefiċċji li għadna ma nistgħux nikkonċepuhom liċ-ċivilazzjoni teknoloġika tagħna, min-naħa l-oħra tista' tkun l-ikbar theddida li t-teknoloġija qatt tefgħet fuq il-privatezza u l-libertà. Il-KESE jemmen li l-applikazzjonijiet ta' l-RFID għandhom jiġu żviluppati skond kodiċi ta' etika strett fir-rigward tal-privatezza, il-libertà u s-sigurtà tad-data iżda li, fid-dawl tal-protezzjoni meħtieġa, l-iżvilupp ta' l-applikazzjonijiet għandu jkompli.

4.11

Bħala konklużjoni, fejn l-applikazzjonijiet ta' l-RFID huma permessi, l-implimentazzjoni għandha tkun trasparenti għal kull persuna involuta. Applikazzjonijiet sabiex titjieb il-ġestjoni tal-merkanzija huma ġeneralment aċċettabbli. Applikazzjonijiet li jinvolvu s-segwitu tal-persuni ġeneralment m'humiex aċċettabbli barra f'ambjenti transitorji. Applikazzjonijiet li jorbtu lill-persuni ma' merkanzija jistgħu jkunu aċċettabbli għal skopijiet ta' marketing. Applikazzjonijiet li jidentifikaw persuni permezz tal-merkanzija li jkunu xtraw huma ġeneralment inaċċettabbli. B'żieda ma' dan, xi applikazzjonijiet m'humiex xierqa f'soċjetà ħielsa u m'għandhom qatt jiġu permessi. Il-ħtieġa urġenti ħafna li jiġu mħarsa l-privatezza u l-anonimità għandha tkun fil-qalba tar-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali.

(2)  Direttiva 2002/58/KE dwar l-iproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(3)  http://cordis.europa.eu/fp7/dc/index.cfm?fuseaction=UserSite.CooperationDetailsCallPage&call_id=11.

(4)  Id-Direttiva 95/46/KE dwar il-Protezzjoni tad-Data, Artikolu 6.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/73


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni ‘GALILEO f'salib it-toroq: L-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSS’”

COM(2007) 261 finali

(2007/C 256/14)

Nhar is-16 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “GALILEO f'alib it-toroq: L-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSS.”

Nhar id-29 ta' Mejju 2007, il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta istruzzjonijiet lis-sezzjoni speċjalizzata għat-Trasport, Enerġija, Infrastruttura, Soċjetà ta' l-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-437 Sessjoni Plenarja tiegħu tal-11 u 12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju) li jaħtar lis-Sur Buffetaut bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'95 vot favur u 1 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew isellem lir-realiżmu u l-kuraġġ tal-Kummissjoni li għarfet tislet fil-Komunikazzjoni tagħha “GALILEO f'salib it-toroq: L-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSS”, COM(2007) 261, il-konsegwenzi tal-waqfien tan-negozjati għall-kuntratt ta' konċessjoni tas-Sistema Galileo.

1.2

Huwa japprova bis-sħiħ li jingħata tmiem għal dawn in-negozjati li jinsabu staġnati u għall-implimentazzjoni ta' strateġija alternattiva.

1.3

Huwa jappoġġa bis-sħiħ ir-rieda tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni li jwasslu għas-suċċess aħħari tal-Proġett Galileo billi jinżammu l-iskala u d-definizzjoni inizjali.

1.4

Huwa jikkunsidra li l-Proġett Galileo jikkostitwixxi proġett strateġiku għall-Unjoni Ewropea, li kapaċi juri l-ħila ta' l-Ewropa li timmobilizza lilha nnfisha għal avventura umana, xjentifika, teknika u ekonomika straordinarja.

1.5

Huwa jikkunsidra li t-twarrib tal-proġett ikun diżastruż għall-Unjoni Ewropea.

1.6

Huwa jenfasizza li x-xenarju ssuġġerit mill-Kummissjoni Ewropea joffri proposta interessanti u realistika sabiex il-proġett jitkompla b'suċċess u jaħseb li l-fatt li l-awtorità pubblika tiġi fdata bir-responsabbiltà u l-finanzjament tal-fażi ta' żvilupp u ta' skjerament huwa indikattiv ta' ħarsa realistika lejn is-sitwazzjoni.

1.7

Dan ix-xenarju jħalli konsegwenzi importanti fil-livell finanzjarju u jitfa' piż konsiderevoli fuq il-finanzi pubbliċi u għalhekk il-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa li wieħed jirrifletti mingħajr preġudizzji kemm dwar il-possibbiltà ta' użu militari, speċjalment fid-difiża, tas-Sistema Galileo mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar l-eventwalità ta' taxxa baxxa fuq il-prezz tat-terminals tas-sistema sabiex din tikkontribwixxi lejn il-bilanċ finanzjarju tal-proġett.

1.8

Il-KESE jirrakkomanda li jiġu kkjarifikati mill-aktar fis il-kondizzjonijiet u l-mod tal-konċessjoni tas-sistema EGNOS, komplement reġjonali Ewropew tal-GPS Amerikan, u li tiġi kkoordinata sew l-implimentazzjoni ta' dan il-programm ma' dik ta' Galileo.

1.9

Huwa japprova l-għażla li l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju tkun l-aġent ta' l-akkwist u l-awtorità tad-disinn tal-proġett.

1.10

Huwa jwissi kontra t-tentazzjoni li l-Proġett Galileo jiġi sottomess għar-restrizzjonijiet tal-prinċipju msejjaħ tar-“ritorn ġust”, minkejja li jifhem il-preokkupazzjonijiet ġusti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' l-iżvilupp xjentifiku, tekniku u ekonomiku.

1.11

Huwa jfakkar li l-kwistjonijiet ta' gvernanza u ta' tqassim tar-responsabbiltajiet ekonomiċi u tekniċi, meta dawn mhumiex ikkontrollati tajjeb, jistgħu jkunu perikolużi, bħalma intwera fil-każ reċenti ta' l-Airbus.

1.12

Huwa jitlob lill-Istati Membri sabiex jagħmlu minn kollox ħalli l-Proġett Galileo jkun konkluż b'suċċess.

2.   Il-kuntest ta' din il-Komunikazzjoni

2.1

Ħames xhur wara l-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar l-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellità, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni ġdida b'titlu allarmanti: “GALILEO f'salib it-toroq: l-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSS”.

2.2

Titlu xokkanti pprovokat mill-waqfien tan-negozjati tal-kuntratt ta' konċessjoni. Fil-fatt ebda ftehim ma wera lilu nnifsu possibbli mal-konsorzju industrijali kandidat għal din il-konċessjoni. Jeżistu fil-fatt diverġenzi bażiċi dwar il-mudell ekonomiku tal-proġett.

2.3

Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tagħmel mod ieħor għajr li tinnota dan il-falliment, li rriżulta wara sensiela ta' dewmien fl-implimentazzjoni ta' Galileo, li jwassal għal ħtieġa ta' orjentazzjoni prinċipali mill-ġdid tal-proġett kemm fil-livell ekonomiku kif ukoll legali.

2.4

Inċidentalment il-Kunsill tal-Ministri għat-Trasport tat-22 ta' Marzu li għadda talab lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta s-sitwazzjoni u sabiex tipproponi kemm xenarji alternattivi ddettaljati għall-kuntratt ta' konċessjoni, kif ukoll xenarju ta' tqegħid għad-dispożizzjoni għal żmien qasir tas-sistema ta' navigazzjoni EGNOS, komplement reġjonali tal-GPS Amerikan, bħala prekursur ta' Galileo.

2.5

Il-Parlament Ewropew, filwaqt li afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-proġett Galileo, kien allarmat minħabba d-dewmien repettitiv fl-iżvilupp tal-proġett u kien talab lill-Kummissjoni sabiex tifformula proposti sabiex iġġib is-sitwazzjoni fuq saqajha.

2.6

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni twieġeb għal din it-talba doppja ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jieħdu d-deċiżjonijiet.

3.   Il-kontenut tal-Komunikazzjoni

3.1

L-ewwel punt importanti huwa li l-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jinnotaw il-falliment tan-negozjati attwali tal-kuntratt ta' konċessjoni u konsegwentement sabiex itemmuhom. Fil-verità, quddiem il-waqfien tan-negozjati, hija ftit li xejn għandha soluzzjoni oħra.

3.2

Madankollu hija titlob immedjatament lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għat-twaqqif ta' sistema ta' navigazzjoni bis-satellita indipendenti u sabiex jappoġġaw it-tkomplija tal-Programm Galileo. Għalhekk il-falliment attwali tan-negozjati tal-kuntrat ta' konċessjoni m'għandux ifisser l-abbandun ta' Galileo. Għall-kuntrarju l-Kummissjoni tixtieq li jiġu affermati mill-ġdid kemm il-karatteristika strateġika tal-proġett għall-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-importanza tiegħu fil-livell ekonomiku.

3.3

It-tkomplija tal-Programm Galileo għandha ssir, għall-Kummissjoni, fi skema identika għall-iskema attwali. Il-karatteristiċi tekniċi għandhom jibqgħu l-istess, jiġifieri kostellazzjoni ta' 30 satellita li joffru ħames servizzi differenti bi kwalità eċċellenti tas-sinjal.

3.4

Għalhekk m'għandhiex tkun kwistjoni li wieħed jaqa' għal proġett irħas ta' Galileo.

3.5

Il-Kummissjoni tipproponi żewġ xenarji alternattivi:

a.

Xenarju A): Fil-bidu, is-settur pubbliku jiffinanzja u jakkwista sistema operazzjonali bi prestazzjoni ristretta. Din l-infrastruttura ta' qofol hija magħmula minn 18-il satellita bis-segment ta' l-art assoċjat. Din tippermetti preċiżjoni fl-ippożizzjonar u kopertura ġeografika suffiċjenti sabiex jiġu offruti servizzi fis-suq, iżda mingħajr kapitalizzazzjoni fuq il-valur miżjud tekniku ta' Galileo.

It-12-il satellita li jkun baqa' għandhom ikunu f'idejn is-settur privat taħt l-iskema ta' konċessjoni.

b.

Xenarju B): Is-settur pubbliku jiffinanzja u jakkwista s-sistema operazzjonali bi prestazzjoni sħiħa. Din l-infrastruttura hija komposta minn 30 satellita bis-segment ta' l-art assoċjat. Din tippermetti l-forniment tas-servizzi Galileo kollha għall-utenti potenzjali kollha u toffri lill-konċessjonarju tal-futur kunfidenza sħiħa fil-qawwa tad-disinn. Il-partenarjat pubbliku-privat, b'forma ta' kuntratt ta' konċessjoni ta' servizz, għandu jkopri t-tħaddim, l-esplojtazzjoni tas-sistema u l-manutenzjoni tal-kostelazzjoni tat-30 satellita. L-iskjerament sħiħ għandu jintlaħaq sa tmiem l-2012 u l-kuntatt ta' konċessjoni għandu jkopri l-perijodu 2010-2030.

3.6

Il-Kummissjoni tirrakkomanda l-adozzjoni tat-tieni xenarju f'żewġ passi:

li tinbeda l-implimentazzjoni immedjata ta' l-EGNOS permezz ta' ftuħ ta' konċessjoni speċifika, bħala prekursur ta' Galileo, għall-2008. L-implimentazzjoni, wara l-iskjerament tal-konstellazzjoni Galileo sħiħa, għandha tkun effettiva sa tmiem l-2012;

b'mod parallel, in-negozjar u l-implimentazzjoni ta' partenarjat pubbliku-privat, li jkollu l-forma ta' konċessjoni, għall-fażi ta' sfruttament ta' l-EGNOS u l-Galileo minn 2010-2030.

3.7

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex jappoġġaw dawn iż-żewġprogrammi filwaqt li jaffirmaw ċertu numru ta' prinċipji:

is-sistema EGNOS tilħaq kapaċità operattiva mill-2008,

jiġi deċiż li l-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita jkunu definiti, miftiehma, immexxija u sorveljati fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea, fl-interess ta' l-Istati Membri kollha,

tiġi rikonoxxuta n-natura strateġika ta' Galileo,

tintgħażel l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju bħala l-aġent ta' l-akkwisti u l-awtorità tad-disinn, f'isem l-Unjoni Ewropea, taħt l-awtorità u r-regoli tagħha,

tiġi introdotta kompetizzjoni leali fil-programm, meta din hija possibbli,

tissaħħaħ u tiġi strutturata mill-ġdid it-tmexxija pubblika tal-programmi abbażi tar-responsabbiltà politika u t-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropea,

titqanqal il-fiduċja ta' l-investituri.

3.8

Programm ta' din ix-xorta jeħtieġlu l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi finanzjarji importanti sabiex jitħaddmu l-ammonti previsti fil-perspettivi finanzjarji għall-programm li qiegħed jiġi propost attwalment, iżda wkoll sabiex jiġi żgurat finanzjament addizzjonali.

3.9

Għall-perijodu finanzjarju 2007-2013, hemm bżonn li jkunu disponibbli EUR 2.4 biljun sabiex titwettaq l-iskeda attwali, waqt li jkun hemm il-bżonn ta' miżuri addizzjonali li l-għan tagħhom huwa li jitnaqqsu r-riskji. Jekk jiġi kkunsidrat l-akkwist ta' l-ewwel konstellazzjoni sħiħa (30 satellita), segwita b'PPP għall-fażi ta' implimentazzjoni minn 2010-2013, jeħtieġ li jiġu mmobilizzati EUR 3.4 biljun.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Huwa tajjeb li l-Kummissjoni nnotat il-waqfien tan-negozjati tal-kuntratti ta' konċessjoni fl-ambitu attwali, u rrakkomandat il-ħtieġa li dan jintemm. Pretenzjonijiet foloż ma kinux ħlief itawlu sitwazzjoni ta' inċertezza u kienu jkomplu jipposponu l-implimentazzjoni tal-programm.

4.2

Il-Kunsill ikkonkluda, dwar dan il-punt, bl-istess mod bħall-Kummissjoni u ddeċieda li jagħlaq in-negozjati sabiex ikun jista' jibda mill-ġdid fuq sisien ġodda. Huwa ta' sodisfazzjon għall-KESE li dan xtaq ukoll jafferma mill-ġdid l-istatut prijoritarju tal-Proġett Galileo.

4.3

Inċidentalment, studju reċenti mill-Ewrobarometru (Mejju/Ġunju 2007) dwar il-Programm Galileo, imqabbad mid-DĠ TREN, jindika li 80 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tappoġġja l-idea ta' sistema ta' navigazzjoni bis-satellita indipendenti u 63 % minn din il-popolazzjoni huma favur finanzjament komplementari sabiex il-proġett jintemm b'suċċess. Madankollu l-valutazzjoni ta' l-effetti ta' l-abbandun ta' Galileo fuq l-immaġni ta' l-Unjoni Ewropea hija diverġenti sew. 44 % tar-rispondenti jikkalkulaw li l-effett ikun ħażin u 41 % jikkalkulaw li dan ma jkollu l-ebda impatt.

4.4

Il-KESE huwa kuntent bl-appoġġ mill-Kunsill u mill-opinjoni pubblika għall-Proġett Galileo iżda jikkunsidra li l-abbandun tal-proġett ikollu effett diżastruż fuq l-immaġni ta' l-Unjoni Ewropea u fuq il-fiduċja li wieħed jista' jagħti lill-proġetti Ewropej. Dan ikun s-sinjal ta' l-inkapaċità ta' l-Unjoni Ewropea li ttemm b'suċċess fil-futur proġetti xjentifiċi u tekniċi, li jimmobilizzaw l-aħjar mill-fakultajiet tagħna ta' riċerka, ta' innovazzjoni, u ta' tekniċità li jiftħu opportunitajiet importanti ta' suq.

4.5

Madankollu, il-Komunikazzjoni tħalli xi mistoqsijiet mingħajr risposta. Tpoġġiet enfasi qawwija fuq is-sistema EGNOS u n-neċessità li din tiġi implimentatamill-aktar fis possibbli, iżda l-Kummissjoni ma tindirizzax il-mistoqsija dwar min ser iħaddem din is-sistema. Hija tillimita lilha nfisha billi tindika li dan ser isir bi ftuħ ta' konċessjoni, iżda ma ngħatat l-ebda indikazzjoni dwar il-forma tagħha u dwar l-imsieħba eventwali (intrapriżi, konsorzju ta' korpi jew kumpaniji responsabbli mill-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru? ...). Dan ser ikun operatur pubbliku jew privat? Liema ser ikunu l-proċeduri ta' implimentazzjoni u x'ser ikunu l-limiti taż-żmien?

4.6

Is-sistemi ta' żieda li jippermettu t-titjib tal-kwalità tas-servizz GPS huma reġjonali (apparti EGNOS, jeżisti wieħed fl-Amerika ta' Fuq, il-WAAS u ieħor fl-Indja). X'ser ikunu l-konnessjonijiet bejn dawn is-sistemi reġjonali u liema ftehimiet internazzjonali jeħtieġu?

4.7

Rigward id-diffikultajiet li kien hemm mal-konsorzju kandidat għall-konċessjoni Galileo, jeħtieġ li ssir attenzjoni sabiex ma jerġgħux jiġu ffaċċjati diffikultajiet simili fix-xenarji l-ġodda proposti. Fil-fatt id-direttivi nazzjonali sikwit kienu wara l-membri tal-konsorzju. Ħafna mill-kumpaniji kkonċernati jiddependu fil-fatt mill-akkwist pubbliku jew huma kumpaniji statali u jkun inġenwu li wieħed jemmen li dan ikun konsorzju “privat” tradizzjonali. Każ ta' din ix-xorta jista' jinħoloq fix-xenarji l-ġodda. F'din il-perspettiva trid tiġi organizzata kompetizzjoni reali b'mod strett.

4.8

Il-KESE jinstab kuntent li l-iskema ġenerali tal-proġett ma kinitx mibdula, speċjalment il-firxa ta' servizzi proposti. Il-proposta tal-Kummissjoni hija l-aktar waħda raġonevoli. Bidla fl-istruttura tal-proġett kienet twassal għal dewmien addizzjonali, żjieda fl-ispejjeż finanzjarji u teħid ta' riskji inutli.

4.9

Il-Kumitat jikkunsidra wkoll li l-Kummissjoni kellha raġun li tenfasizza li filwaqt li s-sistema tinżamm bħala sistema ċivili, dħul sinjifikanti jista' jiġi wkoll minn utenti militari. Konxju min-natura sensittiva ta' din il-kwistjoni, il-Kumitat jikkalkula li d-diskussjonijiet rigward din il-kwistjoni għandhom jitkomplew bejn l-Istati Membri. Huwa jikkunsidra li l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu b'mod ħieles li jużaw is-sistema governattiva ta' aċċess riżervat għall-użi militari difensivi jekk huma jkunu jixtiequ dan, u jużaw finanzjamenti adegwati.

4.10

Peress li l-kwistjoni tal-finanzjament tal-proġett hija essenzjali, il-KESE jistaqsi lilu nnifsu jekk għandhiex tiġi prevista taxxa baxxa ħafna fuq il-bejgħ tat-terminals sabiex din tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' Galileo.

4.11

Jekk il-KESE jappoġġa l-idea li l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju tkun l-aġent ta' l-akkwist u l-awtorità tad-disinn tal-proġett, huwa jenfasizza li dan m'għandux jissottometti l-Proġett Galileo għar-regola tar-ritorn ġust, anki jekk huwa perfettament konxju li l-ftehimiet bejn l-Istati fix-xenarju preċedenti kienu r-riżultati ta' bilanċi ekonomiċi sottili bejn l-Istati Membri. Huwa jenfasizza l-ħtieġa li ma jitpoġġiex f'periklu proġett li huwa kemm essenzjali kif ukoll emblematiku għall-Unjoni Ewropea, minħabba biża' relatata ma' riperkussjonijiet ekonomiċi tal-proġett għall-Istati Membri parteċipanti prinċipali. Huwa jfakkar li d-diffikultajiet li qiegħda tiffaċċja bħalissa l-EADS inħolqu minħabba din it-tip ta' biża'. Il-volontà ta' bilanċ ekonomiku bejn l-imsieħba hija leġittma iżda, jekk din twassal għall-paraliżi de facto jew għall-posponimenti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, tiġi ddubitata t-totalità ta' dan il-proġett Ewropew emblematiku, bid-dimensjonijiet industrijali u xjentifiċi tiegħu kif ukoll il-konsegwenzi finanzjarji tiegħu.

4.12

Fl-aħħarnett, il-KESE jissoponi li l-volontà tal-Kummissjoni li jiġu ppreżervati l-prinċipji ta' gvernanza Komunitarja wasslitha sabiex tkun insistenti fuq il-ħakma tagħha li jkollha kontroll politiku fuq il-proġett, forsi b'manjiera ftit li xejn diplomatika u li tissottostima r-rwol importanti li għandha l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/76


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir- “Rapport ta' Progress Biennali dwar l-Istrateġija ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli”

(2007/C 256/15)

Nhar il-11 ta' Diċembru 2006, f'ittra lis-Sur Dimitriadis, il-Kummissjoni Ewropea, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni dwar: Rapport ta' Progress Biennali dwar l-Istrateġija ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (l-Osservatorju ta' l-Iżvilupp Sostenibbli), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Ribbe.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat adotta din l-opinjoni b' 70 vot favur, 21 vot kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Sommarju tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

1.1

Il-Kumitat jilqa' l-impuls qawwi li tat lid-dibattitu l-istrateġija “mġedda” għall-iżvilupp sostenibbli adottata waqt is-Summit ta' l-Unjoni Ewropja f'Ġunju 2006. L-obbligu li jsir rapport ta' progress biennali għandu jikkontribwixxi b'mod partikolari sabiex dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà jkunu informati aħjar fir-rigward ta' l-iżviluppi pożittivi u ta' fejn jinsabu l-problemi ta' l-implimentazzjoni.

1.2

Fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sostenibbiltà, il-KESE, essenzjalment, dejjem laqa' favorevolment id-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew, iżda qajjem ukoll mistoqsijiet kritiċi u ħejja proposti, xi kultant b'reqqa kbira, li ħafna drabi ma ġewx ikkunsidrati mill-istituzzjonijiet. Din id-darba wkoll, il-KESE jinnota b'dispjaċir li l-objettivi tal-biċċa l-kbira tas-setturi rikonoxxuti bħala prijoritarji huma fformulati b'mod impreċiż wisq u partikolarment li l-istrateġija l-ġdida għadha vaga fir-rigward ta' l-istrumenti.

1.3

Il-KESE japprova b'mod partikolari l-objettivi ewlenin u l-prinċipji gwida ta' politika ta' l-istrateġija l-ġdida u jappella sabiex il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jeħduhom bis-serjetà u jikkunsidrawhom bis-sħiħ.

1.4

Il-Kumitat jittama li l-ewwel rapport ta' progress, li għandu jiġi ppubblikat f'Settembru 2007, ser jipprovdi tagħrif, fost affarijiet oħrajn, dwar:

liema strumenti ser tuża l-Kummissjoni “għall-promozzjoni tat-trasparenza tas-suq u prezzijiiet li jirriflettu l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali reali ta' prodotti u servizzi (li l-prezzijiet ikunu tajba)”,

kif tista' tiġi implimentata t-talba tal-Kunsill Ewropew li “(l-Istati Membri) jikkunsidraw passi addizzjonali sabiex it-tassazzjoni titmexxa minn fuq ix-xogħol għal fuq il-konsum ta' riżorsi u enerġija u/jew tniġġis, biex jikkontribwixxu lejn il-miri ta' l-UE ta' żieda fl-impjiegi u tnaqqis ta' impatti ambjentali negattivi b'mod li huwa effettiv f'termini ta' spiża”,

liema skadenza speċifika l-Kummissjoni tat lilha nnifisha għall-implimentazzjoni ta' l-objettiv tal-Kunsill li jikkonsisti fit-tneħħija progressiva tas-sussidji li għandhom effetti negattivi fuq l-ambjent, u jekk tistax tiġi kkunsidrata l-idea tal-KESE li mill-inqas parti minn dawn il-fondi jiġu trasferiti għal “Fond ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli”,

kif il-Kummissjoni bi ħsiebha tevita fil-ġejjieni l-kontradizzjonijiet ċari li dejjem jitfaċċaw bejn il-ħtiġijiet u r-realtà fil-qasam tal-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli, pereżempju fis-settur tat-trasport (punti 4.15 u 4.16), u

x'tip ta' attitudni għandha tiġi adottata fir-rigward ta' l-Istati Membri li ma ppreżentaw l-ebda strateġija nazzjonali adegwata għall-iżvilupp sostenibbli.

1.5

Il-Kumitat jifhem li s-setturi tal-klima u l-enerġija għandhom jingħataw importanza speċjali minħabba l-fatt li l-effetti fuq il-klima qegħdin jaggravaw konsiderevolment. Madankollu, il-KESE jemmen li:

din hija ħaġa tajba iżda m'għandhiex twassal sabiex elementi ewlenin oħra ta' l- istrateġija jiġu ttraskurati,

minkejja l-urġenza ta' azzjoni politika, id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu b'konformità mal-“prinċipji gwida ta' politika” stabbiliti fl-istrateġija mġedda; jiġifieri bil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-imsieħba soċjali, billi jintuża l-aqwa għarfien disponibbli, eċċ. Id-deċiżjoni meħuda fil-qafas tal-“Pakkett ta' l-Enerġija” li fil-ġejjieni 10 % — minflok il-5.75 % tad-deċiżjoni preċedenti — tar-riżorsi naturali Ewropej jiġu prodotti mill-bijomassa, ma timxix ma' dawn il-prinċipji. Il-KESE jikkunsidra li hemm problemi potenzjali kbar f'dan il-qasam, u għalhekk ser jindirizzahom f'opinjoni separata dwar ir-rapport ta' progress tal-Kummissjoni (1).

2.   Elementi ewlenin u kuntest ta' l-opinjoni

2.1

Fl-2001 il-Kunsill Ewropew ta' Göteborg adotta l-“Istrateġija ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli”. F'Diċembru 2005 l-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill titulata “Reviżjoni ta' l-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli — Pjattaforma għall-Azzjoni” (2) li tiddefinixxi l-“azzjonijiet addizzjonali konkreti għas-snin li ġejjin”.

2.2

F'dawn l-aħħar snin, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta ħafna opinjonijiet li jitrattaw l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli. F'kull opinjoni, il-Kumitat enfasizza l-importanza enormi ta' l-żvilupp sostenibbli għas-soċjetà tagħna. Il-Kumitat dejjem appoġġja l-prinċipji ta' l-inizjattivi tal-Kummissjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew, li jsostni li l-iżvilupp sostenibbli jikkostitwixxi l-istrateġija ewlenija ta' l-Unjoni u li l-objettivi tagħha għandhom jispiraw lill-Istrateġija ta' Lisbona.

2.3

Min-naħa l-oħra, fl-opinjonijiet tiegħu dwar dan is-suġġett, il-KESE ta' spiss ifformula kritiki u ressaq mistoqsijiet kostruttivi, li f'ċerti każijiet baqgħu mingħajr risposta mingħand il-Kummissjoni u l-Kunsill.

2.4

Fl-aħħar opinjoni tiegħu dwar dan is-suġġett, il-KESE indirizza l-komunikazzjoni ta' Diċembru 2005 tal-Kummissjoni. Il-Kumitat ikkritika li fi pjan ta' azzjoni li hija ddeskriviet bħala “ambizzjuż”, il-Kummissjoni ma mxiet la mar-rakkomandazzjoni mfassla mill-Kumitat f'April 2004 u lanqas mal-wegħda tagħha stess ta' Ġunju 2005. Fil-fatt, bil-kontra ta' dak li kienet iddikjarat, ma semmiet l-ebda objettiv ċar fil-qafas ta' l-istrateġija tagħha għall-iżvilupp sostenibbli.

2.4.1

F'dik l-Opinjoni, il-KESE kien fakkarha li strateġija tiddeskrivi t-triq li għandha tittieħed sabiex jintlaħqu l-objettivi. Mingħajr objettivi konkreti bil-fors li jinqalgħu l-problemi meta wieħed jiġi biex jagħżel l-istrumenti għall-implimentazzjoni. Għaliex jekk wieħed ma jafx eżatt fejn sejjer, huwa impossibbli li jifhem kif għandu jasal hemm. Fil-fehma tal-KESE, il-Komunikazzjoni ħalliet iktar mistoqsijiet pendenti milli tat risposti u orjentazzjoni.

2.4.2

Iżda meta wieħed la jagħti objettivi u lanqas strumenti lill-poplu u lill-imsieħba soċjali, fi kliem ieħor jekk ma jkunx ċar “eżattament x'inhu l-iżvilupp sostenibbli u kif l-iżvilupp futur għandu jkun differenti mill-kondizzjonijiet ta' ħajja attwali, … (ser jinbtu) biżgħat u resistenza fis-setturi li għandhom l-iktar ċans li jkunu milquta,” kiteb il-KESE fl-opinjoni tiegħu ta' l-2004 (3). B'xorti ħażina, il-KESE huwa obbligat li jinnota li f'dawn l-aħħar tliet snin is-sitwazzjoni ftit li xejn iċċarat, u dan żgur li huwa ta' ħsara għall-kredibbiltà tal-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli.

2.5

Huwa probabbli li l-Presidenza Awstrijakka li kienet fis-seħħ fl-ewwel perjodu ta' sitt xhur kienet ta' din il-fehma wkoll. Din ftit jew wisq warrbet il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2005 u fasslet dokument ġdid li ġie adottat mill-kapijiet ta' Stat u ta' Gvern waqt is-Summit ta' Ġunju 2006. Dan id-dokument issejjaħ “l-istrateġija mġedda” (4).

2.6

F'din l-istrateġija mġedda l-KESE ngħata rwol importanti minħabba l-impenn li dejjem wera f'dan il-qasam. Skond il-punt 39, il-KESE għandu “jkollu rwol attiv fil-ħolqien ta' appartenenza inter alia billi jaġixxi bħala katalista biex jistimola d-dibattitu fuq il-livell ta' l-UE” u billi “jħejji kontribut għar-rapport ta' progress biennali tal-Kummissjoni”.

2.7

F'din l-opinjoni l-KESE jixtieq jerfa' din ir-responsabbiltà u jissodisfa din ix-xewqa. Ser jibda billi jifformula xi kummenti ġenerali dwar l-istrateġija “mġedda” (punt 3). Wara ser jeżamina fil-qosor is-suġġetti indirizzati f'din l-istrateġija mġedda (punt 4) u fl-aħħar ser jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ċerti elementi tar-rapport ta' progress li ser jiġi ppreżentat f'Settembru 2007 (punt 5).

3.   Kummenti ġenerali dwar l-istrateġija mġedda

3.1

Meta l-iktar istituzzjoni politika importanti ta' l-UE teżamina u temenda l-politika tagħha, kif għamel il-Kunsill Ewropew għall-“Istrateġija ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli”, is-soċjetà ċivili tistenna li d-dokument jispeċifika wkoll:

għaliex din ir-reviżjoni kienet neċessarja,

x'kien ir-riżultat ta' din l-analisi tan-nuqqasijiet, jiġifieri fejn instabu l-problemi,

konkretament x'għandu jinbidel fil-ġejjieni u liema setturi m'għandhomx jiġu indirizzati iktar jew għandhom jiġu ttrattati mod ieħor, u liema setturi għandhom jiżdiedu u għaliex, u

kif jista' jintlaħaq, pereżempju, l-objettiv neċessarju ta' l-integrazzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli fil-ħidma tad-Direttorati Ġenerali kollha.

3.2

Iżda sfortunatament, huwa inutli li wieħed ifittex ħjiel jew riżultat ta' studju ta' din ix-xorta fid-dokument. Il-Kummissjoni ppreżentat sempliċement strateġija “mġedda”.

3.3

Ibbażata fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, l-istrateġija ta' Göteborg iffoka fuq erba' suġġetti prinċipali:

il-bidla fil-klima,

it-trasport,

is-saħħa pubblika, u

r-riżorsi naturali.

3.4

Dak iż-żmien, il-Kummissjoni kienet ipproponiet żewġ suġġetti addizzjonali fid-dokument tagħha: “il-ġlieda kontra l-faqar” u “t-tixjiħ tal-popolazzjoni” iżda dawn, mingħajr spjegazzjoni min-naħa tal-Kunsill, ma ġewx inklużi fl-Istrateġija ta' Göteborg. Il-Kumitat ikkritika dan in-nuqqas fl-opinjoni tiegħu ta' April 2004 (5) u sostna li kien qiegħed jingħata sinjal inadegwat. Barra minn hekk, il-Kumitat ikkritika wkoll il-fatt li l-istrateġija ma nġabritx f'dokument uniku li seta' jitqassam faċilment bil-għan li jiġbed l-attenzjoni ta' l-opinjoni pubblika, u li d-dimensjoni esterna ta' l-iżvilupp sostenibbli ġiet indirizzata f'qafas separat li wassal għal dokument ieħor.

3.5

L-istrateġija mġedda tiddeskrivi seba' sfidi ewlenin u għal kull waħda ssemmi l-objettivi operattivi u l-miżuri korrispondenti. Is-suġġetti kkonċernati huma:

il-bidla fil-klima u l-enerġija nadifa,

it-trasport sostenibbli,

il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli,

il-ħarsien u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali,

is-saħħa,

l-inklużjoni soċjali, id-demografija u l-migrazzjoni, u

l-isfidi dinjin marbutin mal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli.

3.6

Meta nqabblu l-istrateġija oriġinali mal-ġdida, naraw li l-istrateġija mġedda ma timplikax bidla kbira fil-prijoritajiet. Din sempliċement tikkompleta s-suġġetti mnissla fl-Istrateġija ta' Göteborg billi żżid il-prijoritajiet identifikati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2001 (“il-ġlieda kontra l-faqar” u “t-tixjiħ tal-popolazzjoni”) kif ukoll “il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli”.

3.7

Il-KESE jifhem dan kollu, billi kemm il-kwistjonijiet li ġew aċċettati kif ukoll dawk li ġew irrifjutati ma ġewx solvuti u li huwa importanti ħafna li jkunu s-suġġett ta' politika b'saħħitha. Madankollu, fuq l-isfond tal-miżuri ta' politika insodisfaċenti li ttieħdu s'issa, huwa interessanti li wieħed jeżamina d-differenzi li hemm bejn l-istrateġija l-ġdida u l-qadima u kif jistgħu jiġu evalwati s-suċċessi ta' din ta' l-aħħar. Huwa importanti li dan isir sabiex tiġi evitata l-kritika li t-tfassil kontinwu ta' dokumenti ġodda qiegħed joħloq il-konfużjoni fejn suppost qiegħed jikkontribwixxi għat-tisħiħ politiku ta' proċess neċessarju. Il-KESE kemm-il darba stqarr li l-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli ma tiddependix mill-ammont ta' dokumenti prodotti mill-amminnistrazzjoni u l-politiċi iżda pjuttost mill-miżuri konkreti u effettivi adottati.

3.8

Din l-istrateġija ġdida hija bbażata fuq prinċipji eċċellenti favur l-iżvilupp sostenibbli, li għandhom iwasslu għal lista ta' objettivi u miżuri għal kull wieħed mis-seba' setturi prijoritarji magħżula; tinkludi wkoll miżuri marbutin ma' suġġetti transversali u l-iżvilupp ta' proċess għall-implimentazzjoni u l-kontroll tal-progress miksub. F'dan ir-rigward, l-istrateġija l-ġdida tirrappreżenta bla dubju ta' xejn titjib ta' l-istrateġiji preċedenti.

3.9

Konklużjonijiet inizjali jissuġġerixxu li l-partijiet ta' l-istrateġija li għandhom x'jaqsmu mal-bidla fil-klima qegħdin jiġu ttrattati. Din hija ħaġa tajba iżda m'għandhiex twassal sabiex elementi ewlenin oħra ta' l-istrateġija jiġu ttraskurati. Ir-reviżjoni attwali ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija hija opportunità tajba sabiex tiġi eżaminata din il-kwistjoni u sabiex wieħed jipprova jagħti iktar importanza u impuls lill-elementi ewlenin kollha ta' l-istrateġija. Għal darb' oħra, il-Kumitat jixtieq jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli huwa approċċ integranti globali u mhux lista ta' għażliet jew menu minn fejn wieħed jista' jagħżel dak li jixtieq. L-objettivi u l-linji gwida dwar il-bidla fil-klima huma ċari, preċiżi u urġenti biżżejjed sabiex iwasslu għal azzjonijiet konkreti. Iżda l-biċċa l-kbira tas-suġġetti ta' l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli għadhom vagi u indeterminati fiż-żmien wisq sabiex jagħtu lok għal bidliet sinifikattivi.

3.10

Objettiv ta' l-istrateġija: is-seba' suġġetti ta' l-istrateġija l-ġdida jirrappreżentaw progress meta mqabbla ma' l-erba' suġġetti tal-verżjoni preċedenti. Iżda ċerti setturi importanti għadhom m'humiex qegħdin jirċievu l-attenzjoni li jistħoqqilhom. Fl-opinjoni esploratorja tiegħu ta' April 2004 il-KESE (6) kien diġà rrakkomanda li jkun hemm kapitolu separat dwar l-agrikoltura. Il-Kumitat jisħaq din ir-rakkomandazzjoni fuq il-bażi tad-dubji serji li diġà esprima kemm-il darba fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi implimentata l-agrikoltura sostenibbli hekk kif inhi rrakkomandata mill-“mudell Ewropew tal-biedja” fuq l-isfond tal-kundizzjonijiet msawra mis-suq globalizzat. Il-Kumitat huwa xettiku fir-rigward tad-direzzjoni li qiegħda tieħu l-Politika Agrikola Komuni (PAK), b'mod partikolari minħabba l-fatt li, għall-perijodu 2007-2013, il-kapijiet ta' Stat u ta' Gvern naqqsu konsiderevolment il-fondi disponibbli għat-tieni pilastru tal-PAK, li huwa importanti ħafna għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura sostenibbli. Il-KESE kkritika dan ħafna drabi u jistaqsi lilu nnifsu kif din id-deċiżjoni torbot ma' politika għall-iżvilupp sostenibbli. L-inklużjoni tas-suġġett “agrikoltura” fl-istrateġija l-ġdida taħt il-punt “riżorsi naturali” m'hijiex ser issolvi l-problema.

3.11

Il-mistoqsija dwar jekk il-politika agrikola Ewropea mfassla skond il-ħtiġijiet ta' swieq dinjin, miftuħin tistax tkun sostenibbli, awtomatikament tirriżulta f'mistoqsija ġenerali dwar ir-regoli li japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ fuq livell dinji. Id-WTO hija bbażata fuq ftehimiet li għandhom l-objettiv li jippromovu l-kummerċ dinji ħieles. Iżda, kif kemm-il darba wera l-KESE, kummerċ ħieles u liberalizzat ma jfissirx awtomatikament kummerċ sostenibbli. B'xorti ħażina, l-istrateġija l-ġdida ma tispeċifika bl-ebda mod kif il-kummerċ ħieles jista' jinbidel f'kummerċ li jkun kumpatibbli mal-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli. Dan huwa nuqqas kbir. Għal darb'oħra l-KESE huwa obbligat li jinnota li l-awtoritajiet ta' l-UE s'issa għadhom ma weġbux il-mistoqsija li ressaq diġà tliet snin ilu (7), anke jekk jinnota bi pjaċir li l-UE f'dawn l-aħħar snin tħabbtet ħafna sabiex tinnegozja mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Bank Dinji fir-rigward tar-regoli l-ġodda tal-kummerċ globalizzat.

3.11.1

Id-dimensjoni dinjija hija naturalment importanti ħafna għall-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli, billi huwa evidenti li l-ekonomija Ewropea hija wkoll milquta mill-iżviluppi li jsiru barra mill-isfera ekonomika tagħha. Għalhekk, kwalunkwe strateġija ta' l-EU għandha tkun konsistenti ma' l-approċċ dinji għall-iżvilupp sostenibbli u tagħti l-kontibuzzjoni tagħha lejh. Dan jidher fl-istrateġija mġedda fejn hemm referenza għall-appoġġ ta' l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, il-Protokoll ta' Kjoto, il-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) u inizjattivi dinjin oħrajn. L-istrateġija tagħraf ukoll il-bżonn li l-“globalizzazzjoni tkun orjentata lejn l-iżvilupp sostenibbli”. Tinnota wkoll li l-Kummissjoni qiegħda tfassal Pjan ta' Azzjoni għall-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli fl-2007 iżda l-KESE jemmen li hemm bżonn ta' analisi ħafna iktar iddettaljata sabiex l-istrateġija tkun tista' tindirizza l-inugwaljanzi marbutin mal-globalizzazzjoni. Ix-“xewqa għat-tkabbir” tal-pajjiżi li reċentement qabdu t-triq ta' l-industrijalizzazzjoni, li bir-raġun qegħdin ifittxu standards ta' għajxien iktar għoljin, kważi biż-żgur ser ikollha effett katastrofiku fuq ir-riżorsi u s-sistemi dinjin. Għalhekk, l-istrateġija hija l-post fejn għandhom jiġu indirizzati l-limiti tal-“piż li kapaċi terfa'” d-dinja, li diġà tinsab taħt pressjoni kbira wara 200 sena ta' industrijalizzazzjoni mqassma b'mod inugwali.

3.11.2

Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tfassal komunikazzjoni dwar l-approċċi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi dinjin komuni. Tali komunikazzjoni għandha tiffoka fuq sistema fuq perijodu fit-tul immirata lejn l-istabbilizzazzjoni fuq livell “sigur” tal-konċentramenti ta' gassijiet b'effet ta' serra (GHG) billi l-baġit għall-iskambju ta' l-emissjonijiet globali jinqasam b'mod internazzjonali. Fl-aħħar ta' perijodu magħżul minn qabel, li waqtu l-emissjonijiet per capita għandhom jikkonverġu, id-drittijiet ikunu ndaqs. Dan l-approċċ, li diġà qiegħed jiġi diskuss ħafna u li huwa magħruf bħala “Kontrazzjoni u Konverġenza” jista' jikkunsidra l-implikazzjonijiet tat-tkabbir tal-popolazzjoni, il-kapaċità industrijali, il-globalizzazzjoni u t-talbiet għal allokazzjoni mġedda, ugwali u prattika ta' l-atmosfera planetarja bħala riżorsa komuni.

3.12

Ċarezza ta' l-objettivi: l-iżvilupp sostenibbli ġie aċċettat bħala objettiv globali tas-soċjetà. Iżda sabiex l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli tkun tista' tagħti impuls serju, għandha twassal għal objettivi u linji gwida konkreti u kwantifikabbli, ibbażati fuq analisi dettaljata. Huwa minnu li l-istrateġija l-ġdida tinkludi numru kbir ta' objettivi u miżuri, iżda ma tassoċjahomx ma' analisi kwantitattiva ta' tagħrif u tendenzi u lanqas ma' analisi kwalitattiva ta' kwistjonijiet u problemi. Għalhekk, ħafna drabi m'huwiex ċar għaliex intgħażlu ċerti objettivi u miżuri, kif għandhom jiġu evalwati l-progressi għall-implimentazzjoni tagħhom u sa liema punt jistgħu jwasslu għal sostenibbiltà ġenerali. Ir-reviżjoni attwali għandha toffri l-opportunità li jittejbu u jiġu ċċarati dawn il-punti kollha, sabiex fil-ġejjieni l-progress jkun jista' jiġi evalwat b'mod iktar sistematiku.

3.13

Wara dawn il-kummenti kritiċi kollha, il-KESE jixtieq ukoll jindika ċerti aspetti pożittivi. L-istrateġija mġedda, meta mqabbla mal-Pjattaforma għall-Azzjoni tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2005, tippreżenta numru ikbar ta' objettivi konkreti, pereżempju fir-rigward tal-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet b'effetti negattivi fuq il-klima jew ta' l-effiċjenza enerġetika. B'mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 speċifikament dwar il-klima u sa ċertu punt dwar l-effiċjenza enerġetika, jiċċaraw ċerti objettivi.

3.14

Strumenti għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija: l-istrateġija mġedda (bħall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007) għadha impreċiża wisq fir-rigward ta' l-istrumenti li għandhom jintużaw sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi iktar konkreti u fir-rigward ta' l-“istrateġija” li għandha tiġi adottata. Madankollu, huwa interessanti li wieħed jinnota li, mill-inqas bejn il-linji, hemm ħjiel ta' l-istrumenti potenzjali. Fil-fehma tal-KESE dawn jibqgħu impreċiżi wisq u għalhekk ir-rapport ta' progress jista' u għandu jintuża sabiex jagħmel dikjarazzjonijiet konkreti u b'hekk isawwar appoġġ u linji gwida f'dan ir-rigward (ara punt 5).

4.   Kummenti speċifiċi dwar l-istrateġija mġedda

4.1

L-istrateġija riveduta tenfasizza li d-dinamika tal-proċess ta' l-Istrateġija ta' Lisbona għandha tiġi inkluża fl-objettivi l-iktar vasti ta' l-iżvilupp sostenibbli. Madankollu, hija ma tipprovdi l-ebda analisi serja dwar kif jistgħu jiġu mmodifikati l-mudelli tat-tkabbir u l-iżvilupp dinji sabiex id-dinja ta' għada tkun iktar sostenibbli. Il-konsegwenzi ta' l-iżviluppi qegħdin isiru dejjem iktar ovvji. Qegħdin jidhru b'mod ċar ħafna fil-konsegwenzi fatali tal-bidla fil-klima, iżda wkoll fit-tnaqqis kontinwu tal-bijodiversità fuq livell globali, fil-firda dejjem ikbar bejn is-sinjuri u l-foqra, fl-għajbien previdibbli tal-materja prima, eċċ. analisi

4.2

Il-konsegwenzi ser ikollhom effetti ekonomiċi drammatiċi. F'ċerti reġjuni hemm ir-riskju li l-bażi ekonomika ser tisfaxxa kompletament. Fl-Iżvizzera, pereżempju, il-banek m'għadhomx isellfu lill-investituri li jixtiequ jinvestu f'infrastruttura ta' sport tax-xitwa f'każ li din tinsab taħt l-1,500m 'il fuq mil-livell tal-baħar. Jekk is-sħana u n-nixfa jkomplu jikbru, ser tikber ukoll l-inċertezza tal-ġejjieni ta' l-agrikoltura u tat-turiżmu fil-Mediterran.

4.3

Il-“fondi pubbliċi li l-UE tuża għall-ħarsien tax-xatt kontra l-erożjoni u ż-żieda fil-livell tal-baħar huma stmati għal bejn wieħed u ieħor 3.2 biljun euro, kontra 2,5 biljun euro fl-1986. Skond l-istudji li saru, l-ispejjeż mġarrba minħabba l-erożjoni tax-xatt bejn l-1990 u l-2020 ser jilħqu medja ta' 5.4 billjun euro fis-sena.” Iżda din iċ-ċifra tant għolja ser tikkontribwixxi sabiex tiġi evitatata jew tittaffa parti biss mill-konsegwenzi negattivi ta' l-erożjoni tax-xatt.

4.4

Is-sitwazzjoni hija gravi ħafna. Qegħdin ngħixu f'sistema ekonomika li, mill-perspettiva makroekonomika, tikkunsidra bħala pożittivi l-ispejjeż marbutin mal-mard u t-tniġġis ambjentali, per eżempju l-biljuni li ntefqu minħabba t-tempesta Kyrill fil-bidu ta' l-2007, minħabba l-fatt li jikkontribwixxu għal tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku (PGD). Il-KESE jilqa' l-fatt li permezz ta' l-istrateġija mġedda tiegħu, il-Kunsill qiegħed sa fl-aħħar — anke jekk b'mod marġinali — jindirizza din il-kontradizzjoni b'mod iktar dirett. Il-Kunsill Ewropew għandu r-raġun kollu meta, f'punt 20 ta' l-istrateġija mġedda tiegħu, jitlob li “is-sistema prinċipali ta' kontabilità tad-dħul nazzjonali tista' tiġi estiża billi inter alia jiġu integrati kunċetti ta' sitwazzjoni attwali u flussi (stock and flow) u … permezz ta' kontijiet satellita, per eżempju nfiq ambjentali u flussi materjali.

4.5

F'dan il-kuntest, il-KESE jfakkar fid-dikjarazzjonijiet tiegħu ta' l-2004, u jikkunsidra li huwa xieraq li fil-qafas ta' l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli, jiġu diskussi l-kwistjonijiet li s'issa ġew ikkunsidrati bħala tabù. Waħda minn dawn tikkonċerna l-fatt li t-tkabbir ekonomiku jkun dejjem ikkunsidrat bħala objettiv u aspett prinċipali tal-politiki kollha (8). Hawn il-Kumitat enfasizza li m'huwiex neċessarju li wieħed jiffoka fuq tkabbir kwantitattiv; hemm bżonn ta' viżjoni ġdida tat-tkabbir li tagħti prijorità lill-objettivi orjentati lejn l-iżvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jużaw ir-rapport ta' progress mħabbar sabiex:

jiġi ddeterminat hemmx inkompatibilità — s'issa mhux rikonoxxuta jew iddikjarata — bejn l-iżvilupp sostenibbli u l-Istrateġija ta' Lisbona, b'mod partikolari fejn jidħol l-użu tal-Prodott Gross Domestiku bħala indikatur tal-benesseri soċjali u l-prosperità ekonomika, u

jiġi speċifikat x'għandhom ikunu l-karatteristiċi ta' “indikatur ta' benesseri” ġdid li jkun iktar kumpatibbli mal-prinċipji tas-sostenibbiltà.

4.6

Ħafna eżempji juru li l-progress fl-oqsma ta' l-ekonomija u tal-politika ambjentali m'għandux għalfejn dejjem iwassal għal tkabbir fil-PGD, iżda li jista' joħloq ix-xogħol u jnaqqas il-piż fuq l-ambjent. L-użu ta' lampi li jikkunsmaw inqas enerġija minflok bozoz normali li huma inqas effiċjenti inaqqas i—konsum ta' l-elettriku u anke meta wieħed iqis l-investiment, għandu jkun hemm tnaqqis fil-PGD. Madankollu, il-KESE jixtieq jara “żvilupp” ikbar f'dan il-qasam, kif ukoll fl-oqsma ta' l-iżolazzjoni tal-bini, il-muturi tal-vetturi li jikkunsmaw inqas karburant, l-apparati effiċjenti fil-konsum ta' l-enerġija, eċċ.

4.7

Il-Kumitat għaldaqstant jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tanalizza alternattivi għall-użu tal-Prodott Gross Domestiku bħala indikatur tal-benesseri u jtenni l-interess kbir tiegħu għal din il-ħidma.

4.8

Kif il-KESE diġà enfasizza kemm-il darba, l-iżvilupp sostenibbli għandu prezz. Il-KESE enfasizza ħafna wkoll li, irridu u ma rridux, hemm bżonn li ssir bidla strutturali sostanzjali fil-livell makro-ekonomiku. Għandu jkun id-dmir tal-politiċi li bil-mod il-mod iniedu din il-bidla neċessarja, sabiex tiġi evitata bidla radikali żżejjed u sabiex jittaffew il-konsegwenzi negattivi.

4.9

Fir-rigward tar-responsabbiltà għas-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, il-Kumitat jinnota, b'ħarsa lejn il-livell mikro-ekonomiku, li l-politiċi m'humiex l-uniċi li għandhom id-dmir li jimplimentaw il-kundizzjonijiet adegwati. L-industrija u ċ-ċittadini individwali għandhom jagħtu sehemhom ukoll. Il-Kummissjoni, bir-raġun, ilha s-snin tiġbed l-attenzjoni lejn ir-responsabbiltà soċjali ta' l-intrapriżi; fil-kuntest tad-djalogu soċjali, din ir-responsabbiltà għandha aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

4.10

Il-Kunsill Ewropew jiġbed l-attenzjoni (9) lejn il-fatt li l-istrateġija l-ġdida tiegħu “tifforma l-qafas globali li fih … objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali jistgħu jirrinfurzaw lil xulxin.” Barra minn hekk, il-Kunsill huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet ta' politika kollha ta' l-UE għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni objettiva tad-dimensjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' l-iżvilupp sostenibbli u “jieħdu kont tad-dimensjoni esterna ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ispejjeż ta' nuqqas ta' azzjoni”. Iżda malli d-diskors jaqleb għal fuq il-fondi, l-istrateġija l-ġdida ma tibqax is-suġġett tad-djalogu soċjali iżda pjuttost tad-djalogu inter-istituzzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq naħa u l-“industrija” fuq in-naħa l-oħra, sabiex jiġu ddeterminati l-objettivi operattivi tal-prodotti u l-proċessi.

4.11

Il-KESE jenfasizza l-importanza kbira li jsir dibattitu wiesa' bejn l-atturi soċjali kollha dwar il-kwistjoni tal-miżuri ta' politika, u li jiġu dejjem ikkunsidrati b'mod serju l-“objettivi ewlenin” u l-“prinċipji gwida” msemmija fl-istrateġija mġedda. Dan huwa l-uniku mod kif jistgħu jiġu evitati żviluppi negattivi potenzjali u kif tista' tintlaħaq l-aċċettazzjoni fuq skala kbira tas-soċjetà sabiex is-sostenibbiltà ssir prinċipju politiku konkret.

4.11.1

Eżempju ta' kif dan m'għandux isir f'termini tal-proċeduri użati, huma d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-inklużjoni ta' 10 % — minflok il-5.75 % tad-deċiżjoni preċedenti — ta' bijokarburanti fil-pakkett ta' l-enerġija. Il-KESE jappoġġja l-objettiv tal-Kunsill li sa l-2020 l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b'20 jew bi 30 % (skond l-impenn meħud mill-imsieħba mhux Ewropej) u japprova wkoll l-objettiv iktar vast (tnaqqis ta' 60 % sa 80 % sa l-2050). L-inklużjoni tal-bijokarburanti m'għandhiex tkun sempliċement mezz li jikkontribwixxi sabiex jintlaħaq dan l-objettiv; għandha wkoll taqdi l-prinċipji gwida l-oħra.

4.11.2

Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat il-bilanċ ta' l-enerġija, tan-natura u ta' l-ambjent kif ukoll l-effetti eventwali tal-kompetizzjoni għall-użu ta' l-art (fuq il-livelli nazzjonali u globali). Il-multiplikazzjoni attwali tad-dibattiti, pereżempju dwar l-użu estrem ta' l-enerġiji fossili fil-produzzjoni tal-bijokarburanti li suppost huma nieqsa mis-CO2,  (10) dwar ir-rilevanza tagħhom għall-klima (11) jew l-effetti fuq il-produzzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel (12) turi li għadhom ma tweġbux il-mistoqsijiet kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli. Il-KESE ser jiddedika opinjoni separata lil din il-kwistjoni tant importanti.

4.12

Il-Kumitat jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-preżentazzjoni tar-rapport Stern introduċiet fid-dibattitu l-effetti ekonomiċi, politiċi u finanzjarji tas-sostenibbiltà. Skond ir-rapport Stern, jeħtieġ 1 % tal-PGD “biss” sabiex pereżempju jiġu evitati l-agħar konsegwenzi tal-bidla fil-klima; studju ppreżentat mill-intrapriża Vattenfall waqt il-forum dwar l-ekonomija dinjija ta' Davos, jistma li l-ispejjeż jistgħu jkunu anke “iktar baxxi”. Anke jekk 1 % tal-PGD, meta espress f'somma konkreta ta' flus, jidher li huwa kontribuzzjoni enormi, dan għandu jiġi mqabbel ma' oqsma ta' politika oħrajn, li jqumu ħafna flus ukoll. L-implimentazzjoni tal-proġetti TINA (13) fis-settur tat-trasport teħtieġ pereżempju investiment annwali ta' madwar 1.5 % tal-PGD minn hawn sa l-2015, u dan unikament għar-rotot tat-trasport; ċifra ogħla minn dik li kkalkula Stern sabiex jittaffew l-effetti tal-bidla fil-klima.

4.13

Iżda kif diġà spjegajna, m'hijiex biss kwistjoni ta' flus, iżda wkoll ta' bidliet strutturali. L-istrateġija mġedda tirrakkomanda, pereżempju, “separazzjoni bejn it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-impatti ambjentali.” Il-KESE jilqa' din ir-rakkomandazzjoni. Dan ifisser ukoll li għandha titnaqqas bil-kbir l-hekk imsejħa produzzjoni “just in time”, li l-intrapriżi jużaw sabiex jiffrankaw l-ispejjeż tal-ħażna tal-prodotti u li biha t-trakkijiet jew il-ferroviji tal-merkanzija jinbidlu f'maħżen ambulanti.

4.14

B'xorti ħażina, il-Kumitat jinnota li malajr jinbtu diskrepanzi kbar bejn ix-xewqat u r-realtà. Għaliex eżattament 13-il ġurnata wara li l-Kunsill Ewropew adotta dan l-objettiv operattiv u dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ir-“Reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta' l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea” (14). Dan id-dokument iħabbar żieda probabbli fil-PGD ta' 52 % kif ukoll żieda ta' 55 % fit-trasport tal-merkanzija bit-triq u żieda ta' 108 % tat-trasport bl-ajru. Is-separazzjoni mixtieqa ser issir prinċipalment fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija (+ 13 %) u fit-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri (+ 19 %).

4.15

Bi stagħġib kbir, il-KESE jinnota li mid-dehra ma saret l-ebda koordinazzjoni bejn it-tfassil tar-reviżjoni ta' nofs it-term għall-White Paper tat-Trasport u dak ta' l-istrateġija mġedda għall-iżvilupp sostenibbli, għaliex m'hemm l-ebda kumment dwar din id-diskrepanza tant ovvja bejn ix-xewqat u r-realtà tal-politika. Jidher li fis-settur tat-trasport il-Kummissjoni kważi telqet għal kollox l-ewwel għan speċifiku tagħha, jiġifieri s-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku u t-tkabbir fil-mobilità. Fil-ġejjieni l-Kummissjoni għandha tagħmel minn kollox sabiex tevita kontradizzjonijiet ta' dan it-tip. Jeħtieġ li wieħed ifittex soluzzjonijiet ġodda għas-settur tat-trasport u għall-organizzazzjoni tal-bliet u l-komunitajiet kif ukoll diversi attivitajiet sabiex ir-rotot tat-trasport u tat-traffiku jiqsaru minflok ma tkompli tikber id-distanza li tifred lill-persuni u l-prodotti mid-destinazzjoni tagħhom. Dan jeħtieġ l-adattament tal-politiki fiskali u ta' l-ippjanar u koordinazzjoni adegwata fuq il-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni mill-UE sal-korpi lokali.

4.16

L-istrateġija mġedda tiddiżappunta wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mas-soluzzjoni tal-problema tat-traffiku li kulma jmur dejjem qiegħda taggrava. Il-KESE jinnota li sadattant l-UE qiegħda tipproponi soluzzjonijiet iktar konkreti għall-politika ta' l-enerġija milli għas-settur tat-trasport, li għandu impatt negattiv fuq il-klima u l-ħarsien ta' l-ambjent u tan-natura li wisq probabbli ser ikompli jaggrava.

4.17

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 (15), li jistipulaw li s-sistema ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet eventwalment jistgħu jiġu estiżi għat-trasport fuq l-art u t-trasport martittimu, għandhom jiġu integrati fir-rapport ta' progress dwar l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli u evalwati skond l-impatt potenzjali tagħhom, ukoll permezz ta' tqabbil ma' strumenti oħrajn.

5.   Kontenut tar-rapport ta' progress

5.1

Il-KESE jilqa' l-fatt li fil-ġejjieni, b'konformità mal-punt 33 ta' l-istrateġija mġedda, il-Kummissjoni ser tippreżenta rapport ta' progress kull sentejn (l-ewwel rapport huwa mistenni bejn Mejju u Settembru 2007) dwar l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli fl-UE u l-Istati Membri, li għandu jinkludi l-prijoritajiet, l-orjentazzjonijiet u l-azzjonijiet futuri. Il-KESE jistenna li l-mistoqsijiet li għadhom pendenti jitwieġbu.

5.2

Dan huwa importanti ħafna, b'mod speċjali għall-istrumenti ekonomiċi u ta' ġestjoni li s'issa ssemmew biss b'mod vag. Punt 22 per eżempju jgħid li għandhom “jintużaw l-istrumenti ekonomiċi l-aktar adegwati … għall-promozzjoni tat-trasparenza tas-suq u prezzijiet li jirreflettu l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali reali ta' prodotti u servizzi (li l-prezzijiet ikunu tajbin).” Din ir-rakkomandazzjoni taqbel mal-ħtieġa enfasizzata ħafna drabi mill-KESE fir-rigward ta' l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni u l-istrumenti li huma neċessarji għal dan il-għan. Il-KESE jfakkar li dan id-dibattitu ilu għaddej ħafna snin, ġeneralment bla suċċess. Fl-aħħar ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ppreżentat, tliet snin tard, il-Green Paper tagħha dwar “Strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta' politika relatati”, li tat impuls ġdid lid-dibattitu. Il-Kumitat ser jagħmel mezz li din il-kwistjoni kruċjali għas-sostenibbiltà tiġi żviluppata fil-kuntest tar-rapport attwali.

