ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
27 ta' Ottubru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2007/C 255/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tkomplija ta' xogħol fuq il-Programm ta' Ħidma għall-aħjar implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data

1

2007/C 255/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) — COM(2006) 817 finali

13

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 255/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

22

2007/C 255/04

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

24

2007/C 255/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4889 — Barclays Industrial Investments/Gemeaz/ Scapa) ( 1 )

31

2007/C 255/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4885 — Ineos/Nova/JV) ( 1 )

31

2007/C 255/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4836 — CVC/Univar) ( 1 )

32

2007/C 255/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4822 — Advent International/Takko Holding) ( 1 )

32

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 255/09

Rata tal-kambju ta' l-euro

33

2007/C 255/10

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-415-il laqgħa tiegħu fil-11 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat

34

2007/C 255/11

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-416-il-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Settembru 2006 rigward abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 —Apparat

34

2007/C 255/12

Opinjoni tar-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-EFTA rigward abbozz ta' deċiżjoni preliminari dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat (Laqgħa tal-11 ta' Settembru 2006 tal-Kumitat Konsultattiv tal-KE dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti)

35

2007/C 255/13

Rapport Finali ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ — dwar il-proċedura fil-Każ COMP/38.121 — APPARAT (skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

36

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 255/14

F-Castres: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati — Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Castres (Mazamet) u Pariġi (Orly) — Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

38

2007/C 255/15

F-Castres: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati — Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Castres (Mazamet) u Lyon (Saint-Exupéry) minn naħa, u bejn Rodez (Marcillac) u Lyon (Saint-Exupéry) min-naħa l-oħra — Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 għal delega ta' servizz pubbliku

42

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 255/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4911 — Goldman Sachs/LOMO) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

45

2007/C 255/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4944 — SAP/Business Objects) ( 1 )

46

2007/C 255/18

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4899 — SCB/Süd-Chemie) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

47

2007/C 255/19

Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru …/.... ta' [...] li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, fir-rigward tal-mod kif jitmexxew il-proċedimenti ta' riżolviment f'każijiet ta' kartelli ( 1 )

48

2007/C 255/20

Abbozz Avviż tal-Kummissjoni ta'[…] dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli ( 1 )

51

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 255/21

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

58

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tkomplija ta' xogħol fuq il-Programm ta' Ħidma għall-aħjar implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data

(2007/C 255/01)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-7 ta' Marzu 2007, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tkomplija ta' xogħol fuq il-Programm ta' Ħidma għall-aħjar implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (3) intbagħtet mill-Kummissjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD). Skond l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD jippreżenta din l-opinjoni.

2.

Il-Komunikazzjoni ttenni l-importanza tad-Direttiva 95/46/KE (4) bħala punt importanti fil-protezzjoni tad-data personali u tiddiskuti d-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fi tliet kapitoli: il-passat, il-preżent u l-futur. Il-konklużjoni ċentrali tal-Komunikazzjoni hija li d-Direttiva m'għandhiex tiġi emendata. L-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tittejjeb ulterjorment permezz ta' strumenti ta' politika oħrajn, il-biċċa l-kbira tagħhom ta' natura mhux vinkolanti.

3.

Din l-opinjoni tal-KEPD issegwi l-istruttura tal-komunikazzjoni. Aktar importanti minn hekk, il-KEPD jikkondividi l-konklużjoni ċentrali tal-Kummissjoni li d-Direttiva m'għandhiex tiġi emendata.

4.

Madankollu, il-KEPD jieħu din il-pożizzjoni anki minħabba raġunijiet pragmatiċi. Il-punti ta' tluq għall-KEPD huma kif ġej:

Fil-perijodu qasir, l-enerġija aħjar tintuża fuq titjib fl-implimentazzjoni tad Direttiva. Kif turi l-Komunikazzjoni, għadu possibbli titjib konsiderevoli fl-implimentazzjoni.

Fil-perijodu itwal, jidher li tibdil tad-Direttiva ma jistax jiġi evitat, filwaqt li jinżammu l-prinċipji fundamentali tagħha.

Għandha tiġi stabbilita minn issa data ċara għal reviżjoni sabiex jitħejjew proposti li jwasslu għal dan it-tibdil. Din id-data tagħti inċentiv ċar biex tinbeda diġà minn issa r-riflessjoni dwar it-tibdil futur.

5.

Dawn il-punti ta' tluq huma essenzjali peress li wieħed irid jiftakar li d-Direttiva topera f'kuntest dinamiku. L-ewwel nett, l-Unjoni Ewropea qed tinbidel: il-fluss ħieles ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri — u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi — sar aktar importanti u ser isir realtà saħansitra aktar importanti. It-tieni, is-soċjetà qed tinbidel. Is-soċjetà ta' l-informazzjoni qed tevolvi u għandha dejjem aktar u aktar il-karatteristiċi ta' soċjetà ta' sorveljanza (5). Dan jimplika ħtieġa li qed tikber għall-protezzjoni effettiva tad-data personali biex dawn ir-realtajiet ġodda jiġu ttrattati b'mod kompletament sodisfaċenti.

II.   IL-PERSPETTIVI TA' L-OPINJONI

6.

Fil-valutazzjoni tiegħu tal-komunikazzjoni, il-KEPD ser jindirizza b'mod partikolari l-perspettivi li ġejjin li huma rilevanti fir-rigward ta' dan it-tibdil:

It-titjib ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva nnifisha: kif tista' l-protezzjoni tad-data ssir aktar effettiva? Biex ikun hemm titjib tali hija meħtieġa taħlita ta' strumenti ta' politika li tkun tvarja minn komunikazzjoni aħjar mas-soċjetà għal infurzar aktar strett tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.

L-interazzjoni mat-teknoloġija: żviluppi teknoloġiċi ġodda bħal żviluppi fil-kondiviżjoni tad-data, sistemi RFID, bijometrika u sistemi ta' ġestjoni ta' l-identità għandhom impatt ċar fuq ir-rekwiżiti għal qafas legali effettiv għall-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, il-ħtieġa għal protezzjoni effettiva tad-data personali ta' individwu tista' timponi limitazzjonijiet fuq l-użu ta' dawn it-teknoloġiji ġodda. L-interazzjoni għandha għalhekk żewġ lati: it-teknoloġija tinfluwenza l-leġislazzjoni u l-leġislazzjoni tinfluwenza t-teknoloġija.

Privatezza fuq il-livell globali u kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni, li għandhom x'jaqsmu mal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-ġurisdizzjoni tal-leġislatur Komunitarju hija limitata għat-territorju ta' l-Unjoni Ewropea, il-fruntieri esterni isiru anqas rilevanti għal flussi ta' data. L-ekonomija tiddependi dejjem aktar fuq netwerks globali. Kumpanniji bbażati fl-Unjoni Ewropea qed dejjem aktar jitrasferixxu attivitajiet li ssoltu jagħmlu huma stess, inkluż l-ipproċessar ta' data personali, lil pajjiżi terzi. Barra minn hekk, każijiet reċenti bħal SWIFT u PNR jikkonfermaw li ġurisdizzjonijiet oħrajn juru interess f''data li toriġina fl-UE'. B'mod ġenerali, il-post fiżiku ta' operazzjoni ta' pproċessar huwa inqas rilevanti.

Protezzjoni tad-data u infurzar tal-liġi: theddid reċenti għas-soċjetà, kemm jekk relatat mat-terroriżmu kif ukoll jekk le, wassal għal (domandi għal) aktar possibbiltajiet biex l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi jiġbru, jaħżnu u jiskambjaw data personali. Kif juru każijiet reċenti, f'xi każijiet huwa involut is-settur privat. Il-linja diviżorja mat-tielet pilastru tat-Trattat UE (li f'dan il-qasam id-Direttiva ma tapplikax) ssir minn naħa waħda aktar importanti u minn naħa oħra aktar fluwida. Hemm saħansitra riskju li f'ċerti każijiet id-data personali ma tkun protetta la mill-istrumenti ta' l-ewwel pilastru u lanqas minn dawk tat-tielet pilastru (il-“lakuna ġuridika”).

Il-konsegwenzi, fi kwalunkwe każ għall-protezzjoni tad-data u l-infurzar tal-liġi, tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Riforma, issa previst għall-2009.

III.   IL-PASSAT U L-PREŻENT

7.

L-Ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-15 ta' Mejju 2003 kien fih Programm ta' Ħidma għall-implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, b'lista ta' 10 inizjattivi li kellhom jitwettqu fl-2003 u l-2004. Il-Komunikazzjoni tiddeskrivi kif ġiet implimentata kull waħda minn dawn l-azzjonijiet.

8.

Abbażi ta' l-analiżi tal-ħidma mwettqa skond il-Programm ta' Ħidma, il-Komunikazzjoni toħroġ valutazzjoni pożittiva tat-titjib miksub fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, kif imqassra fl-intestaturi tal-kapitolu 2 (“il-preżent”) tal-Komunikazzjoni, bażikament tgħid li: l-implimentazzjoni tjiebet, minkejja li xi Stati Membri għadhom ma implimentawx sew; għadhom jeżistu xi diverġenzi, iżda fil-biċċa l-kbira dawn jaqgħu fil-marġini ta' manuvra previst mid-Direttiva u fi kwalunkwe każ ma jimponux problema reali għas-suq intern. Is-soluzzjonijiet legali mniżżla fid-Direttiva rriżultaw sostanzjalment adatti biex jiggarantixxu d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data, filwaqt li jlaħħqu ma' l-evoluzzjoni fit-teknoloġija u r-rekwiżiti imposti mill-interessi pubbliċi.

9.

Il-KEPD jikkondividi l-linji prinċipali ta' din il-valutazzjoni pożittiva. B'mod partikolari, il-KEPD jirrikonoxxi l-ħidma konsiderevoli mwettqa fil-qasam tal-flussi transkonfini tad-data: is-sejbiet ta' protezzjoni adegwata fir-rigward ta' pajjiżi terzi, klawżoli kuntrattwali standard ġodda, l-adozzjoni ta' regoli korporattivi vinkolanti, ir-riflessjoni dwar interpretazzjoni aktar uniformi ta' l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva u t-titjib fin-notifiki skond l-Artikolu 26(2) kollha jmorru fid-direzzjoni tal-faċilitazzjoni tat- trasferimenti internazzjonali ta' data personali. Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (6) uriet li biex wieħed ilaħħaq ma' l-iżviluppi kemm fil-qasam teknoloġiku kif ukoll f'dak ta' l-infurzar tal-liġi għad baqa' xi xogħol xi jsir f'dan il-qasam kruċjali.

10.

Il-Komunikazzjoni turi wkoll li l-infurzar u s-sensibilizzazzjoni huma kwistjonijiet ċentrali għall-promozzjoni ta' implimentazzjoni aħjar, u li dawn jistgħu jkunu sfruttati ulterjorment. Barra minn hekk, l-iskambju ta' l-aħjar prattika u l-armonizzazzjoni fil-qasam tan-notifiki u d-dispożizzjonijiet ta' informazzjoni jirrappreżentaw preċedenti li kellhom suċċess fit-tnaqqis tal-formalitajiet amministrattivi u ta' l-ispejjeż għall-intrapriżi.

11.

Flimkien ma' dan, l-analiżi tal-passat tikkonferma li ma jistax isir titjib mingħajr l-involviment ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u l-Istati Membri huma atturi ċentrali fil-biċċa l-kbira ta' l-azzjonijiet imwettqa. Madankollu, ir-rwol tas-settur privat huwa dejjem aktar u aktar importanti, speċjalment fir-rigward tal-promozzjoni ta' l-awtoregolamentazzjoni u l-Kodiċi ta' Kondotti Ewropej, jew fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' Teknoloġiji tat-Titjib tal-Privatezza.

IV.   IL-FUTUR

A.   Il-konklużjoni: l-ebda bidla fid-Direttiva issa.

12.

Jeżistu diversi raġunijiet biex tkun appoġġata l-konklużjoni tal-Kummissjoni li, taħt iċ-ċirkostanzi preżenti u fil-perijodu qasir, m'għandha tkun prevista l-ebda proposta għal modifika tad-Direttiva.

13.

Il-Kummissjoni bażikament tagħti żewġ raġunijiet b'appoġġ tal-konklużjoni. L-ewwel nett, il-potenzjal tad-Direttiva għadu ma kienx sfruttat kompletament. Fil-ġurisdizzjonijiet ta' l-Istati Membri għadu possibbli titjib konsiderevoli fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. It-tieni, il-Kummissjoni tgħid li għalkemm id-Direttiva tħalli marġini ta' manuvra għall-Istati Membri, ma hemm l-ebda evidenza li diverġenzi fi ħdan dan il-marġini jikkawżaw problemi reali lis-suq intern.

14.

Abbażi ta' dawn iż-żewġ raġunijiet, il-Kummissjoni tifformula l-konklużjoni tagħha bil-mod li ġej. Hija tispjega x'għandha tagħmel id-Direttiva, b'enfasi fuq l-iżgurar tal-fiduċja, u mbagħad tgħid li d-Direttiva tistabbilixxi punt ta' referenza, hija teknoloġikament newtrali u tkompli tipprovdi risponsi solidi u adatti (7).

15.

Il-KEPD jilqa' l-mod kif inhi fformulata din il-konklużjoni, iżda huwa ta' l-opinjoni li din il-konklużjoni tista' tkun imsaħħa ulterjorment billi tinbena fuq żewġ raġunijiet addizzjonali:

L-ewwel nett, in-natura tad-Direttiva.

It-tieni, il-politika leġislattiva ta' l-Unjoni.

In-natura tad-Direttiva

16.

Id-dritt fundamentali tal-persuni fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom huwa rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni u huwa inter alia mniżżel fil-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali. Fl-essenza, id-Direttiva hija qafas li fih l-elementi prinċipali tal-protezzjoni ta' dan id-dritt fundamentali, billi tagħti sustanza u tamplifika d-drittijiet u l-libertajiet inklużi fil-Konvenzjoni (8).

17.

Dritt fundamentali jimmira li jipproteġi liċ-ċittadin fiċ-ċirkostanzi kollha f'soċjetà demokratika. L-elementi prinċipali ta' tali dritt fundamentali m'għandhomx ikunu faċilment mibdula minħabba żviluppi fis-soċjeta jew minħabba preferenzi politiċi ta' gvernijiet li jkunu qed imexxu. Theddid għas-soċjetà minn organizzazzjoni terroristiċi jista', per eżempju, iwassal għal eżitu differenti f'każijiet speċifiċi minħabba li jistgħu jkunu meħtieġa interferenzi akbar fid-dritt fundamentali ta' persuna, iżda dan ma jista' qatt jaffettwa l-elementi essenzjali tad-dritt innifsu u lanqas ma jista' jċaħħad jew jirrestrinġi bla bżonn lil persuna privata fl-eżerċizzju tad-dritt.

18.

It-tieni karatteristika tad-Direttiva hija li din tipprevedi l-promozzjoni tal-fluss ħieles ta' informazzjoni fis-suq intern. Anki dan it-tieni objettiv jista' jiġi kkunsidrat bħala fundamentali, f'suq intern li qed dejjem aktar jiżviluppa mingħajr fruntieri interni. L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali hija waħda mill-istrumenti prinċipali sabiex ikunu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonament ta' dan is-suq intern. Hija tagħti sustanza lill-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fis-sistemi legali nazzjonali ta' xulxin. Huwa għal dawn ir-raġunijiet ukoll li t-tibdil għandu jiġi kkunsidrat sew. Jekk isir tibdil dan jista' jaffettwa l-fiduċja reċiproka.

19.

It-tielet karatteristika tad-Direttiva hija li din għandha tiġi kkunsidrata bħala qafas ġenerali li fuqu jibnu strumenti legali speċifiċi. Dawn l-istrumenti speċifiċi jinkludu miżuri implimentattivi tal-qafas ġenerali kif ukoll oqfsa speċifiċi għal setturi speċifiċi. Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, 2002/58/KE (9), hija qafas speċifiku tali. Fejn ikun possibbli, żviluppi li qed jinbidlu fis-soċjeta għandhom iwasslu għat-tibdil tal-miżuri implimentattivi jew ta' l-oqfsa legali speċifiċi, mhux tal-qafas ġenerali li jibnu fuqhom.

Il-politika leġislattiva ta' l-Unjoni

20.

Skond il-KEPD, il-konklużjoni li d-Direttiva ma tinbidilx issa hija wkoll konsegwenza loġika tal-prinċipji ġenerali ta' amministrazzjoni tajba u politika leġislattiva. Proposti leġislattivi — irrispettivament minn jekk jimplikawx oqsma ġodda ta' azzjoni Komunitarja jew jemendawx arranġamenti leġislattivi eżistenti — għandhom jiġu ppreżentati biss jekk in-neċessità u l-proporzjonalità jkunu murija b'mod suffiċjenti. M'għandha tiġi ppreżentata l-ebda proposta leġislattiva jekk l-istess riżultat jista' jinkiseb bl-użu ta' għodod oħrajn inqas ambizzjużi.

21.

Taħt iċ-ċirkostanzi attwali, in-neċessità u l-proporzjonalità ta' modifika tad-Direttiva ma ġewx murija. Il-KEPD ifakkar li d-Direttiva tipprevedi qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-data taħt id-dritt Komunitarju. Hija għandha minn naħa waħda tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-individwi, notevolment id-dritt tal-privatezza, fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali u minn naħa oħra l-fluss ħieles ta' data personali fis-suq intern.

22.

Dan il-qafas ġenerali m'għandux jiġi emendat sakemm ma jkunx ġie kompletament implimentat fl-Istati Membri, ħlief jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li l-objettivi tad-Direttiva ma setgħux jintlaħqu taħt il-qafas attwali. Fil-fehma tal-KEPD, il-Kummissjoni — taħt iċ-ċirkostanzi attwali — ssostanzjat adegwatament li l-potenzjal tad-Direttiva ma intużax kompletament (ara il-Kapitolu III ta' din l-opinjoni). Bl-istess mod, m'hemm l-ebda evidenza li l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu taħt il-qafas attwali.

B.   Fil-perijodu itwal jidher li t-tibdil ma jistax jiġi evitat

23.

Għandu jiġi żgurat ukoll fil-futur li l-prinċipji ta' protezzjoni tad-data joffru protezzjoni effettiva lill-persuni fiżiċi, filwaqt li ma jintesiex il-kuntest dinamiku li fih topera d-Direttiva (ara l-punt 5 ta' din l-opinjoni) u l-perspettivi tal-punt 6 ta' din l-opinjoni: titjib ta' l-implimentazzjoni, interazzjoni mat-teknoloġija, privatezza fuq il-livell globali u ġurisdizzjoni, protezzjoni tad-data u infurzar tal-liġi, u Trattat ta' Riforma. Dan il-bżonn għal applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data jistabbilixxi l-istandards għal tibdil futur tad-Direttiva. Il-KEPD ifakkar għal darb'oħra li fil-perijodu itwal tibdil tad-Direttiva jidher li ma jistax jiġi evitat.

24.

Sa fejn għandha x'taqsam is-sustanza ta' kwalunkwe miżura futura, il-KEPD diġà jipprovdi f'dan l-istadju xi elementi li huwa jikkunsidra essenzjali fi kwalunkwe sistema futura għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea. Dawn l-elementi jinkludu:

M'hemm l-ebda bżonn għal prinċipji ġodda, iżda hemm ħtieġa ċara għal arranġamenti amministrattivi oħrajn, li huma minn naħa waħda effettivi u adatti għal soċjetà f'netwerk flimkien u minn naħa oħra jimminimizzaw l-ispejjeż amministrattivi.

Il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-liġi tal-protezzjoni tad-data m'għandux jinbidel. Għandu japplika għall-użu kollu tad-data personali u m'għandux ikun limitat għal data sensittiva jew inkella jkun limitat għal interessi kwalifikati jew riskji speċjali. Fi kliem ieħor, il-KEDP jirrifjuta approċċ 'de minimis' safejn għandu x'jaqsam il-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni tad-data. Dan jiżgura li s-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-sitwazzjonijiet kollha.

Il-liġi tal-protezzjoni tad-data għandha tkompli tkopri varjetà wiesgħa ta' sitwazzjonijiet, iżda fl-istess ħin tippermetti approċċ bilanċjat f'każijiet konkreti, b'kont meħud ta' interessi (pubbliċi jew privati) ġustifikati oħrajn, kif ukoll il-ħtieġa għal minimu ta' konswegwenzi burokratiċi. Din is-sistema għandha tippermetti wkoll il-possibbiltà li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jistabbilixxu prijoritajiet u jikkonċentraw fuq oqsma jew kwistjonijiet ta' importanza speċjali jew li jkunu jippreżentaw riskji speċifiċi.

Is-sistema għandha tapplika bis-sħiħ għall-użu tad-data personali għal finijiet ta' infurzar tal-liġi, għalkemm miżuri addizzjonali adatti jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu ttrattati problemi speċjali f'dan il-qasam.

Għandhom isiru arranġamenti adatti għall-fluss ta' data ma' pajjiżi terzi, safejn hu fattibbli abbażi ta' standards globali għall-protezzjoni tad-data.

25.

Il-Komunikazzjoni ssemmi — fir-rigward ta' l-isfidi ta' teknoloġiji ġodda — ir-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva 2002/58/KE u l-ħtieġa possibbli għal regoli aktar speċifiċi sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data li jirriżultaw minħabba teknoloġiji ġodda bħall-Internet u l-RFID (10). Il-KEPD jilqa' din ir-reviżjoni u azzjonijiet ulterjuri, għalkemm skond il-KEPD dawn m'għandhomx ikunu relatati biss ma' żviluppi teknoloġiċi, iżda għandhom jieħdu kont tal-kuntest dinamiku fl-intier tiegħu u f'perspettiva għal perijodu fit-tul jinvolvu wkoll id-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, hija meħtieġa attenzjoni akbar f'dan il-kuntest. Sfortunatament, il-Komunikazzjoni hi nieqsa minn preċiżjoni:

M'hemm l-ebda pjan bid-dati għat-twettiq ta' l-attivitajiet differenti msemmija fil-Kapitolu 3 tal-Komunikazzjoni.

M'hemm l-ebda skadenza għal rapport sussegwenti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. L-Artikolu 33 tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrapporta 'f'intervalli regolari' iżda lanqas ma jispeċifika dawn l-intervalli.

M'hemm l-ebda termini ta' referenza: il-Komunikazzjoni ma tagħtix lok għat-twettiq ta' l-attivitajiet previsti li jiġu mkejla. Hija sempliċiment tirreferi għall-Programm ta' Ħidma mressaq fl-2003.

M'hemm l-ebda indikazzjoni dwar il-mod kif wieħed għandu jipproċedi fil-perijodu itwal.

Il-KEPD jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tispeċifika dawn l-elementi.

V.   PERSPETTIVI GĦAL BIDLA FUTURA

A.   Implimentazzjoni sħiħa

26.

Kwalunkwe bidla futura għandha tkun preċeduta mill-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet preżenti tad-Direttiva. L-implimentazzjoni sħiħa tibda b'konformità mar-rekwiżiti legali tad-Direttiva. Il-Komunikazzjoni ssemmi (11) li xi Stati Membri naqsu milli jinkorporaw numru ta' dispożizzjonijiet importanti tad-Direttiva u f'dan ir-rigward tiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet għall-indipendenza ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza. Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li timmonitorja l-konformità u fejn tqis li jkun il-każ tuża s-setgħat tagħha skond l-Artikolu 226 KE.

27.

Il-Komunikazzjoni tipprevedi komunikazzjoni interpretattiva dwar xi dispożizzjonijiet, b'mod partikolari dawk id-dispożizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal proċeduri ta' ksur formali skond l-Artikolu 226 KE.

28.

Barra minn hekk, id-Direttiva tintroduċi mekkaniżmi oħrajn għat-titjib ta' l-implimentazzjoni. B'mod partikolari, il-kompiti tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29, elenkati fl-Artikolu 30 tad-Direttiva, huma mfassla għal dan il-għan. L-għan tagħhom huwa li jistimulaw l-implimentazzjoni fl-Istati Membri, fuq livell għoli u armonizzat, tal-protezzjoni tad-data lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex ikunu sodisfatti l-obbligi tad-Direttiva. Matul is-snin, fl-eżerċizzju ta' dan ir-rwol, il-Grupp ta' Ħidma pproduċa numru kbir ta' opinjonijiet u ta' dokumenti oħrajn.

29.

Fil-fehma tal-KEPD, l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva tinkludi dawn iż-żewġ elementi:

Għandu jkun żgurat li l-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ ma' l-obbligi tagħhom skond id-dritt Ewropew. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom ikunu trasposti fil-liġi nazzjonali u barra minn hekk fil-prattika r-riżultati li għandhom jinkisbu mid-Direttiva jridu jintlaħqu.

Għodod mhux vinkolanti oħrajn li jistgħu jkunu strumentali għal livell għoli u armonizzat ta' protezzjoni tad-data għandhom jintużaw bis-sħiħ.

Il-KEPD jenfasizza li minħabba l-konsegwenzi legali differenti għandha ssir distinzjoni ċara bejn iż-żewġ elementi kif ukoll bejn ir-responsabbiltajiet relatati. Bħala regola: il-Kummissjoni għandha terfa' responsabbiltà sħiħa għall-ewwel element, filwaqt li l-Grupp ta' Ħidma għandu jkun l-attur primarju fejn għandu x'jaqsam it-tieni element.

30.

Distinzjoni aktar preċiża oħra li għandha ssir hija relatata ma' l-għodod disponibbli sabiex tinkiseb implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva. Dawn jinkludu:

Miżuri implimentattivi. Dawk il-miżuri — meħuda mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura ta' komitoloġija — huma previsti fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi (ara l-Artikolu 25 (6) u 26 (3)).

Leġislazzjoni settorjali.

Proċeduri ta' ksur taħt 226 KE.

Komunikazzjonijiet interpretattivi. Tali komunikazzjonijiet jistgħu jiffukaw fuq dispożizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal proċeduri ta' ksur u/jew li prinċipalment huma maħsuba li jintużaw bħala linja gwida għall-protezzjoni tad-data fil-prattika (ara wkoll il-punti 57-62) (12).

Komunikazzjonijiet oħrajn. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill dwar Teknoloġiji li Jtejbu l-Privatezza tista' tittieħed bħala eżempju.

Promozzjoni ta' l-aħjar prattiki. Din l-għodda tista' tintuża għal firxa ta' suġġetti, bħas-simplifikazzjoni amministrattiva, verifiki, infurzar u sanzjonijiet, eċċ (ara wkoll il-punti 63-67).

31.

Il-KEPD jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tindika biċ-ċar kif ser tuża dawn l-għodod differenti meta telabora l-linji politiċi tagħha abbażi tal-Komunikazzjoni preżenti. F'dak il-kuntest il-Kummissjoni għandha wkoll tiddistingwi b'mod ċar ir-responsabbiltajiet proprji tagħha u r-responsabbiltajiet tal-Grupp ta' Ħidma. Barra minn hekk, huwa ovvju li f'kull ċirkostanza kooperazzjoni tajba bejn il-Kummissjoni u l-Grupp ta' Ħidma hija kondizzjoni għal suċċess.

B.   Interazzjoni mat-teknoloġija

32.

Punt ta' tluq huwa li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma fformulati b'mod teknoloġikament newtrali. Il-Komunikazzjoni torbot l-enfasi fuq in-newtralità teknoloġika ma' numru ta' żviluppi teknoloġiċi, bħall-Internet, l-aċċess għal servizzi provduti f'pajjiżi terzi, l-RFID u t-taħlita ta' data tal-ħoss u ta' l-immaġni b'rikonoxximent awtomatiku. Hi tiddistingwi żewġ tipi ta' azzjonijiet. L-ewwel nett, gwida speċifika fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data f'ambjent li qed teknoloġikament jinbidel bi rwol importanti tal-Grupp ta' Ħidma u t-Task Force ta' l-Internet tiegħu (13). It-tieni, tista' tkun proposta mill-Kummissjoni nnifisha leġislazzjoni speċifika għas-settur.

33.

Il-KEDP jilqa' dan l-approċċ bħala pass importanti tal-bidu. Fil-perijodu itwal, madankollu, passi oħrajn, aktar fundamentali, jistgħu jkunu meħtieġa. L-okkażjoni ta' din il-Komunikazzjoni tista' tintuża bħala l-bidu ta' tali approċċ għall-perijodu fit-tul. Il-KEDP jissuġġerixxi li, bħala segwitu ta' din il-Komunikazzjoni, tinbeda d-diskussjoni dwar dan l-approċċ. Bħala elementi possibbli ta' approċċ tali, jistgħu jissemmew il-punti li ġejjin.

34.

L-ewwel, l-interazzjoni mat-teknoloġiji taħdem b'żewġ modi. Minn naħa waħda, teknoloġiji li qed jiżviluppaw ġodda jistgħu jitolbu modifiki tal-qafas legali għall-protezzjoni tad-data. Minn naħa oħra, il-ħtieġa għal protezzjoni effettiva tad-data personali ta' l-individwi tista' tirrikjedi limitazzjonijiet ġodda jew salvagwardji adatti fuq l-użu ta' ċerti teknoloġiji, konsegwenza li tmur saħanistra aktar il-bogħod. Madankollu, teknoloġiji ġodda jistgħu wkoll jintużaw b'mod effettiv u jsir affidament fuqhom b'mod li tittejjeb il-privatezza.

35.

It-tieni, xi limiti speċifiċi jistgħu jkunu meħtieġa jekk jintużaw teknoloġiji ġodda minn istituzzjonijiet governattivi fl-eżerċizzju tal-kompiti pubbliċi tagħhom. Id-diskussjonijiet dwar l-interoperabbiltà u l-aċċess li qed isiru fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Programm ta' l-Aja, huma eżempju tajjeb (14).