5.3

Fil-punt 23, il-Kunsill, u b'hekk il-kapijiet ta' Stat u tal-Gvern, iħeġġu lill-Istati Membri li “jikkunsidraw passi ulterjuri biex it-tassazzjoni titmexxa minn fuq ix-xogħol għal fuq il-konsum ta' riżorsi u enerġija u/jew tniġġis, biex jikkontribwixxu lejn il-miri ta' l-UE ta' żieda fl-impjiegi u tnaqqis ta' impatti ambjentali negattivi b'mod li huwa effettiv f'termini ta' spiża.” Il-KESE jilqa' dan u jitlob lill-Kummissjoni li tagħti attenzjoni kbira lil dan il-kapitolu fir-rapport ta' progress u li tippreżenta proposti konkreti dwar kif dan jista' jsir. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu eżaminati bir-reqqa l-effetti fuq il-politika ambjentali u t-tqassim tal-piżijiet, sabiex il-bidla fit-tqassim tat-tassazzjoni ma taffettwax lill-membri dgħajfa tas-soċjetà b'mod partikulari.

5.4

Il-KESE jilqa' wkoll id-dikjarazzjoni li “sa l-2008 l-Kummissjoni għandha tippreżenta pjan ta' direzzjoni għar-riforma, skond is-settur, tas-sussidji li għandhom effetti negattivi konsiderevoli fuq l-ambjent u li m'humiex kumpatibbli ma' l-iżvilupp sostenibbli.” Hawnhekk ukoll, il-Kumitat jappoġġja l-objettiv li dawn is-sussidji “jiġu gradwalment eliminati”, anke jekk jikkunsidra li jkun utli li din it-tneħħija progressiva tingħata skeda preċiża u li jiġi kkunsidrat it-trasferiment ta' dawn ir-riżorsi finanzjarji lejn “Fond ta' l-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli” li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw f'każijiet fejn miżura mmirata lejn il-ħarsien ta' l-ambjent timplika spejjeż sproporzjonati għall-baġit tagħhom (Artikolu 175 punt 5 u Artikolu 174 punt 1 tat-Trattat ta' Nizza).

5.5

Fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu, il-KESE dejjem stqarr li huwa importanti li ċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-partijiet interessati l-oħra jkollhom viżjoni ċara ta' dak li huwa ppjanat konkretament fuq il-livell tal-politika, u għaliex. Dan huwa l-uniku mezz sabiex il-poplu jaċċetta li jieħu sehem attiv f'dan il-proċess neċessarju u jappoġġjah. Għalhekk, il-Kunsill għandu raġun meta jistieden lill-Kummissjoni sabiex “tipproduċi gwida għan-nies komuni għal din l-istrateġija, inkluża prattika tajba u linji politiċi tajba fl-Istati Membri” (punt 26). B'xorti ħażina, għal darb'oħra ma ġie stabbilit l-ebda pjan ta' direzzjoni. Ir-rapport ta' progress għandu jindirizza din il-kwistjoni.

5.6

L-istrateġija tinkludi l-obbligu li l-proċess tat-tfassil tal-politiki jittejjeb permezz ta' l-implimentazzjoni ta' evalwazzjonijiet ta' l-impatt u parteċipazzjoni ikbar tal-partijiet interessati. Il-Kumitat jilqa' dan l-obbligu u jħeġġeġ lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri sabiex jevalwaw l-esperjenzi fir-rigward tal-metodoloġija ta' l-evalwazzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli u jagħmlu mezz li jkunu applikati b'mod effettiv fl-oqsma kollha ta' politika u ta' azzjoni.

5.7

Il-KESE jagħti importanza kbira lill-ħtieġa li “il-Kummissjoni għandha telabora viżjoni konkreta u realistika ta' l-UE fit-triq tagħha lejn żvilupp sostenibbli tul il-50 sena li ġejjin” (punt 27). Iżda hawn ukoll titfaċċa l-mistoqsija dwar liema huma l-miżuri konkreti u meta ser jiġu ppreżentati. Il-Kumitat jirrakkomanda li titfassal ukoll minn issa l-viżjoni għal wara l-2060. Fil-fatt, fid-dawl tal-prinċipji gwida u l-objettivi ewlenin (16) imħabbra fid-dokument dwar l-istrateġija mġedda, l-orjentazzjonijiet soċjali għandhom jiġu stabbiliti kemm jista' jkun malajr, inkluż għal perjodu iktar fit-tul. Fit-teorija, il-Kunsill diġà beda japplika dan kollu fis-Summit tiegħu ta' Marzu 2007, meta ddikkjara li flimkien l-Istati Membri għandhom, sa l-2050, inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'60 jew 80 % mil-livell ta' l-1990 (17). Ċerti riżorsi fossili jew riżorsi naturali li ma jiġġeddux żgur li ser jibqgħu disponibbli għall-50 sena li ġejjin iżda m'humiex infiniti. Għaldaqstant, il-politika tal-lum għandu jkollha viżjoni li tmur lil hinn mill-50 sena li ġejjin jekk irridu li din tirrifletti ekwità ta' veru bejn il-ġenerazzjonijiet.

5.8

Il-Kumitat jemmen li jkun siewi li l-aspetti transversali li ntgħażlu sabiex jiġu integrati fil-politiki kollha (ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri) jiġu wkoll ikkunsidrati fl-elementi ta' l-istrateġija, sabiex ikunu realment effettivi. Imkien m'hu speċifikat x'għandu jsir sabiex dawn ikunu ggarantiti; probabbilment minħabba l-fatt li skond it-testi attwali — kif ikkonferma l-abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea — ir-responsabbiltà ta' l-Unjoni f'dan il-qasam hija maqsuma bejn diversi atturi, u li l-Istati Membri huma inkarigati mill-finanzjament u l-eżekuzzjoni tal-politika ambjentali (Artikolu 175 punt 4 tat-Trattat ta' Nizza). M'huwiex speċifikat min huma l-atturi.

5.9

L-istrateġija mġedda tgħid li kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant li jkun il-persuna ta' kuntatt għall-kwistjonijiet marbutin ma' l-istrateġija. Il-KESE jemmen li l-ewwel rapport ta' progress għandu jinkludi tagħrif dwar kif ser issir din in-nomina u kif għandha tiġi żviluppata l-kooperazzjoni.

5.10

L-ewwel rapport ta' progress għandu wkoll jispeċifika jekk l-Istati Membri kollha ffinalizzaw l-ewwel strateġija nazzjonali tagħhom, pass mistenni li jitlesta sa Ġunju ta' l-2007. Il-KESE jistaqsi min ser ikun responsabbli għas-segwitu ta' dawn l-istrateġiji nazzjonali u fuq liema linji gwida ser jimxi, u x'ser jiġri jekk xi Stati Membri ma jkunux iffinalizzaw l-istrateġiji tagħhom jew jekk dawn ma jkunux ta' kwalità tajba.

5.11

Fil-punt 41, il-Kunsill Ewropew isemmi “reviżjonijiet volontarji bejn il-pari” ta' l-istrateġiji nazzjonali, li kellhom jinbdew mill-ewwel grupp ta' Stati Membri fl-2006. Ir-rapport ta' progress għandu jagħti tagħrif dwar ir-riżultati li ħarġu minn din ir-reviżjoni u l-effetti li din ta' l-aħħar għandu jkollha fuq l-istrateġija Ewropea.

5.12

Il-KESE jagħraf bis-sħiħ li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom kompetenzi marbutin ma' ħafna elementi ta' l-iżvilupp sostenibbli u li għalhekk għandhom ifasslu approċċ u impenn speċifiku fir-rigward ta' bosta problemi; madankollu huwa tal-fehma li sabiex il-progress fil-qasam ta' l-iżvilupp sostenibbli jinżamm fuq il-livell adegwat, hemm bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni li tikkontrolla l-progress ġenerali u tieħu miżuri ġodda meta l-implimentazzjoni tinħass dgħajfa jew meta jkun hemm bżonn ta' approċċ kollettiv Ewropew. Il-Kumitat jiddubita li l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba waħedhom huma biżżejjed. Jesprimi x-xewqa li kull sena jirċievi ġabra tar-riżultati ta' l-Istati Membri.

5.13

L-istrateġija tirrakkomanda l-istabbiliment ta' kunsilli nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli. Il-Kunsilli Nazzjonali jaqdu rwol importanti fit-tħejjija ta' l-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli u jistgħu wkoll jagħtu spinta lit-teħid ta' miżuri fl-Istati Membri, jinvolvu lis-soċjetà ċivili fl-iżvilupp sostenibbli u jissorveljaw il-progress. Ir-responsabilitajiet tagħhom jinkludu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli filwaqt li jinżamm bilanċ dinamiku bejn l-elementi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Il-Kumitat ma jara li sar l-ebda progress kbir f'dan ir-rigward, u bi ħsiebu jeżamina din il-kwistjoni iktar 'il quddiem dis-sena. Sadattant jirrakkomanda li din il-kwistjoni tiġi inidirizzata wkoll mill-Istati Membri fil-qafas tar-reviżjoni ta' l-implimentazzjoni.

5.14

Huwa importanti wkoll li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkunsidraw iktar bir-reqqa kif jistgħu jassiguraw il-koordinazzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli fil-qafas ta' l-istrutturi tagħhom stess. L-iżvilupp sostenibbli huwa kunċett transversali li jorbot ma' ħafna oqsma, u għandu jintegra u kultant jimmodifika l-interessi iktar settorjali ta' dipartimenti u aġenziji speċifiċi. L-esperjenza tissuġġerixxi li dan jista' jiġri biss b'mod operattiv jekk ikun hemm dipartiment ċentrali tal-gvern inkarigat mill-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli, li jkollu l-għarfien u l-awtorità meħtieġa sabiex jiftaħ dibattitu dwar jew jipproponi bidla ta' l-aspetti wisq ortodossi ta' ċerti sezzjonijiet jew dipartimenti. Ir-rapport ta' progress għandu jipprovdi tagħrif dwar preċiżament fejn, fil-qafas tas-servizzi tagħha, il-Kummissjoni tħoss li jista' jsir titjib. Il-KESE huwa ċert li hemm lok għal dan it-titjib (ara punti 4.15 u 4.16).

5.15

L-istrateġija tirrakkomanda wkoll, bir-raġun, li l-iżvilupp sostenibbli għandu jiġi integrat bis-sħiħ fil-missjoni u l-prattika ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fuq il-livelli kollha. Ċerti awtoritajiet lokali u reġjonali qdew rwol mexxej billi adottaw fil-ħidma tagħhom approċċ li jiffavorixxi l-iżvilupp sostenibbli u billi żviluppaw risposti innovattivi għall-bidla fil-klima u sfidi oħra għas-sostenibblità. Ir-reviżjoni ta' l-implimentazzjoni tipprovdi opportunità tajba sabiex issir evalwazzjoni tal-progress li nkiseb fil-qasam ta' l-iżvilupp sostenibbli fuq il-livelli reġjonali u lokali u billi tikkunsidra kif tista' tixxerred aħjar il-prattika ta' l-aqwa atturi.

5.16

Il-Punt 45 jindirizza l-bżonn li fl-2011 tittieħed deċiżjoni dwar meta għandha titnieda “reviżjoni komprensiva” ta' l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli. Il-KESE ma jistax japprova din il-proċedura. Jekk fil-qafas tar-rapport ta' progress jintwera li l-Ewropa qiegħda tħabbat wiċċha ma' problemi fi triqtha lejn l-iżvilupp sostenibbli, dan ifisser li l-istrateġija (il-mod kif għandhom jintlaħqu l-għanijiet) m'hijiex tajba. U f'dan il-każ ir-reviżjoni għandha ssir mill-ewwel, mhux biss fl-2011.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2006) 845 finali.

(2)  COM(2005) 658 finali tat-13.12.2005.

(3)  ĠU C 117 tat-30.4.2004, pġ 22, punt 2.2.1.

(4)  Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Dokument 10117/06 tad-9.6.2006: “Reviżjoni ta' l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli ta' l-UE — Strateġija Mġedda”.

(5)  ĠU C 117, 30.4.2004.

(6)  ĠU C 117 tat-30.4.2004.

(7)  ĠU C 117 tat-30.4.2004, fost oħrajn il-punti 0.8 u 6.4 u ta' warajhom.

(8)  ĠU C 117 tat-30.4.2004, pġ 22, punt 2.3.9.

(9)  Ara punt 8.

(10)  83 % mill-kontenut enerġetiku ta' l-ethanol, li jiġi prodott mill-qamħ, jiġi mill-enerġiji fossili.

(11)  Perċentaġġ għoli ta' ossidu nitriku fil-produzzjoni tal-kolza (studju dwar dan ser ikun disponibbli qabel il-vaganzi tas-Sajf, jiġifieri qabel is-sessjoni plenarja).

(12)  Ara Messiku: Problemi kkawżati miż-żieda fil-prezz tat-tortillas, minħabba l-fatt li l-qamħ qiegħed jintuża dejjem iktar għall-produzzjoni tal-karburanti.

(13)  TINA = Transport Infrastructure Needs Assessment.

(14)  COM(2006) 314 finali.

(15)  Ara punt 35.

(16)  Jiġifieri li tingħata l-għajnuna lill-“ġenerazzjonijiet futuri” sabiex “jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom”, jitħarsu l-“ekwità u l-koeżjoni soċjali” u jiġu ggarantiti “standards għolja ta' ħajja” u “impjieg sħiħ” u jiġu implimentati l-prinċipji gwida msemmija, fi kliem ieħor li “l-bniedem jitqiegħed fiċ-ċentru tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea billi jiġu promossi d-drittijiet fundamentali u tiġi miġġielda kull forma ta' diskriminazzjoni u jsir kontribut għat-tnaqqis tal-faqar u l-eliminazzjoni ta' l-esklużjoni soċjali madwar id-dinja.”

(17)  Ara l-konklużjonijiet f'punt 30.


ANNESS

għall-Opinjoni tal-Kumitat

L-emendi li ġejjin, li rċevew iktar minn kwart tal-voti mixħuta, ġew irrifjutati:

Punt 2.4

Emenda kif ġej:

“2.4

Fl-aħħar opinjoni tiegħu dwar dan is-suġġett, il-KESE indirizza l-komunikazzjoni ta' Diċembru 2005 tal-Kummissjoni. Il-Kumitat ikkritika li fi pjan ta' azzjoni li hija ddeskriviet bħala ‘ambizzjuż’, il-Kummissjoni ma mxiet la mar-rakkomandazzjoni mfassla mill-Kumitat f'April 2004 u lanqas mal-wegħda tagħha stess ta' Ġunju 2005. Fil-fatt, bil-kontra ta' dak li kienet iddikjarat, ma semmiet l-ebda objettiv ċar fil-qafas ta' l-istrateġija tagħha għall-iżvilupp sostenibbli.”

Votazzjoni

Favur: 35

Kontra: 61

Astensjonijiet: 4

Punt 2.4.1

Immodifika kif ġej:

“2.4.1.

Dak iż-żmien, il-KESE kien fakkarha li kwalunkwe strateġija għandha tiddeskrivi t-triq li għandha tittieħed sabiex jintlaħqu l-objettivi. Mingħajr objettivi konkreti, li huma diffiċli li jiġu stabbiliti sabiex tintlaħaq il-kondizzjoni meħtieġa li jiġu kkunsidrati l-aspetti differenti tas-sostenibbiltà, bil-fors li jinqalgħu l-problemi meta wieħed jiġi biex jagħżel l-istrumenti għall-implimentazzjoni. Għaliex jekk wieħ ed ma jafx eżatt fejn sejjer, huwa impossibbli li jifhem kif g ħandu jasal hemm. Fil-fehma tal-KESE, il-Komunikazzjoni ħalliet iktar mistoqsijiet pendenti milli tat risposti u orjentazzjon i.

Votazzjoni

Favur: 34

Kontra: 63

Astensjonijiet: 3

Punt 3.11

Immodifika kif ġej:

3.11.

“Il-mistoqsija dwar jekk il-politika agrikola Ewropea mfassla skond il-ħtiġijiet ta' swieq dinjin, miftuħin tistax tkun sostenibbli, awtomatikament tirriżulta f'mistoqsija ġenerali dwar ir-regoli li japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ fuq livell dinji. L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) hija bbażata fuq ftehim li għandhom l-objettiv li jippromovu l-kummerċ dinji ħieles. Iżda, kif kemm-il darba wera l-KESE, kummer ċ ħieles u liberalizzat ma jfissirx awtomatikament kummerċ sostenibbli. B'xorti ħ ażina, l L -istrateġija l-ġdida ma tispeċifika bl-ebda mod kif il-kummerċ ħieles jista' jinbidel jista' jiġi żviluppat f'kummerċ li jkun sabiex ikun kompatibbli mal-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli Dan huwa nuqqas kbir. Għal darb'oħra l-KESE huwa obbligat li jinnota li l-awtoritajiet ta' l-UE s'issa għadhom ma weġbux il-mistoqsija li ressaq diġà tliet snin ilu, anke jekk jinnota bi pjaċir li l-UE f'dawn l-aħħar snin tħabbtet ħafna sabiex tinnegozja mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Bank Dinji fir-rigward tar-regoli l-ġodda tal-kummerċ globalizzat.”

Votazzjoni

Favur: 35

Kontra: 63

Astensjonijiet: 8

Punt 3.11.2

“3.11.2.

Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tfassal komunikazzjoni dwar l-approċċi għall-ġ estjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi dinjin komuni. Tali komunikazzjoni għandha tiffoka fuq sistema fuq perijodu fit-tul immirata lejn l-istabbilizzazzjoni fuq livell ‘sigur’ tal-konċentramenti ta' gassijiet b'effet ta' serra (GHG) billi l-baġit għall-iskambju ta' l-emissjonijiet globali jinqasam b'mod internazzjonali. Fl-aħħar ta' perijodu magħ żul minn qabel, li waqtu l-emissjonijiet per capita g ħandhom jikkonverġu, id-drittijiet ikunu ndaqs. Dan l-approċċ, li diġà qiegħed jiġi diskuss ħafna u li huwa magħruf bħala ‘Kontrazzjoni u Konverġenza’ jista' jikkunsidra l-implikazzjonijiet tat-tkabbir tal-popolazzjoni, il-kapaċità industrijali, il-globalizzazzjoni u t-talbiet għal allokazzjoni mġedda, ugwali u prattika ta' l-atmosfera planetarja bħ ala riżorsa komuni.”

Votazzjoni

Favur: 38

Kontra: 63

Astensjonijiet: 3

Punt 4.2

Immodifika kif ġej:

“4.2.

Il-konsegwenzi ser jistgħu jkollhom effetti ekonomiċi drammatiċi. F'ċerti reġjuni hemm ir-riskju li l-bażi ekonomika tiġi fir-riskju ser tisfaxxa kompletament. Fl-Isvizzera, per eżempju, il-banek m'għadhomx isellfu lill-investituri li jixtiequ jinvestu f'infrastruttura ta' sport tax-xitwa f'każ li din tinsab taħt l-1 500 m 'il fuq mil-livell tal-baħar. Jekk is-sħana u n-nixfa jkomplu jikbru, ser tikber ukoll l-inċertezza tal-ġejjieni ta' l-agrikoltura u tat-turiżmu fil-Mediterran.”

Votazzjoni

Favur: 41

Kontra: 57

Astensjonijiet: 3

Punt 4.4

Immodifika kif ġej:

“4.4.

Is-sitwazzjoni hija gravi ħafna. Qegħdin ngħixu f'sistema ekonomika li, mill-perspettiva makroekonomika, tikkunsidra bħ ala pożittivi Hija problema magħrufa sew li l-ispejjeż marbutin mal-mard u f'ċerti każijiet t-tniġġis il-ħsara ambjentali, per eżempju l-biljuni li ntefqu min ħabba t-tempesta Kyrill fil-bidu ta' l-2007, minħabba l-fatt li jikkontribwixxu għal tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku (PGD) filwaqt li xi attivitajiet importanti ma jiġux inklużi . Il-KESE jilqa' l-fatt li permezz ta' l-istrateġija mġedda tiegħu, il-Kunsill qiegħed sa fl-aħħar anke jekk b'mod marġinali jindirizza din il-kontradizzjoni b'mod iktar dirett. Il-Kunsill Ewropew għandu r-raġun kollu meta, f'punt 20 ta' l-istrateġija mġedda teigħu, jitlob li ‘s-sistema prinċipali ta' kontabilità tad-dħul nazzjonali tista' tiġi estiża billi inter alia jiġu integrati kunċetti ta' sitwazzjoni attwali u flussi (stock and flow) u … permezz ta' kontijiet satellita, per eżempju nfiq ambjentali u flussi materjali.’

Votazzjoni:

Favur: 35

Kontra: 56

Astensjonijiet: 8

Punt 4.10

Immodifika kif ġej:

“4.10

Il-Kunsill Ewropew jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-istrateġija l-ġdida tiegħu ‘tifforma l-qafas globali li fih ... objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali jistgħu jirrinfurzaw lil xulxin.’ Barra minn hekk, il-Kunsill huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet ta' politika kollha ta' l-UE għandhom jgħaddu minn valutazzjoni objettiva tad-dimensjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' l-iżvilupp sostenibbli u ‘jieħdu kont tad-dimensjoni esterna ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ispejjeż ta' nuqqas ta' azzjoni’. Iżda malli d-diskors jaqleb għal fuq il-fondi, l-istrateġija l-ġdida ma tibqax is-suġġett tad-djalogu soċjali iżda pjuttost tad-djalogu inter-istituzzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq na ħa u l-‘industrija’ fuq in-naħa l-oħra, sabiex jiġu ddeterminati l-objettivi operattivi tal-prodotti u l-proċessi.

Votazzjoni:

Favur: 41

Kontra: 55

Astensjonijiet: 3

Punt 4.14

Immodifika kif ġej:

“4.14.

Iżda kif diġà spjegajna, m'hijiex biss kwistjoni ta' flus, iżda wkoll ta' bidliet strutturali. L-‘istrateġija mġedda’ tirrakkomanda, per eżempju, ‘separazzjoni bejn it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-impatti ambjentali.’ Il-KESE jilqa' din ir-rakkomandazzjoni. Dan ifisser ukoll li għandha titnaqqas bil-kbir l-hekk imsejħa produzzjoni ‘just in time’ , li l-intrapriżi jużaw sabiex jiffrankaw l-ispejjeż tal- ħ ażna tal-prodotti u li biha t-trakkijiet jew il-ferroviji tal-merkanzija jinbidlu f 'maħ żen ambulanti.

Votazzjoni:

Favur: 39

Kontra: 56

Astensjonijiet: 6

Punt 4.16

Immodifika kif ġej:

“4.16.

Bi stagħġib kbir, il-KESE jinnota li mid-dehra ma saret l-ebda koordinazzjoni bejn it-tfassil tar-reviżjoni ta' nofs it-term għall-White Paper tat-Trasport u dak ta' l-istrateġija mġedda għall-iżvilupp sostenibbli, għaliex m'hemm l-ebda kumment dwar din id-diskrepanza tant ovvja bejn ix-xewqat u r-realtà tal-politika. J idher li fis-settur tat-trasport il-Kummissjoni kważi telqet g ħal kollox l-ewwel għan speċifiku tagħha, jiġifieri s-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku u t-tkabbir fil-mobilità. Fil-ġejjieni l-Kummissjoni għandha tagħmel minn kollox sabiex tevita kontradizzjonijiet ta' dan it-tip. Jeħtieġ li wieħed ifittex soluzzjonijiet ġodda għas-settur tat-trasport u għall-organizzazzjoni tal-bliet u l-komunitajiet kif ukoll diversi attivitajiet sabiex ir-rotot tat-trasport u tat-traffiku jiqsaru minflok ma tkompli tikber id-distanza li tifred lill-persuni u l-prodotti mid-destinazzjoni tagħhom. Dan jeħtieġ l-adattament tal-politiki fiskali u ta' l-ippjanar u koordinazzjoni adegwata fuq il-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni mill-UE sal-korpi lokali.”

Votazzjoni:

Favur 36

Kontra 63

Astensjonijiet 4


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/86


Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti”

COM(2006) 778 finali — 2006/0258 (COD)

(2007/C 256/16)

Nhar is-16 ta' Mejju 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 285(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta' Ġunju 2007. Ir- rapporteur kien is-Sur van Oorschot.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adottat din l-opinjoni b'138 vot favur, vot kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Sommarju tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-KESE

1.1

Il-KESE jilqa' r-regolament propost għaliex permezz tiegħu jista' jitkejjel il-progress miksub fl-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva ta' qafas (1) dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.

1.2

Il-KESE b'dispjaċir jinnota li r-regolament ikopri biss l-użu professjonali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u ma jkoprix il-fatt li dawn huma potenzjalment dannużi għall-ambjent meta jintużaw fuq uċuħ ibsin.

1.3

Il-KESE jsostni illi meta d-data dwar l-użu tingħaqad mad-data dwar il-livelli massimi ta' residwu, m'humiex biss il-kwantità tas-sustanzi użati u d-daqs tal-wiċċ tar-raba' ttrattat li huma importanti, iżda wkoll ir-rendiment ta' l-uċuħ tar-raba'. Sabiex jiġi aċċertat li d-data dwar l-użu tingħaqad ma' l-istatistika komunitarja attwali dwar l-uċuħ tar-raba', u ċerti prodotti b'mod partikolari, jeħtieġ li din l-istatistika tissemma b'mod espliċitu fir-regolament.

2.   Il-proposta tal-Kummissjoni

2.1

L-objettiv tar-regolament propost huwa li jiġi stabbilit qafas għall-produzzjoni ta' statistika komunitarji dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u l-użu tagħhom billi l-Istati Membri kollha jiġu obbligati li jipproduċu statistika dettaljata fuq bażi regolari. Bl-għan li din l-istatistika tkun tista' tiġi mqabbla bejn l-Istati Membri u fil-livell komunitarju, ir-regolament jiddefinixxi l-kopertura ta' l-istatistika, li ser tkun limitata għall-użu professjonali fl-agrikoltura, u jistabbilixxi regoli armonizzati għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tad-data.

2.2

Din l-istatistika ser tkun essenzjali sabiex jiġi valutat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent li huwa marbut ma' l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u sabiex jitkejjel il-progress miksub sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva ta' qafas dwar l-użi sostenibbli tal-pestiċidi.

2.3

Il-benefiċċji ta' din il-miżura għandhom jitqiesu fid-dawl tad-direttiva ta' qafas ġenerali. L-objettiv ġenerali għall-implimentazzjoni tal-miżuri tad-direttiva ta' qafas huwa li jkun hemm titjib ambjentali u fil-qasam tas-saħħa jew benefiċċji oħrajn marbuta mas-soċjetà, bħat-tnaqqis ta' l-ispejjeż esterni relatati ma' l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, permezz ta' użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi. Il-kejl tal-progress jista' jkun ibbażat biss fuq data affidabbli u indikaturi relevanti. Għarfien aħjar ta' l-użu tal-pestiċidi fuq livell nazzjonali jew komunitarju huwa mistenni li jwassal għal benefiċċji diretti ta' dan ir-regolament, bħal skemi ta' sorveljanza mtejba u politiki li huma identifikati aħjar u iktar effettivi. Barraminhekk, id-disponibilità ta' statistika uffiċjali fl-Ewropa kollha ser toħloq suq aktar trasparenti li għandu jtejjeb il-kompetittività ta' l-industrija tal-pestiċidi.

3.   Il-qafas legali attwali

3.1

Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE.

3.2

Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta' l-ikel, b'mod partikolari Anness 1, parti A, punt 9 li jistabbilixxi obbligu li l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jipproduċu jew li jaħsdu prodotti mill-pjanti jżommu registri dwar kwalunkwe użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew tal-bijoċidi.

3.3

Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma.

3.4

Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li qiegħda tiġi riveduta attwalment.

4.   Kontenut essenzjali tal-proposta

4.1

Ir-regolament propost joħloq qafas legali u jistabbilixxi regoli armonizzati għall-ġbir u t-tixrid ta' data li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u l-użu tagħhom. B'mod partikolari, jistabbilixxi dawn ir-regoli li għandhom jiġu mħarsa mill-Istati Membri:

għandhom jiġbru data ta' spiss (kull sena, fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, u kull ħames snin fir-rigward ta l-użu);

regoli dwar kif jeħtieġ li jiġbru d-data, jekk hux permezz ta' stћarriġ rappreżentattiv, ta proċeduri ta stima statistika fuq il-bażi ta deċiżjonijiet jew mudelli esperti, ta' obbligi ta' rappurtar imposti fuq il-katina tad-distribuzzjoni tal-prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti, ta' obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-utenti professjonali, minn sorsi amministrattivi jew permezz ta' taħlita ta' dawn il-mezzi;

regoli dwar kif id-data għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni.

4.2

Il-proposta tinkariga wkoll lill-Kummissjoni sabiex tadatta ċerti aspetti tekniċi u sabiex tiddefinixxi l-kriterji dwar il-valutazzjoni tal-kwalità kif ukoll il-format tat-trasmissjoni tad-data.

5.   Kummenti ġenerali

5.1

Il-KESE jilqa' r-regolament propost għaliex permezz tiegħu jista' jitkejjel il-progress miksub fl-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva ta' qafas dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.

6.   Kummenti speċifiċi

6.1   Użu professjonali li m'huwiex agrikolu

6.1.1

Data mill-industrija Olandiża ta' l-ilma intiż għax-xorb turi li f'aktar minn 50 % tal-każijiet, il-fatt li l-istandards dwar l-ilma għax-xorb ma jiġux rispettati huwa r-riżultat ta' użu mhux agrikolu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq uċuħ ibsin.

6.1.2

Permezz tar-regolament dwar l-istatistiċi, jista' jsir kalkolu ġenerali ta' l-użu totali ta' l-użu mhux agrikolu. Dan jista' jsir billi l-ammont totali ta' l-użu professjonali agrikolu tal-prodott ikkonċernat jitnaqqas mill-kwantità totali tal-prodott li jinġab fis-suq f'sena partikolari.

6.1.3

Il-KESE jħoss illi dan il-kalkolu dwar l-użu mhux agrikolu huwa impreċiż wisq sabiex ikun hemm valutazzjoni soda tal-politika li tinħoloq mid-direttiva ta' qafas.

6.1.4

Minbarra l-ġbir ta' data dwar l-użu professjonali agrikolu, il-KESE għalhekk isostni li r-regolament dwar l-istatistiċi għandu jintuża wkoll għall-ġbir ta' data dwar l-użu professjonali ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fis-settur tal-foresterija, l-użu professjonali fuq uċuħ ibsin u l-użu mhux professjonali.

6.2   Regolamenti dwar l-istatistika u data dwar il-livelli massimi ta' residwu

6.2.1

Il-KESE jsostni illi meta d-data dwar l-użu tingħaqad mad-data dwar il-livelli massimi ta' residwu, m'humiex biss il-kwantità tas-sustanzi użati u d-daqs tal-wiċċ tar-raba' ttrattat li huma importanti, iżda wkoll ir-rendiment ta' l-uċuħ tar-raba'. L-istess kwantità ta' sustanzi użata fl-istess żona hija anqas eko-effiċjenti jekk l-ammont ta' prodott ikun aktar baxx; dan iżid ir-riskju li ma jiġux rispettati l-livelli massimi ta' residwu.

6.2.2

Fl-Anness II tal-proposta, issir referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta' impriżi agrikoli. L-iskop ta' din ir-referenza huwa li l-istess klassifikazzjoni għall-uċuħ tar-raba' tintuża kemm għall-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-irziezet u kemm għall-istatistika dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Għaldaqstant, l-istatistika dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jistgħu jingħaqdu b'mod effettiv ma' l-istatistika dwar ir-rendiment ta' l-uċuħ tar-raba'.

6.2.3

Il-KESE jirrikonoxxi illi r-referenza għar-Regolament tal-Kunsill 571/88 jipprovdi l-possibilità li d-data dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti tingħaqad ma' l-istatistika dwar ir-rendiment ta' l-uċuħ tar-raba' kkonċernati. Sabiex ikun żgurat li din il-possibilità tintuża verament, ir-regolament għandu jindika espliċitament illi l-istatistika dwar l-uċuħ tar-raba' — u b'mod aktar speċifiku r-rendiment tagħhom — għandhom jintużaw fl-analiżi tad-data dwar dawn il-prodotti.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2006) 373 finali: Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli tal-pestiċidi.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l- “Innovazzjoni: l-impatt fuq it-tibdiliet industrijali u r-rwol tal-BEI”

(2007/C 256/17)

Nhar is-6 ta' Lulju 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja fuq l-Innovazzjoni: l-impatt fuq il-bidliet industrijali u r-rwol tal-BEI.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-20 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Tóth. Il-ko-rapporteur kien is-Sur Calvet Chambon.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u 12 ta' Lulju 2007 (seduta tal- 11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'138 vot favur, vot wieħed kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu, il-KESE, wara li studja r-rabtiet bejn l-innovazzjoni u l-bidliet industrijali, u bosta inizjattivi rilevanti nazzjonali u ta' l-UE, iddeċieda li janalizza u jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar l-aspetti tas-sistemi innovattivi li jwasslu għall-użu dirett kummerċjali tar-riżultati tar-riċerka, u li jsaħħaħ u jippromovi l-iżvilupp ta' l-industrija u l-prestazzjoni ekonomika Ewropea.

1.2

Il-KESE jħoss li ta' min isemmi li f'bosta pajjiżi u reġjuni hemm korrelazzjoni stretta bejn l-innovazzjoni b'suċċess u t-trasparenza tas-soċjetà u tas-sistemi edukattivi. Peress li l-innovazzjoni f'dan is-seklu — u huwa tassew fattur kritiku — sseħħ mhux biss fil-ħajja ekonomika, iżda fl-oqsma kollha ta' l-attività, il-kwalità tar-riżorsi umani tista' ssir fattur b'saħħtu għat-tkabbir. Il-KESE jħoss li dan il-fattur kulma jmur ser isir iżjed kruċjali bħala katalista għall-iżvilupp, u li b'hekk l-innovazzjoni għandha fuq kollox tibni fuq il-bażi ta' edukazzjoni u taħriġ wiesgħa b'konformità mal-kriterju tat-tagħlim tul il-ħajja kollha; dan għandu jagħmel użu ta' aċċess ugwali għal bażi ta' għarfien open-source u open-content.

1.3

Il-KESE jħoss li huwa kruċjali li l-kumpaniji jiksbu sinerġiji bejn l-innovazzjoni, il-politika tar-riżorsi umani u s-setturi ta' l-għarfien, li mhux biss jaġġixxu bħala bażi għall-innovazzjoni iżda wkoll li jagħmluh possibbli li timxi 'l quddiem. Fl-istess ħin, għandu jinstab mezz li jassigura li r-ristrutturar industrijali jadatta b'mod flessibbli għall-bidliet fl-istrutturi ta' l-impjieg, u l-kondizzjonijiet finanzjarji meħtieġa għandhom ikunu implimentati sabiex dan iseħħ.

1.4

Il-KESE jħoss li huwa kruċjali li titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-inizjattivi innovattivi ta' suċċess filwaqt li jsaħħu l-preżenza pubblika tagħhom u jżidu l-appoġġ. Ir-rwol innovattiv moqdi mis-soċjetà huwa ta' importanza kruċjali fil-proċess innovattiv ġenerali. L-innovazzjoni non-teknoloġika bħal mudelli ġodda ta' ġestjoni ta' l-intrapriżi, pjanar aħjar, organizzazzjoni tax-xogħol u kompetenzi imtejba huma minn ta' l-anqas importanti daqs l-innovazzjoni teknoloġika. Ġeneralment, l-innovazzjoni fir-rigward ta' l-organizzazzjoni jew l-iżvilupp organizzattiv huwa meħtieġ sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta' l-innovazzjoni teknoloġika.

1.5

L-imsieħba soċjali u l-atturi u l-istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata diġà jaqdu rwol importanti ħafna billi jassiguraw li l-istimuli għall-immodernizzar li joħorġu mill-innovazzjoni jiġu identifikati, rinfurzati u aċċettati; aħna nissuġerixxu li dan ir-rwol jissaħħaħ, mhux ta' l-inqas fit-tfassil ta' prijoritajiet u politiki strateġiċi.

1.6

Il-KESE huwa konvint li s-soluzzjoni għall-paradoss Ewropew — is-saħħa tagħna fir-riċerka bażika, ikkumbinata ma' dgħjufija meta niġu sabiex insarrfu s-sejbiet f'riżultati kummerċjali prattiċi — għandha tinvolvi bidla fl-enfasi: miż-żieda fl-infiq fir-riċerka u l-iżvilupp bħala persentaġġ tal-PGD għal bidliet fl-istruttura ta' dak l-infiq. Filwaqt li għandna bżonn nagħmlu iktar sforz fir-rigward ta' żieda fl-infiq, għandna nagħtu iktar attenzjoni lil approċċi ġodda.

1.6.1

Sa ċertu punt, ir-riċerka u l-izvilupp fl-Istati Membri ta' l-UE huma ddominati min-naħa tal-provvista: il-provvista tas-sejbiet tar-riċerka u l-iżvilupp huma ogħla mid-domanda intraprenditorjali. Id-domanda għandha tiġi stimulata permezz tat-tnaqqis fir-riskju intraprenditorjali, it-tjieba fil-kondizzjonijiet għar-riċerka fis-settur privat, il-bidliet fil-klima kummerċjali, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, u l-kummerċ.

1.6.2

It-tjieba fil-kapaċità innovattiva u sostenibbli tal-kummerċ teħtieġ sforz koordinat fil-livelli nazzjonali, reġjonali u ta' l-UE fl-oqsma tal-finanzi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-industrija, it-tassazzjoni, l-edukazzjoni, il-ħarsien ambjentali, il-midja u l-komunikazzjonijiet.

1.6.3

Aħna nħossu li huwa ta' min jikkunsidra soluzzjoni li diġà tnediet f'xi Stati Membri: kumpaniji attivi fil-qasam ta' l-iżvilupp jew fl-esternalizzazzjoni ta' l-iżvilupp lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka jistgħu jkunu mogħtija fondi baġitarji addizzjonali mis-settur privat, fuq il-bażi ta' l-espressjonijiet ta' l-interess.

1.7

Il-KESE jenfasizza li r-rikonoxximent u l-protezzjoni għall-proprjetà intellettwali fl-UE kulma jmur mhux qegħdin ikunu kapaċi jlaħħqu mad-domandi dejjem akbar tal-kompetizzjoni globali. Huwa importanti li nkomplu nagħrfu l-importanza tal-pubblikazzjoni ta' sejbiet xjentifiċi, u, għaldaqstant, ir-rwol ta' l-evalwazzjoni — l-importanza tas-“suq xjentifiku”; bl-istess mod, l-isfruttar kummerċjali u l-privattivi tas-sejbiet tar-riċerka, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u d-difiża iktar b'saħħitha ta' l-interessi Komunitarji huma kwistjonijiet li jeħtieġi attenzjoni iktar mill-qrib u miżuri komprensivi. Il-KESE jħoss li fl-istess ħin li jiżviluppaw il-liġi Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istrumenti ta' politika adattati għall-iżvilupp ta' leġislazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, inkluża s-sorveljanza istituzzjonali ta' l-użu tal-privattiva, kif ukoll kooperazzjoni msaħħa fi ħdan l-UE.

1.8

Il-KESE jemmen li sabiex niffokaw fuq l-innovazzjoni u nsaħħu l-kompetittività b'mod dinamiku u sabiex nersqu lejn l-iżvilupp sostenibbli, huwa essenzjali li nniedu funzjonijiet tal-ġestjoni għall-innovazzjoni strateġika, kif ukoll soluzzjonijiet għall-kwistjoni tat-taħriġ tar-riċerkaturi u l-ispeċjalisti tal-kummerċ f'dan il-qasam. Huwa importanti b'mod partikulari li jiġu integrati t-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-edukazzjoni (1), sabiex it-tagħlim elettroniku jagħti attenzjoni speċjali lit-taħriġ fil-ġestjoni ta' innovazzjoni u fuq l-iżvilupp ta' sistemi akkompanjanti ta' inċentivi u kondizzjonijiet organizzattivi.

1.9

Fil-fehma tal-KESE, fl-interess tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni għandhom isiru sforzi sabiex jiġu allinjati l-prijoritajiet tal-bidliet industrijali ma' dawk tat-taħriġ u t-taħriġ addizzjonali, li jwasslu għal tweġiba għall-ħtiġijiet u l-bidliet tas-suq, inkluż fil-qasam tat-taħriġ. Huwa importanti li tiġi assigurata l-mobilità tar-riċerkaturi u l-mobilità adattata fil-ġestjoni ta' l-innovazzjoni, bl-għan li jkun hemm kooperazzjoni wiesgħa bejn il-maniġers fl-istituzzjonijiet li jittrattaw ma' l-innovazzjoni u l-partijiet korrespondenti tagħhom fix-xjenza u l-parkijiet tat-teknoloġija.

1.10

Il-KESE jħoss li l-ġestjoni u l-istrutturi organizzazzjonali li huma kapaċi li jagħmlu t-trasferiment tat-teknoloġija iktar effettiva għandhom rwol speċjali x'jaqdu fil-promozzjoni tal-bidliet industrijali. Il-parkijiet industrijali, tax-xjenza u tat-teknoloġija u ċ-ċentri tat-teknoloġija huma għodod importanti ferm għall-provvista ta' l-għarfien u l-assistenza neċessarji flimkien mal-laboratorji rekwiżiti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sabiex jibdew, jistabbilixxu ruħhom, jassiguraw sehem mis-suq, u jżommu ma' l-avanzi teknoloġiċi. Il-provvista ta' l-intrapriżi bil-kondizzjonijiet rekwiżiti għall-innovazzjoni b'kontenut ta' kwalità għolja u bi prezz relattivament baxx qiegħed kulma jmur isir iktar essenzjali għall-korpi tat-trasferiment tat-teknoloġija sabiex joperaw f'netwerks, sabiex, bl-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, ikunu jistgħu jaqdu dmirijiet loġistiċi. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra approċċi varji għall-iżvilupp ta' strutturi bħal dawn, b'enfasi partikulari fuq il-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' poli (kompetittivi) ta' xjenza u teknoloġija u ċentri ta' l-għarfien. Il-poli (kompetittivi) tax-xjenza, li jħaddnu l-universitajiet, il-parkijiet tax-xjenza u tat-teknoloġija, l-inkubaturi u ċ-ċentri tat-teknoloġija, għandhom jingħataw rwol prinċipali fis-segwitu tal-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' l-UE; barraminhekk, għandhom jittieħdu passi sabiex jiffaċilitaw it-twaqqif ta' strutturi bħal dawn.

1.11

Il-KESE jħoss li l-objettivi li l-UE saħqet fuqhom- bħall-viżjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona li l-Ewropa ssir l-ekonomija l-iktar kompetittiva fid-dinja fil-ġejjieni qarib — m'humiex evidenti fid-dibattiti dwar il-baġit, u b'mod partikulari fiċ-ċifri miftehma f'dak il-baġit. Il-Kummissjoni qiegħda tagħti riżorsi sinifikanti lill-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp iżda r-rwol u l-importanza tagħhom m'humiex qegħdin jikbru skond l-istennijiet. Sabiex dawn il-programmi jkunu jistgħu jaħdmu b'mod effettiv, l-impatt tagħhom irid jiġi multiplikat fl-Istati Membri, u jridu jiġġeneraw programmi li jqisu ċ-ċirkostanzi partikulari ta' kull pajjiż. Madankollu, dan m'huwiex qiegħed jiġri. Il-KESE jħoss li l-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema tagħha għall-ġestjoni ta' l-innovazzjoni, u tipprovdi appoġġ għal koordinazzjoni iżjed effettiva ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri, li twassal għall-effett ta' multiplikatur tar-riżorsi tar-riċerka u l-iżvilupp li jinħassu iktar bis-saħħa, partikularment fid-dawl tal-prijoritajiet ta' l-UE għall-iżvilupp.

1.12

Fir-rigward tal-finanzi, il-KESE jilqa' l-isforzi varji mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (il-Grupp tal-BEI) sabiex itejjeb il-prestazzjoni ekonomika u l-kapaċità ta' l-innovazzjoni Ewropea, kemm min-naħa tal-provvista kif ukoll tad-domanda. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni li hemm element wieħed biss ta' medda ta' strumenti finanzjarji: huwa essenzjali għall-baġit ta' l-UE li jassigura li l-fondi għall-innovazzjoni jitqabbel ma' l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Barraminhekk, huma meħtieġa wkoll kontribuzzjonijiet ta' proporzjonijiet simili mill-baġits nazzjonali u reġjonali.

1.13

Fuq il-bażi ta' l-esperjenza sal-lum, il-KESE jikkunsidra li l-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI, ġeneralment kellhom effett ta' lieva. Għalhekk il-KESE jsejjaħ lill-Grupp tal-BEI sabiex jissorvelja b'mod kontinwu u jirrevedi l-lieva, u sabiex jikkoordina mal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' istituzzjonijiet oħra finanzjarji b'mod ġenerali, sabiex jimmassimizzaw l-effett ta' lieva.

1.14

Fil-fehma tal-KESE, il-Grupp tal-BEI għandu kapaċitajiet enormi kemm bħala bank tas-settur pubbliku kif ukoll bħala provveditur tas-servizzi. Il-KESE jirrakkomanda li l-Grupp tal-BEI jespandi l-attività tiegħu bħala maniġer tar-riżorsi finanzjarji, bil-parteċipazzjoni tal-fondi privati kif ukoll tal-fondi Komunitarji.

2.   Ewropa moderna, favur l-innovazzjoni

2.1

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006) 589, li ġiet ippubblikata fil-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew gvern ta' l-UE li nżammet taħt il-Presidenza Finlandiża fl-20 ta Ottubru 2006 f'Lahti, il-Finlandja, tikkonċerna kwistjonijiet marbuta ma' l-impatt ta' l-innovazzjoni fuq il-bidliet industrijali f'diversi modi. Skond il-komunikazzjoni, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ħafna assi ta' l-innovazzjoni. Iżda nsofru wkoll minn numru ta' paradossi: aħna l-Ewropej nivvintaw u ninnovaw iżda ta' sikwit ma nikkonvertux l-invenzjonijiet tagħna fi prodotti ġodda, impjiegi u privattivi; hemm ħafna start-ups żgħar, innovattivi ħafna iżda ma jikbrux faċilment f'kumpaniji kbar b'suċċess globali; barraminhekk, filwaqt li f'ċertu setturi, bħat-telekomunikazzjonijiet, l-adozzjoni ta' innovazzjonijiet (ICT) żiedu l-produttività b'mod sinifikanti, f'setturi oħra dan ma ġarax, kif juru bosta eżempji. L-innovazzjoni u l-bidliet industrijali jeħtieġu leġislazzjoni komprensiva, flessibbli dwar ir-reġistrazzjoni tal-privattiva u l-proprjetà intellettwali. Għal dan il-għan, il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-privattiv Komunitarju ta' l-1 ta' Awissu 2000 jeħtieġ li jiġi rivedut u allinjat iktar mat-tendenzi ekonomiċi li qegħdin jitbiddlu b'rata mgħaġġla (ara, b'mod partikulari, il-liċenzji obbligatorji u l-kawżi ta' l-għeluq tal-privattiv Komunitarju). B'hekk, il-proċeduri huma neċessarji għall-faċilitar ta' l-użu tal-privattivi reġistrati f'applikazzjonijiet industrijali u/jew kummerċjali u r-rikonoxximent tal-proprjetà intellettwali ta' l-innovazzjoni minn operaturi individwali — riċerkaturi, staff maniġerjali, inġiniera — jew gruppi ta' operaturi, inkluż fejn jagħmlu parti minn intrapriża u struttura amministrattvia u l-innovazzjoni hija esterna għal dik l-istruttura.

2.2

L-innovazzjoni jista' jkollha impatt ottimu fuq il-bidliet industrijali, sakemm ikun hemm sistema għall-istrumenti li jikkoordinaw fil-livell tal-kumpaniji, is-setturi, ir-reġjuni, l-Istati Membri, u l-UE, li tipprovdi strumenti accessibbli, faċli li jintużaw mill-intrapriżi, l-impjegati, l-istituzzjonijiet xjentifiċi u edukazzjonali, u organizzazzjonijiet interessati oħra li qegħdin jipparteċipaw f'dan il-proċess.

2.3

Fil-livell ta' intrapriżi individwali, mexxejja pro-attivi tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni jinkludu, b'mod partikulari (i) il-ġestjoni strateġika ta' l-innovazzjoni, (ii) il-ġestjoni strateġika tar-riżorsi umani, (iii) l-izvilupp tal-ħiliet, (iv) l-użu ta' metodi ġodda għall-organizzazzjoni tax-xogħol, (v) ftehim dwar l-innovazzjoni fil-livell intraprenditorjali. It-transizzjoni minn organizzazzjoni ta' xogħol statika għal waħda iżjed dinamika li tiffoka iżjed fuq ir-rispett u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kapaċitajiet ta' ħaddiema individwali u professjonisti u tipprovdi għażla bejn taħriġ addizzjonali u/jew programmi għat-taħriġ mill-ġdid, għandha trawwem l-għarfien u l-innovazzjoni, u l-produzzjoni aktar ġeneralizzata ta' medda usa' ta' kunċetti ġodda.

2.4

Fil-livell ta' intrapriżi individwali, mexxejja attivi tal-ġestjoni tal-bidla huma, fuq kollox, (i) evalwazzjonijiet ta' kompetenza u pjanijiet personali għall-iżvilupp tal-karriera, (ii) l-esternalizzazzjoni tas-servizzi, (iii) taħriġ addizzjonali u taħriġ mill-ġdid, u (iv) ftehim kollettiv u pjanijiet soċjali għar-ristrutturar ta' l-intrapriża.

2.5

Il-mexxejja pro-attivi ewlenin li jistgħu jintuzaw fil-livelli settorjali u reġjonali huma (i) l-iżvilupp ta' clusters lokali tal-produzzjoni, (ii) netwerks orjentati lejn l-innovazzjoni u l-isħubiji, (iii) il-poli ta' l-innovazzjoni, il-parkijiet industrijali, tax-xjenza u t-teknoloġija, (iv) strateġiji reġjonali għall-innovazzjoni u pjanijiet ta' l-iżvilupp, flimkien ma' istituzzjonijiet sabiex jimplimentawhom u (v) ir-reġjuni ta' l-għarfien.

2.6

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tissorvelja b'mod kontinwu liema huma l-oqsma l-iktar promettenti għall-innovazzjoni Ewropea.

2.7

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jenfasizza wkoll li fl-ebda settur ma tista' tiġi esklusa l-possibbilità ta' tkabbir aċċellerat fil-kapaċità innovattiva jew ta' proporzjon ogħla ta' valur miżjud. Huwa rakkomandabbli li tiġi appoġġjata kwalunkwe idea innovattiva relatata ma' metodi ġodda għall-użu ta' materjali, l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew ta' prodotti ġodda, li jassiguraw livelli ġodda ta' kwalità u li jiġġeneraw valur miżjud.

2.8

L-aħjar mezz għall-gvernijiet ta' l-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw b'mod proattiv l-impatt ta' l-innovazzjoni huwa billi jikkoordinaw fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika fil-politiki ta' livell nazzjonali tagħhom stess fuq l-impjieg, l-industrija, l-innovazzjoni, il-ħarsien ambjentali, l-edukazzjoni u l-kummerċ. Il-valur miżjud offrut mis-sħubija ma' l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata f'dan il-proċess huwa evidenti. Mill-ġdid fil-livell nazzjonali, tenħtieġ ukoll enfasi fuq dawn l-elementi li ġejjin: (i) ir-riċerka ta' sorsi ta' impjieg ġdid, u sistema li tbassar sabiex jiġu identifikatu, (ii) it-taħriġ vokazzjonali u l-programmi għat-taħriġ mill-ġdid, (iii) strateġija għat-tagħlim tul il-ħajja, (iv) ir-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol li twassal għall-mobilità u l-izvilupp tal-ħiliet.

2.9

Approċċi transkonfinali innovattivi lejn il-kooperazzjoni jistgħu jaqdu rwol partikularment importanti u speċifiku bħala katalist fil-qasam ta' l-innovazzjoni u l-bidliet industrijali. Dan jinkludi l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) fl-oqsma tan-nanoteknoloġija, il-mediċini innovattivi, iċ-ċelloli ta' l-idroġenu u tal-karburant, is-sistemi tal-kompjuters embedded, l-aeronawtika u t-trasport ta' l-ajru, u s-sorveljanza globali għall-ambjent u s-sigurtà. B'żieda ma' dan, is-sinifikanza tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropea għandhom jiġu enfasizzati f'dan il-kuntest, flimkien ma' l-importanza tas-segwitu ta' l-iżvilupp tagħhom. Eżempju partikularment tajjeb huwa t-tixrid imferrex ta' l-esperjenzi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġija ta' l-Azzar Ewropea, il-Pjattaforma għall-Faħam Nadif u l-Pjattaforma ta' l-Ilma — inizjattivi li diġà għandhom reputazzjoni soda.

2.10

Fil-livell ta' l-istituzzjonijiet Ewropej, għandu jkun hemm l-użu koordinat, pro-attiv u l-iżvilupp ta' dawn l-elementi li ġejjin: (i) l-istrateġija ta' Lisbona, (ii) l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, (iii) l-Isħubija għat-Tkabbir u l-Impjieg, (iv) id-Djalogu soċjali Ewropew (settorjali u trans-settorjali), (v) Programmi Komunitarji għar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-impjieg u t-tagħlim tul il-ħajja, (vi) il-politika reġjonali komunitarja, (vii) il-Fond Soċjali Ewropew (ESF), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), (viii) ic-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tal-Bidla, u (ix) sistema Ewropea li tbassar sorsi ġodda għall-ħolqien ta' l-impjieg.

2.11

L-inizjattiva għat-twaqqif ta' Istitut Ewropew għat-Teknoloġija (EIT) (2) hija promettenti. Għandu jiġi enfasizzat f'din l-opinjoni li hija l-fażi inizjali attwali ta' l-iżvilupp tal-qafas operazzjonali ta' l-istituzzjoni li toffri l-iktar skop li jassigura li jagħmel kontribuzzjoni reali għall-iżvilupp ta' l-innovazzjoni fi prodotti u impjiegi ġodda.

2.12

Fost l-inizjattivi mill-Kummissjoni Ewropea, ta' min isemmi b'mod partikulari l-Komunikazzjoni COM(2006) 728 finali, Lejn użu iktar effettiv ta' inċentivi tat-taxxa favur ir-riċerka u l-iżvilupp, ippubblikat fil-21 ta' Novembru 2006.

2.13

Ta' rilevanza ugwali għall-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp ma' l-innovazzjoni hija l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar ir-regoli ta' l-Għajnuna mill-Istat (3).

2.14

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jaqbel li huwa importanti b'mod partikular li (i) jinħoloq rwol mexxej għall-Ewropa fit-teknoloġiji strateġiċi tal-ġejjieni, (ii) naġġixxu b'mod effettiv sabiex navvanzaw rabtiet ħafna iktar b'saħħithom bejn in-netwerks akkademiċi, tar-riċerka u tal-kummerċ, u (iii) jitjiebu l-kondizzjonijiet ġenerali.

2.15

Fir-rigward tat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali, attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-aspetti li ġejjin: (i) is-suq uniku, (ii) l-innovazzjoni finanzjarja, u (iii) id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-seklu 21 u (iv) l-għajnuna għall-kummerċ Ewropew sabiex jiżviluppa rabtiet ta' kummerċ barrani u ekonomiku, u sabiex jiġi assigurat l-aċċess għas-swieq f'pajjiżi terzi.

2.16

Barraminhekk, l-evalwazzjonijiet settorjali għandhom jitwettqu mill-iktar fis possibbli, sabiex il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-settur jistgħu kemm jista' jkun jitjiebu; b'dan il-mod, attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-aspetti li ġejjin: (i) fatturi relatati ma' l-SMEs, (ii) il-kontribuzzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona u (ii) in-netwerking bejn ir-reġjuni.

3.   Ir-rwol tal-Grupp tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI)

3.1

Il-KESE jenfasizza li l-medda sħiħa ta' l-istrumenti finanzjarji flimkien ma' l-użu kkoordinat ta' strumenti bħal dawn huma meħtieġa sabiex jiġi assigurat li l-effetti ta' l-innovazzjoni assoċjati mal-bidliet industrijali jirrendu l-akbar benefiċċji possibbli possibbli. Il-prodotti kollha adattati fis-swieq finanzjarji u kapitali għandhom isiru disponibbli, irrispettivament minn jekk inħalqux minn istituzzjonijiet finanzjarji konvenzjonali, gvernijiet reġjonali jew nazzjonali jew l-Unjoni Ewropea. Strumenti finanzjarji għandhom ikunu disponibbli sabiex ikopru l-proċess sħiħ ta' l-innovazzjoni, sa l-aħħar parti tiegħu, u hemm bżonn ta' fondi sabiex jiġu assigurati d-domanda/provvista (push/pull) tas-suq. Fil-kuntest tas-suġġett usa' tal-finanzi, din l-opinjoni tiffoka fuq wieħed mill-atturi prinċipali f'dan il-qasam, il-Grupp tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, li jgħaqqad fliemkien l-istrumenti tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew ta' l-Investiment (FEI).

3.2

Il-BEI u l-FEI identifkaw it-titjib fil-prestazzjoni ekonomika Ewropea u l-innovazzjoni bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu. Strumenti finanzjarji adattati ser jiġu mobilizzati u żviluppati sabiex jilħqu dan il-għan li jikkontribwixxi lejn l-istrateġija ta' Lisbona u għall-Azzjoni Ewropea għat-Tkabbir. L-Inizjattiva għall-Innovazzjoni 2010 (i2i) tikkostitwixxi l-kontribuzzjoni ewlenija tal-BEI fil-proċess li jagħmel lill-Ewropa iktar innovattiva u kompetittiva, bl-objettiv tas-self ta' EUR 50 biljun għal dawn l-għaxar snin sabiex jiġu appoġġjati proġetti ta' l-investiment madwar l-Ewropa, fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RDI); u fit-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni avanzati (ICT) — inkluż is-servizzi tal-midja awdjoviżwali u s-servizzi elettroniċi u tal-kontenut.

3.2.1

Il-fondi identifikati għal proġetti li huma diġà appoġġjati permezz ta' l-i2i mill-2000 huma stmati EUR 46 biljun sa l-aħħar ta' 2006, li jindika li l-mira ta' EUR 50 biljun sa l-2010 jista' jinqabeż. Permezz tal-Faċilità għall-Finanzi Strutturati (SFF) — li m'hijiex ristretta għall-objettivi tar-riċerka u l-iżvilupp — il-BEI espanda wkoll il-kapaċità finanzjarja tiegħu, sabiex imexxi riżorsi finanzjarji għall-quċċata tar-riċerka u l-iżvilupp u prodotti, proċessi u sistemi innovattivi. Dan jinvolvi l-appoġġ għall-individwi li jieħdu sehem f'proġetti u start-ups li jeħtieġu investiment ta' livell baxx u għalhekk self b'riskju ogħla. Sabiex jiffinanzja l-attivitajiet ta' l-investiment żviluppati mill-SMEs, il-BEI stabilixxa linji ta' kreditu b'intermedjarji finanzjarji adattati.

3.2.2

Qegħdin jiġu żviluppati wkoll transazzjonijiet innovattivi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tqassim tar-riskju u/jew taħlit ta' għodod ta' appoġġ nazzjonali u reġjonali mal-prodotti tal-BEI sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-SMEs. Il-FEI jiffoka fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) permezz ta' kapital riskjuż u garanziji. L-azzjoni tal-FEI hija komplementari għall-appoġġ għall-SMEs provduta mill-BEI.

3.2.3

Fir-rigward ta' l-aċċess ta' l-SMEs għall-kreditu, għandu jiġi nnotat l-effett dannuż tal-Ftehim ta' Basel II. Fis-sens wiesa', dan il-ftehim jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi għas-sistema bankarja, li jġiegħel lill-banek jagħtu klassifika għal kull SME li tapplika għall-kreditu. Sabiex tiġi kkalkolata din il-klassifika, l-SMEs ser ikollhom jipprovdu medda ta' informazzjoni li hija ħafna usa' f'termini ta' kwalità u kwantità. SMEs li m'għandhomx sistemi ta' l-informazzjoni għall-Ippjanar tar-Riżorsi ta' l-Intrapriża (Enterprise Resource Planning — ERP) mhux ser ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa. Is-sistemi ERP huma għaljin ħafna u l-maġġoranza l-kbira ta' l-SMEs ma jkollhomx waħda, li għaldaqstant ifisser li huma ineliġibbli għall-kreditu b'termini favorevoli, li ser ikollu effett ta' ħsara fuq l-iżvilupp tagħhom. Il-BEI u l-Kummissjoni Ewropea huma mitluba li jibqgħu attenti u jissorveljaw il-livell ta' l-aċċess ta' l-SMEs għall-iffinanzjar li jeħtieġu u r-relazzjoni bejn dan l-aċċess u l-effetti tal-Ftehim ta' Basel II.

3.3

L-appoġġ għall-innovazzjoni mill-Grupp BEI jeħtieġ l-iżvilupp ta' mekkaniżmi finanzjarji u prodotti ġodda, adattati għall-profil riskjuż tat-transazzjonijiet. Fl-istess ħin, sabiex jiżdied l-valur miżjud u s-sinerġiji bejn l-istrument finanzjarji komunitarji, inizjattivi konġunti ġodda bejn il-Grupp tal-BEI u l-Kummissjoni qegħdin jiġu implimentati permezz tal-ħolqien ta' sħubiji ma' programmi finanzjati mill-baġit ta' l-UE bħas-Seba' Programm ta' Qafas (FP7) u l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP). Minkejja li inizjattivi konġunti bħal dawn m'humiex limitati għall-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju (RSFF) li tibda fl-2007, u inizjattivi ġodda implimentati mill-FEI taħt is-CIP, huma eżempji partikularment tajbin tagħha.

3.4   Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju (RSFF)

3.4.1

L-RSFF (il-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju) hija inizjattiva ġdida u innovattiva, maħluqa b'mod konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment sabiex jitrawwem l-investiment għall-Ewropa fir-riċerka, l-iżvilupp u d-demostrazzjoni teknoloġika implimentata permezz tas-settur privat, kif ukoll l-innovazzjoni, billi jinbnew garanziji adattati għas-self għal proġetti Ewropej iktar riskjużi fil-qasam ta' l-innovazzjoni. Din l-iskema l-ġdida għandha tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjar tad-djun għall-attivitajiet li għandhom profil ta' riskju ogħla mill-medja, fuq il-bażi ta' tqassim tar-riskju bejn il-Komunità Ewropea, il-BEI u dawk li jippromovu l-proġetti ta' l-RDI. Il-finanzjar tal-BEI provdut taħt l-RSFF ser ikun disponibbli għall-komunità Ewropea tar-riċerka fuq bażi komplementari għar-riżorsi ta' l-għoti ta' l-FP7.

3.4.2

L-RSFF, implimentata bl-użu ta' l-istess qafas bħal dak fir-regoli BEI SFF eżistenti, ser ikollha żewġ twieqi finanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (FP7) u l-BEI rispettivament, kull wieħed għal ammont sa EUR 1 biljun għall-perijodu 2007-2013. Ser ikun possibbli wkoll li jintużaw ir-riżorsi għall-IFfinanzjar tar-riċerka, l-iżvilupp u l-proġetti ta' wiri, filwaqt li r-riżorsi tal-BEI jistgħu jintużaw sabiex jiffinanzjaw proġetti ta' innovazzjoni. L-applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ aspetti għall-massimu ta' EUR 2 biljun għall-finijiet tal-provvista tar-riskju, li ser iwasslu għal finanzjar iktar estensiv ta' programmi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni b'livell ta' riskju ogħla mill-medja ifisser li l-BEI huwa mistenni li jkun jista' jappoġġja finanzjar addizzjonali ta' massimu ta' EUR 10 biljun, somma li hija kapaċi tipprovdi żieda sostanzjali. L-intenzjoni ta' l-RSFF hija li tappoġġja inizjattivi ta' riċerka Ewropea bħall-forum ta' l-Istrateġija Ewropea dwar l-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFR), il-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija, l-Inizjattiva Konġunta tat-Teknoloġija jew proġetti mnedija taħt l-Eureka (l-Aġenzija Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Riċerka).

3.4.3

Ibbażata fuq l-idea tat-tqassim tar-riskju bejn il-Komunità, il-BEI u l-benefiċjarji, l-RSFF isservi bħala strument addizzjonali għall-finanzjar tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjonijiet, li b'hekk tiftaħ medda wiesa' ta' għażliet kemm għas-settur privat kif ukoll għall-komunità tar-riċerka u tiffinalizza l-portafoll ta' strumenti eżistenti sabiex jiffinanzjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. L-RSFF tagħmilha possibbli għall-BEI sabiex jiżviluppa prodotti finanzjarji li jikkumpensaw għan-nuqqasijiet tas-suq, b'konformità mal-bżonnijiet speċifiċi ta' settur partikulari u ta' kull min jippromovi l-proġett, li b'hekk twessgħa l-iskop ta' benefiċjarji finanzjarji potenzjali. L-RSFF ser tkun disponibbli għal entitajiet legali ta' kull qies u sjieda inklużi l-kumpaniji l-kbar, ta' daqs medju (mid-caps), SMEs, organizzazzjonijiet tar-riċerka, universitajiet, strutturi ta' kollaborazzjoni, intrapriżi konġunti jew strutturi ad hoc (Special Purpose Vehicles). Permezz ta' ftehim ta' qsim tar-riskju mas-settur bankarju, l-RSFF ser jikkontribwixxi sabiex isaħħaħ il-ħila ġenerali tal-komunità finanzjarja li tappoġġja l-attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, partikularment fir-rigward ta' l-SMEs.

3.4.4

Sabiex tiġi assigurata t-tnedija mgħaġġla tal-RSFF b'massa kritika suffiċjenti fir-rigward ta' fondi, il-Kunsill tal-Kompetittività ta' Lulju 2006 għall-ewwewl iddeċieda li jalloka EUR 500 miljun għall-perijodu sar-reviżjoni ta' nofs it-term tas-7 Programm ta' Qafas. EUR 500 miljun addizzjonali jistgħu jiġu rilaxxati mill-baġit komunitarju sal-2013, fuq il-bażi ta' evalwazzjonijiet ta' nofs it-term u talbiet potenzjali għall-użu ta' l-istrumenti ġodda. Filwaqt li l-kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tal-fondi u l-operat tal-RSFF — inklużi l-ħtiġijiet ta' l-eliġibilità, ir-regoli u t-tqassim tar-riskju bejn l-istituzzjonijiet — huma definiti taħt il-programmi speċifiċi ta' Kooperazzjoni u Kapaċità tal-FP7, miżuri dettaljati ser ikunu regolati minn ftehim bilaterali bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-BEI, li ġie ffirmat fil-5 ta' Ġunju 2007.

3.5   Appoġġ tal-BEI għall-innovazzjoni

3.5.1

Il-FEI jimplimenta mandati għan-nom tal-partijiet interessati tiegħu (il-BEI, il-Kummissjoni Ewropea), jew partijiet terzi (fuq livell ta' l-Istati Membri) sabiex jappoġġja l-innovazzjoni u l-finanzjar ta' l-SMEs, b'konformità ma' l-objettivi tal-Komunità. Sa l-aħħar ta' l-2006, it-total ta' transazzjonjiet ta' l-EIF ammontaw għal EUR 15-il biljun, li minnhom EUR 11.1 biljun kien għall-garanziji u EUR 3.7 biljun għal operazzjonijiet ta' intrapriża konġunta.

3.5.2

L-istrateġija ta' Lisbona, li timmira li ssaħħaħ il-kompetittività Ewropea, hija waħda mill-mexxejja ċentrali ta' l-attivitajiet FEI (peress li l-FEI huwa l-uniku korp Ewropew li jispeċjalizza fil-finanzjar ta' l-SMEs). B'EUR 3.7 biljun investiti f'224 fond ta' kapital riskjuż, l-EIF għen sabiex jimtela l-vojt ta' l-innovazzjoni billi alloka madwar EUR 20 biljun għal SMEs b'rata mgħaġġla tat-tkabbir u start-ups (inklużi diversi stejjer ta' suċċess globali bħal Skype, Bluetooth/Cambridge Silicon Radio jew Kelkoo). Fil-konklużjonijiet tal-presidenza tiegħu, il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2005 irrakkomanda li l-EIF kellu jiddiversifika l-attivitajiet tiegħu lejn il-finanzjar tat-trasferiment teknoloġiku. Fl-2006, l-ewwel operati ta' trasferiment teknoloġiku ġew iffirmati għal-liċenzjar u attivitajiet spin-off.

3.5.3

Fil-qafas tal-perspettiva finanzjarja ġdida, l-EIF qiegħed jiġġestjona l-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u huwa wieħed mill-atturi ewlenin ta' l-inizjattiva JEREMIE. Iż-żewġ programmi jimmiraw li jtejbu l-finanzi u l-inġinerija finanzjarja ta' l-SMEs.

3.5.3.1

Is-CIP, bħala wieħed mill-istrumenti ċentrali tal-politika tal-SMEs u l-innovazzjoni ta' l-UE, jipprovdi l-kaptial riskjuż (inkluż il-fondi għall-attivitajiet tat-trasferiment teknoloġiku, netwerk ta' business angels u innovazzjoni ekoloġika) u aċċess għall-mekkaniżmi ta' garanzija għall-SMEs.

3.5.3.2

Taħt l-inizjattiva JEREMIE (Joint European Resources for Micro to Medium Enterprises), l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jistgħu jagħżlu li jinqdew b'riżorsi mill-ERDF fil-forma ta' strumenti finanzjarji speċifiċi mmexxija mis-suq, bħall-ekwità, il-kapital riskjuż, garanziji jew self. JEREMIE kien iddisinjat b'tali mod li jottimizza l-fondi ERDF permezz tas-self ta' riżorsi addizzjonali filwaqt li l-implimentazzjoni tiegħu hija ffaċilitata permezz ta' qafas regolatorju iktar flessibbli. Fl-2007, iż-żieda fil-kapital EIF għandha tikkumplementa r-riżorsi tas-CIP u ta' JEREMIE, u huwa stmat li sal-2013, 'l fuq minn miljun intrapriża żgħira u ta' daqs medju ser ikunu bbenefikaw mill-istrumenti finanzjarji ta' l-EIF.

3.5.3.3

Peress li għandhom effett ta' lieva għoli (eż. EUR 1 mill-baġit Komunitarju jimmobilizza sa EUR 50 għall-SMEs permezz ta' garanziji), u rwol katalitiku b'saħħtu meta mqabbel mal-komunità finanzjarja (partikularment fil-każ ta' fondi ta' kapital riskjuż), l-istrumenti finanzjarji tal-Komunità għandhom jitqiesu bħala eżempju ta' l-aħjar prattika fil-kuntest ta' l-Aġenda ta' Lisbona. Sabiex tiġi assigurata l-adozzjoni ta' l-applikazzjonijiet teknoloġiċi taħt is-CIP, għandhom jiġu identifikati universitajiet u SMEs, b'enfasi akbar fuq proġetti tal-finanzjament, dwar pubbliċità li jassistu fl-identifikar ta' kapital intellettwali, fuq l-approvi jew l-ħruġ ta' l-approvi, fuq ftehim ta' kooperazzjoni u l-benefiċċji li jirriżultaw; b) sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni b'suċċess permezz ta' JEREMIE, fuq linji simili għar-regoli għall-finanzi u l-għajnuna mill-Istat.

3.5.4

Fl-2006 il-BEI u l-FEI iffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni, li jwassal b'mod partikulari għal kumbinazzjonijiet ta' linji ta' kreditu u garanziji ta' l-EIF għal SMEs innovattivi. Jista jkun li transazzjonijiet bħal dawn jiġu żviluppati iktar, b'mod partikulari fil-kuntest ta' JEREMIE.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  It-tagħlim tul il-ħajja appoġġjat mill-IT u l-bidliet industrijali, CCMI/034, 21.9.2006.

(2)  COM(2006) 604 finali.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004, 25.2.2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001, ĠU L 63, 28.2.2004.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/93


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-impjieg tal-kategoriji ta' prijorità (l-Istrateġija ta' Lisbona)”

(2007/C 256/18)

Fl-14 ta' Settembru 2006 (ikkonfermat fis-26 ta' Ottubru 2006) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 31 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u fil-qafas ta' xogħolu mibdi skond it-talba tal-Kunsill Ewropew tat-23/24 ta' Marzu 2006, li jfassal rapport ta' informazzjoni dwar: L-impjieg tal-kategoriji ta' prijorità (L-Istrateġija ta' Lisbona).

Fil-15 ta' Marzu 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda b'konformità ma' l-Artikolu 29 punt 2 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jikkonverti dan ir-rapport ta' informazzjoni f'opinjoni fuq inizjattiva proprja.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, li kienet inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Greif.

Fl-437 sessjoni plenarja tiegħu tal-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'122 voti favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Din l-opinjoni turi li f'termini kwantitattivi l-objettivi ambizzjużi ta' Lisbona fil-qasam ta' l-impjieg twettqu biss sa ċertu punt u b'differenzi ċari minn Stat Membru għal ieħor u dan il-fatt għandu jitqies dejjem. Saħansitra fir-rigward tal-kwalità ta' l-impjieg, l-istampa li toħroġ hija waħda kontradittorja: minn naħa eżempji ferm sodisfaċenti ta' prattika tajba fil-politiki ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri individwali, li l-KESE jemmen għandhom ikunu identifikati u evalwati; min-naħa l-oħra jeżistu sitwazzjonijiet madwar l-UE li jqanqlu tħassib:

Minkejja li l-impjiegi full-time għadhom il-forma predominanti ta' l-impjieg madwar l-UE, ħafna mill-impjiegi ġodda maħluqa f'dawn l-aħħar snin — partikularment għan-nisa — kienu part-time. Għad hemm nuqqas ta' impjiegi adattati għall-ħaddiema mdaħħla fl-età. U għaż-żgħażagħ, b'mod partikulari, kien hemm żieda qawwija f'forom ta' impjieg atipiku (mhux konvenzjonali), f'xi każijiet saħansitra mingħajr protezzjoniji legali u soċjali adattata.

Kien hemm ftit li xejn titjib f'opportunitajiet ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għall-gruppi żvantaġġati (li jista' jintwera mil-livelli għoljin persistenti tal-qgħad fuq perijodu fit-tul, ir-rata tal-qgħad relattivament għolja fost iż-żgħażagħ u dawk b'nuqqas ta' ħiliet u l-livell baxx ta' okkupazzjoni b'mod partikulari fost il-persuni mdaħħla fl-età). Il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-gruppi li huma soċjalment marġinalizzati tibqa' diffiċli ferm.

1.2

F'dan il-kuntest, il-Kumitat jikkunsidra bħala importanti li, fid-dawl tad-dibattitu li għaddej dwar il-flessigurtà, kwalunkwe definizzjoni ġenerali u l-miżuri kollha disinjati sabiex iżidu l-adattabilità tal-kumpaniji u tal-ħaddiema għandha dejjem tiġi assoċjata ma' livell għoli ta' sigurtà soċjali, politika attiva tas-suq tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ u aċċess għas-servizzi soċjali.

1.3

Il-KESE jsejjaħ sabiex tingħata iktar prominenza lill-punti segwenti fil-kuntest tal-politiki nazzjonali soċjali u ta' l-impjieg immirati lejn il-gruppi ta' prijorità fis-suq tax-xogħol, li għalihom tagħmel referenza din l-opinjoni:

miżuri li jippromovu l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, bl-għan li joffrulhom impjieg inizjali bi prospetti għall-futur;

sforzi akbar li jikkumbattu l-ħafna forom ta' diskriminazzjoni u żvantaġġi li jippersistu fir-rigward ta' età, sess, diżabilità jew oriġini etnika, partikularment f'dak li jikkonċerna l-aċċess għall-edukazzjoni, l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-impjieg kontinwu;

żieda fis-sigurtà ta' l-impjieg u l-prevenzjoni tan-“nassa ta' l-impjieg mingħajr sigurtà”, fost affarijiet oħra billi jiġi żgurat li n-nies qiegħda ma jiġux obbligati jieħdu impjiegi li ma joffru l-ebda sigurtà, billi niġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat u billi nħarsu kontra l-isfruttar ta' ħaddiema impjegati fuq kuntratti fuq perijodu qasir;

miżuri sabiex titjieb il-kwalità ta' l-impjiegi u l-ħaddiema jkunu mħarsa mid-diskriminazzjoni;

iktar investiment fil-kwalità ta' l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li jibbenefikaw ħaddiema mdaħħla fl-età;

investiment fl-edukazzjoni inizjali u addizzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja u t-tneħħija tad-diskrepanzi li jeżistu bejn il-ħiliet offerti u dawk rikjesti mis-suq tax-xogħol;

miżuri li jimmodernizzaw u jtejbu, fejn neċessarju, il-protezzjoni soċjali marbuta ma' forom ta' l-impjieg li m'humiex konvenzjonali;

it-tnaqqis fis-segmentazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol, speċjalment miżuri effettivi għar-rikonċiljar bejn il-karriera u l-familja (b'mod partikulari l-iżvilupp ta' faċilitajiet komprensivi għall-kura tat-tfal u forom varji ta' appoġġ għal dawk li għandhom bżonn il-kura u l-familji tagħhom, inklużi faċilitajiet ta' kura li jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum);

it-tneħħija ta' ostakli li jiffaċċaw persuni b'obbligazzjonijiet ta' kura meta (jerġgħu) jidħlu fis-suq u jfittxu li jibqgħu fl-impjieg (u inċentivi għal iktar parteċipazzjoni tal-missirijiet li għandhom responsabilitajiet ta' kura)

l-iżvilupp ta' inċentivi u appoġġ adattati għall-kumpaniji sabiex jimpjegaw iktar żgħażagħ u ħaddiema mdaħħla fl-età li qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet partikulari fit-tfittxija ta' l-impjieg.

1.4

Hemm bżonn ta' miżuri speċjali għall-gruppi esklużi soċjalment:

l-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol transizzjonali b'inċentivi adattati għall-kumpaniji sabiex jieħdu iktar ħaddiema, b'appoġġ simultanju għall-ħaddiema sabiex jegħlbu l-problemi li huma s-sors ta' l-esklużjoni soċjali tagħhom (jeħtieġ li nilqgħu kontra vantaġġi mhux mixtieqa u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni);

inizjattivi għal impjieg mingħajr qligħ, speċjalment fl-ekonomija soċjali, għandhom rwol partikulari x'jaqdu hawnhekk. Għaldaqstant, għandha ssir proviżjoni għal appoġġ adattat fil-baġits tal-politika ta' l-impjieg.

1.5

Il-KESE jenfasizza li f'ħafna Stati Membri ta' l-UE l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet deskritti f'din l-opinjoni ser jeħtieġu sforzi ġodda fir-rigward tal-politika ta'- l-impjieg u li l-fondi baġitarji adattati għandhom jiġu provduti.

B'hekk, il-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol fil-livell nazzjonali u Ewropew ser ikollhom ftit li xejn suċċess, sakemm tingħatalhom attenzjoni adattata fl-ippjanar baġitarju ta' l-Istati Membri.

Il-KESE jinnota li f'ħafna pajjiżi hemm diskrepanzi wiesgħa bejn il-proposti għall-inizjattivi għall-politika tas-suq tax-xogħol — eż fil-qafas tal-pjanijiet tar-riforma nazzjonali — u l-fondi baġitarji (1).

Għandha tingħata konsiderazzjoni akbar fil-programmi ta' azzjoni nazzjonali lill-esperjenzi pożittivi minn pajjiżi varji u għandu jsir użu adattat ta' l-ESF 2007-2013.

1.6

B'rabta ma' dan, il-KESE f'numru ta' okkażjonijiet saħaq li dawn il-fondi baġitarji jeħtieġu kuntest markroekonomiku favorevoli, b'enfasi fuq politika ekonomika orjentata lejn it-tkabbir sabiex jingħelbu nuqqasijiet ċikliċi persistenti (2).

1.7

F'ħafna Stati Membri l-kontribuzzjonijiet soċjali li huma marbuta ma' l-ispejjeż tax-xogħol għolew tant li jistgħu jkollhom effetti negattivi fuq il-ħolqien ta' l-impjiegi. F'xi każijiet id-differenza insinfikanti bejn id-dħul wara t-taxxa u l-benefiċċji tista' titfa' dell ikrah fuq ix-xogħol. Dawn in-“nases tal-qgħad” għandhom jiġu evitati, mingħajr madankollu ma jiġu mhedda s-sistemi ta' sigurtà soċjali. B'rabta ma' dan il-KESE japprova r-rakkomandazzjoni tal-grupp ta' livell għoli dwar il-futur tal-politika soċjali f'Unjoni Ewropea mkabbra li l-bażi għall-finanzjar tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għandha titwessa' u l-piż fiskali jitqassam b'mod iktar ġust bejn il-fatturi tal-produzzjoni sabiex l-ispejjeż ma jiġux allokati b'mod sproporzjonat fuq ix-xogħol (3).

1.8

Fir-rigward tar-reviżjoni tal-linji gwida tal-politika ta' l-impjieg fl-2008, il-KESE jikkunsidra li f'bosta mill-oqsma diskussi f'din l-opinjoni għandhom jiġu indikati aktar prijoritajiet u l-politika għandha tkun iktar ċara.

B'rabta ma' dan il-KESE jagħmel sejħa għal objettivi li jorbtu iktar fil-livell Ewropew, li jagħti lill-Istati Membri qafas ċar b'obbligazzjonijiet li m'humiex ambigwi. Il-KESE jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha taqdi rwol ikbar fis-sorveljaza ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' l-impjieg fl-Istati Membri.

Il-KESE jsejjaħ ukoll għal titjib addizzjonali ta' l-objettivi, partikularment fir-rigward ta' l-impjieg taż-żgħażagħ u tal-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ (eż. tnaqqis tal-perijodu massimu ta' sitt xhur għat-tfittxija ta' l-impjieg/postijiet tat-taħriġ li fi tmiemu ż-żgħażagħ jiġu offruti bidu ġdid), fir-rigward tal-promozzjoni ta' l-ugwaljanza, ta' l-appoġġ għall-persuni b'diżabilità u ta' l-integrazzjoni ta' l-immigranti.

B'dan il-mod, il-KESE jixtieq li l-programmi nazzjonali ta' riforma jsiru iktar ambizzjużi fil-futur fil-qasam tal-politika ta' l-impjieg u li jkun hemm titjib kwalitattiv notevoli fir-rigward ta' ħin, responsabilità, impenn ta' riżorsi u finanzjar. B'rabta ma' dan, il-KESE jipproponi li jiġu investigati modi li jiġu adottati objettivi speċifi sabiex jiġu identifikati riżorsi baġitarji adattati għal politika attiva tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri individwali.

Opinjoni separata tal-KESE ser tħares fid-dettall lejn l-aġġustamenti tal-linji gwida tal-politika ta' l-impjieg li ser ikunu meħtieġa mill-2009 'l quddiem (hawnhekk ġew deskritti fil-qosor).

2.   Sfond

2.1

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23/24 ta' Marzu il-Kunsill Ewropew talab lill-KESE, fid-dawl tas-Summit tar-Rebbiegħa ta' l-2008, sabiex ifassal rapport sommarju bħala appoġġ għas-sħubija għat-tkabbir u l-impjieg b'enfasi partikulari fuq l-impjieg tal-kategoriji ta' prijorità. Il-KESE issa qiegħed jippreżenta din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-suġġett, li tislet mill-kompetenzi tal-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali.

2.2

Il-KESE minn dejjem enfasizza li t-titjib fil-kompetittività u l-kisba tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Lisbona m'humiex għanijiet fihom innifishom, iżda li pjuttost huma intiżi li jwasslu għal tnaqqis fir-rata għolja tal-qgħad fl-UE, li jimmiraw għall-okkupazzjoni sħiħa, li jpoġġu s-skemi tas-sigurtà soċjali fuq bażi iktar stabbli u li jipprovdu l-ħarsien kontra l-esklużjoni soċjali (4).

2.3

Għalhekk l-Istrateġija ta' Lisbona kienet intiża li tagħti impetu ġdid lill-istrateġija Ewropea għall-impjieg, ħalli b'hekk tiżdied ir-rata ta' l-impjieg u l-kwalità tax-xogħol. L-Istrateġija ta' Lisbona ma mmiratx biss lejn iktar impjiegi iżda wkoll lejn impjiegi ta' kwalita ogħla. L-investiment fil-kapital uman, ir-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għalhekk loġikament kellhom prijorità daqstant għolja ħdejn il-miżuri tas-suq tax-xogħol u tal-politika strutturali (5).

2.4

F'din l-opinjoni il-KESE ser jiffoka fuq it-tendenzi tas-suq tax-xogħol Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar dawk il-gruppi identifikati fir-rigward ta' liema l-Kunsill ripetutament sejjaħ lill-Istati Membri sabiex jipprovdu miżuri li:

jtejbu s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u jnaqqsu b'mod sinifikati l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

jimplimentaw strateġija għax-xjuħija attiva sabiex isir possibbli għan-nies imdaħħla fl-età li jibqgħu jaħdmu għal żmien itwal;

jippromovu l-impjieg tan-nisa b'mod effettiv u jagħmluha possibbli li n-nisa u l-irġiel jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja;

jintegraw lill-persuni b'diżabilità u jippromovu l-impjieg tagħhom fil-perijodu fuq it-tul;

jżidu r-rata ta' l-impjieg u l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol għall-immigranti u l-minoritajiet etniċi.

2.5

Il-KESE ser jipproponi pakkett ta' miżuri preventivi u attivi ta' integrazzjoni (mill-ġdid) għal kull wieħed minn dawn il-gruppi identifikati li għandhom jingħataw konsiderazzjoni b'iktar attenzjoni fil-politiki tas- suq tax-xogħol u ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri. Gruppi li huma soċjalment emarġinalizzati, li huma ta' sikwit esklużi mis-suq tax-xogħol, ser ikunu inklużi wkoll. B'żieda ma' dan, ser jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet ta' politika, fost oħrajn sabiex ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-politika ta' l-impjieg jitwettqu qabel is-Summit tar-Rebbiegħa ta' l-2008.

3.   Ir-rata ta' l-impjieg, l-impjiegi u l-qgħad — is-sitwazzjoni attwali (6)

3.1

Għall-ewwel darba mill-2001 'l hawn, fl-2005 u l-2006, l-impjieg fl-UE żdied u kien hemm tnaqqis moderat fir-rata tal-qgħad (minn 9,0 % fl-2004 għal 7,9 % fl-2006). Iż-żieda fir-rata tal-qgħad tan-nisa, — 0,6 % — tikkuntrasta b'mod iktar ċar ma' l-istaġnar tas-snin reċenti meta mqabbla mar-rata korrespettiva għall-irġiel. Din it-tendenza kompliet fl-2007 (7).

3.2

Huwa madankollu ta' tħassib serju li wieħed jikkunsidra:

li l-progress ta' l-objettivi intermedjarji ta' Lisbona u Stokkolma għar-rata ta' l-impjieg ma ntlaħqux fl-2005, la fir-rigward tar-rata ġenerali, 67 % (2005: 63,8 %) u lanqas għal dik tan-nisa, 57 % (2005: 56.3 %). Qiegħed isir ukoll iktar ċar li l-għanijiet għall-2010 ma jistgħux jintlaħqu f'ħafna Stati Membri jew fil-Komunità sħiħa;

minkejja li ż-żidiet fl-impjiegi full-time mill-2004 komplew jiddominaw l-impjieg madwar l-UE, ħafna mill-impjiegi li nħolqu f'dawn l-aħħar snin — partikularment għan-nisa — kienu part-time (li ntwera mit-tkabbir ħafna iktar baxx f'termini ekwivalenti fir-rigward ta' impjieg full-time — f'xi Stati Membri saħansitra waqgħu);

l-iktar żieda sinifikanti fl-impjieg f'dawn l-aħħar snin kienet fost il-ħaddiema mdaħħla fl-età. Madankollu, ir-rata ta' l-impjieg għall-persuni mdaħħla fl-età hija wkoll ħafna iktar baxxa mil-livell identifikat (għall-grupp ta' l-età 55-64, il-medja kienet biss 42,5 % fl-2005). Disa' Stati Membri biss kisbu t-targit ta' 50 % (differenza sinifikanti bejn in-nisa u l-irġiel: it-targit intlaħaq fi 17-il pajjiż għall-irġiel iżda għal nisa f'erba' biss, l-Iskandinavja u l-Estonja);

fl-2005 l-medja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ — 18,5 % — baqgħet madwar darbtejn ogħla mir-rata ġenerali tal-qgħad;

minkejja t-titjib ġenerali f'bosta Stati Membri, partikularment f'dawk b'rati għoljin ħafna ta' qgħad, il-qgħad fil-livell Ewropew, ta' ftit inqas minn 8 %, qiegħed jippersisti fuq livell għoli u f'ċertu pajjiżi saħansitra għola;

differenzi maġġuri reġjonali fir-rati ta' l-impjieg qegħdin jippersistu f'numru ta' Stati Membri (meqjusin b'mod partikulari f'termini ekwivalenti fir-rigward ta' impjieg full-time). In-numru attwali ta' persuni li qegħdin jgħixu f'reġjuni ta' l-UE ta' 27 b'rata ta' qgħad ta' iktar minn 15 % għola notevolment bit-tkabbir;

il-qagħda tas-suq tax-xogħol ta' ċerti gruppi li huma soċjalment emarġinalizzati tibqa' waħda problematika ħafna.

Fuq dan l-isfond ta' bidliet fis-suq tax-xogħol, minkejja l-progress f'xi oqsma għad hemm ħafna xi jsir, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi ta' l-Aġenda ta' Lisbona fil-qasam ta' l-impjieg.

3.3

Dan isir iktar u iktar minnu peress li t-tendenzi fl-okkupazzjoni juru nuqqasijiet serji, li jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor u minn settur għal ieħor:

Għall-gruppi żvantaġġati, il-possibilitajiet li jidħlu fis-suq tax-xogħol ma tantx tjiebu (dan jista' jintwera, per eżempju, mir-rati għoljin b'mod persistenti fil-qgħad fuq il-perijodu t-twil, rati ta' qgħad relattivament għoljin, partikularment fost iż-żgħażagħ u persuni bla sengħa u r-rati baxxi ta' okkupazzjoni, speċjalment fost il-ħaddiema mdaħħla fl-età).

minkejja li l-impjiegi full-time għadhom il-forma predominanti ta' l-impjieg madwar l-UE, id-data tindika żieda qawwija f'tipi ta' impjieg atipiċi (mhux konvenzjonali), f'xi każijiet mingħajr livell suffiċjenti ta' protezzjoni legali u soċjali. Ġeneralment, il-proporzjon ta' kuntratti ta' impjieg b'terminu fiss qiegħed jiżdied, u dan jolqot liż-żgħażagħ b'mod sproporzjonat. Kien hemm ukoll żieda sinifikanti fix-xogħol kuntrattwali, ix-xogħol temporanju, in-nies li suppost jaħdmu għal rashom (8), l-impjieg fuq perijodu qasir u kuntratti tax-xogħol li joffru ftit benefiċċji soċjali, minkejja li s-sitwazzjoni tvarja ħafna bejn l-Istati Membri. Ġeneralment, l-insigurtà qiegħda tiżdied, partikularment fost il-gruppi żvantaġġati. Impjiegi bħal dawn jistgħu jitqiesu bħala “pont” għas-suq tax-xogħol konvenzjonali biss jekk jiġu magħżula b'mod ħieles u jekk joffru protezzjoni.

F'ħafna Stati Membri l-inċertezza fl-impjiegi żdiedet, speċjalment fost il-ħaddiema bla sengħa, dawk il jitilqu mill-iskola kmieni u n-nies mingħajr taħriġ vokazzjonali. Minħabba l-iżbilanċ bejn id-domanda u l-provvista tal-ħiliet, id-dħul fis-suq tax-xogħol u r-ritorn lejn id-dinja tax-xogħol huma partikularment diffiċli.

Persuni b'responsabilitajiet ta' kura qegħdin isibuha iktar u iktar diffiċli sabiex isibu impjieg stabbli u ta' sodisfazzjon.

Persuni b'diżabilità qegħdin ikomplu jkunu fost dawk l-iktar esklużi mis-suq tax-xogħol. Skond l-aħħar data Ewropea 40 % biss tan-nies b'diżabilità jaħdmu. Iċ-ċifri huma iktar inkwetanti meta jitqiesu n-nies b'diżabilità serja;

Hemm ukoll numru kbir ta' persuni li l-emarġinalizzazzjoni tagħhom tinbet minn kawżi bħall-vizzji, dejn eċċessiv jew in-nuqqas ta' akkomodazzjoni, u li l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol teħtieġ miżuri soċjali speċjali.

Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol ta' l-immigranti u n-nies minn familji migranti f'ħafna mill-Istati Membri huma inqas favorevoli minn dawk tal-bqija tal-popolazzjoni. Attenzjoni partikulari għandha tingħata lir-Roma, li bl-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija, saru l-ikbar minoranza fl-Ewropa u l-qagħda ta' l-impjieg tagħhom, (fejn ir-rati tal-qgħad f'xi każijiet jilħqu s-70-90 %) hija sors ta' tħassib konsiderevoli għal diversi raġunijiet. Il-KESE ser jiġi lura għas-suġġett f'opinjoni fuq inizjattiva proprja separata.

3.4

It-tkabbir tas-settur informali, b'kondizzjonijiet tax-xogħol mhux siguri u ta' sikwit b'pagi baxxi, ifisser ir-riskju li dawk il-gruppi li ma jistgħux jagħmlu t-transizzjoni għas-suq tax-xogħol regolari jkollhom jaċċettaw bil-fors xogħol fuq perijodu fit-tul fejn ma jkunux jistgħu jużaw il-ħiliet tagħhom. Din it-tendenza (li hija diffiċli li tikkwantifikaha) ma tfissirx biss inċertezza konsiderevoli għal dawk milquta iżda twassal ukoll għal telf fid-dħul mit-taxxi u hija theddida għas-sostenibilità tal-kapaċità produttiva fl-UE.

4.   Il-ħolqien ta' qafas għat-tkabbir u iktar impjiegi li jkunu ta' kwalità ogħla

4.1

Għal bosta snin il-ħsieb dominanti fit-tfassil tal-politika Ewopea kien li problemi fis-suq tax-xogħol huma strutturali fl-oriġini tagħhom. F'ħafna pajjiżi ta' l-UE l-enfasi unilaterali tal-politika dwar l-impjieg kienet fuq it-tneħħija ta' l-istandards tal-liġi tax-xogħol, li trendi l-kisba tad-drittijiet iktar diffiċli, fuq it-tnaqqis tas-servizzi soċjali, filwaqt li fl-istess ħin rendiet il-kondizzjonijiet tax-xogħol iktar flessibbli.

4.2

Miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, bħal, per eżempju, il-promozzjoni ta' l-okkupazzjoni, it-tneħħija tas-skarsezza tal-ħiliet u l-programmi għall-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġati fis-suq tax-xogħol ġew implimentati b'mod insuffiċjenti f'ħafna pajjiżi, minkejja li xi wħud minn dawn il-pajjiżi żiedu l-infiq tagħhom f'dan il-qasam sa mill-1995. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li għalihom hemm data disponibbli (appoġġ attiv u passiv), l-infiq attiv fuq miżuri għas-suq tax-xogħol fil-fatt naqas f'dawn l-aħħar snin bħala proporzjon ta' l-infiq globali. Huwa importanti ħafna li r-riżorsi allokati għall-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol jiġu pprovduti b'tali mod li jkunu kompatibbli mad-daqs ta' l-isfidi u fl-istess ħin, l-effikaċja tal-politika tas-suq tax-xogħol tiżdied u tiffoka fuq il-pubbliku destinatarju rilevanti.

4.3

F'dan il-kuntest, il-KESE f'diversi okkażjonijiet semma li l-miżuri u r-riformi strutturali tas-suq tax-xogħol fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jirnexxu biss f'ambjent makroekonomiku favorevoli, b'enfasi sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet ċikliċi eżistenti li baqgħu jippersistu u sabiex it-tkabbir jiġi konsolidat (9). Għalhekk huwa meħtieġ impenn għal politika ekonomika espansiva, orjentata lejn it-tkabbir fuq livell nazzjonali u ta' l-UE, bil-kondizzjonijiet monetarji, fiskali u ekonomiċi adattati:

Il-Bank Ċentrali Ewropew, b'konformità mal-mandat tat-Trattat, ladarba tiġi assigurata l-istabilità tal-prezzijiet, għandu jgħin sabiex iżid it-tkabbir u l-impjieg. Rata għolja tat-tkabbir fl-impjieg tista' tinkiseb biss jekk hemm tkabbir ekonomiku b'mod stabbli b'rata ogħla minn dik tar-rata medja tat-tkabbir fil-produttività

B'hekk, per eżempju, il-flessibilità ikbar li joffri l-patt imġedded għall-istabilità u t-tkabbir għandha tintuża sabiex il-pajjiżi ta' l-UE jingħataw opportunità għal politiki kontra-ċikliċi u skop fiskali għal riformi strutturali li huma soċjalment aċċettabbli kif ukoll livell adattat ta' investiment pubbliku.

L-objettivi ta' Lisbona jiddeterminaw id-direzzjoni li fiha għandu jimxi l-investiment: żvilupp ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet u tat-trasport, protezzjoni ta' l-ambjent, inizjattiva għar-riċerka u l-iżvilupp, kura komprensiva għat-tfal, appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ, politika attiva għas-suq tax-xogħol u kwalità ta' l-impjieg. Il-programmi tar-riforma nazzjonali għandhom jiġu ddisinjati bil-għan li jirriżultaw fi programm li jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku ma' l-Ewropa kollha li għalih jistgħu jikkontribwixxu l-atturi kollha fil-livell nazzjonali u ta' l-UE.

5.   Ġlieda effettiva kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ

5.1

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ hija waħda mill-kwistjonijiet jaħarqu għall-politika tax-xogħol fl-UE. Fill-pajjiżi kollha ta' l-UE r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija ogħla mir-rata globali u fil-maġġoranza tal-pajjiżi qiegħda minn ta' l-anqas id-doppju ta' dik tal-popolazzjoni ġenerali. F'xi wħud mill-Istati Membri ta' l-UE ta' 15 u f'numru ta' Stati Membri ġodda l-qagħda hija saħansitra agħar. F'bosta Stati Membri, in-nuqqas ta' sigurtà fil-qasam ta' l-impjiegi żdied, saħansitra fil-parti tas-suq li tikkonċerna impegati b'ħiliet ogħla.

5.2

Kulma jmur, id-dħul fl-impjieg huwa possibbli biss permezz ta' forom alternattivi ta' impjieg b'kondizzjonijiet okkupazzjonali u soċjali li m'humiex sikuri. Il-konfini bejn l-impjieg formali u informali qegħdin ikunu kulma jmur imċajpra/inqas ċari. Għal ċerti gruppi ta' żgħażagħ, bħal dawk bla sengħa, dawk minn familji immigranti jew dawk minn gruppi żvantaġġati tal-popolazzjoni, it-transizzjoni għal impjieg regolari qiegħda ssir iktar u iktar diffiċli. Ir-riskju li jibqgħu maqbudin fil-marġni tal-popolazzjoni attiva qiegħed jikber, partikularment meta jkun hemm taħlita ta' diversi mill-karatteristiċi msemmija hawn fuq.

5.3

L-għan huwa li sakemm huwa possibbli iż-żgħażagħ kollha jingħataw prospetti siguri għall-futur. Il-kwistjoni għandha wkoll aspetti demografiċi: il-qagħda ekonomika taż-żgħażagħ tinfluwenza bil-kbir ir-rieda tagħhom li jibdew familja. F'dan ir-rigward huwa puntpożittiv li fir-rapport tagħha tar-Rebbiegħa l-Kummissjoni Ewropea, id f'id mat-titjib fil-ħiliet, issejjaħ għat-tisħiħ tal-miżuri attivi ta' politika tas-suq tax-xogħol, u b'mod partikulari tħeġġeġ li l-appoġġ għaż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu x-xogħol jingħata fi żmien aktar bikri u li jitneħħew il-problemi strutturali li jolqtu t-transizzjoni mit-taħriġ għall-impjieg.

5.4

Eżempji pożittivi ta' dan huma l-mudelli ppruvati li jeżistu f'xi Stati Membri (il-Ġermanja, l-Awstrija u sa ċertu punt, l-Olanda) li jikkumbinaw it-tagħlim li jkun orjentat lejn il-ħtiġijiet ta' l-intrapriżi mat-tagħlim fl-iskola. Bosta studji enfasizzaw il-kwalità ta' din is-sistema ta' “taħriġ vokazzjonali doppju” u jagħtuha rwol essenzjali fil-faċilitar tat-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol u fit-tnaqqis tad-differenza bejn ir-rata tal-qgħad ġenerali u dik taż-żgħażagħ.

5.5

Miżuri attivi u preventivi għal taħriġ inizjali u addizzjonali li jtejbu l-opportunitajiet taż-żgħażagħ li jsibu impjieg (10):

Il-garanzija tal-kwalità mit-taħriġ inizjali sa dak vokazzjonali u t-taħriġ fuq il-post tax-xoħol sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jsibu posthom fis-suq tax-xogħol bl-inqas problemi possibbli u li jibqgħu fl-impjieg, bil-parteċipazzjoni ta' l-industrija li tkun involuta u l-gvern;

appoġġ attiv minn kmieni għaż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu postijiet f'korsijiet tat-taħriġ jew impjieg (possibilment wara erba' xhur), programmi speċjalizzati u appoġġ u taħriġ individwali għall-integrazzjoni ta' gruppi bi problemi u żgħażagħ bla xogħol fuq il-perijodu fit-tul u għal dawk li telqu kmieni mill-iskola jew minn korsijiet tat-taħriġ, eż. permezz ta' proġetti ta' l-impjieg tal-komunità u l-promozzjoni tat-taħriġ;

l-iżvilupp ta' servizz li joffri pariri dwar karrieri li jkun ġeneralment disponibbli u aċċessibbli faċilment u ta' faċilitajiet ta' informazzjoni għaż-żgħażagħ fil-livelli kollha tat-taħriġ; titjib korrespondenti fil-kwalità u r-riżorsi umani għaċ-ċentri ta' l-impjieg;

it-tnaqqis fid-diskrepanzi eżistenti bejn il-kwalifiki offruti u dawk tad-domanda tas-suq tax-xogħol; żieda fl-effikaċja tas-sistemi ta' l-edukazzjoni primarja (eż. it-tnaqqis fir-rata tat-tluq kmieni mill-iskola, kampanji kontra l-analfabetiżmu) u żieda fl-opportunitajiet għall-movimenti bejn it-taħriġ inizjali vokazzjonali u addizzjonali; l-eliminazzjoni gradwali ta' segregazzjoni tas-sessi fil-qasam tal-pariri dwar karrieri;

l-implimentazzjoni ta' miżuri li jassiguraw li l-impjieg fuq perijodu qasir u li m'huwiex sikur tkun biss soluzzjoni temporanja għaż-żgħażagħ.

6.   Prospetti mtejba għall-integrazzjoni ta' l-immigranti

6.1

Fil-maġġoranza tal-pajjiżi ta' l-UE kien hemm ftit kambjament fid-diskriminazzjoni kontra l-immigranti u l-familji tagħhom fis-suq tax-xogħol. Dawn għadhom qegħdin ikunu rappreżentati żżejjed f'setturi b'pagi baxxi b'kondizzjonijiet tax-xogħol ħżiena; għandhom riskju ħafna iktar għoli li jsiru qiegħda u sa ċertu punt jibqgħu maqbudin f'impjiegi bi ftit sigurtà, riskji sinifikanti għal saħħithom, sigurtà fqira u (f'xi pajjiżi) ftit li xejn regolamentazzjoni tar-rati tal-paga.

6.2

Inkwiet partikulari huwa l-punt sa fejn din il-qagħda prekarja tas-suq tax-xogħol “intirtet” minn immigranti tat-tieni ġenerazzjoni — riżultat ta' żvantaġġi kbar fl-edukazzjoni. Fil-maġġoranza ta' l-Istati Membri, żgħażagħ minn familji immigranti jagħmlu parti minn gruppi bl-ogħla livelli ta' nuqqas ta' sikurezza fl-impjieg u għandhom l-ogħla riskju li jitwarrbu u jispiċċaw fil-marġni tas-suq regolari tax-xogħol.

6.3

Il-KESE f'diversi okkażjonijiet stqarr li jikkunsidra l-immigrazzjoni tax-xogħol bħala neċessità fid-dawl tat-tendenzi demografiċi fl-UE u enfasizza l-eżempji pożittivi f'bosta Stati Membri bħal Spanja u l-Irlanda. Dan għandu, madankollu, dejjem jiġi rrikonċiljat mal-prospetti għall-politika ta' l-integrazzjoni fl-Istati Membri, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-impjieg (11). Is-sitwazzjoni ta' l-immigrazzjoni tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, kif ivarjaw ukoll il-miżuri adottati għall-politika ta' l-integrazzjoni, eż. fis-suq tax-xogħol u l-politika ta' l-edukazzjoni. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikulari lis-sitwazzjoni ta' dawk li qegħdin ifittxu l-ażil, li ta' sikwit isofru minn żvantaġġi partikulari.

6.4

Prijoritajiet għat-titjib fl-integrazzjoni ta' l-immigranti:

Attenzjoni partikulari għandha tingħata lill-appoġġ individwali ta' (qabel) id-dħul fl-iskola u investiment minn kmieni f'ħiliet relatati mal-lingwi u l-vokazzjonijiet; il-prevenzjoni ta' żvantaġġi li jinħolqu matul it-tiftix ta' l-ewwel impjiegi (eż. billi jingħelbu l-barrieri tal-lingwa mill-iktar kmieni possibbli) u l-iffaċilitar tar-rikonoxximent ta' kwalifiki barranin ta' l-immigranti.

Il-mainstreaming ta' l-integrazzjoni fil-politika soċjali u l-politika tas-suq tax-xogħol (eż. permezz tat-titjib fil-ħiliet interkulturali fl-uffiċċji tal-gvern u fiċ-ċentri ta' l-impjiegi u l-offerta ta' appoġġ għall-intrapriżi, speċjalment l-SMEs); fondi Ewropej u nazzjonali adattati għall-miżuri ta' l-appoġġ għall-integrazzjoni.

It-tneħħija ta' l-ostakli istituzzjonali li jfixklu l-aċċess għas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri (eż. it-tnaqqis taż-żmien tas-stennija għall-permessi tax-xogħol — partikularment għal dawk li qegħdin ifittxu l-ażil (12)) u l-prevenzjoni tad-dumping tal-pagi filwaqt li jissaħħu l-prospetti ta' l-integrazzjoni bħala komponent tal-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni (li tassigura li l-politika ta' l-immigrazzjoni ma tfixkilx l-integrazzjoni billi tħeġġeg l-immigrazzjoni temporanja, tipi ta' xogħol mhux sikuri u l-emarġinazzjoni).

It-titjib tad-data dwar il-konnessjoni bejn is-sitwazzjoni ta' ħaddiema ġejjin minn ambjent ta' migrazzjoni u s-segregazzjoni jew id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol (13).

Miżuri preventivi u sanzjonijiet kif ukoll sħubiji bejn l-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali sabiex jikkumbattu l-ekonomija klandestina bil-għan li jikkumbattu d-dumping soċjali u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, partikularment fir-rigward tal-movimenti transkonfinali tal-ħaddiema.

7.   L-isfruttar ta' l-opportunijat għall-impjieg ta' ħaddiema mdaħħla fl-età

7.1

Ir-risposta ewlenija għall-isfida demografika għandha tkun politika tat-tkabbir mirata u żieda fl-okkupazzjoni. Il-potenzjal neċessarju tax-xogħol huwa disponibbli fi kwantità suffiċjenti. U madankollu, madwar l-UE, il-potenzjal ta' l-impjieg ta' ħaddiema imdaħħla fl-età għadu mhux qiegħed jiġi sfruttat biżżejjed.

7.2

Ir-riskju ta' qgħad fuq il-perijodu fit-tul malajr jiżdied ma' l-età. Fl- EU ta' 25 ir-rata medja tal-qgħad fuq perijodu fit-tul fost il-ħaddiema mdaħħla fl-età (50-64) hija ta' iżjed minn 60 %. F'dan il-kuntest irid jiġi assigurat li l-ħaddiema mdaħħla fl-età ikollhom ċans ġenwin li jsibu l-impjieg u li jkunu jistgħu jaħdmu fuq perijodu itwal.

7.3

Ir-raġunijiet ewlenin għaliex ħaddiema mdaħħla fl-età jieqfu mix-xogħol kmieni huma problemi tas-saħħa kkawżati minn kondizzjonijiet diffiċli tax-xogħol, l-intensità tax-xogħol, it-tkeċċija bikrija tal-ħaddiema mdaħħla fl-età u n-nuqqas ta' opportunitajiet għal impjieg mill-ġdid. L-isforzi sabiex tiżdied ir-rata ta' l-impjieg tal-persuni mdaħħla fl-età li huma bbażati fuq bidliet fis-sistemi tal-pensjonijiet, li jfissru kondizzjonijiet u drittijiet ta' aċċess inqas favorevoli, huma 'l bogħod ħafna mir-riżultat mixtieq.

7.4

Hija biss politika konxja ta' “xjuħija attiva”, li tista' tipproduċi żieda sostenibbli fir-rata ta' l-okkupanza ta' nies imdaħħla fl-età. Mudelli li kellhom suċċess, per eżempju fl-istati Nordiċi (speċjalment fil-pakkett ta' integrazzjoni ta' miżuri adottati fil-qafas tal-programm nazzjonali ta' azzjoni għall-persuni mdaħħla fl-età) juru mod li huwa soċjalment aċċettabbli, li bil-parteċipazzjoni stretta ta' l-imsieħba soċjali, suq tax-xogħol li jopera b'rata għolja ta' stabilità fl-impjieg jista' jinħoloq għal nies imdaħħla fl-età.

7.5

Aspetti ewlenin ta' caqliqa sistematika lejn dinja ta' l-impjieg li tkun iżjed favorevoli għal nies imdaħħla fl-età (14):

Pariri komprensivi u appoġġ għal min qiegħed ifittex ix-xogħol u appoġġ proattiv għall-medjazzjoni fl-impjieg (inkluż l-impjieg issussidjat, l-appoġġ għat-twettiq ta' l-impjieg, il-proġetti soċjali tal-karità) u fejn hemm bżonn miżuri għar-riabilitazzjoni għall-integrazzjoni mill-ġdid fuq il-perijodu fit-tul; fondi adattati għall-politiki attivi fis-suq tax-xogħol u l-ippjanar fit-tul għaċ-ċentri ta' l-impjieg.

It-twaqqif ta' inċentivi li huma soċjalment aċċettabbli għall-irtirar iktar fit-tard u, fejn possibbli jew mixtieq, l-iżvilupp ta' mudelli attraenti għal transizzjoni flessibbli mill-ħajja tax-xogħol għall-irtirar fi ħdan is-sistema pubblika tal-pensjonijiet (inkluż l-iżvilupp addizzjonali ta' l-impjieg part-time għal nies imdaħħla fl-età).

Miżuri sabiex il-ħaddiema jsiru iktar kapaċi fiżikament u mentalment li jibqgħu attivi fix-xogħol għal tul ta' żmien itwal, fuq kollox billi jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq ix-xogħol u billi l-kondizzjonijiet tax-xogħol jiġu adattati (eż. inċentivi għall-iżvilupp tal-protezzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, it-tnedija ta' programmi azjendali għall-promozzjoni tas-saħħa li jkunu ġeneralment disponibbli, mediċina preventiva u programmi għall-protezzjoni ta' l-impjieg).

li jiġu mħeġġa ħaddiema mdaħħla fl-età sabiex isiru iktar involuti f'taħriġ addizzjonali (inizjattiva għal dawk 'il fuq minn 40 sena, inċentivi għat-titjib fil-parteċipazzjoni f'taħriġ in-house addizzjonali, partikularment għal dawk b'inqas ħiliet).

Miżuri li jżidu l-kuxjenza dwar il-ħaddiema mdaħħla fl-età (apprezzament tal-valur ta' l-esperjenza u t-trasferiment tal-ħiliet tul il-ħajja tax-xogħol lil ħaddiema iżgħar) u l-parir u l-appoġġ għall-kumpaniji, speċjalment l-SMEs, fl-ippjanar bil-quddiem tal-persunal u l-iżvilupp ta' tipi ta' organizzazzjoni ta' xogħol favur il-ħaddiema imdaħħla fl-età.

8   Titjib fl-impjieg tan-nisa

8.1

Minkejja li n-nisa avvanzaw b'mod sinifikanti tul dawn l-aħħar 30 sena f'termini ta' kwalifiki formali, in-nuqqas ta' ugwaljanza ta' l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol għadu mifrux. In-nisa għadhom qegħdin jaħdmu l-iktar fis-setturi tas-servizzi tradizzjonali u s-setturi industrijali li tradizzjonalment kellhom proporzjon għoli ta' ħaddiema nisa. In-nisa għandhom wisq inqas opportunitajiet sabiex jagħmlu użu mill-kwalifiki ta' l-edukazzjoni f'xogħolhom. Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-karriera u l-familja għadha, bla ebda paragun, iktar diffiċli għan-nisa milli l-irġiel.

8.2

Il-proporzjon ta' ħaddiema part-time huwa ħafna ogħla fil-gruppi kollha ta' l-età għan-nisa milli għall-irġiel. Iż-żieda fix-xogħol part-time, li jekk jintgħażel b'mod ħieles ma jfissirx li l-pagi u l-prospetti m'għandhomx jitjiebu, hija xi ħaġa li għandha tintlaqa' u għadha fattur maġġuri fis-segmentazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol.

8.3

Kważi fl-oqsma kollha ta' l-impjieg id-differenzi kbar fid-dħul finanzjarju ta' bejn is-sessi jippersistu, indipendentement mill-qagħda tas-suq tax-xogħol. Interruzzjonijiet twal tul il-karriera minħabba obbligazzjonijiet ta' kura, għandhom impatt partikularment negattiv fuq l-opportunitajiet ta' avvanz fil-karriera, id-dħul finanzjarju u d-drittijiet soċjali. Filwaqt li l-irġiel jistgħu jistennew żidiet progressivi fil-paga li jiżdiedu bl-età, id-dħul tan-nisa għandu tendenza li jistaġna fil-gruppi ta' l-età li fihom jinterrompu l-karrieri tagħhom jew ta' sikwit jaqilbu għax-xogħol part-time sabiex irabbu t-tfal.

8.4

Eżempji mid-Danimarka u l-Isvezja juru li l-affarijiet jistgħu jkunu differenti u li l-mainstreaming tas-sessi fil-politika tas-suq tax-xogħol jista' jkun iktar minn slogan. F'dawn il-pajjiżi d-differenzi fid-dħul huwa ħafna inqas, u r-rata ta' l-impjieg tan-nisa u d-disponibilità tal-faċilitajiet għat-tfal (speċjalment għat-tfal li għandhom inqas minn sentejn) huma ħafna ogħla minn dawk fi Stati Membri oħra. L-Olanda toffri eżempju pożittiv ieħor. Hawnhekk insibu rata għolja ta' okkupazzjoni tan-nisa flimkien ma' rata għolja ħafna ta' impjieg part-time, li fil-maġġoranza tal-każijiet jintgħazel b'mod ħieles.

8.5

Miżuri ewlenin sabiex jiġu indirizzati l-problemi li jolqtu lill-impjieg tan-nisa (15):

Miżuri sabiex jeliminaw id-diskriminazzjoni eżistenti fis-suq tax-xogħol u l-kawżi strutturali ta' differenzi bejn is-sessi fir-rigward tad-dħul finanzjarju, speċjalment il-promozzjoni ta' mezzi indipendenti ta' qligħ għan-nisa, partikularment permezz ta' mezzi li jnaqqsu x-xogħol fuq perijodu qasir li ma joffrix sikurezza u li jkun ta' tip part-time u sabiex jittejjeb l-istandard ta' xogħol part-time b'mod ġenerali (eż. l-estensjoni tad-dritt ta' xogħol part-time għall-ġenituri, bid-dritt li jirritornaw għax-xogħol full-time iżjed tard; parteċipazzjoni mtejba fil-programmi ta' taħriġ addizzjonali provdut fuq il-post tax-xogħol ).

Żvilupp qawwi fil-kura ġeneralment disponibbli u ta' tip li faċli li wieħed ikun jista' jakkwistaha, b'faċilitajiet ta' kwalità għolja għat-trabi u t-tfal ta' l-età ta' l-iskola barra mid-dar, li jagħmel possibbli li jiġu rrikonċiljati x-xogħol u l-familja; kontribuzzjonijiet għall-promozzjoni effettiva tal-qsim tal-kompiti bejn il-ġenituri (speċjalment inċentivi għaż-żieda fil-kontribut tal-missier lejn it-trobbija).

It-tneħħija tal-miżuri tal-politika tal-familja li għandhom tendenza li jiskoraġġixxu l-impjieg permezz ta' inċentivi qawwija għall-waqfien tax-xogħol jew għall-interruzzjonijiet twal tul il-karriera, bi tnaqqis fl-opportunitajiet għall-bidu ta' impjieg f'kondizzjonijiet aċċettabbli; konċessjonijiet għall-leave tal-ġenituri m'għandhomx jolqtu d-dħul finanzjarju b'mod negattiv, ifixklu l-avanz tal-karriera tal-mara jew joħolqu ostakli ġodda għat-tqassim tal-leave tal-ġenituri bejn iż-żewġ partners.

Il-miżuri tal-politika tas-suq tax-xogħol li jħeġġu lill-ġenituri sabiex jerġgħu jibdew ix-xogħol wara pawża fil-karriera (inkluż appoġġ għat-tnedija ta' intrapriżi tagħhom stess) u li jħarsu lin-nisa milli jkollhom jagħmlu xogħol li għalih huma kkwalifikati żżejjed u t-telf ta' dħul finanzjarju (eż. mudelli għat-taħriġ addizzjonali flessibbli huma disponibbli tul il-pawża fil-karriera jew impjieg li jkompli iżda b'sigħat imnaqqsa).

L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol favur il-familja (inklużi l-opportunitajiet għall-ġenituri ta' trabi jew tfal ta' l-età ta' l-iskola sabiex jirranġaw il-ħin tax-xogħol tagħhom, il-ftehim ta' teleworking u d-drittijiet legali għall-ħin tax-xogħol varjabbli għal persuni b'obbligazzjonijiet ta' kura).

9   It-titjib fl-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità

9.1

Il-persuni b'diżabilità għadhom, b'mod sinifikanti, fost dawk l-aktar esklużi mis-suq tax-xogħol. Il-ħaddiema b'diżabilità għandhom iktar ċans li jkunu f'impjieg ta' paga baxxa u huma ta' sikwit iddiskriminati kontra l-aċċess għat-taħriġ u l-promozzjoni fil-karriera. Billi 15 % tal-popolazzjoni ta' l-UE ta' l-età li jistgħu jaħdmu għandhom diżabilità ta' xi tip u fid-dawl tar-rata baxxa ta' l-impjieg ta' dan il-grupp, żieda fir-rata ta' l-impjieg tal-persuni b'diżabilità tista' tikkontribwixxi bil-kbir lejn l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta' Lisbona.

9.2

F'dan il-kuntest, il-KESE jilqa' d-dokument tal-Kummissjoni dwar “L-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mad-Diżabilità fl-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjieg” (16), li huwa punt ta' bidu pożittiv għall-avanz ta' l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol u jfakkar li l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol hija l-aħjar arma fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Il-KESE jfakkar li l-biċċa l-kbira tan-nies jakkwistaw diżabilità matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom iżda ftit huma dawk li jiġu offerti l-opportunità li jirritornaw għax-xogħol b'mod adattat għad-diżabilità tagħhom. Eżempji pożittivi hawnhekk huma l-liġijiet stretti ta' kontra d-diskriminazzjoni tar-Renju Unit li jipprovdu għal mekkaniżmi sabiex jitressqu ilmenti, u l-mudell Daniż li jgħaqqad il-flessibilità tas-suq tax-xogħol ma' garanziji soċjali suffiċjenti u livell għoli ta' edukazzjoni u ta' taħriġ.