36.

It-tielet, hemm tendenza lejn użu ferm aktar wiesa' tal-materjal bijometriku, bħal — iżda mhux biss — materjal tad-DNA. L-isfidi speċifiċi ta' l-użu ta' data personali estratta minn dan il-materjal jista' jkollhom konsegwenzi għal-liġijiet tal-protezzjoni tad-data.

37.

Ir-raba', irid jiġi rikonoxxut li s-soċjetà nnifisha qed tinbidel u qed tieħu aktar u aktar elementi ta' soċjetà ta' sorveljanza (15). Dibattitu fundamentali huwa meħtieġ dwar dan l-iżvilupp. F'dan id-dibattitu l-kwistjonijiet ċentrali jkunu jekk dan l-iżvilupp jistax jiġi evitat, jekk hux il-kompitu tal-leġislatur Ewropew li jindaħal f'dan l-iżvilupp u li jimponi limiti fuq dan l-iżvilupp, jekk u kif il-leġislatur Ewropew jista' jieħu miżuri effettivi, eċċ.

C.   Privatezza fuq il-livell globali u ġurisdizzjoni

38.

Il-perspettiva ta' privatezza fuq il-livell globali u ġurisdizzjoni għandha rwol limitat fil-Komunikazzjoni. L-unika intenzjoni f'dan il-kuntest hija li l-Kummissjoni ser tkompli timmonitorja u tikkontribwixxi f'forums internazzjonali, sabiex tiżgura l-koerenza ta' l-impenji ta' l-Istati Membri ma' l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tenumera numru ta' attivitajiet imwettqa għas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għal trasferimenti internazzjonali (ara l-Kapitolu III ta' din l-opinjoni).

39.

Il-KEPD jiddispjaċih li din il-perspettiva ma ngħatatx rwol aktar prominenti fil-Komunikazzjoni.

40.

Preżentament, il-Kapitolu IV tad-Direttiva (l-Artikoli 25 u 26) jintroduċi reġim speċjali għat-trasferiment ta' data lejn pajjiżi terzi, minbarra r-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data. Dan ir-reġim speċjali ġie elaborat matul is-snin, bl-intenzjoni li jinstab bilanċ ġust bejn il-protezzjoni ta' l-individwi li d-data tagħhom tkun trid tiġi trasferita lejn pajjiżi terzi ma', inter alia, l-imperattivi tal-kummerċ internazzjonali u r-realtà tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni globali. Il-Kummissjoni u l-Grupp ta' Ħidma (16), iżda anki per eżempju l-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali, investew ħafna enerġija biex jaraw is-sistema taħdem, permezz ta' sejbiet ta' adegwatezza, klawżoli kuntrattwali standard, regoli korporattiv vinkolanti, eċċ.

41.

Għall-applikabbiltà tas-sistema għall-Internet, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Lindqvist  (17) kienet ta' importanza speċifika. Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni lejn in-natura ubikwitarja li għandha l-informazzjoni fuq l-Internet u tiddeċiedi li t-tqegħid tad-data fuq paġna ta' l-internet bħala tali, anki jekk dik id-data b'dak il-mod issir aċċessibbli għal persuni f'pajjiżi terzi li għandhom il-mezzi tekniċi biex jaċċedu għaliha, ma jikkwalifikax bħala trasferiment lejn pajjiż terz.

42.

Din is-sistema, konsegwenza loġika u neċessarja tal-limitazzjonijiet territorjali ta' l-Unjoni Ewropea, ma tipprovdix protezzjoni sħiħa lis-suġġett Ewropew tad-data f'soċjetà li tinsab f'netwerk flimkien u fejn il-fruntieri fiżiċi jitilfu l-importanza tagħhom (ara l-eżempji msemmija fil-punt 6 ta' din l-opinjoni): l-informazzjoni fuq l-Internet għandha natura ubikwitarja, iżda l-ġurisdizzjoni tal-leġislatur Ewropew mhix waħda ubikwitarja.

43.

L-isfida ser tkun li jinstabu soluzzjonijiet prattiċi li jirrikonċiljaw il-ħtieġa għall-protezzjoni tas-suġġetti tad-data Ewropej mal-limitazzjonijiet territorjali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-KEPD — fil-kummenti tiegħu dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija dwar id-Dimensjoni Esterna taż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja — diġà ħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu rwol proattiv fil-promozzjoni tal-protezzjoni tad-data personali fil-livell internazzjonali, billi tappoġġa approċċi bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn (18).

44.

Tali soluzzjonijiet prattiċi jinkludu:

l-iżvilupp ulterjuri ta' Qafas Globali għall-protezzjoni tad-data. Standards aċċettati b'mod aktar ġenerali bħal-linji gwida ta' l-OECD għall-protezzjoni tad- data (1980) u l-Linji Gwida tan-NU jistgħu jintużaw bħala bażi,

l-iżvilupp ulterjuri tar-reġim speċjali għat-trasferiment ta' data lejn pajjiżi terzi,

kif inkluż fil-Kapitolu IV tad-Direttiva (l-Artikoli 25 u 26) il-ftehim internazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni, jew ftehim simili ma' pajjiżi terzi.

l-investiment f'mekkaniżmi għal konformità globali, bħall-użu ta' regoli korporattivi vinkolanti minn kumpanniji multinazzjonali, irrispettivament minn fejn jipproċessaw id-data personali.

45.

L-ebda waħda minn dawn is-soluzzjonijiet mhi ġdida. Madankollu, hija meħtieġa viżjoni dwar kif għandhom effettivament jintużaw dawn il-metodi bl-aktar mod effettiv u kif jiġi żgurat li l-istandards ta' protezzjoni tad-data — li fl-Unjoni Ewropea huma kwalifikati bħala drittijiet fundamentali — ikunu effettivi wkoll f'soċjetà globali f'netwerk flimkien. Il-KEPD jistieden lill-Kummissjoni tibda tiżviluppa tali viżjoni, flimkien ma' l-aktar partijiet interessati rilevanti.

D.   Infurzar tal-liġi

46.

Il-Komunikazzjoni tagħti attenzjoni estensiva lir-rekwiżiti imposti mill-interessi pubbliċi, speċjalment għas-sigurtà. Tispjega l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva u l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja lil din id-dispożizzjoni fis-Sentenza PNR (19), kif ukoll l-Artikolu 13 tad-Direttiva, inter alia relatat mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Komunikazzjoni barra minn hekk tenfasizza li meta l-Kummissjoni ssib bilanċ bejn miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u d-drittijiet fundamentali non negozjabbli, hija tiżgura li d-data personali tkun protetta kif garantit mill-Artikolu 8 QEDB. Dan il-punt ta' tluq japplika wkoll għad-djalogu transatlantiku ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

47.

Skond il-KEPD, huwa importanti li l-Kummissjoni ttenni b'tali mod ċar l-obbligi ta' l-Unjoni taħt l-Artikolu 6 TUE li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali, kif garantit mill-QEDB. Din id-dikjarazzjoni hija saħansitra aktar importanti issa li l-Kunsill Ewropew iddeċieda li, taħt it-Trattat ta' Riforma, il-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkollha valur legalment vinkolanti. L-Artikolu 8 tal-Karta jispeċifika d-dritt ta' kulħadd għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna lilu jew lilha.

48.

Huwa fatt magħruf li l-pressjonijiet ta' l-infurzar tal-liġi biex data personali tintuża dejjem aktar fil-ġlieda kontra l-kriminalità — biex ma nsemmux il-ġlieda kontra t-terroriżmu — iġibu magħhom ir-riskju li jitbaxxa l-livell tal-protezzjoni taċ-ċittadin, saħansitra taħt livell garantit mill-Artikolu 8 QEDB u/jew il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa Nru 108 (20). Dawn il-preokkupazzjonijiet kienu element prinċipali tat-tielet opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, maħruġa fis-27 ta' April 2007.

49.

F'dan il-kuntest huwa essenzjali li l-istandard ta' protezzjoni previst mid-Direttiva jittieħed bħala bażi għall-protezzjoni taċ-ċittadin, anki fir-rigward tal-pressjonijiet ta' l-infurzar tal-liġi. Il-QEDB u l-Konvenzjoni 108 jipprevedu livell minimali ta' protezzjoni, iżda ma jipprevedux il-preċiżjoni neċessarja. Barra minn hekk, kienu meħtieġa miżuri addizzjonali biex tkun prevista protezzjoni adatta għaċ-ċittadin. Dan il-bżonn kien wieħed mill-fatturi li wasslu għall-adozzjoni fl-1995 tad-Direttiva (21).

50.

Huwa ugwalment essenzjali li dan l-istandard ta' protezzjoni jkun effettivament garantit f'kull sitwazzjoni fejn id-data personali tkun ipproċessata għal finijiet ta' infurzar tal-liġi. Għalkemm din il-komunikazzjoni ma tittrattax ma' l-ipproċessar tad-data fit-tielet pilastru, hija ġustament tindirizza s-sitwazzjoni fejn data miġbura (u pproċessata) għal finijiet kummerċjali tintuża għal finijiet ta' infurzar tal-liġi. Sitwazzjoni li qed issir aktar normali peress li l-ħidma tal-pulizija qed isserraħ dejjem aktar fuq id-disponibbiltà ta' l-informazzjoni li tkun fil-pussess ta' partijiet terzi. Id-Direttiva 2006/24/KE (22) tista' tkun ikkunsidrata bħala l-aħjar illustrazzjoni ta' din it-tendenza: din id-Direttiva tobbliga lill-fornituri ta' komunikazzjoni elettronika jaħżnu (għal aktar fit-tul) data li jkunu ġabru (u ħażnu) għal finijiet kummerċjali, għal finijiet ta' infurzar tal-liġi. Skond il-KEPD, għandu jkun żgurat bis-sħiħ li data personali miġbura u pproċessata fl-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva tkun protetta sew meta tintuża għal finijiet ta' interess pubbliku, u b'mod partikolari għas-sigurtà jew għall-ġlieda kontra t-terroriżmu. F'xi każijiet madankollu, il-finijiet imsemmija l-aħħar jistgħu jaqgħu lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

51.

Dawn l-osservazzjonijiet iwasslu għas-suġġerimenti li ġejjin lill-Kummissjoni:

Hija meħtieġa riflessjoni ulterjuri dwar l-implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data ta' l-involviment ta' kumpanniji privati f'attivitajiet ta' infurzar tal-liġi, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-prinċipji tad-Direttiva 95/46/KE jkunu kompletament applikabbli għal dawn is-sitwazzjonijiet u li l-ebda lakuna ma taffettwa d-dritt fundamentali taċ-ċittadini għall-protezzjoni tad-data. B'mod partikolari, għandu jkun żgurat li d-data personali miġbura fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tkun protetta sew u b'mod konsistenti anki meta tkun ipproċessata ulterjorment għal interessi pubbliċi, kemm jekk fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva kif ukoll jekk lil hinn minnu.

Din ir-riflessjoni għandha tinkludi fi kwalunkwe każ in-nuqqasijiet tal-qafas legali preżenti fejn ix-xifer tad-diviżjoni bejn l-ewwel u t-tielet pilastru mhux ċar u fejn jista' saħansitra jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda bażi adatta għal strument legali għall-protezzjoni tad-data (23).

L-Artikolu 13 tad-Direttiva, li jagħti lok għal eżenzjonijiet u restrizzjonijiet għall-prinċipji ta' protezzjoni tad-data meta dawn ikunu neċessarji inter alia għal interessi pubbliċi, għandu jinftiehem b'mod li jiġi ppreżervat l-effet utile tiegħu bħala interface u garanzija kruċjali għad-data personali miġbura fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, u f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Österreichischer Rundfunk  (24) u l-ġurisprudenza tal-QEDB.

Il-possibbiltà li tkun proposta leġislazzjoni li timmira lejn l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet u s-salvagwardji biex jintużaw l-eżenzjonijiet ta' l-Artikolu 13 għandha tkun ikkunsidrata.

E.   Is-sitwazzjoni possibbli taħt it-Trattat ta' Riforma

52.

Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ssemmi l-impatt — enormi — tat-Trattat Kostituzzjonali fuq il-qasam tal-protezzjoni tad-data. Fil-fatt, it-Trattat — li issa huwa t-Trattat ta' Riforma — ser ikun ta' importanza kruċjali f'dan il-qasam. It-Trattat ser ikun it-tmiem ta' l-istruttura tal-pilastri, id-dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (attwalment l-Artikolu 286 KE) ser tkun iċċarata u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni, li fl-Artikolu 8 tagħha tinkludi dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, ser issir strument vinkolanti.

53.

Il-mandat għall-Konferenza Intergovernattiva (IGC) jagħti attenzjoni speċifika lill-protezzjoni tad-data. Il-punt 19 (f) bażikament jgħid tliet affarijiet. L-ewwel nett, ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data ser ikunu mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi adottati fit-Titolu PESK (dak li attwalment hu t-tieni pilastru); it-tieni, ser tkun adottata dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (dak li attwalment hu t-tielet pilastru) u t-tielet, ser ikunu adottati iskrizzjonijiet speċifiċi fil-Protokolli rilevanti dwar il-pożizzjoni ta' Stati Membri individwali (dan l-element huwa prinċipalment relatat mal-pożizzjoni speċifika tar-Renju Unit fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali).

54.

Huwa t-tieni element (id-dikjarazzjoni) li ser ikun jeħtieġ kjarifika fl-IGC. Il-konsegwenzi tat-tmiem ta' l-istruttura tal-pilastri u l-applikabbiltà possibbli tad-Direttiva għall-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali għandhom jiġu kkunsidrati kif dovut, sabiex tkun żgurata l-aktar applikazzjoni wiesgħa possibbli tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data li jinsabu fid-Direttiva. Dan mhux il-post biex jingħataw aktar dettalji dwar din il-kwistjoni. Il-KEPD ippreżenta suġġerimenti għad-dikjarazzjoni f'ittra lill-Presidenza ta' l-IGC (25).

VI.   STRUMENTI GĦAL IMPLIMENTAZZJONI AĦJAR

A.   Ġenerali

55.

Il-Komunikazzjoni tirreferi għal serje ta' għodod u azzjonijiet li jistgħu jintużaw għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva fil-futur. Il-KEPD jixtieq jikkummenta dwarhom, filwaqt li jesplora wkoll strumenti addizzjonali oħrajn mhux imsemmija fil-Komunikazzjoni.

B.   Leġislazzjoni settorjali

56.

F'ċerti każijiet tista' tkun meħtieġa azzjoni leġislattiva speċifika fil-livell ta' l-UE. B'mod partikolari, jista' jirriżulta li l-leġislazzjoni settorjali hija neċessarja sabiex il-prinċipji tad-Direttiva jiġu adattati għal kwistjonijiet imqajma minn xi teknoloġiji, kif kien il-każ tad-direttivi dwar il-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjoni. L-użu ta' leġislazzjoni speċifika għandu jkun ikkunsidrat b'kura f'oqsma bħall-użu tat-teknoloġiji RFID.

Ċ.   Proċeduri ta' ksur

57.

L-aktar strument b'saħħtu msemmi fil-Komunikazzjoni huwa l-proċedura ta' ksur. Il-Komunikazzjoni tidentifika qasam speċifiku wieħed ta' tħassib, notevolment l-indipendenza ta' l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u s-setgħat tagħhom, u ssemmi oqsma oħrajn f'termini ġenerali biss. Il-KEPD jikkondividi l-fehma li l-proċeduri ta' ksur huma strument essenzjali u li ma jistax jiġi evitat, jekk l-Istati Membri ma jipprevedux l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva, speċjalment b'kont meħud tal-fatt li għaddew kważi disa' snin mill-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva u li d-djalogu strutturat imniżżel fil-Programm ta' Ħidma diġà seħħ. Madankollu, sal-lum, għadu ma tressaq l-ebda każ ta' ksur tad-Direttiva 95/46 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

58.

Analiżi komparattiva tal-każijiet kollha fejn hija suspettata traspożizzjoni ħażina jew mhux kompluta (26), kif ukoll komunikazzjoni interpretattiva jistgħu ċertament itejbu l-koerenza tar-rwol tal-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati. Madankollu, it-tħejjija ta' dawn l-istrumenti, li tista' tirrikjedi ċertu ammont ta' ħin u sforz, m'għandhiex tittardja l-proċeduri ta' ksur f'dawk l-oqsma fejn il-Kummissjoni tkun diġà identifikat b'mod ċar traspożizzjoni jew prattika inkorretta.

59.

Għalhekk, il-KEPD iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tfittex implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva permezz ta' proċeduri ta' ksur, fejn meħtieġ. F'dan il-kuntest, il-KEPD ser juża s-setgħat tiegħu ta' intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jintervjeni, fejn ikun il-każ, fi proċeduri ta' ksur relatati ma' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/46 jew ma' strumenti legali oħrajn fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali.

D.   Komunikazzjoni interpretattiva

60.

Il-Komunikazzjoni tirreferi wkoll għal komunikazzjoni interpretattiva dwar xi dispożizzjonijiet li fiha l-Kummissjoni ser tiċċara l-intendiment tagħha tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, li l-implimentazzjoni tagħha tinstab li hija problematika u tista' għalhekk twassal għal proċeduri ta' ksur. Il-KEPD jilqa' li f'dan il-kuntest il-Komunikazzjoni ser tieħu kont tal-ħidma dwar l-interpretazzjoni mwettqa mill-Grupp ta' Ħidma. Fil-fatt, huwa essenzjali li jittieħed kont kif dovut tal-pożizzjoni tal-Grupp ta' Ħidma fl-abbozzar tal-komunikazzjoni interpretattiva li ġejja u li l-Grupp ta' Ħidma jkun ikkonsultat sew, bil-ħsieb li fl-applikazzjoni tad-Direttiva fil-livell nazzjonali tintuża l-esperjenza tiegħu.

61.

Barra minn hekk, il-KEDP jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu li joffri konsulenza lill-Kummissjoni fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tad-data personali. Dan japplika wkoll għal dawk l-istrumenti, bħall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, li mhumiex vinkolanti iżda li xorta waħda huma mmirati lejn id-definizzjoni tal-politika tal-Kummissjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali. Fil-każ ta' komunikazzjonijiet, biex dan ir-rwol konsultattiv ikun effettiv, il-konsultazzjoni tal-KEPD għandha ssir qabel ma tiġi adottata l-komunikazzjoni interpretattiva (27). Ir-rwol konsultattiv kemm tal-GĦ29 kif ukoll tal-KEPD ser jipprovdi valur miżjud lil din il-komunikazzjoni, filwaqt li tinżamm l-indipendenza tal-Kummissjoni li tiddeċiedi b'mod awtonomu dwar il-ftuħ formali ta' proċeduri ta' ksur relatati ma' l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

62.

Il-KEPD jilqa' li l-komunikazzjoni ser ikollha x'taqsam biss ma' numru limitat ta' Artikoli, u b'dan il-mod jitħalla lok biex tingħata attenzjoni lil kwistjonijiet aktar sensittivi. F'din il-perspettiva, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-kwistjonijiet li ġejjin, li jixraqilhom attenzjoni speċjali fil-komunikazzjoni interpretattiva:

il-kunċett ta' data personali (28),

id-definizzjoni tar-rwol tal-kontrollur tad-data jew il-proċessur tad-data,

id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli,

il-prinċipju tal-limitazzjoni ta' l-għan u l-użu inkompatibbli,

ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar, speċjalment fir-rigward ta' kunsens, inambigwu u l-bilanċ ta' l-interessi.

E.   Strumenti non vinkolanti oħrajn

63.

Strumenti non vinkolanti oħrajn għandhom jiżviluppaw b'mod proattiv il-konformità mal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data, b'mod partikolari f'ambjenti teknoloġiċi ġodda. Dawn il-miżuri għandhom jibnu fuq il-kunċett ta'“privacy by design”, li jiżgura li l-arkitettura ta' teknoloġiji ġodda tkun żviluppata u mibnija billi jittieħed kont sew tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data. Il-promozzjoni ta' prodotti teknoloġiċi li jirrispettaw il-privatezza għandha tkun element kruċjali f'kuntest fejn l-użu ubikwitarju tal-kompjuter qed jiżviluppa malajr.

64.

Marbuta mill-qrib hija n-neċessità li tiġi estiża l-iskala tal-partijiet interessati fl-infurzar tal-liġi tal-protezzjoni tad-data. Minn naħa waħda, il-KEPD jappoġġa bis-saħħa r-rwol fundamentali ta' l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data fl-infurzar tal-prinċipji tad-Direttiva, u jagħmel użu sħiħ mis-setgħat tagħhom kif ukoll mill-possibbiltà ta' koordinazzjoni fil-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29. Infurzar aktar effettiv tad-Direttiva huwa wkoll wieħed mill-objettivi ta' “l-inizjattiva ta' Londra”.

65.

Minn naħa oħra, il-KEPD jenfasizza kemm huwa attraenti l-fatt li jiġi promoss l-infurzar privat tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data permezz ta' l-awtoregolamentazzjoni u l-kompetizzjoni. L-industrija għandha tiġi mħeġġa timplimenta l-prinċipji ta' protezzjoni tad-data u tikkompeti fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi li jirrispettaw il-privatezza bħala mod ta' kif tespandi l-pożizzjoni tagħha fis-suq billi tindirizza aħjar l-aspettattivi tal-konsumaturi konxji tal-privatezza. F'dan il-kuntest eżempju tajjeb jista' jinstab fis-siġilli ta' privatezza, li jistgħu jitwaħħlu mal-prodotti u s-servizzi li jkunu għaddew minn proċedura ta' ċertifikazzjoni (29).

66.

Il-KEPD jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal għodod oħrajn li, għalkemm ma jissemmewx mill-Komunikazzjoni, jistgħu jirriżultaw utli għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva. Eżempji ta' għodod bħal dawn li jgħinu lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jinfurzaw aħjar il-liġi tal-protezzjoni tad-data huma:

il-benchmarking,

il-promozzjoni u l-kondiviżjoni ta' l-aħjar prattika,

verifiki tal-privatezza minn parti terza.

F.   Strumenti oħrajn, għall-perijodu itwal

67.

Bħala punt ta' l-aħħar, il-KEDP jirreferi għal strumenti oħrajn li mhumiex imsemmija fil-Komunikazzjoni, iżda li jistgħu jew jiġu kkunsidrati għal bidla futura tad-Direttiva jew jiġu inklużi f'leġislazzjoni orizzontali oħra, b'mod partikolari:

l-azzjonijiet kollettivi, li jagħtu s-setgħa lil gruppi ta' ċittadini biex konġuntament jużaw il-litigazzjoni fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data personali, jistgħu jikkostitwixxu għodda b'saħħitha ħafna biex ikun faċilitat l-infurzar tad-Direttiva.

azzjonijiet, mibdija minn persuni ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom huma maħsuba biex jipproteġu l-interessi ta' ċerti kategoriji ta' persuni, bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u t-trade unions, jista' jkollhom effett simili.

l-obbligu għall-kontrolluri tad-data li jinnotifikaw ksur ta' sigurtà lis-suġġetti tad-data ma jkunx biss salvagwardja prezzjuża, iżda jkun ukoll mod ta' kif titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini.

dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu ta' siġilli tal-privatezza jew verifiki tal-privatezza minn parti terza (ara l-punti 65 u 66) f'kuntest transnazzjonali.

G.   Definizzjoni aħjar tar-responsabbiltajiet ta' l-atturi istituzzjonali, b'mod partikolari l-Grupp ta' Ħidma

68.

Atturi istituzzjonali differenti għandhom responsabbiltajiet relatati ma' l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva l-awtoritajiet ta' sorveljanza fl-Istati Membri huma responsabbli għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jitrasponu d-Direttiva fl-Istati Membri. L-Artikolu 29 jintroduċi l-Grupp ta' Ħidma ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza filwaqt li l-Artikolu 30 jenumera l-kompiti tiegħu. Skond l-Artikolu 31 kumitat ta' rappreżentanti mill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri implimentattivi fil-livell Komunitarju (kumitat ta' komitoloġija).

69.

Il-ħtieġa għal definizzjoni aħjar tar-responsabbiltajiet ta' l-atturi differenti teżisti b'mod partikolari fir-rigward ta' (l-attivitajiet) tal-Grupp ta' Ħidma. L-Artikolu 30 (1) jelenka erba' kompiti tal-Grupp ta' Ħidma li jistgħu jiġu mqassra bħala l-eżami ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva fil-livell nazzjonali bil-ħsieb ta' uniformità u l-għoti ta' opinjonijiet dwar l-iżvilupp fil-livell Komunitarju: il-livell ta' protezzjoni, proposti leġislattivi u kodiċi ta' kondotta. Din il-lista turi r-responsabbiltà wiesgħa tal-Grupp ta' Ħidma fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, li hija illustrata aktar mid-dokumenti prodotti mill-Grupp ta' Ħidma matul is-snin.

70.

Skond il-Komunikazzjoni, il-Grupp ta' Ħidma “huwa element prinċipali fl-iżgurar ta' implimentazzjoni aħjar u aktar koerenti.” Il-KEDP jaqbel bis-sħiħ ma' din id-dikjarazzjoni, iżda jqis ukoll li jeħtieġ li jiġu ċċarati xi elementi speċifiċi tar-responsabbiltajiet.

71.

L-ewwel nett, il-Komunikazzjoni tħeġġeġ biex jittejjeb il-kontribut tal-Grupp ta' Ħidma, peress li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħmlu ħilithom biex jadattaw il-prattika nazzjonali għal-linja komuni (30). Il-KEPD jilqa' l-intenzjoni ta' din id-dikjarazzjoni, iżda jallerta li jista' jkun hemm konfużjoni ta' responsabbiltajiet. Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 211 KE li timmonitorja l-konformità fl-Istati Membri, inkluża l-konformità mill-awtoritajiet ta' sorveljanza. Il-Grupp ta' Ħidma, bħala konsulent indipendenti, ma jistax jinżamm responsabbli għall-applikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-opinjonijiet tiegħu.

72.

It-tieni, il-Kummissjoni għandha tkun konxja tar-rwoli differenti tagħha fil-Grupp ta' Ħidma, peress li mhux biss hi Membru tal-Grupp ta' Ħidma iżda tipprovdi wkoll is-segretarjat tiegħu. Fl-eżerċizzju tat-tieni rwol bħala segretarjat, għandha tappoġġa l-Grupp ta' Ħidma b'mod li jkun jista' jwettaq il-ħidma tiegħu b'mod indipendenti. Dan bażikament ifisser żewġ affarijiet: il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-riżorsi neċessarji u s-segretarjat għandu jaħdem taħt l-istruzzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma u l-President tiegħu fir-rigward tal-kontenut u l-ambitu ta' l-attivitajiet tal-Grupp ta' Ħidma, kif ukoll fir-rigward tan-natura tal-produzzjoni tiegħu. B'mod aktar ġenerali, l-attivitajiet tal-Kummissjoni fit-twettiq tad-doveri l-oħrajn tagħha skond il-liġi KE m'għandhomx ikunu ta' piż fuq id-disponibbiltà tagħha bħala segretarjat.

73.

It-tielet, għalkemm l-għażla tal-prijoritajiet tal-Grupp ta' Ħidma hija d-diskrezzjoni tal-Grupp ta' Ħidma nnifsu, il-Kummissjoni tista' tindika x'tistenna mill-Grupp ta' Ħidma u kif tikkunsidra li r-riżorsi disponibbli jistgħu jintużaw l-aħjar.

74.

Ir-raba', il-KEDP jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma tagħtix indikazzjonijiet ċari dwar id-diviżjoni tar-rwoli bejn il-Kummissjoni u l-Grupp ta' Ħidma. Huwa jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta dokument lill-Grupp ta' Ħidma li fih jingħataw it-tali indikazzjonijiet. Il-KEDP għandu s-suġġerimenti li ġejjin għal kwistjonijiet li għandhom jiġu inklużi f'dan id-dokument:

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Grupp ta' Ħidma jaħdem fuq numru ta' kwistjonijiet konkreti u speċifikati. It-talbiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu bbażati fuq strateġija ċara tal-kompiti u l-prijoritajiet tal-Grupp ta' Ħidma.

Il-Grupp ta' Ħidma jistabbilixxi l-prijoritajiet tiegħu stess fi Programm ta' Ħidma bi prijoritajiet ċari.

Possibbilment, il-Kummissjoni u l-Grupp ta' Ħidma jistgħu jistabbilixxu l-arranġamenti tagħhom f'Memorandum ta' Ftehim.

Huwa essenzjali li l-Grupp ta' Ħidma jkun involut bis-sħiħ fl-interpretazzjoni tad-Direttiva u jagħti spunt lid-diskussjonijiet li jwasslu għal tibdil possibbli tad- Direttiva.

VII.   KONKLUŻJONIJIET

75.

Il-KEDP jikkondividi l-konklużjoni ċentrali tal-Kummissjoni li d-Direttiva m'għandhiex tiġi emendata fil-perijodu qasir. Din il-konklużjoni tista' tiġi msaħħa billi tinbena wkoll fuq in-natura tad-Direttiva u fuq il-politika leġislattiva ta' l-Unjoni.

76.

Il-punti ta' tluq għall-KEPD huma kif ġej:

Fil-perijodu qasir, aħjar l-enerġija tintuża fuq titjib fl-implimentazzjoni tad- Direttiva.

Fil-perijodu itwal, tibdil tad-Direttiva jidher li ma jistax jiġi evitat.

Għandha tiġi stabbilita minn issa data ċara għal reviżjoni sabiex jitħejjew proposti li jwasslu għal dan it-tibdil. Din id-data tagħti inċentiv ċar biex tinbeda diġà minn issa r-riflessjoni dwar it-tibdil futur.

77.

L-elementi prinċipali ta' tibdil futur jinkludu:

M'hemmx bżonn ta' prinċipji ġodda, iżda hemm bżonn ċar għal arranġamenti amministrattivi oħrajn.

Il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-użu kollu tad-data personali m'għandux jinbidel.

Il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data għandha tippermetti approċċ bilanċjat f'każijiet konkreti u għandha wkoll tħalli lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jistabbilixxu l-prijoritajiet.

Is-sistema għandha tapplika bis-sħiħ għall-użu tad-data personali għal finijiet ta' infurzar tal-liġi, għalkemm miżuri addizzjonali adatti jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu ttrattati problemi speċjali f'dan il-qasam.

78.

Il-KEPD jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tispeċifika: pjan bid-dati għall-attivitajiet tal-Kapitolu 3 tal-Komunikazzjoni; skadenza għal rapport sussegwenti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva; termini ta' referenza biex jitkejjel it-twettiq ta' l-attivitajiet previsti; indikazzjonijiet dwar kif wieħed ser ikompli fil-perijodu itwal.

79.

Il-KEDP jilqa' l-approċċ dwar it-teknoloġija bħala pass importanti ta' l-ewwel u jissuġġerixxi li tinbeda d-diskussjoni dwar approċċ għall-perijodu fit-tul, inkluż inter alia dibattitu fundamentali dwar l-iżvilupp ta' soċjetà ta' sorveljanza. Huwa jilqa' wkoll ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tad-Direttiva 2002/58/KE u l-ħtieġa possibbli għal regoli aktar speċifiċi sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda bħall-Internet u l-RFID. Dawn l-azzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-kuntest dinamiku fl-intier tiegħu u f'perspettiva għall-perijodu fit-tul jinvolvu wkoll id-Direttiva 95/46/KE.

80.

Il-KEDP jiddispjaċih li l-perspettiva ta' privatezza fil-livell globali u ġurisdizzjoni għandha rwol limitat fil-Komunikazzjoni u jitlob għal soluzzjonijiet prattiċi li jirrikonċiljaw il-bżonn għall-protezzjoni tas-suġġetti tad-data Ewropea mal-limitazzjonijiet territorjali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħal: l-iżvilupp ulterjuri ta' Qafas Globali għall-protezzjoni tad-data; l-iżvilupp ulterjuri tar-reġim speċjali għat-trasferiment tad-data lejn pajjiżi terzi; ftehim internazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni jew ftehim simili ma' pajjiżi terzi; l-investiment f'mekkaniżmi għall-konformità globali, bħall-użu ta' regoli korporattivi vinkolanti minn kumpanniji multinazzjonali.

Il-KEPD jistieden lill-Kummissjoni tibda tiżviluppa viżjoni dwar din il-perspettiva, flimkien ma' l-aktar partijiet interessati rilevanti.

81.

Fir-rigward ta' l-infurzar tal-liġi, il-KEDP għandu s-suġġerimenti li ġejjin għall-Kummissjoni:

Issir riflessjoni ulterjuri dwar l-implikazzjonijiet ta' l-involviment ta' kumpanniji privati f'attivitajiet ta' infurzar tal-liġi.

Jinżamm l-effet utile ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva, possibbilment billi tiġi proposta leġislazzjoni li timmira lejn l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet u s-salvagwardji għall-użu ta' l-eżenzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

82.

L-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva tfisser (1) li jiġi żgurat li l-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ ma' l-obbligi tagħhom skond id-dritt Ewropew u (2) li jintużaw bis-sħiħ għodod mhux vinkolanti oħrajn li jistgħu jkunu strumentali għal livell għoli u armonizzat tal-protezzjoni tad-data. Il-KEDP jitlob mill-Kummissjoni li tindika b'mod ċar kif ser tuża l-istrumenti differenti u kif tiddistingwi r-responsabbiltajiet proprji tagħha minn dawk tal-Grupp ta' Ħidma.

83.

Fir-rigward ta' dawk l-istrumenti:

F'ċerti każijiet tista' tkun meħtieġa azzjoni leġislattiva speċifika fil-livell ta' l-UE.

Il-Kummissjoni hija mħeġġa tipprova tikseb implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva permezz ta' proċeduri ta' ksur.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tuża l-istrument ta' komunikazzjoni interpretattiva — filwaqt li tirrispetta r-rwol konsultattiv kemm tal-Grupp ta' Ħidma kif ukoll tal-KEDP — għall-kwistjonijiet li ġejjin: il-kunċett ta' data personali; id-definizzjoni tar-rwol tal-kontrollur tad-data jew il-proċessur tad-data; id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli; il-prinċipji ta' limitazzjoni ta' l-għan u l-użu inkompatibbli; ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar, speċjalment fir-rigward ta' kunsens inambigwu u l-bilanċ ta' interessi.

Strumenti mhux vinkolanti jinkludu strumenti li jibnu fuq il-kunċett ta' “privacy by design”.

Għall-perijodu itwal anki: azzjonijiet kollettivi; azzjonijiet mibdija minn persuni ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom huma mfassla biex jipproteġu l-interessi ta' ċerti kategoriji ta' persuni; obbligi għall-kontrolluri tad-data li jinnotifikaw ksur ta' sigurtà lis-suġġetti tad-data; dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu ta' siġilli tal-privatezza jew verifiki tal-privatezza minn parti terza f'kuntest transnazzjonali.

84.

Il-KEDP jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta dokument lill-Grupp ta' Ħidma fejn tagħti indikazzjonijiet ċari dwar id-diviżjoni tar-rwoli bejn il-Kummissjoni u l-Grupp ta' Ħidma, inklużi l-kwistjonijiet li ġejjin:

Talbiet lill-Kummissjoni biex taħdem fuq numru ta' kwistjonijiet konkreti u speċifikati, ibbażati fuq strateġija ċara tal-kompiti u l-prijoritajiet tal-Grupp ta' Ħidma.

Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti arranġamenti fi MtF.

L-involviment sħiħ tal-Grupp ta' Ħidma fl-interpretazzjoni tad-Direttiva u d-diskussjonijiet li jwasslu għal tibdil possibbli tad-Direttiva.

85.

Il-konsegwenzi tat-Trattat ta' Riforma għandhom jiġu kkunsidrati kif dovut, sabiex tkun żgurata l-aktar applikazzjoni wiesgħa possibbli tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data li jinsabu fid-Direttiva. Il-KEPD ippreżenta suġġerimenti f'ittra lill-Presidenza ta' l-IGC.

Magħmul fi Brussell, 25 ta' Lulju 2007,

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Minn hawn 'il quddiem: il-Komunikazzjoni.

(4)  Minn hawn 'il quddiem: id Direttiva

(5)  Ara l-punt 37 ta' din l-opinjoni.

(6)  B'mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti f'Lindqvist (ara n-nota 15 f'qiegħ il-paġna) u fil-każijiet PNR (ara n-nota 17 f'qiegħ il-paġna).

(7)  Paġna 9, l-ewwel paragrafu sħiħ tal-Komunikazzjoni.

(8)  Premessa 11 tad-Direttiva.

(9)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-kommunikazzjoni elettronika), ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(10)  P. 11 tal-Komunikazzjoni.

(11)  P. 6 tal-Komunikazzjoni, eżatt qabel il-paragrafu finali.

(12)  Ara, per eżempju l-Opinjoni Nru 4/2007 dwar il-kunċett ta' data personali (GĦ 137) tal-Grupp ta' Ħidma, adottat fl-20 ta' Ġunju 2007.

(13)  It-Task Force ta' l-Internet huwa sottogrupp tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29.

(14)  Ara, per eżempju, il-Kummenti dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà tad-databases Ewropej, 10 ta' Marzu 2006, ippubblikati fuq il-websajt tal-KEPD.

(15)  Ara: “Ir-Rapport dwar is-Soċjetà ta' Sorveljanza”, imħejji min-Netwerk dwar l-Istudji ta' Sorveljanza għall-Kummissarju ta' l-Informazzjoni tar-Renju Unit, u ppreżentat fit-28 Konferenza Internazzjonali tal-Kummissarji tal-Protezzjoni tad-Data u l-Privatezza f'Londra fit-2-3 ta' Novembru 2006 (ara: www.privacyconference2006.co.uk (Dokumenti tat-taqsima)).

(16)  Ara, per eżempju, id-Dokument ta' Ħidma dwar l-Interpretazzjoni Komuni ta' l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1995, adottat fil-25 ta' Novembru 2005 (GĦ114); id-Dokument ta' Ħidma li Jistabbilixxi Proċedura ta' Kooperazzjoni għall-Ħruġ ta' Opinjonijiet Komuni dwar is-Salvagwardji Adegwati li Jirriżultaw minn “Regoli Korporattivi Vinkolanti”, adottat fl-14 ta' April 2005 (GĦ107), u l-Opinjoni 8/2003 dwar l-abbozz ta' klawżoli kuntrattwali standard ippreżentat minn grupp ta' assoċjazzjonijiet tan-negozju (“il-kuntratt mudell alternattiv”), adottata fis-17 ta' Diċembru 2003 (GĦ84).

(17)  Sentenza tal-Qorti tas-6 ta' Novembru 2003, Każ C-101/01, Ġabra [2003], p.I-12971, punti 56-71.

(18)  Ara l-Ittra lid-Direttur Ġenerali tad-dipartiment tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Komunikazzjoni dwar “Strateġija dwar id-Dimensjoni Esterna taż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja”, 28 ta' Novembru 2005, disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD.

(19)  Sentenza tal-Qorti tat-30 ta' Mejju 2006, il-Parlament Ewropew v il-Kunsill (C-317/04) u l-Kummissjoni (C-318/04), Każijiet konġunti C-317/04 u C-318/04, Ġabra [2006], p. I-4721.

(20)  Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, 28 ta' Jannar 1981.

(21)  In-nuqqas ta' preċiżjoni tal-Konvenzjoni Nru 108 kien imsemmi mill-KEPD f'numru ta' opinjonijiet, fir-rigward tal-ħtieġa għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill.

(22)  Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata in konnessjoni mal-provvediment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli ta' networks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.

(23)  Il-kwistjoni ta' 'lakuna ġuridika', kif espress mill-KEPD f'diversi okkażjonijiet, prinċipalment fir-rigward tas-Sentenza PNR (ara, għal informazzjoni, ir-rapport annwali ta' l-2006, p. 47).

(24)  Sentenza tal-Qorti ta' l-20 ta' Mejju 2003, Każijiet konġunti C-465/00, C-138/01 u C-139/01, Ġabra [2003] p. I-4989.

(25)  Ara l-ittra tal-KEPD tat-23 ta' Lulju 2007 lill-presidenza ta' l-IGC dwar il-protezzjoni tad-data taħt it-Trattat ta' Riforma, disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD.

(26)  Ara l-Komunikazzjoni, p. 6.

(27)  Ara l-Karta ta' Politika tal-KEPD “Il-KEPD bħala konsulent għall-Istituzzjonijiet Komunitarji dwar proposti għal leġislazzjoni u dokumenti relatati”, disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD (punt 5.2 tad-dokument).

(28)  Dan is-suġġett ġie trattat ukoll fl-Opinjoni Nru 4/2007 tal-Grupp ta' Ħidma, ċitat fin-nota 9 f'qiegħ il-paġna.

(29)  Ta' min wieħed isemmi l-proġett EuroPriSe, promoss mill-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data ta' Schleswig Holstein fi ħdan il-qafas tal-proġett Eten tal-Kummissjoni Ewropea.

(30)  Ara l-paġna 11 tal-Komunikazzjoni.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/13


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) — COM(2006) 817 finali

(2007/C 255/02)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kumsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skond l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mibgħut lill-KEPD (Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data) fl-20 ta' Diċembru 2006.

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   RIMARKI PRELIMINARI

Konsultazzjoni mal-KEPD

1.

Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) intbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għal parir, skond l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament 45/2001/KE. Skond il-KEPD, l-opinjoni preżenti għandha tissemma fil-preambolu tad-Deċiżjoni Qafas (3).

L-importanza tal-proposta

2.

L-objettiv tal-proposta m'huwiex li sseħħ bidla maġġuri fil-mandat jew l-attivitajiet ta' l-Europol, imma prinċipalment biex tipprovdi lill-Europol b'bażi legali ġdida u aktar flessibbli. Fl-1995, il-Europol inħoloq fuq il-bażi ta' Konvenzjoni bejn l-Istati Membri, fis-sens ta' l-Artikolu K.6 UE (issa: l-Artikolu 34). (4) L-iżvantaġġ ta' Konvenzjonijiet bħal dawn rigward il-flessibiltà u l-effettività huwa l-ħtieġa li jiġu rratifikati mill-Istati Membri kollha, li kif uriet l-esperjenza riċenti tista' tieħu diversi snin. Kif juri l-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta preżenti, it-tliet protokolli li jemendaw il-Konvenzjoni Europol, adottati fl-2000, l-2002 u l-2003 kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ sa l-aħħar ta' l-2006 (5).

3.

Madankollu, il-proposta fiha wkoll bidliet sostantivi, sabiex jittejjeb aktar il-mod kif jiffunzjona l-Europol. Hija testendi l-mandat ta' l-Europol u fiha diversi dispożizzjonijiet ġodda, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw aktar il-ħidma ta' l-Europol. F'din il-perspettiva, l-iskambju ta'data bejn l-Europol u korpi oħrajn (bħal ma huma l-korpi tal-Komunità Ewropea/Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi) jsir kwistjoni aktar prominenti. Il-proposta tistipula li l-Europol għandu jagħmel kull sforz biex jassigura l-interoperabilità bejn is-sistemi ta' l-ipproċessar ta'data ta' l-Europol u s-sistemi ta' l-Istati Membri u tal-korpi tal-Komunità Ewropea/Unjoni Ewropea (l-Artikolu 10(5) tal-proposta). Barra minn hekk hija tipprevedi aċċess dirett mill-unitajiet nazzjonali fis-sistema ta' l-Europol.

4.

Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta' l-Europol bħala korp skond it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea (it-tielet pilastru) għandha konsegwenzi għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni ta'data minħabba li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika biss għall-ipproċessar li jitwettaq fl-eżerċizzju ta' l-attivitajiet taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u għaldaqstant bħala prinċipju ma japplikax għall-ipproċessar ta' l-operazzjonijiet ta' l-Europol. Il-Kapitolu V tal-proposta fih regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data, li jistgħu jitqiesu bħala lex specialis li jipprovdu regoli addizzjonali b'żieda ma' lex generalis, qafas legali ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data. Madankollu, dan il-qafas legali ġenerali għat-tielet pilastru għadu ma ġiex adottat (ara l-punti addizzjonali 37-40).

5.

Punt ta' l-aħħar li għandu jissemma huwa li xi bidliet oħra se jġibu l-pożizzjoni ta' l-Europol aktar konformi ma' korpi oħra ta' l-Unjoni Ewropea, stabbiliti skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Għalkemm dan ma jibdilx b'mod fundamentali l-pożizzjoni ta' l-Europol, huwa jista' jitqies bħala l-ewwel żvilupp inkoraġġanti. L-Euopol ser ikun iffinanzjat mill-baġit Komunitarju u l-Persunal ta' l-Europol ser jidħol fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità. Dan isaħħaħ il-kontroll tal-Parlament Ewropew (minħabba l-pożizzjoni tiegħu fil-proċedura tal-baġit) u tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (f'kawżi dwar il-baġit u materji tal-Persunal). Il-KEPD ser ikollu kompetenzi rigward l-ipproċessar ta'data personali li għandha x'taqsam mal-Persunal Komunitarju (ara l-punt addizzjonali 47).

Il-punt fokali ta' din l-opinjoni

6.

Din l-opinjoni b'mod suċċessiv se tittratta l-bidliet sostantivi (imfissra taħt 3), il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data (taħt 4) u x-xebh li qed jiżdied bejn l-Europol u l-korpi Komunitarji (taħt 5).

7.

L-opinjoni ser tagħti attenzjoni speċifika lill-importanza li qed tiżdied ta' l-iskambju ta'data bejn l-Europol u korpi oħra ta' l-Unjoni Ewropea, li fil-maġġoranza tal-każijiet jaqgħu taħt is-sorveljanza tal-KEPD. F'dan il-kuntest, l-Artikoli 22, 25 u 48 tal-proposta jistgħu jissemmew b'mod speċifiku. Il-kumplessità ta' din il-kwistjoni twassal għal tħassib kemm rigward il-prinċipju tal-limitazzjoni ta' l-għan kif ukoll rigward il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sorveljanza f'każijiet fejn korpi ta' sorveljanza differenti huma kompetenti biex jissorveljaw lill-korpi Ewropej differenti, skond il-pilastru li fuqu huma bbażati. Punt ieħor ta' tħassib għandu x'jaqsam ma' l-interoperabilità tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' l-Europol ma' sistemi ta' informazzjoni oħra.

II.   IL-PROPOSTA FIL-KUNTEST TAGĦHA

8.

Il-kuntest leġislattiv ta' din il-proposta qiegħed jinbidel b'mod mgħaġġel.

9.

L-ewwel nett, il-proposta preżenti hija waħda minn għadd ta' attivitajiet leġislattivi fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-korpi ġudizzjarji, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-possibbiltajiet għall-ħażna u l-iskambju ta'data personali għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi. Uħud minn dawn il-proposti kienu adottati mill-Kunsill — per eżempju d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence (6), waqt li proposti oħra għadhom fil-proċess.

10.

Il-prinċipju gwida għal dawn l-attivitajiet leġislattivi huwa l-prinċipju tad-disponibbiltà li kien introdott bħala prinċipju tal-liġi ġdid u importanti fil-Programm ta' l-Aja f'Novembru 2004. Dan jistabbilixxi li l-informazzjoni meħtieġa għall-ġlieda kontra l-kriminalità għandha taqsam il-fruntieri interni ta' l-UE mingħajr xkiel.

11.

Il-prinċipju tad-disponibbiltà m'huwiex suffiċjenti fih innifsu. Miżuri leġislattivi addizzjonali huma meħtieġa biex l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji jkunu jistgħu jwettqu l-iskambju ta' l-informazzjoni b'mod effettiv. F'xi każijiet, l-istrument magħżul biex dan l-iskambju jiġi ffaċilitat, jinkludi l-istabbiliment jew it-titjib ta' sistema ta' informazzjoni f'livell Ewropew. Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol hija sistema minn dawn. Il-KEPD indirizza kwistjonijiet bażiċi ta' sistemi bħal dawn rigward is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u ser jindirizza wkoll uħud minn dawk il-kwistjonijiet rigward il-proposta preżenti. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-kondizzjonijiet biex jingħata aċċess għas-sistema, l-interkonnessjoni u l-interoperabilità u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni u s-sorveljanza tad-data. (7)

12.

Barra minn hekk, il-proposta għandha tkun eżaminata fid-dawl ta' l-iżviluppi l-aktar riċenti, bħall-inizjattiva ppreżentata mill-presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni Ewropea biex it-Trattat ta' Prüm jiġi traspost fil-qafas legali ta' l-UE.

13.

It-tieni nett, il-qafas għall-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru — kondizzjoni meħtieġa għall-iskambju ta'data personali — għadu (kif intqal qabel) mhux adottat. Għall-kuntrarju, in-negozjati fil-Kunsill dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta'data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali kienu pjuttost diffiċli. Il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill ħabbret li ser ikun propost test (8) ġdid, b'xi differenzi essenzjali għall-approċċ użat fil-proposta tal-Kummissjoni.

14.

It-tielet nett, il-proposta hija relatata b'mod dirett ma' l-iżviluppi li għandhom x'jaqsmu mat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. L-Artikolu III-276 tat-Trattat Kostituzzjonali huwa meqjus bħala pass maġġuri fi proċess fejn fuq naħa waħda ir-rwol u l-kompiti ta' l-Europol huwa estiżi b'mod gradwali u fuq in-naħa l-oħra l-Europol hija inkluża b'mod gradwali fil-qafas istituzzjonali Ewropew. Kif iddikjarat fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta preżenti, dan l-artikolu jinkorpora l-viżjoni li tnisslet rigward il-ġejjieni ta' l-Europol. Id-deċiżjoni preżenti tadotta parti minn din il-viżjoni, waqt li tqis l-inċertezza dwar jekk u meta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Kostituzzjonali ser jidħlu fis-seħħ.

III.   TIBDIL SOSTANTIV

Kompetenza u kompiti ta' l-Europol

15.

L-Artikoli 4 u 5 u l-Anness I tal-proposta jiddeterminaw il-mandat ta' l-Europol. Dan il-mandat issa huwa estiż għall-kriminalità li m'hijiex relatata b'mod strett mal-kriminalità organizzata u li tkopri l-istess lista ta' reati serji inklużi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-mandat ta' arrest Ewropew (9). It-tieni estenzjoni tar-rwol ta' l-Europol hija li l-databases tiegħu issa ser jinkludu informazzjoni u intelligence mibgħuta minn entitajiet privati.

16.

Dwar din l-ewwel estenzjoni, din hija pass loġiku fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni tal-pulizija f'materji kriminali. Il-KEPD jagħraf li dan jirriżulta f'armonizzazzjoni aħjar ta' l-istrumenti legali li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tal-pulizija. L-armonizzazzjoni hija utli, mhux biss għax ittejjeb il-kondizzjonijiet għal kooperazzjoni aħjar, iżda wkoll għax issaħħaħ iċ-ċertezza legali taċ-ċittadin u tagħmel possibbli kontroll aktar effiċjenti tal-kooperazzjoni tal-pulizija, minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istrumenti differenti kollha jestendi għall-istess kategoriji ta' reati. Il-KEPD jassumi li din l-estenzjoni tal-mandat hija proposta b'kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

17.

Dwar it-tieni estenzjoni, din tinkwadra fi ħdan ix-xejra riċenti fil-kooperazzjoni tal-pulizija fejn l-użu ta'data miġbura minn kumpanniji privati għall-finijiet ta' l-infurzar tal-liġi jsir aktar u aktar importanti. Il-KEPD jagħraf li jista' jkun hemm il-ħtieġa għal dan l-użu. B'mod partikolari għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħra, jista' jkun meħtieġ għall-infurzar tal-liġi li jkun hemm aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża l-informazzjoni f'idejn partijiet privati. (10) Madankollu, in-natura ta' l-informazzjoni u l-intelligence li tiġi minn partijiet privati teħtieġ salvagwardji addizzjonali, inter alia sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni ta' din l-informazzjoni minħabba li din hija data personali li tkun inġabret għal finijiet kummerċjali f'ambjent kummerċjali. Għandu jiġi żgurat ukoll li din l-informazzjoni tkun inġabret u ġiet ipproċessata b'mod legali qabel tintbagħat lill-Europol, skond il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE u li l-aċċess mill-Europol huwa permess biss skond kondizzjonijiet u limitazzjonijiet definiti sewwa: l-aċċess għandu jkun permess biss abbażi tal-każijiet individwali, għal finijiet speċifiċi u jkun taħt kontroll ġudizzjarju fl-Istati Membri (11). Il-KEPD għaldaqstant jissuġġerixxi li dawn il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ikunu inklużi fit-test tad-deċiżjoni.

Artikolu 10 dwar l-ipproċessar ta' l-informazzjoni

18.

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Europol jieħu approċċ restritt dwar l-ipproċessar ta' l-informazzjoni miġbura mill-Europol. Dan l-ipproċessar huwa limitat għal tliet komponenti: is-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol, il-Fajls ta' Ħidma ta' Analiżi u s-sistema ta' l-indiċi. L-Artikolu 10 (1) tal-proposta jibdel din il-metodu b'dispożizzjoni ġenerali li tippermetti lill-Europol li jipproċessa l-informazzjoni u l-intelligence safejn huwa meħtieġ biex jilħaq l-objettivi tiegħu. Madankollu, l-Artikolu 10 (3) tal-proposta jiddikjara li l-ipproċessar ta'data personali barra mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol u l-Fajls ta' Ħidma ta' Analiżi huwa soġġett għal kondizzjonijiet stabbiliti f'deċiżjoni tal-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Skond il-KEPD din id-dispożizzjoni hija abbozzata b'mod preċiż biżżejjed biex tħares l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data. Il-konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni bħal din mill-Kunsill kif proposta fil-punt 55 għandha tiżdied ma' l-Artiklu 10 (3).

19.

Fl-Artikolu 10 (2), il-possibbiltà għall-Europol li “jipproċessa d-data personali bil-fini li jiddetermina jekk din id-data hijiex rilevanti għall-kompiti tiegħu” tidher li tmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan il-kliem użat m'huwiex preċiż wisq u jiġbor fih, fil-prattika, ir-riskju ta' pproċessar għal ħafna tipi ta' finijiet mhux iddefiniti.

20.

Il-KEPD jifhem il-ħtieġa għall-ipproċessar ta'data personali fi stadju meta r-rilevanza tagħha għat-twettiq tal-ħidma ta' l-Europol tkun għadha ma ġietx stabbilita. Madankollu, għandu jkun żgurat li l-ipproċessar ta'data personali li r-rilevanza tagħha tkun għadha ma ġietx ivvalutata jkun limitat b'mod strett għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza tagħha, li din il-valutazzjoni titwettaq f'perijodu ta' żmien raġonevoli, u li, sakemm ir-rilevanza tkun għadha ma ġietx ivverifikata, id-data ma tkunx ipproċessata għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Soluzzjoni differenti mhux biss tinfluwenza d-drittijiet tas-suġġetti tad-data imma wkoll ixxekkel l-effiċjenza ta' l-infurzar tal-liġi.

Għaldaqstant, biex ikun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-KEPD jipproponi li tiżdied dispożizzjoni ma' l-Artikolu 10 (2) li tistabbilixxi l-obbligu li d-data tinħażen f'databases separati sakemm ir-rilevanza għal xi ħidma speċifika ta' l-Europol tkun stabbilita. Barra minn hekk, il-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' din id-data jrid ikun limitat b'mod strett u f'kull każ ma jkunx itwal minn 6 xhur (12).

21.

Skond l-Artikolu 10 (5) tal-proposta, għandu jsir kull sforz biex tkun żgurata l-interoperabilità mas-sistemi ta' l-ipproċessar ta'data fl-Istati Membri u mas-sistemi użati mill-korpi relatati Komunitarji u ta' l-Unjoni. Dan l-approċċ jreġġa' lura l-metodu tal-Konvenzjoni Europol (Art. 6 (2)), li jipprojbixxi r-rabtiet ma' sistemi awtomatizzati oħra ta' l-ipproċessar.

22.

Fil-kummenti tiegħu dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabilità tal-databases (13) Ewropej, il-KEPD oppona l-fehma li l-interoperabilità hija primarjament kunċett tekniku. Jekk id-databases jsiru teknikament interoperabbli — li jfisser li l-aċċess u l-iskambju tad-data jkunu possibbli — ikun hemm pressjoni biex din il-possibbiltà tintuża verament. Dan iġib miegħu riskji speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini, għax id-data tista' b'mod faċli tintuża għal fini differenti minn dak tal-ġbir. Il-KEPD jinsisti li jkunu applikati kondizzjonijiet u garanziji stretti, meta tiġi stabbilita l-interkonnessjoni ma' database fil-fatt.

23.

Il-KEPD għaldaqstant jirrakkomanda li tiżdied dispożizzjoni għall-proposta li tistabbilixxi li l-interkonnessjoni tkun permessa biss wara deċiżjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-garanziji għal din l-interkonnessjoni, b'mod partikolari rigward il-ħtieġa għall-interkonnessjoni u l-finijiet li għalihom ser tintuża d-data personali. Din id-deċiżjoni għandha tkun adottata wara konsultazzjoni mal-KEPD u l-Korp Konġunt ta' Kontroll. Dispożizzjoni bħal din tista' tkun relatata ma' l-Artikolu 22 tal-proposta dwar ir-relazzjonijiet ma' korpi u aġenziji oħra.

Artikolu 11: Sistema ta' informazzjoni ta' l-Europol

24.

Il-KEPD jinnota, rigward l-Artikolu 11 (1), li tneħħiet ir-restrizzjoni eżistenti ta' l-aċċess minn unità nazzjonali għad-data personali li għandha x'taqsam ma' kriminali potenzjali li jkunu għadhom (s'issa) ma wettqux reat. Din ir-restrizzjoni issa hija stabbilita fl-Artikolu 7 (1) tal-Konvenzjoni u tnaqqas l-aċċess dirett għad-dettalji ta' l-identità tal-persuni konċernati.

25.

Fil-fehma tal-KEPD m'hemmx ġustifikazzjoni għal din il-modifika sostantiva. Għall-kuntrarju, dawn is-salvagwardji speċifiċi għal din il-kategorija ta' persuni hija konformi b'mod sħiħ ma' l-approċċ tal-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta'data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali. Il-KEPD jirrakkomanda li jingħataw aktar salvagwardji għall-aċċess għad-data ta' dawn il-persuni li jkunu għadhom (s'issa) ma wettqux reat u f'kull każ biex ma tiddgħajjifx il-protezzjoni mogħtija skond il-Konvenzjoni Europol.

Artikolu 20: Limiti taż-żmien għall-ħażna

26.

Skond it-test emendat ta' l-Artikolu 21 (3) tal-Konvenzjoni Europol (14), il-ħtieġa għal ħażna kontinwa ta'data personali relatata ma' individwi kif imsemmi fl-Artikolu 10 (1) għandha tiġi riveduta kull sena u r-reviżjoni tiġi ddokumentata. Madankollu, l-Artikolu 20 (1) tal-proposta jeħtieġ reviżjoni fi żmien tliet snin biss wara li tiddaħħal id-data. Il-KEPD m'huwiex konvint li din il-flessibilità addizzjonali hija meħtieġa u għaldaqstant jirrakkomanda li fil-proposta jiddaħħal l-obbligu li ssir reviżjoni kull sena. Modifika tal-proposta hija wkoll aktar importanti, minħabba li l-proposta għandu jkun fiha l-obbligu li ssir reviżjoni tal-ħażna fuq bażi regolari, mhux biss darba wara tliet snin.