9.3

Miżuri ta' prijorità għall-promozzjoni ta' l-impjieg ta' persuni b'diżabilità (17):

L-aġġustament tas-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji b'tali mod li jagħmlu x-xogħol u t-transizzjonijiet għax-xogħol attraenti billi per eżempju jipprovdu l-benefiċċji relatati max-xogħol; barraminhekk, ir-ritorn għall-pensjonijiet tad-diżabilità għandu jkun possibbli wara perijodu ta' prova tax-xogħol.

L-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-appoġġ għall-programmi attivi fis-suq tax-xogħol (b'mod partikulari l-miżuri għar-riabilitazzjoni) immirati speċifikament lejn in-nies b'diżabilità kif ukoll miżuri li jiffaċilitaw it-transizzjoni minn impjieg protett għal impjieg iktar komuni (eż. l-adattament ta' l-azzjonijiet ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-persuni b'diżabilità li qegħdin ifittxu x-xogħol).

Il-postijiet tax-xogħol għandhom isiru iktar adattati għall-persuni b'diżabilità u għandu jkun hemm azzjonijiet ta' appoġġ pożittivi indirizzati speċifikament lejn ħaddiema li jsofru diżabilità waqt il-ħajja tax-xogħol tagħhom; perijodi ta' leave ikkumbinati ma' taħriġ addizzjonali, l-adozzjoni tad-deskrizzjoni tax-xogħol tagħhom jew assenjazzjonijiet alternattivi għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-provvisti għal assistenza addizzjonali għall-ħaddiema b'diżabilità kif ukoll ta' servizzi ta' kura għal persuni b'diżabilità sabiex jippermettu lill-ħaddiema li għandhom membru tal-familja b'diżabilità jkomplu jaħdmu.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara l-opinjoni KESE tas-17.5.2006 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri, rapporteur: is-Sur Greif (ĠU C 195, 18.8.2006).

(2)  Ara r-Rapport tal-grupp ta' livell għoli dwar il-futur tal-politika soċjali f'Unjoni Ewropea mkabbra ta' Mejju 2004.

(3)  Ibid.

(4)  Ara l-opinjoni esploratorja tal-KESE tat-13.9.2006 dwar il-Kwalità tal-ħajja tax-xogħol. il-produttività u l-impjieg fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u l-isfidi demografiċi, rapporteur: is-Sinjura Engelen-Kefer ĠU C 138, 23.12.2006.

(5)  Ara l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE tad-9.2.2005 dwar il-Politika ta' l-impjieg: ir-rwol tal-KESE wara t-tkabbir ta' l-UE u mil-lat tal-Proċess ta' Lisbona, rapporteur: is-Sur Greif (ĠU C 221, 8.9.2005).

(6)  Ara l-graffs varji fl-appendiċi.

(7)  Employment in Europe 2006 (L-Okkupazzjoni fl-Ewropa 2006).

(8)  Ara l-Green Paper li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21, COM(2006) 708 finali.

(9)  Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE tal-11.12.2003 dwar il-Linji gwida għall-politika ekonomika ġenerali 2003-2005 (Broad economic policy guidelines 2003-2005) rapporteur: is-Sur Delapina (ĠU C 80, 30.3.2004) u l-opinjoni tal-KESE tas-17.5.2006 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri, (Proposal for a Council Decision on guidelines for the employment policies of the Member States), rapporteur: is-Sur Greif (ĠU C 195, 18.8.2006).

(10)  Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE tas-26.10.2005 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-politiki Ewropej rigward iż-żgħażagħ — L-Indirizzar tal-problemi taż-żgħażagħ fl-Ewropa — L-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva; rapporteur is-Sinjura van Turnhout (ĠU C 28, 3.2.2006).

(11)  Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE ta' l-10.12.2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjieg, rapporteur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 80, 30.3.2004).

(12)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li twaqqaf l-istandards minimi għar-riċeviment ta' l-applikanti għall-ażil fl-Istati Membri, rapporteur: is-Sur Mengozzi (ĠU C 48, 21.2.2002).

(13)  Il-Eurostat bħalissa qiegħed jaħdem fuq modulu ad hoc dwar il-qagħda tax-xogħol ta' l-immigranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom li ser jiġi implementat fil-kollezzjoni ta' data ta' 2008. L-għan huwa li jtejjeb l-l-informazzjoni dwar nies imwielda barra koperta mill-Istħarriġ Komunitarju dwar il-Forza tax-Xogħol.

(14)  Ara l-opinjoni tal-KESE ta' l-15.12.2004 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar iż-żieda fl-okkupanza tal-ħaddiema ta' età ikbar u d-dewmien tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol, rapporteur: is-Sur Dantin (ĠU C 157, 28.6.2005).

(15)  Ara l-opinjoni tal-KESE tat-13.9.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010, rapporteur: is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006) u l-opinjoni tal-KESE tad-29.9.2005 dwar Il-faqar fost in nisa fl-Ewropa, rapporteur: is-Sinjura King (ĠU C 24, 31.1.2006).

(16)  EMCO/II/290605.

(17)  Ara l-opinjoni tal-KESE ta' l-20.4.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea mkabbra: il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew 2006-2007, rapporteur: is-Sur Greif (ĠU C 185, 8.8.2006) u l-opinjoni esploratorja tal-KESE tas-17.1.2007 dwar l-Opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilità, rapporteur: is-Sur Joost ĠU C 93, 27.4.2007.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/102


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata”

(2007/C 256/19)

Nhar it-13 ta' Frar 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew irċieva ittra mill-Presidenza futura Portugiża fejn talbitu jħejji opinjoni esploratorja dwar is-suġġett Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata.

Is-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Clever.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'145 vot favur, l-ebda vot kontra u 4 astensjonijiet:

1.   Sfond

1.1

Fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, il-Kapijiet Ewropej ta' l-Istat jew tal-Gvern qablu li sa l-2010 r-rata ta' l-impjieg għan-nisa għandha tilħaq is-60 %. Dan il-għan ġie kkonfermat fil-linji gwida integrati (Linja Gwida 17), li kienu ġew adottati bħala parti ċentrali mill-mekkaniżmu ta' direzzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona fl-2005.

1.2

L-Istrateġija ta' Lisbona ser tilħaq l-għanijiet ambizzjużi tagħha malajr u fuq bażi iktar sostenibbli, fir-rigward ta' tkabbir ekonomiku, impjiegi u kompetittività, kemm-il darba, minkejja t-tnaqqis demografiku ta' persuni f'età ta' impjieg, l-għadd ta' impjegati fl-UE fl-għaxar snin li ġejjin ikompli jiżdied u l-kwalifiki tagħhom jitjiebu. Hemm probabbilità kbira li t-tnejn jintlaħqu minħabba fiż-żieda ċara fir-rata ta' nisa fl-impjieg, peress li l-ġenerazzjoni l-ġdida ta' nisa żgħażagħ jixtiequ jintegraw ruħhom aktar fid-dinja ta' l-impjieg u huma aktar imħarrġa. Xi ostakoli li għadhom jeżistu f'dan il-qasam iridu jitneħħew.

1.3

Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-Istati Membri ta' l-UE ftiehmu fost affarijiet oħra li:

tittieħed azzjoni deċiżiva sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa u jonqsu d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, il-qgħad u s-salarji; u

li jkun hemm rikonċiljazzjoni aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluża d-disponibbilità ta' faċilitajiet aċċessibbli u li wieħed jiflaħ iħallashom għall-kura u l-ħarsien tat-tfal u kura għall-persuni oħra dipendenti. (Linja Gwida 18).

1.4

Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex ifassal opinjoni esploratorja dwar ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata.

1.5

Ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, privata u familjali hija, f'għajnejn l-imsieħba soċjali Ewropej, kontribuzzjoni importanti għall-kisba tat-tkabbir ekonomiku, il-prosperità u l-kompetittività fl-Ewropa.

1.6

Barra minn hekk, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata hija waħda mill-prijoritajiet għall-Kummissjoni Ewropea f'Il-pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, adottat f'Marzu 2006 (1). Il-Kummissjoni tidentifika tliet prijoritajiet għal rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja professjonali, familjali u privata:

1.

arranġamenti ta' ħinijiet flessibbli ta' xogħol kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;

2.

żieda fis-servizzi ta' kura;

3.

politiki aħjar ta' rikonċiljazzjoni kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel,

1.7

Fit-12 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni — li diġà kienet imħabbra fil-pjan ta' rotta — Il-ġejjieni demografiku ta' l-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità, u b'hekk nediet l-ewwel konsultazzjoni tagħha ma' l-imsieħba soċjali dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata skond l-Artikolu 138 tat-Trattat tal-KE.

1.8

Fl-ewwel parti tal-konsultazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza t-tifsira tas-suġġett tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata. Jeħtieġ li s-sehem tan-nisa fil-qasam ta' l-impjiegi jitjieb, partikularment fl-isfond ta' l-iżvilupp demografiku u l-pressjoni li tirriżulta minn dan fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali. B'żieda ma' dan, tenfasizza wkoll ir-rwol tar-rikonċiljazzjoni fir-rigward tal-kisba ta' l-għanijiet ta' Lisbona stabbiliti mill-Kummissjoni.

1.9

Fit-tweġibiet tagħhom lill-Kummissjoni, l-imsieħba soċjali Ewropej jenfasizzaw l-importanza tas-suġġett tar-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja privata, speċjalment fil-kuntest tan-nuqqas ta' nisa fil-qasam ta' l-impjiegi u popolazzjoni li kulma jmur dejjem qiegħda tixjieħ iktar. L-implimentazzjoni ta' l-għanijiet definiti mill-Kunsill Ewropew ta' Barċellona fl-2002 dwar l-estensjoni ta' faċilitajiet ta' kura u ħarsien għat-tfal huma espressament approvati hawnhekk, u hemm ukoll ftehim bejn l-imsieħba soċjali dwar il-kwistjoni kif dawn it-tliet prijoritajiet imsemmija fil-programm ta' ugwaljanza jistgħu jilħqu l-objettivi tagħhom. L-imsieħba soċjali jenfasizzaw li r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata u l-kwistjoni ta' l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel fuq il-post tax-xogħol, l-aktar fid-dawl ta' l-iżvilupp demografiku, għandu jkollha rwol ċentrali fid-dibattitu politiku. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex tinstab soluzzjoni għal sterjotipi ta' rwoli bejn is-sessi, bidla li mingħajrha jkun diffiċli ħafna li jsir il-progress.

1.10

Bil-għan li jitjiebu l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fid-dinja tax-xogħol, l-imsieħba soċjali (BUSINESSEUROPE/UEAPME, CEEP u l-ETUC) (2) min-naħa tagħhom adottaw fl-2005 “qafas għal azzjoni għall-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel” (3). Għal dawn l-erba' oqsma ewlenin, li fuqhom l-imsieħba soċjali nazzjonali ser jieħdu azzjoni sa l-2010, tgħodd ukoll espressament ir-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja professjonali. Il-Kunsill tal-Ministri qiegħed jagħmel tajjeb meta jassenja lill-imsieħba soċjali l-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol li għar-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja professjonali hija ta' importanza kbira, sabiex jinkisbu soluzzjonijiet prattiċi għall-partijiet ikkonċernati kollha.

1.11

L-imsieħba soċjali jistgħu jtejbu l-kwalità ta' ħajja tal-familji, permezz tal-kontribut tagħhom relatat ma' kundizzjonijiet aħjar ta' xogħol. F'dan il-kuntest għandhom rwol ewlieni x'jaqdu. Il-qafas għal azzjoni huwa wieħed mill-kontribuzzjonijiet ta' l-imsieħba soċjali fl-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Fid-dawl tal-fatt li l-kawżi ta' żbilanċ eżistenti fis-suq tax-xogħol huma kumplessi u li dawn huma marbuta ma' xulxin, l-imsieħba soċjali jinsabu konvinti, li tenħtieġ strateġija integrata sabiex il-problema titneħħa b'suċċess, għall-kisba ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi. Ir-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja professjonali hija għalhekk waħda mill-elementi l-iktar importanti.

1.12

Ċerti kumpaniji żiedu l-impenn tagħhom sabiex jirrikonċiljaw il-familja u l-ħajja professjonali f'dawn l-aħħar snin, b'tali mod li approċċ favur il-familji sar parti integrali mill-politika tagħhom tar-riżorsi umani u intraprenditorjali tagħhom; dan jidher ukoll fl-ewwel rapport komuni tal-ftehim ta' l-imsieħba soċjali, li dawn ta' l-aħħar ippubblikaw fi Frar 2007. Il-kumpaniji, l-imsieħba soċjali u l-Istati Membri jridu jibqgħu jaħdmu sabiex jitneħħew dawn in-nuqqasijiet evidenti (4).

1.13

Opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol, inizjattivi bil-għan li tiġi rikonċiljata l-ħajja familjali u professjonali, u l-mudell għall-ġestjoni ta' intrapriża imsejjes fuq il-kunċett li “nies li jħaddmu japplikaw politika ta' opportunitajiet indaqs” huma kollha elementi tal-kunċett “responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi”, li jinkuraġġixxi lill-kumpaniji sabiex jużaw l-aħjar prassi u jaġixxu fl-interess ta' l-impjegati tagħhom.

2.   Analiżi tas-sitwazzjoni attwali

2.1

L-istrutturi tal-familja raw bidla radikali minħabba f'bidliet fis-soċjetà. Politika orjentata lejn ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata trid tikkunsidra l-forom kollha ta' familji (per eżempju dawk li qegħdin irabbu t-tfal weħidhom (single parents), familji mħallta (familji fejn ġenitur wieħed jew l-ieħor ilaqqgħu flimkien it-tfal tagħhom minn żwiġijiet ta' qabel), persuni mhux miżżewġin, ġenituri divorzjati, ġenituri adottivi, student workers (studenti ħaddiema), koppji ta' l-istess sess u persuni li jgħixu weħidhom). L-għadd ta' persuni anzjani u mdaħħla sew fiż-żmien li qiegħed jikber jitlob servizzi ta' kura fil-familja u lil hinn minnha.

2.2

B'mod parallel għall-impjieg tagħhom, in-nisa huma, għall-kuntrarju ta' l-irġiel, dejjem iktar marbuta ma' l-organizzazzjoni tagħhom tax-xogħol tad-dar u tal-familja u għalhekk isibu ruħhom ta' spiss f'sitwazzjoni ta' stress u pressjoni żejda permanenti, sitwazzjoni li tolqot ukoll lill-bdiewa nisa u lin-nisa impjegati għal rashom. Minħabba f'dawn l-iżviluppi, in-nisa ta' spiss ikollhom jaċċettaw li jidħlu għal xogħol part time, marbut ma' qligħ aktar baxx, pensjoni baxxa u mingħajr opportunità li javvanzaw 'il quddiem fil-karriera. Ir-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja professjonali hija għalhekk strument importanti, li għandu jwassal għall-ugwaljanza fil-qasam tax-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa, u wkoll fil-każ ta' nisa bit-tfal jew mingħajr tfal.

2.3

Preċiżament minħabba li l-problema fundamentali u l-possibilitajiet ta' soluzzjoni jvarjaw mhux biss minn Stat Membru għal ieħor, iżda wkoll minn reġjun għal reġjun, u wkoll minn kumpanija għal oħra, ma teżisti l-ebda sensiela ta' soluzzjonijiet li tapplika bl-istess mod għal kulħadd. F'dan ir-rigward, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jara r-responsabbilità ta' soluzzjoni marbuta ma' l-imsieħba soċjali. Minħabba fl-istrutturi eżistenti tagħhom fil-pajjiżi differenti l-imsieħba soċjali jistgħu jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-ħajja ta' kuljum ta' l-impjegati rġiel u nisa permezz ta' l-involviment tagħhom fil-qasam tar-rikonċiljazzjoni tal-familja u l-ħajja professjonali.

2.4

Għalkemm id-deċiżjoni li jkollok it-tfal hija fundamentalment ta' natura personali, l-istess jista' jingħad għad-deċizjoni dwar jekk membri tal-familja jew qraba li għandhom bżonn ta' għajnuna u kura minħabba mard, bżonnijiet speċjali jew età kbira, madankollu l-effetti ta' dawn id-deċiżjonijiet jinħassu mis-soċjetà kollha. In-nuqqas ta' tfal li qiegħed jiżdied qiegħed iħalli l-effetti tiegħu, b'nuqqas fil-ġejjieni ta' speċjalisti u diretturi, klijenti, impjegati, kuntratturi, xjenzati u riċerkaturi u dan għandu wkoll konsegwenzi negattivi fuq is-soċjetà kollha (5). L-Istat għandu għalhekk iġorr ċerta responsabilità speċjalment fejn jidħlu l-fatturi ta':

appoġġ finanzjarju u materjali (benefiċċji fi flus, rikonoxximent tal-fatturi rilevanti fil-kalkolu tal-pensjonijiet),

infrastruttura ta' appoġġ (servizzi ta' ħarsien u kura għat-tfal, skejjel disponibbli l-ġurnata kollha, offerti għal servizzi ta' ħarsien u kura għat-tfal barra l-ħinijiet ta' l-iskola u waqt il-vaganzi u programmi għal waqt il-ħin liberu offruti minn organizzazzjonijiet volontarji, offerti ta' għajnuna (per eżempju għal servizzi ta' infermiera),

leave adattat għall-ġenituri għall-ommijiet u għall-missirijiet (anke fejn tidħol l-adozzjoni tat-tfal); u

dinja tax-xogħol li tiffavorixxi l-familja.

2.5

Arranġamenti ta' ħinijiet flessibbli huma importanti fil-fehma tal-Kummissjoni, sabiex il-potenzjal tal-popolazzjoni li taħdem jiġi sfruttat, u dan ugwalment għan-nisa kif ukoll għall-irġiel — qafas legali għandu jkun ta' għajnuna għal dan il-għan. Madankollu, il-fatt li aktar nisa milli rġiel jagħmlu użu minn dawn l-arranġamenti joħloq żbilanċ bejn is-sessi li għandu impatt negattiv fuq il-pożizzjoni tan-nisa fuq il-post tax-xogħol u fuq l-indipendenza ekonomika tagħhom. L-irġiel għandhom jiġu mħeġġa iktar minn qatt qabel, sabiex jidħlu għar-responsabbilitajiet tal-familja, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi ta' leave għall-ġenituri jew għall-missier, sabiex jaqsmu, f'sens ta' sħubija, flimkien man-nisa tagħhom, ix-xogħol tad-dar li ma jitħallasx u l-ħarsien u l-kura tat-tfal u l-qraba.

3.   Mudelli tar-rwoli

3.1

Bil-bidliet li seħħew fis-soċjetà b'mod parallel mal-livell li għola ħafna ta' nisa kwalifikati, inbidlu wkoll il-mudelli tar-rwoli u r-rendiment tagħhom fil-ħajja ta' kuljum. Ħafna nisa żgħażagħ fl-Ewropa llum għandhom kwalifiki ogħla mill-irġiel ta' mparhom u jħarsu lejn il-karriera bħala parti integrali minn ħajjithom. Il-livell għoli ta' nisa kkwalifikati għandu wkoll iwassal għal tnaqqis fid-differenza fil-livell tas-salarji medji tan-nisa u l-irġiel. Id-differenzi attwali fil-qligħ fil-parti l-kbira tagħhom huma dovuti għall-għadd kbir ta' nisa li jaħdmu part time, minħabba fil-waqfien temporanju itwal fil-karriera tagħhom li jirriżulta f'inqas esperjenza fil-professjoni, minħabba fil-persentaġġ baxx ta' nisa f'karigi ta' maniġment u minħabba fil-kwalifiki baxxi ta' nisa aktar imdaħħla fiż-żmien. Għalkemm il-ftehim kollettiv dwar l-impjiegi juri li n-nisa u l-irġiel jirċievu salarju indaqs għall-istess xogħol u meta għandhom l-istess livell ta' edukazzjoni, l-inugwaljanza fis-salarji tippersisti. Barraminhekk, għażla tabilħaqq libera fir-rigward tal-pjan individwali għall-ħajja professjonali tintlaħaq biss meta l-iżviluppi soċjali jagħtu lin-nisa u lill-irġiel il-possibilità li jagħżlu huma stess il-pjan għal ħajjithom, li jikkorrispondi ma' l-istennija tagħhom, mingħajr ma jiġu kkonfrontati minn valutazzjoni soċjali pożittiva jew negattiva tad-deċiżjoni li jkunu ħadu.

3.2

L-għażla ta' stil ta' ħajja li tinfluwenza kif in-nies jippjanaw u jorganizzaw ħajjithom, tinkludi wkoll, barra l-faċilitajiet ta' kura għat-tfal fil-pajjiż, l-attitudni soċjali lejn ommijiet li jaħdmu kif ukoll lejn missirijiet li jiddedikaw ruħhom għall-ħidma fid-dar u għall-familja. L-imġieba ta' l-imsieħba soċjali f'din il-kwistjoni tinfluwenza wkoll l-attitudnijiet soċjali. Dak li seħħ fil-pajjiżi Skandinavi u fil-Ġermanja wera li jista' jkun ta' għajnuna l-għoti ta' benefiċċji finanzjarji, bħal, per eżempju, parti mill-benefiċċji finanzjarji għall-ġenituri, jew żieda fil-benefiċċji meta l-missier ukoll jikkontribwixxi għal ċertu ħin stipulat fir-responsabbilità tal-ħarsien u l-kura ta' wliedu. B'dan, il-missirijiet jiksbu qafas legali, sabiex ikun aktar faċli għalihom li jiddedikaw ħin speċifiku fit-trobbija ta' wliedhom. Permezz ta' din il-leġislazzjoni, l-ommijiet għandhom jiksbu l-opportunità li jerġgħu lura għall-ħajja professjonali tagħhom fi żmien iqsar.

3.3

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jenfasizza li m'huwiex biżżejjed li jinbidlu biss xi parametri partikolari sabiex inaqqsu l-piż doppju fuq in-nisa li jixtiequ jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali tagħhom u dik fil-familja. L-għan għandu pjuttost ikun l-istrutturazzjoni mill-ġdid fir-rigward ta' l-allokazzjoni bażika ta' xogħol barra l-ħajja professjonali li mhux imħallas, bħat-trobbija tat-tfal, il-kura tal-qraba, l-organizzazzjoni tax-xogħol tad-dar bejn l-irġiel u n-nisa. Jeħtieġ li l-irġiel isiru konxji minn din l-allokazzjoni ġusta ta' piż ta' xogħol bejn il-koppji. Dan ikun jeħtieġ għarfien fis-sod u bidla radikali fl-istruttura.

4.   Miżuri ta' appoġġ ta' l-imsieħba soċjali favur ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjali, professjonali u privata fuq livell tal-kumpaniji

4.1

L-iżviluppi demografiċi u l-bidliet marbuta magħhom għandhom impatt qawwi kemm fuq l-impjegati kif ukoll fuq min iħaddem. L-imsieħba soċjali għandhom rwol ta' għajnuna importanti x'jaqdu fuq il-livelli kollha, sabiex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata.

4.2

Politika tar-riżorsi umani, li tagħti każ u li tibbilanċja b'mod ġust l-interessi importanti ta' fuq ix-xogħol, il-ħidmiet ta' barra x-xogħol u r-responsabilitajiet familjali u l-interessi privati għal kull impjegat u impjegata, hija l-bażi ta' politika ta' rikonċiljazzjoni fil-kumpaniji. Flimkien ma' dan hemm ukoll il-fatturi ewlenin, li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri nnifishom:

infrastruttura tajba fil-qasam tal-ħarsien u l-kura tat-tfal — kemm għat-tfal iż-żgħar u kif ukoll għat-tfal li qegħdin jikbru — li tkopri l-ħtiġijiet attwali;

provvista suffiċjenti u ta' kwalità fir-rigward ta' servizzi għall-ħarsien u l-kura ta' persuni anzjani jew b'diżabilità;

kundizzjonijiet ġusti dwar ħinijiet tax-xogħol;

miżuri sabiex jiġi żgurat li l-perijodi ta' leave u x-xogħol part-time li huma meħtieġa ħalli l-impjegat ikun jista' jieħu ħsieb it-tfal jew il-qraba dipendenti li jeħtieġu l-għajnuna ma jaffettwawx kontribuzzjonijiet futuri;

impjegati kkwalifikati u mħallsa kif xieraq.

Minn infrastruttura ta' netwerk ġenerali jibbenefikaw ugwalment l-impjegati, il-kumpanija kif ukoll l-Istat u s-soċjetà.

4.3

L-għażla ta' strumenti ta' politika ta' riżorsi umani, li parzjalment huma miftiehma bejn l-imsieħba soċjali, li jistgħu jiġu implimentati fil-kumpaniji, jinkludu:

l-introduzzjoni ta' mudelli ta' ħinijiet tax-xogħol li huma innovattivi iżda mhux żvantaġġużi (frammentazzjoni tal-ħin tax-xogħol, sensiela ta' impjiegi żgħar), teleworking, leave sabatiku u sistema ta' “krediti”;

is-sigurtà legali ta' kuntratt tax-xogħol stabbli;

skemi li jagħtu opportunità lill-persunal sabiex iżomm kuntatt mal-kumpanija waqt il-leave għall-ġenituri;

miżuri ta' appoġġ għall-organizzazzjoni tal-ħarsien u kura għat-tfal, f'forma ta' kindergarten fuq il-post tax-xogħol, xiri ta' postijiet riservati, miżuri ta' appoġġ finanzjarju;

appoġġ għall-kura ta' qraba anzjani jew ta' qraba dipendenti li jeħtieġu l-għajnuna;

appoġġ għall-miżuri ta' żvilupp personali; u

appoġġ għall-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg wara li l-impjegat ikun ħa l-leave jew ħadem part-time sabiex jieħu ħsieb it-tfal jew qraba dipendenti.

4.4

Għandhom jitqiesu wkoll li l-mudelli mfassla apposta ta' ħinijiet tax-xogħol part-time, fl-interess tal-kumpanija kif ukoll ta' l-impjegati rġiel u nisa, għandhom jagħmluha eħfef għall-partijiet interessati kollha sabiex ikunu jistgħu jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali, familjali u privata. Dan il-għan ma jservi għal xejn, jekk ix-xogħol part time ma jintgħażilx fuq bażi ta' deċiżjoni volontarja. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iqis li hemm bżonn urġenti li l-impjegati rġiel jaħdmu part-time jekk il-ħtiġijiet tal-familja jirrikjedu li wieħed mill-ġenituri jagħmel dan. B'hekk ikunu jistgħu juru fil-prattika li l-impenji barra l-post tax-xogħol fil-ħajja ta' koppja jew fil-familja ma jkunux biss dmirijiet tan-nisa, iżda għandhom jinqasmu b'responsabilità u jitwettqu mit-tnejn li huma.

4.5

L-imsieħba soċjali jistgħu jgħinu billi jsibu soluzzjonijiet dwar kif il-ġenituri jistgħu jimplimentaw il-mudelli tal-ħajja li jixtiequ. Fil-kumpaniji, opportunitajiet speċjali ta' kuntatti fuq bażi volontarja għall-ommijiet bil-leave tal-ġenituri, f'forma ta' sostituzzjoni waqt il-btala jew f'każ ta' mard, jew stedina għall-avvenimenti fuq il-post tax-xogħol, urew li kienu ta' ġid, u dan sabiex l-ommijiet isibuha eħfef li jerġgħu lura għal fuq il-post tax-xogħol wara perijodu ta' waqfien għal raġunijiet familjali. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġbed l-attenzjoni li d-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni, li jeżistu għan-nisa tqal u għall-ommijiet u l-missirijiet li qegħdin bil-leave tal-ġenituri, għandhom jinżammu u m'għandhomx jiġu evitati permezz ta' xi tip ta' diskriminazzjoni indiretta.

4.6

Il-ġenituri jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ ta' organizzazzjoni għall-kura u l-ħarsien tat-tfal. Bosta kumpaniji joffru lill-impjegati tagħhom opportunitajiet fil-qasam ta' arranġamenti għal nisa li jieħdu ħsieb it-tfal tul il-ġurnata, u nurseries u l-kura ta' emerġenza għat-tfal f'każijiet ta' mard. Xi kumpaniji jippruvaw ukoll, permezz ta' miżuri speċjali, jinkoraġġixxu l-impjegati rġiel billi jipprovdulhom jum ta' btala fil-jum ta' għeluq snin it-tfal tagħhom, jinkoraġġuhom sabiex jagħmlu xogħol fil-familja u sabiex iqattgħu iżjed ħin ma' wliedhom. Kumpaniji li jipprovdu dawn l-opportunitajiet jistħoqqilhom li jkunu appoġġjati. Madankollu, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-ġenituri m'għandhomx appoġġ. Fil-każ ta' mġiba bħal din — b'mod partikolari meta dan ikun illegali — il-kumpanija tkun qiegħda tagħmel ħsara għaliha nnifisha, billi dan jirrifletti ħażin fuq l-ambjent tal-post tax-xogħol u fuq il-motivazzjoni tal-ħaddiema.

4.7

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġbed l-attenzjoni għall-ispezzjonijiet xjentifiċi ta' Prognos AG, li skondthom l-implimentazzjoni ta' miżuri, li speċifikament jappoġġjaw l-interessi legali relatati mal-ħajja familjali u privata ta' l-impjegati, jikkunsidraw l-operazzjoni ekonomika tal-kumpaniji, billi dawn l-istrumenti ta' politika ta' riżorsi umani jnaqqsu l-assenza fuq ix-xogħol u jżidu l-għaqda fost l-impjegati kif ukoll il-motivazzjoni u l-effiċjenza. Barra minn hekk, politika tar-riżorsi umani bħal din tagħmel il-post tax-xogħol aktar attraenti, speċjalment meta din tagħmilha aktar faċli għall-impjegati nisa bi dmirijiet fil-familja li jassiguraw — u jżommu — promozzjonijiet. Kultura intraprenditorjali bħal din tassigura ambjent tajjeb fuq il-post tax-xogħol u jkollha l-effett ta' fattur pożittiv għar-reġjun bħala destinazzjoni għall-kummerċ.

4.8

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġbed l-attenzjoni li, meta jiġu introdotti mudelli dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli, għandha titqies l-istrateġija ta' flessigurtà. Fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, il-flessigurtà tipprovdi approċċ integrat għar-riforma tas-suq tax-xogħol, li tirrikjedi flessibilità importanti u mixtieqa u dan flimkien mal-miżura meħtieġa ta' sigurtà u ppjanar għal dawk il-partijiet kollha kkonċernati. Jeħtieġ li l-flessibilità negozjata bejn l-imsieħba soċjali timmira lejn sitwazzjoni li minnha jgawdi kulħadd, kemm il-kumpanija kif ukoll l-impjegati. Ir-rekwiżiti ta' adattament tal-kumpaniji għall-ħtiġijiet tas-suq għandhom ukoll ikunu kkunsidrati, kif ukoll l-interess tal-ħaddiema fil-flessibilità li dejjem qiegħda tiżdied, pereżempju fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tal-ħinijiet tagħhom tax-xogħol, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw aħjar l-interessi familjali jew interessi oħra tal-ħajja privata tagħhom barra l-post tax-xogħol; dan kollu mingħajr ma tiġi mittiefsa s-sigurtà u filwaqt li jiġu evitati kondizzjonijiet ta' xogħol mhux siguri. Jeħtieġ li jinsabu soluzzjonijiet individwali li jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali; dawn għandhom jiġu negozjati bejn l-imsieħba soċjali. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jenfasizza li fid-diskussjoni dwar il-flessigurtà għandha tingħata iżjed attenzjoni lill-ħtiġijiet differenti ta' l-irġiel u n-nisa (6).

4.9

Ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata tkun aktar ta' suċċess iżjed ma l-istrumenti speċifiċi tar-rikonċiljazzoni jkunu qegħdin jintużaw fil-ħajja reali fuq il-post tax-xogħol. L-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali għandha għalhekk tingħata l-akbar importanza.

4.10

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iqis il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji, li għandha l-appoġġ ta' l-imsieħba soċjali, tista' titqies bħala strument adattat sabiex jiġu mxandra pubblikament eżempji li huma favur il-familja u n-nisa u sabiex dawn jiġu rakkomandati bħala eżempji li għandhom jiġu segwiti. Strumenti ġodda innovattivi, bħal

it-twaqqif ta' kmamar tal-logħob għat-tfal ta' l-impjegati,

nurseries provduti mill-kumpaniji stess,

ġenerazzjoni ta' netwerks fil-kumpanijagħall-koordinazzjoni ta' servizzi volontarji “ta' bejn il-ġenerazzjonijiet”, bħat-twettiq ta' formalitajiet neċessarji ma' l-awtoritjiet u l-koordinazzjoni ta' xiri mill-ħaddiema li qegħdin bil-pensjoni għal ħaddiema iżgħar minnhom b'responsabilitajiet ta' familja.

4.11

B'dan huwa ċar li l-għadd kbir ta' intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-kumpaniji fl-UE, m'għandhomx dawn il-mezzi ta' opportunitajiet attraenti, u għal din ir-raġuni għandhom jinħolqu inċentivi fiskali speċifiċi. Proprju, il-kuntatti soċjali mill-qrib li jeżistu fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jiggarantixxu li l-partijiet ikkonċernati jaqblu bejniethom dwar soluzzjonijiet għall-ħaddiema kkonċernati, soluzzjonijiet sew individwali, kif ukoll li jolqtu l-kumpanija kollha. Barra minn hekk hemm il-possibbilità li għadd ta' kumpaniji żgħar f'reġjun jingħaqdu ma' l-awtoritajiet lokali, l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jipproponu ċerti servizzi, li b'hekk jgħolli l-profil tagħhom u jsaħħaħ ir-reġjun f'għajnejn l-investituri.

5.   Inizjattivi prattiċi fuq livell reġjonali u lokali

5.1

Sabiex jittejbu b'mod prattiku u reali l-iżviluppi għal rikonċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja professjonali, familjali u privata, huwa partikolarment ta' għajnuna jekk l-atturi lokali differenti jaslu għal strateġija kkoordinata bejniethom. Għalhekk il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali għal inizjattivi fuq livell reġjonali u lokali sabiex jitlaqqgħu flimkien l-atturi (intrapriżi, kunsilli tax-xogħol, għaqdiet ta' ġenituri, komunitajiet ta' twemmin, għaqdiet sportivi, rappreżentanti lokali, eċċ.) fil-bliet u fil-komunitajiet lokali, bil-għan li l-ambjent lokali jaqbel fuq kif l-aħjar jirrikonċilja l-interessi tal-ħajja professjonali, familjali u privata. It-tibdil dirett fuq il-post iġib appoġġ prattiku immedjat għall-partijiet kollha kkonċernati. L-azzjoni ta' appoġġ ta' l-atturi differenti lokali hija estremament varjata u miftuħa għall-forom kollha ta' ideat kreattivi. Xi eżempji konkreti li jistgħu jitwettqu huma:

it-twaqqif ta' websajt muniċipali, li tagħti tagħrif dwar opportunitajiet speċifiċi għall-familji;

it-twaqqif ta' databases għal tagħrif dwar postijiet ta' ħarsien u kura għat-tfal;

postijiet li joffru servizzi li normalment iwettqu n-nanniet u li jġibu flimkien il-familji ta' età żgħira mingħajr nanniet u persuni mdaħħla fiż-żmien mingħajr familji;

servizz ta' twassil tat-tfal għall-iskola;

appoġġ minn organizzazzjonijiet volontarji u minn volontiera, li fil-ħin liberu tagħhom jieħdu ħsieb it-tfal;

workshops dwar żviluppi fl-ibliet li jkunu favur il-familja, sabiex iwaqqfu l-migrazzjoni ta' familji ta'età żghira;

programmi ta' sorveljanza għall-missirijiet li jaħdmu part time;

ir-ristrutturar ta' skedi ta' trasport għall-iskejjel, li għandu jagħmilha eħfef għall-ġenituri sabiex jikkoordinaw aħjar il-ħin li fih huma jibdew xogħolhom u l-ħin li fih tibda l-iskola;

il-flessibbilità tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-kindergartens;

organizzazzjoni ta' avvenimenti mill-kumpaniji għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u familjali, fejn il-kumpaniji jesebixxu pubblikament il-politika tar-riżorsi umani tagħhom favur il-familji;

spezzjonijiet favur il-ħarsien tat-tfal għad-deċiżjonijiet tal-komunità lokali kollha.

6.   Faċilitajiet għall-ħarsien u l-kura tat-tfal u l-kura ta' qraba anzjani

6.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġbed l-attenzjoni li t-tieni rapport ta' progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, li tressaq f'nofs Diċembru 2006 (7), jirreferi għall-fatt li f'ħafna Stati Membri, id-disponibilità ta' faċilitajiet imħallsa ta' ħarsien u kura għat-tfal hija problema. L-Istati Membri huma għalhekk imsejħa, sabiex joffru aktar servizzi ta' ħarsien u kura għat-tfal li jkunu ta' kwalità għolja u aċċessibbli għal kulħadd skond l-għanijiet individwali tagħhom.

6.2

Barra minn hekk il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona fl-2002 (8) iddeċieda li fl-Istati Membri, sas-sena 2010, 90 % tat-tfal minn tliet snin sakemm jilħqu l-età li jibdew l-iskola u 33 % ta' tfal taħt it-tliet snin għandu jkollhom il-faċilità ta' post għall-ħarsien u l-kura tagħhom.

6.3

Fil-kuntest tar-rwoli differenti tan-nisa u l-irġiel huwa importanti li l-imsieħba soċjali jiċċaraw li l-iżvilupp tat-tfal m'għandux ikun influwenzat b'mod negattiv minħabba l-impjieg ta' l-omm jew minħabba l-ħidma fid-dar imwettqa mill-missier.

6.4

Fid-dawl tal-varjetà sħiħa ta' postijiet għall-ħarsien u kura tat-tfal għal taħt it-tliet snin fl-Istati Membri individwali, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iħeġġeġ li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi b'mod konkret għanijiet kwantifikati fir-rigward ta' l-infrastruttura tal-ħarsien u l-kura għat-tfal taħt it-tliet snin. Sabiex tintlaħaq ir-rinkonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik familjali, sas-sena 2010 mill-inqas 33 % tat-tfal kollha taħt it-tliet snin għandu jkollhom post f'nursery jew id-disponibilità ta' persuna kwalifikata li tissostitwixxi l-omm matul il-ġurnata.

6.5

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iqis bħala kruċjali li l-iżvilupp ta' ħarsien u kura għat-tfal fl-Istati Membri ta' l-UE jingħata aktar attenzjoni milli qatt ingħata s'issa u li jiġi infurzat u appoġġjat permezz ta' miżuri politiċi.

6.6

Fl-Opinjoni tiegħu dwar Il-familja u l-iżvilupp demografiku  (9), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew analizza bir-reqqa l-bidla demografika li qiegħda sseħħ fl-Unjoni Ewropea u l-konsegwenzi ta' dan fuq il-familji. Iż-żieda fl-għomor tal-ħajja tista' tfisser għal ħafna nies gwadann fil-kwalità ta' ħajja. Din iż-żieda iżda ser twassal ukoll li fil-ġejjieni numru dejjem jiżdied ta' persuni ser ikollhom jieħdu ħsieb ta' qraba anzjani filwaqt li jaħdmu. L-iżvilupp tas-servizzi fil-qasam tal-ħarsien u l-kura għandu għalhekk ikun punt fokali akbar sabiex jitneħħa l-piż żejjed minn fuq il-qraba li jipprovdu l-kura.

6.7

Il-ħidma ta' l-imsieħba soċjali f'dan il-qasam tista' tkun li jxerrdu t-tagħrif permezz ta' l-istrumenti li poġġew fil-prattika. Hawnhekk jistgħu pereżempju jiddaħħlu l-adattabilità tal-ħinijiet tax-xogħol fuq perijodu qasir fil-każ ta' ħtieġa ta' kura li ta' spiss tinqala' f'daqqa; it-tagħmir fuq il-post tax-xogħol li jiffaċilita l-kura, jiġifieri l-impjegati jkunu jistgħu jintlaħqu bit-telefon u jkollhom aċċess għall-kompjuter u għall-internet sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu marbuta mal-ħarsien u l-kura; u d-disponibilità ta' dokumenti ta' tagħrif dwar l-aspetti organizzativi, finanzjarji u legali tal-kura.

7.   Il-passi li jmiss

7.1

Il-KESE jikkunsidra li r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u familjali hija indubbjament marbuta mal-kisba ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-objettivi ta' l-imsieħba soċjali f'dan il-qasam, meta jinkisbu, jirfdu din ir-rikonċiljazzjoni. Sabiex din ir-rikonċiljazzjoni ssir ħaġa ta' kuljum, għandha tiġi ppreżentata bħala xi ħaġa normali u meħtieġa fil-programmi edukattivi li jkunu mmirati lejn it-tfal iż-żgħar.

7.2

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jitlob lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni jikkunsidraw u jinkludu dawn il-proposti li saru fl-opinjoni esploratorja, fil-ħidma futura tagħhom, sabiex ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata fl-Ewropa tkompli titjieb.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2006) 92 finali.

(2)  BUSINESSEUROPE (li qabel kien jissejjaħ UNICE) huwa l-korp rappreżentattiv ta' min iħaddem u ta' l-assoċjazzjonijiet industrijali fl-Ewropa, il-UEAPME hija l-merġer ta' diversi assoċjazzjonijiet Ewropej tas-snajja' u ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, is-CEEP huwa ċ-ċentru ta' l-intrapriżi ta' l-ekonomija pubblika, u l-ETUC hija l-federazzjoni tat-trejdjunjins.

(3)  http://ec.europa.eu/employment_social/news/2005/mar/gender_equality_en.pdf.

(4)  Ara l-opinjoni esploratorja tal-KESE ta' l-14 ta' Marzu 2005 dwar L-impatt ekonomiku u baġitarju tal-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu, rapporteur: Is-Sinjura Florio (ĠU C 161, 13.7.2007).

(5)  Ara wkoll l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22.2.2007 dwar Il-familja u l-iżvilupp demografiku, Rapporteur: Is-Sur Buffetaut (ĠU C 161, 13.7.2007).

(6)  Ara l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Flessigurtà (id-dimensjoni tal-flessibilità internain-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali bħala strumenti għar-regolamentazzjoni u r-riforma tas-swieq tax-xogħol, rapporteur: Is-Sur Jansson (ĠU C 97, 28.4.2007).

(7)  COM(2006) 816 finali: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa li timplimenta l-istrateġija mġedda ta' Liżbona għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi “Sena ta' Twettiq”.

(8)  Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza: Il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002.

(9)  Ara wkoll l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22.2.2007 dwar Il-familja u l-iżvilupp demografiku, rapporteur: Is-Sur Buffetaut (ĠU C 161, 13.7.2007).


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/108


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-flessigurtà (id-dimensjoni tal-flessibilità interna — in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali bħala strument ta' regolamentazzjoni u r-riforma tas-swieq tax-xogħol)”

(2007/C 256/20)

B'ittra tat-13 ta' Frar 2007, il-Presidenza Portugiża talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex iħejji opinjoni dwar Il-flessigurtà (id-dimensjoni tal-flessibilità interna — in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali bħala strument ta' regolamentazzjoni u r-riforma tas-swieq tax-xogħol.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Janson.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'163 vot favur, 2 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Sommarju u konklużjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' t-talba tal-Presidenza Portugiża sabiex iħejji opinjoni dwar il-flessigurtà, peress li d-dibattitu dwar il-flessigurtà s'issa kien illimitat l-iktar għaż-żieda tal-flessibilità esterna u kif din iż-żieda tista' tiġi kkumpensata permezz tat-tisħiħ tal-politiki tas-suq tax-xogħol jew permezz ta' dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Minflok, l-għan għandu jkun li jiġu enfasizzati dimensjonijiet oħra sabiex jinħolqu sitwazzjonijiet fejn jibbenefika minnhom kulħadd.

1.2

Il-KESE jixtieq jenfasizza li r-rwol ta' l-imsieħba soċjali għandu jissaħħaħ. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu protagonisti fi kwalunkwe dibattitu dwar il-flessigurtà u għandu jkollhom rwol privileġġat fil-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni kellha għalhekk tagħmel iktar enfasi fuq il-konsultazzjoni, b'mod partikulari, ma' l-imsieħba soċjali Ewropej dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-flessigurtà.

1.3

It-tisħiħ tas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali fil-livelli Ewropej u nazzjonali huwa essenzjali f'kull diskussjoni dwar il-flessigurtà. Djalogu soċjali b'saħħtu u vitali fejn l-imsieħba soċjali jipparteċipaw b'mod attiv u jkunu jistgħu jinnegozjaw, jinfluwenzaw u jieħdu r-responsabbilità għad-definizzjoni, għall-komponenti u għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-flessigurtà huwa element prinċipali.

1.4

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz sabiex jorbtu d-diskussjonijiet li jistgħu jwasslu għar-riformi bbażati fuq il-kunċett tal-flessigurtà mat-tisħiħ u l-immodernizzar tar-relazzjonijiet industrijali fuq il-livelli kollha. Il-KESE b'hekk jixtieq jara konnessjoni iktar b'saħħitha bejn id-dibattitu dwar il-flessigurtà u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali fuq il-livelli kollha, u n-negozjar kollettiv fil-livelli adattati filwaqt li tiġi rispettata d-diversità tas-sistemi differenti tar-relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri. Il-kunċett tal-flessigurtà għandu jtejjeb il-flessibilità u s-sigurtà b'mod bilanċjat. Il-kunċett tal-flessigurtà ma jfissirx it-tnaqqis unilaterali u illeġittimu tad-drittijiet tal-ħaddiema, idea li l-KESE ma jaċċettax.

1.5

Il-KESE jagħraf li, bir-rwol essenzjali ta' l-imsieħba soċjali fl-iżvilupp progressiv tal-politiki tal-flessigurtà fil-livell Ewropew, din id-diskussjoni ma tistax titqies bħala distinta mill-kontenut tad-djalogu soċjali Ewropew jew indipendenti mill-evoluzzjoni futura ta' l-iżvilupp tad-djalogu soċjali nnifsu.

1.6

Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu iktar attenzjoni lill-ugwaljanza bejn is-sessi u lis-solidarjetà interġenerazzjonali fil-kuntest tal-flessigurtà. In-nisa, il-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien u ż-żgħażagħ huma ta' sikwit żvantaġġati fis-suq tax-xogħol fir-rigward ta' flessibilità u s-sigurtà, u wieħed għandu jfittex li jkun hemm aktar konverġenza għal dawn il-gruppi.

1.7

Il-KESE jixtieq li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jesploraw it-titjib ta' l-adattabilità permezz tal-flessibilità interna u jagħmluha dimensjoni vijabbli u aċċettabbli tal-flessigurtà. Il-flessibilità interna tista' taqdi rwol prinċipali sabiex jiżdiedu l-produttività, l-innovazzjoni u l-kompetittività, u b'hekk tista' tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Jista' jkollha wkoll rwol importanti sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol ma' attivitajiet u responsabilitajiet oħra u sabiex itejbu l-kwalità ta' l-impjieg tagħhom. Dan kollu bil-kondizzjoni fundamentali li jkun hemm qafas regolatorju li jassigura l-protezzjoni għall-impjieg u l-kura tas-saħħa, u li jipprovdi stabilità u sigurtà għall-ħaddiema. Il-ħarsien ta' l-impjieg ikkumbinat ma' servizzi effettivi ta' impjieg mill-ġdid u politiki attivi fis-suq tax-xogħol huma essenzjali għall-adattabilità u s-sigurtà tal-kumpaniji u l-impjegati.

1.8

Fil-fehma tal-KESE, għandu jinstab bilanċ bejn il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol u l-ħarsien tal-ħaddiema; l-aħjar garanzija għal dan huwa permezz ta' regolamenti stabbiliti fin-negozjar kollettiv, skond il-prattiċi nazzjonali. Negozjar bħal dan dwar il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol jeħtieġ kuntest sod ta' drittijiet, istituzzjonijiet soċjali li jaħdmu sew u sistemi ta' sigurtà soċjali favur li huma favur l-impjieg li jappoġġjawh.

1.9

Il-flessibilità operattiva hija ugwalment kwistjoni ewlenija tan-negozjar kollettiv bejn l-imsieħba soċjali. Permezz ta' negozjar bħal dan, il-ħtiġijiet ta' l-intrapriżi u l-ħaddiema jistgħu jiġu bbilanċjati u mtejba u l-kumpens adegwat għall-ħaddiema li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom jista' jiġi definit.

1.10

Il-flessibilità operattiva teħtieġ titjib kontinwu ta' l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema u infrastruttura ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li tiffunzjona sew sabiex tappoġġjaha. Filwaqt li fil-passat saru ħafna impenji għat-tagħlim tul il-ħajja, għad fadal ħafna x'jinkiseb fil-prattika.

2.   Sfond

2.1

Il-Presidenza Portugiża talbet lill-KESE sabiex iħejji opinjoni esploratorja dwar il-flessigurtà, li tinkludi kwistjonijiet bħal:

1)

id-dimensjoni tal-flessibilità interna;

2)

in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali bħala strument ta' regolamentazzjoni u r-riforma tas-swieq tax-xogħol.

2.2

Bosta indikazzjonijiet fil-linji gwida għall-politika ta' l-impjieg (2005-2008) jistgħu jifformaw il-bażi għal diskussjoni dwar il-flessigurtà. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2006 talab lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni speċjali lill-isfida prinċipali tal-“flessigurtà” (il-bilanċ bejn il-flessibilità u s-sigurtà). L-Istati Membri kienu mistednin sabiex isegwu, skond is-sitwazzjonijiet partikulari tas-swieq tax-xogħol, ir-riformi fis-suq tax-xogħol u l-politiki soċjali, u b'approċċ integrat lejn il-flessigurtà.

2.3

F'żewġ summits soċjali, b'konnessjoni mas-summits Ewropej ta' Diċembru 2006 u mbagħad ta' Marzu 2007, ġiet diskussa l-kwistjoni tal-flessigurtà.

2.4

Il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta' ħidma espert sabiex jipproponi “mogħdijiet ta'flessigurtà”, jiġifieri sett ta' dimensjonijiet ta' flessibilità u sigurtà fil-ħajja tax-xogħol. B'din il-bażi, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni dwar il-flessigurtà f'Ġunju 2007 li tinkludi l-preżentazzjoni ta' sett ta' prinċipji komuni. F'Diċembru 2007 għandu jiġi inkluż sett ta' prinċipji komuni fil-linji gwida ta' l-impjieg riveduti għall-2008. Il-Green Paper li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21  (1), li r-rakkomandazzjonijiet tagħha huma ppreżentati x'imkien ieħor, inkludiet ukoll id-dimensjoni tal-flessigurtà, b'enfasi partikulari fuq il-kuntratt tax-xogħol.

2.5

Il-KESE jixtieq isemmi wkoll ix-xogħol importanti mwettaq mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għixien u tax-Xogħol f'dan il-kuntest, li stabbiliet aspetti importanti dwar x'inhi l-flessigurtà.

3.   Dimensjonijiet ta' strateġiji tal-flessigurtà

3.1

a)

L-istrateġiji tal-flessigurtà jirreferu għal strateġiji li jipprovaw jikkumbinaw tipi varji ta' flessibilità u sigurtà tas-suq tax-xogħol b'mod bilanċjat sabiex tissaħħaħ l-adattabilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi kif ukoll tipprovdihom bi stabilità u protezzjoni kontra r-riskji. Bħala eżempji tat-tipi ta' flessibilità u ta' sigurtà li wieħed jista' jsemmi huma:

Eżempji ta' flessibilità

Flessibilità esterna numerika

Aġġustament tal-volum ta' l-impjieg permezz ta' skambju mas-suq tax-xogħol estern; li jinvolvi t-tkeċċija, ix-xogħol temporanju, u l-kuntratti ta' perijodu fiss.

Flessibilità interna numerika

L-aġġustament temporali ta' l-ammont ta' xogħol fil-kumpaniji, li jinvolvi prattiċi bħal sigħat atipiċi u skemi tal-kontijiet tax-xogħol.

Flessibilità interna operattiva

L-organizzazzjoni fil-kumpanija permezz ta' taħriġ, multi-tasking u rotazzjoni tax-xogħol, ibbażata fuq il-ħila ta' l-impjegati li jaqdu diversi dmirijiet u attivitajiet.

Flessibilità finanzjarja

Il-varjazzjoni fil-paga bażi u addizzjonali skond il-prestazzjoni ta' l-individwu jew tal-kumpanija.

Eżempji ta' sigurtà

Sigurtà tax-xogħol

Sigurtà li tinħoloq mil-leġislazzjoni tal-protezzjoni ta' l-impjieg, eċċ., li tillimita l-ħila ta' min iħaddem li jkeċċi minn rajh.

Sigurtà ta' l-impjieg

Opportunitajiet ta' l-impjieg adegwati permezz ta' livelli għoljin tal-possibbilità ta' l-impjieg assigurat minn per eżempju t-taħriġ u l-edukazzjoni.

Sigurtà tad-dħul

Il-protezzjoni ta' livelli adegwati u stabbli ta' dħul.

Sigurtà konġunta

Is-sigurtà ta' ħaddiem li jkun jista' jirrikonċilja x-xogħol tiegħu jew tagħha ma' responsabbilitajiet jew impenji oħra aparti minn xogħol imħallas.

b)

Is-sigurtà legali tal-kuntratt ta' impjieg trid tiġi ttrattata separatament peress li din it-tip ta' sigurtà tfisser li l-kuntratt huwa infurzabbli kontra kulħadd u fil-qrati. Dan jimplika ż-żamma tar-rabda ta' subordinazzjoni li twassal, fost affarijiet oħra, għall-konsegwenzi kollha relatati mad-dritt għall-protezzjoni soċjali (miżmuma u applikata) għall-ħaddiem.

3.2

B'segwitu għat-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropea u ispirat minn ċertu aspetti ta' l-eżempju Daniż, id-dibattitu dwar il-flessiġurtà fil-livell Ewropew ġie llimitat l-iktar għaż-żieda tal-flessibilità esterna u kif din iż-żieda tista' tiġi kkumpensata permezz ta' tisħiħ tal-politiki tas-suq tax-xogħol jew ta' dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-flessibilità esterna huma kwistjoni li dwarha l-opinjonijiet tat-trade unions u ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem ta' sikwit ma jaqblux. Barraminhekk, l-OECD (2) reċentement stqarret li l-leġislazzjoni tal-protezzjoni ta' l-impjieg m'għandha l-ebda impatt sinifikanti fuq ir-rata totali ta' l-impjiegi. Barraminhekk, l-ILO uriet li hemm relazzjoni pożittiva bejn is-sigurtà ta' l-impjieg u l-produttività (ara l-Anness).

3.3

Din l-opinjoni timmira li twessa' d-dibattitu dwar il-flessigurtà bi tliet modi. L-ewwelnett, tfittex li tenfasizza li r-rwol ta' l-imsieħba soċjali f'dan id-dibattitu, u fir-riformi ġenerali tas-suq tax-xogħol, għandha tissaħħaħ. It-tieninett, il-KESE jixtieq jenfasizza li d-dibattitu dwar il-flessigurtà għandu jagħti aktar każ tad-differenzi bejn is-sessi u tal-kategorija taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija ġeneralment nieqsa mid-diskussjoni dwar il-flessigurtà. Minkejja l-fatt li żieda fil-flessibilità permezz tax-xogħol part-time hija milqugħa mill-maġġoranza tan-nisa u l-irġiel sabiex jiġi assigurat bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata, in-nisa huma ta' sikwit żvantaġġati fis-suq tax-xogħol fir-rigward tal-flessibilità u s-sigurtà, u wieħed għandu jfittex li jkun hemm konverġenza 'l fuq ma' l-irġiel (3). It-tieletnett, il-KESE jikkunsidra bħala importanti li jitwessa' dan id-dibattitu permezz ta' l-esplorazzjoni ta' mezzi alternattivi sabiex jinkisbu l-adattabilità, l-iffaċilitar tat-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib fil-produttività u t-trawwim ta' l-innovazzjoni, dimensjonijiet essenzjali tal-proċess ta' Lisbona. Dawn ukoll huma kwistjonijiet li l-KESE semma fl-opinjoni tiegħu dwar il-linji gwida ta' l-impjiegi (4). F'dan id-dawl, din l-opinjoni ma tindirizzax il-kwistjoni tal-flessibilità esterna iżda tiffoka fuq l-opportunitajiet għat-titjib ta' l-adattabilità permezz tal-flessibilità interna.

3.4

Il-flessigurtà hija ta' importanza partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fid-dawl ta' l-importanza tagħhom f'termini ta' l-impjieg. B'konsegwenza ta' dan, il-politiki ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-flessigurtà ser ikollhom jinkludu dispożizzjonijeit li jħarsu l-ħtiġijiet tal-SMEs u l-impjegati tagħhom.

3.5

Il-KESE jenfasizza li l-bażi tal-mudelli kollha tal-flessigurtà hija bbażata fuq sigurtà soċjali li tista' tassigura livelli għoljin ta' ħarsien soċjali, fuq teħid ta' responsabbilità min-naħa tas-servizzi pubbliċi b'mezzi suffiċjenti u fuq qafas legali stabbli għan-negozjar kollettiv u għad-djalogu soċjali. Sistemi ġenerali tas-sigurtà soċjali jistgħu jtejbu l-mobilità billi jassiguraw li l-ħaddiema ma joħorġux telliefa meta jiġu kkonfrontati b'bidliet li jolqtu l-post tax-xogħol tagħhom. Qafas stabbli għad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv jipprovdi opportunitajiet għal imsieħba soċjali b'saħħithom sabiex jaqblu fuq kwistjonijiet prinċipali relatati mas-suq tax-xogħol.

4.   Il-flessigurtà u l-imsieħba soċjali

4.1

Il-flessigurtà tfisser id-deċiżjoni tal-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet bejn min iħaddem u l-ħaddiema. Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma strumenti kruċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' riforma tas-suq tax-xogħol, inkluż il-flessigurtà. B'hekk, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jenfasizza li l-imsieħba soċjali huma protagonisti fi kwalunkwe dibattitu dwar il-flessigurtà fil-livelli kollha. L-imsieħba soċjali għandhom iktar u iktar jaqdu rwol prinċipali fid-definizzjoni tal-bilanċ bejn il-flessibilità u s-sigurtà, u b'hekk jikkontribwxxu lejn it-titjib tar-regoli tas-suq intern.

4.2

Fil-livell Ewropew, il-KESE jagħraf li l-Kummissjoni informat lill-imsieħba soċjali dwar il-pjanijiet tagħha fir-rigward ta' dan id-dibattitu. Madankollu, fuq dan is-suġġett, il-KESE jikkunsidra li l-Kummissjoni kellha titfa' enfasi ikbar fuq il-konsultazzjoni, b'mod partikulari, ma' l-imsieħba soċjali Ewropej dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-flessigurtà. Mingħajr il-parteċipazzjoni u l-impenn qawwi ta' l-imsieħba soċjali, ikun diffiċli li tiġi implimentata kwalunkwe tip ta' strateġija tal-flessigurtà.

4.3

Dwar is-sistema Daniża tal-flessigurtà (5), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew semma fl-opinjoni tiegħu li “l-imsieħba soċjali kellhom rwol prinċipali x'jaqdu fl-iżvilupp tal-flessigurtà stil Daniż, kemm fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' oqsma bħall-politika tat-taħriġ u r-riformi strutturali fis-suq tax-xogħol. […] Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali huwa l-prodott ta' żvilupp storiku… parteċipazzjoni u kontribuzzjonijiet akbar mill-imsieħba soċjali jistgħu jsaħħu l-kapaċità tas-soċjetà sabiex tikkompeti u tadatta.”

4.4

Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Mudell Soċjali Ewropew (6), il-KESE enfasizza li “fir-rigward ta' l-arkitettura bażika tal-mudell soċjali Ewropew, ma jistax jiġi valorizzat iżżejjed ir-rwol fundamentali moqdi mill-imsieħba soċjali fl-oqsma tal-politika ekonomika u soċjali. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni lill-importanza partikulari tar-rwol regolatorju moqdi mill-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fir-rigward tal-ftehim kollettiv u l-ftehim dwar il-pagi.”