Artikolu 21: Aċċess għal databases nazzjonali u internazzjonali

27.

L-Artikolu 21 huwa dispożizzjoni ġenerali li tippermetti lill-Europol li jikseb aċċess kompjuterizzat u jieħu data minn sistemi ta' informazzjoni nazzjonali u internazzjonali oħra. Dan l-aċċess għandu jkun permess biss abbażi ta' każijiet individwali, taħt kondizzjonijiet stretti. Madankollu, l-Artikolu 21 jippermetti aċċess li huwa wiesa' wisq li m'huwiex meħtieġ għall-ħidma ta' l-Europol. F'dan il-kuntest, il-KEPD jirreferi għall-opinjoni tiegħu ta' l-20 ta' Jannar 2006 dwar l-Aċċess għall-VIS minn awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà interna (15). Il-KEPD jirrakkomanda l-modifika tat-test tal-proposta kif meħtieġ.

28.

Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li d-dispożizzjoni, safejn għandha x'taqsam ma' l-aċċess għal databases nazzjonali, hija aktar wiesgħa mill-komunikazzjoni ta' informazzjoni bejn l-Europol u l-unitajiet nazzjonali, li hija ttrattata inter alia fl-Artikolu 12 (4) tal-proposta. Dan l-aċċess mhux biss ser ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill preżenti, imma ser ikun irregolat ukoll mil-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għal u l-użu tad-data. Il-KEPD jilqa' l-idea inkluża fl-Artikolu 21, li l-aktar regola stretta għandha tapplika. Barra minn hekk, l-importanza tal-komunikazzjoni ta'data personali bejn l-Europol u d-databases nazzjonali, inkluż l-aċċess mill-Europol għal dawn id-databases nazzjonali, hija raġuni addizzjonali għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta'data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, biex ikun hemm livell adegwat ta' protezzjoni.

Artikolu 24: Komunikazzjoni ta'data lil korpi terzi

29.

L-Artikolu 24 (1) jistabbilixxi żewġ kondizzjonijiet għall-komunikazzjoni ta'data lilawtoritajiet pubbliċi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali: (a) komunikazzjoni tista' sseħħ biss jekk tkun meħtieġa f'każijiet individwali fil-ġlieda kontra l-kriminalità u (b) fuq il-bażi ta' ftehim internazzjonali li jassigura li livell adegwat ta' protezzjoni tad-data qed tingħata mill-korp terz. L-Artikolu 24 (2) jippermetti deroga f'każijiet eċċezzjonali, billi jqis il-livell tal-protezzjoni tad-data tal-korp li jkun qed jirċievi. Il-KEPD jifhem il-ħtieġa għal dawn l-eċċezzjonijiet, u jenfasizza l-ħtieġa ta' l-applikazzjoni b'mod strett ta' l-eċċezzjonijiet, fuq il-merti partikolari ta' kull każ f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħafna. It-test ta' l-Artikolu 24 (2) jirrifletti dawn il-kondizzjonijiet b'mod sodisfaċenti.

Artikolu 29: Dritt ta' aċċess għad-data personali

30.

L-Artikolu 29 jittratta d-dritt ta' l-aċċess għal data personali. Dan huwa wieħed mid-drittijiet bażiċi tas-suġġett tad-data, li huwa minqux fl-Artikolu 8 (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għall-Unjoni Ewropea, u huwa garantit ukoll mill-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 u mir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987. Dan id-dritt huwa parti mill-prinċipju ta' pproċessar ġust u skond il-liġi tad-data personali u tfassal biex iħares l-interessi essenzjali tas-suġġett tad-data. Madankollu, il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 29 jillimitaw dan id-dritt b'mod li m'huwiex aċċettabbli fid-dawl ta' hawn fuq.

31.

L-ewwel nett, l-Artikolu 29 (3) jistabbilixxi li t-talba għalaċċess — magħmula fi Stat Membru skond l-Artikolu 29 (2) — tkun ittrattata skond l-Artikolu 29 u b'mod konformi mal-liġijiet u l-proċeduri ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba. Bħala riżultat, il-liġi nazzjonali tista' tillimita l-kamp ta' applikazzjoni u s-sostanza tad-dritt ta' aċċess u tista' timponi restrizzjonijiet ta' proċedura. Dan ir-riżultat jista' ma jkunx sodisfaċenti. Per eżempju, talbiet għall-aċċess għaldata personali jistgħu wkoll isiru minn persuni li d-data tagħhom ma tkunx ipproċessata mill-Europol. Huwa essenzjali li d-dritt għal aċċess jestendi għal dawn it-talbiet. Għaldaqstant irid ikun żgurat li ma tkunx tapplika liġi nazzjonali li tikkostitwixxi dritt għalaċċess aktar limitat.

32.

Skond il-KEPD, ir-referenza għal-liġi nazzjonali fl-Artikolu 29 (3) għandha titneħħa u tiġi sostitwita minn regoli armonizzati dwar il-kamp ta' applikazzjoni, is-sostanza u l-proċedura preferibbilment f'Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali jew, jekk ikun meħtieġ, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

33.

Barra minn hekk, l-Artikolu 29 (4) jelenka r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' l-aċċess għad-data personali, fil-każ li s-suġġett tad-data jkun irid jeżerċita d-dritt tiegħu ta' aċċess għad-data personali li għandha x'taqsam miegħu li hija pproċessata mill-Europol. Skond l-Artikolu 29 (4) l-aċċess għandu jkun miċħud jekk aċċess bħal dan 'jista' jipperikola' ċerti interessi speċifiċi. Dan il-kliem kif użat huwa aktar wiesa' mill-kliem użat fl-Artikolu 19 (3) tal-Konvenzjoni Europol, li jippermetti li l-aċċess ikun miċħud biss “jekk ċaħda bħal din hija meħtieġa għal”.

34.

Il-KEPD jirrakkomanda li jinżamm il-kliem li huwa aktar strett fit-test tal-Konvenzjoni Europol. Irid ikun ukoll żgurat li l-kontrollur tad-data jkollu l-obbligu li jiddikjara r-raġunijiet għaċ-ċaħda, b'mod li l-użu ta' din l-eċċezzjoni jkun jista' jiġi kkontrollat b'mod effettiv. Dan il-prinċipju huwa stabbilit b'mod espress fir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Il-kliem użat fil-proposta tal-Kummissjoni m'huwiex aċċettabbli għax ma jagħmilx ġustizzja lin-natura fundamentali tad-dritt ta' aċċess. Eċċezzjonijiet għal dan id-dritt jistgħu jkunu aċċettati biss jekk dan ikun meħtieġ biex jitħares interess fundamentali ieħor, jekk fi kliem ieħor l-aċċess jimmina dan l-interess l-ieħor.

35.

L-aħħar imma mhux l-inqas, id-dritt ta' l-aċċess huwa limitat b'mod qawwi mill-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni stabbilit fl-Artikolu 29 (5). Dan il-mekkaniżmu jistabbilixxi li l-aċċess huwa kkondizzjonat minn konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti kollha konċernati u, fir-rigward tal-fajls ta' analiżi, anki mill-kunsens ta' l-Europol u l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-analiżi jew li huma konċernati b'mod dirett. Dan il-mekkaniżmu de facto jħassar in-natura fundamentali tad-dritt ta' aċċess. L-aċċess għandu jingħata bħala prinċipju ġenerali u jista' jkun ristrett biss minħabba ċirkostanzi speċifiċi. Minflok, skond it-test tal-proposta, l-aċċess jingħata biss wara li titwettaq konsultazzjoni u jintlaħaq kunsens.

IV.   L-APPLIKABILITÀ TA' QAFAS ĠENERALI GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Punt ġenerali

36.

L-Europol ser ikun korp ta' l-Unjoni Ewropea, imma mhux istituzzjoni jew korp Komunitarju kif jinftiehem fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Għal din ir-raġuni, ir-regolament normalment ma japplikax għall-ipproċessar ta'data personali mill-Europol, barra minn sitwazzjonijiet speċifiċi. Il-Kapitolu V tal-proposta għaldaqstant jintroduċi reġim sui generis għall-protezzjoni ta'data, li jserraħ ukoll fuq qafas legali ġenerali li japplika għall-protezzjoni tad-data.

Qafas legali ġenerali għall-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru

37.

Il-proposta tagħraf il-ħtieġa għal qafas legali ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data. Skond l-Artikolu 26 tal-proposta, l-Europol bħala lex generalis għandu japplika l-prinċipji tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali. Din ir-referenza għad-Deċiżjoni Qafas (proposta) tal-Kunsill tieħu post ir-referenza fl-Artikolu 14 (3) tal-Konvenzjoni Europol għall-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 u r-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987.

38.

Il-KEPD jilqa' l-Artikolu 26 tal-proposta. Din id-dispożizzjoni hija kruċjali għall-effettività tal-protezzjoni tad-data, kif ukoll għal raġunijiet ta' konsistenza minħabba li tiffaċilita l-iskambju ta' data personali li minnu jibbenefika wkoll l-infurzar tal-liġi. Madankollu, għandha tkun garantita l-kompatibbiltà bejn iż-żewġ strumenti li m'hijiex evidenti minnha nnifisha meta wieħed jiftakar li:

It-test tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill kien diskuss fil-Kunsill u kien mibdul b'mod fundamentali matul in-negozjati, u finalment wassal għal imblukkar lejn l-aħħar ta' l-2006.

Il-Presidenza Ġermaniża ħabbret il-proposta ta' test ġdid, li ser jinħareġ f'Marzu 2007, prinċipalment bi prinċipji ġenerali għall-protezzjoni tad-data.

L-applikabilità b'mod dirett tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill għall-ipproċessar mill-Europol hija kwistjoni importanti fid-diskussjonijiet attwali.

Skond ir-riżultat tan-negozjati fil-Kunsill dwar din id-deċiżjoni qafas, x'aktarx abbażi tal-proposta Ġermaniża, jistgħu jkunu meħtieġa salvagwardji addizzjonali fil-proposta preżenti. Dan il-punt jista' jiġi vvalutat fi stadju aktar tard, meta jkun hemm aktar ċarezza dwar ir-riżultat tan-negozjati dwar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill.

39.

Il-KEPD jenfasizza li d-Deċiżjoni tal-Kunsill preżenti għandha tkun adottata qabel l-adozzjoni mill-Kunsill ta' qafas dwar il-protezzjoni tad-data, biex jiġi garantit livell xieraq ta' protezzjoni tad-data b'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-KEPD fiż-żewġ opinjonijiet tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill. (16)

40.

F'dan il-kuntest, il-KEPD jenfasizza żewġ elementi speċifiċi fil-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill, li huma adattati b'mod partikolari biex tissaħħaħ il-protezzjoni mogħtija lis-suġġetti tad-data fil-każ ta' l-ipproċessar tad-data tagħhom mill-Europol. L-ewwel nett, il-proposta toħloq possibbiltajiet biex wieħed jiddistingwi l-ipproċessar tad-data skond il-grad ta' preċiżjoni u tal-kredibilità tagħha. Data abbażi ta' opinjonijiet hija differenti minn data bbażata fuq il-fatti. Differenza ċara daqstant bejn “data ratba” (soft data) u “data soda” (hard data) hija metodu importanti, biex ikun sodisfatt il-prinċipju tal-kwalità tad-data. It-tieni nett il-proposta tipprevedi distinzjoni bejn data dwar kategoriji ta' persuni, abbażi ta'l-involviment potenzjali tagħhom f'reat kriminali.

Regolament (KE) Nru 45/2001

41.

Dan iwassal għall-applikabilità tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għall-attivitajiet ta' l-Europol. Dan ir-Regolament 45/2001 japplika l-ewwel nett rigward il-Persunal ta' l-Europol li ser jiġi ttrattat fil-punt 47. It-tieni nett, u dan huwa s-suġġett tal-Parti IV ta' din l-opinjoni, ir-regolment ser japplika għall-iskambji ta'data mal-korpi Komunitarji, għall-inqas safejn tkun qed tintbagħat data minn dawn il-korpi lill-Europol. Eżempji importanti tal-korpi Komunitarji huma l-korpi msemmija fl-Artikolu 22 (1) tal-proposta.

42.

Wieħed jista' jistenna li dawn il-korpi ser ikunu meħtieġa jibagħtu data personali lill-Europol b'mod pjuttost regolari. Meta jagħmlu hekk, l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji ser ikunu soġġetti għall-obbligi kollha stabbiliti mir-Regolament 45/2001, b'mod partikolari dwar kemm l-ipproċessar huwa skond il-liġi (l-Artikolu 5 tar-regolament), verifiki minn qabel (l-Artikolu 27) u l-konsultazzjoni tal-KEPD (l-Artikolu 28). Dan joħloq mistoqsijiet dwar l-applikabilità ta' l-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament 45/2001. L-Europol, li huwa “differenti mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji” u mhux soġġett għad-Direttiva 95/46/KE, probabilment jista' jaqa' taħt l-Artikolu 9. F'dak il-każ, l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija mill-Europol għandha tiġi vvalutataskond l-Artikolu 9 (2) tar-Regolament 45/2001 bl-istess mod bħalorganizzazzjonijiet internazzjonali oħra jew il-pajjiżi terzi. Din is-soluzzjoni toħloq inċertezza u barra minn hekk mhiex konformi ma' l-idea bażika tal-proposta li l-pożizzjoni ta' l-Europol ssir aktar konformi ma' l-istituzzjonijiet u l-korpi li jaqgħu taħt it-Trattat KE. Soluzzjoni aħjar tkun li l-Europol jiġi ttrattat bħala korp Komunitarju safejn jipproċessa data li tkun oriġinat mill-korpi Komunitarji. Il-KEPD jissuġerixxi li jiżdied paragrafu ma' l-Artikolu 22 li jaqra kif ġej: “Meta data personali tiġi trasferita minn istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji, l-Europol għandu jitqies bħala korp Komunitarju fis-sens ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 45/2001”.

Skambju ta' data ma' l-Olaf

43.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iskambju ta'data personali ma' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (Olaf). Bħalissa, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Europol u l-Olaf iseħħ fuq il-bażi ta' ftehim amministrattiv bejn iż-żewġ korpi. Dan il-ftehim jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni strateġika u teknika, imma jeskludi l-iskambju ta'data personali.

44.

Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija ta' natura differenti. L-Artikolu 22 (3) jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża data personali, bl-istess mod li jsir l-iskambju ta'data bejn l-Olaf u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri (17). Il-fini ta' dan l-iskambju huwa limitat għall-frodi, il-korruzzjoni attiva u passiva u l-money laundering. Kemm l-Olaf kif ukoll l-Europol għandhom iqisu, f'kull każ speċifiku, il-ħtiġijiet ta' l-istħarriġ sigriet u l-protezzjoni tad-data. Għall-Olaf dan ifisser fi kwalunkwe każ, li jiġi żgurat il-livell ta' protezzjoni kif stabbilit fir-Regolament 45/2001.

45.

Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-proposta jistabbilixxi li r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (18) japplika għall-Europol. L-Olaf għandu jkollu l-poter li jwettaq stħarriġ amministrattiv fi ħdan l-Europol u f'dak il-kuntest għandu d-dritt ta' aċċess immedjat u mingħajr avviż għal kull informazzjoni maħżuna għand l-Europol (19). Skond il-KEPD, il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni m'huwiex ċar:

Fi kwalunkwe każ huwa kopri l-investigazzjonijiet imwettaq mill-Olaf dwar frodi, korruzzjoni, money laundering u irregolaritajiet oħra li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, fi ħdan l-Europol innifsu.

Hija timplika wkoll li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għal dawk l-investigazzjonijiet, inkluża s-sorveljanza tal-KEPD, dwar l-użu mill-Olaf tal-poteri tiegħu.

46.

Madankollu, id-dispożizzjoni ma tkoprix u m'għandhiex tkopri l-investigazzjonijiet dwar l-irregolaritajiet barra l-Europol, li dwarhom id-data pproċessata mill-Europol tista' tagħti tagħrif addizzjonali. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni, inkluża data personali, skond l-Artikolu 22 (3) ser ikunu biżżejjed għal dawk il-każijiet. Il-KEPD jirrakkomanda li l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 48 tal-proposta jkun kjarifikat f'dan is-sens.

V.   SABIEX L-EUROPOL JINĠIEB KONFORMI MA' KORPI OĦRA TA' L-UNJONI EWROPEA, STABBILITI SKOND IT-TRATTAT KE

Il-Persunal ta' l-Europol

47.

Il-Persunal ta' l-Europol ser jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-każ ta' l-ipproċessar ta'data relatata mal-Persunal ta' l-Europol, kemm ir-regoli sostantivi kif ukoll ir-regoli dwar is-sorveljanza fir-Regolament 45/2001 għandhom japplikaw, għal raġunijet ta' konsistenza u non- diskriminazzjoni. It-12-il premessa tal-proposta ssemmi l-applikabilità tar-regolament dwar l-ipproċessar ta'data personali, notevolment rigward data personali relatata mal-Persunal ta' l-Europol. Skond il-KEPD, mhux biżżejjed li dan il-kunċett jiġi kkjarifikat fil-premessi. Il-premessi ta' Att Komunitarju m'humiex ta' natura vinkolanti u m'għandux ikun fihom dispożizzjonijiet normattivi (20). Sabiex ikun żgurat b'mod sħiħ li r-Regolament 45/2001 ikun applikat, għandu jiżdied paragrafu fit-test tad-deċiżjoni nnifisha — per eżempju fl-Artikolu 38 — li jiddikjara li r-Regolament 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta'data personali relatata mal-Persunal ta' l-Europol.

Kontroll fuq l-ipproċessar tad-data mill-Europol

48.

Il-proposta m'għandhiex l-għan li twettaq tibdil fundamentali fis-sistema ta' sorveljanza fuq l-Europol birwol ċentrali għall-korp ta' sorveljanza konġunt. Skond il-qafas legali propost, il-korp ta' sorveljanza ser ikun stabbilit b'mod konformi ma' l-Artikolu 33 tal-proposta. Madankollu, xi tibdiliet fl-istatus u l-attivitajiet ta' l-Europol iwasslu għalinvolviment limitat tal-KEPD, barra mill-kompiti tiegħu relatati mal-Persunal ta' l-Europol. Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 33 (6) tal-proposta jistabbilixxi li l-korp ta' sorveljanza konġunt irid jikkoopera mal-KEPD, kif ukoll ma' awtoritajiet ta' sorveljanza oħra. Din id-dispożizzjoni tirrifletti l-obbligu tal-KEPD li jikkoopera mal-korp ta' sorveljanza konġunt skond l-Artikolu 46 (f) (ii) tar-Regolament 45/2001. Il-KEPD jilqa' din id-dispożizzjoni bħala strument utli li jmexxi 'l quddiem approċċ konsistenti dwar id-data fuq sorveljanza madwar l-UE, b'mod indipendenti mill-pilastru.

49.

Kif intqal qabel, il-proposta preżenti ma tipprevedix xi tibdil fundamentali tas-sistema ta' sorveljanza. Madankollu, il-kuntest aktar wiesa' ta' din il-proposta jista' jkun jeħtieġ aktar riflessjoni fundamentali dwar is-sistema ta' sorveljanza fuq l-Europol fil-ġejjieni. Żewġ żviluppi speċifiċi jistgħu jissemmew. L-ewwel nett, l-Artikoli 44-47 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (21) jipprevedu struttura ta' sorveljanza ġdida fuq is-SIS II. It-tieni nett, fil-kuntest tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta'data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, il-Presidenza Ġermaniża ħabbret li qed tqis struttura ġdida għas-sorveljanza tas-sistemi ta' informazzjoni Ewropej taħt it-tielet pilastru, ikluż l-Europol.

50.

Skond il-KEPD, din l-opinjoni m'hijiex l-aħjar okkażjoni biex ikunu diskussi tibdiliet fundamentali fis-sistema ta' superviżjoni. Is-sistema ta' superviżjoni fuq is-SIS II bħala sistema użata min-netwerks hija msejsa fi ħdan l-ewwel pilastru u ma tkunx adattata għall-Europol bħala korp fi ħdan it-tielet pilastru li jfisser kompetenzi limitati ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji, b'mod partikolari l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja. Fin-nuqqas ta' salvagwardji taħt it-tielet pilastru, xorta ser tkun meħtieġa sistema ta' kontroll speċifika. Per eżempju, l-Artikolu 31 jittratta l-appelli minn individwi. Barra minn hekk, l-ideat dwar struttura ġdida għal sorveljanza fuq is-sistemi ta' informazzjoni Ewropej kif tħabbar mill-Presidenza Ġermaniża għadhom fi stadju bikri ħafna. Fl-aħħar nett, is-sistema preżenti taħdem tajjeb.

51.

Għaldaqstant il-KEPD ser jiffoka r-rimarki tiegħu dwar ir-rwol tiegħu rigward l-iskambju ta'data personali bejn l-Europol u korpi oħra fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjonijiet rigward dan l-iskambju huma element ġdid importanti fil-proposta. L-Artikolu 22 (1) isemmi l-Frontex, il-Bank Ċentrali Ewropew, ĊEMDDD (22) flimkien ma' l-Olaf. Dawn il-korpi kollha jinsabu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta'sorveljanza mill-KEPD. L-Artikolu 22 (2) jiddikjara li l-Europol jista' jikkonkludi ftehim dwar arranġamenti ta' ħidma ma' dawk il-korpi li jistgħu jinkludu l-iskambju ta'data personali. Fil-każ ta' l-Olaf, dan l-iskambju jista' jseħħ ukoll mingħajr arranġamenti ta' ħidma (l-Artikolu 22 (3)). Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-proposta — diskuss fil-punti 45 u 46 — huwa rilevanti f'dan ir-rigward.

52.

Għandu jkun żgurat li l-KEPD jista' jeżerċita l-poteri mogħtija lilu taħt ir-Regolament 45/2001, rigward data kkomunikata mill-korpi Komunitarji. Dan huwa aktar importanti fil-każijiet tat-trasferiment ta'data personali fejn l-Europol ser jitqies bħala korp Komunitarju fis-sens ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament 45/2001, kif propost qabel. Dan jagħmel il-kooperazzjoni mill-qrib mal-korp ta' ta' sorveljanza konġunt skond l-Artikolu 33 saħansitra aktar importanti.

53.

Il-KEPD għadu żewġ rakkomandazzjonijiet addizzjonali x'jagħmel, rigward id-drittijiet tas-suġġetti tad-data relatati ma' dik id-data:

L-Artikolu 30 tal-proposta jinvolvi d-dritt tas-suġġett tad-data li jikkoreġi jew iħassar id-data żbaljata li għandha x'taqsam miegħu. L-Artikolu 30 (2) jobbliga lill-Istati Membri li jikkoreġu jew iħassru data bħal din jekk tkun ġiet trasmessa b'mod dirett minnhom lill-Europol. Tenħtieġ dispożizzjoni simili rigward data kkomunikata minn korp Komunitarju ssorveljat mill-KEPD, biex ikun żgurat li l-Europol u dan il-korp Komunitarju jirreagixxu l-istess.

L-Artikolu 32 (2) jittratta d-dritt ta' l-individwu li jivverifika li l-ipproċessar isir skond il-liġi fil-każijiet fejn id-data personali tkun ikkomunikata jew ikkonsultata minn Stat Membru. Tenħtieġ dispożizzjoni simili rigward data kkomunikata minn korp Komunitarju ssorveljat mill-KEPD.

54.

Bis-saħħa tal-konsiderazzjonijiet imsemmija qabel, il-KEPD għandu jikkoopera mill-qrib mal-korp ta' sorveljanza konġunt, mill-inqas meta jkunu stabbiliti l-arranġamenti biex isir l-iskambju ta'data mal-korpi Komunitarji. Dan huwa wieħed mill-oqsma ewlenin fejn l-obbligi taż-żewġ naħat biex jikkooperaw ser isiru effettivi.

Konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data

55.

L-Artikolu 10 (3) jipprevedi deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta' ċerti sistemi għall-ipproċessar tad-data personali mill-Europol. Il-KEPD jirrakkomanda li jiżdied l-obbligu li jiġu kkonsultati l-KEPD u l-korp ta' sorveljanza konġunt qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni bħal din.

56.

L-Artikolu 22 jittratta r-relazzjonijiet ta' l-Europol mal-korpi u l-aġenziji Komunitarji jew relatati ma' l-Unjoni. Ir-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni msemmija f'dan l-artikolu jistgħu jiġu implimentati permezz ta' arranġamenti ta' ħidma u jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta'data personali. Għal din ir-raġuni, il-KEPD u l-korp ta' sorveljanza konġunt għandhom jiġu kkonsultati dwar l-adozzjoni ta' l-arranġamenti taħt l-Artikolu 22, safejn dawn l-arranġamenti jkunu rilevanti għall-protezzjoni ta'-data personali pproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji. Il-KEPD jirrakkomanda li t-test tal-proposta jiġi emendat kif meħtieġ.

57.

L-Artikolu 25 (2) jiddikjara li għandhom jiġu stabbiliti r-regoli ta' implimentazzjoni għall-iskambju ma'korpi u aġenziji Komunitarji jew dawk relatati ma' l-Unjoni. Il-KEPD jirrakkomanda li mhux biss il-korp ta' sorveljanza konġunt, imma anki l-KEPD għandhom jiġu kkonsultati qabel l-adozzjoni ta' dawn ir-regoli, b'mod konformi mal-prattika taħt il-liġi Komunitarja li l-korpi Komunitarji jikkonsultaw lill-KEPD skond l-Artikolu 28 (1) tar-Regolament 45/2001.

Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

58.

Il-KEPD jilqa' l-Artikolu 27 li fih dispożizzjoni dwar Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (DPO) li inter alia jkollu l-kompitu li jiżgura, b'mod indipendenti, li kollox isir skond il-liġi u skond id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta'data personali. Din il-funzjoni kienet introdotta b'suċċess fil-livell Komunitarju mir-Regolament Nru (KE) 45/2001, fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji. Fi ħdan l-Europol, il-funzjoni tad-DPO qed tiġi eżerċitata wkoll, iżda sallum mingħajr bażi legali adegwata.

59.

Biex id-DPO jiffunzjona b'suċċess huwa essenzjali li l-indipendenza tiegħu tkun garantita b'mod effettiv bil-liġi. Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fih diversi dispożizzjonijiet li jiżguraw dan l-objettiv. Id-DPO jinħatar għal perijodu definit u jista' jitneħħa biss minħabba ċirkostanzi ferm eċċezzjonali. Huwa ser jingħata l-persunal u l-baġit meħtieġa. Huwa ma jistax jirċievi struzzjonijiet fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu.

60.

Sfortunatament, dawn id-dispożizzjonijiet m'humiex inklużi fil-proposta preżenti, ħlief għad-dispożizzjoni dwar it-teħid ta' struzzjonijiet. Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda bil-qawwi li jiġu inklużi l-garanziji rigward l-indipendenza tad-DPO, bħal ma huma s-salvagwardji speċjali dwar il-ħatra u t-tneħħija tad-DPO, u l-indipendenza tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija. Dawn id-dispożizzjonijiet huma meħtieġa biex tkun żgurata l-indipendenza tad-DPO. Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet jagħmlu l-pożizzjoni tad-DPO ta' l-Europol aktar konformi mal-pożizzjoni tad-DPOs fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji. Fl-aħħar nett, il-KEPD jenfasizza li l-Artikolu 27 (5) tal-proposta li jħeġġeġ lill-Bord ta' Tmexxija ta' l-Europol biex jadotta regoli ta' implimentazzjoni dwar ċerti aspetti tal-ħidma tad-DPO, min-natura tiegħu m'huwiex adattat bħala garanzija ta' l-indipendenza tad-DPO. Wieħed għandu jiftakar li hija meħtieġa indipendenza fuq kollox mit-tmexxija ta' l-Europol.

61.

Hemm raġuni oħra għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjoni tad-DPO fid-deċiżjoni tal-Kunsill ma' l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Dan ir-Regolament japplika rigward id-data personali tal-Persunal ta' l-Europol (ara l-punt 47), li jfisser li għal dawn il-materji id-DPO ta' l-Europol ser jaqa' taħt dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, id-DPO għandu jinħatar skond il-ħtiġiet tar-Regolament.

62.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li tiġi applikata sistema ta' verifika minn qabel għall-Europol kif previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 45/2001 għall-korpi Komunitarji. Is-sistema ta' verifika minn qabel uriet li hija strument effettiv u twettaq rwol essenzjali fil-protezzjoni ta'data fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji.

63.

Fl-aħħar nett, ikun utli li d-DPO ta' l-Europol jipparteċipa fin-netwerk tad-DPOs li diġà jeżisti fl-ewwel pilastru, barra wkoll mill-attivitajiet tad-DPO rigward il-Persunal ta' l-Europol. Dan jiżgura ulterjorament approċċ dwar il-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data li jkun komuni ma' l-approċċ użat mill-korpi Komunitarji u jkun hemm konformità perfetta ma' l-objettiv ifformulat fis-16-il Premessa tal-proposta, jiġifieri l-kooperazzjoni mal-korpi u l-aġenziji Ewropej biex ikun żgurat livell adegwat ta' protezzjoni tad-data b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied sentenza fil-premessi tal-proposta li fiha jkun stabbilit l-objettiv ta' dan l-approċċ komuni. Is-sentenza tista' taqra kif ġej: “Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoopera ma' l-Uffiċjali għall-Protezzjoni tad-Data maħtura skond id-dritt Komunitarju.”

VI.   KONKLUŻJONIJIET

64.

Il-KEPD jifhem il-ħtieġa għal bażi legali ġdida u aktar flessibbli għall-Europol, imma jagħti attenzjoni speċifika lit-tibdiliet sostantivi, il-liġijiet li japplikaw dwar il-protezzjoni tad-data u x-xebh li qed jiżdied bejn l-Europol u l-korpi Komunitarji.

65.

Dwar it-tibdiliet sostantivi, il-KEPD jirrakkomanda:

L-inklużjoni ta' kondizzjonijiet u limitazzjonijiet speċifiċi fit-test tad-deċiżjoni rigward informazzjoni u intelligence li jiġu minn partijiet privati, inter alia sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni ta' din l-informazzjoni minħabba li din hija data personali miġbura għal għanijiet kummerċjali f'ambjent kummerċjali.

Li jkun żgurat li l-ipproċessar ta'data personali li r-rilevanza tagħha tkun għadha ma ġietx ivvalutata tkun limitata b'mod strett għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza tagħha. Din id-data għandha tinħażen għal mhux aktar minn 6 xhur f'databases separati sakemm tkun stabbilita r-rilevanza għal kompitu speċifiku ta' l-Europol.

Fir-rigward ta' l-interoperabilità ma' sistemi ta' l-ipproċessar barra l-Europol, jiġu applikati kondizzjonijiet u garanziji stretti, meta verament issir interkonnessjoni ma' database oħra.

L-inklużjoni ta' salvagwardji dwar l-aċċess għad-data ta' persuni li jkunu għadhom (s'issa) ma wettqux reat. Is-salvagwardji mogħtija skond il-Konvenzjoni Europol m'għandhomx jiddgħajfu.

Li jiġi żgurat li l-ħtieġa li titkompla l-ħażna ta'data personali relatata ma' l-individwi għandha tiġi riveduta kull sena u r-reviżjoni tkun iddokumentata.

L-aċċess u t-teħid ikkompjuterizzat ta' data minn sistemi ta' informazzjoni nazzjonali u internazzjonali għandu jkun permess biss skond il-merti ta' kull każ partikolari, taħt kondizzjonijiet stretti.

Dwar id-dritt ta' l-aċċess: ir-referenza għal-liġi nazzjonali fl-Artikolu 29 (3) għandha titħassar u tinbidel b'regoli armonizzati dwar il-kamp ta' applikazzjoni, is-sostanza u l-proċedura preferibbilment fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali jew, jekk ikun meħtieġ, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. L-Artikolu 29 (4) għandu jiġi fformulat mill-ġdid u jippermetti ċ-ċaħda ta' l-aċċess biss jekk “ċaħda bħal din tkun meħtieġa għal”. Il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni stabbilit fl-Artikolu 29 (5) għandu jitneħħa.

66.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill preżenti m'għandhiex tkun adottata qabel l-adozzjoni mill-Kunsill ta' qafas dwar il-protezzjoni tad-data, biex ikun garantit livell xieraq ta' protezzjoni tad-data b'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-KEPD fiż-żewġ opinjonijiet tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill. Għandha ssir distinzjoni bejn data bbażata fuq opinjonijiet u data bbażata fuq fatti. Għandha ssir distinzjoni bejn data dwar kategoriji ta' persuni, ibbażata fuq l-involviment potenzjali tagħhom f'reat kriminali.

67.

Il-KEPD jissuġġerixxi li jiżdied paragrafu fl-Artikolu 22 li jaqra kif ġej: “Meta data personali tiġi trasferita minn istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji, l-Europol għandu jitqies bħala korp Komunitarju fis-sens ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 45/2001”.

68.

L-Artikolu 48 tal-proposta dwar l-investigazzjonijiet mill-Olaf m'għandux ikopri investigazzjonijiet dwar l-irregolaritajiet barra l-Europol, li dwarhom id-data pproċessata mill-Europol tista' tagħti tagħrif addizzjonali. Il-KEPD jirrakkomanda li l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 48 tal-proposta jiġi kkjarifikat.

69.

Biex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament 45/2001, għandu jiżdied paragrafu fit-test tad-Deċiżjoni li jistqarr li r-Regolament 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta'data personali relatata mal-Persunal ta' l-Europol.

70.

Il-firxa taż-żewġ dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-data (l-Artikolu 30 (2) u l-Artikolu 32 (2)) għandha titwessa' għal data kkomunikata minn korp Komunitarju ssorveljat mill-KEPD, biex ikun żgurat li l-Europol u dan il-korp Komunitarju jirreaġixxu l-istess.

71.

L-Artikoli 10 (3), 22 u 25 (2) għandu jkun fihom dispożizzjoni (aktar preċiża) dwar il-konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data.

72.

Il-KEPD jirrakkomanda bil-qawwi li jiġu inklużi garanziji rigward l-indipendenza tad-DPO, bħal ma huma s-salvagwardji speċjali dwar il-ħatra u t-tneħħija tad-DPO, u l-indipendenza tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija, b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Magħmul fi Brussell fis-16 ta' Frar 2007,

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Skond il-prattika tal-Kummissjoni f'każijiet (riċenti) oħra. Ara, l-aktar riċenti, l-Opinjoni tal-KEPD tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar proposti biex ikun emendat ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tagħha (COMM(2006) 213 finali u SEC(2006) 866 finali), ippubblikati f'www.edps.europa.eu.

(4)  ĠU C 316, 27.7.1995, p. 1.

(5)  Id-dħul fis-seħħ huwa previst għal Marzu/April 2007.

(6)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

(7)  Din hija għażla tal-kwistjonijiet ewlenin imsemmija fl-opinjoni tal-KEPD dwar is-SIS-II, abbażi tar--rilevanza tagħhom għall-proposta preżenti. Ara: l-Opinjoni tad-19 ta' Ottubru 2005 dwar tliet Proposti rigward is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), (KUMM (2005)230 finali, COMM (2005)236 finali u COMM (2005)237 finali), ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38.

(8)  Dan it-test ġdid probabbilment jista' jasal sa Marzu 2007.

(9)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(10)  Ara, f'dan ir-rigward, l-Opinjoni tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żamma ta'data pproċessata f'rabta mal-forniment ta' servizzi pubbliċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (KUMM (2005) 438 finali), ĠU C 298, 29.11.2005, p. 1.

(11)  Ara wkoll rakkomandazzjonijiet simili fl-Opinjoni tad-19 ta' Diċembru 2005 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta'data personali fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u l-korpi ġudizzjali fi kwistjonijiet kriminali (COMM (2005) 475 finali), ĠU C 47, 29.11.2005, p. 27.

(12)  Dan huwa l-perijodu massimu tal-ħażna stabbilit fl-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni Europol wara l-inklużjoni ta' l-emendi mit-tliet protokolli msemmija fil-punt 2.

(13)  Il-kummenti ta' l-10 ta' Marzu 2006, ippubblikati fuq il-websajt tal-KEPD.

(14)  Kif stabbilit fil-Konvenzjoni Europol wara l-inklużjoni ta' l-emendi mit-tliet protokolli msemmija fil-punt 2.

(15)  L-Opinjoni ta' l-20 ta' Jannar 2006 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-aċċess għall-konsultazzjoni mas-Sistema ta' l-Informazzjoni Visa (VIS) mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri responsabbli għas-sigurtà interna u mill-Europol għall-għanijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (COMM (2005)600 finali), ĠU C 97, 25.4.2006, p. 6.

(16)  Opinjoni tad-19 ta' Diċembru 2005, ĠU C 47, 25.2.2006, p. 27 u t-Tieni Opinjoni tad-29 ta' Novembru 2006, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU (tista' tinstab fil-websajt: www.edps.europa.eu).

(17)  Ibbażat fuq l-Artikolu 7 tat-Tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU C 221, 19.7.1997, p. 12.

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1..

(19)  Ara l-Artikoli 1(3) u 4 (2) tar-Regolament.

(20)  Ara, per eżempju, il-Ftehim Interistituzzjonali tat-22 ta' Diċembru 1998 fuq linji gwida komuni għall-kwalità ta' l-abbozzar ta'leġiżlazzjoni tal-Komunità (ĠU C 73, 17.3.1999, p. 1), il-linja gwida 10.

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), ĠU L 381,28.12.2006, p. 4.

(22)  Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq Drogi.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/22


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/03)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

27.6.2007

Għajnuna Nru

N 558/05

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Wsparcie dla zakładów aktywności zawodowej

Il-bażi legali

Art. 25, art. 29 ust. 3 i art. 31 ust. 1 ustawy o rehabilitacji z dnia 27 sierpnia 1977 r. o rehabilitacji zawodowej i społecznej oraz zatrudniania osób niepełnosprawnych (Dz.U. nr 123, poz 776 z późn. zm.); art. 7 ust. 2 pkt 4 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (Dz.U. z 2002 r. nr 9, poz. 84); art. 7 ust. 2 pkt 4 ustawy z dnia 30 października 2002 r. o podatku leśnym (Dz.U. nr 200, poz. 1682 ze zm.); art. 12 ust.2 pkt 4 ustawy z dnia 15 listopada 1984 r. o podatku rolnym (DzU. nr 94. poz. 431); art..38 ust. 2 ustawy 26 lipca 1991 r. o podatku dochodowym od osób fizycznych (Dz.U. nr 14, poz. 176).

It-tip tal-miżura

L-għan

Appoġġ lill-konsumaturi individwali

Il-forma ta' l-għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 17 542 636 miljun PLN

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

31.8.2007

Għajnuna Nru

N 79/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas a Proyectos de Investigación, Desarrollo e Innovación dirigidos al uso y gestión de los recursos naturales y las conservación de los hábitats y ecosistemas

Il-bażi legali

Proyecto de Orden por la que se establecen las bases reguladoras para la concesión de subvenciones en la Acción Estratégica para el uso y gestión de los recursos naturales y la conservación de los hábitats y ecosistemas, correspondientes al Programa Nacional de Ciencias y Tecnologías Medioambientales, en el marco del Plan Nacional de Investigación Científica, Desarrollo e Innovación Tecnológica 2004-2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 2007: 12,5 — 2008: 8,75 — 2009: 7,5 miljun EUR; Baġit globali: 28,75 miljun EUR

L-intensità

50 %-25 %

It-tul ta' żmien

sal-2009

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerio de Medio Ambiente

Plaza de San Juan de la Cruz, s/n

E-28071 Madrid

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/24


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2007/C 255/04)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.7.2007

Numru ta' l-għajnuna

N 21/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas para paliar los daños producidos en los cultivos de olivar y viñedos en los municipios de Jumilla y Yecla por las heladas de enero de 2006

Bażi legali

Orden de 11 de octubre de 2006 de la Consejería de Agricultura

It-tip ta' miżura

Sistema

Għan

Kumpens għal telf minħabba kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

1 800 000 EUR

Intensità

Mass. 100 %

Tul ta' żmien

Ad hoc

Setturi ekonomiċi

L-Agrikoltura

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería de Agricultura y Agua

Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

Informazzjoni oħra

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

20.8.2007

Numru ta' l-għajnuna

N 62/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas para la reparación de daños causados en el sector agrario por las inundaciones acaecidas en octubre y noviembre de 2006

Bażi ġuridika

Ordenes de noviembre de 2006 y diciembre de 2006, por las que se dictan disposiciones para el desarrollo en el sector agrario de los Decretos no 180/2006 y 227/2006, de medidas urgentes de ayuda para la reparación de los daños causados por las inundaciones en los meses de octubre y noviembre

Tip ta' miżura

Skema

Għan

Kumpens għal telf minħabba avveniment eċċezzjonali

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

900 000 EUR

Intensità

Mass. 100 %

Tul ta' żmien

Ad hoc

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería del Medio Rural

Xunta de Galicia

Informazzjoni oħra

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.7.2007

Nru ta' l-għajnuna

N 83/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Programas de colaboración para la formación y transferencia tecnológica del sector agroalimentario y del medio rural

Bażi ġuridika

Orden de 19 de diciembre de 2006, de la Consejería de Agricultura y Agua, por la que se establecen las bases reguladoras y la convocatoria para el año 2007 de las líneas de ayuda para programas de colaboración para la formación y transferencia tecnológica del sector agroalimentario y del medio rural

Tip ta' miżura

Reġim

Għan

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

961 695 EUR

Intensità

100 %-75 %

Tul

2007

Setturi ekonomiċi

L-Agrikoltura

l-Isem u l-indirizz ta' l-awtorità responsabbli għall-għoti

Consejería de Agricultura y de Agua

Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.7.2007

Numru ta' l-għajnuna

N 143/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Marche

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Interventi di soccorso nelle zone agricole danneggiate da calamità naturali (piogge alluvionali dal 16 al 26 settembre 2006 nella provincia di Ancona)

Bażi ġuridika

Decreto legislativo n. 102/2004

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Kumpens għall-ħsarat lill-istrutturi ta' l-istabbilimenti agrikoli li rriżultaw minn kundizzjonijiet ta' maltemp.

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

Referenza ssir għall-iskema approvata (NN 54/A/04)

Intensità

Taħt il-100 %

Tul ta' żmien

Sa tmiem il-ħlasijiet

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero delle Politiche agricole e forestali

Via XX settembre, 20

I-00187 Roma

Tagħrif ieħor

Miżura ta' applikazzjoni ta' skema approvata mill-Kummissjoni fil-qafas tal-fajl ta' l-għajnuna mill-Istat NN 54/A/04 (Ittra lill-Kummissjoni C(2005) 1622fin, tas-7 ta' Ġunju 2005).

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.7.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 164/07

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Scheme of Investment Aid for the Development of the Potato Sector 2007-2013

Bażi ġuridika

National Development Plan 2007-2013

Tip ta' miżura

Skema

Għan

Għajnuna għall-investimenti f'apparat u faċilitajiet għall-produzzjoni, ħżin u kummerċjalizzazzjoni tal-patata minbarra patata għal-lamtu

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta

Baġit

8 miljun EUR

Intensità

40 %

50 % għall-bdiewa żgħażagħ.

Tul ta' żmien

Ittra bid-data tal-Kummissjoni sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Kodiċi NACE

A001 — Agrikoltura, kaċċa u attivitajiet ta' servizzi relatati

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Department of Agriculture and Food

Agriculture House

Kildare Street

Dublin 2

Ireland

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.7.2007

Nru ta' l-għajnuna

N 193/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas al sector forestal — Fomento de las frondosas caducifolias

Bażi ġuridika

Orden de la Conselleria do Medio Rural de la Xunta de Galicia por la que se establecen las bases y se convocan para el año 2007 las ayudas para el fomento de las frondosas caducifolias

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

9 000 000 EUR

Intensità

Mass. 70 %

Tul ta' żmien

2007-2012

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería del Medio Rural

Comunidad Autónoma de Galicia

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

27.7.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 204/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

England

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

The English Woodland Grants Scheme 2005 — Woodland Regeneration Grant

Bażi ġuridika

The Forestry Act 1979

Tip ta' miżura

Skema

Għan

Promozzjoni tal-funzjonijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi tal-foresti

Forma ta' għajnuna

Għotja

Baġit

10 miljun GBP (14,8 miljun EUR)

Intensità

Sa limitu ta' 45 %

Tul ta' żmien

Data ta' l-approvazzjoni mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Forestry Commission England

Great Eastern House

Tenison Road

Cambridge CB1 2DU

United Kingdom

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

8.8.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 219/07

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Conservation of Plant and Animal Genetic Resources Scheme

Bażi ġuridika

Council Regulation (EC) No 1467/94 on the conservation, characterization, collection and utilization of genetic resources in agriculture. Funding is provided for annually in the National Budgetary Estimates process

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta

Baġit

Baġit totali ta' 1,05 miljuni EUR

Intensità

Tul ta' żmien

2007-2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Department of Agriculture and Food

Maynooth Business Campus

Maynooth

Co. Kildare

Ireland

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

20.8.2007

Għajnuna numru

N 271/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Aides en faveur de la recherche et du développement dans les filières grandes cultures

Bażi ġuridika

L 611.1 et L 621.1 et suivants du Code Rural

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuniet għar-riċerka fundamentali

Forma ta' għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

Nefqa annwali: 6 Miljun EUR

Ammont ġenerali: 42 Miljun EUR

Intensità

Medja ta' 80 % u eċċezjonalment 100 %

Tul ta' żmien

2007-2013

Setturi ekonomiċi

Settur agrikolu — oqsma ta' prodotti importanti tal-biedja (ċereali-ross, xaħam ta' materjal żejtni ta' oriġini veġetali, proteini — ħaxix niexef, għalf niexef, pjanti li minnhom isiru t-tessuti u dud tal-ħarir, zokkor)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

ONIGC

12, rue Rol-Tanguy

F-93555 Montreuil sous Bois Cedex

Tagħrif ieħor

Obbligu ta' Franza li tikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-attribuzzjonijiet ta' għajnuna fir-rapporti annwali relattivi ma' l-għajnuna mill-Istat

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

20.8.2007

Numru ta' l-għajnuna

N 273/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Andalucía

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Ayudas para la lucha contra la mosca mediterránea de la fruta y contra los insectos vectores de los virus de los cultivos hortícolas

Bażi ġuridika

Orden por la que se modifica la Orden de 13 de marzo de 2006, por la que se declara la existencia oficial de las plagas que se citan, se establecen las medidas de control y las ayudas para su ejecución

Tip ta' miżura

Skema

Għan

Forma ta' l-għajnuna

Allokazzjoni

Baġit

31 884 750 EUR

Intensità

75 %-50 %

Tul ta' żmien

2007-2011

Setturi ekonomiċi

L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería de Agricultura y Pesca

Comunidad Autónoma de Andalucía

Informazzjoni oħra

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/31


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4889 — Barclays Industrial Investments/Gemeaz/ Scapa)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/05)

Fis-26 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4889. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/31


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4885 — Ineos/Nova/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/06)

Fit-28 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4885. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/32


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4836 — CVC/Univar)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/07)

Fis-17 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4836. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/32


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4822 — Advent International/Takko Holding)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/08)

Fis-17 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4822. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/33


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-26 ta' Ottubru 2007

(2007/C 255/09)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4384

JPY

Yen Ġappuniż

164,50

DKK

Krona Daniża

7,4549

GBP

Lira Sterlina

0,70100

SEK

Krona Żvediża

9,1800

CHF

Frank Żvizzeru

1,6732

ISK

Krona Iżlandiża

86,85

NOK

Krona Norveġiża

7,7095

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

26,962

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

252,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7021

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6309

RON

Leu Rumen

3,3541

SKK

Krona Slovakka

33,291

TRY

Lira Turka

1,7161

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5734

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3830

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1488

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8792

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0927

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 308,94

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,3630

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,7845

HRK

Kuna Kroata

7,3449

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 121,80

MYR

Ringgit Malażjan

4,8122

PHP

Peso Filippin

63,372

RUB

Rouble Russu

35,5790

THB

Baht Tajlandiż

45,626


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/34


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-415-il laqgħa tiegħu fil-11 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat

(2007/C 255/10)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-prodott u ż-żona ġeografika affettwati mill-kartell fl-abbozz ta' Deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattika miftiehema fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 52 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-infrazzjoni kienet tirreferi għal infrazzjoni unika u kontinwa, speċjalment fir-rigward tal-perjodu wara l-ispezzjonijiet f'Marzu/April 2001.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea rigward l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-klemenza u l-klassifikazzjoni tagħhom.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li jagħlaq il-proċedimenti kontra FNAS.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/34


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-416-il-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Settembru 2006 rigward abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 —Apparat

(2007/C 255/11)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda ta' l-ammont bażiku minħabba ċ-ċirkustanzi aggravanti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-ammont bażiku minħabba ċ-ċirkostanzi attenwanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-tnaqqis tal-multa ibbażatai fuq l-Avviż tal-Kummissjoni dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' kartell.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/35


Opinjoni tar-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-EFTA rigward abbozz ta' deċiżjoni preliminari dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat

(Laqgħa tal-11 ta' Settembru 2006 tal-Kumitat Konsultattiv tal-KE dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti)

(2007/C 255/12)

1.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-prodott u ż-żona ġeografika affettwati mill-kartell fl-abbozz ta' Deċiżjoni.

2.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-infrazzjoni kienet tirreferi għal infrazzjoni unika u kontinwa, speċjalment fir-rigward tal-perjodu ta' wara l-ispezzjonijiet f'Marzu/April 2001.

4.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati.

5.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea rigward l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-klemenza u l-klassifikazzjoni tagħhom.

6.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel li jingħalqu l-proċedimenti kontra FNAS.

7.

Ir-rappreżentant ta' l-EFTA jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/36


Rapport Finali ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ — dwar il-proċedura fil-Każ COMP/38.121 — APPARAT

(skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 255/13)

Mueller Industries Inc. issottomettiet applikazzjoni għall-klemenza taħt l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' kartell f'Jannar 2001. L-applikanti l-oħra għall-klemenza kienu IMI f'Settembru 2003; Delta f'Marzu 2004; Frabo f'Lulju 2004; u Oystertec f'Mejju 2005.

Fit-22 u t-23 ta' Marzu 2001, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet li jikkonċernaw sew it-tubi tar-ramm u sew l-apparat, u wara ġie deċiż li l-każ jiġi separat f' tubi tar-ramm għall-plumbing (38.069), tubi industrijali (38.240) u apparat (38.121). Fl-24 u l-25 ta' April 2001, l-ispezzjonijiet li jkopru biss l-apparat saru fil-bini tad-Delta group. Minn Frar/Marzu 2002, il-Kummissjoni indirizzat bosta talbiet għall-informazzjoni taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 u iktar tard taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 lill-partijiet interessati kollha.

Dan l-abbozz ta' Deċiżjoni jikkonċerna l-aħħar wieħed mit-tliet każijiet, peress li t-tnejn l-oħra diġà kienu suġġett għal Deċiżjonijiet mill-Kummissjoni.

Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u aċċess għall-fajl

Fit-22 ta' Settembru, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) li ntbagħtet lil 30 kumpanija u lil assoċjazzjoni waħda, li tiddiskrivi infrazzjoni unika u ripetuta fuq skala Ewropea fuq perjodu ta' 13-il sena. Il-partijiet kollha rrispondew fiż-żmien dovut, minbarra destinatarju wieħed, Supergrif SL, li nbiegħet minn Delta f'Ottubru 2002 lill-ġestjoni ta' Supergrif, u ma rrispondietx għad-DO. L-ebda partijiet terzi ma kienu involuti fil-proċedura, kif hija normalment is-sitwazzjoni f'każ ta' kartell.

B'ittra fit-22 ta' Diċembru 2005, Aalberts talbet aċċess għar-risposti tal-partijiet l-oħra għad-DO, kif għamlet ukoll IMI b'ittra fit-23 ta' Diċembru 2005. Dawn it-talbiet ġew irrifjutati mis-servizzi tal-Kummissjoni, peress li hija prassi konsistenti tal-Kummissjoni għall-aċċess għall-falj biex jingħata fuq talba u normalment f'okkażjoni waħda, wara n-notifika ta' l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni lill-partijiet.

Bħala regola ġenerali, għalhekk, ma jingħatax aċċess għar-risposti tal-partijiet l-oħra għall-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hakk, hija liġi stabbilita (Sentenza tal-Qorti ta' Prim'Istanza tal-15 ta' Marzu 2000 fil-kawżi konġunti T-25/29, Cimenteries para. 380 u sussegwenti) li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda dmir li tipprovdi r-risposti għad-DO lill-partijiet kollha.

Smigħ orali

Madankollu, fis-smiegħ orali, li sar fis-26 u s-27 ta' Jannar 2006, jien aċċettajt li kien neċessarju għad-drittijiet ta' difiża għal Tomkins u Pegler biex jiskambjaw ir-risposti tagħhom għad-DO. Meta jitqies li l-Kummissjoni kienet ta' l-opinjoni li Tomkins hija responsabbli għal Pegler, is-sussidjarja tagħha, u li għandha timxi fuq ir-risposta ta' Pegler biex tappoġġja din l-opinjoni, u li Pegler min-naħa tagħha kellha tkun taf fuq liema evidenza kienet qed tibbaża l-istqarrijiet tagħha, huma qablu li seta' jkollhom aċċess għar-risposti ta' xulxin, li wassal biex ikun hemm dibattitu animat bejn iż-żewġ impriżi.

Ħlief għal Comap, Flowflex u Supergrif, dawk kollha li rċevew id-DO kienu preżenti fis-smigħ.

Abbozz ta' Deċiżjoni Fi+nali

L-oġġezzjonijiet relatati ma' FNAS fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet mhumiex sostnuti fl-abbozz ta' Deċiżjoni. Fid-dawl ta' l-ispjegazzjonijiet fornuti mir-risposta bil-miktub ta' FNAS għad-DO u fis-smigħ, kien deċiż li ma jitkomplewx il-proċedimenti kontra FNAS, minħabba li hija ma kinitx involuta fl-infrazzjonijiet.

L-abbozz ta' Deċiżjoni sottomess lill-Kummissjoni fih biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom. Jien nikkunsidra li d-dritt tas-smigħ tal-partijiet ġie rrispettat.

Brussell, it-13 ta' Settembru 2006

Serge DURANDE


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/38


F-Castres: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati

Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Castres (Mazamet) u Pariġi (Orly)

Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

(2007/C 255/14)

1.   Daħla: Għal raġunijiet ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, Franza imponiet obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru skedati li joperaw bejn Castres (Mazamet) u Pariġi (Orly). L-istandards rikjesti minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 18/07 tal-22 ta' Jannar 2002.

Jekk ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun beda jew wasal biex jibda, fl-1 ta' Marzu 2008, jopera servizzi bl-ajru skedati fuq din ir-rotta skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma talab kumpens finanzjarju, Franza ddeċidiet, fil-qafas tal-proċedura prevista mill-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li tillimita l-aċċess tar-rotta għal trasportatur wieħed biss u tikkonċedi wara s-sejħa għall-offerti d-dritt ta' operar dawn is-servizzi mill-1 ta' April 2008.

2.   Awtorità li taġġudika: Chambre de commerce et d'industrie de Castres-Mazamet, 40, allées Alphonse Juin, BP 30217, -81101 Castres Cedex. Tél. (33) 563 51 46 46. Fax (33) 563 51 46 99. E-mail: f.chambert@castres-mazamet.cci.fr.

3.   Għan tal-konsultazzjoni: L-għoti ta' servizzi bl-ajru skedati, mill-1 ta' April 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Kuntratt ta' delega ta' servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur, il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet u l-Istat, skond l-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat.

Id-delegat se jirċievi d-dħul. Il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet u l-Istat se jħallsuh kontribuzzjoni li tammonta għad-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) għall-operar tas-servizz u d-dħul kummerċjali mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) li rċieva dan ta' l-aħħar, fil-limiti tal-kumpens massimu li għalih id-delegat impenja ruħu u bi tnaqqis, jekk ikun il-kaz, tal-penali msemmija fl-Artikoli 9-4 ta' dan l-avviż.

5.   Tul tal-kuntratt: It-tul tal-kuntratt (ftehim ta' delega ta' servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin, li jiddekorru mill-1 ta' April 2008.

6.   Parteċipazzjoni fil-konsulatazzjoni: Is-sejħa hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha li għandhom fil-pussess tagħhom liċenzja għat-tħaddim valida, maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi ta' l-ajru].

7.   Proċedura li taġġudika u l-kriterji għall-għażla ta' l-applikanti: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, taqsima 1 tal-Liġi 93-122 tad-29 ta' Jannar 1993 dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u t-trasparenza tal-ħajja pubblika u tal-proċeduri pubbliċi kif ukoll għat-testi adottati għall-applikazzjoni tagħhom (partikolarment id-digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 adottat għall-applikazzjoni tal-Liġi Nru 97-210 ta' Marzu 1997 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra x-xogħol illegali), u għad-digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 partikolarment dwar ir-regoli ta' għoti mill-Istat ta' kumpensi finanzjarji kif ukoll għat-tliet sentenzi tas-16 ta' Mejju 2005 adottati għall-applikazzjoni tiegħu.

7-1.   Fajl ta' l-applikazzjoni: Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jitħejja bil-Franċiż. Jekk neċessarju, l-offerent għandu jittraduċi għall-Franċiż id-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi u miktuba b'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mal-verżjoni Franċiża, l-offerenti jista' wkoll jehmeż verżjoni f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li ma tkunx awtentika.

Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jkun fih:

ittra ta' applikazzjoni, iffirmata mid-direttur jew mir-rappreżentant tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh is-setgħa li jiffirma,

memorandum informattiv dwar l-impriża, li jagħti xhieda tal-kapaċitajiet professjonali u finanzjarji ta' l-applikant fis-settur tat-trasport bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe referenza fil-qasam. Dan il-memorandum għandu jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità ta' l-applikant li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti; l-applikant jista', jekk jixtieq, jimxi fuq il-mudell tal-formola DC5 użata fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi;

il-fatturat kumplessiv u l-fatturat marbut mal-provvista tas-servizzi kkonċernati matul l-aħħar tliet snin jew, jekk l-applikant hekk jixtieq, il-bilanċi u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' l-aħħar tliet snin. Jekk l-applikant ma jistax jipprovdi dan it-tagħrif, huwa għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu;

nota metodoloġika dwar kif l-applikant biħsiebu jwieġeb għall-fajl tal-konsultazzjoni, f'każ li jitħalla jippreżenta offerta mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Castres-Mazamet, billi juri b'mod partikolari:

ir-riżorsi tekniċi u umani li l-applikant se jassenja għall-operar tar-rotta,

in-numru, il-kwalifika u l-assenjazzjoni tal-persunal u, jekk ikun il-każ, ir-reklutaġġ li l-applikant biħsiebu jagħmel,

it-tipi ta' ajruplani użati u, jekk ikun il-każ, id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom,

kopja tal-liċenzja tat-tħaddim tat-trasportatur ta' l-ajru ta' l-offerent,

jekk il-liċenzja tat-tħaddim inħarġet minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, l-offerent għandu wkoll jipprovdi dan it-tagħrif:

l-Istat li ħareġ il-liċenzja tal-piloti,

il-liġi applikabbli għall-kuntratti tax-xogħol,

sistema ta' sħubija fl-entitajiet tas-sigurtà soċjali,

id-dispożizzjonijiet adottati għall-konformità ma' l-Artikoli L. 341-5 u l-Artikoli D. 341-5 u l-artikoli sussegwenti tal-Kodiċi tax-Xogħol marbuta ma' l-issekondar temporanju ta' impjegati għall-provvista ta' servizzi fuq it-territorju nazzjonali;

iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet maħruġa fuq l-unur previsti mill-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 u mill-Ordni tal-31 ta' Jannar 2003 adottata għal raġunijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Digriet imsemmi qabel, li jagħtu xhieda li l-applikant onora l-obbligi fiskali u soċjali tiegħu, partikolarment f'dawk li huma:

it-taxxa fuq il-kumpaniji,

it-taxxa fuq il-valur miżjud,

il-kontributi għas-sigurtà soċjali, inċidenti tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol u għall-benefiċċji familjari;

it-taxxa ta' l-avjazzjoni ċivili,

it-taxxa ta' l-ajruport,

it-taxxa fuq it-tniġġis akustiku ta' l-ajru,

it-taxxa tas-solidarjetà;

għall-offerenti minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-amministrazzjonijiet u mill-entitajiet tal-pajjiż ta' l-oriġini;

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur ta' assenza ta' kundanna mniżżla fil-bullettin Nru 2 għar-reati msemmija fl-Artikoli L. 324-9, L. 324-10, L. 341-6, L. 125-1 u L. 125-3 tal-Kodiċi tax-Xogħol;

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur u/jew kwalunkwe prova ta' konformità ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema diżabbli prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol;

ta' tniżżil fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti;

skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, ċertifikat ta' assigurazzjoni li nħareġ anqas minn tliet xhur ilu, li jkopri r-responsabblità ċivili [lijabilità] f'każ ta' inċident, b'mod partikolari fir-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-21 ta' April 2004, partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu;

f'każ ta' miżura kawtelatorja jew ta' proċedura kollettiva, kopja tas-sentenza jew sentenzi mogħtija fir-rigward (jekk is-sentenza mhijiex bil-Franċiż, jeħtieġ li tinhemeż traduzzjoni ċċertifikata).

7-2.   Proċeduri għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet:: L-applikazzjonijiet se jintgħażlu skond il-kriterji li ġejjin:

il-garanziji professjonali u finanzjarji ta' l-applikanti,

il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti tas-servizz imsemmi,

konformità mill-kandidati ma' l-obbligu li jiġu impjegati ħaddiema b'diżabilità previst mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol.

8.   Kriterji għall-għoti tal-kuntratt: It-trasportaturi li l-applikazzjoni tagħhom tiġi aċċettata se jkunu sussegwentement mistiedna jressqu l-offerta tagħhom skond il-proċedura stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti li wara se tintbagħtilhom.

L-offerti ppreżentati se jiġu liberament innegozjati mill-awtorità responsabbli tal-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-għażla fost is-sottomissjonijiet għandha ssir b'kunsiderazzjoni għall-adegwatezza tas-servizz, partikolarment il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu kwotati lill-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ.

9.   Informazzjoni addizzjonali essenzjali:

9-1.   Kumpens finanzjarju: L-offerti mressqa mill-offerenti għandhom jindikaw espliċitament is-somma massima li se tintalab bħala kumpens għall-operar tar-rotta għal perjodu ta' tliet snin li jiddekorri mill-1 ta' April 2008, bi tqassim annwali. Is-somma eżatta tal-kumpens miftiehma fl-aħħar se tiġi stabbilita ex post kull sena, skond l-ispejjeż u d-dħul effettivament ġġenerati mis-servizz, fil-limiti tas-somma indikata fl-offerta. Dan il-limitu massimu ma jistax jinbidel ħlief jekk ikun hemm bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet tas-servizz.

Il-ħlasijiet annwali jsiru permezz ta' ħlasijiet bin-nifs biex jiġi regolarizzat il-bilanċ. Il-ħlas tal-bilanċ isir biss wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tat-trasportatur marbuta mar-rotta kkonċernata u wara verifika li s-servizz ġie operat skond il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 9-2 hawn taħt.

F'każ li l-kuntratt jiġi xolt qabel l-iskadenza normali tiegħu, għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli d-dispożizzjonijiet tal-punt 9-2 biex isir il-ħlas tal-bilanċ lit-trasportatur tal-kumpens finanzjarju dovut lilu, filwaqt li l-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu jitnaqqas prorata skond kemm effettivament idum jopera s-servizz.

9-2.   Verifika ta' l-operar tas-servizz u tal-kontijiet tat-trasportatur: L-eżekuzzjoni tas-servizz u l-kompatibilità analitika tat-trasportatur mar-rotta kkonċernata għandhom ikunu eżaminati talanqas darba fis-sena, bi qbil mat-trasportatur.

9-3.   Emendi u tmiem tal-kuntratt: Jekk it-trasportatur iqis li l-bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet ta' l-operar tiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-somma massima tal-kumpens finanzjarju, jista' jressaq talba motivata lill-partijiet firmatarji l-oħra li għandhom xahrejn biex jieħdu deċiżjoni. Il-kuntratt għalhekk ikun jista' jiġi emendat permezz ta' klawsola addizzjonali.

Kull waħda mill-partijiet tista' ttemm il-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'każ ta' ksur gravi ta' l-obbligi tal-kuntratt, it-trasportatur jitqies li xolja l-kuntratt mingħajr ma jkun ta avviż jekk ma jissoktax is-servizz b'mod konformi ma' dawn l-obbligi fi żmien xahar mid-data ta' l-interpellazzjoni.

9-4.   Penali jew sanzjonijiet oħra previsti mill-kuntratt: In-nuqqas, min-naħa tat-trasportatur, milli jagħti l-avviż previst mill-punt 9-3 huwa suġġett għal ammenda amministrattiva, skond l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jew għal penali kkalkolat abbażi tan-numru ta' xhur li fihom naqas milli jagħti avviż u tan-nuqqasijiet operattivi fis-servizz matul is-sena in kwistjoni, mingħajr ma jinqabeż il-kumpens finanzjarju massimu tal-punt 9-1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu R. 330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, f'każ ta' ksur parzjali ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, jitnaqqas il-kumpens finanzjarju massimu previst mill-punt 9-1.

Dan it-tnaqqis iqis, jekk ikun il-każ, in-numru tat-titjiriet kanċellati minħabba raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur, tan-numru tat-titjiriet li seħħu b'kapaċità anqas minn dik meħtieġa u tan-numru tat-titjiriet li seħħu mhux konformi ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku f'dak li huma waqfiet qosra f'ajruporti jew tariffi applikati.

10.   Tressiq ta' l-applikazzjonijiet: Il-fajls ta' l-applikazzjonijiet għandhom ikunu magħluqa f'envelop ssiġillat u fuqu għandu jkollu miktub: “Réponse à l'appel de candidatures Ligne aérienne Castres (Mazamet) / Paris (Orly) – À n'ouvrir que par le destinataire”. Dawn għandhom jaslu sal-17:00, ħin lokali, sa mhux aktar tard mill-4 ta' Diċembru 2007, bil-posta rreġistrata u b'konferma tal-wasla għand id-destinatarju, b'din ta' l-aħħar tixhed id-data, jew inkella jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, lil dan l-indirizz:

Chambre de commerce et d'industrie de Castres-Mazamet, 40, allées Alphonse Juin, BP 30217, F-81101 Castres Cedex.

11.   Proċedura sussegwenti: Il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet se tibgħat, mhux aktar tard mill-7 ta' Diċembru 2007, lill-applikanti magħżula fajl tal-konsultazzjoni li jkun fih partikolarment regolament tal-konsultazzjoni kif ukoll abbozz ta' ftehim.

L-applikanti magħżula għandhom iressqu l-offerta tagħhom mhux aktar tard mis-4 ta' Jannar 2008 qabel 12:00, ħin lokali.

L-offerta se timpenja lill-offerent għal tul ta' żmien ta' 280 jum li jibdew minn meta titressaq.

12.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Il-validità tas-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jippreżenta, sa l-1 ta' Marzu 2008, programm għall-operar tar-rotta in kwistjoni mill-1 ta' April 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jirċievi ebda kumpens finanzjarju.

13.   Talbiet għal tagħrif supplimentari: L-applikanti li jeħtieġu aktar tagħrif għandhom, permezz ta' ittra jew feks biss, jikkuntattjaw lill-President tal-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet, li l-indirizz u n-numru tal-feks tiegħu jinsabu fil-paragrafu 2.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/42


F-Castres: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati

Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Castres (Mazamet) u Lyon (Saint-Exupéry) minn naħa, u bejn Rodez (Marcillac) u Lyon (Saint-Exupéry) min-naħa l-oħra

Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 għal delega ta' servizz pubbliku

(2007/C 255/15)

1.   Daħla: Għal raġunijiet ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, Franza imponiet obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru skedati li joperaw bejn Castres (Mazamet) u Lyon (Saint-Exupéry) u bejn Rodez (Marcillac) u Lyon (Saint-Exupéry). L-istandards rikjesti minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 18/03 tat-22 ta' Jannar 2002.

Jekk ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun beda jew wasal biex jibda, fl-1 ta' Mejju 2008, jopera servizzi bl-ajru skedati bejn Castres u Rodez minn naħa u Lyon min-naħa l-oħra skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma talab kumpens finanzjarju, Franza ddeċidiet, fil-qafas tal-proċedura prevista mill-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li tillimita l-aċċess tar-rotta għal trasportatur wieħed biss u tikkonċedi wara s-sejħa għall-offerti d-dritt ta' operar dawn is-servizzi mill-1 ta' Ġunju 2008.

2.   Awtorità li taġġudika: Chambre de commerce et d'industrie de Castres-Mazamet, 40, allées Alphonse Juin, BP 30217, -81101 Castres Cedex. Tél. (33) 563 51 46 46. Fax (33) 563 51 46 99. E-mail: f.chambert@castres-mazamet.cci.fr.

u

Société anonyme d'économie mixte locale (SAEML) Air 12, Aéroport de Rodez-Marcillac, route de Décazeville, F-12330 Salles-la-Source. Tél. (33) 565 76 02 00. Fax (33) 565 42 99 97. E-mail: aeroport-rodez-marcillac@wanadoo.fr.

3.   Għan tal-konsultazzjoni: L-għoti ta' servizzi bl-ajru skedati mill-1 ta' Ġunju 2008 f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmi fil-paragrafu 1.

4.   Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Kuntratt ta' delega ta' servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur, il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet, is-Société anonyme d'économie mixte locale Air 12 u l-Istat, skond l-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat.

Id-delegat se jirċievi d-dħul. Il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet, is-Société anonyme d'économie mixte locale Air 12 u l-Istat se jħallsuh kontribut li jammonta għad-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) għall-operar tas-servizz u d-dħul kummerċjali mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) li rċieva dan ta' l-aħħar, fil-limiti tal-kumpens massimu li għalih id-delegat impenja ruħu u bi tnaqqis, jekk ikun il-każ, tal-penali msemmija fl-Artikoli 9-4 ta' dan l-avviż.

5.   Tul tal-kuntratt: It-tul tal-kuntratt (ftehim ta' delega ta' servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin, li jiddekorru mill-1 ta' Ġunju 2008.

6.   Parteċipazzjoni fil-konsulatazzjoni: Is-sejħa hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha fil-pussess ta' liċenzja tat-tħaddim valida maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi ta' l-ajru].

7.   Proċedura li taġġudika u l-kriterji għall-għażla tal-kandidati: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, Sezzjoni 1 tal-Liġi 93-122 tad-29 ta' Jannar 1993 dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u dwar it-trasparenza tal-ħajja ekonomika u tal-proċeduri pubbliċi kif ukoll it-testi adottati għal raġunijiet ta' applikazzjoni tagħhom (partikolarment id-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 adottat għal raġunijiet ta' applikazzjoni tal-Liġi Nru 97/210 tal-11 ta' Marzu 1997 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra x-xogħol illegali) u d-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat kif ukoll tliet Ordnijiet tas-16 ta' Mejju 2005 adottati għal raġunijiet ta' applikazzjoni tiegħu.

7-1.   Fajl ta' l-applikazzjoni: Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jitfassal bil-Franċiż. Jekk ikun neċessarju, l-offerent għandu jittraduċi għall-Franċiż id-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi u miktuba b'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mal-verżjoni Franċiża, l-offerent jista' wkoll jehmeż verżjoni f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li ma tkunx awtentika.

Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jkun fih:

ittra ta' applikazzjoni, iffirmata mid-direttur jew mir-rappreżentant tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh is-setgħa li jiffirma;

memorandum informattiv dwar l-impriża, li jagħti xhieda tal-kapaċitajiet professjonali u finanzjarji ta' l-applikant fil-settur tat-trasport bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe referenza fil-qasam. Dan il-memorandum għandu jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità ta' l-applikant li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku u t-trattament ugwali ta' l-utenti; l-applikant jista', jekk hekk jixtieq, jimxi fuq il-mudell ta' formola DC5 użat fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi;

il-fatturat kumplessiv u l-fatturat marbut mal-provvista tas-servizzi kkonċernati matul l-aħħar tliet snin jew, jekk l-applikant hekk jixtieq, il-bilanċi u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' l-aħħar tliet snin. Jekk l-applikant ma jistax jipprovdi dan it-tagħrif, huwa għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu.

nota metodoloġika dwar kif l-applikant biħsiebu jressaq l-offerta tiegħu għall-fajl tal-konsultazzjoni, f'każ li jitħalla jippreżenta offerta mill-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet u s-SAEML Air 12, fin-nota għandu jkun speċifikat:

ir-riżorsi tekniċi u umani li l-applikant se jassenja għall-operar tar-rotta,

in-numru, il-kwalifika u l-assenjazzjoni tal-persunal u, jekk ikun il-każ, ir-reklutaġġ li l-applikant biħsiebu jagħmel,

it-tipi ta' ajruplani użati u, jekk ikun il-każ, id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom,

kopja tal-liċenzja tat-tħaddim tat-trasportatur ta' l-ajru ta' l-offerent,

jekk il-liċenzja tat-tħaddim inħarġet minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, l-offerent għandu wkoll jipprovdi dan it-tagħrif:

l-Istat li ħareġ il-liċenzja tal-piloti,

il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kuntratti tax-xogħol,

dettalji tas-sħubija fl-organu tas-sigurtà soċjali,

id-dispożizzjonijiet adottati għall-konformità ma' l-Artikoli L. 341-5 u l-Artikoli D. 341-5 u sussegwenti tal-Kodiċi tax-Xogħol marbuta ma' l-issekondar temporanju ta' impjegati għall-provvista ta' servizzi fuq it-territorju nazzjonali;

iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet maħruġa fuq l-unur previsti mill-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 u mill-Ordni tal-31 ta' Jannar 2003 adottata għal raġunijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Digriet imsemmi qabel, li jagħtu xhieda li l-applikant onora l-obbligi fiskali u soċjali tiegħu, partikolarment f'dawk li huma:

it-taxxa fuq il-kumpaniji,

it-taxxa fuq il-valur miżjud,

il-kontributi għas-sigurtà soċjali, inċidenti tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol u għall-benefiċċji għall-familji;

it-taxxa ta' l-avjazzjoni ċivili,

it-taxxa ta' l-ajruport,

it-taxxa fuq it-tniġġis akustiku ta' l-ajru,

it-taxxa tas-solidarjetà;

għall-applikanti minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-amministrazzjonijiet u mill-organi tal-pajjiż ta' l-oriġini;

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur ta' assenza ta' kundanna mniżżla fil-bullettin Nru 2 għar-reati msemmija fl-Artikoli L. 324-9, L. 324-10, L. 341-6, L. 125-1 u L. 125-3 tal-Kodiċi tax-Xogħol;

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur u/jew kwalunkwe prova ta' konformità ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema diżabbli prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol;

ta' tniżżil fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti;

skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, ċertifikat ta' assigurazzjoni li ilu sa 3 xhur maħruġ li jkopri r-responsabbiltà ċivili [lijabilità] f'każ ta' inċident, b'mod partikolari għar-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-21 ta' April 2004, partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu;

f'każ ta' miżura kawtelatorja jew ta' proċedura kollettiva, kopja tas-sentenza jew sentenzi maqtugħa għal dan ir-rigward (jekk is-sentenza mhijiex bil-Franċiż, jeħtieġ li tinhemeż traduzzjoni ċċertifikata).

7-2.   Proċeduri għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet: L-applikazzjonijiet se jintgħażlu b'referenza għal dawn il-kriterji li ġejjin:

il-garanziji professjonali u finanzjarji ta' l-applikanti,

il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti tas-servizz imsemmi,

konformità, min-naħa ta' l-applikanti, ma' l-obbligu li jimpjegaw ħaddiema diżabbli prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol;

8.   Kriterji għall-għoti tal-kuntratt: It-trasportaturi li l-applikazzjoni tagħhom tkun aċċettata se jkunu sussegwentement mistiedna jressqu l-offerta tagħhom skond il-proċedura stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti li wara se tintbagħtilhom.

L-offerti ppreżentati se jiġu liberament innegozjati mill-awtorità responsabbli tal-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet u s-Société anonyme d'économie mixte locale Air 12.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-għażla fost is-sottomissjonijiet għandha ssir b'kunsiderazzjoni ta' l-adegwatezza tas-servizz, partikolarment il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu kwotati lejn l-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ.

9.   Informazzjoni addizzjonali essenzjali:

9-1.   Kumpens finanzjarju: L-offerti mressqa minn dawk li jagħmlu l-offerti għandhom jindikaw espliċitament is-somma massima li se tintalab bħala kumpens għall-operar tar-rotta għal perjodu ta' tliet snin li jiddekorri mill-1 ta' Ġunju 2008, bi tqassim annwali. Is-somma eżatta tal-kumpens miftiehma fl-aħħar se tiġi stabbilita ex post kull sena, skond l-ispejjeż u d-dħul effettivament ġġenerati mis-servizz, fil-limiti tas-somma indikata fl-offerta. Dan il-limitu massimu ma jistax jinbidel ħlief jekk ikun hemm bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet tas-servizz.

Il-ħlasijiet annwali jsiru permezz ta' ħlasijiet bin-nifs u ta' bilanċ. Il-ħlas tal-bilanċ isir biss wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tat-trasportatur marbuta mar-rotta in kwistjoni u wara verifika li s-servizz ġie operat skond il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 9-2 hawn taħt.

F'każ ta' tmiem tal-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu, għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli d-dispożizzjonijiet tal-punt 9-2 biex isir il-ħlas tal-bilanċ lit-trasportatur tal-kumpens finanzjarju dovut lilu, filwaqt il-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu jitnaqqas fi proporzjon ta' kemm effettivament idum jopera s-servizz.

9-2.   Verifika ta' l-operar tas-servizz u tal-kontijiet tat-trasportatur: L-operar tas-servizz u l-kontabilità tal-kosti tat-trasportatur rigward ir-rotta in kwistjoni għandhom ikun eżaminati talanqas darba fis-sena, bi qbil mat-trasportatur.

9-3.   Emendi u terminazzjoni tal-kuntratt: It-trasportatur, jekk iqis li bidliet imprevedibbli tal-kundizzjonijiet ta' l-operar jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-somma massima tal-kumpens finanzjarju, jista' jressaq talba motivata lill-partijiet firmatarji l-oħra li għandhom xahrejn biex jieħdu deċiżjoni. Il-kuntratt għalhekk ikun jista' jiġi emendat permezz ta' klawsola addizzjonali.

Kull waħda mill-partijiet tista' ttemm il-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'każ ta' ksur gravi ta' l-obbligi tal-kuntratt, it-trasportatur jitqies li xolja l-kuntratt mingħajr ma jkun ta avviż jekk ma jissoktax is-servizz b'mod konformi ma' l-obbligi msemmija fi żmien xahar mid-data ta' l-interpellazzjoni.

9-4.   Penali jew sanzjonijiet oħra previsti mill-kuntratt: In-nuqqas, min-naħa tat-trasportatur, milli jagħti l-avviż previst mill-punt 9-3 huwa suġġett għal ammenda amministrattiva, skond l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jew għal penali kkalkolat abbażi tan-numru ta' xhur li fihom naqas milli jagħti avviż u tan-nuqqasijiet operattivi fis-servizz matul is-sena in kwistjoni, mingħajr ma jinqabeż il-kumpens finanzjarju massimu tal-punt 9-1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, f'każ ta' ksur parzjali ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, jitnaqqas il-kumpens finanzjarju massimu previst mill-punt 9-1.

Dan it-tnaqqis iqis, jekk ikun il-każ, in-numru tat-titjiriet kanċellati minħabba raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur, tan-numru tat-titjiriet li seħħu b'kapaċità anqas minn dik meħtieġa u tan-numru tat-titjiriet li seħħu mhux konformi ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku f'dak li huma waqfiet qosra f'ajruporti jew tariffi applikati.

10.   Tressiq ta' l-applikazzjonijiet: Il-fajls ta' l-applikazzjonijiet għandhom ikunu magħluqa f'envelop issiġillat u fuqu għandu jkollu miktub: “Réponse à l'appel de candidatures Ligne aérienne Castres (Mazamet) / Rodez (Marcillac) / Lyon (Saint-Exupéry) – À n'ouvrir que par le destinataire”. Dawn għandhom jaslu sa 12:00, ħin lokali, sa mhux aktar tard mill-4 ta' Diċembru 2007, bil-posta rreġistrata u b'konferma tal-wasla għand id-destinatarju, b'din ta' l-aħħar tixhed id-data, jew inkella jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, lil dan l-indirizz:

Chambre de commerce et d'industrie de Castres-Mazamet, 40, allées Alphonse Juin, BP 30217, F-81101 Castres Cedex.

11.   Proċedura sussegwenti: Il-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet se tibgħat, mhux aktar tard mill-7 ta' Diċembru 2007, lill-applikanti magħżula fajl tal-konsultazzjoni li jkun fih partikolarment regolament tal-konsultazzjoni kif ukoll abbozz ta' ftehim.

L-applikanti magħżula għandhom iressqu l-offerta tagħhom mhux aktar tard mis-4 ta' Jannar 2008 qabel 12:00, ħin lokali.

L-offerta se timpenja lill-offerent għal tul ta' żmien ta' 280 jum li jibdew minn meta titressaq.

12.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Il-validità tas-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jippreżenta, sa l-1 ta' Mejju 2008, programm għall-operar tar-rotta in kwistjoni mill-1 ta' Ġunju 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jirċievi ebda kumpens finanzjarju.

13.   Talbiet għal tagħrif supplimentari: L-applikanti li jeħtieġu aktar tagħrif għandhom, permezz ta' ittra jew feks biss, jikkuntattjaw lill-President tal-Kamra tal-Kummerċ u ta' l-Industrija ta' Castres-Mazamet, li l-indirizz u n-numru tal-feks tiegħu jinsabu fil-paragrafu 2.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/45


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4911 — Goldman Sachs/LOMO)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/16)

1.

Fid-19 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Goldman Sachs Group, Inc. (Goldman Sachs, l-Istati Uniti) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-intier ta' l-impriża LOMO Group (LOMO, il-Ġermanja) permezz ta' akkwist ta' titoli.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Goldman Sachs: attivitajiet bankarji ta' investimenti, investimenti fil-kummerċ u dawk prinċipali, amministrazzjoni ta' l-assi, u servizzi ta' investimenti.

Għal LOMO: l-operat ta' pompi tal-petrol u oqsma ta' servizzi tal-motorways.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4911 — Goldman Sachs/LOMO, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/46


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4944 — SAP/Business Objects)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/17)

1.

Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SAP AG (“SAP”, il-Ġermanja), fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, takkwista l-kontroll sħiħ ta' l-impriża Business Objects S.A. (“BO”, France/USA) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża SAP: Soluzzjonijiet ta' software ta' applikazzjonijiet għall-impriżi;

għall-impriża BO: Soluzzjonijiet ta' software għal analiżi kummerċjali, taħriġ u servizzi relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-Deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4944 — SAP/Business Objects, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/47


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4899 — SCB/Süd-Chemie)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/18)

1.

Fid-19 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SC-Beteiligungsgesellschaft mbH (SCB, ill-Germanja), ikkontrollati ricentement min JP Morgan Chase & Co. (JPMorgan Chase, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Süd-Chemie AG (Süd-Chemie, il-Ġermanja) permezz ta' akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal SCB: veikolu għal skop speċjali ta' JPMorgan Chase;

għal JPMorgan Chase: is-servizzi finanzjarji;

għal Süd-Chemie: kimiċi ta' speċjalità.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4899 — SCB/Süd-Chemie, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/48


PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru …/....

ta' [...]

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, fir-rigward tal-mod kif jitmexxew il-proċedimenti ta' riżolviment f'każijiet ta' kartelli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/19)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament (2)

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv għall-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti,

BILLI:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar il-mod kif jitmexxew il-proċedimenti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (3) jistabbilixxi regoli dwar il-mod kif jitmexxew il-proċedimenti mill-Kummissjoni u l-parteċipazzjoni fihom tal-partijiet ikkonċernati f'dawn il-proċeduri.

(2)

Il-partijiet għal dawn il-proċedimenti jistgħu jkunu lesti li jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom f'kartell u li b'hekk kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat u jirrikonoxxu wkoll ir-responsabbiltà għal din il-parteċipazzjoni, jekk jistgħu, b'mod raġonevoli, jantiċipaw is-sejbiet previsti tal-Kummissjoni fir-rigward il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur u l-livell tal-multi li potenzjalment jistgħu jeħlu u jaqblu ma' dawn is-sejbiet, jista' jkun hemm il-possibbiltà li l-Kummissjoni tiżvela ma' dawn il-partijiet, meta jkun xieraq, l-oġġezzjonijiet li jkun bi ħsiebha ġġib kontrihom fuq il-bażi ta' xhieda fil-fajl u l-multi li x'aktarx ikunu ser jeħlu. Żvelar bikri bħal dan għandu jippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jressqu l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni jkun bi ħsiebha tressaq kontrihom kif ukoll dwar ir-responsabbiltà potenzjali tagħhom.

(3)

Meta l-Kummissjoni tapprova uffiċjalment is-sottomissjonijiet għar-riżolviment bil-miktub li jkunu għamlu fid-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tagħhom u, fit-tweġibiet li jkunu taw għalihom, il-partijiet jikkonfermaw li d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tikkorrispondi għall-kontenut tas-sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu għamlu, il-Kummissjoni għandha tipproċedi immedjatament bl-adozzjoni ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(4)

Għandu għalhekk jiġi stabbilit proċediment ta' riżolviment sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmaniġġa l-każi relatati mal-kartelli aktar malajr billi tilħaq ftehim mal-partijiet.

(5)

L-esperjenza wriet li jekk, b'mod sistematiku, l-għoti ta' verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet jista' jkollu konsegwenzi negattivi fir-rigward ta' kemm il-partijiet għall-proċedimenti jkunu jridu jikkooperaw mal-Kummissjoni. Filwaqt li r-rikorrenti għandhom ikomplu jkunu assoċjati mill-qrib mal-proċedimenti u jiġu infurmati dwar in-natura u s-suġġett tal-proċediment bil-miktub u jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom dwarhom, għandha tkun il-Kummissjoni li tiddetermina kif informazzjoni bil-miktub bħal din għandha tingħata f'każ partikolari.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 hu emendat kif ġej:

1.

Flok l-Artikolu 2, paragrafu 1, jidħol dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda proċedimenti bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni skond il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fi kwalunkwe ħin, imma mhux aktar tard mid-data li fiha toħroġ valutazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament, dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet jew talba biex il-partijiet jesprimu l-interess tagħhom biex jieħdu sehem f'diskussjonijiet dwar riżolviment jew id-data li fiha tiġi ppubblikata notifika skond l-Artikolu 27(4) ta' dak ir-Regolament, liema minn dawn tkun l-aktar waħda kmieni.”

2.

Fl-Artikolu 6, flok il-paragrafu 1 jidħol dan li ġej:

“1.   Meta l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet relatata ma' kwistjoni li dwarha tkun irċeviet ilment, għandha tinforma lir-rikorrent bil-miktub dwar in-natura u s-suġġett tal-proċediment u tistabbilixxi skadenza li, sa ma tagħlaq, ir-rikorrent ikun jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu bil-miktub. Il-Kummissjoni tista' wkoll tipprovdi lir-rikorrent b'kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet.”

3.

Fl-Artikolu 10, flok il-paragrafu 1 jidħol dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati dwar l-oġġezzjonijiet imqajma kontrihom. Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet għandha tkun innotifikata bil-miktub lil kull waħda mill-partijiet li jkunu tqajmu l-oġġezzjonijiet kontrihom.”

4.

Jidħol l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

Proċedimenti ta' riżolviment f'każi ta' kartelli

1.   Wara li jkun ingħata bidu għall-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista' tiffissa skadenza li fl-ambitu tagħha l-partijiet jkunu jistgħu jiddikjaraw bil-miktub li jinsabu mħejjija li jieħdu sehem f'diskussjonijiet dwar riżolviment bil-għan li possibbilment ikunu jistgħu jippreżentaw sottomissjonijiet għal riżolviment. Il-Kummissjoni mhux marbuta li tikkonsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslulha wara li jkun skada ż-żmien.