4.5

L-aġenda tal-flessigurtà għalhekk m'għandhiex titħejja minn fuq għal isfel, jiġifieri definita mill-Kummissjoni u diskussa mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu jistgħu jinnegozjaw, jinfluwenzaw u jieħdu responsabilità għad-definizzjoni, il-komponenti u l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-flessigurtà. Peress li l-flessigurtà hija relatata b'mod daqshekk strett mad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, l-iżvilupp tad-dibattitu dwar il-flessigurtà ser jenfasizza wkoll in-nuqqasijiet li jeżistu fid-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Dawn in-nuqqasijiet għandhom jiġu indirizzati fl-istess ħin li l-aġenda tal-flessigurtà qiegħda titressaq 'il quddiem. Il-KESE b'hekk jixtieq jara konnessjoni iktar b'saħħitha bejn id-dibattitu dwar il-flessigurtà u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali fil-livelli kollha, u n-negozjar kollettiv fil-livelli adattati filwaqt li tiġi rispettata d-diversità tas-sistemi differenti tar-relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri.

4.6

Id-djalogu soċjali fil-livell Ewropew huwa uniku fid-dinja, peress li jagħti lill-imsieħba soċjali r-rwol ta' ko-leġislaturi fil-qasam soċjali. F'dawn l-aħħar snin dan ġie żviluppat lejn djalogu soċjali iktar awtonomu. L-imsieħba soċjali għandhom id-dritt li jindirizzaw kwistjonijiet ta' tħassib komuni għall-ħidma aħjar tas-suq tax-xogħol Ewropew. Il-KESE jagħraf li, bir-rwol essenzjali ta' l-imsieħba soċjali fl-iżvilupp progressiv tal-politiki tal-flessigurtà fil-livell Ewropew, din id-diskussjoni ma tistax titqies bħala separata mill-kontenut tad-djalogu soċjali Ewropew jew mit-tkomplija ta' l-iżvilupp tad-djalogu soċjali nnifsu. L-imsieħba soċjali, fil-programm multiannwali tagħhom qablu li jesploraw aspetti ta' flessigurtà, iżda wkoll li jaħdmu lejn żvilupp ta' fehma komuni dwar l-istrumenti tad-djalogu soċjali Ewropew (7). Il-KESE żviluppa l-pożizzjoni tiegħu dwar is-suġġett fl-Opinjoni bit-titolu “Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru” (8).

4.7

Fl-Istati Membri hemm bosta eżempji, fil-livelli kollha, tar-rwol kruċjali li kellhom l-imsieħba soċjali fit-tijib tal-flessibilità u tas-sigurtà għal min iħaddem u l-impjegati. Ftehim kollettiv fih innifsu m'huwiex biss fattur ta' sigurtà għal min iħaddem u għall-impjegati, iżda jippermetti wkoll flessibilità negozjata. L-inklużjoni ta' aktar elementi ta' flessibilità interna, l-avvanz fill-karriera u d-drittijiet għat-tagħlim tul il-ħajja kollha qegħdin isiru iktar u iktar naturali f'ambjent dejjem iktar kompetittiv. Madankollu, fl-Istati Membri fejn id-djalogu soċjali huwa inadegwat minħabba sistemi fraġli ta' relazzjonijiet industrijali, dan ukoll jesponi lill-ħaddiema b'mod eċċessiv għall-forzi tas-suq fis-suq tax-xogħol u ta' sikwit joffri protezzjoni limitata ħafna. Għalhekk l-immodernizzar tas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri għandu jimxi id f'id ma' kwalunkwe diskussjoni dwar il-flessigurtà fl-Istati Membri.

4.8

Il-KESE jixtieq li, f'dan il-kuntest, jenfasizza xi eżempji ta' ftehim bejn l-imsieħba soċjali:

ftehimiet Daniżi ta' negozjar kollettiv li jintroduċu perijodi tan-notice mandatorji sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jippreparaw aħjar għal xogħol ieħor;

fl-Isvezja, ftehimiet kollettivi fil-livell ta' l-industrija waqqfu fondi għat-“transizzjoni tal-karriera” iffinanzjat mis-settur tan-negozju u mmexxi b'mod konġunt mill-imsieħba soċjali. Dawn il-fondi jipprovdu lill-ħaddiema li rċevew in-notice tagħhom b'taħriġ, assistenza għat-tfittxija tax-xogħol, jew internship f'kumpaniji oħra, saħansitra waqt li jkunu għadhom impjegati formalment mill-kumpanija li qiegħda tkeċċihom;

il-ftehim tripartitiku Spanjol dwar kif għandu jiġi llimitat l-użu tal-kuntratti tax-xogħol għal perijodu fiss. Dan huwa bbażat fuq il-prinċipju li proporzjon għoli ħafna ta' xogħol għal perijodu fiss m'huwiex fl-interess komuni tax-xogħol u l-intrapriża.

Il-ftehimiet kollettivi Ġermaniżi bil-possibbilità ta' l-organizzazzjoni flessibbli tal-ħin tax-xogħol u sa ċertu punt ta' l-organizzazzjoni tax-xogħol, imfassla u implimentati bi ftehim mar-rappreżentanti tal-gruppi interessati involuti fil-kumpanija kkunċernata.

Il-KESE jikkunsidra wkoll li l-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali Ewropej dwar, per eżempju, ix-xogħol għal perijodu fiss, il-leave tal-ġenituri, ix-xogħol part-time u t-teleworking jagħmlu parti mill-kunċett tal-flessigurtà li jikkontribwixxi għas-sigurtà u l-flessibilità għall-ħaddiema u għall-impjegati.

4.9

Sabiex l-imsieħba soċjali jkunu jistgħu jinnegozjaw fuq kwistjonijiet ċentrali fis-suq tax-xogħol bil-għan li jinkiseb bilanċ li huwa soċjalment aċċettabbli bejn il-flessibilità u s-sigurtà, irid ikun hemm qafas legali nazzjonali li jħeġġeġ l-imsieħba soċjali sabiex jikkontribwixxu u jinnegozjaw b'mod effettiv fuq il-kwistjonijiet tal-flessigurtà. Ir-regolamentazzjoni tal-ħarsien ta' l-impjieg u qafas leġislattiv b'saħħtu jistgħu jagħtu lill-imsieħba soċjali possibbilitajiet sabiex jinnegozjaw ftehimiet li jippromovu l-isforzi, il-kooperazzjoni u r-rieda għat-taħriġ tal-ħaddiema, li jkollu effett pożittiv fuq l-impjieg globali u fuq l-effiċjenza ekonomika. Il-kontribuzzjoni ta' l-imsieħba soċjali tassigura li tingħata konsiderazzjoni kemm lill-interessi ta' l-intrapriża kif ukoll lill-interessi tal-ħaddiema. B'żieda ma' dan, il-ħarsien ta' l-impjieg flimkien ma' servizzi effettivi għall-impjieg mill-ġdid u politiki attivi fis-suq tax-xogħol huma essenzjali għall-adattabilità u s-sigurtà tal-kumpaniji u l-impjegati.

4.10

Il-kontribuzzjoni ta' l-imsieħba soċjali tista' tkun li jimmiraw li tiżdied il-mobilità protetta u li t-transizzjonijiet isiru vijabbli. Dawn jistgħu jgħinu fl-organizzazzjoni tal-kontroll kollettiv u negozjat ta' l-opportunitajiet u d-drittijiet tas-suq tax-xogħol. Fil-fehma tal-KESE, dan jista' jiġġieled kontra t-tendenzi lejn is-segmentazzjoni u jtejjeb l-integrazzjoni.

5.   L-ugwaljanza tas-sessi, is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-flessigurtà

5.1

Il-flessibilità u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol jolqtu lill-irġiel u lin-nisa b'modi differenti. In-nisa ta' sikwit jaħdmu f'impjiegi iktar prekarji u mhux żguri, ikkaratterizzati minn flessibilità eċċessiva. Il-flessibilità eċċessiva, li f'xi każijiet tista' twassal għar-riskju ta' impjiegi prekarji u mhux sikuri, għandha tiġi kkumpensata b'forma adegwata ta' sigurtà. Barraminhekk, minħabba l-persistenza tar-rwoli tradizzjonali tas-sessi, in-nisa għandhom iktar responsabilitajiet ta' kura fejn jidħlu t-tfal u l-anzjani, u jiffaċċjaw diffikultatjiet ikbar fejn jidħlu l-kumbinazzjoni ta' l-attivitajiet tax-xogħol u dawk mhux tax-xogħol. B'żieda ma' dan, minkejja l-leġislazzjoni anti-diskriminatorja, id-disparità fil-ħlas bejn is-sessi tippersisti u n-nisa huma intitolati inqas f'termini ta' sigurtà soċjali, inkluż il-pensjonijiet. B'hekk, in-nisa huma ħafna iktar ta' sikwit milquta mill-aspetti negattivi tal-flessibilità.

5.2

Il-KESE jenfasizza li d-dibattitu dwar il-flessigurtà għandu jkollu dimensjoni sinifikanti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, ħaġa li s'issa kienet nieqsa mid-diskussjoni dwar il-flessigurtà. Huwa importanti li titjieb is-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol billi jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-flessibilità u s-sigurtà, jiġu inklużi impjiegi iktar sikuri, permezz ta' l-inklużjoni tagħhom fis-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-appoġġ imsaħħaħ ta' l-istituzzjonijiet sabiex jirrikonċiljaw l-attivitajiet tax-xogħol u dawk mhux tax-xogħol. Barraminhekk, it-tqassim tar-responsabbilitajiet ta' kura u tad-dar bejn l-irġiel u n-nisa għandu jagħmel parti mid-dibattitu. Il-KESE, fl-opinjoni tiegħu dwar Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, tal-familja u tal-ħajja privata  (9) żviluppa iktar il-pożizzjoni tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet għall-Presidenza Portugiża.

5.3

Minbarra d-dimensjoni tas-sessi, il-flessigurtà għandha wkoll dimensjoni ġenerazzjonali. Ir-rata ta' l-impjieg hija iktar baxxa fost il-ħaddiema ta' età ikbar meta mqabbla mal-forza tax-xogħol ġenerali. Iż-żgħażagħ ukoll, f'ħafna Stati Membri jiffaċċjaw suq tax-xogħol li huwa inċert b'livell ta' qgħad għoli, kuntratti ta' perijodi fissi, kopertura ta' sigurtà soċjali insuffiċjenti u xogħol li għalih huma kkwalifikati żżejjed.

5.4

Il-KESE (10) ġibed l-attenzjoni li l-impjiegi għandhom ikunu ta' l-istess livell għat-taħriġ u għall-esperjenza vokazzjonali ta' kull individwu, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni minħabba l-età, u li l-Istati Membri kollha għandhom jittrasponu u japplikaw id-direttiva dwar it-trattament indaqs fl-impjiegi u fix-xogħol (2000/78/KE). Il-KESE sejjaħ ukoll għal politika li tappoġġja impjiegi ta' kwalità għolja u li tista' tiggwida u tħarreġ ġenerazzjonijiet ta' ċittadini tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom. Dan ifisser rwol proattiv għall-imsieħba soċjali u l-atturi ekonomiċi u soċjali kollha rilevanti fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej.

5.5

L-imsieħba soċjali Ewropej ikkonkludew qafas ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li jista' jintuża fid-dibattitu dwar il-flessigurtà wkoll. F'dan il-qafas ta' azzjoni huma identifikaw erba' prijoritajiet: l-indirizzar ta' rwoli tas-sessi, il-promozzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, is-sostenn tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol u l-indirizzar tad-disparità tal-ħlas bejn is-sessi.

5.6

Il-kunsiderazzjonijiet ippreżentati fil-paragrafu preċedenti, u d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali, għandhom jagħtu l-istess importanza lill-problema tal-ħaddiema b'diżabilitajiet u ta' l-istudenti żgħażagħ.

6.   Il-flessigurtà u l-flessibilità interna

6.1

Il-flessibilità interna hija kwistjoni li ma ġietx żviluppata biżżejjed fid-dibattitu tal-flessigurtà. Il-flessibilità interna tikkonċerna l-flessibilità tal-ħin tax-xogħol u l-flessibilità operattiva u ssaħħaħ l-adattabilità. Din hija tipikament kwistjoni fejn l-imsieħba soċjali għandhom esperjenza kbira fin-negozjar ta' ftehim kollettiv b'riżultati pożittivi. Il-flessibilità interna jista' jkollha rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-produttività, l-innovazzjoni u l-kompetittività, u b'hekk tista' tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Jista' jkollha wkoll funzjoni importanti sabiex tippermetti lill-ħaddiema jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol ma' attivitajiet u responsabbilitajiet oħra u sabiex itejbu l-kwalità ta' l-impjieg tagħhom. Għat-tnejn li huma tista' żżid l-istabilità u ċ-ċertezza. Madankollu, il-flessibilità interna tista' ssir eċċessiva wkoll, li twassal għal kondizzjonijiet ħżiena tax-xogħol jew impjiegi prekarji, jew tfixkil fil-bilanċ bejn l-attivitajiet tax-xogħol u mhux tax-xogħol u jista' saħansitra jkollha effetti ta' ħsara fuq il-kwalità tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi lill-konsumaturi. Għalhekk, flessibilità bħal din hija vijabbli biss meta hija riżultat ta' negozjar kollettiv u meta tieħu l-forma fil-kuntest ta' regolamenti legali li jassiguraw il-protezzjoni tax-xogħol u s-saħħa u li jipprovdu stabilità u sigurtà lill-ħaddiema. Is-segwitu ta' flessibilità interna negozjata f'kuntest legali bħal dan jikkostittwixxi approċċ vijabbli u jimmira li jassoċja titjib tal-kompetittività mat-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' l-impjieg u x-xogħol.

6.2   Il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol

6.2.1

Il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol titratta dwar it-tqassim ta' ħin normali tax-xogħol tul il-ġimgħa kif stabbilit mill-ftehimiet kollettivi u/jew mil-liġi fuq perijodu ta' żmien itwal. Jistgħu jibbenefikaw il-kumpaniji permezz ta' possibilitajiet li jaġġustaw għal varjazzjonijiet fid-domanda jew fil-persunal u li jutilizzaw kompletament l-investiment kapitali, billi jagħmlu użu mill-overtime, l-iskedi flessibbli tas-sigħat tax-xogħol tul perijodi predefiniti, xogħol bix-xiftijiet, eċċ. B'dan il-mod, il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol tista' ssaħħaħ il-produttività u l-kompetittività.

6.2.2

Il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol tista' titratta wkoll dwar it-tqassim tal-ħin tax-xogħol tul il-ħajja tax-xogħol ta' individwu u dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol (iżda mhux dwar it-tul tal-ġimgħa tax-xogħol regolari). Forom ta' dan it-tip ta' flessibilità tal-ħin tax-xogħol jistgħu ikunu ta' benefiċċju għall-ħaddiema permezz ta' possibbilitajiet li jorbtul-attivitatijet u r-responsabbilitajiet tax-xogħol u mhux, b'mod pożittiv, permezz ta' arranġamenti tal-flexi-time, kontijiet tat-tfaddil tal-ħin tax-xogħol, leave edukazzjonali jew tal-ġenituri, il-possibbilitajiet għal tibdil bejn xogħol full-time u part-time, eċċ.

6.2.3

Il-KESE huwa entużjast li jevita li l-flessibilità tal-ħin tax-xogħol titwessa' biss għall-benefiċċju ta' l-interessi kummerċjali, mingħajr ma titqies fl-istess ħin il-ħtieġa tal-ħaddiema għal protezzjoni (11). Barraminhekk, l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol għandhom tippromovi l-interessi tal-ħaddiema fil-kontroll aħjar fuq il-ħin tagħhom, tippermettilhom li jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà, li huma vitali, u, fuq kollox, tippromovi kompatibilità aħjar bejn ix-xogħol u l-familja (12).

6.2.4

Għal dan il-għan, fil-fehma tal-KESE, għandu jiġi segwit bilanċ bejn il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema, u din hija assigurata l-iktar permezz ta' regolamenti stabbiliti min-negozjar kollettiv. Filfatt, f'Opinjoni preċedenti, il-KESE stqarr li l-qafas tar-regoli fil-ftehimiet kollettivi huwa ta' importanza kruċjali għall-imsieħba soċjali, li għandhom abbundanza ta' kompetenza u esperjenza f'dawn il-kwistjonijiet (13).

6.2.5

Negozjar bħal dan dwar il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol jeħtieġ qafas adattat għan-negozju kif ukoll kuntest sod ta' drittijiet u istituzzjonijiet soċjali li jappoġġjawh. Dawn jinkludu regoli li jipprovdu stabilità u protezzjoni għall-ħaddiema u protezzjoni soċjali għal kuntratti part-time, u li jiffaċilitaw l-iskemi tal-leave tal-ġenituri u l-iżvilupp ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal u ta' l-anzjani. Huwa importanti li l-leġislazzjoni tkun flessibbli u newtrali, sabiex b'hekk l-imsieħba jkunu jistgħu jsibu soluzzjonijiet adattati.

6.3   Il-flessibilità operattiva

6.3.1

Il-flessibilità operattiva tirreferi għall-użu tal-kapaċità tal-ħaddiema sabiex jaqdu dmirijiet differenti meta meħtieġ, permezz ta' rotazzjoni tax-xogħol, li jwessa' l-iskop tax-xogħol, u l-arrikkiment professjonali. Il-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw billi jkunu jistgħu jaġġustaw it-tip ta' attivitajiet li jagħmlu l-ħaddiema, għall-varjazzjonijiet fid-domanda jew fil-persunal u sabiex jutilizzaw b'mod iktar produttiv ir-riżorsi umani u l-investimenti kapitali. Il-flessibilità operattiva tista' tkun ta' interess ukoll għall-ħaddiema minħabba li tista' ttejjeb l-opportunitajiet tagħhom għall-iżvilupp personali, it-tagħlim u l-possibbilità ta' l-impjieg, għas-sodisfazzjon tax-xogħol u t-titjib fil-pagi.

6.3.2

Il-flessibilità operattiva tista' tkun fattur ewlieni fis-segwitu ta' l-għanijiet ta' Lisbona għat-tjieba fil-produttività, l-innovazzjoni u l-kompettività. Kif uriet, per eżempju, il-fondazzjoni ta' Dublin, il-flessibilità operattiva konġunta mat-taħriġ għandha effett pożittiv fuq l-iżvilupp tal-ħiliet u ż-żamma tal-ħiliet, li mill-ġdid tinfluwenza l-produttività b'mod pożittiv (14).

6.3.3

Madankollu, il-flessibilità operattiva teħtieġ kondizzjonijiet ta' l-impjieg li huma sikuri, kondizzjonijiet tax-xogħol li huma deċenti, l-għotja tar-responsabilità lill-ħaddiema, u mezzi ta' ħidma kooperattivi. F'Opinjoni preċedenti, il-KESE żviuppa l-argument li skond dan, impjiegi sikuri, kondizzjonijiet tax-xogħol rispettużi għas-saħħa u arranġamenti tax-xogħol li jagħtu lill-ħaddiema iktar awtonomija f'xogħolhom huma fattur importanti għaż-żieda fil-produttività u b'hekk ta' l-innovazzjoni (15). Fl-istess Opinjoni, ir-rapporteur irrimarkat li l-metodi ta' ħidma innovattivi, li jinvolvu ġerarkiji li m'humiex prominenti u awtonomija ikbar, bħal xogħol ta' timijiet jew ta' gruppi, jippermettu li jiġu sfruttati l-għarfien u l-ħiliet tan-nies, filwaqt li, fl-istess ħin, jitqiesu d-domandi akbar għall-flessibilità fl-ekonomija. Kondizzjonijiet tajbin tax-xogħol u forom ta' organizzazzjoni tax-xogħol li jħeġġu l-awtorizzazzjoni u l-parteċipazzjoni huma prerekwiżiti ewlenin ukoll għat-tjieba fil-produttività tax-xogħol u t-tisħiħ fl-innovazzjoni ta' l-intrapriżi (16).

6.3.4

Il-Fondazzjoni ta' Dublin, madankollu, ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li l-flessibilità operattiva tista' twassal għal iktar pressjoni u stress fix-xogħol. Għalhekk tenfasizza li huwa importanti li jinkiseb bilanċ bejn id-domandi tax-xogħol u l-kontroll tax-xogħol sabiex jiġi evitat il-burn-out fost l-impjegati (17).

6.3.5

Element bażiku ta' l-istrateġiji tal-flessibilità operattiva u l-istrateġiji tal-flessibilità ġenerali għandu jkun it-tagħlim tul il-ħajja. L-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-opportunitajiet tal-karriera u l-produttività ġiet enfasizzata f'bosta Opinjonijiet reċenti tal-KESE (18). Il-flessibilità operattiva teħtieġ titjib kontinwu ta' l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema u infrastruttura ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li tiffunzjona sew sabiex tappoġġjaha. Filwaqt li fil-passat saru ħafna impenji għat-tagħlim tul il-ħajja, għad fadal ħafna x'jinkiseb fil-prattika.

6.3.6

Il-flessibilità operattiva hija mill-ġdid kwistjoni ewlenija għan-negozjar kollettiv bejn l-imsieħba soċjali. Permezz ta' negozjar bħal dan, il-ħtiġijiet ta' l-intrapriżi u l-ħaddiema jistgħu jiġu bbilanċjati u mtejba u jista' jiġi definit il-kumpens adegwat għal ħiliet mtejba.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara COM(2006) 708 finali. Il-Green Paper li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21 u l-Opinjoni tal-KESE tat-30.5.2007 dwar Il-Modernizzazzjoni tal-Liġi dwar ix-Xogħol ĠU C 175, 27.7.2007.

(2)  OECD Employment Outlook 2006: Boosting Jobs and Incomes.

(3)  Xogħol li għadu għaddej “Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata” SOC/271 (rapporteur: is-Sur Clever) u SOC/273 “Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili u tal-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru” (rapporteur: is-Sur Pariza Castañoz).

(4)  Ara l-Opinjoni tal-KESE tal-31.5.2005 dwar “Il-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi 2005-2008”rapporteur: is-Sur Malosse, ĠU C 286, 17.11.2005.

(5)  Ara l-Opinjoni tal-KESE tas-17.5.2006 dwar “Il-Flessigurtà: il-każ tad-Danimarka”rapporteur: is-Sinjura Vium, ĠU C 195, 18.8.2006.

(6)  Ara l-Opinjoni KESE tas-6.7.2006 dwar “Il-koeżjoni soċjali: insaħħu l-mudell soċjali Ewropew”rapporteur is-sur Ehnmark, ĠU Ċ 309, 16.12.2006.

(7)  Il-programm multi-annwali ta' ħidma ta' l-imsieħba soċjali għall-2006-2008 inkluda analiżi konġunta dwar l-isfidi ewlenin li qegħdin jiffaċċjaw is-swieq tax-xogħol Ewropej.

(8)  SOC 273 “Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru” (rapporteur: is-Sur Pariza Castaños).

(9)  Xogħol li għadu għaddej “Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata” (rapporteur: is-Sur Clever).

(10)  Ara l-Opinjoni KESE ta' l-14.3.2007 dwar “L-impatt ekonomiku u baġitarju tal-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu” ECO/186 rapporteur: is-Sinjura Florio, ĠU C 161, 13.7.2007.

(11)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE tal-11.5.2005 dwar “Id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti ta' l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol”, punt 3.4. rapporteur: is-Sinjura Engelen-Kefer, ĠU Ċ 267, 27.10.2005.

(12)  Ibid, punt 3.6.

(13)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE ta' l-1.7.2004 dwar “Id-Direttiva li temenda 93/104/KE li tkkonċerna ċerti aspetti ta' l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol”, punt 2.2.6. rapporteur: is-Sur Hahr, (ĠU Ċ 302, 7.12.2004).

(14)  http://eurofound.europa.eu/ewco/2004/02/NL0402NU03.htm.

(15)  Opinjoni tal-KESE tat-13 ta' Setttembru 2006 dwar “Il-kwalità tal-ħajja tax-xogħol, il-produttività u l-impjieg fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u l-isfidi demografiċi”, rapporteur: is-Sinjura Engelen-Kefer, (ĠU Ċ 318, 23.12.2006, p.13).

(16)  Ibid, punt 1.4.

(17)  http://eurofound.europa.eu/ewco/2004/02/NL0402NU03.htm.

(18)  Opinjonijiet tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja”rapporteur: is-Sinjura Mária Herczog. (ĠU C 195, 18.8.2006), u dwar “It-Taħriġ u l-Produttività (opinjoni esploratorja)”rapporteur: is-Sur Koryfidis, (ĠU C 120, 20.5.2005).


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/114


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru”

(2007/C 256/21)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew irċieva ittra, bid-data tat-13 ta' Frar 2007, mill-futura Presidenza Portugiża dwar: Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali – ir-rwol tas-soċjetà ċivil, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Pariza Castaños.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (sessjoni tal-11 ta' Lulju 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'141 vot favur, l-ebda vot kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Il-proposti tal-KESE fil-qosor

1.1

L-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fid-dinja tan-negozju u fis-suq tax-xogħol hija problema serja tas-soċjetà Ewropea kollha kemm hi, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, għall-kumpaniji, għall-ħaddiema rġiel u nisa, għall-gvernijiet, għall-imsieħba soċjali u għas-soċjetà ċivili. Il-KESE jikkunsidra li wasal il-waqt li jingħata impuls ġdid lill-politiki ta' l-ugwaljanza, permezz ta' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, fl-inizjattiva intraprenditorjali u fl-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali.

1.2

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija sfida kruċjali għall-ġejjieni ta' l-Ewropa, u għalhekk il-Kumitat jipproponi li tissaħħaħ id-dimensjoni tal-ġeneru fl-aġenda ta' Lisbona u li l-aspetti li ġejjin jiġu inklużi fir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-linji gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol kif ukoll fl-aġenda soċjali u fil-pjanijiet nazzjonali ta' riforma.

1.2.1

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw b'mod deċiżiv il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u jaħtru uffiċjal nazzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali ta' riforma.

1.2.2

Għandu jkun hemm objettivi ġodda speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tax-xogħol, b'indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi, peress li huwa importanti ħafna li jkun hemm iktar intraprendituri nisa, li n-nisa jkollhom impjieg u li tittejjeb il-kwalità ta' dan l-impjieg.

1.2.3

Għandhom jiġu determinati objettivi speċifiċi sabiex jitneħħew (speċjalment fil-qasam ta' l-edukazzjoni) l-istereotipi marbutin mal-ġeneru li jillimitaw l-ispirtu intraprenditorjali tan-nisa.

1.2.4

Għandha tittejjeb il-gvernanza billi jkun hemm parteċipazzjoni adegwata ta' l-imsieħba soċjali u ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment fuq il-livelli lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti b'mod attiv fil-pjanijiet nazzjonali ta' riforma.

1.2.5

Għandha tittejjeb it-trasparenza tas-servizzi pubbliċi għall-impjieg u ta' l-aġenziji privati sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza u titneħħa d-diskriminazzjoni mill-proċeduri ta' reklutaġġ.

1.2.6

L-istituzzjonijiet li jissorveljaw lis-settur tas-servizzi finanzjarji għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex meta jiġu eżaminati t-talbiet għall-kreditu tan-nisa intraprendituri dawn ta' l-aħħar ma jkunux il-vittmi ta' diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll għajnuniet pubbliċi għall-aċċess għall-kreditu fuq kollox għan-nisa li qegħdin jieħdu l-pass ta' attività ekonomika għall-ewwel darba.

1.2.7

Għandu jkun hemm objettivi preċiżi għall-promozzjoni ta' l-edukazzjoni universitarja u t-taħriġ vokazzjonali u l-aċċess tan-nisa u l-irġiel għall-professjonijiet kollha, mingħajr stereotipi kulturali.

1.2.8

Għandhom jiġu pprovduti appoġġ u assistenza lill-imsieħba soċjali, b'mod speċjali fuq il-livelli settorali u reġjonali sabiex jitneħħew, permezz tan-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali, l-iżbilanċji bejn is-sessi li jpoġġu lin-nisa f'sitwazzjoni inferjuri fil-kumpaniji.

1.2.9

Il-pjanijiet ta' ugwaljanza u l-miżuri ta' azzjoni pożittiva li l-imsieħba soċjali jinnegozjaw u jimplimentaw f'ħafna kumpaniji u setturi, għandhom jiġu żviluppati u għandhom jiġu appoġġjati mill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll mir-riżorsi Komunitarji tal-Fond Soċjali Ewropew.

1.2.10

Il-linji gwida ta' l-UE għandhom jinfurzaw l-objettivi nazzjonali għall-paga ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz ta' indikaturi preċiżi.

1.2.11

Fuq il-livelli lokali u reġjonali, għandhom jiġu implimentati programmi speċifiċi mmirati lejn l-aċċess għax-xogħol u l-ħolqien ta' intrapriżi min-nisa immigranti u gruppi minoritarji.

1.2.12

Hemm ukoll bżonn ta' programmi u objettivi speċifiċi għan-nisa b'diżabilità.

1.2.13

Il-pjanijiet nazzjonali ta' riforma tas-sistema ta' kalkolu tal-pensjoni għandhom jagħmlu mezz li jiġi evitat li ħafna nisa jitilfu l-pensjoni tagħhom jew li l-pensjoni tan-nisa tonqos b'mod drastiku minħabba li għandhom impjieg part time jew minħabba interruzzjonijiet fil-karriera kkawżati fost affarijiet oħra minn obbligazzjonijiet familjali. In-nisa ko-intraprendituri miżżewġin għandu jkollhom status legali adegwat.

1.2.14

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jikkollaboraw mal-kumpaniji u mal-ħaddiema sabiex jassiguraw ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjali u l-ħajja tax-xogħol.

1.2.15

Minħabba t-tixjiħ tal-ġenerazzjoni attwali tal-kapijiet ta' l-intrapriżi, il-kwistjoni tat-trasferiment ta' ħafna intrapriżi, b'mod partikulari l-SMEs, toffri opportunità għall-aċċess tan-nisa għal postijiet tax-xogħol fil-ġestjoni ta' l-intrapriżi. Huwa kruċjali li dan it-trasferiment jitħejja permezz ta' miżuri nazzjonali jew lokali li jiffaċilitaw it-trasferiment ta' dawn l-intrapriżi lin-nisa. Fuq livell Ewropew, huwa xieraq li ssir analiżi tas-sitwazzjoni u li jkun hemm ġabra ta' miżuri ta' appoġġ li jservu ta' inċentiv.

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-futura Presidenza Portugiża ta' l-UE talbet lill-KESE sabiex jipprepara Opinjoni esploratorja dwar “Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru” bil-għan li tħejji l-ħidma tal-Presidenza.

2.2

Il-KESE jilqa' l-proposta tal-Presidenza Portugiża għat-tisħiħ tal-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-linji gwida integrati ġodda għat-tkabbir u għax-xogħol (2008-2010) permezz ta' l-integrazzjoni tal-perespettiva tal-ġeneru u l-applikazzjoni tagħha min-naħa tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali, kif ukoll min-naħa tal-gvernijiet, għaliex l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija sfida għas-soċjetà Ewropea kollha kemm hi.

2.3

It-Trattat jispjega b'mod ċar li l-objettivi ta' l-UE jinkludu l-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali, livell għoli ta' impjieg u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

2.4

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, iggarantita mit-Trattat u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-UE għandhom l-obbligazzjoni li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni li huma vittmi tagħha n-nisa u jippromovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa permezz tal-leġislazzjoni u l-politiki pubbliċi.

2.5

L-UE għandha acquis konsiderevoli ta' politiki għall-ugwaljanza. Fir-rigward tal-politiki ta' l-impjieg u tal-leġislazzjoni tax-xogħol, ta' min isemmi d-Direttivi 2002/73/EC dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjieg, it-taħriġ u l-promozzjoni, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; u d-Direttiva 2004/113/EC dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fl-ambitu ta' l-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi u l-proviżjoni tagħhom.

2.6

Il-KESE ħejja diversi Opinjonijiet f'dawn l-aħħar snin (1) u permezz tagħhom qiegħed jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' l-aquis tal-Komunità, it-titjib tal-leġislazzjoni u l-kwalità tal-politiki ta' l-ugwaljanza. Il-Kumitat approva l-istrateġija Ewropea għall-impjieg u enfasizza l-isforz pożittiv li sar sabiex jiġu solvuti l-problemi nazzjonali u lokali, permezz ta' azzjoni konġunta u kkoordinata fuq il-livell Ewropew. Il-Kumitat jikkunsidra li huwa neċessarju li dan l-isforz jiġi appoġġjat permezz ta' numru ikbar ta' azzjonijiet u koordinazzjoni mtejba

2.7

Il-KESE jixtieq jevalwa l-politiki li ġew adottati s'issa, jenfasizza l-prattika tajba u jipproponi xi inizjattivi ġodda sabiex in-nisa Ewropej jiżviluppaw l-ispirtu intraprenditorjali tagħhom u jkunu iktar attivi fis-suq tax-xogħol. Din l-Opinjoni tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar l-evoluzzjoni u r-riforma ta' l-aġenda ta' Lisbona, u l-proposti jistgħu jiġu żviluppati fil-qafas tar-reviżjoni ta' l-istrateteġija integrata għat-tkabbir u għax-xogħol fil-pjanijiet nazzjonali ta' riforma futuri.

3.   L-Aġenda ta' Lisbona

3.1

L-Istrateġija ta' Lisbona ssejjaħ għal impjieg sħiħ fl-Ewropa, permezz tat-tisħiħ tal-kwalità u l-produttività fix-xogħol, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, flimkien ma' gvernanza aħjar, fil-kuntest ta' soċjetà ta' l-għarfien adattata għall-għażliet personali tan-nisa u ta' l-irġiel. Għall-ewwel darba, qiegħda tiġi stabbilita bażi għall-kejl kwantitattiv ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-ambitu ekonomiku, bil-għan li l-impjieg tan-nisa jilħaq is-60 % sa l-2010.

3.2

Fuq it-talba tal-Kunsill Ewropew, il-KESE qiegħed jikkollabora ma' l-imsieħba nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona (2).

3.3

Minkejja r-riżultati tajbin li nkisbu, l-esperjenza wriet li jeħtieġ li jsiru riformi ikbar fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, sabiex in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħtu joħolqu l-intrapriżi bl-istess kundizzjonijiet u jkollhom aċċess ugwali għall-impjieg.

3.4

Fl-Ewropa n-nisa għad m'għandhomx l-istess opportunitajiet intraprenditorjali bħall-irġiel u lanqas l-istess possibilitajiet fis-suq tax-xogħol. B'konsegwenza ta' l-istereotipi soċjali u kulturali li ntwirtu mill-passat, ir-rata ta' attività tan-nisa hija globalment iktar baxxa minn dik ta' l-irġiel u għad hemm segregazzjoni okkupazzjonali fis-suq tax-xogħol. B'mod ġenerali, in-nisa għandhom xogħlijiet inqas stabbli u ta' kwalità iktar baxxa, b'salarji iktar baxxi, u jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ikbar meta jiġu biex jiżviluppaw il-kwalifiki professjonali tagħhom. In-nisa intraprendituri jiltaqgħu ma' numru ikbar ta' ostakoli fl-aċċess għall-finanzjament.

3.5

Għalhekk, il-KESE jikkunsidra li huwa neċessarju li tissaħħaħ id-dimensjoni tal-ġeneru fl-Istrateġija ta' Lisbona, billi ssir reviżjoni ta' l-objettivi Komunitarji u nazzjonali, sabiex in-numru ta' nisa intraprendituri jikber, jiġi assigurat l-impjieg u sabiex l-impjieg tan-nisa jkun ta' kwalità itjeb. Kwalità hawn tfisser diversifikazzjoni professjonali ikbar, ugwaljanza salarjali, stabbiltà ikbar u aċċess itjeb għat-taħriġ u l-promozzjoni fix-xogħol.

3.6

Wara r-reviżjoni tiegħu ta' nofs it-term, f'Marzu 2005 il-Kunsill approva it-“Tnedija mill-ġdid ta' l-Istrateġija ta' Lisbona”, li kellha l-objettiv ewlieni li ma tikkonċentrax l-attenzjoni kollha fuq l-objettivi kwantitattivi biss iżda pjuttost fuq il-politiki u l-inizjattivi prattiċi li għandhom jiġu implimentati sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. Il-prijoritajiet huma: il-ħolqien ta' numru ikbar ta' impjiegi ta' kwalità ogħla billi numru ikbar ta' persuni jiġu attratti lejn u miżmuma fis-suq tax-xogħol; il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' ħarsien soċjali; it-titjib ta' l-adattabilità u s-sigurtà tas-swieq tax-xogħol; iż-żieda fil-flessibilità u s-sigurtà tas-swieq tax-xogħol; u ż-żieda fl-investimenti fil-kapital uman permezz ta' titjib fl-edukazzjoni u l-kwalifiki (3).

3.7

Din l-Aġenda ta' Lisbona riveduta tenfasizza wkoll l-importanza ta' gvernanza tajba permezz ta' approċċ politiku iktar effiċjenti, li jgħaqqad lill-partijiet interessati kollha, l-Istati Membri, iċ-ċittadini, il-Parlamenti, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, flimkien ma' l-istituzzjonijiet Komunitarji, f'viżjoni komuni għall-progress u l-opportunitajiet għall-ġejjini. Il-KESE jikkunsidra li huwa neċessarju li tittejjeb il-gvernanza ta' l-aġenda ta' Lisbona permezz ta' parteċipazzjoni iktar attiva tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-korpi lokali u reġjonali.

3.8

Il-KESE jenfasizza li huwa importanti li l-imsieħba soċjali jipparteċipaw fl-iktar fażi bikrija possibbli tat-tħejjija tal-linji gwida, u li għandhom ikunu kkonsultati dwar l-aspetti li jikkonċernaw l-integrazzjoni tal-kriterji tal-ġeneru.

3.9

Il-linji gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol (2005-2008), li jiffurmaw bażi għat-tħejjija tal-programmi nazzjonali ta' riforma ta' l-Istati Membri, jinfurzaw il-bżonn ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex jintlaħqu l-prijoritajiet stabbiliti billi jiġu kkombinati miżuri speċifiċi dwar l-impjieg tan-nisa ma' l-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza fl-inizjattivi meħuda kollha (4).

3.10

Il-KESE, kif diġà stqarr fl-Opinjoni tiegħu dwar il-linji gwida għax-xogħol, huwa sorpriż li minkejja l-fatt li l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ambitu ta' l-impjieg hija waħda mit-temi ewlenin ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, m'hemm l-ebda linja gwida speċifika dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa (5).

3.11

L-evalwazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Lisbona u tal-programmi nazzjonali ta' riforma (6) tenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-politiki għall-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u għan-nisa, billi jiġu stabbiliti miżuri li jikkontribwixxu għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata.

3.12

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2006-2007 laqa' b'mod pożittiv iż-żieda mgħaġġla fir-rati ta' impjieg tan-nisa u kkunsidra li dawn jirrappreżentaw pass 'il quddiem fit-triq lejn l-objettiv ta' Lisbona (7). Madankollu, jenfasizza li fil-biċċa l-kbira tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri m'hemm l-ebda referenza għall-miżuri speċifiċi mmirati lejn il-promozzjoni ta' l-impjieg tan-nisa jew għat-tnaqqis tad-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol, bl-eċċezzjoni tal-miżuri mmirati lejn titjib ta' l-aċċess għall-faċilitajiet għall-kura tat-tfal. Ċerti Stati Membri (AT, BE, DK, DE, ES, IE, IT, LU, PT u UK) stabbilixxew objettivi nazzjonali dwar il-faċilitajiet għall-kura tat-tfal, iżda ftit ħabbru progress lejn l-objettiv Ewropew f'dan l-ambitu. Il-progress lejn dan l-objettiv għadu qiegħed isir bil-mod. Fl-AT, DK, FI, IE, MT u NL biss jeżistu miżuri li għandhom l-objettiv li iktar nies ikollhom aċċess għal dawn il-faċilitajiet permezz ta' prezzi massimi jew spejjeż imnaqqsa. Ma jissemmiex il-bżonn li jkun imsaħħaħ ir-rwol ta' l-irġiel fir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja familjali. SI niedet kampanja sabiex l-irġiel jaqdu rwol iktar attiv fil-ħajja familjali; LT introduċiet possibilitajiet ġodda għall-leave mħallas tal-missier u CZ, DE u EL ser jestendu l-opportunità sabiex il-missirijiet jieħdu l-leave parentali.

4.   Il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel

4.1

Il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (8) approvat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2006, jirrapreżenta progess kwalitattiv, billi jagħti lill-Istati Membri kollha l-objettiv komuni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

4.2

Il-Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2006-2010 adottat mill-Kummissjoni, jistabbilixxi sitt oqsma prijoritarji għall-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea: indipendenza ekonomika ugwali għan-nisa u għall-irġiel; rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u professjonali; rappreżentazzjoni indaqs fit-teħid ta' deċiżjonijiet; it-tneħħija ta' kull forma ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru; it-tneħħija ta' l-istereotipi sessisti u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki esterni u dawk ta' żvilupp (9).

4.3

Bil-għan li tittejjeb il-gvernanza fl-ambitu ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-Pjan jistabbilixxi wkoll serje ta' azzjonijiet tassew rilevanti u l-Kummissjoni timpenja ruħha li ssegwi mill-qrib il-progress li jsir f'dan il-qasam.

4.4

Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2006-2010, il-KESE jilqa' r-rieda politika tal-Kummissjoni li tkompli tikkunsidra l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bħala prijorità fil-programm ta' rotta tagħha għall-perijodu 2006-2010 u jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi l-partijiet interessati kollha fl-applikazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha (10).

4.5

Il-KESE appoġġja wkoll il-ħolqien ta' l-Istitut Ewropew tal-Ġeneru (11).

4.6

Il-KESE jikkunsidra li wasal il-waqt li jingħata impuls ġdid lill-politiki ta' l-ugwaljanza, permezz ta' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, fil-ħolqien ta' l-intrapriżi u fl-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali. Ħafna Stati Membri qegħdin jadottaw leġislazzjoni ġdida sabiex jassiguraw l-ugwaljanza effettiva tan-nisa u ta' l-irġiel fil-politika, fl-organizzazzjonijiet soċjali u fil-kumpaniji, fuq il-livelli tal-ħaddiema, tal-ġestjoni u ta' l-amministrazzjoni. B'mod ġenerali, il-KESE jappoġġja dawn ir-riformi, li jinkludu politiki attivi bbażati fuq leġislazzjoni razzjonali li tiggarantixxi ħarsien ġenwin għall-impjieg u li tipprovdi l-istabilità u s-sigurtà indispensabbli.

5.   Proposti tal-KESE: It-tisħiħ tad-dimensjoni tal-ġeneru fl-Aġenda ta' Lisbona

5.1

L-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fid-dinja tan-negozju u fis-suq tax-xogħol hija problema serja għas-soċjetà Ewropea kollha kemm hi, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, għall-intrapriżi, għall-ħaddiema rġiel u nisa, għall-gvernijiet, għall-imsieħba soċjali u għas-soċjetà ċivili. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija sfida kruċjali għall-ġejjieni ta' l-Ewropa.

5.2

Il-KESE japprova r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2007 (12) dwar il-pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010, b'mod partikulari punt 17 li “jitlob lill-Istati Membri biex iżidu jew isaħħu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali sabiex jiġu inklużi miżuri biex jgħinu lin-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol fuq bażi ta' dinjità ugwali u pagi ugwali għal xogħol ugwali, miżuri biex jippromovu l-attività intraprenditorjali fost in-nisa” u punt 20 li “jitlob lill-Istati Membri biex jinnominaw uffiċjal nazzjonali responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi rigward l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona bl-inkarigu li jipparteċipa fit-tfassil u r-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali differenti u biex jimmoniterja l-implimentazzjoni tagħhom sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru in ġenerali u b'mod partikulari fil-baġit fir-rigward ta' politiki u objettivi stabbiliti f'dawn il-pjanijiet.”

5.3

Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li l-pjanijiet nazzjonali ġodda għar-riforma jinkludu l-obbligazzjoni li l-Istati Membri jaħtru uffiċjal nazzjonali responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi.

5.4

Il-linji gwida għax-xogħol għandhom jistabbilixxu objettivi konkreti u jtejbu l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi meħtieġa għall-evalwazzjoni komparattiva tal-progress li jsir fl-Istati Membri fl-ambitu ta' l-ugwaljanza effettiva bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol u fl-inizjattivi intraprenditorjali.

5.5

Il-KESE jikkunsidra li l-UE għandha tagħti attenzjoni ikbar lin-nisa li jaħdmu f'żoni rurali li jiddependu mill-agrikoltura, fejn l-edukazzjoni m'hijiex prijorità, u tappoġġja l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

5.6

F'isem is-sussidjarjetà, ċerti gvernijiet qegħdin jippruvaw ibaxxu l-livell ta' l-eżiġenzi Komunitarji fir-rigward tal-pjanijiet nazzjonali għar-riforma. Madankollu, il-KESE jikkunsidra li globalment il-linji gwida integrati huma flessibbli biżżejjed sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu s-soluzzjonijiet li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom bl-aqwa mod.

5.7

Barra minn hekk, il-KESE jemmen li fir-rigward tas-sussidjarjetà jeħtieġ li jiġi msaħħaħ l-aspett Komunitarju ta' l-Aġenda ta' Lisbona u tal-linji gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol. Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel (2006-2010), il-Kumitat stqarr li hemm bżonn ta' prijoritajiet komuni fl-ambitu tal-koordinazzjoni tal-politiki ta' l-impjieg bil-għan li tiżdied ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa. Meta tiġi biex tevalwa l-programmi nazzjonali ta' riforma, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u tiggarantixxi l-adozzjoni tal-miżuri neċessarji (13).

5.8

Il-gvernanza ttejbet fil-qafas ta' l-istrateġija Ewropea għall-impjieg, iżda l-KESE jikkunsidra li s-sitwazzjoni attwali m'hijiex sodisfaċenti għal kollox. Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet attivi fl-ambitu ta' l-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiġi ggarantita parteċipazzjoni adegwata fuq il-livelli kollha u fil-fażijiet kollha ta' l-azzjoni.

5.9

Il-KESE jikkunsidra li huwa neċessarju li tittejjeb il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-istrateġija Ewropea għall-impjieg. L-implikazzjoni ta' l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandha tiġi ffaċilitata u għalhekk huwa importanti li jkunu jistgħu jipparteċipaw permezz ta' proċeduri adegwati fuq il-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali. Sabiex jiġi assigurat is-suċċess ta' l-istrateġija ta' Lisbona, għandha tittejjeb il-gvernanza u l-valur miżjud mill-parteċipazzjoni attiva ta' l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-korpi lokali u reġjonali.

5.10

Fir-rigward ta' l-impjieg, il-livell lokali huwa l-livell fejn jinħass l-iktar l-impatt ta' l-applikazzjoni tal-politiki; għalhekk, ir-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien ma' l-imsieħba soċjali, huwa kruċjali għall-applikazzjoni tal-politiki. L-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol b'kundizzjonijiet ugwali titlob għarfien sħiħ u mill-qrib ta' l-eżiġenzi u l-bżonnijiet tan-nisa u tal-kuntest ekonomiku u soċjali taż-żona kkunsidrata. Għaldaqstant, il-korpi lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti fl-analiżi, it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet.

5.11

Għalkemm huwa minnu li f'dawn l-aħħar snin sar progress fl-aċċess tan-nisa għall-università (59 % tal-gradwati universitarji huma nisa) (14), l-oqsma ta' studju għad għandhom stereotipi qawwija marbutin magħhom. Mara waħda biss minn kull għaxra tiggradwa f'suġġett tekniku, kontra erbgħa minn kull għaxra fil-każ ta' l-irġiel. Iktar min-nofs in-nisa gradwati għandhom lawrja fit-tagħlim, l-istudji umanistiċi u x-xjenza ta' l-arti u tas-saħħa filwaqt li inqas minn kwart ta' l-irġiel jiggradwaw f'dawn is-suġġetti. Il-KESE jipproponi li l-awtoritajiet edukattivi jieħdu miżuri ġenerali ta' promozzjoni sabiex jingħelbu l-istereotipi sessisti bil-għan li n-nisa u l-irġiel jagħżlu professjonijiet fejn il-livell ta' rappreżentazzjoni tagħhom huwa baxx wisq.

5.12

Il-politiki ta' rikonċiljazzjoni jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nisa u ta' l-irġiel. Dawn il-politiki jgħinu lin-nies sabiex jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol u jibqgħu fih. B'hekk jintuża l-potenzjal sħiħ tal-forza tax-xogħol. Il-politiki ta' rikonċiljazzjoni għandhom ikunu disponibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.

5.13

Il-KESE (15) jfakkar lill-Istati Membri fl-impenni tagħhom fil-qafas tal-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u jipproponi li l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri li jinkludu impenni ikbar fil-pjanijiet nazzjonali ta' riforma għat-titjib tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjali u dik professjonali ta' l-irġiel u tan-nisa. Il-KESE jfakkar ukoll li billi dan huwa dmir tas-soċjetà kollha kemm hi, għandha tiġi ggarantita l-ko-responsabilità tal-partijiet kollha, inklużi l-kumpaniji.

5.14

Wieħed m'għandux ifixkel ir-rikonċiljazzjoni ma' ċerti miżuri ta' politika familjali li huma ta' ostakolu għall-impjieg minħabba li jipprovdu inċentivi qawwija għall-ħruġ mis-suq tax-xogħol għal perijodi twal, bir-riżultat li jonqsu l-opportunitajiet għal min jixtieq jerġa' jintegra dan is-suq.

5.15

Hemm bżonn ta' miżuri iktar effettivi li jippromovu l-integrazzjoni mill-ġdid tan-nisa u ta' l-irġiel fis-suq tax-xogħol — mingħajr tnaqqis fil-kwalifiki jew fis-salarji — wara assenza marbuta mat-twelid tat-tfal jew mal-kura ta' persuni dipendenti. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu mudelli flessibbli għat-taħriġ vokazzjonali waqt il-perijodu ta' assenza u l-kontinwazzjoni ta' l-impjieg b'ħinijiet imnaqqsa. F'dan il-kuntest, ta' min isemmi l-Qafas ta' Ftehim Ewropew dwar ix-Xogħol mid-Dar (CES, UNICE/UEAPME u CEEP), li jiddefinixxi l-isfera ta' applikazzjoni tax-xogħol mid-dar, l-aspett volontarju tiegħu, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħarsien tad-data, il-ħajja privata, it-tagħmir, is-saħħa u s-sigurtà, l-organizzazzjoni tax-xogħol, it-taħriġ u d-drittijiet kolletivi, kif ukoll l-implimentazzjoni u s-segwitu ta' dan il-qafas ta' ftehim.

5.16

L-ONG jaqdu rwol importanti ħafna għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-Ewropa, billi jorganizzaw kampanji dwar l-ideat politiċi u l-valuri kulturali u attivitajiet soċjali li jiffavorixxu t-titjib ta' l-opportunitajiet ta' ħafna nisa. Bosta nisa huma involuti f'għadd kbir ta' ONG u jirrappreżentaw diversi gruppi ta' nisa quddiem l-istituzzjonijiet lokali u reġjonali; dawn għandhom jiġu appoġġjati.

5.17

In-nisa li ġejjin mill-immigrazzjoni jew li jiffurmaw parti minn minoranzi jġarrbu diffikultajiet partikulari meta jiġu biex joħolqu kumpaniji ġodda jew jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol b'kundizzjonijiet ugwali, u għalhekk huwa neċessarju li l-linji gwida ġodda għax-xogħol jinkludu objettivi speċifiċi.

5.18

Il-KESE ħejja diversi Opinjonijiet bil-għan li l-UE jkollha politika komuni dwar l-immigrazzjoni u sabiex il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-politika ta' integrazzjoni jkunu objettivi prijoritarji tal-gvernijiet Ewropej. Dawn il-politiki għandhom jinkludu l-perspettiva tal-ġeneru, sabiex in-nisa immigranti jew li jiffurmaw parti minn minoranza etnika jew kulturali jkunu jistgħu jiżviluppaw il-proġetti intraprenditorjali tagħhom u jintegraw is-suq tax-xogħol b'kundizzjonijiet ugwali.

5.19

In-nisa b'diżabilità wkoll iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ikbar meta jiġu biex jintegraw is-suq tax-xogħol u joħolqu l-intrapriżi. Il-KESE jipproponi li l-linji gwida ġodda u l-pjanijiet nazzjonali ta' riforma jsaħħu l-objettiv ta' l-integrazzjoni ta' dawn in-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' indikaturi speċifiċi.

5.20

Il-KESE jipproponi wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu politiki mmirati lejn l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet għan-nisa b'diżabilità; u li l-imsieħba soċjali, fil-qafas tal-ftehimiet kollettivi u l-prattiki tax-xogħol, jadottaw strateġiji għall-ugwaljanza.

5.21

Permezz ta' l-inizjattiva EQUAL u fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, il-FSE implimenta approċċi importanti u innovattivi bil-għan li jagħti impuls lill-ispirtu intraprenditorjali u l-kapaċità għall-impjieg tan-nisa li jbatu minn diskriminazzjoni ikbar. Dawn l-esperjenzi jistgħu jkunu utli, b'mod partikulari għal żvilupp addizzjonali mill-gvernijiet lokali u reġjonali, fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-FSE ippjanati għall-ewwel fażi tal-programm 2007-2013, bil-għan li jiġu adottati inizjattivi ġodda mmirati lejn il-promozzjoni ta' l-aċċess għall-impjieg għan-nisa b'diffikultajiet partikulari.

6.   Kapaċità għall-impjieg

6.1

Mit-tnedija ta' l-Istrateġija ta' Lisbona lil hawn, sitt miljuni mit-tmien miljun post tax-xogħol maħluqa fl-UE ttieħdu min-nisa. Fl-2005 ir-rata ta' impjieg tan-nisa laħqet is-56.3 % (+1.1 %), kontra 71 % (+0.06 %) għall-irġiel. Ir-rata ta' l-impjieg tan-nisa 'il fuq minn 55 sena ukoll żdiedet b'mod iktar mgħaġġel minn dik ta' l-irġiel, u laħqet it-33.7 % (16).

6.2

Il-qgħad qiegħed jonqos: 8.8 % fl-2005, b'9.9 % għan-nisa u 7.9 % għall-irġiel. Minkejja t-tendenza pożittiva tar-rata globali ta' l-impjieg tan-nisa fl-Ewropa, għadna mhux qegħdin nibbenifikaw bis-sħiħ mill-kontribuzzjoni tan-nisa. Prova ta' dan huma r-rati inferjuri ta' attività u okkupazzjoni tan-nisa, il-perċentaġġ ogħla ta' qgħad, in-nuqqas ta' stabbiltà tal-kuntratti tax-xogħol, u d-diffikultajiet tan-nisa u ta' l-irġiel fil-qasam tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja familjali.

6.3

Il-KESE jfakkar li għalkemm ir-rata stabbilita għall-impjieg tan-nisa (60 % sa l-2010) tista' tintlaħaq (għalkemm mhux fil-pajjiżi kollha), wieħed m'għandux jinsa' li dan il-perċentaġġ jinkludi x-xogħol part time, ix-xogħol flessibbli u x-xogħol temporanju, li fil-biċċa l-kbira jsir min-nisa, u mhux dejjem b'mod voluntarju, iżda pjuttost bħala konsegwenza tat-tqassim inugwali tar-responsabilitajiet familjali bejn in-nisa u l-irġiel.

6.4

Għad hemm differenzi kbar ħafna bejn ir-rwol ta' l-irġiel u dak tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u għad hemm segmentazzjoni kbira, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-arranġamenti tax-xogħol, is-setturi fejn jaħdmu n-nisa u l-professjonijiet tagħhom. Dawn id-differenzi jolqtu kemm lin-nisa b'impjieg kif ukoll dawk li qegħdin ifittxu xogħol. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu promossi politiki ġodda mmirati lejn tnaqqis tal-kawżi ewelenin ta' l-iżbilanċ li jolqot lin-nisa fis-suq tax-xogħol.

6.5

In-nisa jiltaqgħu wkoll ma' iktar problemi mill-irġiel meta jiġu biex isibu xogħol li jaqbel mal-kwalifiki tagħhom. Barra minn hekk, il-fatt li jridu jlaħħqu max-xogħol u mal-familja jikkomplika l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol kif ukoll iż-żamma ta' l-impjieg, sitwazzjoni li għadha iktar diffiċli għan-nisa milli għall-irġiel.

6.6

Il-KESE jilqa' l-pjanijiet ta' ugwaljanza adottati mill-imsieħba soċjali f'ħafna kumpaniji bil-għan li jtejbu l-integrazzjoni u ż-żamma tan-nisa fil-kumpaniji, il-kwalifiki u l-karriera professjonali tagħhom u sabiex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet ħadu miżuri ta' azzjoni pożittiva. L-awtoritajiet pubbliċi, b'mod speċjali fuq il-livelli lokali u reġjonali, għandhom jappoġġjaw il-pjanijiet ta' ugwaljanza.

6.7

Id-djalogu soċjali Ewropew, li huwa f'idejn l-imsieħba soċjali, għandu rwol importanti x'jaqdi għall-iżvilupp tal-perspettiva tal-ġeneru ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Il-KESE jenfasizza u jappoġġja l-importanza tal-Qafas ta' Azzjonijiet għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi li ġie adottat mill-imsieħba soċjali fl-2005 (17) u li qiegħed jiġi żviluppat fuq il-livelli settorjali u nazzjonali.

6.8

Il-qafas ta' ftehim reċenti dwar il-fastidju sesswali u l-vjolenza fix-xogħol (18) huwa eżempju tal-prattika tajba li l-KESE jixtieq jappoġġja. Barra minn hekk, ċerti kumitati ta' djalogu settorjali qegħdin jadottaw approċċ ibbażat fuq il-ġeneru. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkollabora b'mod iktar attiv ma' l-imsieħba soċjali sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

6.9

In-negozjar kolletiv skond il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali huwa waħda mill-karatteristiċi tal-mudell soċjali Ewropew. L-imsieħba soċjali fid-diversi setturi jwettqu negozjati u jilħqu ftehimiet bil-għan li jtejbu s-sigurtà u l-flessibilità ta' l-impjieg billi jaġġornaw is-salarji u l-organizzazzjoni tax-xogħol, it-taħriġ u l-kwalifiki professjonali.

6.10

In-negozjar kollettiv fil-kumpaniji u fis-setturi għandu jintuża sabiex jiġi eliminat l-iżbilanċ li jpoġġi lin-nisa f'pożizzjoni inferjuri. Għalhekk, il-KESE jikkunsidra li n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali huma strumenti fundamentali għall-estenzjoni tal-pjanijiet ta' ugwaljanza fil-kumpaniji Ewropej. Huwa importanti għall-Ewropa, għall-Istati Membri, għall-kumpaniji u għas-soċjetà kollha kemm hi li d-diskriminazzjoni li jbatu biha ħafna nisa minħabba stereotipi kulturali u soċjali tisparixxi għal kollox mill-ambitu tax-xogħol.

6.11

Il-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa, imsemmi fl-Artikolu 141 tat-Trattat (“prinċipju ta' paga ugwali”), jimplika li għandha tinqered kull forma ta' diskriminazzjoni marbuta mal-ġeneru għal kull xogħol ugwali, jew xogħol li jingħata l-istess valur, fir-rigward ta' l-aspetti u kundizzjonijiet kollha ta' ħlas. Madankollu, in-nisa jaqilgħu medja ta' 15 % inqas mill-irġiel għal kull siegħa maħduma (differenza relattiva tal-paga medja gross fis-siegħa bejn l-irġiel u n-nisa (19)). Din id-diskriminazzjoni salarjali tolqot lis-setturi kollha ta' attività, b'mod speċjali l-ogħla kategoriji professjonali.

6.12

Il-KESE jemmen li l-ugwaljanza salarjali bejn l-irġiel u n-nisa, li diġà tifforma parti mil-linji gwida Komunitarji integrati, għandha tissaħħaħ permezz ta' evalwazzjoni ta' indikaturi preċiżi.

6.13

Sabiex titneħħa d-diskriminazzjoni salarjali, hemm bżonn ta' kollaborazzjoni attiva ta' l-imsieħba soċjali fid-diversi oqsma. L-Opinjoni dwar il-Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel (2006-2010) tirrakkomanda li l-gvernijiet nazzjonali, il-korpi nazzjonali għall-ħarsien ta' l-ugwaljanza u l-imsieħba soċjali fl-Istati Membri kollha jkollhom l-obbligazzjoni ċara li jevitaw li s-sistemi ta' ħlas tagħhom jagħtu lok lil diskriminazzjoni salarjali bejn in-nisa u l-irġiel (20).

6.14

Is-servizzi pubbliċi għall-impjieg huma istituzzjonijiet kruċjali għall-operazzjoni tajba tas-swieq tax-xogħol u għandhom jimpenjaw ruħhom għall-promozzjoni ta' politiki attivi bil-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għall-impjieg permezz ta' programmi ta' taħriġ u ta' orjentazzjoni tax-xogħol. Sabiex il-leġislazzjoni eżistenti tiġi applikata b'mod adegwat, il-KESE jipproponi li s-servizzi pubbliċi għall-impjieg u l-aġenziji privati jelaboraw kodiċi ta' prattika tajba bil-għan li l-offerti tax-xogħol u l-proċeduri ta' reklutaġġ ma jkunux ta' diskriminazzjoni għan-nisa.

6.15

Huwa fis-swieq tax-xogħol l-iktar trasparenti li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija l-aħjar; per eżempju, ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur pubbliku hija ogħla, fost affarijiet oħra, minħabba l-fatt li l-proċeduri ta' reklutaġġ jevalwaw il-ħiliet tal-persuni u b'hekk ineħħu b'mod iktar effettiv il-preġudizzji diskriminatorji bbażati fuq stereotipi tal-ġeneru.

6.16

Ħafna drabi s-sistemi ta' kalkolu tal-pensjonijiet huma ta' preġudizzju għan-nisa billi huma marbutin ma' karrieri professjonali. Ħafna nisa b'xogħol part time jew li għandhom perijodi ta' impjieg interrotti jew mhux stabbli jsibuha bi tqila li jiksbu pensjoni jew inkella jirċievu biss parti żgħira ħafna ta' din. Il-KESE jipproponi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni għar-riformi tas-sistemi tal-pensjoni, jiġu kkunsidrati dawn is-sitwazzjonijiet li huma ta' ħsara għall-ugwaljanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jinstabu soluzzjonijiet iktar ġusti.

6.17

It-taħriġ vokazzjonali huwa fundamentali sabiex l-irġiel u n-nisa jiżviluppaw l-attivitajiet professjonali tagħhom b'mod sostenibbli. Il-KESE jipproponi li l-korpi lokali u reġjonali, flimkien ma' l-imsieħba soċjali, iħejju programmi ta' taħriġ vokazzjonali għan-nisa intraprendituri u ħaddiema fil-qafas tal-politiki ta' l-impjieg u ta' l-opportunitajiet ugwali.

6.18

Il-KESE jixtieq jenfasizza r-rwol attiv li jaqdu l-imsieħba soċjali sabiex jiġu solvuti d-diffikulatjiet li jiltaqgħu magħhom in-nisa fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol. Ħafna nisa qegħdin isiru membri ta' trade unions u organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u jippromovu “minn ġewwa” politiki attivi u pjanijiet ta' ugwaljanza; madankollu, in-numru tagħhom għadu baxx u jridu jegħlbu ħafna diffikultajiet sabiex jilħqu il-livell maniġerjali.

7.   Spirtu intraprenditorjali

7.1

S'issa n-nisa intraprendituri jikkostitwixxu perċentaġġ żgħir: 30 % ta' l-intraprendituri fl-UE u 37 % tal-ħaddiema indipendenti (21).

7.2

In-nisa jiltaqgħu wkoll ma' iktar problemi mill-irġiel fil-qasam tal-ħolqien ta' l-intrapriżi, minħabba stereotipi u barrieri kulturali u soċjali, l-orjentazzjoni ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ u d-diffikultajiet miżjuda għall-għotja tal-finanzjament li jeħtieġu l-proġetti intraprenditorjali. Madankollu, ġaladarba jinħolqu l-intrapriżi, m'hemm l-ebda ħjiel li n-nisa jkollhom inqas suċċess mill-irġiel sabiex isaħħuhom.

7.3

Il-KESE jipproponi li l-atturi politiċi u soċjali kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jippromovu l-ispirtu intraprenditorjali fost in-nisa Ewropej u jneħħu mis-soċjetà l-istereotipi soċjali antiki li għadhom jeżistu, fi kliem ieħor li d-dinja tan-negozju hija dinja ta' l-irġiel, b'ħinijiet inkompatibbli mal-ħajja familjali, eċċ. Dawn l-istereotipi soċjali joħolqu ħafna diffikultajiet kulturali u soċjali għan-nisa li jaħdmu għal rashom jew li jiftħu negozju.

7.4

Il-pjan ta' azzjoni dwar l-aġenda għall-ispirtu intraprenditorjali (22) jipproponi serje ta' miżuri dwar il-promozzjoni ta' l-ispirtu intraprenditorjali, li għandhom jiġu implimentati mill-UE u l-politiċi fl-Istati Membri kollha. Fost kwistjonijiet oħra, il-pjan jenfasizza l-bżonn li tingħata għajnuna personalizzata lin-nisa. Madankollu, ir-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-objettivi u l-azzjonijiet ewlenin tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar (23) ma jinkludu l-ebda referenza għal din il-kwistjoni. Il-KESE jikkunsidra li r-rapporti annwali għandhom jinkludu tagħrif konkret dwar il-progress miksub fuq il-livell Ewropew u fl-Istati Membri fir-rigward ta' l-appoġġ li jingħata lin-nisa intraprendituri, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' prattika tajba u għarfien.

7.5

Hemm bżonn ta' promozzjoni ta' l-ispirtu intraprenditorjali fost in-nisa u l-irġiel fl-Ewropa (24). Fl-2006 il-KESE adotta Opinjoni (25) dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Lisbona: Promozzjoni tal-kultura intraprenditorjali permezz ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ” li fiha jenfasizza l-importanza tan-nisa intraprendituri, tal-ħila intraprenditorjal tan-nisa u tal-fatt li l-ispirtu intraprenditorjali huwa element kruċjali tat-tkabbir, l-impjieg u l-iżvilupp personali. L-Opinjoni tistqarr li l-iżvilupp ta' kultura intraprenditorjali huwa proċess ta' tagħlim kontinwu, u għalhekk għandu jkun inkluż fil-programmi akkademiċi.

7.6

Il-KESE jirrakkomanda li l-programmi ta' studju nazzjonali u reġjonali jinkludu l-edukazzjoni intraprenditorjali (tekniċi ta' ġestjoni ta' l-intrapriża u tagħmir informatiku, eċċ.) fit-tieni u t-tielet livelli akkademiċi, b'mod speċjali fost in-nisa, u li jittieħdu miżuri sabiex jiżdied in-numru ta' nisa intraprendituri.

7.7

L-objettiv huwa li n-nisa jkollhom l-istess opportunijajiet ta' l-irġiel fir-rigward ta' l-aċċess għad-dinja tan-negozju, billi titneħħa kull forma ta' diskriminazzjoni eżistenti. Il-gvernijiet lokali u reġjonali għandhom jgħinu lin-nisa sabiex jużaw id-dritt tagħhom għall-intraprendenza, bħala element ta' l-ugwaljanza u wkoll għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali lokali.

7.8

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta' appoġġ għan-nisa intraprendituri sabiex dawn jużaw is-servizzi finanzjarji u ta' self li jeħtieġu. Il-banek għandhom joffru programmi speċifiċi ta' mikro-kreditu lin-nisa intraprendituri. L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jevitaw kull xorta ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa intraprendituri, li attwalment qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli ikbar fir-rigward tal-finanzjament tan-negozji, it-tkabbir tal-kumpaniji u l-iżvilupp ta' l-innovazzjoni, it-taħriġ u l-inizjattivi ta' riċerka mill-irġiel.

7.9

Jeħtieġ li jkun hemm iktar tagħrif dwar il-possibilitajiet ta' finanzjament taħt il-Fondi Strutturali, sabiex jiġu kkunsidrati strateġiji innovattivi, bħal per eżempju l-ħolqien ta' strumenti finanzjarji flessibbli, li jikkombinaw is-sussidji mal-mikro-krediti u l-garanziji.

7.10

Il-fondi Komunitarji għall-promozzjoni ta' l-ispirtu intraprenditorjali, li huma msaħħa u organizzati mill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, għandhom ikunu trasparenti u faċli li jintużaw għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju mmexxija min-nisa. Il-gvernijiet lokali u reġjonali, flimkien ma' l-organizzazzjonijiet intraprenditorjali, għandhom jipprovdu strumenti, għajnuna finanzjarja u pariri lin-nisa intraprendituri, fuq kollox fil-fażi inizjali tal-proġett intraprenditorjali tagħhom.

7.11

Fost l-eżempji ta' prattika tajba, il-KESE jixtieq jenfasizza li fi Franza l-Fond ta' garanzija għall-ħolqien, ix-xiri u l-iżvilupp ta' l-intrapriżi maħluqa min-nisa (Fonds de garantie pour la création, la reprise ou le développement d'entreprise à l'initiative des femmes) jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament tan-nisa li jixtiequ jiftħu, jixtru jew jiżviluppaw kumpanija. Il-Fond inħoloq sabiex jgħin lin-nisa jegħlbu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom meta jiġu biex jisselfu l-flus mill-banek. Il-ġestjoni tal-Fond issir minn organizzazzjoni privata, l-Institut de développement de l'économie sociale (Istitut għall-Iżvilupp ta' l-Ekonomija Soċjali), u l-finanzjament tiegħu jiġi minn diversi entitatjiet, fosthom il-Fond Soċjali Ewropew.

7.12

L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw b'mod iktar qawwi lill-intrapriżi ż-żgħar, peress li l-biċċa l-kbira tan-nisa intraprendituri jikkunsidraw li l-politiki fiskali huma wieħed mill-ikbar ostakoli għall-iżvilupp ta' l-intrapriżi, ostakolu li jiġi mill-inkonsistenzi fil-leġislazzjoni rilevanti.

7.13

Meta persuna tiftaħ kumpanija tagħha stess, fit-teorija din tikseb kontroll ikbar fuq il-ħin tagħha. Għalhekk, ħafna nisa u rġiel jagħżlu li jaħdmu għal rashom jew li jkunu intraprendituri. Fil-prattika, madankollu, ħafna nisa intraprendituri jiltaqgħu ma' ostakoli ikbar mill-irġiel fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja familjali.

7.14

Madwar l-Ewropa nsibu ħafna eżempji ta' prattika tajba fir-rigward tal-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fl-organizzazzjonijiet intraprenditorjali fuq diversi livelli u nħolqu wkoll assoċjazzjonijiet ta' nisa intraprendituri. Il-Kmamar (26) ta' l-Industrija u l-Kummerċ ukoll jniedu diversi inizjattivi pożittivi, li l-KESE jappoġġja.

7.15

Il-KESE jappoġġja l-ħidma tan-Netwerk Ewropew għall-Promozzjoni ta' l-Intrapriża tan-Nisa (WES), li għandu l-objettiv prinċipali li jżid il-viżibilità ta' l-intrapriżi, billi joħloq qafas tajjeb permezz ta' miżuri bħall-iskambju ta' tagħrif dwar il-finanzjament, it-taħriġ, in-netwerks, is-servizzi ta' parir, ir-riċerka u l-istatistika.

7.16

Minħabba fin-natura stess ta' l-intrapriżi ta' l-ekonomija soċjali — koperattivi, soċjetajiet mutwi, assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet — ħafna drabi n-nisa jagħżlu lilhom meta jiftħu attività ta' negozju u jsibuha inqas bi tqila li jilħqu l-objettivi professjonali tagħhom f'dawn l-oqsma milli f'intrapriżi oħra.

7.17

Minħabba l-objettiv soċjali tagħhom, l-intrapriżi ta' l-ekonomija soċjali jippromovu b'mod speċjali l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-gvernijiet lokali u reġjonali sabiex tingħata spinta lil din l-inzjattiva soċjali importanti.

7.18

Il-biċċa l-kbira tal-ko-intraprendituri miżżewġin huma nisa li ħafna drabi jaħdmu part time. It-tħassib fir-rigward tal-leave tal-maternità, il-problema taċ-ċentri għall-kura tat-tfal u dawk marbutin mal-mewt jew is-separazzjoni tal-konjuġi huma problemi speċifiċi ħafna li huma differenti mill-problemi ta' l-irġiel. F'ħafna Stati Membri m'hemmx status legali adegwat għall-ko-intrprendituri miżżewġin.

7.19

L-inugwaljanzi li jirriżultaw mis-sistemi ta' sigurtà soċjali huma konsiderevoli wkoll. Huwa neċessarju li jiġu implimentati miżuri speċifiċi fl-oqsma tal-ħarsien soċjali, tat-taħriġ u ta' l-appoġġ għall-ħolqien ta' intrapriżi ġodda min-nisa. Fil-qasam tal-ħarsien soċjali tan-nisa intraprendituri u tal-ko-intraprendituri miżżewġin, ċerti pajjiżi joffru firxa ta' status differenti għan-nisa intraprendituri, per eżempju “konjuġi kollaboratur”, “konjuġi b'salarju” jew “konjuġi sieħeb”. Il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tippromovi dibattitu bil-għan li jittejjeb il-ħarsien soċjali tan-nisa intraprendituri.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-KESE tat-13.09.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010. Rapporteur: Is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006).

Opinjoni tal-KESE ta' l-14.12.2005 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet indaqs għal Kulħadd (2007). Lejn soċjetà ġusta. Rapporteur: Is-Sinjura Herczog (ĠU C 65, 17.3.2006).

Opinjoni tal-KESE tad-29.9.2005 dwar In-Nisa u l-Faqar fl-Unjoni Ewropea. Rapporteur: Is-Sinjura King (ĠU C 24, 31.1.2006).

Opinjoni tal-KESE tat-28.9.2005 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew tal-Ġeneru. Rapporteur: Is-Sinjura Štechová (ĠU C 24, 31.1.2006).

Opinjoni tal-KESE tat-2.6.2004 dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni li twaqqaf il-linji ta' gwida għat-tieni sessjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar il-kooperazzjoni transnazzjonali biex jitmexxew 'il quddiem mezzi ġodda biex ikunu miġġielda l-għamliet kollha ta' diskriminazzjoni u inugwaljanzi b'rabta mas-suq tax-xogħol — Il-moviment ħieles ta' ideat tajbin. Rapporteur: Is-Sur Sharma (ĠU C 241, 28.9.2004).

Opinjoni tal-KESE tal-15.12.2004 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali u ta' trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol. Rapporteur: Is-Sinjura Sharma (ĠU C 157, 28.6.2005).

Opinjoni tal-KESE ta' l-10.12.2003 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi Programm ta' Azzjoni Komunitarja għall-Promozzjoni ta' Organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq il-Livell Ewropew fil-Qasam ta' l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa. Rapporteur: Is-Sinjura Wahrolin (ĠU C 80, 30.3.2004).

Opinjoni tal-KESE ta' l-14.2.2006 dwar ir-Rappreżentazzjoni tal-Mara fil-Korpi ta' Deċiżjoni tal-Gruppi ta' Interess Ekonomiku u Soċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Rapporteur: Is-Sur Etty (ĠU C 88,11.4.2006).

Opinjoni tal-KESE tat-3.6.2004 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Prinċipju ta' Trattament Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel fir-rigward ta' l-Aċċess għall-Prodotti u għas-Servizzi u l-Proviżjoni tagħhom. Rapporteur: Is-Sinjura Carroll (ĠU C 241, 28.9.2004).

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005 u l-ħidmiet imwettqa, b'mod partikulari d-Dikjarazzjoni tal-Presidenti u s-Segretarji-Ġenerali tal-KSE nazzjonali ta' l-UE u tal-KESE, li saret f'Pariġi fil-25 ta' Novembru 2005:

http://eesc.europa.eu/lisbon_strategy/eesc_documents/index_en.asp.

(3)  Naħdmu flimkien għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi — Bidu ġdid għall-Istrateġija ta' Lisbona — COM(2005) 24 finali.

(4)  Linji gwida integrati għat-tkabbir u għax-xogħol (2005-2008) — COM(2005) 141 finali.

(5)  Opinjoni tal-KESE tal-31.05.2005 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji ta' gwida għall-politika tax-xogħol ta' l-Istati Membri (taħt l-Artikolu 128 tat-Trattat tal-KE). Rapporteur: Is-Sur Malosse (ĠU C 286, 17.11.2005).

(6)  COM(2006) 30 finali.

(7)  Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2006/2007, adottat mill-Kunsill (EPSCO) fit-22 ta' Frar 2007, mibgħut lill-Kunsill Ewropew għall-laqgħa tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007.

(8)  Konklużjonijiet tal-Presidenza, 7775/1/06/ REV 1.

(9)  COM(2006) 92 finali.

(10)  Opinjoni tal-KESE tat-13.09.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010. Rapporteur: Is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006).

(11)  Opinjoni tal-KESE tat-28.9.2005 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew tal-Ġeneru. Rapporteur: Is-Sinjura Štechová (ĠU C 24, 31.1.2006).

(12)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-Pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 (2006/2132(INI)).

http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P6-TA-2007-0063+0+DOC+XML+V0//MT.

(13)  Ara punt 2.3.3.1.3 ta' l-Opinjoni tal-KESE tat-13.09.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010. Rapporteur: Is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006).

(14)  COM(2007) 49 finali.

(15)  Opinjoni tal-KESE tal-11 ta' Lulju 2007 dwar is-suġġett “Ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata”. Rapporteur: Is-Sur Clever.

(16)  Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2006/2007:

http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/07/st06/st06706.mt07.pdf.

(17)  http://ec.europa.eu/employment_social/news/2005/mar/gender_equality_en.pdf.

(18)  http://ec.europa.eu/employment_social/emplweb/news/news_en.cfm?id=226.

(19)  COM(2007) 49 finali.

(20)  Ara punt 1.2 ta' l-Opinjoni tal-KESE tat-13.09.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010. Rapporteur: Is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006).

(21)  Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2006-2010. COM(2006) 92 finali, 1.3.2006.

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/com/2006/com2006_0092mt01.pdf.

(22)  Pjan ta' azzjoni: Aġenda Ewropea għall-Ispirtu Intraprenditorjali.

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/en/com/2004/com2004_0070en01.pdf.

(23)  http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/charter/index_en.htm.

(24)  Il-KESE qiegħed iħejji Opinjoni dwar l-“Ispirtu Intraprenditorjali u l-Istrateġija ta' Lisbona”.

(25)  Opinjoni tal-KESE tas-16.7.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Lisbona: Il-Promozzjoni ta' Kultura Intraprenditorjali permezz ta' l-Edukazzjoni u t-Taħriġ. Rapporteur: Is-Sinjura Jerneck (ĠU C 309, 16.12.2006).

(26)  Ara http://www.eurochambres.eu/women_onboard/index.htm.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/123


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Is-saħħa u l-migrazzjonijiet”

(2007/C 256/22)

F'ittra datata l-14 ta' Frar 2007 il-Presidenza Portugiża li jmiss talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex ifassal opinjoni esploratorja dwar: Is-Saħħa u l-Migrazzjonijiet.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Sharma, il-ko-rapporteur kienet is-Sinjura Cser.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b' 109 voti favur, 3 voti kontra u l-ebda astensjoni.

1.   Konklużjonijiet

Din l-opinjoni hija dwar ir-rabtiet li hemm bejn is-saħħa u l-migrazzjoni u għaldaqstant mhix dibattitu dwar il-migrazzjoni per se. Il-migrazzjoni hija importanti għall-ekonomija ta' l-UE u hija proċess li jibqa' għaddej li jinvolvi proporzjon sinifikanti u dejjem jiżdied tal-popolazzjoni ta'l-UE u dik globali. Huwa importanti li l-politiki ta' l-UE u ta' l-Istati

Membri jipprovdu livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa lill-migranti u l-familji tagħhom. Dan ifisser azzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma politiki fosthom l-impjiegi, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, l-edukazzjoni, il-ħarsien soċjali kif ukoll il-promozzjoni u l-kura tas-saħħa.

Din l-Opinjoni identifikat għadd ta' kwistjonijiet relatati mas-saħħa li jiffaċċjaw il-migranti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa pubblika li jeħtieġu l-intervent ta' l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea.

1.1   Rakkomandazzjonijiet

Globalizzazzjoni li hija umanista (1) u ġusta (2) trid tkun ibbażata fuq valuri aċċettati universalment u r-rispett għad-drittijiet umani u r-rispett għal livell għoli ta' sigurtà tas-saħħa u ta' l-ikel għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni, b'mod partikolari l-aktar vulnerabbli; id-diversità kulturali u lingwistika u l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' l-għarfien ma' kulħadd.

Fir-rigward tad-drittijiet umani universali l-KESE tagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet:

1.1.1

Għandhom jitwaqqfu punti ta' informazzjoni u ta' laqgħat, sabiex ikun eħfef għall-imigranti li jkollhom informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa u l-kura soċjali. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-membri ta' l-istess minorità immigratorja, li jaħdmu fiċ-ċentri; dawn il-punti għandhom iservu wkoll bħala punt fokali ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-NGOs mill-pajjiżi ta' l-emigrazzjoni u l-pajjiżi ospitanti.

1.1.2

L-Istati Membri u l-UE għandhom iżidu l-kooperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar is-saħħa ta' l-immigranti u jissorveljaw u jivvalutaw il-problemi u l-benefiċċji fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

1.1.3

L-introduzzjoni ta' programmi ta' saħħa nazzjonali fl-edukazzjoni, b'konsiderazzjoni lill-kulturi minoritarji.

1.1.4

Għandu jitwaqqaf Fond Speċjali ta' Kumpensi, flimkien ma' programmi ta' taħriġ u sistemazzjoni mill-ġdid u kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ta' l-oriġini u l-pajjiżi ospitanti.

1.1.5

L-aċċess għat-trattament mediku u l-kura preventiva għandu jkun provdut bħala dritt tal-bniedem lill-persuni kollha li jgħixu fl-UE irrispettivament mill-istatus tagħhom, b'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tiggarantixxi aċċess għall-kura preventiva u medika.

1.1.6

Klawżoli tal-kunfidenzjalità bejn il-pazjenti u l-istituzzjonijiet mediċi għandhom jiddaħħlu (fejn dawn ma jeżistux) sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tagħrif dwar l-istatus ta' immigrazzjoni ta' persuna ma jistax jinkixef ma' partijiet terzi u għalhekk ma għandux jiskoraġġixxi lill-migranti milli jfittxu għajnuna u trattament mediku speċjalment fil-każ ta' imigrazzjoni irregolari.

1.1.7

L-Istati Membri u l-UE għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-ġbir tad-data u r-riċerka dwar il-migrazzjoni u s-saħħa madwar l-UE.

1.1.8

Is-saħħa għandha tkun inkluża bħala dimensjoni essenzjali tal-migrazzjoni.

1.1.9

Valutazzjonijiet dwar l-effet fuq is-saħħa għandhom iqisu l-impatt potenzjali kemm tal-politiki tas-saħħa kif ukoll ta' dawk li mhumiex tas-saħħa fuq is-saħħa tal-migranti

1.1.10

Stati Membri li tradizzjonalment joffru servizzi speċjalizzati ta' mediċina tropikali jridu joffru l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom lir-residenti kollha ta' l-UE u jkomplu jagħmlu riċerka ta' kwalità għolja dwar it-trattament ta' mard tropikali, partikolarment il-malarja.

1.1.11

Jinħtieġu mekkaniżmi mtejba sabiex jivvalutaw u jilqgħu għall-bżonnijiet tas-saħħa tal-kategoriji kollha tal-migranti malajr kemm jista' jkun wara l-wasla. Tinħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Istati Membri sabiex jilqgħu l-bżonnijiet immedjati tal-migranti li jaslu bi bżonnijiet mediċi urġenti, partikolarment permezz tas-servizz ta' interpreti.

1.1.12

Is-saħħa tal-migranti fuq ix-xogħol għandha tkun prijoritizzata. Dan għandu jinvolvi kooperazzjoni mill-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li jinżammu standards għoljin ta' saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol f'oqsma fejn il-migranti jkunu impjegati komunement. Programmi għall-promozzjoni tas-saħħa bbażati fuq il-post tax-xogħol għandhom ukoll jiġu żviluppati iktar b'kooperazzjoni mas-servizzi bbażati fil-komunità sabiex jgħinu ħalli jintlaqgħu l-bżonnijiet tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom.

1.1.13

Programmi għall-promozzjoni tas-saħħa bbażati fl-iskejjel għandhom jitqiesu wkoll bħala mezz li jilqa' l-bżonnijiet tas-saħħa ta' tfal migranti. Is-saħħa tat-tfal migranti hija prijorità partikolari. Servizzi tas-saħħa bbażati fl-iskejjel u fil-kindergartens għandhom jilħqu l-ħtiġijiet tat-tfal kollha irrispettivament minn fejn ġejjin, inklużi t-tfal ta' migranti, u enfasi partikolari trid titqiegħed fuq dawk li għadhom kemm waslu.

1.1.14

Għandhom jiġu żviluppati servizzi ta' trattament tal-kura tas-saħħa u ta' prevenzjoni li jkunu kulturalment xierqa u sensittivi mingħajr ma ssir ebda konċessjoni għall-projbizzjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili.

1.1.15

Professjonisti tas-saħħa għandhom jirċievu taħriġ u żvilupp professjonali sabiex jgħinhom jilqgħu għall-bżonnijiet tas-saħħa li jinbidlu tal-komunitajiet migranti.

1.1.16

Trid titqies il-kwistjoni tar-reklutaġġ ta' professjonisti li ġew imħarrġa f'pajjiżi fit-triq taż-żvilupp, li tinkludi element ta' żvilupp konġunt, li jiffaċilita r-ritorn tagħhom wara xi żmien jew il-proviżjoni ta' kumpens għall-pajjiż ta' oriġini li pprovda dak it-taħriġ. Il-Kummissjoni teħtieġ li tħares lejn oqsma ta' prattika tajba f'impjegar etiku ta' staff mediku minn Pajjiżi Terzi bil-ħsieb li jiġi propost Kodiċi ta' Prattika Tajba ta' l-UE.

1.1.17

Ir-rwol ta' l-awtoritajiet li jikkontrollaw is-saħħa pubblika għandu jissaħħaħ u l-iskambju ta' prattiki tajba għandu jkun inkoraġġit u hawnhekk l-awtoritajiet ta' l-UE għandhom ikollhom rwol ta' koordinazzjoni.

1.1.18

Djalogu interkulturali msaħħaħ — iffukat fuq l-istat tas-saħħa u l-kura tas-saħħa (3).

1.1.19

Il-KESE jerġa' jenfasizza r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu billi jgħid li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-konvenzjonijiet ta' l-ILO dwar il-migranti (4).

2.   Sfond

2.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jilqa' l-interess kontinwu tal-Presidenza Portugiża sabiex tinvestiga l-kwistjoni tas-saħħa pubblika u l-migrazzjoni. Il-presidenzi Ġermaniżi, Portugiżi u Sloveni qablu li “l-politika tas-saħħa għandha rwol kruċjali billi prevenzjoni aħjar u kura tas-saħħa transkonfinali huma ta' benefiċċju dirett għaċ-ċittadini Ewropej” (5).

It-tliet Presidenzi impenjaw ruħhom li jaħdmu b'mod attiv sabiex jindirizzaw l-inugwaljanzi eżistenti li jaffettwaw lill-migranti f'termini ta' aċċess għas-servizzi tas-saħħa. Kien hemm qbil ukoll li tiġi appoġġjata firxa wiesgħa ta' attivitajiet Komunitarji bħala kontribuzzjoni għal livell għoli ta' saħħa għaċ-ċittadini kollha, li tiffoka fuq il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, l-innovazzjoni u l-aċċess għall-kura tas-saħħa.

2.2

Il-Kumitat adotta firxa wiesgħa ta' Opinjonijiet li jikkonċernaw il-kwistjoni ta' migrazzjonijiet regolari jew irregolari (6), b'hekk din l-Opinjoni esploratorja se tiffoka fuq il-kwistjonijiet tas-saħħa. Nistiednu lill-Presidenza Portugiża u partijiet oħra interessati involuti sabiex jirreferu għax-xogħol preċedenti tagħna fil-qasam tal-migrazzjoni.

3.   Introduzzjoni

3.1

Inkiteb ħafna dwar il-migrazzjoni u s-saħħa u dan ir-rapport jieħu mill-istudju reċenti mħejji mill-Programm għar-Riċerka u l-Analiżi Politika għall-Kummissjoni Globali dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali (Carballo u Mboup, Settembru 2005). Referenzi oħra huma nnutati matul l-Opinjoni.

3.2

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi s-saħħa bħala: “stat ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali komplet u mhux sempliċement in-nuqqas ta' mard”. Din l-Opinjoni ssostni li “s-saħħa” kif definita, hija dritt tal-bniedem.

3.3

Is-saħħa tal-migranti u r-refuġjati hija importanti għal ħafna raġunijiet, fosthom:

Id-drittijiet universali tal-bniedem u r-rispett tad-dinjità tal-bniedem

L-ammont ta' telf ta' ħajjiet, mard u riskju għas-saħħa esperjenzati minn xi wħud, speċjalment il-migranti illegali

Ir-riskji tas-saħħa esperjenzati minn firxa wiesgħa ta' migranti li jkunu li qegħdin jiċċaqalqu għal pajjiż ġdid

Aċċess varjabbli għall-kura soċjali u tas-saħħa

Riskji għall-popolazzjoni ikbar u

Riskji għall-pajjiż ta' l-oriġini minħabba t-telf ta' professjonisti tas-saħħa.

4.   Daqs u ambitu tal-kwistjoni

4.1

Internazzjonalment, huwa stmat li iktar minn 200 miljun ruħ iġorru kull sena sabiex isibu xogħol u ħajja aħjar; ta' l-inqas 30-40 (7) miljun minnhom mhumiex uffiċjali. In-numru ta' migranti mad-dinja kollha jikkostittwixxi l-ħames l-aktar pajjiż popoluż fid-dinja (8). In-nisa kienu jiffurmaw id-49.6 % tal-migranti globali fl-2005. Hawn madwar 7 u 8 miljun migrant bla dokumenti fl-Ewropa (9).

4.2

Għall-finijiet ta' din l-opinjoni esploratorja l-Kumitat qies il-kwistjonijiet tas-saħħa u l-migrazzjoni l-iktar f'relazzjoni ma' ċittadini minn pajjiżi terzi li jemigraw lejn l-UE. Fil-mument hemm madwar 18-il miljun ċittadin minn pajjiżi terzi li jgħixu fl-UE. Hemm ukoll għadd sinifikanti ta' ċittadini mwielda barra u migranti irregolari jew illegali. Il-maġġoranza vasta ta' migranti li jidħlu fl-UE jidħlu legalment.

4.3

Dawk li qed ifittxu ażil jirrappreżentaw proporzjon relattivament żgħira tal-popolazzjoni migranta kollha u l-għadd ta' min qiegħed ifittex ażil niżel f'dawn l-aħħar snin minħabba l-politika ta' l-UE iktar milli minħabba tnaqqis ġenerali fl-għadd ta' nies li jeħtieġu protezzjoni.

 

2006

2005

2004

2003

2002

Applikazzjonijiet għal Ażil fl-UE

266 270

350 103

421 236

532 300

640 347

Numru aċċettat

38 857

46 742

35 872

41 823

59 705

% aċċettata.

22.71

20.55

13.36

12.4

14.73

F'dawn l-aħħar snin, il-migrazzjoni kemm legali u kemm irregolari, żdiedet f'għadd ta' pajjiżi tan-Nofs in-Nhar ta' l-Ewropa, fosthom il-Portugall, Spanja u l-Italja. Ħafna minn dawn il-migranti jiġu mill-Afrika ta' Fuq jew mis-sub Saħara, l-Amerika Latina u l-Ażja u l-pajjiżi CIS (Komunità ta' l-Istati Indipendenti).

4.4

Filwaqt li l-migranti ġeneralment ikunu f'kundizzjoni ta' saħħa aħjar minn tan-nies fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, huma jistgħu jesperjenzaw iktar problemi ta' saħħa mill-medja fil-komunità li qiegħda tospitahom. Dan minħabba varjetà ta' raġunijiet, fosthom;

Stress psikoloġiku u soċjali (li ġejjin minn kultura mhux magħrufa, l-illegalità, il-bdil fl-ambjent, nuqqas ta' għarfien fil-lingwi barranin, nuqqas ta' fiduċja u informazzjoni, kwistjonijiet ta' saħħa mentali, )

Riskji li akkwistaw fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom

Faqar u xogħol f'kundizzjonijiet riskjużi

Ftit li xejn aċċess għall-kura tas-saħħa u tagħrif dwar servizzi tal-kura tas-saħħa, promozzjoni tas-saħħa u servizzi preventivi

Riskji addizzjonali fil-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom

Il-kundizzjonijiet ta' l-akkomodazzjoni.

4.5

Il-migranti minn xi żoni għandhom inċidenza ogħla ta' mard li jittieħed u kundizzjonijiet fit-tul bħal problemi ta' saħħa mentali, mard koronarju, mard respiratorju u dijabete huma spiss iktar komuni.

4.6

Migranti irregolari, inklużi l-familji tagħhom u speċjalment it-tfal, jesperjenzaw problemi ta' saħħa agħar minn dawk ta' migranti legali li jistgħu jirrelataw mar-riskji tas-saħħa li jittieħdu fid-dħul, kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali agħar u aċċess insuffiċjenti għas-servizzi.

5.   Tipi differenti ta' migrazzjoni

5.1   Migrazzjoni volontarja

5.1.1

Il-fatturi ekonomiċi huma l-mutur ewlieni tal-migrazzjoni fl-UE bil-ħarba mill-kunflitti jew mill-persekuzzjoni jkunu wkoll raġunijiet importanti. In-nies jiċċaqalqu u jkomplu jiċċaqalqu għal raġunijiet differenti. Xi wħud jemigraw bl-intenzjoni li jissetiljaw u jibdew ħajjiet ġodda, oħrajn bl-intenzjoni li jaqilgħu biżżejjed sabiex imorru lura darhom.

5.1.2

Xi wħud jiċċaqalqu bi status legali sabiex jaħdmu għal perjodu ta' żmien, oħrajn jiċċaqalqu mingħajr ma jkunu irreġistrati imma jsibu xogħol u jibqgħu għal perjodu indeterminat. It-tnejn li huma jistgħu jippreżentaw sfidi għas-saħħa li huma spiss relatati mal-politiki nazzjonali u l-attitudnijiet soċjali lejn il-migranti u d-determinanti usa' tas-saħħa bħall-edukazzjoni, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni.

5.1.3

Il-migrazzjoni ċirkulari qiegħda iktar ma' tmur tiġi rikonoxxuta bħala forma essenzjali tal-migrazzjoni (10) li jekk tkun ġestita sew, tista' tgħin sabiex tlaħħaq mal-provvista internazzjonali u d-domanda għax-xogħol, b'hekk tikkontribwixxi għal allokazzjoni iktar effiċjenti ta' riżorsi disponibbli u għat-tkabbir ekonomiku. Tista' tkun tweġiba għall-bżonn sabiex l-UE toffri alternattiva kredibbli għall-immigrazzjoni illegali.

5.2   Migrazzjoni sforzata

5.2.1

L-implikazzjonijiet għall-kura tas-saħħa ta' migrazzjoni sforzata huma severi u b'effetti kbar; kull sena ikun hemm nies li jkunu sforzati li jħallu pajjiżhom u jsiru refuġjati bil-ħarsien tan-NU, miljuni jkunu sfurzati jitilqu djarhom u jibqgħu ġol-konfini tagħhom.

5.2.2

Ta' spiss in-nies ikollhom iħallsu ammonti kbar ta' flus sabiex jiġu megħjuna jaqsmu l-fruntieri, dan jikkawża diffikultà finanzjarja. Il-migranti jgħixu fil-biża' u huma faċilment esplojtati minn min jimpjegahom. Għan-nisa l-istupru u l-esplojtazzjoni sesswali huma komuni.

5.2.3

It-traffikar tan-nies huwa delitt li jikser id-drittijiet bażiċi tal-bniedem u jeqred il-ħajjiet. It-traffikar tan-nies huwa rikonoxxut bħala l-forma moderna tal-jasar u kull sena huwa stmat li l-għadd totali ta' nies li jgħixu f'xi forma ta' qadi sforzat madwar id-dinja (skond l-ILO) huwa ta' 12-il miljun, filwaqt li aktar minn miljun ruħ jinbigħu bħala komoditajiet għall-prostituzzjoni u x-xogħol sforzat. Id-data tad-Dipartiment ta' l-Istat ta' l-Istati Uniti ssostni li 80 % huma nisa u bniet u sa 50 % huma minuri. Id-data ssostni wkoll li l-maġġoranza ikunu traffikati għall-esplojtazzjoni sesswali.

5.2.4

It-traffikar jiġġenera profitti enormi għat-traffikanti, xi stimi jsostnu li jaqalgħu sa USD 10 biljun1 (11) kull sena. (iii: UNICEF)

5.3   Vjaġġar internazzjonali

5.3.1

L-Organizzazzjoni Dinjija għat-Turiżmu tirrapporta li fl-aħħar għaxar snin tas-seklu 20, it-turiżmu internazzjonali kien responsabbli għal 30 % ta' l-industriji tas-servizz globali u huwa stmat li l-“miġjiet” internazzjonali se jaqbżu l-1.55 biljun sa l-2020. Minn dawn 0.4 biljun ser jinvolvu vjaġġar fit-tul u li jaqsmu ż-żoni ekoloġiċi.

5.3.2

Madwar 14-il miljun ruħ fis-sena jivvjaġġaw minn pajjiżi industrijalizzati għat-tropiċi fl-Afrika, l-Ażja, l-Amerika Latina u l-Gżejjer Paċifiċi. Għadd sinifikanti jiġu lura b'marda li teħtieġ it-trattament. Id-dijarea hija l-iktar problema komuni, imma l-malarja saret problema komuni f'termini ta' dijanjożi, trattament u spiża għall-pajjiżi fejn jirritornaw it-turisti.

5.3.3

Mingħajr protezzjoni, it-turisti jkollhom ir-riskju ta' infezzjoni ta' Epatite A u mard trażmess mis-sess, inkluż l-HIV.

6.   L-impatt tal-migrazzjoni fuq is-saħħa u s-saħħa pubblika

6.1   Politika

6.1.1

Ħafna pajjiżi ta' l-UE għandhom politiki rigward id-dritt tad-dħul, kemm in-nies jistgħu jdumu hemm u meta jridu jitilqu. Kollox ma' kollox dawn il-politiki huma restrittivi iktar milli permissivi u jikkumplikaw il-migrazzjoni. Dan jista' joħloq ambjenti soċjali u ekonomiċi li huma ta' detriment għas-saħħa tal-migranti.

6.1.2

L-approċċi għas-saħħa pubblika u l-monitoraġġ tas-saħħa jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor bħalma jvarja l-approċċ għall-aċċess għall-kura soċjali u tas-saħħa. Madankollu jidher li hemm nuqqas ta' tagħrif komprensiv li jqabbel il-prattiki nazzjonali.

6.2   Data

6.2.1

Huma ftit il-pajjiżi ta' l-UE li jiġbru data b'rutina dwar is-saħħa tal-migranti u dan jagħmel l-għoti ta' tagħrif affidabbli dwar l-esperjenza tas-saħħa u l-bżonnijiet tas-saħħa tal-migranti diffiċli. F'ħafna pajjiżi is-sistemi ta' reġistrazzjoni tas-saħħa mhumiex imfassla sabiex jidentifikaw in-nies skond l-istatus ta' migrazzjoni.

6.2.2

Filwaqt li xi ftit pajjiżi jiġbru din id-data oħrajn jiffukaw fuq ir-reġjun ta' l-oriġini jew il-grupp etniku. Jista' jkun hemm nuqqas ta' ċarezza dwar min hu migrant u min hu dixxendent ta' migrant. F'ċerti każi n-nies deskritti skond l-oriġini etnika biss u ma ssir l-ebda distinzjoni bejn pereżempju tfal li huma migranti huma stess, jew li huma tfal ta' migranti.

6.2.3

Hemm ukoll għadd mhux magħruf ta' migranti irregolari u li għalhekk mhumiex reġistrati li jistgħu joqogħdu lura milli jfittxu kura tas-saħħa meta jkun hemm bżonnha.

6.2.4

Barra minn hekk, il-migranti jistgħu joqogħdu lura milli jipprovdu tagħrif dwar l-istat ta' migrazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet tas-servizzi tas-saħħa sabiex jevitaw li din tintuża kontrihom. Dan iwassal għan-nuqqas akbar ta' tagħrif ta' kwalità tajba disponibbli.

6.2.5

Il-fatt li joqogħdu lura jista' jkun marbut ma' raġunijiet kulturali u reliġjużi. Barra minn hekk l-awtoritajiet u dawk li joffru s-servizzi tas-saħħa huma wkoll nieqsa mill-għarfien xieraq u mhumiex preparati li jlaħħqu mal-bżonnijiet speċjali tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet ma hemmx biżżejjed tagħrif dwar il-migranti u l-istat tas-saħħa tagħhom.

6.3   Il-migrazzjoni u l-benesseri psikosoċjali

6.3.1

Kemm għall-migranti legali kif ukoll għal dawk irregolari sfidi bħal-lingwa, il-kultura u l-politiki huma aggravati mill-biża' ta' dak li mhux magħruf (v: Tizon 1983). Kwistjonijiet oħra bħal:

Il-firda mill-familji, is-sħab u t-tfal

L-esplojtazzjoni minn min iħaddem

L-esplojtazzjoni sesswali

L-ansjetà u l-homesickness

Nuqqas ta' integrazzjoni mal-komunitajiet lokali

Saħħa fiżika jew mentali mgħarrqa.

Dawn kollha jaffettwaw saħħet l-individwi u l-komunitajiet.

6.4   Il-migrazzjoni u s-saħħa mentali

6.4.1

Ir-riċerka (12) wriet li xi gruppi ta' migranti fl-Ewropa juru l-ogħla rati ta' skizzofrenja, l-ogħla rati ta' suwiċidji, inċidenzi għolja ta' abbuż ta' droga u alkoħol u riskju għoli ta' dippressjoni u ansjetà. Ir-riċerka ssostni wkoll li l-aċċess għall-appoġġ soċjali u tas-saħħa għal dawn il-gruppi mhux adegwat.

6.4.2

Xi wħud mill-fatturi identifikati bħala li jikkontribwixxu għall-mard mentali tal-migranti huma: bidliet fid-dieta, l-appoġġ soċjali u tal-familja; kultura, lingwa u klima; ostilità, razziżmu u ksenofobija mill-popolazzjonijiet ospitanti; nies li jaħarbu mill-gwerra bl-orrur tat-tortura, it-telf tal-familja u l-abbuż sesswali marbutin magħha.

6.4.3

Ir-riċerka tissuġġerixxi li żewġ terzi tar-refuġjati jesperjenzaw ansjetà jew dipressjoni u sintomi ta' taqlib minn stress post-trawmatiku, bħal ħolm ikrah u attakki ta' paniku li huma komuni.

6.4.4

Ftit li xejn aċċess għat-trattament; l-għajnuna u l-appoġġ għal dan it-taqlib huwa anke agħar għal min qiegħed ifittex ażil u migranti bla dokumenti, li huma l-iktar nies li għandhom bżonn dawn is-servizzi

6.5   Il-migrazzjoni u s-saħħa fiżika

6.5.1

In-nies kollha għandhom is-saħħa “mmarkata” minn fejn ġejjin u mill-ambjent soċjali ta' fejn joqogħdu. B'mod ġenerali migranti ekonmiċi għandhom it-tendenza li jġorru minn pajjiżi ifqar għal pajjiżi ogħna u għalhekk proporzjon minnhom ikollhom profili tas-saħħa marbuta mal-faqar.

6.6   Mard li jittieħed

6.6.1

L-appoġġ għall-migranti affettwati mill-HIV jew mit-TB ivarja u joffri sfidi fir-rigward tal-kultura, il-lingwa u r-reliġjon kif ukoll għall-istatus legali u ekonomiku tal-migranti. Ir-riskju ta' l-HIV/AIDS huwa ogħla għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar, in-nisa u l-bniet.

6.6.2

M'hemmx politiki konsistenti għall-monitoraġġ u anke lokalment, il-mod kif jitwettaq il-monitoraġġ ta' qabel id-dħul ivarja. Anke ir-rispons għall-monitoraġġ lokali huma differenti ħafna. Xi servizzi jirrappurtaw li iktar minn 50 % ma jattendux għall-appuntamenti ta' segwitu u dawk li joffru s-servizz jorbtu dan ma' komunikazzjoni ħażina, biża' mill-awtorità u nuqqas ta' ftehim dwar x'jista' jkun disponibbli. Il-KESE huwa konxju li l-Kummissarju Kyprianou talab liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ĊEPKM) sabiex jipprovdi pjan ta' azzjoni għall-UE dwar it-TB. Il-pjan għandu jiġi ppubblikat fil-ħarifa ta' l-2007 u ser iqis is-sitwazzjoni fl-Istati Membri differenti.

6.6.3

Bejn l-1995 u l-2005 l-UE rat żieda kostanti fil-każijiet rappurtati tat-TB. L-aħħar rapport Epidemjoloġiku mill-ĊEPKM jindika li “l-każijiet ta' oriġini barranija” iġibu mat-30 % tal-każijiet kollha rrappurtati fil-25 pajjiż (vi: L-ewwel rapport epidemjoloġiku Ewropew dwar mard li jittieħed, Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, 2007). Irid jiġi rikonoxxut ukoll li l-migranti spiss jinsabu f'żoni fejn il-kundizzjonijiet tad-djar huma fqar b'akkomodazzjoni ta' fejn wieħed jgħix u jaħdem li huma iffullati, bir-riskju marbut tat-tixrid ta' infezzjonijiet respiratorji. Il-migranti probabbilment ukoll huma rappreżentati wisq fost dawk bla dar.

6.6.4

Fir-rigward ta' l-HIV, ir-Rapport ta' l-UE: “L-AIDS u l-Mobilità — Il-Kura u l-Appoġġ għall-HIV/AIDS għall-Komunitajiet ta' Migranti u Minoritajiet Etniċi fl-Ewropa” (vii: UE — Editjat Clark K & Broring G) jippreżenta rapporti minn pajjiżi dwar:

Politika nazzjonali;

Aċċess għall-appoġġ soċjali u tas-saħħa;

Servizzi ta' Kura u Appoġġ.

6.6.5

Ir-rapport jenfasizza l-fatt li l-qagħda tal-migranti (għadd ta' nies, sfond etniku u epidemjoloġija) u r-risponsi tas-soċjetà jvarjaw bil-kbir madwar l-Ewropa.

6.6.6

Hemm 'possibbiltà li nies minn partijiet tad-dinja b'rati għolja ta' HIV x'aktarx li jġibu l-marda magħhom. Fil-fatt, bejn l-1997 u l-2002 47 % ta' l-infezzjonijiet ta' l-HIV trasmessi eterosesswalment fl-UE ġew djanjostikati minn pajjiżi bi prevalenza ta' HIV għolja.

6.6.7

Kuntrarjament għal dan, il-migranti minn pajjżi bi prevalenza ta' HIV baxxa ma jidhrux li qegħdin f'riskju ikbar (u jistgħu jkunu f'inqas riskju) miċ-ċittadini fil-pajjiż ospitanti.

6.7   Mard li ma jitteħidx

6.7.1

Kundizzjonijiet fit-tul bħall-Mard Koronarju tal-Qalb (MKQ), Taqlib Pulmonari Ostruttiv Kroniku (TPOK), puplesija u dijabete jippreżentaw sfida kbira lis-servizzi tas-saħħa fil-parti l-kbira tad-dinja u huma responsabbli għal madwar nofs l-imwiet li jiġru fis-sena.

6.7.2

Il-MKQ huwa l-kawża ewlenija tal-mortalità u għandha l-ikbar impatt f'termini ta' trattament, spiża u impatt fuq l-individwi, il-kuraturi u l-komunitajiet. Il-MKQ fil-komunitajiet migranti jista' jkun relatat ma' pre-dispożizzjoni etnika, dieta u stress. Fir-Renju Unit, l-irġiel Ażjatiċi jidhru iżjed suxxettibbli għall-MKQ minn oħrajn (viii: Baljaran & Raleigh, 1992; McKeigue & Sevak, 1994, BMJ 2003)

Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa li joriġinaw min-Nofs in-Nhar ta' l-Ażja għandhom rati ta' mortalità minn MKQ ta' 30-40 % ogħla mill-oħrajn (ix: Balajaran, 1991).

6.7.3

Data mir-Renju Unit issostni li l-migranti mill-Karibew għandhom inċidenza ta' puplesija, darbtejn iktar mill-popolazzjoni tal-“bojod” (x: Stewart 1999). Fl-Iżvezja rati għolja ta' obeżità u MKQ ġew irrappurtati fost il-migranti Finlandiżi marbuta mad-dieta u l-konsum ta' l-alkoħol (xi: Jarhult et.al 1992).

6.8   Mard li jintired

6.8.1

Il-migrazzjoni ta' nies minn partijiet differenti tad-dinja tista' tfisser ukoll il-moviment ta' mard ġenetiku. Anemija fiċ-ċellula sura ta' minġel (sickle-cell anaemia) u thalassemia saru iktar komuni minħabba l-migrazzjoni mill-Afrika, il-Karibew u l-Mediterran. Anemija fiċ-ċellula sura ta' minġel hija relattivament komuni fl-UE u hija stmata li taffettwa 6 000 adult u madwar 75 u 300 tarbija fir-Renju Unit kull sena. (xii: Karmi 1995). Prevalenza għolja ta' anemija fiċ-ċellula sura ta' minġel instabet ukoll fil-migranti fil-Portugall (xiii: Carrerio et al, 1996).

6.8.2

It-Thalessemia hija marda fid-demm li tintired ta' oriġini Mediterranja li fir-Renju Unit tinsab fost minoritajiet etniċi ta' oriġini Ċiprijotta jew mil-Lvant Nofsani u hemm evidenza li tista' tkun komuni fin-nies mill-Pakistan, iċ-Ċina u l-Bangladexx.

6.8.3

Dan il-mard jeħtieġ servizzi dijanjostiċi u ta' għoti ta' pariri minn speċjalisti li mhux dejjem ikunu disponibbli.

6.9   Mard okkupazzjonali

6.9.1

Hemm it-tendenza li l-migranti jaħdmu f'xogħlijiet li jirrikjedu inqas ħila li ma għadhomx attraenti għall-popolazzjoni lokali. Xi wħud minn dawn ix-xogħlijiet, bħax-xogħol fil-minjieri, fl-asbestos, fl-industriji kimiċi, jew manifattura goffa jinvolvu riskji għas-saħħa. Fis-settur ta' l-agrikoltura l-espożizzjoni għall-pestiċidi u kimiki oħrajn ġie assoċjat ma' inċidenza għolja ta' dipressjoni, uġigħ ta' ras, u fin-nisa, korriment.

6.9.2

Fil-każ ta' migranti b'edukazzjoni għolja, b'ħila jew “telf ta' l-aħjar imħuħ” kif ukoll migranti ċirkulari stress relatat max-xogħol jidher spiss ħafna, peress li għandhom kundizzjonijiet agħar mill-impjegati mill-pajjiż ospitanti (drittijiet differenti, eċċ.); madankollu, m'għandhom l-ebda għażla minħabba l-istatus ekonomikament dipendenti tagħhom (13).

6.10   Inċidenti

6.10.1

Inċidenti fuq ix-xogħol huma ogħla għal madwar darbtejn fost il-ħaddiema migranti fl-Ewropa. (xiv: Bollini & Siem, 1995). Fil-Ġermanja, hemm it-tendenza li l-inċidenti jkunu ogħla fost il-migranti, partikolarment dawk fl-industriji b'miżuri tas-saħħa u s-sigurtà fqar (xv: Huismann et al, 1997). Data li wkoll ġejja mill-Ġermanja tindika li tfal immigranti fil-faxxa ta' l-età ta' 5-9 snin huma iktar vulnerabbli għall-inċidenti tat-traffiku u korrimenti oħra mit-tfal Ġermaniżi ta' l-istess età (xvi: Korporal & Geiger, 1990). Fl-Olanda, it-tfal ta' oriġini Torka jew Marokkina jidhru li jinsabu iktar fir-riskju ta' inċidenti domestiċi, fosthom avvelenament u ħruq, kif ukoll inċidenti tat-traffiku (xvii: de Jong & Wesenbeek, 1997).

6.11   Saħħa riproduttiva

6.11.1

Xi gruppi ta' migranti bħall-irġiel separati min-nisa tagħhom għandhom inċidenza ogħla ta' mard trażmess sesswalment. F'ħafna pajjiżi ta' l-UE morbidità relatata mat-tqala hija ogħla fost in-nisa migranti milli fin-nisa lokali. Tendenzjalment, rati ta' terminazzjoni huma ogħla fin-nisa migranti. F'Barċellona it-talbiet għal abort indott huma darbtejn ogħla fost in-nisa migranti milli fost in-nisa Spanjoli. Stħarriġ taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Migrazzjoni u s-Saħħa, l-ICMH f'Ġinevra rrapporta li r-rata ta' l-abort fost in-nisa migranti illegali kien tliet darbiet ogħla minn fost in-nisa nazzjonali ta' età kumparabbli. (xviii: Carballo et al, 2004).

6.11.2

Fir-Renju Unit hemm it-tendenza li t-trabi ta' ommijiet Ażjatiċi li jkunu jiżnu inqas mat-twelid minn dawk ta' gruppi etniċi oħrajn u r-riskju tagħhom ta' mortalità perinatali jew postnatali għandha l-ħabta tkun ikbar. Trabi ta' nisa mill-Karibew għandhom ukoll rati ta' mortalità postnatali ogħla mill-medja. Fil-Belġju u fil-Ġermanja rati ta' mortalità perinatali u infantili għoljin huma rrapportati f'nisa migranti mill-Marokk u t-Turkija. Piż baxx mat-twelid u problemi fil-ħlas huma esperjenzati fost nisa mill-Afrika sub Saħarjana u mill-Amerika Ċentrali u ta' Isfel.

6.11.3

It-tfal ta migranti jista' jkollhom rati iktar baxxi ta' użu ta' servizzi preventivi bħall-immunizzazzjoni.

6.12   Ostakli għall-aċċess tal-migranti għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u għall-użu effettiv tagħhom.

6.12.1

Il-migranti jesperjenzaw problemi legali, psikosoċjali u ekonomiċi fl-aċċess għall-kura tas-saħħa. L-ostakli tal-lingwa huma problema ovvja, kif inhu l-prezz tal-kura tas-saħħa fejn anke ħlasijiet parzjali żgħar jistgħu jkunu ostaklu sinifikanti għal migrant bi dħul baxx. Migranti irregolari u min ifittex ażil li qegħdin jistennew li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tagħhom jiffaċċjaw ostakli legali għall-kura f'ħafna pajjiżi.

6.12.2

Barra minn hekk, is-servizzi tas-saħħa pubblika spiss ma jkunux f'pożizzjoni li jaħsbu għall-problemi tas-saħħa speċifiċi tal-migranti u jonqsuhom is-sensitività u l-ħiliet meħtieġa sabiex il-kura titwassal b'suċċess lil nies li jista' jkollhom differenzi sinifikanti fil-kunċetti tagħhom ta' saħħa u attitudnijiet lejn il-mard, l-uġigħ u l-mewt, kif ukoll modi oħra kif jesprimu s-sintomi, jgħixu bil-marda u jesprimu l-aspettazzjonijiet tagħhom mat-tabib.

6.12.3

Barra minn hekk il-kumplessità tas-settur tas-saħħa żviluppat u differenzjat ħafna ta' l-Istati Membri jista' jkompli jikkomplika din is-sitwazzjoni.

6.12.4

L-organizzazzjoni tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard għall-popolazzjonijiet migranti spiss ma tkunx adegwata. Dan mhux minnu biss għall-eżemijiet prenatali, imma wkoll għall-programmi ta' vaċċinazzjoni u tipi oħra ta' interventi ta' prevenzjoni u sejbien bikri, fosthom il-monitoraġġ. S'issa, il-programmi ta' prevenzjoni rarament użaw approċċi kulturalment sensittivi biex jilħqu lill-gruppi varji ta' migranti.

6.12.5

Il-prezzijiet għolja ta' ċerti servizzi tal-kura tas-saħħa u l-prezz tal-mediċini huma piż tqil fuq ħafna migranti. Dawn il-fatturi jistgħu jwasslu sabiex il-migranti ma jfittxux il-kura malajr biżżejjed, jew li l-kura preskritta ma tiġix segwita jew il-mediċini ma jitteħdux. Dan jikkawża żieda inkalkulabbli f'sofferenza umana individwali u l-ispejjeż ekonomiċi ġenerali lis-soċjetà.

6.13   Professjonisti tas-saħħa

6.13.1

It-tendenza dejjem tikber li l-professjonisti tas-saħħa mill-pajjiżi l-fqar jiġu reklutati b' mod attiv mill-UE u pajjiżi żviluppati oħrajn tpoġġi sfida oħra li qed tikber. Jekk tibqa' ma tiġix ikkontrollata, ser tkun ta' detriment qawwi għall-iżviluppi tas-saħħa fil-pajjiżi li jibagħtuhom (u “jitilfuhom”) u jwassal sabiex l-edukazzjoni medika u ta' l-infermiera f'dawn il-pajjiżi tkun inqas sostenibbli. L-esodu ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa mħarrġa minn pajjiżi b'riżorsi fqar huwa telf sinifikanti ta' investiment fit-taħriġ ta' professjonisti tas-saħħa (14). Iridu jinstabu soluzzjonijiet ġodda bħala tweġiba għal din il-problema bħall-Fond Speċjali ta' Kumpens, taħriġ u sistemazzjoni mill-ġdid. L-eżempju tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda li jiżguraw li s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa jimpjegaw prattiċi ta' reklutaġġ etiċi huwa meqjus minn ħafna bħala prattika tajba. L-Istati Membri jridu jiżguraw li prattiċi bħal dawn ikunu adottati u li jiġu applikati għall-aġenziji ta' reklutaġġ tas-saħħa u l-faċilitajiet privati tas-settur tas-saħħa, kif ukoll is-servizzi pubbliċi.

6.13.2

Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa (speċjalment l-infermiera u t-tobba) għandhom rwol essenzjali fiż-żamma u t-titjib tal-kura tas-saħħa tal-migranti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jlaħħqu mal-bżonnijiet ta' kura tas-saħħa tal-migranti u jifhmu l-fatturi kulturali, reliġjużi u dawk relatati ma' l-istil tal-ħajja li jinfluwenzaw id-drawwiet tas-saħħa ta' dawn il-gruppi speċifiċi. Dan huwa neċessarju sabiex jiżgura li l-migranti jkollhom aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa xierqa u kulturalment sensittivi.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara l-opinjoni tal-KESE tal-31 ta' Mejju 2007 dwar L-isfidi u l-opportunitajiet għall-UE fil-kuntest tal-globalizzazzjoni (Opinjoni esploratorja), rapporteur: is-Sur Henri Malosse, ko-rapporteur is-Sur Staffan Nilsson ĠU C 175, 27.7.2007.

(2)  ILO. Globalizzazzjoni ġusta. 2004.

(3)  Ara l-opinjoni tal-KESE ta' l-20.4.2006 dwar Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatata mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008) — COM(2005) 467 finali — 2005/2003 (COD), rapporteur: is-Sinjura Cser (ĠU C 185, 8.8.2006).

(4)  Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u l-Membri ta' Familjithom, adottata fl-1990, daħlet fis-seħħ f'Lulju 2003. Dan jikkumplimenta l-Konvenzjoni ILO Migrazzjoni għall-Impjiegi, 1949 (Nru. 97) u l-Konvenzjoni (Dispożizzjonijiet Supplimentari) ILO dwar il-Ħaddiema Migranti, 1975 (Nru.143). Flimkien, dawn it-tliet Konvenzjonijiet Internazzjonali jipprovdu qafas għall-indirizzar tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti u kwistjonijiet ta' migrazzjoni irregolari. Huma joperaw fi ħdan kuntest ta politika usa' inklużi trattati tan-NU adottati dan l-aħħar li jindirizzaw it-traffikar, il-kuntrabandu u l-esplojtazzjoni, bħall-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (2000), il-Protokoll tiegħu biex Jipprevjeni, Jissupprimi u Jikkastiga l-Ittraffikar tal-Persuni, Speċjalment Nisa u Tfal (2000) u l-Protokoll kontra l-Kuntrabandu ta' Migranti bl-Art, bil-Baħar jew bl-Ajru (2000), il-Protokoll Mhux Obbligatorju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal (2000), kif ukoll il-Konvenzjoni ta' l-1951 u l-Protokoll ta' l-1967 li kien hemm qabel u li għandhom x'jaqsmu ma' l-Istatus tar-Refuġjati. Filwaqt li kienu relattivament ftit il-pajjiżi u, fejn rilevanti, l-għaqdiet ekonomiċi reġjonali li sal-lum irratifikaw dawn il-konvenzjonijiet (bl-eċċezzjoni tat-trattati tar-refuġjati), dawn l-istrumenti jipprovdu elementi importanti għal aġenda iktar komprensiva.