Jekk żewġ partijiet jew aktar li jkunu japparjenu għall-istess impriża jiddikjaraw li jinsabu mħejjija li jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar riżolviment skond l-ewwel subparagrafu, dawn il-partijiet għandhom jaħtru rappreżentanti konġunti biex jipparteċipaw f'diskussjonijiet mal-Kummissjoni f'isimhom.

2.   Il-Kummissjoni tista' tinforma lill-partijiet li huma mħejjija li jagħmlu sottomissjonijiet għar-riżolviment dwar:

(a)

l-oġġezzjonijiet li tipprevedi li ser tqajjem kontrihom,

(b)

ix-xhieda li ssostni dawn l-oġġezzjonijiet u

(ċ)

il-multi li potenzjalment jistgħu jeħlu.

Jekk id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment jaslu sa stadju li fih l-informazzjoni msemmija hawn fuq tkun żvelata wara talba jew tkun saret disponibbli għall-partijiet b'xi mod ieħor, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi skadenza biex, sakemm tagħlaq, il-partijiet ikunu jistgħu jikkommettu ruħhom li jsegwu l-proċediment tar-riżolviment billi jagħmlu sottomissjonijiet għar-riżolviment bil-miktub li jkunu jirriflettu r-riżultati tad-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment u billi jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat kif ukoll ir-responsabbiltà tagħhom għal dan. Il-Kummissjoni mhux marbuta li tikkonsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslulha wara li jkun skada ż-żmien.

3.   Meta d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet innotifikata lill-partijiet taderixxi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment, it-tweġiba bil-miktub għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet mingħand il-partijiet ikkonċernati għandha, sa skadenza stabbilita mill-Kummissjoni, tikkonferma li d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet indirizzata lilhom tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment. Il-Kummissjoni tista' mbagħad tipproċedi immedjatament biex tadotta deċiżjoni sussegwenti skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv għall-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003.”

5.

Flok l-Artikolu 11(1), jidħol dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li jkunu d-destinatarji ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, l-opportunità li jsemmgħu leħinhom qabel ma jiġi kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003”

6.

Flok l-Artikolu 12 jidħol dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li jkunu d-destinatarji ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f-seduta verbali, jekk jitolbu li jkunu jridu dan fis-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub.

2.   Madankollu, meta jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment bil-miktub, il-partijiet għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni li huma jeħtieġu biss l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f'seduta verbali, jekk id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma taderixxix mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub għar-riżolviment.”

7.

Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Wara li jingħata bidu għall-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha tiżvela, meta jkun xieraq, ix-xhieda li ssostni l-oġġezzjonijiet previsti lill-partijiet li jkunu jridu jagħmlu sottomissjonijiet għal riżolviment sabiex tgħinhom jagħmlu dan. Fid-dawl ta' dan, meta jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment, il-partijiet għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni li huma ser ikunu jeħtieġu biss aċċess għall-fajl wara l-wasla tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, jekk id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma taderixxix mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub għar-riżolviment.”

8.

Flok l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 17(3) jidħlu dan li ġej:

“1.   L-ifissar ta' l-iskadenzi previsti f'1. Meta tiffissa l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10a(1), l-Artikolu 10a(2), l-Artikolu 10a(3) u l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tikkonsidra kemm iż-żmien meħtieġ għat-tħejjija tas-sottomissjoni kif ukoll l-urġenza tal-każ.”

“3.   L-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 10a(1), l-Artikolu 10a(2) u l-Artikolu 16(3) għandhom mill-inqas ikunu ta' ġimgħa.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ f'[id-data].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kummissjoni,

Neelie KROES

Member of the Commission


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 255, 27.10.2007, p. 48.

(3)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/51


Abbozz Avviż tal-Kummissjoni

ta'[…]

dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 255/20)

1.   INTRODUZZJONI

1.

Din in-Notifika tistabbilixxi qafas sabiex tiġi ppremjata l-kooperazzjoni fil-mod kif isiru l-proċedimenti li jkunu nbdew in vista ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat (1) tal-KE fil-każi ta' kartelli. Il-proċedimenti ta' riżoluzzjonijiet ta' tilwim jistgħu jippermettu lill-Kummissjoni timmaniġġa aktar każi bl-istess riżorsi biex b'hekk tinkoraġġixxi l-interess pubbliku fl-implimentazzjoni ta' kastigi effettivi u f'waqthom mill-Kummissjoni, filwaqt li tkabbar id-deterrent ġenerali. Il-kooperazzjoni koperta b'din in-Notifika hi differenti mill-produzzjoni volontarja ta' xhieda biex tixpruna jew tmexxi 'l quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, li hi koperta min-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-Immunità mill-multi u t-tnaqqis fil-multi fil-każi ta' kartelli (2) (in-Notifika dwar Klemenzi). Sakemm il-kooperazzjoni offruta minn impriża tikkwalifika taħt iż-żewġ Notifiki tal-Kummissjoni, din tista' tkun ippremjata kif xieraq b'mod kumulattiv (3).

2.

Meta l-partijiet għall-proċedimenti jkunu lesti li jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom f'kartell li permezz ta' hekk ikunu kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u għalhekk ikunu naqsu mir-responsabbilta' tagħhom, jistgħu wkoll jikkontribwixxu biex jintgħaġġlu l-proċedimenti li jwasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni korrispondenti skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (4) bil-mod u bis-salvagwardji speċifikati f'din in-Notifika. Filwaqt li l-Kummissjoni, bħala l-awtorità investigattiva u l-gwardjana tat-Trattat li hi mogħtija s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet ta' infurzar suġġett għall-kontroll ġuridiku tal-Qrati Komunitarji, ma tinnegozjax il-kwistjoni dwar l-eżistenza ta' ksur tal-liġi Komunitarja u s-sanzjoni li tkun xierqa, tista' tippremja l-kooperazzjoni deskritta f'din in-Notifika.

3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar il-mod kif jitmexxew il-proċedimenti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (5) (ir-Regolament tal-Kummissjoni) jistabbilixxi ir-regoli prattiċi ewlenin li jikkonċernaw il-mod kif jitwettqu l-proċedimenti fil-każi ta' antitrust inklużi dawk applikabbli fil-varjant għar-riżoluzzjoni tat-tilwima. F'dan ir-rigward, ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tagħżilx li tesplora l-proċediment tar-riżoluzzjoni tat-tilwima jew le fil-każi ta' kartelli, filwaqt li tiżgura li l-għażla tal-proċediment tar-riżoluzzjoni tat-tilwima ma tkunx tista' jiġi imposta fuq il-partijiet.

4.

L-infurzar effettiv tal-liġi Komunitarja dwar il-kompetizzjoni huwa kumpatibbli ma' rispett sħiħ tad-dritt tal-partijiet biex jiddefendu ruħhom, li jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja li għandu jkun irrispettat fiċ-ċirkustanzi kollha, u b'mod partikolari fil-proċedimenti ta' antitrust li jistgħu jwasslu għal penali. Minn dan isegwi li r-regoli stabbiliti għall-mod kif jitmexxew il-proċedimenti tal-Kummissjoni biex jiġi infurzat l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE għandhom jiżguraw li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi kkonċernati jingħataw l-opportunità biex effettivament jesponu l-fehmiet tagħhom dwar il-vertità u r-relevanza tal-fatti, l-oġġezzjonijiet u ċ-ċirkustanzi mressqa mill-Kummissjoni (6), waqt it-tul kollu tal-proċedura amministrattiva.

2.   PROĊEDURA

5.

Il-Kummissjoni għandha marġni wiesa' ta' diskrezzjoni biex tiddetermina liema każi jistgħu jkunu addattati biex tesplora l-interess tal-partijiet f'parteċipazzjoni f'diskussjonijiet dwar riżolviment, kif ukoll biex tiddeċiedi f'liema każi tinvolvi ruħha jew twaqqa' jew inkella tirriżolvi. F'dan ir-rigward, tajjeb li tiġi kkunsidrata l-probabbiltà li jintlaħaq ftehim komuni dwar l-ambitu ta' l-oġġettivi potenzjali mal-partijiet involuti sa skadenza raġonevoli, invista ta' fatturi bħal mhuma: l-għadd tal-partijiet involuti, il-pożizzjonijiet konfliġġenti prevedibbli dwar l-attribuzzjoni tar-responsabbiltajiet, il-limitu tal-kontestazzjoni tal-fatti, eċċ. Barra minn hekk, jiġi kkunsidrat jekk, fid-dawl tal-progress miksub f'sens ġenerali, ikunx probabbli li din il-proċedura ta' riżolviment tkunx aktar effikaċi. Jistgħu jitqiesu wkoll konsiderazzjonijiet oħra bħal mhu l-ħolqien ta' preċedent. Il-Kummissjoni tista' tidħol għal diskussjonijiet dwar riżolviment biss jekk issir talba bil-miktub mill-partijiet ikkonċernati.

6.

Filwaqt li l-partijiet għall-proċedimenti m'għandhomx dritt għal riżolviment, jekk jidhrilha li, fil-prinċipju, ikun xieraq li każ jiġi riżolt, il-Kummissjoni tesplora l-interess fir-riżolviment tal-partijiet kollha għall-istess proċedimenti.

7.

Il-partijiet għall-proċedimenti u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu ma jiżvelaw lil ebda impriża oħra jew parti terza oħra fi kwalunkwe ġurisdizzjoni l-kontenut tad-diskussjonijiet jew tad-dokumenti li huma kellhom aċċess għalihom invista tar-riżolviment, sakemm ma jkollhomx awtorizzazzjoni espliċita mill-Kummissjoni. Kwalunkwe ksur f'dan ir-rigward jista' jwassal biex il-Kummissjoni tiċħad it-talba ta' l-impriża biex issegwi l-proċediment ta' riżolviment u jista' jikkostitwixxi ċirkustanza aggravanti fl-ambitu tat-tifsira tal-punt 28 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta' l-iffissar tal-multi imposti skond l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (7) (il-Linji Gwida dwar il-multi).

2.1.   Ftuħ ta' proċedimenti u passi esploratorji fir-rigward ta' riżolviment

8.

Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra l-adozzjoni ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 7 u/jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ikun meħtieġ li bil-quddiem jiġu identifikati u rikonoxxuti bħala partijiet għall-proċedimenti l-persuni legali li jistgħu jkunu suġġetti għal penali minħabba ksur ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE.

9.

Għal dan il-għan, il-bidu ta' proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 bil-għan ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni bħal din jista' jseħħ f'ħin ikun meta jkun, imma mhux aktar tard mid-data li fiha l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet kontra l-partijiet ikkonċernati. L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jispeċifika wkoll li, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li tesplora l-interess tal-partijiet f'parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment, hi tagħti bidu għal proċedimenti mhux aktar tard mid-data li fiha tkun jew għamlet dikjarazzjoni dwar l-oġġezzjonijiet jew talbet lill-partijiet jistqarru bil-miktub l-interess tagħhom f'parteċipazzjoni f'diskussjonijiet dwar riżolviment, liema miż-żewġ dati tiġi l-ewwel.

10.

Wara l-bidu tal-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, tkun kompetenti esklużimament il-Kummissjoni biex tapplika l-Artikolu 81 tat-Trattat għall-każ speċifiku (8).

11.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tesplora l-interess tal-partijiet fil-parteċipazzjoni f'diskussjonijiet dwar ir-riżolviment, hi tiffissa skadenza li mhux anqas minn ġimagħtejn skond l-Artikoli 10a(1) u 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li fl-ambitu tiegħu il-partijiet għall-istess proċedimenti għandhom jiddikjaraw bil-miktub jekk ikunx bi ħsiebhom jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar riżolviment bil-għan li possibbilment jagħmlu sottomissjonijiet għal riżolviment aktar 'il quddiem.

12.

Il-partijiet kollha għall-proċedimenti li jappartjenu għall-istess impriża u li jipprevedu l-possibbiltà li jagħmlu sottomissjoni għal riżolviment u li jitolbu biex jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar riżolviment għandhom jaħtru rappreżentanti konġunti li jkollhom is-setgħa xierqa biex jaġixxu f'isimhom f'kull ħin, imma mhux aktar tard minn tmiem l-iskadenza msemmija fil-punt 10.

13.

Il-Kummissjoni tista' ma tikkunsidrax kwalunkwe applikazzjoni għall-immunità mill-multi jew it-tnaqqis tagħhom skond in-Notifika dwar Trattament Favorevoli fuq il-bażi li din l-applikazzjoni kienet ġiet sottomessa wara l-perjodu ta' skadenza msemmi fil-punt 10.

2.2.   Bidu tal-proċediment ta' riżolviment: diskussjonijiet dwar riżolviment

14.

Jekk uħud mill-partijiet għall-proċedimenti jitolbu għal diskussjonijiet dwar riżolviment u jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti 10 u 11, il-Kummissjoni tista' ssegwi l-proċediment ta' riżolviment permezz ta' kuntatti bilaterali bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u l-kandidati tar-riżolviment.

15.

Il-Kummissjoni żżomm id-diskrezzjoni li tiddetermina matul it-tul kollu tal-proċediment fir-rigward ta' l-adegwatezza u r-ritmu tad-diskussjonijiet bilaterali dwar ir-riżolviment ma' kull impriża. F'konformità ma' l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (9), dan jinkludi li, fid-dawl tal-progress li jkun sar b'mod ġenerali fil-proċediment tar-riżolviment, il-Kummissjoni tiddetermina l-ordni u s-sekwenza tad-diskussjonijiet bilaterali dwar ir-riżolviment kif ukoll il-waqt meta tiżvela l-informazzjoni, inkluża x-xiehda fil-fajl tal-Kumnmissjoni użat biex jiġu stabbiliti l-oġġezzjonijiet previsti u l-multa eventwali (10). L-informazzjoni tiġi żvelata b'mod f'waqtu matul il-mixi 'l quddiem tad-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment.

16.

Żvelar bikri bħal dan fil-kuntest ta' diskussjonijiet dwar ir-riżolviment skond l-Artikolu 10a(2) u l-Artikolu 15(1a) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jippermetti li l-partijiet ikunu infurmati dwar l-elementi essenzjali li jkunu tqiesu sa dak il-mument, bħal mhuma l-fatti allegati, il-klassifikazzjoni ta' dawn il-fatti, il-gravità ta' l-allegat kartell u t-tul ta' żmien li jkun ilu jeżisti, l-attribuzzjoni tar-responsabbiltajiet, stima tal-firxa tal-multi li x'aktarx jingħataw (11) kif ukoll ix-xhieda miġjuba biex jiġu stabbiliti l-oġġezzjonijiet eventwali (12). B'hekk il-partijiet ikunu jistgħu jasserixxu l-fehmiet tagħhom b'mod effettiv dwar l-oġġezzjonijiet li potenzjalment jinġiebu kontrihom u jkunu jistgħu wkoll jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar jekk jirriżolvux jew le.

17.

Meta l-progress li jkun sar matul id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment iwassal għal qbil komuni dwar l-ambitu ta' l-oġġezzjonijiet eventwali u l-istima tal-multi li x'aktarx tkun ser twaħħal il-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tiffissa skadenza finali ta' mill-inqas XXX ġurnata ta' xogħol għal impriża biex tippreżenta sottomissjoni ta' riżolviment finali u bil-miktub skond l-Artikoli 10a(2) u 17(3) tar-Regolament Nru 773/2004. L-iskadenza tista' tittawwal wara talba rraġunata. Qabel l-għoti ta' din l-iskadenza, il-partijiet ikollhom id-dritt li, fuq talba tagħhom, jingħataw l-informazzjoni speċifikata fil-punt 15 żvelata lilhom. Wara talba rraġunata minn xi parti, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll jagħtuha aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta' kwalunkwe dokument aċċessibbli elenkat fil-fajl tal-każ sa dak il-mument, jekk ikun jidhrilhom li dan huwa ġġustifikat biex il-parti tkun tista' tiżgura l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta' kwalunkwe aspett ieħor tal-kartell u sakemm l-effiċjenzi proċedurali msemmija fil-punt 0 ma jkunux fil-periklu (13).

18.

Il-partijiet jistgħu jappellaw lill-Kunsillier tas-Seduta fi kwalunkwe ħin matul il-proċediment tar-riżolviment fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tad-difiża. Dmir il-Kunsillier tas-Seduta hu li jiżgura li d-drittijiet tad-difiża jkunu realment irrispettati fil-proċedimenti tal-kompetizzjoni.

19.

Jekk il-partijiet ikkonċernati jonqsu milli jippreżentaw sottomissjoni tar-riżolviment, il-proċediment li jwassal għad-deċiżjoni finali fil-każ tagħhom jimxi skond id-dispożizzjonijiet ġenerali fl-Artikoli 10(2) u 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, minflok dawk li jirregolaw il-proċediment tar-riżolviment.

2.3.   Sottomissjonijiet għar-riżolviment

20.

Il-partijiet li jagħżlu li jsir proċediment ta' riżolviment iridu jagħmlu talba formali għar-riżolviment fil-forma ta' sottomissjoni għal riżolviment bil-miktub. Is-sottomissjoni għal riżolviment bil-miktub prevista fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 għandu jkun fiha: (a)

(a)

rikonoxximent f'termini mingħajr ekwivoki tar-responsabbiltà tal-partijiet għall-ksur imfisser fil-qosor fir-rigward tal-fatti ewlenin, il-kwalifikazzjoni ġuridika tagħhom, u t-tul ta' żmien tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur f'konformità mar-riżultati tad-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment;

(b)

indikazzjoni (14) ta' l-ogħla ammont ta' multa li l-partijiet jipprevedu li l-Kummissjoni ser twaħħalhom u li l-partijiet jaċċettaw fil-qafas tal-proċedura tar-riżolviment.

(ċ)

il-konferma tal-partijiet li huma kienu rċevew informazzjoni biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tipprevedi li ser tqajjem kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex jesprimu l-fehmiet tagħhom mal-Kummissjoni;

(d)

il-konferma tal-partijiet li, fid-dawl ta' dak li ssemma hawn fuq, ma jipprevedux li ser jitolbu aċċess għall-fajl jew jitolbu smigħ ieħor f'seduta verbali, sakemm il-Kummissjoni ma tilqax is-sottomissjoni tagħhom għar-riżolviment; (e)

(e)

u d-deċiżjoni finali skond l-Artikolu 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 f'lingwa uffiċjali determinata tal-Komunità Ewropea.

21.

Ir-rikonoxximenti u l-konfermi pprovduti mill-partijiet rigward riżolviment jikkostitwixxu espressjoni ta' l-impenn tagħhom biex jikkooperaw fil-maniġġar bil-għaġġla tal-każ skond il-proċediment ta' riżolviment. Madankollu, dawn ir-rikonoxximenti u l-konfermi huma suġġetti għall-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tat-talba tagħhom għal riżolviment, inkluż l-ogħla ammont previst tal-multa.

22.

Għalhekk, it-talbiet għal riżolviment bil-miktub ma jistgħux jiġu rrevokati b'mod unilaterali mill-partijiet li jkunu pprovdewhom sakemm il-Kummissjoni ma tilqax it-talbiet tagħhom għal riżolviment billi tikkonferma s-sottomissjonijiet għal riżolviment bil-miktub l-ewwel f'dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u fl-aħħarnett, f'deċiżjoni finali (ara f'dan ir-rigward il-punti 25 u 28). Id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet tkun meqjusa bħala konferma tas-sottomissjonijiet għal riżolviment bil-miktub jekk tirrifletti l-kontenut tagħhom fejn għandhom x'jaqsmu d-deskrizzjoni tal-kartell u l-involviment ta' l-impriża fih u l-kwalifiki legali ta' dan. Barra minn hekk, biex deċiżjoni finali titqies bħala konferma tas-sottomissjonijiet għal riżolviment bil-miktub, għandha wkoll timponi multa li ma tkunx taqbeż l-ogħla ammont indikat fiha.

2.4.   Dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet u tweġiba

23.

Skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, in-notifika ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet bil-miktub lil kull waħda mill-partijiet li kontrihom ikunu tqajmu l-oġġezzjonijiet, hija fażi preparatorja obbligatorja qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni finali (15). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet anke f'każ ta' proċediment ta' riżolviment (16).

24.

Biex ikun żgurat li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-partijiet għad-difiża jkun effettiv, il-Kummissjoni tisma' l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet kontrihom u x-xhieda ta' sostenn qabel ma tadotta deċiżjoni finali u tagħtihom kunsiderazzjoni billi temenda l-analiżi preliminari tagħha kif ikun jiexraq (17). Il-Kummissjoni trid tkun tista' mhux biss taċċetta jew tiċħad l-argumenti rilevanti tal-partijiet miġjuba minnhom matul il-proċediment amministrattiv, imma wkoll tagħmel l-analiżi proprja tagħha tal-kwistjonijiet li jkunu tressqu bil-għan li jew jikkonvinċuha twaqqa' dawn l-oġġezzjonijiet minħabba provi ta' nuqqas ta' bażi għalihom jew li jiġu ssupplimentati u riveduti l-argumenti tagħhom, kemm fil-fatt kif ukoll bi dritt, b'sostenn ta' l-oġġezzjonijiet imħaddna mill-Kummissjoni (18).

25.

Bil-preżentazzjoni ta' talba formali għal-riżolviment fil-forma ta' sottomissjoni bil-miktub għal riżolviment qabel ma tintbagħtilhom in-notifika tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati jippermettu lill-Kummissjoni li effettivament tikkunsidra l-fehmiet tagħhom (19) sewwasew fil-mument meta tkun qed tabbozza d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u mhux biss qabel il-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għall-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti (il-Kumitat Konsultattiv) jew qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali (20). Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet innotifikata lill-partijiet tista' tibbaża fuq il-kontenut tas-sottomissjonijiet għar-riżolviment, fejn ikun xieraq, u l-ammont tal-multa potenzjali tista' tiġi riveduta u titnaqqas fid-dawl ta' dan (21).

26.

Jekk id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tapprova s-sottomissjonijiet tal-partijiet għal riżolviment, il-partijiet ikkonċernati jkunu, sa skadenza ta' mill-inqas ġimgħa ffissata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 10a(3) u 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, weġbuha billi sempliċement jikkonfermaw (f'termini mingħajr ekwivoki) li d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom dwar ir-riżolviment u li għalhekk huma jibqgħu marbuta li jsegwu l-proċediment tar-riżolviment. Jekk din it-tweġiba ma ssirx, il-Kummissjoni ma tkunx tista' tikkunsidra t-talba ta' l-impriża biex issegwi l-proċediment tar-riżolviment.

27.

Il-Kummissjoni tista', b'mod leġittimu, tadotta dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet li ma tikkonfermax is-sottomissjoni tal-partijiet għal riżolviment. F'dan il-każ, ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali fl-Artikoli 10(2), 12(1) u 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Ir-rikonoxximenti pprovduti mill-partijiet fis-sottomissjoni għar-riżolviment jitqiesu bħala li ġew irtirati u ma jkunu jistgħu jintużaw kontra l-ebda waħda mill-partijiet għall-proċedimenti Għaldaqstant, il-partijiet ikkonċernati ma jkunux aktar marbutin bis-sottomissjonijiet tagħhom għal riżolviment u tinħarġilhom skadenza li tippermettilhom li jippreżentaw id-difiża tagħhom mill-ġdid, inkluża l-possibbiltà li jitolbu smigħ f'seduta verbali u aċċess għall-fajl, jekk ikunu jixtiequ dan.

2.5.   Deċiżjoni tal-Kummissjoni u għoti ta' kumpens għal riżolviment

28.

Ladarba l-partijiet ikunu wieġbu għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u jikkonfermaw l-impenn tagħhom biex jirriżolvu, ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 jippermetti lill-Kummissjoni tipproċedi, mingħajr ebda pass proċedurali ieħor, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwenti skond l-Artikoli 7 u/jew 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. B'mod partikolari, dan ifisser li l-ebda seduta verbali jew aċċess għall-fajl ma jistgħu jintalbu minn dawk il-partijiet ladarba s-sottomissjonijiet tagħhom għal riżolviment ikunu kkonfermati mid-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet (22) f'konformità ma' l-Artikoli 12(2) (23) u 15(1a) (24) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.

29.

Il-Kummissjoni tista', b'mod leġittimu, tadotta pożizzjoni finali li titbiegħed mill-pożizzjoni preliminari tagħha ppreżentata f'dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet li tikkonferma s-sottomissjonijiet bil-miktub tal-partijiet għal riżolviment, jew wara li tikkunsidra l-argumenti żviluppati mill-Kumitat Konsultattiv jew konsiderazzjonijiet oħra marbuta ma' l-awtonomija aħħarija tal-Kulleġġ tal-Kummissarji f'dan ir-rigward (25). Madankollu, jekk ikollha l-intenzjoni li taġixxi f'dan is-sens, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet dwar din l-intenzjoni u tinnotifikalhom dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet ġdida sabiex ikunu jistgħu jħejju d-difiża tagħhom skond ir-regoli ġenerali tal-proċediment (26). Isegwi li l-partijiet b'hekk ikollhom id-dritt li jitolbu aċċess għall-fajl, għal smigħ f'seduta verbali u għal tweġiba għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet. Ir-rikonoxximenti pprovduti mill-partijiet fis-sottomissjonijiet għal riżolviment jitqiesu bħala li ġew irtirati u ma jkunu jistgħu jintużaw kontra l-ebda waħda mill-partijiet għall-proċedimenti

30.

(30) L-ammont finali tal-multa f'każ speċifiku jiġi stabbilit fid-deċiżjoni li fiha tikkonstata l-ksur u timponi sanzjoni skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

31.

F'konformità mal-prattika tal-Kummissjoni, il-fatt li impriża kkooperat mal-Kummissjoni fil-qafas ta' din in-Notifika matul il-proċediment amministrattiv ser jiġi indikat f'kull deċiżjoni, biex tiġi spjegata r-raġuni li tiġġustifika l-livell tal-multa.

32.

Jekk tiddeċiedi li tikkumpensa lil parti partikolari bħala riżolviment fil-qafas ta' din in-Notifika, il-Kummissjoni tnaqqas b'XX % l-ammont tal-multa wara li jkun applikat il-limitu ta' 10 % stabbilit fil-Linji Gwida għall-metodu ta' kif jiġu ffissati l-multi imposti skond l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (27) u kwalunkwe żieda speċifika għal skop dissważiv (28) użat fir-rigward tagħhom ma tistax taqbeż fattur multiplikatur ugwali għal tnejn.

33.

F'każi li fihom sar riżolviment ma' impriżi li jkunu talbu għall-benefiċċji ta' trattament favorevoli, it-tnaqqis fil-multa li jkun ingħatalhom għandu jikkorrispondi mas-somma tal- kumpens mogħtija bħala benefiċċju tat-trattament favorevoli u l-kumpens mogħti għar-riżolviment.

3.   KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

34.

Din in-Notifika tapplika għall-każi kollha pendenti quddiem il-Kummissjoni fil-mument tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali jew fi żmien wara dan.

35.

Il-Kummissjoni ssostni li normalment l-iżvelar pubbliku ta' dokumenti u dikjarazzjonijiet miktuba jew dokumentati li jkunu waslu fil-kuntest ta' din in-Notifika jimmina ċerti interessi pubbliċi jew privati, pereżempju l-protezzjoni ta' l-għan ta' spezzjonijiet u investigazzjonijiet fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (29), anke wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni.

36.

Id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 huma suġġetti għal eżami ġurisdizzjonali skond l-Artikolu 230 tat-Trattat tal-KE. Barra minn hekk, kif previst fl-Artikolu 229 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha kompetenza ġurisdizzjonali mingħajr limitu biex teżamina deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet adottati skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.


(1)  Ir-referenzi f'dan it-test għall-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE jkopru wkoll l-Artikolu 53 ŻEE meta applikat mill-Kummissjoni skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 56 tal-Ftehim ŻEE.

(2)  ĠU C 298, 8.12.2006

(3)  Ara l-punt 32 hawn taħt.

(4)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 ( ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru XXX/200Y (ĠU L…, p…).

(6)  Ara l-Kawża 85/76 Hoffmann-La Roche v il-Kummissjoni [1979] ĠABRA 461, il-paragrafi 9 u 11; Il-Kawża T11/89, Shell v Il-Kummissjoni [1992] ĠABRA II757, il-paragrafu 39; Il-Kawżi konġunti T-10/92, T-11/92, T-12/92 u T-15/92 [1992] ĠABRA II.-2667, Cimenteries CBR, il-paragrafu 39; Il-Kawżi konġunti T-191/98, T 212/98 sa T-214/98 Atlantic Container Line u Oħrajn v il-Kummissjoni [2003] ĠABRA II-3275, il-paragrafu 138; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Ottubru 2003 fil-Kawża C-176/99 P, ARBED SA v il-Kummissjoni, il-paragrafu 19; is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza fil-Kawża T-15/02, BASF AG v il-Kummissjoni, tal-15 ta' Marzu ta' l-2006, il-paragrafu 44; is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza tas-27 ta' Settembru ta' l-2006 fil-Kawża T-329/01, Archer Daniels Midland Co. v il-Kummissjoni (glukonat tas-sodju) il-paragrafu 358.

(7)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(8)  L-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jaqra hekk: “Il-bidu tal-proċedimenti mill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' deċiżjoni skond il-Kapitolu III jeħles lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta' l-Istati Membri mill-kompetenzi tgħhom biex japplikaw l-Artikoli 81u 82 tat-Trattat. Jekk l-awtorità tal-kompetizzjoni ta' Stat Membru qed tagixxi diġa fuq il-każ, il-Kummissjoni għandha tibda proċedimenti biss wara li tikkonsulta lil dik l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali”.