(5)  Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Programm ta' 18-il xahar għall-Presidenzi Ġermaniżi, Portugiżi u Sloveni, Brussell, 21 ta'Diċembru 2006.

(6)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:

13.09.2006 dwar “L-Immigrazzjoni fl-UE u l-politiki ta' integrazzjoni: kooperazzjoni bejn gvernijiet reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili”, rapporteur is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 318, 23.12.2006).

15.12.2005 dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew: Il-Programm ta' L-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja” — COM(2005) 184 finali, rapporteur is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 65 17.3.2006).

20.04.2006 dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiki tal-Komunità dwar l-emigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali” — COM(2005) 375 finali — 2005/0156 (COD), rapporteur: is-Sinjura Sciberras (ĠU C 185, 08.08.2006).

(7)  Nazzjonijiet Uniti, Tendenzi fir-Riserva Totali.ta' Migranti:ir-Reviżjoni ta' l-2003.

(8)  Uffiċċju taċ-Ċensimenti ta' l-Istati Uniti, — Pożizzjoni IDB tal-pajjiżi skond il-popolazzjoni.

http://www.census.gov/ipc/www/idbrank.html.

(9)  Sors ta' Informazzjoni dwar il-Migrazzjoni,

http://www.migrationinformation.org/Feature/display.cfm?id=336.

(10)  COM dwar il-Migrazzjoni Ċirkulari tas-16 ta' Mejju 2007.

(11)  The New Global Slave Trade, (It-Tratta Globali ġdida ta' l-iskjavi) Ethan B. Kapstein, minn Foreign Affairs, Novembru/Diċembru 2006.

(12)  M.G. Carta, M Bernal, MC Harday u JM Abad: Il-migrazzjoni u s-saħħa mentali fl-Ewropa 2005.

(13)  “Who Cares? Women Health Workers in the Global Labour Market”, (Min jimpurtah? Ħaddiema nisa fil-kura tas-saħħa fis-suq tax-xogħol globali) editjat minn Kim Van Eyck, PhD, 2005.

(14)  Kim Van Eyck ed., 2005. Who cares? (Min jimpurtah?). UNISON UK : PSI.


APPENDIĊI

għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li jidhru hawn taħt, li kienu appoġġjati b'iktar minn kwart tal-voti mixħuta, ġew rifjutati (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta' Proċedura):

Punt 1.1.8

Ħassar il-punt:

“1.1.8

L-introduzzjoni ta' programmi ta' saħħa nazzjonali fl-edukazzjoni, b'qies dovut lill- kulturi minoritarji.”

Votazzjoni

Favur: 44

Kontra: 51

Astensjonijiet: 11


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/131


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Ewroreġjuni”

(2007/C 256/23)

Nhar is-17 ta' Jannar 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'konformità ma'Regola 29 paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar l-Ewroreġjuni.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Zufiaur.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tal-11 ta' Lulju 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'108 vot favur u astensjoni waħda.

1.   Sfond

1.1   Definizzjoni

1.1.1

L-Ewroreġjuni huma strutturi permanenti bil-għan li jippromovu l-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet lokali jew reġjonali li huma ġirien diretti u li jmissu ma' fruntieri komuni.

1.1.1.1

Il-karatteristiċi speċifiċi (1) ta' dawn l-istrutturi jinkludu dawn li ġejjin:

l-Ewroreġjuni u strutturi simili la huma forma ġdida ta' amministrazzjoni u lanqas livell ġdid ta' gvern; huma pjattaforma għall-iskambju u għall-kooperazzjoni transkonfinali “orizzontali” bejn il-gvern lokali u reġjonali; dawn jippromovu wkoll kooperazzjoni “vertikali” iktar stretta bejn l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-gvernijiet ta' l-Istat u l-istituzzjonijiet Ewropej.

Huma assoċjazzjonijiet ta' awtoritajiet lokali u reġjonali fuq iż-żewġ naħat ta' fruntiera nazzjonali, kultant b'assemblea parlamentari.

Huma assoċjazzjonijiet transkonfinali b'segretarjat permanenti, tim tekniku u amministrattiv u riżorsi tagħhom stess.

F'xi każijiet, huma korpi tal-liġi privata, ibbażati fuq assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet fuq kull naħa ta' fruntiera, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom rispettivi. F'każijiet oħra, huma korpi tal-liġi pubblika, ibbażati fuq ftehim bejn l-Istati, bil-għan, fost affarijiet oħra, li tiġi assigurata l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

L-Ewroreġjuni huma ta' sikwit definiti mhux biss mill-fruntieri ġeografiċi jew politiki/amministrattivi tagħhom iżda jaqsmu wkoll karatteristiċi komuni ekonomiċi, soċjali jew kulturali.

1.1.2

Jeżistu diversi termini għall-“Ewroreġjuni” differenti, inklużi Euroregio, Ewroreġjun, Reġjun Ewropew, Reġjun … u l-periferija tiegħu (Greater … Region), Regio, eċċ.

1.2   Għanijiet

1.2.1

L-għan prinċipali ta' l-Ewroreġjuni u strutturi simili (2) huwa li jassigura l-kooperazzjoni transkonfinali, li l-prijoritajiet tagħha huma magħżula fuq bażijiet differenti skond il-karatteristiċi reġjonali u ġeografiċi. Fl-istadji bikrija, jew fil-każ tal-komunitajiet ħaddiema b'għanijiet speċifiċi ħafna, l-ewwel prijorità hija li tippromovi l-fehim reċiproku, l-iżvilupp tar-relazzjonijiet kulturali u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika. L-Ewroreġjuni li għandhom strutturi iktar integrati u riżorsi finanzjarji tagħhom stess jistabbilixxu għanijiet iktar ambizzjużi għalihom innifishom. Dawn jindirizzaw it-tipi kollha ta' kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni transkonfinali, mill-promozzjoni ta' interessi komuni fl-oqsma kollha sa l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' programmi transkonfinali u proġetti prattiki.

1.2.2

L-attivitajiet transkonfinali jħaddnu mhux biss l-iżvilupp soċjo-ekonomiku u l-kooperazzjoni kulturali, iżda wkoll oqsma oħra ta' interess ġenerali għall-komunitajiet konfinali, b'mod partikulari l-affarijiet soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-ġestjoni ta' l-iskart, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, it-turiżmu u r-rekreazzjoni, id-diżastri naturali, it-trasport u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

1.2.3

L-Ewroreġjuni huma kkunsidrati bħala qafas adattat għall-implimentazzjoni ta' proġetti Ewropej għat-titjib tal-mobilità tax-xogħol u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali minħabba li jimplimentaw il-proċeduri ta' kooperazzjoni f'żoni transkonfinali, u b'hekk jevitaw kunflitti ta' responsabilità.

1.2.4

L-Ewroreġjuni jgħinu sabiex jissaħħu l-kostruzzjoni u l-integrazzjoni ta' l-UE, mil-livell l-iktar baxx u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

1.2.5

Il-kooperazzjoni transkonfinali tgħin fit-tnedija ta' forom transkonfinali ta' organizzazzjoni u azzjoni fuq problemi komuni, bħall-kumitati tat-trade unions inter-reġjonali, il-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-kmamar tal-kummerċ u l-ħolqien ta' kumitati ekonomiċi u soċjali Ewro-reġjonali, eċċ.

1.2.6

Il-grupp ta' studju inkarigat mit-tfassil ta' din l-Opinjoni kellu l-opportunità li josserva l-verità ta' din id-dikjarazzjoni fir-realtà, meta ġie mistieden mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tar-reġjun Saar-Lor-Lux (3) għal seduta li nżammet fil-Lussemburgu fit-13 ta' Frar 2007.

1.3   Sfond

1.3.1

Il-Kunsill ta' l-Ewropa, ibbażat fi Strasburgu, huwa l-organizzazzjoni Ewropea li għal għexieren ta' snin indirizza l-kwistjoni ta' l-Ewroreġjuni u dik tal-kooperazzjoni transkonfinali b'mod ġenerali.

1.3.2

L-ewwel esperimenti fil-kooperazzjoni reġjonali transkonfinali seħħew fl-aħħar tas-snin erbgħin. Il-Ftehim tal-Benelux, iffirmat fl-1948, kien tentattiv bikri sabiex jinqasmu l-linji diviżorji fformati mill-fruntieri ta' l-Istat. L-Euroregio nħoloq fl-1958 madwar iż-żona Olandiża ta' Enschede u ż-żona Ġermaniża ta' Gronau. Ftit wara, iżda f'dak iż-żmien barra mill-Komunità Ewropea, ġew promossi esperimenti varji fl-Iskandinavja, f'Oresund, fil-Calotte ta' Fuq u Kvarken, li jmissu mal-fruntieri tad-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja.

1.3.3

Bejn l-1975 u l-1985 twaqqfu numru ta' komunitajiet ħaddiema (KĦ) bejn ir-reġjuni fi Stati differenti, bħall-KĦ tal-Jura u l-KĦ tal-Pirinej, bi skop ta' azzjoni limitat.

1.3.4

Il-kooperazzjoni reġjonali transkonfinali u l-ħolqien ta' l-Ewroreġjuni espandew mill-1990 (4): Il-fatturi li kkontribwixxew lejn dan it-tkabbir jinkludu:

avanzi fl-integrazzjoni Ewropea, speċjalment permezz tal-ħolqien tas-suq uniku, l-introduzzjoni ta' l-euro u t-tkabbir ta' l-UE;

iż-żieda fid-deċentralizzazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni tal-pajjiżi Ewropej;

iż-żieda fl-impjieg transkonfinali;

l-għarfien, għalkemm limitat, tar-rwol moqdi mir-reġjuni fil-gvernanza ta' l-istituzzjonijiet Ewropej;

l-implimentazzjoni ta' inizjattivi transkonfinali Komunitarji għall-kooperazzjoni bħall-Interreg.

1.3.5

L-aħħar żewġ fażijiet tat-tkabbir, li żiedu n-numru ta' l-Istati Membri ta' l-UE minn 15 għal 27, żiedu b'mod sinifikanti n-numru ta' reġjuni konfinali u l-karatteristiċi assoċjati magħhom. Sabiex inkunu speċifiċi, issa hemm 30 reġjuni konfinali skond id-definizzjoni tan-NUTS II u l-fruntieri ta' l-UE kibru minn 7,137 kilometru fit-tul sa 14,300.

1.3.6

Fir-riżoluzzjoni tiegħu (5) ta' Diċembru 2005, il-Parlament Ewropew ikkunsidra li l-kooperazzjoni transkonfinali hija ta' importanza kruċjali għall-integrazzjoni u l-koeżjoni Ewropea u sejjaħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jippromovu u jappoġjaw l-użu ta' l-Ewroreġjuni. Il-kooperazzjoni transkonfinali ġiet inkluża wkoll fl-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa (Artikolu III paragrafu 220).

1.4   Forom ta' kooperazzjoni

1.4.1

Permezz ta' l-inizjattiva Komunitarja Interreg III għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, il-Kummissjoni identifikat tliet oqsma ta' kooperazzjoni:

A — Kooperazzjoni transkonfinali

L-għan tal-kooperazzjoni transkonfinali huwa li tiġi assigurata l-integrazzjoni ekonomika u soċjali bl-implimentazzjoni ta' strateġiji komuni għall-iżvilupp u skambji strutturati bejn il-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.

B — Kooperazzjoni transnazzjonali

L-għan tal-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali huwa li tiġi promossa integrazzjoni territorjali akbar billi jiġu fformati gruppi kbar ta' reġjuni jew makro-reġjuni Ewropej.

C — Kooperazzjoni inter-reġjonali

L-għan tal-kooperazzjoni inter-reġjonali huwa li jitwaqqfu skambji ta' informazzjoni u esperjenza, mhux neċessarjament fir-reġjuni konfinali biss.

L-ewroreġjuni jaqgħu partikularment taħt il-kategorija A u kulma jmur, ukoll taħt il-kategorija B.

2.   Kuntest Komunitarju

2.1

Proposti Komunitarji varji reċenti tejbu l-qafas ġenerali li fih joperaw l-Ewroreġjuni. Fl-ewwel nofs ta' l-2006, numru ta' deċiżjonijiet importanti b'implikazzjonijiet għall-kooperazzjoni transkonfinali ġew adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri.

2.2   Il-perspettiva finanzjarja

2.2.1

Il-Kummissjoni ppreżentant il-proposta inizjali tagħha dwar ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja (2007-2013) (6) fl-2004. F'din il-proposta għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, il-Kummissjoni kkalkolat li l-infiq meħtieġ kien ta' madwar 1.14 % tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) għall-perijodu 2007-2013. Fl-Opinjoni tiegħu (7), il-KESE ddikkjara l-appoġġ tiegħu għaż-żieda fir-riżorsi proprji sa massimu ta' 1.30 % tad-DGN (żieda fuq il-massimu preċedenti ta' 1.24 %), fid-dawl ta' l-isfidi kbar li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005 waqqaf l-infiq globali għall-perijodu 2007-2013 għal 1.045 % tad-DGN. Fl-aħħar, f'April 2006, wara negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, il-proposta finali kienet EUR 864,316 miljun, jew 1.048 % tad-DGN.

2.2.2

Dan it-tnaqqis sostanzjali laqat il-fondi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, li waqgħu minn 0.41 % tad-DGN fl-UE-15 għal 0.37 % fl-UE-27. Dan seħħ fi żmien meta l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda u sfidi oħra li kellha tiffaċċja l-UE bħall-globalizzazzjoni, kellhom jagħtu skop għal iktar, mhux inqas riżorsi.

2.2.3

Fir-rigward tal-kooperazzjoni territorjali fl-Ewropa, l-Objettiv 3 il-ġdid jipprovdi għal EUR 8,720 miljun (2.44 % tal-0.37 % tad-DGN ipprovduti għall-koeżjoni), meta mqabbel ma' l-EUR 13,000 miljun mitluba mill-Kummissjoni fil-proposta oriġinali tagħha. B'mod ċar, inqas flus ser ikollhom jiġġebbdu iktar.

2.2.4

L-appoġġ finanzjarju ta' l-UE għall-kooperazzjoni transkonfinali żdied meta mqabbel mal-perijodu preċedenti (2000-2006), iżda t-tnaqqis fir-rigward tal-proposti oriġinali tal-Kummissjoni jeħtieġ kooperazzjoni iktar stretta mill-korpi reġjonali u lokali u li jsir użu aħjar mir-rabtiet ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat. Ir-riżorsi ppjanati attwalment ikopru iżjed żoni tal-fruntieri, speċjalment fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, wara l-adeżjoni tat-12-il Stat Membru ġdid.

2.3   Regolamenti ġodda

2.3.1

Il-proposti tal-Kummissjoni, ippreżentati f'Lulju 2004, dwar il-Fondi Strutturali għall-perijodu 2007-2013, jistabbilixxu li l-għan tal-“konverġenza” għandu jissostitwixxi l-objettiv 1 ta' qabel u l-għan tal-“kompetittività u l-impjieg” għandu jissostitwixxi l-objettiv 2 ta' qabel. Jistabbilixxu wkoll objettiv 3 ġdid — “kooperazzjoni territorjali Ewropea” — li tagħti importanza ikbar lil azzjonijiet fl-isfera reġjonali transkonfinali.

2.3.2

B'mod partikulari, dan l-objettiv 3 (8) ġdid, li huwa bbażat fuq l-esperjenza ta' l-inizjattiva Komunitarja Interreg, ser jiffoka fuq il-promozzjoni ta' integrazzjoni bilanċata bejn ir-reġjuni ta' l-Unjoni, permezz ta' kooperazzjoni transkonfinali, trans-nazzjonali u inter-reġjonali.

2.3.3

Il-Kumitat fassal l-Opinjonijiet tiegħu dwar ir-riforma tal-Fondi Strutturali u tal-Koeżjoni fl-2005 (9). Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw il-proposti ġodda għar-regolamenti fl-2006 (10).

2.4   Il-politika tal-koeżjoni: linji gwida strateġiċi

2.4.1

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (11) dwar il-linji gwida strateġiċi għall-politika tal-koeżjoni ġiet approvata wara l-adozzjoni tar-regolamenti varji għall-Fondi Strutturali. Din il-Komunikazzjoni tikkonferma l-importanza ta' l-objettiv 3 il-ġdid — “Kooperazzjoni territorjali Ewropea” — fit-tliet kategoriji: kooperazzjoni transkonfinali, trans-nazzjonali u inter-reġjonali.

2.4.2

L-għan ta' l-objettiv ġdid għall-kooperazzjoni huwa li tiġi promossa integrazzjoni territorjali akbar fl-Unjoni u li jitnaqqas l-“effett barriera” permezz tal-kooperazzjoni transkonfinali u l-iskambju tal-prattika tajba.

2.4.3

Il-linji gwida strateġiċi għall-politika Ewropea tal-koeżjoni għandhom l-għan li

a)

ir-reġjuni jsiru iktar attraenti għall-investituri;

b)

tiġi promossa l-innovazzjoni u l-intraprenditorija; u

ċ)

jinħolqu l-impjiegi; u iktar speċifikament li titqies id-dimensjoni reġjonali tal-politiki tal-koeżjoni.

2.4.4

Kif inhu magħruf sew, il-fruntieri nazzjonali ta' sikwit jippreżentaw ostaklu għall-iżvilupp tat-territorju ta' l-Ewropa fit-totalità tiegħu, u jistgħu jirrestrinġu l-potenzjal kompetittiv tiegħu. Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni Komunitarja transkonfinali hija għalhekk li telimina l-effett barriera bejn il-fruntieri nazzjonali u li twaqqaf sinerġiji sabiex jiġu indirizzati l-problemi li jeħtieġu soluzzjonijiet komuni.

2.4.5

Il-politika tal-koeżjoni għandha tiffoka fuq miżuri li jġibu l-valur miżjud fl-attivitatjiet transkonfinali, bħaż-żieda fil-kompetittività transkonfinali permezz ta' l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp; ir-rabta bejn in-netwerks intanġibbli (tas-servizzi) jew in-netwerks fiżiċi (tat-trasport) sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni transkonfinali bħala karatteristika taċ-ċittadinanza Ewropea; il-promozzjoni tal-mobilità u t-trasparenza fis-suq tax-xogħol transkonfinali; il-ġestjoni ta' l-ilma u l-kontroll ta' l-għargħar; l-iżvilupp tat-turiżmu; it-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni ta' l-atturi ekonomiċi u soċjali; il-promozzjoni tal-wirt kulturali u t-titjib ta' l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art, eċċ.

2.5   Bażi legali ġdida għall-kooperazzjoni territorjali

2.5.1

Storikament, in-nuqqas ta' bażi legali Ewropea omoġenja għall-kooperazzjoni transkonfinali xekkel l-implimentazzjoni ta' miżuri utli f'dan il-qasam.

2.5.2

Fl-2004, il-Kummissjoni pproponiet li jitwaqqaf ir-Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Transkonfinali (EGCC). Iktar tard, fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni emendat l-isem u biddlet it-terminu “transkonfinali” f' “territorjali”.

2.5.3

Ir-regolament adottat fil-31 ta' Lulju 2006 (12) jagħraf illi:

Il-miżuri huma neċessarji għat-tnaqqis tad-diffikultajiet sinifikanti li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri u, b'mod partikulari, l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-azzjonijiet tal-kooperazzjoni territorjali fil-qafas ta'liġijiet u proċeduri nazzjonali differenti.

Sabiex jingħelbu l-ostakli li qegħdin ifixklu l-kooperazzjoni territorjali, huwa neċessarju li jiġi introdott strument ta' kooperazzjoni fil-livell Komunitarju, bil-għan li jinħolqu raggruppamenti kooperattvi fiż-żona Komunitarja. Dan għandu jkun mgħammar b'personalità legali u jissejjaħ “Raggruppament Ewropew għall- Kooperazzjoni Territorjali” (EGTC).

Il-kondizzjonijiet għall-kooperazzjoni territorjali għandhom jinħolqu b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilita fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jidher f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu, peress li r-rikors għal EGTC m'huwiex obbligatorju, b'konformità mas-sistema kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.

3.   Integrazzjoni ekonomika u koeżjoni soċjali u territorjali

3.1   Integrazzjoni u speċjalizzazzjoni

3.1.1

Fl-Istati Membri kbar u iktar antiki, kien hemm it-tendenza li l-biċċa l-kbira ta' l-attività ekonomika tkun ikkonċentrata fil-parti ċentrali tal-pajjiż u ta' sikwit fil-belt kapitali u l-bliet prinċipali. F'kull Stat, ġie żviluppat grad ta' speċjalizzazzjoni ekonomika reġjonali.

3.1.2

L-integrazzjoni Ewropea tħeġġeġ il-ħolqien ta' żoni ġodda ta' kooperazzjoni bħall-Ewroreġjuni. L-integrazzjoni Ewropea fissret li l-ispeċjalizzazzjoni reġjonali m'għadhiex isseħħ f'kull Stat iżda dejjem iktar fil-livell Ewropew. Il-fruntieri bejn l-Istati m'għadhomx jikkostitwixxu barriera insormontabbli għall-kummerċ. Dan iħeġġeġ relazzjonijiet ġodda bejn reġjuni — xi kultant b'livelli differenti ta' żvilupp — minn Stati Membri differenti iżda li għandhom għanijiet komuni, fuq sfond ta' speċjalizzazzjoni li kulma jmur qiegħda tiżdied fil-livell Ewropew.

3.1.3

Kooperazzjoni ta' din in-natura hija partikularment meħtieġa għall-attivitajiet fuq skala żgħira li jbatu l-iktar bħala riżultat ta' l-effett barriera. L-SMEs huma eżempju ta' dan.

3.1.4

Il-KESE huwa tal-fehma li l-Ewroreġjuni għandhom jagħtu kontribuzzjoni sostanzjali lejn l-objettivi tal-politika ekonomika, soċjali u territorjali ta' l-UE. Għal dan il-għan, il-miri prinċipali tal-proposta għall-politika Ewropea territorjali ġdida huma: il-konverġenza u ż-żieda fil-kompetittività u l-impjieg, speċjalment fir-reġjuni l-inqas żviluppati u f'dawk li qegħdin jiffaċċjaw sfidi ġodda relatati ma' l-ispeċjalizzazzjoni.

3.2   Il-Kompetittività

3.2.1

L-Ewroreġjuni jiffavorixxu l-ekonomiji ta' skala. Fil-qosor, dawn joffru żieda fid-daqs tas-suq (ekonomiji ta' agglomerazzjoni), il-komplementarità tal-fatturi tal-produzzjoni u inċentivi akbar għall-investiment. Huwa stmat li xi investimenti fl-innovazzjoni u l-iżvilupp jistgħu jkollhom impatt dirett fuq distanza ta' 250-500 kilometru. Minkejja li xi Ewroreġjuni huma ikbar, l-Ewroreġjun medju jinfirex minn 50 sa 100 kilometru.

3.2.2

L-Ewroreġjuni huma kruċjali għall-kisba ta' massa kritika f'ċerti oqsma, fejn jippermettu firxa ta' investimenti f'servizzi prinċipali li ma jkunux jistgħu iseħħu mingħajr il-kooperazzjoni transkonfinali.

3.2.3

Sabiex tiżdied il-kompetittività, il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali tista' tipprovdi benefiċċji pubbliċi diretti, per eżempju:

informazzjoni, il-komunikazzjoni, in-netwerks ta' l-enerġija u tat-trasport u infrastruttura transkonfinali oħra;

is-servizzi pubbliċi, bħall-iskejjel, l-isptarijiet u s-servizzi ta' l-emerġenza;

l-istituzzjonijiet u s-servizzi li jippromovu l-attività ekonomika privata, inkluż l-iżvilupp tal-kummerċ, l-intraprenditorija u r-rabtiet ta' sħubija bejn l-intrapriżi transkonfinali, li b'hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-impjieg u l-mobilità tal-ħaddiema.

3.3   Koeżjoni: problemi li jolqtu l-impjieg transkonfinali

3.3.1

Il-maġġoranza ta' l-Ewroreġjuni jħaddnu reġjuni b'livell simili ta' żvilupp. Madankollu, xi Ewroreġjuni jinkludu wkoll reġjuni b'livelli differenti ta' żvilupp. Wieħed mill-iskopijiet ta' l-Ewroreġjuni huwa l-promozzjoni ta' l-attività ekonomika u tipi oħra ta' attività li jnaqqsu d-differenzi inter-reġjonali fir-rigward tal-livell ta' żvilupp. Parteċipazzjoni ikbar min-naħa ta' l-Istati kkonċernati u l-UE hija kruċjali sabiex dan jitwettaq.

3.3.2

Investiment fis-servizzi soċjali bażiċi f'żoni konfinali huma tipikament iktar baxxi mill-investiment f'żoni iktar ċentrali f'kull pajjiż, ta' sikwit bħala konsegwenza ta' l-influwenza iktar dgħajfa taż-żoni tal-fruntiera fiċ-ċentri tat-teħid tad-deċiżjonijiet. F'ħafna mill-każijiet, dan jirriżulta iwassal għak finanzjamentinadegwat tas-servizzi ta' kwalità għolja, diversa u ta' qligħ, b'mod partikulari dawk li jservu l-iktar membri vulnerabbli tas-soċjetà, inklużi t-tfal, l-immigranti, il-familji bi dħul baxx, il-persuni b'diżabilità, il-persuni b'mard kroniku, eċċ.

3.3.3

L-Ewroreġjuni jistgħu jaqdu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' dan it-tip ta' servizz u billi jassiguraw li dawn is-setturi soċjali huma konsegwentement mogħtija protezzjoni ikbar bħala riżultat ta' aproċċ transkonfinali. Barrminhekk, l-Ewroreġjuni jistgħu jikkontribwixxu wkoll sa ċertu punt sabiex jingħelbu l-barrieri legali, amministrattivi u finanzjarji u d-differenzi li jfixklu l-progress ta' dawn il-komunitajiet. Jikkontribwixxu wkoll sabiex jinqerdu preġudizzji antiki, jitħejjew studji konġunti u jittejjeb il-fehim reċiproku tad-differenzi bejniethom.

3.3.4

In-nuqqasijiet legali relatati mal-moviment ħielies tal-ħaddiema konfinali u l-armonizzazzjoni inadegwata f'dan il-qasam ġew solvuti parzjalment biss mill-acquis tal-Komunità u l-Qorti tal-Ġustizzja. Minħabba n-numru dejjem ikbar ta' ħaddiema konfinali, din is-sitwazzjoni saret kwistjoni importanti fil-livell Ewropew, b'mod partikulari fir-rigward tat-tassazzjoni, is-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali, fejn id-definizzjonijiet u l-approċċi għadhom ma jaqblux fuq kunċetti bħar- residenza, iċ-ċirkostanzi familjali, ir-rimborż ta' l-ispejjeż tas-saħħa u t-tassazzjoni doppja (13).

4.   Kooperazzjoni transkonfinali — valur miżjud għall-integrazzjoni Ewropea

4.1   Negħlbu l-fruntieri

4.1.1

Il-bżonn li jingħelbu l-ostakli għall-integrazzjoni hija realtà ta' kuljum għal nies li jgħixu fiż-żoni konfinali. L-għan m'huwiex li jinbidlu l-fruntieri jew li jinkisru l-liġijiet tas-sovranità ta' l-Istat iżda li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni effettiva fl-aspetti kollha tal-ħajja transkonfinali, u b'hekk jittejbu l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u t-titwettaq l-Ewropa taċ-ċittadini.

4.1.2

Il-fruntieri ta' l-UE ġeneralment żviluppaw lil hinn mir-rwol tradizzjonali tagħhom tal-ħolqien ta' barriera, iżda għad fadal differenzi ekonomiċi, soċjo-kulturali, amministrattivi u legali u dan huwa partikularment evidenti fil-fruntieri esterni ta' l-UE. L-għan tal-kooperazzjoni fiż-żoni transkonfinali hija, għalhekk, li jiġu żviluppati strutturi, proċeduri u strumenti bbażati fuq il-kooperazzjoni li jgħinu fit-tneħħija ta' ostakli amministrattivi u legali u fl-eliminazzjoni ta' fatturi li storikament kienu diviżivi u jagħmlu 'l-viċinanza' fattur għall-mobilità, l-iżvilupp ekonomiku u l-progress soċjali. Fil-qosor, l-għan huwa li r-reġjuni transkonfinali jsiru “żoni ta' prosperità komuni”.

4.2   Valur miżjud

4.2.1

Il-kooperazzjoni transkonfinali u l-implimentazzjoni stabbli tagħha mill-Ewro-reġjuni ma tgħinx biss sabiex jiġi evitat il-kunflitt, jiġu ffaċċjati d-diżastri jew jingħelbu l-barrieri psikoloġiċi; huwa ċar li ttejjeb ukoll l-iżvilupp fuq iż-żewġ naħat ta' fruntiera. Dan il-valur miżjud jista' jiġi osservat fil-livelli politiċi, istituzzjonali, ekonomiċi, soċjali u kulturali u wkoll f'termini ta' integrazzjoni Ewropea. Il-kooperazzjoni transfkonfinali tagħti kontribuzzjoni utli ħafna lejn il-promozzjoni ta' ko-eżistenza u sigurtà u integrazzjoni paċifika Ewropea. Hija mezz effettiv ħafna ta' l-implimentazzjoni tal-prinċipji Komuniartji tas-sussidjarjetà, is-sħubija u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u tar-rinfurzar ta' l-integrazzjoni sħiħa ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-UE.

4.2.2

Dawn l-istrutturi permanenti għall-kooperazzjoni transkonfinali jgħinu sabiex jassiguraw il-parteċipazzjoni attiva u sostenuta tal-pubbliku in ġenerali u ta' l-amministrazzjonijiet u tal-gruppi politiċi trans-nazzjonali u soċjali. Jassiguraw il-fehim reċiproku u jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' sħubija vertikali u orizzontali fuq il-bażi ta' l-istrutturi u l-poteri nazzjonali differenti. Dan jiffaċilita wkoll il-ġestjoni ta' programmi u proġetti transkonfinali jew il-ġestjoni konġunta ta' fondi minn sorsi differenti (bħall-fondi Komunitarji jew nazzjonali, ir-riżorsi tagħhom stess jew fondi minn partijiet terzi). Il-KESE jikkunsidra li l-implimentazzjoni konġunta ta' dan it-tip ta' inizjattiva jista' jkollha suċċess ikbar u iktar effettiv jekk is-soċjetà ċivili organizzata taqdi rwol prinċipali fiha.

4.2.3

Mil-lat soċjo-ekonomiku, l-istrutturi ta' kooperazzjoni transkonfinali jiffaċilitaw dawn li ġejjin: a) l-użu tal-potenzjal endoġenu ta' l-atturi kollha (kmamar tal-kummerċ, assoċjazzjonijiet, intrapriżi, trade unions, istituzzjonijiet soċjali u kulturali, organizzazzjonijiet ambjentali jew korpi tat-turiżmu, fost ħafna oħra); b) permezz tal-ftuħ tas-swieq tax-xogħol u l-armonizzazzjoni tal-kwalifiki professjonali u ċ) it-titjib ta' l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien ta' l-impjiegi permezz ta' miżuri f'setturi oħra bħall-infrastruttura, it-trasport, it-turiżmu, l-ambjent, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kooperazzjoni bejn l-SMEs.

4.2.4

Fil-qasam soċjo-kulturali, il-valur miżjud tal-kooperazzjoni transkonfinali jinsab fid-disseminazzjoni attwali tal-kultura ġenerali. Din id-disseminazzjoni ta' l-għarfien għandha titqies bħala tip ta' “kontinwazzjoni transkonfinali” li tista' tiġi aċċessata f'pubblikazzjonijiet u forom differenti. Bl-istess mod, ttgħin sabiex jiġi assigurat netwerk ta' korpi li jaġġixxu bħala multiplikaturi. Dan japplika għaċ-ċentri ta' edukazzjoni, organizzazzjonijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent, assoċjazzjonijiet kulturali, libreriji, mużewijiet, eċċ. Il-kooperazzjoni transkonfinali tippromovi wkoll opportunitajiet ugwali u għarfien wiesa' tal-lingwa tal-pajjiż ġar, jew saħansitra ta' djaletti lokali, li huma komponenti prinċipali ta' l-iżvilupp reġjonali transkonfinali u prerekwiżit għall-komunikazzjoni.

4.2.5

Meta titqies f'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni transfkonfinali msaħħa permezz ta' strutturi permanenti bħall-Ewro-reġjuni żżid il-valur tal-miżuri nazzjonali permezz ta' l-addizzjonalità ta' programmi u proġetti transkonfinali, is-sinerġiji li jinħolqu, azzjonijiet konġunti ta' riċerka u innovazzjoni, il-ħolqien ta' netwerks dinamiċi u stabbli, l-iskambju ta' l-għarfien u l-prattika tajba, l-effetti indiretti tat-tegħlib tal-fruntieri u l-ġestjoni transkonfinali u effiċjenti tar-riżorsi disponibbli.

4.3   Ostakli

Madankollu, għad fadal fatturi differenti li jfixklu l-kooperazzjoni transkonfinali (14), notevolment:

Limitazzjonijiet legali imposti mil-leġislazzjoni nazzjonali fuq l-attività transkonfinali ta' l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali.

Differenzi fl-istruttura u responsabilitajiet tal-livelli differenti ta' l-amministrazzjoni fuq iż-żewġ naħat ta' fruntiera.

In-nuqqas ta' rieda politika, speċjalment fil-livell nazzjonali, għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet, per eżempju permezz ta' regolamenti nazzjonali jew trattati bilaterali.

In-nuqqas ta' oqfsa komuni għat-tassazzjoni u s-sigurtà soċjali jew ir-rikonoxximent ta' kwalifiki akkademiċi u professjonali.

Differenzi ekonomiċi strutturali fuq iż-żewġ naħat ta' fruntiera.

Barrieri lingwistiċi, kulturali u psikoloġiċi, inklużi l-preġudizzju u d-differenzi storiki bejn il-komunitajiet.

4.4   Prinċipji ġenerali tal-kooperazzjoni transkonfinali

4.4.1

Numru ta' eżempji madwar l-Ewropa jgħinu sabiex jiġu identifikati sett ta' prinċipji ġenerali għas-suċċess tal-kooperazzjoni transkonfinali:

Prossimità mal-pubbliku. L-abitanti ta' żoni konfinali jixtiequ l-kooperazzjoni, bħala mezz sabiex jingħelbu l-problemi li jiffaċċjaw jew għat-titjib fil-kondizzjonijiet tal-ħajja tagħhom.

Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti politiċi (lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej) hija kruċjali għas-suċċess tal-kooperazzjoni transkonfinali.

Sussidjarjetà. Il-livell lokali u reġjonali ġie provat bħala l-iktar mezz effettiv għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni transkonfinali, minkejja l-fatt li hija meħtieġa alleanza mal-gvernijiet nazzjonali.

Sħubija. Il-parteċipazzjoni ta' l-atturi kollha fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera hija essenzjali għall-kisba ta' miri komuni.

Strutturi konġunti flimkien ma' riżorsi komuni (strumenti tekniċi, amministrattivi, finanzjarji u tat-teħid tad-deċiżjonijiet) huma garanzija ta' attività twila u ta' evoluzzjoni kostanti. Huma wkoll garanzija li ċerti poteri jistgħu jiġu eżerċitati, li programmi jistgħu jiġu ġestiti, inklużi programmi Ewropej, li jinkiseb kunsens transkonfinali u li jiġi evitat li jieħu r-riedni l-interess proprju.

5.   Lejn gvernanza bbażata fuq il-kooperazzjoni

5.1   Forma ġdida ta' gvernanza hija meħtieġa għal reġjuni ġodda

5.1.1

L-Ewroreġjuni huma unitajiet territorjali li jpoġġu fil-prattika mudelli ġodda ta' kooperazzjoni fis-settur pubbliku, fis-settur privat u bejn dawn iż-żewġ setturi, bil-għan li jiġu nkwadrati politiki ġodda konġunti, u b'parteċipazzjoni ikbar mill-partijiet ineressati ġenwini kollha.

5.1.2

Il-kunċett tal-gvernanza jfisser forma ta' gvern iktar parteċipatorja u orizzontali mill-forom tradizzjonali li huma iktar ibbażati fuq il-ġerarkija u vertikali. Il-kwistjoni tal-gvernanza fl-Ewroreġjuni hija partikolarment kumplessa u interessanti u teħtieġ soluzzjonijiet komuni għal problemi komuni.

5.1.3

Barraminhekk, l-Ewroreġjuni kulma jmur qegħdin jaqdu rwol minuri iżda madankollu kruċjali fil-gvernanza Ewropea tal-politika tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

5.1.4

Il-KESE, għalhekk, jikkunsidra li l-Ewroreġjuni u strutturi simili għandhom jagħmlu kontribuzzjoni prinċipali sabiex il-proċess ta' l-integrazzjoni u unifikazzjoni Ewropea jidħol iktar fil-fond.

5.1.5

B'hekk, il-ħolqien ta' l-Ewroreġjuni jeħtieġ il-kooperazzjoni bejn l-atturi istituzzjonali u soċjali, li ta' sikwit għandhom tradizzjonijiet u mentalitajiet differenti ħafna. Is-sempliċi fatt li wieħed jgħix fi prossimità stretta tal-ġirien tiegħu ma jfissirx li jikkoopera iktar magħhom. Għalhekk l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-gvernanza orizzontali.

5.1.6

Il-parteċipazzjoni ta' l-atturi ekonomiċi u soċjali fil-gvernanza ta' l-Ewroreġjuni teħtieġ oqfsa istituzzjonali li jagħmluha possibli li taħdem din is-sistema. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' politiki mwaqqfa fil-livelli differenti tal-kooperazzjoni transkonfinali bejn żewġ Stati jew iktar. Il-parteċipazzjoni ta' l-imsieħba soċjali fin-netwerk EURES fiż-żoni transkonfinali hija espressjoni prattika importanti ta' dan il-prinċipju.

6.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

6.1

L-adozzjoni tar-Regolament dwar ir-Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Transkonfinali (EGCC) u l-inklużjoni tiegħu f'objettiv ġdid għall-kooperazzjoni territorjali taw skop ġdid lill-Ewroreġjuni. L-ewwelnett, għax iwaqqaf strument Komunitarju legali għall-kooperazzjoni transkonfinali u jagħmluh possibbli għall-Istati Membri fil-livelli differenti tagħhom, sabiex jiġu involuti fil-kooperazzjoni territorjali transkonfinali. It-tieninett, it-trasferiment mill-“kooperazzjoni transkonfinali” għall-“kooperazzjoni territorjali” ifisser li l-Ewroreġjuni jistgħu jestendu l-isfera ta' l-attivitajiet tagħhom lil hinn mill-kwistjonijiet tipikament koperti mill-kooperazzjoni fil-livell lokali jew ma' awtoritajiet lokali ġirien, u jiżviluppaw b'mod sħiħ territorji akbar li jaqsmu sinerġiji u potenzjal komuni.

6.2

Il-KESE għalhekk jikkunsidra li l-kooperazzjoni territorjali promossa mill-Ewroreġjuni hija fattur prinċipali fil-promozzjoni ta' l-integrazzjoni Ewropea, it-tnaqqis tal-frammentazzjoni soċjali u kulturali maħluqa minn fruntieri nazzjonali u l-iżvilupp tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal din ir-raġuni, il-KESE jsejjaħ sabiex tingħata attenzjoni partikulari lill-koeżjoni territorjali transkonfinali fid-dibattitu li ġej dwar l-adozzjoni finali tat-trattat kostituzzjonali Ewropew.

6.3

Sabiex jiġi assigurat li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea tkun tista' tilqa' l-istennijiet maħluqa mir-riformi msemmija hawn fuq, il-KESE jikkunsidra li l-Istati nazzjonali u l-istrutturi intermedjarji tagħhom ser ikollhom jiġu involuti iktar mill-qrib fl-iżvilupp ta' l-Ewroreġjuni. Ser jinħtieġu strateġiji nazzjonali għall-kooperazzjoni territorjali fil-qafas tal-Komunità sabiex dan jinkiseb. B'mod partikulari, l-Istati ser ikollhom jgħinu sabiex jissolvew l-iktar problemi urġenti li qegħdin jiffaċċjaw il-komunitajiet transkonfinali, li ġeneraliment jikkonċernaw is-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni u t-trasport.

6.4

Fil-fehma tal-KESE, sabiex l-attivitajiet tal-kooperazzjoni territorjali jsiru iktar effettivi u b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandu jkun hemm iktar ġestjoni diretta mill-EGTCs ta' proġetti transkonfinali, u f'ċerti każijiet, ta' proġetti trans-nazzjonali ffinanzjati mill-fondi tal-Komunità jew nazzjonali.

6.5

It-trasformazzjoni ta' l-Ewroreġjuni f'“żoni ta' prosperità komuni” ser teħtieġ parteċipazzjoni ikbar mis-settur privat kummerċjali (inkluża l-ekonomija soċjali) f'inizjattivi ta' l-iżvilupp transkonfinali, fid-dawl ta' l-importanza ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fiż-żamma tal-fibra tal-produzzjoni u fil-ħolqien ta' l-impjiegi.

6.6

Il-KESE jemmen li, bħall-EGTCs maħluqa b'konformità mar-Regolament Nru. 1082/2006, l-Ewroreġjuni huma l-espressjoni fiżika ideali tal-prinċipji tal-gvernanza Ewropea li l-Kummissjoni ressqet fil-White Paper ta' l-2001. Il-KESE għalhekk jikkunsidra li l-effikaċja ta' l-attivitajiet u l-politiki transkonfinali u tal-kooperazzjoni territorjali b'mod ġenerali jiddependu mill-kisba ta' 'sħubija' ġenwina bejn il-partijiet ikkonċernati territorjali u soċjo-ekonomiċi kollha. Konsegwentement, il-KESE jsejjaħ sabiex jiġu stabbiliti metodi ta' parteċipazzjoni li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili organizzata fil-proġetti tal-kooperazzjoni territorjali.

6.7

B'mod partikulari, il-KESE huwa tal-fehma li n-netwerk ta' l-EURES għandu jsir strument Ewropew li ġenwinament jaqdi rwol prinċipali fil-medjazzjoni bejn il-provvista u d-domanda għax-xogħol. L-isfera transkonfinali f'dan is-sens hija ambjent maħluq għall-ittestjar. Il-KESE għalhekk jinnota b'dispjaċir li t-tendenza ta' dawn l-aħħar snin reġgħet lura mill-ġdid lejn in-nazzjonalizzazzjoni tal-ġestjoni ta' l-EURES, li fil-fehma tal-KESE għandha tkun ta' natura ġenwinament transkonfinali. Ta' min iżid li l-EURES mhux biss jaġixxi bħala medjatur fis-suq tax-xogħol iżda jaqdi wkoll rwol prinċipali fil-promozzjoni tad-djalogu soċjali fiż-żoni trans-nazzjonali ġirien.

6.8

Huwa ġeneralment aċċettat li l-organizzazzjonijiet soċjo-ekonomiċi jaqdu rwol importanti fl-integrazzjoni Ewropea. Il-KESE għalhekk jilqa' l-esperimenti fit-trans-nazzjonalizzazzjoni mwettqa mill-kunsilli trans-reġjonali ta' l-unjoni, il-forom differenti tal-kooperazzjoni trans-nazzjonali u ta' assoċjazzjoni implimentati mill-organizzazzjonijiet kummerċjali, il-kmamar tal-kummerċ, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet u l-ħolqien ta' kumitati Ewro-reġjonali ekonomiċi u soċjali, fost oħrajn. Il-Kumitat iħeġġeġ il-konsolidazzjoni u l-iżvilupp tagħhom u joffri l-possibbilità ta' assistenza.

6.9

Fil-fehma tal-KESE, l-Ewroreġjuni jaqdu rwol prinċipali fir-reġjuni li jaqsmu fruntiera ma' pajjiżi terzi u jistgħu jaqdu rwol saħansitra ikbar, kemm mil-lat ta' l-żvilupp ekonomiku kif ukoll tas-sigurtà pubblika u ta' l-integrazzjoni soċjali. Il-KESE għalhekk jitlob li dan it-tip ta' korp u l-attivitajiet li jista' jwettaq jiġu inklużi fil-politiki tal-Viċinat u tal-Pre-Adeżjoni.

6.10

Fid-dawl ta' l-abbundanza kbira ta' esperimenti li twettqu fir-rigward ta' l-attività transkonfinali (xi eżempji ta' dawn huma pprovduti fl-appendiċi ta' din l-Opinjoni) u injoranza konsiderevoli dwar dawn l-iskemi, saħansitra fost l-Ewroreġjuni nnifishom, il-KESE jikkunsidra li jkun utli ħafna jekk il-Kummissjoni tfassal “gwida ta' prattika tajba” f'dan il-qasam, li tinkludi eżempji ta' rabtiet ta' sħubija pubblika-privata li kellhom suċċess.

6.11

Peress li kwistjoni bħal din, b'aspetti daqshekk diversi, ma tistax tiġi eżaminata b'mod komprensiv f'Opinjoni unika, il-KESE jikkunsidra li jkun utli li l-kwistjoni — il-kooperazzjoni transkonfinali u l-istrutturi ta' l-appoġġ tagħha — tiġi studjata iktar fid-dettall f'Opinjonijiet oħra dwar kwistjonijiet transkonfinali ta' interess komuni, bħas-suq tax-xogħol, it-turiżmu u ċentri (hubs) għall-iżvilupp, eċċ.

Brussell, 11 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Karatteristiċi bbażati fuq il-“Practical Guide to Cross-border Co-operation” ta' l-AEBR, 2000.

(2)  It-terminu 'Ewroreġjuni' jista' jinftiehem bħala terminu li jinkludi strutturi oħra simili.

(3)  Saarland, Lorraine, il-Lussemburgu, Rheinland-Pfalz, Wallonia, il-Komunità tal-lingwa Franċiża tal-Belġju, il-Komunità tal-lingwa Ġermaniża tal-Belġju.

(4)  Attwalment hemm iktar minn 168 Ewroreġjun u strutturi simili. Madwar nofs ir-reġjuni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jipparteċipaw fl-Ewroreġjuni.

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar ir-rwol ta' l-“Ewroreġjuni” fl-iżvilupp tal-politika reġjonali.

(6)  COM(2004) 101 finali.

(7)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Nibnu l-futur komuni tagħna: L-isfidi ta' politika u l-mezzi baġitarji ta' l-Unjoni mkabbra 2007-2013, ĠU C 74, 23.3.2005, p. 32.

(8)  COM(2004)495 finali, Artikolu 6: Kooperazzjoni territorjali Ewropea.

(9)  Opinjonijiet tal-KESE dwar id-dispożizzjonijiet fuq il-Fondi — il-Fond tal-Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali — u dwar ir-Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Transkonfinali (EGCC), ĠU C 255, 14.10.2005, p. 76, 79, 88 u 91.

(10)  ĠU C 210, 31.7.2006.

(11)  COM(2005) 299 finali u COM(2006) 386, (Komunikazzjoni adottata mill-Kunsill tal-Ministri fil-5 ta' Ottubru 2006).

(12)  ĠU L 210, 31.7.2006.

(13)  L-Osservatorju ta' l-Impjiegi tal-KESE fil-ġejjieni jista' jsegwi l-kwistjoni tax-xogħol konfinali u transkonfinali fl-Ewropa.

(14)  Opinjoni KESE dwar “Il-ġestjoni tal-bidliet industrijali f'reġjuni transkonfinali wara t-tkabbir ta' l-UE”, tal-21 ta' April 2006ĠU C 185, 8.8.2006.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/138


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir- “Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali”

(2007/C 256/24)

Matul is-sessjoni plenarja li nżammet nhar is-17 ta' Jannar 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura, li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-14 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Soares.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu, li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'63 vot favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Għal numru ta' snin, il-KESE qies ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina bħala parti minn qafas strateġiku usa' li mhux biss ikopri r-relazzjonijiet kummerċjali, iżda jirrifletti wkoll ix-xewqa ta' l-Ewropa li tasserixxi r-rwol tagħha bħala msieħba ewlieni fil-proċess ta' bini ta' mudell soċjali bbażat fuq ir-Regola tal-Liġi, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet umani, il-paċi u s-solidarjetà bejn il-popli (1).

1.2

Barra minn hekk, minn perspettiva storika, ir-relazzjonijiet ma' l-Amerika Latina u mal-Karibew jirrappreżentaw ħafna iktar minn sempliċi tiftixa għal imsieħeb ekonomiku u ġeostrateġiku. Ma' l-Ewropa, il-poplu ta' l-Amerika Latina għandu rabtiet kulturali, politiċi, soċjali, lingwistiċi u emozzjonali li ilhom fis-sod għal żmien twil kif ukoll għandu perspettiva dinjija simili komuni, li mhux biss ma tistax u m'għandhiex tintesa iżda li għandha, anzi b'mod iktar importanti, tiġi apprezzata ħafna fid-dawl tal-proċess ta' negozjati li dalwaqt ser jingħata bidu.

1.3

Issa li nfetħu n-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina sabiex ikun żgurat Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn iż-żewġ reġjuni, il-Kumitat sejjaħ għal kull sforz ta' konċentrazzjoni ħalli jintlaħaq ftehim malajr u li jissodisfa ż-żewġ naħat, li jista' jipprovdi wkoll eżempju għal negozjati attwali u tal-ġejjieni ma' l-Amerika Latina u l-Karibew f'rabta ma' vantaġġi reċiproki ta' sħubija strateġika ma' l-Unjoni Ewropea. Dawn il-vantaġġi għandhom imorru lilhinn mill-kummerċ u għandhom jissaħħu bil-progress ekonomiku u soċjali u l-progress fl-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun, filwaqt li jitħarsu l-livelli ta' l-Istat tad-Dritt u d-dinjità tal-bnedmin kollha.

1.4

Il-KESE jittama li n-negozjati ser jgħinu jiżguraw li l-gvernijiet ta' l-Amerika Ċentrali jiftħu djalogu mas-soċjetà ċivili organizzata fil-pajjiżi tagħhom. Dan id-djalogu għandu jkun demokratiku, trasparenti u bbażat fuq proposti prattiċi mħarsin miż-żewġ naħat. Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-Kumitat Konsultattiv tas-Sistema ta' Integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali (CC-SICA) a) ħalli jsegwi l-isforzi tiegħu sabiex jikkonkludi ftehimiet li jħaddnu l-ikbar kunsens possibbli u li jirriflettu l-qagħda tas-soċjetà ċivili ta' l-Amerika Ċentrali bħala totali dwar in-negozjati u b) li jgħin jiżgura l-obbligi meħtieġa sabiex jinżammu rendikonti dwar il-proċess kollu.

1.5

Il-KESE jirrakkomanda li n-negozjati jqisu l-aspetti li ġejjin:

1.5.1

Il-ħtieġa li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili organizzata fl-Amerika Ċentrali, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tas-setgħa istituzzjonali tas-CC-SICA bħala l-korp konsultattiv tas-Sistema ta' Integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali. L-Unjoni Ewropea għandha tgħin jinkiseb rikonoxximent ikbar mill-imsieħba tagħha li qegħdin jinnegozjaw tas-sehem ewlieni li s-CC-SICA kellu u tassew għandu jkollu fil-kisba ta' l-integrazzjoni reġjonali solida. Fl-istess ħin, għandha tqis miżuri ta' appoġġ finanzjarju għal dak il-korp, bi qbil ma' l-għan adottat mill-Kummissjoni fid-dokument tagħha dwar il-kooperazzjoni reġjonali.

1.5.2

L-introduzzjoni tal-klawsoli soċjali meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tibbenefika minnu s-soċjetà kollha u li jkun fattur deċiżiv fit-tisħiħ ta' demokraziji, fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-qgħad u fl-iżvilupp ta' mudell soċjali li ma jxerridx iktar jew li ma jitfax iktar enfasi fuq l-inugwaljanzi. Il-Ftehim għandu jgħin ukoll itejjeb il-koeżjoni soċjali u r-rispett għall-bijodiversità ambjentali (għal dan il-għan il-Ftehim għandu jgħin sabiex jinkludi l-eluf ta' produtturi żgħar li jfittxu li jiksbu għamla ta' biedja iktar rispettuża għall-ambjent). Barra minn hekk, matul in-negozjati u wara li jkun implimentat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, għandha tintrabat importanza partikolari mal-konformità sħiħa mill-gvernijiet mal-Livelli Internazzjonali tax-Xogħol ta' l-ILO (Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol).

1.5.3

L-eżistenza tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP), strument unilaterali ta' l-UE bil-għan li jagħti appoġġ lill-pajjiżi l-inqas żviluppati. Il-kapitolu dwar il-kummerċ tal-Ftehim għandu konsegwentement ikun iktar favorevoli għall-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali milli huwa pprovdut fis-sistema li hemm referenza għaliha hawn fuq li, għandu jkun mistqarr, diġà hija waħda tajba.

1.5.4

Il-ħtieġa għas-soċjetà ċivili organizzata li tingħata tagħrif regolari, fil-ħin u rilevanti sabiex tkun tista' tissorvelja negozjati fuq livell istituzzjonali. Dan għandu jinkludi wkoll a) il-possibiltà ta' konsultazzjoni qabel ma jkunu nnegozjati oqsma speċifiċi sabiex ikunu jistgħu jitqiesu l-opinjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata u b) forums li għandhom jiġu organizzati sabiex ikun hemm parteċipazzjoni usa', bil-għan li jkun żgurat li s-soċjetà kollha jkollha l-ħila li ssegwi mill-qrib żviluppi f'dawn in-negozjati. Hawnhekk, aspett ewlieni tas-sehem tas-soċjetà ċivili għandu jkun il-ħolqien ta' Kumitat Konġunt għall-Monitoraġġ sabiex ikunu segwiti n-negozjati, li jopera bħala istituzzjoni u li jista' jsegwi n-negozjati kollha u jagħmilha ta' rabta bejn il-proċess ta' negozjati u s-soċjetà ċivili b'mod ġenerali.

1.5.5

Fl-aħħarnett, sabiex ikun żgurat li s-soċjetà ċivili organizzata tkun involuta b'mod ġenwin fl-aspetti kollha tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali, il-KESE jirrakkomanda li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt (JCC), il-korp istituzzjonali ta' konsulenza li jiġbor fih il-membri tal-KESE u tas-CC-SICA u previst fl-Artikolu 52(4) tal-ftehim politiku bejn iż-żewġ reġjuni, jibda' jaħdem mill-ewwel wara li jkun iffirmat il-ftehim, bil-patt li jkun żgurat li l-ftehim jitkompla.

2.   Introduzzjoni

2.1

F'sens wiesa', ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali sal-lum ma kinux partikolarment intensi, minkejja l-fatt li l-Unjoni Ewropea tat kontribut deċiżiv fil-proċess li jinġiebu l-paċi u d-demokrazija fir-reġjun u nediet proċess ta' djalogu inter-ministerjali li għadu jipprovdi punt ta' referenza għar-reġjun sal-lum il-ġurnata — id-djalogu ministerjali ta' San José ta' l-1984.

2.2

Fl-2003, l-UE u l-Amerika Ċentrali ffirmaw ftehim b'ħarsa li jsaħħu d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni. Iktar reċentement, ir-raba' summit tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Amerika Latina u tal-Karibew, li nżamm f'Mejju 2006, esprima r-rieda li jimxi lejn il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni malajr kemm jista' jkun (2).

2.3

F'April 2006, id-“Dikjarazzjoni ta' Vjenna”, adottata fir-4 Laqgħa ta' l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew (LAC), stqarret li l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-LAC m'għandhomx ikunu limitati għall-kummerċ u l-ekonomija, iżda għandhom iqisu wkoll fatturi politiċi, kulturali u soċjali bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali.

2.4

Bl-istess mod, il-protokoll ta' kooperazzjoni ffirmat bejn il-KESE u s-CC-SICA jistipola linji gwida ta' ħidma għaż-żewġ istituzzjonijiet “għall-promozzjoni ta' l-inklużjoni tad-dimensjoni soċjali fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-ġejjieni bejn l-UE u s-SICA”, u sabiex “jingħata appoġġ lill-inizjattiva ta' ħidma fuq il-proposta sabiex jitwaqqaf kumitat konsultattiv konġunt” ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili miż-żewġ reġjuni fil-qafas istituzzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-ġejjieni. Is-suċċess li jkun konkluż Ftehim ta' Assoċjazzjoni ser jiddependi l-biċċa l-kbira fuq il-fatt li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fiż-żewġ reġjuni jkollhom il-ħila jissorveljaw negozjati b'mod effettiv u jżommu lis-soċjetà informata dwar il-progress, il-problemi u s-suċċessi involuti.

3.   Fażi ġdida fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

3.1

Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni kif ukoll ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali huma bħalissa ddefiniti mis-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi li nediet l-UE fis-snin sebgħin u llum hija kkomplementata minn sistema speċjali għat-tħeġġiġ ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-gvernanza tajba (GSP+), inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi.

3.2

Bi 12 % tal-kummerċ globali, l-UE hija t-tieni msieħba kummerċjali prinċipali fl-Amerika Ċentrali wara l-Istati Uniti li s-sehem tiegħu huwa ta' 46 %. F'dak li jirrigwardja l-kooperazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp, l-UE hija l-ikbar donatur ta' l-Amerika Ċentrali, fejn ipprovdiet fondi b'valur ta' EUR 563.2 miljun fil-perijodu bejn l-2002 u l-2006, li magħhom għandhom jiżdiedu EUR 74.5 miljun, kif ipprovdut fil-memorandum iffirmat mill-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tas-SICA. Barra minn hekk, l-UE forniet EUR 279 miljun addizzjonali f'għajnuna, wara d-diżastri li qerdu r-reġjun, b'mod partikolari wara l-Uragan Mitch u t-terremot li għeżżeż lil El Salvador. Għall-perijodu 2007-2013, l-UE wegħdet li żżid l-ammont ta' għajnuna għall-iżvilupp sabiex jilħaq is-somma ta' EUR 840 miljun. Il-volum ta' l-investimenti diretti Ewropej lill-Amerika Ċentrali qiegħed jogħla wkoll.

3.3

Madankollu, ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali huma iktar minn sempliċi relazzjonijiet kummerċjali u ta' kooperazzjoni. Huma wkoll imsaħħin minn viżjoni strateġika usa' li tkopri aspetti sensittivi bħalma huma s-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ħarsien ambjentali u l-kostruzzjoni ta' mudell ta' l-iżvilupp sostenibbli, il-migrazzjoni u l-ħtieġa li dan il-fenomenu jinżamm taħt kontroll għall-benefiċċju kemm tal-pajjiżi ta' lqugħ kif ukoll ta' dawk li jesportaw il-ħaddiema. Aspett ieħor huwa marbut mat-twaqqif ta' ordni ekonomika dinjija ġdida bbażata fuq prattiki ta' gvernanza tajba li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem, ekonomiċi u soċjali.

3.4

Id-deċiżjoni, li ttieħdet fi Vjenna f'Mejju 2006, sabiex jinfetħu negozjati ma' l-Amerika Ċentrali bil-għan li jkun żgurat Ftehim ta' Assoċjazzjoni ma' l-Amerika Ċentrali hija, fiha nnifisha, sfida u opportunità li m'għandhiex tintilef.

3.5

Minħabba l-fatt li l-istrateġija Ewropea għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni hija bbażata fuq djalogu inter-reġjonali, huwa importanti li jiġi analizzat l-istat attwali ta' integrazzjoni fl-Amerika Ċentrali.

3.5.1

L-integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali hija proġett li ilu għaddej għal xi ftit żmien, bl-għeruq tiegħu fl-istess indipendenza tal-pajjiżi fir-reġjun. Il-Protokoll ta' Tegucigalpa ta' l-1991 u t-Trattat Ġenerali ta' l-1993 għall-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali taw spinta ġdida lill-proġett.

3.5.2

Minkejja l-fatt li kien hemm kunsens tal-maġġoranza dwar l-integrazzjoni reġjonali, il-fatt huwa li ftit li xejn sar progress sinifikanti, jew minħabba li kien diffiċli li jitqiegħdu fil-prattika d-deċiżjonijiet li ttieħdu fuq livell politiku, minħabba dgħjufijiet ekonomiċi maġġuri, jew saħansitra minħabba n-nuqqas ta' solidarjetà reġjonali. Minkejja dan jista' jingħad li, mill-2002, l-integrazzjoni tidher li stabbilixxiet ruħha fuq sisien iktar fis-sod (3).