(9)  “Il-Kummissjoni tista' tinforma lill-partijiet li jkunu lesti li jippreżentaw sottomissjonijiet ta': (a) l-oġġezzjonijiet li tipprevedi li tkun se tqajjem kontrihom, (b) ix-xhieda li ssostni dawn l-oġġezzjonijiet u (ċ) il-multi eventwali. (...)” (l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004).

(10)  Ir-referenza għall-“multi eventwali” fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 tagħti lis-servizzi tal-Kummissjoni l-possibbiltà li jinfurmaw lill-partijiet involuti fid-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment, dwar stima tal-multa eventali fid-dawl tal-gwida fil-Linji Gwida dwar il-multi, id-dispożizzjonijiet ta' din in-Notifika u n-Notifika dwar Trattament Favorevoli, fejn applikabbli.

(11)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti 100/80 sa 103/80 Musique diffusion française u Oħrajn v il-Kummissjoni [1983] ĠABRA 1825, il-paragrafu 21, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza fil-Kawża T-16/99 Lögstör Rör v il-Kummissjoni [2002] ĠABRA II-1633, il-paragrafu 193, ikkonfermata wara appell bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P, C-208/02 P u C-213/02 P Dansk Rørindustri u Oħrajn v il-Kummissjoni [2005] ĠABRA I-0000, b'mod partikolari l-paragrafu 428; Is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal-15 ta' Marzu 2006 fil-Kawża T-15/02 BASF AG v il-Kummissjoni, fil- paragrafu 48; u tas-27 ta' Settembru 2006 fil-Kawża T-329/01, Archer Daniels Midland Co. v il-Kummissjoni Ewropea (glukonat tas-sodju), fil-paragrafu 361.

(12)  L-Artikolu 15(1a) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jippermetti lill-Kummissjoni teżerċita d-diskrezzjoni tagħha fir-rigrawd tal-waqt ta' l-iżvelar tal-bażi ta' xhieda fil-fajl li ssostni l-oġġezzjonijiet previsti lil partijiet li jkun bi ħsiebhom jippreżentaw sottomissjonijiet għal riżolviment wara l-bidu tal-proċedimenti.

(13)  Għal dan il-għan, lill-partijiet ser tingħatalhom lista tad-dokumenti kollha aċċessibbli li jkunu jinsabu fil-fajl tal-każijiet sa dak il-mument.

(14)  Dan ikun riżultat tad-diskussjonijiet kif stipulat fil-punti 16 u 17.

(15)  Skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004: “Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet bl-oġġezzjonjiet imressqa kontrihom. Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lil kull waħda mill-partijiet li kontrihom ikunu qed jitressqu l-oġġezzjonijiet”. Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha ssejjes id-deċiżjonijiet tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li dwarhom id-destinatarji tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet li tikkonċerna lilhom kienu setgħu jikkummentaw.

(16)  Kif mistqarr mill-Qorti ta' Prim' Istanza fis-sentenza tagħha tal-15 ta' Marzu ta' l-2006 fil-Kawża T-15/02, BASF AG v Il-Kummissjoni, fil-paragrafu 58, “(…) irrispettivament mil-livell ta' kooperazzjoni min-naħa ta' l-impriża, il-funzjoni tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tibqa' dik li jipprovdi lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jiddefendu ruħhom b'mod xieraq, qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali (Ahlström Osakeyhtiö u Oħrajn v Il-Kummissjoni, il-paragrafu 46 ta' hawn fuq, il-paragrafu 42, u l-Kawża C-283/98 P Mo och Domsjö v Il-Kummissjoni, il-paragrafu 46 ta' hawn fuq, il-paragrafu 63). Fid-dawl ta' dan, il-fatt li l-applikant ikkoopera mal-Kummissjoni billi rrikonoxxa li kien l-awtur ta' atti illegali u billi ddiskriva dawn l-atti, ma kienx ifisser li ma baqagħlux id-dritt jew l-interess li jikseb dokument mill-Kummissjoni li jistipula preċiżament l-oġġezzjonijiet kollha li l-Kummissjoni kienet ressqet kontrih, inklużi dawk li setgħu kienu bbażati fuq dikjarazzjonijiet jew xhieda pprovduti minn impriżi oħrajn involuti (...)”. Fil-kuntest ta' dikjarazzjonijiet diretti, id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li tippermetti lill-partijiet jikkonstataw li l-Kummissjoni taċċetta s-sottomissjonijiet tagħhom għal riżolviment.

(17)  F'konformità ma' ġurisprudenza konsolidata, il-Kummissjoni għandha ssejjes id-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet ikkonċernati kienu setgħu jikkummentaw u, għal dan il-għan, dawn għandhom id-dritt għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom (Ara l-Kawżi Konġunti T-39/92 u T-40/92, CB u Europay v Il-Kummissjoni [1994] ĠABRA II-49, fil-paragrafu 47; il-Kawżi Konġunti T-191/98, T 212/98 sa T-214/98 Atlantic Container Line u Oħrajn v Il-Kummissjoni [2003] ĠABRA II-3275, fil-paragrafu 138).

(18)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Kawżi ACF Chemiefarma v Il-Kummissjoni ta' hawn fuq, fil-paragrafi 47, 91 u 92; Il-Kawżi Konġunti 40/73 sa 48/73, 50/73, 54/73 sa 56/73, 111/73, 113/73 u 114/73 Suiker Unie u Oħrajn v Il-Kummissjoni [1975] ĠABRA 1663, fil-paragrafi 80, 437 u 438; u l-Kawżi Konġunti 209/78 sa 215/78 u 218/78 Van Landewyck u Oħrajn v Il-Kummissjoni [1980] ĠABRA 3125, il-paragrafu 68; U s-sentenzi tal-Qorti tal-Prim' Istanza fil-Kawża T-44/00 Mannesmannröhren-Werke v Il-Kummissjoni, [2004] ĠABRA II-0000, il-paragrafi 98 sa 100; u l-Kawża T-15/02, BASF AG v Il-Kummissjoni, tal-15 ta' Marzu 2006, fil-paragrafi 93 u 95.

(19)  F'dan ir-rigward, il-Premessa 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru XXX/2008 taqra hekk: “(...) Żvelar bikri bħal dan għandu jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tkun bi ħsiebha tressaq kontrihom kif ukoll dwar ir-responsabbiltà potenzjali tagħhom.”

(20)  Kif jeżiġu l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 rispettivament:

“Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-partijiet destinatarji tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet l-opportunità biex jinstemgħu qabel ma jsiru konsultazzjonijiet mal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003” (l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004).

“Qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni kif previst fl-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni tipprovdi lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi li huma l-oġġett tal-proċedimenti mmexxija mill-Kummissjoni, l-opportunità biex isemmgħu leħinhom dwar il-kwistjonijiet li l-Kummissjoni kienet oġġezzjonat għalihom. Il-Kummissjoni għandha ssejjes id-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet ikkonċernati kienu setgħu jikkummentaw. Ir-rikorrenti għandhom ikunu strettament assoċjati mal-proċedimenti” (l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003).

(21)  Ara f'dan ir-rigward is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Musique diffusion française u Oħrajn v Il-Kummissjoni, hawn fuq, fil-paragrafu 21; il-Kawża 322/81, Michelin v Il-Kummissjoni [1987] ĠABRA 3461, fil-paragrafu 19; u Lögstör Rör v Il-Kummissjoni, hawn fuq, fil-paragrafu 200; u s-sentenzi tal-Qorti tal-Prim' Istanza fil-Kawża T-15/02, BASF AG v il-Kummissjoni, tal-15 ta' Marzu 2006 fil- paragrafu 62.

(22)  Fil-prinċipju, is-seduti verbali u l-aċċess għall-fajl jitwettqu fuq talba tal-partijiet biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal difiża.

(23)  Skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004: “2. Madankollu, meta jippreżentaw is-sottomissjonijiet għar-riżolviment tagħhom, il-partijiet għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni li jinħtieġu biss li jingħataw l-opportunità biex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f'seduta verbali jekk id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma' tikkonfermax il-kontenut tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom għal riżolviment”.

(24)  Skond l-Artikolu 15(1a) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004:“Wara l-bidu tal-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha tiżvela, meta jitqies xieraq, il-bażi ta' xhieda li ssostni l-oġġezzjonijiet previsti fil-konfront tal-partijiet li jkunu jridu jippreżentaw sottomissjonijiet għal riżolviment biex ikunu jistgħu jagħmlu dan. Fid-dawl ta' dan, meta jippreżentaw is-sottomissjonijiet miktuba tagħhom għal riżolviment, il-partijiet għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni li ser jinħtieġu biss aċċess ulterjuri għall-fajl jekk id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma' tikkonfermax il-kontenut tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom għal riżolviment”.

(25)  Ara f'dan ir-rigward il-Kawżi Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96 Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke v Il-Kummissjoni [1999] ĠABRA II-17, il-paragrafu 231, u l-Kawża T-16/02 Audi v OHIM [2003] ĠABRA II 5167, il-paragrafu 75; Is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim' Istanza fil-Kawża T-15/02 BASF AG v il-Kummissjoni, tal-15 ta' Marzu 2006, fil- paragrafu 94.

(26)  Skond il-ġurisprudenza: “Għaldaqstant, minn naħa, id-drittijiet tad-difiża jinkisru biss bħala riżultat ta' diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni finali meta oġġezzjoni ddikjarata fid-deċiżjoni ma tkunu stipulata fid-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet b'mod suffiċjenti biex id-destinatarji jikunu jistgħu jiddefendu l-interessi tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-klassifikazzjoni legali tal-fatti magħmula fid-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet tista', bħala definizzjoni, tkun biss proviżorja, u deċiżjoni sussegwenti tal-Kummissjoni ma tistax tiġi annullata fuq il-bażi esklużiva li l-konklużjonijiet definittivi misluta minn dawn il-fatti ma jikkorrispondux b'mod preċiż ma' dik il-klassifikazzjoni intermedja proviżorja. Il-Kummissjoni hija obbligata li tisma' lid-destinatarji ta' dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet u, meta rilevanti, li tikkunsidra kwalunkwe kummenti li jsiru bi tweġiba għall-oġġezzjonijiet filwaqt li temenda l-analiżi tagħha speċifikament sabiex tirrispetta d-drittijiet tagħhom għal difiża”. (Il-Kawża T-44/00 Mannesmannröhren-Werke v Il-Kummissjoni [2004] ĠABRA II-0000, fil-paragrafi 98 sa 100; Il-Kawża T-15/02 BASF AG v il-Kummissjoni, fil-paragrafu 95).

(27)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(28)  Il-Punt 30 tal-Linji Gwida dwar il-multi.

(29)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/58


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 255/21)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1) . Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)

“CARNALENTEJANA”

Nru tal-KE: PT/PDO/117/0209/08.04.2002

DPO ( X ) IĠP ( )

Emenda/i rikjesta/i

Intestatura/i fl-ispeċifikazzjoni:

Image

Isem il-prodott

Image

Isem

Image

Żona ġeografika

Image

Prova ta' l-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Rekwiżiti nazzjonali

Emenda/i:

1.   Isem

Bil-għan li l-prodott tiegħu jiġi adattat skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, partikolarment għall-emendi li saru fuq il-livell ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-bovini ħfief (Deċiżjoni ministerjali Nru 363/2001 tad-9 ta' April), il-grupp ta' produtturi talab l-emendar ta' dan il-kapitolu, billi ġġustifika kif xieraq l-emendi mitluba.

Min-naħa l-oħra, minħabba t-tendenzi l-ġodda tas-suq u sabiex il-preżentazzjoni tal-prodott tiġi adattata għall-imġiba u għall-preferenzi tal-konsumaturi, il-grupp iddeċieda li jiddiversifika aktar il-preżentazzjoni kummerċjali tal-prodott. B'hekk, l-istess CARNALENTEJANA sejra tkun disponibbli wkoll f'forma ta' kapuljat, laħam mitħun, pulpetti, kubi, strixxi, eċċ., ippreżentati fi trejs jew ippakkjar ieħor xieraq, f'atmosfera kontrollata, fil-vakwu jew iffriżati skond proċess ta' ffriżar rapidu, li fih CARNALENTEJANA tirrappreżenta, talanqas, u skond l-istandards, 95 % tal-piż tal-prodott finali. Billi l-proċess tal-produzzjoni jsir kollu kemm hu fir-reġjun ta' l-oriġini, ikunu possibbli traċċabilità totali, monitoraġġ rigoruż ta' l-użu tad-Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini, preżentazzjoni ġenwina u l-kwalità ta' dejjem tal-prodott mingħajr ma l-konsumatur ikun mqarraq jew l-aspettattivi tiegħu ma jintlaħqux. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-grupp talab lill-Istat Portugiż l-emendar tal-preżentazzjoni tal-prodott, bil-ġustifikazzjonijiet xierqa.

2.   Żona ġeografika

Il-produtturi ta' ċerti muniċipalitajiet limitrofi taż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Carnalentejana” talbu lill-grupp ta' produtturi li jmexxu d-Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini t-twessigħ ta' din iż-żona, billi qiesu li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb il-prodott, partikolarment f'dak li huwa l-għalf, il-kura, id-densità tal-bhejjem, is-sistema tal-biedja, ir-razza assoċjata u t-tradizzjoni jiġu sodisfatti fil-muniċipalitajiet magħhom relatati. Din it-talba ġiet eżaminata mill-grupp ta' produtturi u dokumentata permezz tat-twettiq ta' eżami/studju ppreżentat lill-Istat Portugiż li qiesu bħala affidabbli.

Billi waqt li nħoloq il-fajl intuża esklussivament il-kriterju amministrativ għad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni, illum qed jiġi nnutat li ċerti żoni kontigwi ma ġewx ikkunsidrati, u li dawn għandhom l-istess kundizzjonijiet edafoklimatiċi, l-istess tekniki ta' ġestjoni, l-istess densità tal-bhejjem u l-istess flora dominanti, l-istess razza, l-istess metodi agrikoli u l-istess sistema tal-biedja, u b'hekk jiġġeneraw prodott b'karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u sensorjali għal kollox identiċi għal dawk tal-“Carnalentejana”. B'hekk, il-produtturi kkonċernati, li attwalment mhumiex koperti, iġarrbu ħsara ekonomika konsiderevoli billi l-prodotti tagħhom mhumiex kummerċjalizzati taħt l-istess denominazzjoni bħal dawk tal-ġirien tagħhom.

3.   Metodu ta' produzzjoni

L-emendi mitluba jinkludu l-possibilità li l-laħam jiġi ppreżentat, ippakkjat kif xieraq, f'atmosfera kontrollatata, fil-vakwu jew iffrizat skond proċess ta' ffrizar rapidu. Bil-għan li tiġi garantita l-ġenwinità u l-kwalità tal-prodott, jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi u jkunu possibbli l-monitoraġġ u t-traċċabilità totali tal-prodott u tal-proċess, mhux biss f'dak li huwa t-twelid, it-trobbija, it-tismin u l-qatla tal-bhejjem, iżda wkoll il-qtugħ tal-karkassi u l-operazzjonijiet kollha tal-qtugħ, ta' l-ipproċessar u ta' l-ippakkjar tal-laħam, għandhom isiru fiż-żona ġeografika delimitata. Madankollu, huwa permess li ċerti operazzjonijiet ta' pproċessar/ppakkjar isiru barra miż-żona ġeografika meta f'din ta' l-aħħar ma teżistix struttura ta' pproċessar li twieġeb għar-rekwiżiti tal-grupp fil-qasam ta' l-iġjene, tas-sikurezza alimentari u l-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi, tissaħħaħ is-sistema tal-monitoraġġ, tkun garantita t-traċċabilità u stabbilit limitu ta' 500 km għat-trasport tal-laħam sabiex jiġi evitat kull telf mill-kwalità u jkun possibbli l-monitoraġġ.

4.   Tikkettar

Il-grupp tal-produtturi talab l-emendar ta' dan il-kapitolu sabiex ikun konformi mal-preskrizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja l-ġdida fis-seħħ. Indipendentement mill-forma ta' preżentazzjoni kummerċjali u konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti mil-leġiżlazzjoni ġenerali, huwa obbligatorju li jintuża l-kliem “CARNALENTEJANA — DOP”, il-marka ta' ċertifikazzjoni, il-logo tal-CARNALENTEJANA u l-logo Komunitarju. Fil-każ li l-prodott jintuża bħala ingredjent ta' prodotti pproċessati, l-indikazzjoni: “Elaborado a partir de CARNALENTEJANA — DOP” hija awtorizzata sakemm ikunu sodisfatti ċerti rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni u monitoraġġ, u huwa espressament ipprojbit l-użu tal-kliem “CARNALENTEJANA — DOP” u tal-logo Komunitarju jew kwalunkwe kliem ieħor jew indikazzjoni qarrieqa li tislet benefiċċju mid-DPO.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

“CARNALENTEJANA”

Nru tal-KE: PT/PDO/117/0209/08.04.2002

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Instituto de Desenvolvimento Rural e Hidráulica

Indirizz:

Av. Afonso Costa, 3

P-1949-002 Lisboa

Tel:

(351) 21 844 22 00

Faks:

(351) 21 844 22 02

Posta elettronika:

idrha@idrha.min-agricultura.pt

2.   Grupp:

Isem:

CARNALENTEJANA — Agrupamento de Produtores de Bovinos de Raça Alentejana, SA

Indirizz:

Estrada do Moinho Vento

P-7350-230 Elvas

Tel:

(351) 268 639480

Faks:

(351) 268 622455

Posta elettronika:

caalentejo@mail.telepac.pt

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.1: Laħam (u l-interjuri) frisk/i

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Carnalentejana”

4.2.   Deskrizzjoni: Nofs karkassi, kwarti ta' karkassi, biċċiet ippakkjati fil-vakwu jew f'atmosfera kontrollata, kif ukoll il-preparazzjonijiet tagħhom, imkessħin jew iffriżati, li ġejjin minn bhejjem tar-razza Alentejana mniżżlin fir-Reġistru tat-Twelid tar-Razza Bovina Alentejana, bil-karatteristiċi li ġejjin:

Barra mill-forom ta' preżentazzjoni — karkassi, biċċiet sħaħ u slices, il-CARNALENTEJANA tista' tkun ippreżentata kummerċjalment f'forma ta' kapuljat, laħam mitħun, pulpetti, kubi, slices, eċċ. Dawn il-biċċiet huma ppreżentati fi trejs jew ippakkjar ieħor xieraq, f'atmosfera kontrollata, fil-vakwu jew iffriżati skond proċess ta' ffriżar rapidu, li fih CARNALENTEJANA tirrappreżenta, talanqas, u skond l-istandards, 95 % tal-piż tal-prodott finali. Fil-preparazzjonijiet li fihom tintuża l-CARNALENTEJANA bħala ingredjent, huwa permess li l-CARNALENTEJANA tkun l-unika tal-kategorija tal-laħam u tirrappreżenta, talanqas, 60 %, f'piż tal-prodott finali.

4.3.   Żona ġeografika: Billi titqies id-distribuzzjoni ġeografika tal-boski tal-ballut u tar-razza bovina Alentejana, il-post fejn jinsabu l-azjendi agrikoli li b'konsegwenza ta' dan jistgħu jipprattikaw ir-reġim tat-trobbija u ta' kura meħtieġa, l-għarfien marbut mat-trobbija u mal-ġestjoni tal-bhejjem, ir-regoli legali għall-qatla, il-qtugħ u l-ksib tal-karkassi, tan-nofs karkassi, tal-biċċiet u l-prodotti pproċessati tal-laħam taċ-ċanga in ġenerali, ir-rekwiżiti ġenerali tal-monitoraġġ u t-traċċabilità imposti għal-laħam taċ-ċanga in ġenerali, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ u t-traċċabilità li l-produtturi tal-Carnalentejana imponew fuqhom infushom, il-ħtieġa li lill-konsumaturi tas-soltu tal-CARNALENTEJANA ma ssirilhomx ħsara, il-ħtieġa assoluta li tiġi ppruvata l-oriġini ġeografika u minn liema annimal ġejja kull biċċa jew kull imballaġġ u l-ħtieġa li l-konsumatur jkun provdut bi prodott ġenwin u affidabbli, iż-żona ġeografika tat-twelid, tat-trobbija u tat-tismin tal-bhejjem, tal-qatla, tal-ksib tal-karkassi, tan-nofs karkassi u l-kwarti tal-karkassi, tal-qtugħ u qtugħ fi slices biex jinkisbu biċċiet ftit jew wisq kbar, inkluż il-qtugħ irqiq, l-ipproċessar ta' ċerti biċċiet f'kapuljat u prodotti pproċessati u l-ippakkjar tal-biċċiet u tal-prodotti kkapuljati u pproċessati, huwa limitat naturalment għal:

il-muniċipalitajiet kollha tad-Distrett ta' Beja, Évora u Portalegre;

il-muniċipalitajiet ta' Alcácer do Sal, Alcochete, Grândola Montijo, Moita, Palmela, Setúbal, Santiago do Cacém u Sines, tad-Distrett ta' Setúbal;

il-muniċipalitajiet ta' Abrantes, Almeirim, Alpiarça, Benavente, Chamusca, Constância, Coruche, Golegã, Mação, Salvaterra de Magos, Santarém, Sardoal u Vila Nova da Barquinha, tad-Distrett ta' Santarém;

il-muniċipalitajiet ta' Castelo Branco, Idanha-a-Nova, Proença-a-Nova u Vila Velha de Ródão, tad-Distrett ta' Castelo Branco.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Skond l-użu, ilhom jeżistu ħidmiet ta' għażla u titjib tar-razza mibdija fiż-żona għal aktar minn 40 sena, u jeżisti Reġistru tar-Razza u assoċjazzjoni ta' bdiewa li jrabbu l-bhejjem tar-razza Alentejana.

Il-laħam għandu jiġi biss mill-bhejjem tar-razza Alentejana mniżżlin fir-Reġistru tat-Twelid tar-Razza Bovina Alentejana, imwielda, imrobbija u li kibru fl-azjendi li jinsabu fiż-żona ġeografika definita u bil-karatteristiċi meħtieġa u mniżżla fil-grupp. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, inklużi l-qatla, il-qtugħ, l-ipproċessar u l-ippakkjar, jistgħu jsiru biss mill-operaturi suġġetti għall-monitoraġġ ta' l-entità approvata għal dan il-għan. Il-monitoraġġ ikopri l-fażijiet kollha tal-proċess tal-produzzjoni, partikolarment it-twelid u t-tniżżil tal-bhejjem fir-Reġistru tat-Twelid, iżda wkoll l-ikel u l-ġestjoni, il-qtil, il-qtugħ, l-ipproċessar u l-ippakkjar. Hija implimentata sistema ta' traċċabilità totali li tippermetti li f'kull ħin issir il-konnessjoni bejn il-prodott u l-annimal li minnu ġej, permezz ta' l-użu ta' marki ta' ċertifikazzjoni numerati.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-laħam jiġi minn bhejjem tar-Razza Alentejana, imniżżla fir-Reġistru tat-Twelid u wild missirijiet u ommijiet imniżżla fir-Reġistru tar-Razza Bovina Alentejana, imrobbija skond biedja estensiva, b'densità tal-bhejjem anqas minn 1.4 LU/ha, konformi mal-prattiki tradizzjonali tar-reġjun. L-ommijiet ireddgħu l-għoġiela sa 6-9 xhur u l-ikel tagħhom jiġi gradwalment ikkomplementat bir-ragħi u ikel ikkonċentrat awtorizzat mill-grupp. Il-klassijiet ta' l-età għall-qatla huma ddefiniti u kklassifikati, kif ukoll ir-regoli rigward l-ikel u l-ġestjoni tal-bhejjem. Il-CARNALENTEJANA tista' tkun ippreżentata f'forom differenti numerati fl-ispeċifikazzjoni: karkassi, biċċiet sħaħ u biċċiet mqattgħin, ipproċessati sempliċi jew ippreparati, bil-ħaxix jew mingħajru, ippakkjat kif xieraq, f'atmosfera kontrollata, fil-vakwu jew iffriżat skond proċess ta' ffriżar rapidu. Bil-għan li tiġi garantita l-ġenwinità u l-kwalità tal-prodott, jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi u jkunu possibbli l-monitoraġġ u t-traċċabilità totali tal-prodott u tal-proċess, mhux biss f'dak li huwa t-twelid, it-trobbija, it-tismin u l-qatla tal-bhejjem, iżda wkoll il-qtugħ tal-karkassi u l-operazzjonijiet kollha tal-qtugħ, ta' l-ipproċessar u ta' l-ippakkjar tal-laħam, għandhom isiru fiż-żona ġeografika delimitata. Madankollu, huwa permess li ċerti operazzjonijiet ta' pproċessar/ppakkjar isiru barra miż-żona ġeografika meta f'din ta' l-aħħar ma teżistix struttura ta' pproċessar li twieġeb għar-rekwiżiti tal-grupp fil-qasam ta' l-iġjene, tas-sikurezza alimentari u l-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi, tissaħħaħ is-sistema tal-monitoraġġ, tkun garantita t-traċċabilità u stabbilit limitu ta' 500 km għat-trasport tal-laħam sabiex jiġi evitat kull telf mill-kwalità u jkun possibbli l-monitoraġġ.

4.6.   Rabta: Ir-Razza Alentejana hija preżenti f'azjendi agrikoli li jinsabu fir-reġjun ta' l-Alentejo u fil-madwar, b'kundizzjonijiet agroklimatiċi konsiderevolment Mediterranji, bi Sjuf sħan u niexfa u mergħat spontanji tipikament Mediterranji, li lil-laħam jagħtuh karatteristiċi organolettiċi differenzjati. Iċ-ċentri tal-produzzjoni fihom normalment merħliet ta' ftit tużżani baqar li jnisslu, imrobbija skond biedja estensiva, f'azjendi fejn it-trobbija ssir normalment flimkien mal-produzzjoni taċ-ċereali. Il-kumplimentarjetà ta' dawn iż-żewġ produzzjonijiet irriżultat kostanti matul iż-żmien. L-użu ta' tiben u qasab taċ-ċereali għall-bovini tar-razza Alentejana hija prattika normali u indispensabbbli għall-ġestjoni tal-bhejjem minn meta l-mergħat naturali jibdew isiru skarsi, jiġifieri matul il-perjodu bejn il-bidu tas-Sajf u x-Xitwa. Iż-żoni tar-ragħi jinsabu normalment fil-veġetazzjoni żgħira li tikber taħt is-siġar kbar tal-boski tal-ballut (Quercus ilex) u tal-ballut tas-sufra (Quercus suber), li l-ġandar tagħhom jippermettu l-preżenza ta' ħażna alimentari mill-Ħarifa, li hija ikel kumplimentari eċċellenti għall-ħaxix li għad għandu biss valur nutrittiv baxx f'dan iż-żmien tas-sena.

4.7.   Organu ta' Spezzjoni:

Isem:

CERTIALENTEJO — Certificação de Produtos Agrícolas, Lda

Indirizz:

Rua Diana de Liz — Horta do Bispo

Apartado 320

P-7006-804 Évora

Tel:

(351) 26 676  95 64/5

Faks:

(351) 26 676  95 66

Posta elettronika:

geral@certialentejo.pt

CERTIALENTEJO — Certificação de Produtos Agrícolas, L.DA, ġie approvat bħala organu li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001.

4.8.   Tikkettar: Barra mill-kliem obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ġenerali, huwa obbligatorju l-użu ta':

il-kliem “CARNALENTEJANA — Denominação de Origem Protegida”

il-marka ta' ċertifikazzjoni li fuqha jkun hemm isem il-prodott, isem l-Organu ta' Spezzjoni u taċ-ċertifikazzjoni, u n-numru tas-serje li permezz tiegħu il-prodott ikun traċċabbli

il-logo tal-CARNALENTEJANA u l-logo Komunitarju tad-DPO, riprodotti hawn:

L-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-produttur jew tal-grupp li jmexxi fl-ebda każ ma jistgħu jiġu sostitwiti b'isem ta' entità oħra, anki jekk din ta' l-aħħar tassumi r-responsabilità tal-prodott jew tikkummerċjalizzah.

Mhuwiex permess li lid-denominazzjoni tal-bejgħ — Carnalentejana DOP — tiżdidilha xi indikazzjoni jew kliem ieħor, inklużi marki ta' distributuri jew oħrajn.

Il-prodotti ta' l-ikel li għall-produzzjoni tagħhom titntuża l-CARNALENTEJANA jistgħu jkunu kkummerċjalizzati f'imballaġġi li juru l-isem “Elaborado a partir de CARNALENTEJANADOP”, bil-kundizzjoni li:

il-Carnalentejana, iċċertifikata bħala tali, tikkostitwixxi l-komponent esklussiv tal-kategorija “laħam” fil-prodott finali, u

il-Carnalentejana, iċċertifikata bħala tali, tikkostitwixxi l-komponenti ewlieni fil-piż tal-prodott finali, u

min juża l-prodott b'din id-denominazzjoni protetta jkunu awtorizzati mill-grupp ta' produtturi li jmexxu.

L-istess grupp huwa responsabbli biex dawn l-utenti jitniżżlu f'reġistri speċifiċi li wara l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu monitorjati mill-organu ta' kontroll u ċertifikazzjoni dwar l-użu korrett tad-denominazzjoni protetta fit-tikkettar u l-kwantitajiet użati. F'dawn il-każijiet, huwa pprojbit l-użu tal-logo Komunitarju jew kwalunkwe logo jew kliem ieħor li jisiltu benefiċċju mid-DPO.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006 p. 12.

(2)  Il-barrin żgħażagħ, l-erieħ, il-barrin u l-baqar b'karkassi kklassifikati bħala P jistgħu jkunu permessi f'każ li huma ddestinati għall-qtugħ