3.5.3

Madankollu, in-natura fraġli ta' l-istituzzjonijiet reġjonali, li timpedixxi t-teħid ta' deċiżjonijiet fuq livell sopranazzjonali, id-differenza fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi fir-reġjun flimkien mal-kważi nuqqas ta' sehem mis-setturi soċjali fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fit-tqajjim ta' kuxjenza tal-benefiċċji ta' l-integrazzjoni reġjonali, it-tnejn li huma huma fatturi li jostakolaw milli jseħħ progress iktar tanġibbli fil-proċess ta' integrazzjoni.

3.5.4

Minkejja d-diffikultajiet, madankollu, hemm raġunijiet għal xi ottimiżmu f'rabta mal-proċess ta' integrazzjoni reġjonali, b'mod partikolari t-tradizzjonijiet u l-kultura li jgħaqqdu l-pajjiżi differenti, l-eżistenza ta' qafas legali u istituzzjonali relattivament stabbli u marbut u l-ħtieġa — li nħasset u ntweriet ukoll — li ssir riforma ta' xi istituzzjonijiet, bħal PARLACEN (4), ngħidu aħna, sabiex ikun żgurat li strateġiji għat-twaqqif ta' politiki reġjonali ikunu iktar effettivi. Iktar tqajjim ta' kuxjenza u involviment min-naħa tas-soċjetà ċivili huma wkoll raġunijiet għall-ottimiżmu u l-kunfidenza.

3.5.5

Fil-laqgħat reċenti bejn il-Kumitat Konġunt ta' l-UE/l-Amerika Ċentrali, li saru f'April ta' l-2007, il-gvernijiet ta' l-Amerika Ċentrali taw impenn li jippreżentaw, sa tmiem in-negozjati għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, qafas leġislattiv għat-twaqqif ta' l-Unjoni Doganali ta' l-Amerika Ċentrali, flimkien ma' skeda għall-implimentazzjoni tiegħu. Dan huwa pass importanti u deċiżiv lejn l-integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali u jissuġġerixxi li hemm possibbilità li ż-żewġ reġjuni jilħqu ftehim.

3.6

Il-proċess tan-negozjati li bħalissa qiegħed iseħħ jippreżenta opportunità straordinarja għal benefiċċju reċiproku f'varjetà ta' oqsma, li jista' u għandu jittieħed vantaġġ minnha. L-aspetti li ġejjin jistgħu jservu bħala eżempji:

3.6.1

L-iżvilupp u t-tisħiħ ta' l-Unjoni Doganali u l-eliminazzjoni ta' ostakli ekonomiċi u doganali bejn il-pajjiżi fir-reġjun, politika approvata mill-Unjoni Ewroea, jistgħu jgħinu b'mod sinifikanti lill-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali sabiex jiżviluppaw l-ekonomiji tagħhom billi jtejbu l-kompetittività tagħhom f'rabta ma' l-imsieħba ekonomiċi attwali u potenzjali tagħhom. Dan ser iħaffef ukoll l-investiment Ewropew potenzjali fir-reġjun u wkoll it-twaqqif ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

3.6.2

Koeżjoni soċjali ikbar u iktar armonjuża ser tgħin fit-tisħiħ tad-demokraziji żgħar ta' l-Amerika Ċentrali, filwaqt li tnaqqas il-kawżi possibbli ta' konflitt, tħeġġeġ iċ-ċertezza legali u tippermetti li jseħħ il-kummerċ bejn iż-żewġ reġjuni bbażat fuq regoli li huma ċari, konsenswali u rrispettati. Kif muri minn studji suċċessivi mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjoni Uniti għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC), l-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali ta' pajjiż il-biċċa l-kbira jiddependi fuq il-livell ta' koeżjoni soċjali li jkollu l-ħila jikseb. Għaldaqstant, hemm il-ħtieġa li tkun involuta s-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess kollu tan-negozjati.

3.6.3

Qasam ieħor ta' interess għaż-żewġ reġjuni huwa li jinstabu soluzzjonijiet għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali, u għaldaqstant il-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali jsiru inqas vulnerabbli. Ir-reġjun ta' sikwit ibati minn dan it-tip ta' fenomenu, li jwassal għal telf uman u d-deterjorament f'kondizzjonijiet ta' għajxien u fil-post tax-xogħol għal miljuni ta' nies. In-negozjati għandhom iqisu dan sabiex jistabbilixxu miżuri għall-prevenzjoni u l-ħidma mmirata lejn l-immaniġġjar ta' dawn il-fenomeni. Miżuri bħal dawn jagħmluha iktar faċli sabiex tkun ipprovduta għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u jnaqqsu l-ispejjeż ta' għajnuna internazzjonali kollettiva.

3.6.4

Fl-aħħarnett, u mingħajr ebda pretensjoni li tkun koperta l-kwistjoni b'mod eżawrjenti, għandha ssir referenza għall-interess komuni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali fil-ħtieġa urġenti li jitħares l-ambjent u d-diversità permezz ta' politiki, programmi u ħidma tanġibbli. Filwaqt li n-negozjati jħeġġu l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali, it-twarrib ta' metodi u prodotti ta' periklu għan-natura, ir-rispett lejn id-drittijiet ta' xogħol u ta' l-unions tal-ħaddiema tal-biedja u r-rikonoxximent ta' l-eżistenza ta' oqsma ta' interess naturali li jeħtieġu ħarsien, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ser jagħti kontribut maġġuri li huwa ta' valur mhux biss għal dawn iż-żewġ reġjuni iżda wkoll bħala pjan għal tip ġdid ta' assoċjazzjoni li jista' jservi ta' mudell għal negozjati oħrajn.

4.   Is-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali fl-Amerika Ċentrali

4.1

Il-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali huma fost uħud mill-ifqar fl-Amerika Latina, bi problemi serji relatati ma' l-iżvilupp ekonomiku u grad għoli ta' vulnerabbiltà soċjali, li jipperikolaw il-koeżjoni soċjali ta' kull wieħed mill-pajjiżi u lir-reġjun kollu kemm hu. Faqar estensiv u distribuzzjoni mhux ugwali ferm tal-benesseri jikkontribwixxu għal din il-vulnerabbiltà.

4.2

Filwaqt li dan huwa reġjun fejn id-demokrazija għadha relattivament ġdida u li ġarrbet dittatorjati fit-tul u konflitti bl-armi b'effetti fuq firxa wiesgħa (l-unika eċċezzjoni hija l-Kosta Rika), minkejja dan huwa possibbli li jkunu indikati xi wħud mir-restrizzjonijiet maġġuri fuq l-iżvilupp tiegħu:

a)

is-sitwazzjoni demokratika li għadha fraġli, inklużi ħarsien mhux xieraq tad-drittijiet bażiċi, tkomplija ta' l-impunità u tal-korruzzjoni li jgawdu minnha xi partijiet u nuqqas ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ekonomiċi u politiċi u dwar l-immaniġġjar pubbliku;

b)

dgħjufijiet ekonomiċi, b'mod essenzjali minħabba n-nuqqas ta' kompetittività ta' bosta pajjiżi u vulnerabbiltà għal bidliet fis-swieq internazzjonali;

ċ)

koeżjoni soċjali dgħajfa, l-iktar minħabba livelli għoljin ta' faqar u distribuzzjoni mhux xierqa tal-benesseri, li ma tippermettix lill-inqas klassijiet iffortunati tas-soċjetà milli jibbenefikaw minn tkabbir ekonomiku, filwaqt li twassal lin-nies sabiex ifittxu modi oħrajn sabiex jgħixu, bħall-emigrazzjoni u, fuq livell ieħor, il-vjolenza soċjali;

d)

bosta vulnerabbiltajiet ambjentali, jew minħabba l-fenomeni naturali perikolużi li għalihom huwa espost ir-reġjun (terremoti, għargħar, nuqqas ta' xita fuq tul ta' żmien) jew esplojtazzjoni irrazzjonali ta' riżorsi naturali, b'mod partikolari ta' tneħħija ta' foresti. Skond il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjoni Uniti (UNDP), il-fatturi li jagħmlu lill-Amerika Ċentrali iktar fraġli b'mod ambjentali jinkludu ppjanar spazjali bl-addoċċ u ħażin għal kollox, esplojtazzjoni eċċessiva ta' riżorsi ta' l-ilma, l-użu eżaġerat ta' pestiċidi fil-biedja u d-deforestazzjoni.

4.3

F'termini ekonomiċi, ir-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali kiseb xi tkabbir ekonomiku, iżda dan ma kienx biżżejjed, madankollu, sabiex jingħelbu l-isfidi soċjali li jħabbat wiċċu magħhom ir-reġjun. Fi snin reċenti, ir-rata medja annwali ta' tkabbir reġjonali kienet bejn 3.2 % u 3.5 %. Minkejja dan, fl-2006, il-kompetittività fqira ta' l-ekonomiji ta' l-Amerika Ċentrali, bl-eċċezzjoni relattiva tal-Kosta Rika u ta' El Salvador, ikkawżat lill-pajjiżi f'dak ir-reġjun li jikklassifikaw f'post baxx fuq il-lista tal-kompetittività tal-Forum Ekonomiku Dinji — fit-53 post (Kosta Rika), fil-61 post (El Salvador), fil-75 post (il-Gwatemala), fit-93 post (il-Ħonduras), u fil-95 post (in-Nikaragwa) — fi studju ta' 125 pajjiż.

4.4

F'termini soċjali, wieħed għandu jistqarr li s-soċjetà ta' l-Amerika Ċentrali hija estremament kumplessa u varjata, li tiġbor fiha komunitajiet indiġeni u komunità kbira mhux ħażin ta' nisel Afrikan, li b'mod ġenerali ġew injorati, jekk mhux emarġinati.

4.5

Il-komunitajiet indiġeni s-soltu jiġu assoċjati ma' żoni rurali fqar, imma dan jinjora l-fenomenu sinifikanti ta' migrazzjoni lejn l-ibliet bħala riżultat tad-deterjorament li kulma jmur qiegħed jiżdied ta' ekonomiji rurali, li kabbar il-faqar madwar l-ibliet maġġuri.

4.6

Il-komunitajiet ta' nisel Afrikan, li huma mifruxin fil-pajjiżi kollha fl-Amerika Ċentrali barra f'El Salvador, ma rċevewx l-attenzjoni politika u soċjali li jixirqilhom u konsegwentement batew minn diskriminazzjoni razzjali u soċjali u minn diskriminazzjoni fl-impjieg.

4.7

L-inugwaljanza bejn is-sessi kif imkejla mill-indikaturi soċjo-ekonomiċi kollha hija fenomenu tant mifrux li ma tistax tiġi injorata. F'termini ta' qgħad jew impjieg prekarju, il-kwalità ta' l-impjieg jew is-salarji li jinkisbu, jew it-tluq qabel il-waqt mill-iskola, li l-iktar jolqot lill-bniet, is-sitwazzjoni — detrimentali b'mod estrem għan-nisa fis-soċjetà ta' l-Amerika Ċentrali — laħqet proporzjonijiet kważi traġiċi, l-iktar minħabba li perċentwal għoli minn dawn in-nisa huma, għal raġunijiet varji, kapijiet ta' familji.

4.8

In-nuqqas ta' data aġġornata, affidabbli u komparabbli dwar is-sitwazzjoni ta' bniet u nisa jidher li jirrifletti l-attenzjoni insuffiċjenti li tingħata lil din il-kwistjoni, minkejja l-fatt li l-gvernijiet tar-reġjun iffirmaw u rratifikaw konvenzjonijiet internazzjonali relatati ma' din il-kwistjoni, bħal Konvenzjonijiet ta' l-ILO u l-Konvenzjoni tan-Nazzjoni Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' l-Għamliet Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa. Il-vjolenza kontra n-nisa (fl-għamliet differenti tagħha, minn vjolenza domestika għal vjolenza fuq il-post tax-xogħol) għadha kawża kbira ta' tħassib, minkejja l-isforzi li saru mill-movimenti tan-nisa.

4.9

Dan il-faqar, li jolqot prattikament nofs il-popolazzjoni jew iktar (barra l-Kosta Rika), l-inċidenza ta' xogħol mhux iddikjarat, b'rata ta' madwar 40 % u l-baġits għal kollox mhux xierqa allokati lis-setturi soċjali bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-qgħad, huma karatteristiċi reġjonali li għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni sabiex wieħed jifhem in-nuqqas ta' koeżjoni soċjali fl-Amerika Ċentrali.

4.10

Huwa importanti wkoll li tkun enfasizzata n-nuqqas ġenerali ta' politika rispettuża għad-drittijiet umani. B'mod partikolari, hemm nuqqas ċar ta' rispett għad-drittijiet tax-xogħol u ta' l-unions, minkejja l-fatt li l-pajjiżi differenti ta' l-Amerika Ċentrali rratifikaw bosta mill-Konvenzjonijiet ta' l-ILO — li jfisser, ovvjament, li l-gvernijiet tagħhom għandhom responsabbiltà ħafna ikbar li jżommu konformi magħhom. L-eżerċitar ta' drittijiet ċiviċi u ta' l-unions fir-reġjun ta' sikwit isir fuq riskju personali kbir, u jista' jwassal ukoll għall-mewt.

5.   Kriterji li għandhom jitqiesu f'negozjati għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

5.1

Fil-proċess ta' konkretizzazzjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-ġejjieni, għadd ta' kriterji li għandhom jitqiesu għandhom jiġu enfasizzati u, fil-fehma tal-KESE, għandhom jifformaw komponenti ewlenin tas-suċċess mhux biss ta' dan il-ftehim iżda wkoll ta' strateġija usa' għall-Amerika Latina f'daqqa.

5.2

Diskrepanzi. Wieħed mill-iktar aspetti importanti li għandu jitqies huwa d-diskrepanza enormi bejn iż-żewġ reġjuni f'għadd ta' oqsma, inklużi l-estensjoni territorjali, il-popolazzjoni, il-Prodott Gross Domestiku, ir-relazzjonijiet tal-kummerċ u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku.

5.2.1

L-eżistenza ta' diskrepanzi maġġuri bħal dawn bejn iż-żewġ reġjuni tfisser li għandhom jiġu implimentati miżuri li jikkumpensaw jekk għandu jirnexxi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Il-Ftehim għandu, għaldaqstant, jgħin sabiex jiżgura li politiki tal-kummerċ u tal-kooperazzjoni huma konsistenti waħda ma' l-oħra u li għandhom l-istess għanijiet.

5.3

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali. Din għandha tkun waħda mill-kriterji fundamentali għall-ftehim tal-ġejjieni, mhux biss minħabba li l-koeżjoni soċjali hija aspett ta' importanza strateġika għall-mod li bih l-Unjoni Ewropea tnissel relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi, iżda wkoll minħabba li hija l-muftieħ għall-iżvilupp sħiħ tar-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali, li jinsab f'taqbida ma' problemi enormi ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali.

5.3.1

Sabiex jinkiseb dan, għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji u xierqa għall-iżvilupp ta' politiki soċjali bħall-edukazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà soċjali, u fil-qasam tat-tassazzjoni, fost l-oħrajn, sabiex ikun żgurat li s-soċjetà kollha tkun tista' tibbenefika mill-iżvilupp ekonomiku u mill-opportunitajiet offruti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

5.4

Tisħiħ tad-demokrazija u ta' l-istituzzjonijiet. F'soċjetà daqshekk varjata bħal dik ta' l-Amerika Ċentrali, u daqstant meqruda mill-faqar, dittatorjati fit-tul u gwerer ċivili, il-Ftehim għandu jkun opportunità għat-tisħiħ tad-demokrazija, b'mod partikolari għad-demokrazija parteċipattiva, u l-istituzzjonijiet involuti.

5.4.1

Istituzzjonijiet daqstant varjati, bħal dawk li qegħdin jiġġieldu sabiex iħarsu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ta' popli indiġeni jew dawk ta' nisel Afrikan u d-drittijiet tan-nisa, tal-ħaddiema u ambjentali, talbu iktar sehem fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali, minkejja d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom sabiex jiġu stmati ta' msieħba bi drittijiet sħaħ. Il-Ftehim għandu jkun fattur sabiex jitħeġġeġ ir-rikonoxximent tas-sehem tagħhom.

5.4.2

Fil-każ speċifiku tas-CC-SICA, il-Kumitat Konsultattiv tas-Sistema ta' Integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali, il-korp stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Tegucigalpa, ir-rwol tiegħu bħala rappreżentant ta' soċjetà ċivili organizzata għandu jkun rikonoxxut u sostnut, u għaldaqstant għandu jingħata r-riżorsi loġistiċi u baġitarji li jeħtieġ sabiex jaqdi dmirijietu.

5.4.3

Il-KESE jirrikonoxxi lis-CC-SICA bħala l-imsieħeb istituzzjonali tiegħu, minħabba li kkonkluda ftehim f'April 2006 bbażat fuq impenn komuni sabiex jinżammu l-prinċipji tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ekonomiċi u soċjali u dwar ix-xewqa ta' sehem fid-djalogu u fil-miżuri sabiex ikunu stabbiliti rabtiet ekonomiċi u ta' kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u s-Sistema ta' Integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali.

5.5

Tisħiħ ta' l-integrazzjoni reġjonali. L-integrazzjoni reġjonali m'għandhiex titqies biss bħala talba Ewropea għall-konklużjoni ta' ftehim kummerċjali iżda wkoll bħala opportunità għall-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali sabiex jindirizzaw id-dgħjufijiet ekonomiċi tagħhom u jieħdu vantaġġ mis-sinerġiji li dan jista' jipprovdi.

5.5.1

Madankollu, mhux ta' min wieħed jadotta mod wisq ambizzjuż f'rabta ma' din il-kwistjoni. L-integrazzjoni reġjonali hija proċess li jieħu ż-żmien u jeħtieġ appoġġ u xogħol kontinwu. Għaldaqstant, il-Ftehim għandu jipprovdi għal firxa ta' mekkaniżmi (inkluż, fost affarijiet oħra, il-ħolqien ta' fondi li jikkumpensaw għat-tariffi doganali u li jappoġġjaw il-koeżjoni ekonomika u soċjali) li jqanqlu, jagħtu appoġġ u jiffaċilitaw il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Ċentrali.

5.6

Li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jingħata dimensjoni soċjali. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jiġbor fih tliet pilastri marbutin flimkien mill-qrib — il-politika, il-kummerċ u l-kooperazzjoni — li kollha huma importanti u n-negozjati m'għandhomx jiffokaw wisq fuq dak li jista' jidher li huwa l-iktar kumpless u diffiċli.

5.6.1

Fuq livell politiku, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ser ikollu jqiegħed fis-seħħ miżuri prattiċi sabiex jagħti appoġġ lill-gvernanza tajba, iqis id-dimensjoni soċjali, bil-għan li jikseb iktar koeżjoni soċjali, jiġbor fih klawsoli li jqisu r-rwol tan-nisa u l-ħarsien tal-bniedem, l-impjieg u d-drittijiet ambjentali u d-drittijiet ta' popli indiġeni u ta' popli ta' nisel Afrikan.

5.6.2

Il-ftehim ser ikollu jittratta wkoll il-kwistjoni ta' l-emigrazzjoni mill-Amerika Ċentrali, li jista' jkollha kemm riperkussjonijiet pożittivi kif ukoll negattivi għall-pajjiżi tar-reġjun (bgħit ta' flus, nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa u nuqqas ta' xogħol). Dan il-mod għandu jiżgura wkoll rispett kif suppost għad-dinjità u d-drittijiet ta' immigranti li jgħixu u li jaħdmu fl-Unjoni Ewropea.

5.6.3

F'termini ta' kooperazzjoni, il-Ftehim ser ikollu jipprovdi għal għajnuna Komunitarja kontinwa u wkoll miżjuda għall-iżvilupp tar-reġjun u sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu. Jista' u, fil-fehma tal-KESE, għandu jipprovdi appoġġ ta' istituzzjonijiet speċjalizzati f'oqsma partikolari, bħall-ILO, l-UNESCO (Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti) u l-WHO (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa), filwaqt li jippermettilhom li janalizzaw il-progress fl-iktar aspetti sensittivi.

5.6.4

Fil-fatt, sabiex jintlaħqu l-istennijiet tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, li diġà esperjenzaw ftehimiet internazzjonali oħrajn (b'mod partikolari l-CAFTA (Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Amerika Ċentrali), iffirmat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika), l-Ewropa għandha turi li dan il-Ftehim għandu għanijiet usa', bi qbil ma' viżjoni soċjali globali, ibbażata fuq il-prinċipji fundaturi ta' l-UE nnifisha, inkluż mudell ekonomiku li għandu l-ħila li jġib l-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun.

6.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE

Fid-dawl ta' kulma ntqal hawnfuq, il-KESE jixtieq jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

6.1

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali għandu jkun prijorità politika għall-Unjoni minħabba l-potenzjal strateġiku tiegħu għall-attivitajiet bi-reġjonali ta' l-UE ma' msieħba oħrajn ta' l-Amerika Latina.

6.2

Dan il-Ftehim għandu jagħti kopertura ugwali lill-aspetti kollha tal-Ftehim — il-politika, il-kummerċ u l-kooperazzjoni.

6.3

Għandu jqis il-fatt li l-imsieħeb tan-negozjati ta' l-UE jiġbor fih l-ifqar pajjiżi ta' l-Amerika Latina u li d-diskrepanzi l-kbar bejn iż-żewġ reġjuni jeħtieġu programmi ta' kooperazzjoni sabiex jissaħħu, sabiex ikun evitat kull impatt detrimentali potenzjali. Għandu jkun iggarantit ukoll livell korrispondenti ta' ftuħ għall-kummerċ.

6.4

Għandu jiġbor fih miżuri għall-promozzjoni tal-kompetittività ta' negozji u jiżgura stabbiltà legali għall-investiment u jipprovdi għall-istrumenti li jikkumpensaw għad-diffikultajiet inevitabbli li jinħolqu mit-tmiem tas-suq komuni ta' l-Amerika Ċentrali bħala riżultat tad-diskrepanzi bejn ekonomiji fir-reġjun innifsu.

6.5

Il-Ftehim għandu jagħti kontribut deċiżiv għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali fir-reġjun sabiex il-benefiċċji tiegħu japplikaw għal kulħadd u mhux biss għas-setturi li diġà qegħdin igawdu minn ċerti vantaġġi.

6.6

Għandu jiġbor fih dimensjoni soċjali u ta' l-impjieg konformi b'mod partikolari mar-regoli ta' l-ILO. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandu jħeġġeġ lill-firmatarji sabiex ikunu konformi mal-prinċipji u l-valuri espressi fil-Kostituzzjoni ta' l-ILO u fl-istrumenti soċjali prinċipali tagħha, bħad-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol (1998), id-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali (1977, emendata fl-2000) u r-Riżoluzzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol li tikkonċerna d-drittijiet tat-trade unions u r-relazzjoni tagħhom mal-libertajiet ċivili (1970).

6.7

Għandu jiġbor fih dimensjoni soċjali ċara, mhux biss sabiex jenfasizza kwistjonijiet relatati max-xogħol iżda wkoll għall-ħarsien ta' l-ambjent u sabiex juri l-għan tal-progress ġenerali tar-reġjun u tal-popli tiegħu.

6.8

Għandu jqis il-membri l-iktar vulnerabbli tas-soċjetà, bħan-nisa, popli indiġeni u popli ta' nisel Afrikan.

6.9

Għandu jfassal il-mekkaniżmi neċessarji sabiex ikun żgurat id-dritt ta' sehem effettiv tas-soċjetà ċivili mill-bidu tan-negozjati sa l-implimentazzjoni.

6.10

Għaldaqstant, għandu jingħata appoġġ lill-korpi konsultattivi tas-soċjetà ċivili organizzata, b'mod partikolari lis-CC-SICA, il-korp istituzzjonali għall-proċess ta' integrazzjoni fir-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali, sabiex ikun żgurat li għandu r-riżorsi umani, loġistiċi u finanzjarji neċessarji sabiex jaqdi dmirijietu.

6.11

Il-Kumitat Konġunt għall-Monitoraġġ li jsegwi n-negozjati għandu wkoll ikun stabbilit mingħajr ebda dewmien, li jiġbor fih membri tal-KESE u tas-CC-SICA, li magħhom jistgħu jingħaqdu, permezz ta' ftehim reċiproku bejn il-partijiet, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet oħrajn meqjusin li huma neċessarji u rilevanti għall-analiżi tal-proċess tan-negozjati.

6.12

Fl-aħħarnett, diskussjonijiet bejn is-CC-SICA u l-KESE għandhom jibdew minnufih dwar il-kompożizzjoni, id-dmirijiet u l-metodi tal-kumitat konsultattiv konġunt tal-ġejjieni, il-korp istituzzjonali ta' konsulenza li ser jissorvelja l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-ġejjieni.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  “Koeżjoni Soċjali fl-Amerika Latina u l-Karibew”, ĠU C 110, 10.4.2004; relazzjonijiet UE-Messiku, relazzjonijiet UE-Komunità Andina, ĠU C 309, 16.12.2006.

(2)  Punt 31 tad-dikjarazzjoni finali tas-summit ta' Vjenna jgħid: “Waqt li nerġgħu niftakru bl-objettivi strateġiċi komuni tad-Dikjarazzjoni ta' Gwadalajara u waqt li nikkunsidraw ir-riżultat pożittiv ta' l-eżerċizzju konġunt ta' valutazzjoni dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali li twettqet mill-Amerka Ċentrali, nilqgħu d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Unjoni Ewropea u mill-Amerka Ċentrali sabiex iniedu n-negozjati għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż l-istabbiliment ta' Żona Ħielsa għall-Kummerċ.”

(3)  L-esportazzjonijiet bejn il-pajjiżi tar-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali żdiedu b'madwar 60 % bejn l-1995 u l-2002. “InformeCentroamericano 2004” — Bank InterAmerikan għall-Iżvilupp.

(4)  Il-Parlament ta' l-Amerika Ċentrali.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 256/144


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-Nisa fir-reġjun ta' l-EUROMED”

(2007/C 256/25)

Nhar is-17 ta' Jannar 2007, b'konformità ma' l-Artikolu 29 paragrafu 2 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-Promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-Nisa fir-reġjun ta' l-EUROMED.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-14 ta' Ġunju 2007. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Attard.

Matul l-437 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2007 (seduta tat-12 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'130 vot favur, vot wieħedkontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-impenn sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Mediterran lejn Sħubija Ewro-Mediterranja. Kif hemm stipulat fil-Programm ta' Ħidma ta' Ħames Snin tal-Kummissjoni Ewropea, huwa jappoġġja b'mod partikulari l-proġetti li l-għan tagħhom huwa l-iżvilupp ta' azzjoni għall-promozzjoni ta' l-emanċipazzjoni tan-nisa. Għalhekk, huwa jipproponi li jiġu allokati fondi speċifiċi għall-finanzjament ta' dawk il-pajjiżi fir-reġjun Ewro-Mediterran li jkunu involuti f'azzjonijiet pożittivi mmirati lejn it-titjib konkret ta' l-istatus legali tal-mara (1).

1.2

Il-KESE iħeġġeġ li l-mekkaniżmi ta' reviżjoni tal-Konklużjonijiet ta' l-ewwel Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja dwar “It-Tisħiħ tar-rwol tan-Nisa fis-Soċjetà” jassiguraw li l-iżvilupp ta' l-intraprenditorija tan-nisa jiġi sorveljat u evalwat b'mod strett, u li jittieħdu miżuri sabiex jitjieb l-iżvilupp tagħha.

1.3

Il-KESE jħeġġeġ li miżuri u objettivi speċifiċi li jindirizzaw il-promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-nisa jiġu inklużi fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali adottati fil-qafasl tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP).

1.4

Il-KESE jirrakkomanda li fl-ENP jiġu allokati iktar fondi għall-iżvilupp ta' l-intraprenditorija tan-nisa u għall-assistenza teknika li jibbenefikaw minnha għall-ħoliqen ta' intrapriżi.

1.5

Il-KESE jilqa' l-inizjattivi tad-DĠ Intrapriża u Industrija u d-DĠ Europe-Aid (2) li jimmiraw lejn l-intraprendituri fl-Ewropa u l-pajjiżi sħab tal-Mediterran. Huwa sejjaħ lill-imsieħba Ewro-Mediterranji sabiex jieħdu miżuri simili, immirati lejn il-bżonnijiet ta' dan ir-reġjun permezz tal-Pjanijiet ta' Azzjoni li ġew innegozjati mal-pajjiżi sħab tal-Mediterran.

1.6

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon t-twaqqif tal-Kumitat ad hoc għad-drittijiet tan-nisa fi ħdan l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA). Huwa jħeġġeġ lill-Kumitat sabiex jipproponi politiki li jsaħħu l-attivitajiet attwali ta' l-intrapriża mwettqa min-nisa u sabiex jippromovi inizjattivi sostenibbli li jħarsu 'l quddiem fil-konfront tal-kompetizzjoni dinjija.

1.7

Il-KESE jirrakkomanda li n-nisa jiġu identifikati fl-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża (3).

1.8

Għandhom isiru sforzi sabiex jiġi assigurat li numru bilanċjat ta' tfajliet u ġuvintur jibbenefikaw mill-programmi Ewro-Mediterranji mmirati lejn iż-żgħażagħ, kemm fir-rigward ta' parteċipanti kif ukoll ta' persuni responsabbli.

1.9

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Pjattaforma Ewro-Mediterranja għaż-Żgħażagħ, li twaqqaf netwerk Ewro-Mediterannju ta' gruppi ta' żgħażagħ li jaħdmu fuq il-kwistjonijiet dwar is-sessi (4), kif ukoll netwerk Ewro-Mediterranju għall-intraprendituri żgħażagħ (5).

1.10

Il-KESE jemmen li l-kooperazzjoni inter-ministerjali, il-parteċipazzjoni ta' partijiet interessati oħra, bħar-rappreżentanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji, l-aġenziji ta' l-implimentazzjoni, ir-rappreżentanti tal-komunitajiet ta' l-intrapriża, l-esperti u kontributuri fl-iskambju tal-fehmiet dwar l-oqsma ta' prijorità u l-iffaċilitar tat-trasferiment ta' intrapriżi eżistenti lin-nisa ser jipproduċu riżultati iktar effettivi fil-promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-nisa.

1.11

Il-KESE jħeġġeġ it-tisħiħ ta' l-NGOs u l-organizzazzjonijiet soċjo-professjonali li qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-promozzjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi fost in-nisa permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati.

1.12

Il-KESE jħeġġeġ lill-partijiet interessati Ewro-Mediterranji sabiex jorganizzaw konferenza dwar it-tema ta' l-intraprendituri nisa fir-reġjun Ewro-Mediterranju għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet relatati u sabiex isiru proposti relatati mal-kontribuzzjoni li jistgħu jagħtu n-nisa lill-isfidi globali f'dan ir-reġjun.

1.13

Il-KESE jerġa' jikkonferma t-twemmin tiegħu li l-promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-nisa fir-reġjun Ewro-Mediterranju taqdi rwol sinifikanti fil-ħolqien ta' ekonomija attiva u dinamika adatta għal kuntest globalizzat.

1.14

Il-KESE jemmen li t-tisħiħ ta' l-ambjent intraprenditorjali għan-nisa huwa rekwiżit neċessarju għall-iżvilupp ta' l-aċċess għas-suq fir-reġjuni u mal-pajjiżi ta' l-UE.

1.15

Il-KESE jirrakkomanda li fl-indirizzar ta' l-isfidi tal-ġejjieni li jiffaċċjaw l-intraprendituri nisa, għandha ssir riċerka addizzjonali sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet speċifiċi f'kull pajjiż.

1.16

Il-KESE jinnota li hemm varjetà ta' osservatorji inklużi l-GEM, l-UNDP u l-Bank Dinji li qegħdin iħarsu lejn l-intraprenditorija fir-reġjun Ewro-Mediterranju, iżda jirrakkomanda Pjattaforma għall-komunikazzjoni aħjar tar-riżultati lil dawk responsabbli mill-politika u għall-ġabra u t-tixrid ta' l-informazzjoni għall-mikro-intrapriżi, dawk żgħar u ta' daqs medju fir-reġjun Ewro-Mediterranju. Il-Pjattaforma tista' tiffoka speċjalment fuq:

a.

oqsma li fihom l-intraprendituri nisa jiffaċċaw diffikultajiet partikulari,

b.

appoġġ u żvilupp ta' programmi għall-intraprendituri nisa,

ċ.

żvilupp ta' mekkaniżmi fir-rigward ta' l-istatus legali tal-ko-intraprendituri li jassistu lill-konjuġi u l-protezzjoni soċjali tagħhom,

d.

azzjoni li ssaħħaħ is-sigurtà soċjali u l-istatus legali tan-nisa li qegħdin jiżviluppaw l-intrapriża tagħhom stess.

1.17

Il-Kumitat jirrakkomanda li fil-qasam tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni:

tingħata prijorità li jitħeġġeġ l-investiment fl-infrastruttura u l-istrateġiji li jtejbu l-aċċess għat-teknoloġiji ġodda ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

jingħata aċċess aħjar għall-faċilitajiet u taħriġ fl-ICT lin-nisa li qegħdin jibdew l-intrapriża tagħhom stess sabiex jiġi ffaċilitat il-marketing, it-twassil tal-prodotti għand il-konsumatur permezz tal-kanali ta' distribuzzjoni adattati peress li l-ICT tista' taġixxi bħala mezz ukoll għal marketing aħjar;

il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-tfassil tal-politika relatata ma' l-iżvilupp u l-ħolqien ta' l-ICT, tittejjeb permezz tat-twaqqif tad-djalogu mal-kumpaniji ta' l-ICT u partijiet interessati oħra sabiex jiftħu toroq għall-kooperazzjoni u l-azzjoni konġunta.

Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li l-Forum Universitarju Permanenti Ewro-Mediterranju (6) li nħoloq f'Tampere jagħti l-prijorità lid-dimensjoni tas-sessi fl-inizjattivi tiegħu, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-intraprenditorija.

1.18

Il-KESE jirrakkomanda li tingħata attenzjoni speċjali lill-influwenza tal-mezzi tax-xandir, partikularment tat-televiżjoni, dwar l-intraprenditorija u n-nisa.

2.   Rakkomandazzjonijiet għal mekkaniżmi speċifiċi għall-Intraprenditorija Femminili fir-reġjun ta' l-EUROMED

2.1

Jeħtieġ li jiġu introdotti politiki u programmi speċifiċi sabiex in-nisa jkunu jistgħu jagħmlu kontribuzzjoni ikbar lejn it-tkabbir u l-iżvilupp. Xi wħud minn dawn il-proċeduri jistgħu jiġu stabbiliti fi Pjan ta' Azzjoni, li għandu skadenzi u proċeduri ta' evalwazzjoni li huma ċari, u għandu jinkludi:

1.

Mekkaniżmi għat-Tisħiħ tal-Kapaċità, u skemi ta' appoġġ, li jħeġġu lin-nisa sabiex jikkunsidraw l-ambjenti tagħhom li jgħixu u jaħdmu fihom u kif jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fl-iżvilupp tagħhom permezz tal-ħiliet tagħhom stess. Dan jista' jinkludi l-promozzjoni ta' mezzi għat-twaqqif ta' gruppi li jgħinu lilhom infushom.

2.

Investiment fl-infrastruttura soċjali u s-servizzi li jappoġġjaw lin-nisa fix-xogħol u l-impjieg indipendenti.

3.

Id-definizzjoni ta' l-attività tradizzjonali intraprenditorjali, l-SMEs u l-impjieg indipendenti individwali

4.

It-twaqqif ta' livell ugwali għall-intrapriżi b'sjieda maskili u femminili, tkun xi tkun id-daqt ta' l-intrapriża.

5.

Il-ħolqien ta' sistema legali ugwali li tippermetti lin-nisa li jiffirmaw dokumenti u li jkunu sidien tal-proprjetà.

6.

Taħriġ għan-nisa li jmexxu jew huma sidien ta' intrapriżi, imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. B'żieda ma' dan, jistgħu jiġu inklużi wkoll programmi ta' mentoring, it-twaqqif ta' korpi professjonali u ta' konsulenza fuq kwistjonijiet legali u fiskali.

7.

Il-ħolqien ta' “kumpaniji ta' garanzija reċiproka” (mutual guarantee companies), korpi ekonomiċi li l-membri tagħhom huma sidien ta' SMEs u li jaġixxu bħala garanti għall-faċilitajiet bankarji.

8.

L-implimentazzjoni ta' programmi speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' intrapriżi minn nisa migranti u gruppi tal-minoranza.

9.

Mekkaniżmi ta' informazzjoni u ta' appoġġ għall-ħolqien ta' intrapriżi soċjali u kooperattivi.

10.

Kooperazzjoni u ko-netwerking mal-kontrapartijiet ta' l-UE sabiex jiġu identifikati strutturi u mekkaniżmi, inklużi l-aħjar prassi, li servew bħala valur miżjud f'postijiet oħra.

11.

Politiki ta' l-edukazzjoni li jippromovu l-approċċ u l-attitudni intraprenditorjali sa minn età żgħira (7). Approċċ intraprenditorjali jrid ikun maħsub bħala proċess ta' tagħlim tul il-ħajja kollha li jibda fl-iskola primarja. Dan jista' joffri żieda fil-flessibilità fi stadji differenti fil-ħajja ta' persuna.

12.

It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha, ta' gvern, ta' l-awtoritajiet lokali u tal-korp legali.

13.

Il-ftuħ ta' kuntratti pubbliċi għall-SMEs u partikularment għall-intrapriżi b'sjieda femminili sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ta' l-intrapriżi.

14.

Objettivi speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi f'politiki ta' l-impjieg, b'indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi, peress li huwa essenzjali li iktar nisa jsiru intraprendituri, sabiex jiġi assigurat l-impjieg, u sabiex il-kwalità ta' dan l-impjieg titjieb (8).

3.   Is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi

3.1

Huwa importanti li d-drittijiet tan-nisa ma jkunux trattati bħala kwistjoni iżolata separata mir-rwol tan-nisa fl-iżvilupp ekonomiku. L-impenn mill-imsieħba soċjali li jirrikonoxxu r-relazzjoni bejn id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-iżvilupp u d-drittijiet tan-nisa huwa essenzjali. It-tneħħija ta' l-ostakli għall-għotja tas-setgħa lin-nisa, li jirriżultaw minn liġijiet tradizzjonali, kulturali u familjali għandha tingħata prijorità.

3.2

L-indirizzar tad-differenza bejn is-sessi, l-edukazzjoni u l-impjieg fir-reġjun Ewro-Mediterranju jeħtieġ sforz konġunt sabiex jinħoloq ambjent fejn in-nisa jkunu jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom ta' l-intraprenditorija.

3.3

Ir-rata ta' nisa analfabeti fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u ta' l-Afrika ta' Fuq, minkejja li jvarja minn pajjiż għal ieħor, għadu għoli ferm, il-medja ta' 42 %, filwaqt li l-medja għall-irġiel hija ta' 21 %. Madankollu, l-aħħar żewġ għexieren ta' snin juru tendenza pożittiva fl-aċċess ugwali għall-edukazzjoni li tvarja minn pajjiż għal ieħor. F'kull pajjiż hemm differenza sinifikanti bejn ir-rata ta' l-analfabetiżmu fost in-nisa żgħażagħ (ta' bejn il-15 u l-24 sena) u l-popolazzjoni tan-nisa adulti (ta' 24 sena u 'l fuq) (9).

3.4

Tul l-aħħar għaxar snin, iż-żieda fl-opportunitajiet tax-xogħol għan-nisa kienu r-riżultat ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll it-tkabbir f'setturi fejn id-domanda għax-xogħol min-nisa huwa l-ogħla bħas-servizzi soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa u l-professjonijiet tas-servizzi. 32 % biss min-nisa ta' età tax-xogħol qegħdin jaħdmu jew ifittxu x-xogħol barra mid-dar. Fil-klassijiet soċjali tradizzjonali, fejn it-tfajliet imorru l-iskola, m'humiex imħeġġa li jsibu impjieg.

3.5

Is-sistema ta' l-edukazzjoni għandha bżonn tħeġġeġ l-inizjattivi intraprenditorjali u t-teħid tar-riskju. Il-ħolqien ta' pjan nazzjonali għall-edukazzjoni sabiex titjieb il-kwalità ta' l-edukazzjoni bażika u sabiex jinqered l-analfabetiżmu, fost in-nisa, b'mod partikulari dawk żvantaġġati u b'diżabilità, huwa kruċjali.

3.6

Filwaqt li l-bżonn ta' l-edukazzjoni fil-kwistjonijiet taċ-ċittadinanza u l-informazzjoni lill-publiku fir-rigward tad-drittijiet soċjali, politiċi, legali u ekonomiċi tan-nisa huwa importanti, hija neċessarja wkoll l-edukazzjoni tar-rappreżentanti ta' korpi finanzjarji u l-partijiet interessati oħra sabiex jifhmu l-bżonnijiet tan-nisa fl-attivitajiet kummerċjali.

3.7

L-iżbilanċ bejn is-sessi għandu jiġi kkunsidrat bħala kwistjoni ewlenija fil-kuntesti soċjo-politiċi u l-iżvilupp ġenerali tat-tkabbir ekonomiku fir-reġjun. Ir-rwol u l-istatus partikulari li s-soċjetà timponi fuq in-nisa permezz tal-liġi tradizzjonali tal-familja, li tissejjaħ ukoll il-Kodiċi ta' l-Istatus Personali tiddiskrimina kontra n-nisa. L-istatus legali tan-nisa li jikkontrolla l-parteċipazzjoni tan-nisa f'attivitajiet ekonomiċi, politiċi, soċjali, ċiviċi u kulturali jibqa' wieħed mill-ikbar ostakli, minkejja li 190 pajjiz, inkluż ir-reġjun Għarbi, irratifikaw id-Dikjarazzjoni tal-Millennju (10).

3.8

Huwa neċessarju li tingħata l-viżibilità u li jissaħħu l-attivitajiet ta' l-intrapriżi żgħar tradizzjonali mmexxija min-nisa. Dan jinkludi l-attivitajiet bla ħlas fix-xogħol tal-familja u tradizzjonali. It-taħriġ u l-appoġġ għandu jingħata sabiex iħeġġeġ l-iżvilupp u l-modernizzar ta' ħafna intrapriżi żgħar u ta' l-artiġġjanat li jistgħu jiġu trasformati f'impjieg produttiv bil-ħlas permezz tal-ħolqien ta' sevizzi li jistgħu jitqiegħdu fis-suq li jagħtuhom setgħa ekonomika.

3.9

L-ikbar kontribuzzjoni tan-nisa hija fis-settur agrikolu. F'żoni rurali fejn proporzjon għoli tan-nisa huma analfabetiċi jew m'għandhomx iktar minn edukazzjoni primarja, l-aċċess għar-riżorsi tat-taħriġ huwa limitat ħafna (11). Ta' sikwit ma jkollhomx it-tagħrif u l-kunfidenza fihom innifishom sabiex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom stess u tal-familji tagħhom. Għaldaqstant, għandhom bżonn programmi integrati, li jikkumbinaw l-għotja tal-poter personali, it-taħriġ vokazzjonali u t-taħriġ fl-intraprenditorija u l-ħiliet kummerċjali bażiċi kif ukoll appoġġ fit-tfassil ta' pjanijiet għal intrapriżi vijabbli, aċċess għal self għall-ħolqien ta' intrapriżi u kreditu sabiex jistabbilixxu mikro-intrapriżi fl-irħula tagħhom. Il-programmi tat-taħriġ għandhom jipprovdu lin-nisa rurali l-opportunitajiet li jikkombinaw l-inizjattivi fil-qasam agrikulturali u setturi oħra u li jassiguraw l-appoġġ għall-attivitatjiet tagħhom li m'humiex agrikoli mill-popolazzjoni ta' l-irġiel fil-komunitajiet.

3.10

Huwa importanti li jitwaqqfu kooperattivi li jappoġġjaw lin-nisa intraprendituri.

3.11

Huwa importanti wkoll li jissaħħu n-nisa intrapendituri eżistenti sabiex jiskopru setturi ġodda fejn in-nisa jistgħu jieħdu l-inizjattiva ekonomika fl-iżvilupp ta' attivitajiet ta' intrapriża mhux tradizzjonali, inkluż l-iżvilupp tal-kapaċità fir-reklamar, il-marketing u l-prezzijiet, u l-mira ta' swieq barranin.

3.12

Il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-iżvilupp ta' l-attivitajiet ekonomiċi tan-nisa jeħtieġ fehim ċar tas-sitwazzjoni attwali u futura fir-reġjuni differenti.

3.13

L-involviment tal-partijiet interessati kollha hija neċessarja sabiex jitneħħew il-barrieri li jsibu n-nisa u sabiex jiġu introdotti politiki u programmi speċifiċi sabiex in-nisa jkunu jistgħu jagħtu kontribuzzjoni ikbar lejn it-tkabbir u l-iżvilupp.

3.14

L-aċċess għall-finanzi huwa essenzjali. Il-limiti tal-kreditu għandhom jogħlew sabiex iħeġġu l-intrapriżi mikro u żgħar jespandu u jinvestu fl-intrapriża tagħhom. Il-gvern u l-kontributuri jistgħu joffru inċentivi lill-istituzzjoni formali tas-self għal dawn il-proġetti. Il-persuni inkarigati mit-tfassil tal-poltika għandhom jiftakru d-differenzi bejn l-SMEs u l-intrapriżi mikro fir-rigward ta' l-organizzazzjoni, il-finanzi, il-produttività u t-tkabbir potenzjali.

3.15

Inċentivi għal intrapriżi ġodda u għat-twaqqif ta' intrapriżi għandhom jinkludu iktar effiċjenza fis-settur tal-mikro-kreditu, u li l-banek kummerċjali jipprovdu kondizzjonijiet adegwati u realistiċi għas-self.

3.16

L-organizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' marketing u ta' promozzjoni fir-reġjun u fl-Istati Membri ta' l-UE jistgħu joffru l-possibilità ta' inizjattivi orjentati lejn l-esportazzjoni b'mod partikulari fis-settur tal-manifattura.

3.17

Il-futur tan-nisa fir-reġjun Ewro-Mediterranju għandu jitqies fix-xena ekonomika, politika, soċjali u familjali ġenerali. Mingħajr tkabbir ekonomiku u żieda fir-rata ta' l-impjieg, in-nisa ser ikomplu jsofru d-diskriminazzjoni f'kompetizzjoni inġusta ma' l-irġiel.

3.18

Jeħtieġ li jiġu introdotti politiki u programmi speċifiċi sabiex in-nisa jkunu jistgħu jagħtu kontribuzzjoni akbar lejn it-tkabbir u l-iżvilupp.

3.19

Strateġiji li jimmiraw b'mod partikolari lin-nisa intraprendituri jistgħu jipprovdu opportunitajiet għalihom sabiex joħorġu mill-istrutturi ekonomiċi tradizzjonali u jinvestu iktar fl-intrapriża.

3.20

Hemm bżonn għal riċerka li tirfed l-inizjattivi kollha sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull pajjiż, li jindirizzaw il-vantaġġi u d-dgħjufijiet tan-nisa permezz tas-segmentazzjoni tal-gruppi differenti ta' l-età u studji settorjali speċjalizzati.

3.21

L-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri nazzjonali relatati mal-ħolqien ta' intrapriżi, mas-servizzi ta' informazzjoni u ta' parir, mat-taħriġ, mal-mentoring u man-netwerking huma neċessarji sabiex jiġu identifikati u jsir skambju ta' prattiċi tajba bejn it-Tramuntanta u n-Nofsinhar taż-żona Ewro-Mediterranja kif ukoll bejn il-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran. Is-sorveljanza tal-progress fil-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji għandha tkun kontinwa sabiex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fil-ħajja ekonomika ta' pajjiżhom.

3.22

Permezz tal-programmi transnazzjonali implimentati fir-reġjun Ewro-Mediterranju, l-assoċjazzjonijiet tan-nisa intraprendituri jistgħu jaqsmu l-esperjenza u l-prattika tajba, li huwa mod effettiv fl-iżvilupp ta' l-attivitajiet u l-ħiliet ta' l-intrapriża.

3.23

Is-sistema ta' rappreżentanza (franchising) tista' tkun għodda utli għall-għotja tas-setgħa lin-nisa billi jaħdmu għal rashom u jsiru intraprendituri żgħar. Jista' jitnaqqas ir-riskju meta jinbeda proġett ġdid peress li wieħed jista' jibni fuq prassi u ħiliet ippruvati. It-titjib fil-prestazzjoni taċ-ċentri ta' riżorsi intraprenditorjali huwa importanti wkoll. Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kapaċità b'tali mod li tikkunsidra l-ħtiġijiet ta' l-intrapriża, u dan jista' jiġi żviluppat permezz ta' referenza għall-prassi u programmi ta' suċċess f'pajjiżi oħra.

3.24

L-esplorazzjoni ta' oqsma oħra bħas-servizzi ta' l-ICT, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-ġestjoni ta' ħwienet tal-mezzi tax-xandir u l-produzzjoni ta' programmi innovattivi tal-mezzi tax-xandir kif ukoll l-esplorazzjoni ta' speċjalizzazzjonijiet ġodda fl-industrija turistika jistgħu joħolqu toroq ġodda għall-attivitatjiet intraprenditorjali għan-nisa.

3.25

L-ICT tikkontribwixxi għall-produttività, it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg. L-iżvilupp ta' dan is-settur huwa kruċjali għar-reġjun Ewro-Mediterranju sabiex jikkompeti globalment. Fit-twaqqif ta' l-infrastruttura neċessarja, huwa importanti li l-aċċess jiġi assigurat għal kulħadd, sabiex id-diviżjoni diġitali ma titwessax, partikularment fost in-nisa u fis-sezzjonijiet tal-popolazzjoni b'rati għoljin ta' analfabetiżmu. Il-valur miżjud ta' l-iżvilupp ta' l-ICT ser itejjeb il-ħiliet intraprenditorjali ta' l-irġiel u n-nisa.

3.26

Il-Portall għall-Intraprenditorija tan-Nisa (12) tad-DĠ Intrapriża u Industrija tal-Kummissjoni Ewropea tista' tkun għodda utli għall-iskambju tal-prattika tajba u n-netwerking.

3.27

Jista' jinħoloq xogħol formali fil-provvista tal-faċilitajiet tal-kura tat-tfal li ser jgħinu wkoll lin-nisa sabiex jirrikonċiljaw ir-responsabilitajiet tal-familja u tax-xogħol.

3.28

Is-servizzi ta' l-appoġġ u l-informazzjoni dwar l-impjieg indipendenti għan-nisa jtaffi l-pressjoni ta' l-immigrazzjoni. Dan jista' jwassal għall-ħolqien ta' xogħol fil-pajjiżi ta' l-oriġinu u l-pajjiżi ospitanti.

4   Il-Proċess ta' Barċellona u l-ENP

4.1

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat timmira lejn it-trawwim ta' l-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-imsieħba tagħha. L-allokazzjoni baġitarja għall-Imsieħba Mediterranji fl-ENP għall-2007-2013 żdiedet bi 32 % għal EUR 12-il biljun. Madankollu ma tatx biżżejjed attenzjoni lill-promozzjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi tan-nisa.

4.2

Matul is-sessjoni plenarja ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja tas-16 u s-17 ta' Marzu 2007, il-KESE ġie mogħti l-istatut ta' osservatur permanenti, bid-dritt li jintervjeni fil-laqgħat kollha ta' l-EMPA. Dan jagħti lill-KESE opportunità kbira li jippromovi t-tisħiħ ta' l-attività ekonomika tan-nisa.

4.3

Matul l-ewwel Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja dwar “It-Tisħiħ tar-Rwol tan-Nisa fis-Soċjetà” f'Istanbul, f'Novembru 2006 (13), ittieħed l-impenn li “tiġi promossa l-intraprenditorija tan-nisa permezz tat-titjib fl-aċċess għall-art, il-finanzi, is-swieq, l-informazzjoni, it-taħriġ u n-netwerking għan-nisa u li jħeġġu l-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex ifasslu prodotti għall-ħtiġijiet tan-nisa b'mod partikulari billi jipprovdu l-mikro-kreditu”.

5.   Il-Karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża

5.1

Matul il-Ħames Konferenza Ewro-Mediterranja f'Caserta (l-Italja) fl-4 ta' Ottubru 2004, il-Ministri ta' l-Industrija approvaw programm ta' ħidma fir-rigward tal-Kooperazzjoni Industrijali għall-2005-2006. Waħda mill-proposti kienet l-skambju ta' l-għarfien u l-esperjenza fl-edukazzjoni għall-intrapriża.

5.2

Bħala riżultat, id-Direttorat-Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea nieda l-Karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża (14) li ġiet approvata minn disa' msieħba Mediterranji. Wieħed mill-prinċipji ewlenin kien li tinbena soċjetà intraprenditorjali fir-reġjun Ewro-Mediterranju li jimmira li jindirizza liż-żgħażagħ u lill-adulti permezz ta' sistema edukattiva fil-livelli kollha f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja kollha. Madankollu, m'hemm l-ebda referenza għall-isfidi li jiffaċċjaw l-intraprendituri nisa.

5.3

Il-Karta hija għodda effettiva sabiex jitjiebu l-kondizzjonijiet għall-kummerċ. Madankollu, fl-implimentazzjoni tal-Karta, il-promozzjoni ta' l-intraprenditorija għan-nisa ma kienet la prinċipju ewlieni lanqas wieħed mill-objettivi.

5.4

Filwaqt li l-Programm ta' Ħidma fir-rigward tal-Kooperazzjoni Industrijali Ewro-Mediterranja għall-2007-2008 jibni fuq dak li nkiseb s'issa u jsaħħaħ il-miżuri li ttieħdu sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni, dan ma jimmirax speċifikament lejn il-promozzjoni ta' l-intraprenditorija tan-nisa.

5.5

Numru ta' inizjattivi mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea jistgħu jservu ta eżempji ta' prattika tajba u t-trasferiment ta' l-għarfien bejn pajjiżi Ewropej u Mediterranji (15).

6.   Ir-rwol tas-Soċjetà Ċivili

6.1

Is-soċjetà ċivili organizzata taqdi rwol importanti fl-emanċipazzjoni tan-nisa, il-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni tagħhom fl-isfera pubblika kif ukoll fl-attivitajiet intraprenditorjali tagħhom.

6.2

It-tisħiħ fuq tradizzjoni b'saħħitha tal-kura ta' l-iżvantaġġati, inklużi, fost oħrajn, in-nisa b'diżabilitajiet u n-nisa bi ftit li xejn aċċess għall-faċilitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jista' jiġi utilizzat aħjar bil-provvista tat-taħriġ fil-ġestjoni tal-ħiliet u l-finanzji.

6.3

Permezz ta' sħubiji privati-pubbliċi, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet soċjo-professjonali jistgħu jistimolaw it-tkabbir ekonomiku b'mod effettiv (16). Sħubiji bħal dawn jistgħu jipprovdu estensjoni ġdida għas-servizzi għall-attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul.

6.4

Oqsma oħra li fihom jistgħu jaħdmu l-NGOs u l-organizzazzjonijiet li jiddisponu minn esperjenza huma t-taħriġ u l-akkreditazzjoni sabiex tinqered id-differenza bejn is-sessi fl-edukazzjoni.

7.   Ir-rwol tal-KESE

7.1

Il-KESE għandu rwol importanti x'jaqdi sabiex jassigura l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-politika Ewro-Mediterranja fir-rigward ta' l-integrazzjoni tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali (17).

7.2

Il-KESE kkontribwixxa lejn it-tema tan-nisa u l-impjieg permezz ta' rapport li tressaq matul il-21 laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Turkija fit-13 u l-14 ta' Lulju 2006 (18) f'Bodrum u ser jelabora rapport dwar in-nisa u l-intraprenditorija għal-laqgħa tiegħu li jmiss li ser tinżamm f'Novembru 2007 f'Bodrum fit-Turkija.

7.3

Fid-Dikjarazzjoni Finali tas-Summit Ewro-Mediterranju tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili li nżamm f'Ljubljana, fis-Slovenja bejn il-15 u s-17 ta' Novembru (19), il-parteċipanti kkommettew ruħhom li jmexxu 'l quddiem l-inizjattivi tagħhom għall-integrazzjoni tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali, b'mod partikulari permezz ta' l-iżvilupp ta' l-intraprenditorija tan-nisa.

7.4

Il-KESE jappoġġja wkoll ir-rikonoxximent tal-Ministri ta' l-importanza tat-trawwim tar-rwol tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħha permezz ta' interazzjoni mtejba bejn il-kuntatti tal-gvern u l-parlament u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, iż-żgħażagħ, it-trade unions, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u professjonali u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali.

7.5

Bħala parti mill-Proċess ta' Barċellona, l-UE nediet numru ta' programmi, li wħud minnhom kienu mmirati direttament lejn iż-żgħażagħ tal-pajjiżi Ewro-Mediterranji. Il-Kumitat ippreżenta rapport ta' informazzjoni dwar “L-appoġġ għaż-żgħażagħ fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran” li jindirizza wkoll il-promozzjoni ta' l-intrapriża għan-nisa (20).

8.   Konklużjoni

8.1

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tassigura l-inklużjoni ta' evalwazzjoni ta' l-impatt tal-politiki ta' l-ENP, inklużi l-programmi MEDA u l-inklużjoni sistematika tal-kunsiderazzjonijiet tal-ġeneru. Ir-rwol tan-nisa fl-intraprenditorija fir-reġjun Ewro-Mediterranju huwa kruċjali fl-indirizzar ta' l-isfidi ekonomiċi tal-globalizzazzjoni. Il-programm reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea għar-reġjun tal-Lvant Nofsani u ta' l-Afrika ta' Fuq għall-promozzjoni tan-nisa fil-ħajja ekonomika huwa pass pożittiv. Għandhom jittieħdu miżuri li jassiguraw il-konsultazzjoni mar-rappreżentanti rilevanti tas-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs tan-nisa fil-fażijiet kollha tal-proġetti- il-programmar, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u s-segwitu — sabiex jassiguraw li l-għanijiet stabbiliti jinkisbu.

Brussell, 12 ta' Lulju 2007.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  http://ec.europa.eu/comm/external_relations/euromed/barcelona_10/docs/10th_comm_en.pdf.

(2)  http://ec.europa.eu/europeaid/index_en.htm.

(3)  http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/ind_coop_programmes/med/doc/f1949_en.pdf.

(4)  http://www.cesie.org/cms/index.php?option=com_content&task=view&id=70&Itemid=85.

(5)  REX/222 Rapport ta' Informazzjoni — Appoġġ għaż-żgħażagħ fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran, CESE 642/2006.

(6)  http://www.medainstitute.fi/?navi=360&lang=2.

(7)  Jerneck Inrawwmu l-approċċ Intraprenditorjali permezz ta' l-edukazzjoni.

(8)  Opinjoni tal-KESE “Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali — ir-rwol tas-soċjetà ċivili u tal-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru”Rapporteur: Pariza Castaños.

(9)  Id-database tal-Bank Dinji (World Bank) (April 2006).

(10)  Hijab, Nadia, 2001: Laws, Regulations and Practices impeding Women' Economic Participation in the Mena Region, rapport sekondarju, ippreżentat lill-Bank Dinji, April.

(11)  L-Għotja tas-Saħħa Ekonomika lin-Nisa Rurali fil-Palestina — programm MEDA, EuropeAid — Jannar 2006 — Diċembru 2007 — Proġett Palestinjan, Israeli u Ewropew konġunt.

(12)  http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/craft/craft-women/womenentr_portal.htm.

(13)  http://ec.europa.eu/comm/external_relations/euromed/women/docs/conclusions_1106.pdf.

(14)  http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/ind_coop_programmes/med/doc/f1949_en.pdf.

(15)  http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/craft/craft-women/women-dgentr-active.

http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/craft/craft-women/database-women.htm.

(16)  file://E:\PPP for women entrepreneurship.htm 8.3.2007.

(17)  Ir-rwol tal-korpi konsultattivi u l-organizzazzjonijiet soċj-okkupazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u fil-kuntest tal-Politka Ewropea tal-Viċinat.

(18)  Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Turkija.

(19)  http://www.europarl.europa.eu/intcoop/empa/home/final_declaration_ljubljana_112006_en.pdf.

(20)  Rapport ta' Informazzjoni — Appoġġ għaż-żgħażagħ fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran.