ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
20 ta' Ottubru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 247/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 235, 6.10.2007

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 247/02

Kawża C-285/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-14 ta' Ġunju 2007 — Ernst & Young Deutsche Allgemeine Treuhand AG vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

2

2007/C 247/03

Kawża C-309/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hessischer Verwaltungsgerichtshof (Il-Ġermanja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Firma Baumann GmbH vs Land Hessen

2

2007/C 247/04

Kawża C-318/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesfinanzhof (il-Germanja) fil-11 ta' Lulju 2007 — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid

3

2007/C 247/05

Kawża C-326/07: Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

3

2007/C 247/06

Kawża C-331/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

4

2007/C 247/07

Kawża C-336/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Verwaltungsgericht Hannover (Il-Ġermanja) fid-19 ta' Lulju 2007 — Kabel Deutschland Vertrieb und Service GmbH & Co. KG vs Niedersächsische Landesmedienanstalt für privaten Rundfunk

5

2007/C 247/08

Kawża C-343/07: Talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Corte d'appello di Torino (L-Italja) fil-25 ta' Lulju 2007 — Bavaria N.V. u Bavaria Italia s.r.l vs Bayerischer Brauerbund e.V

5

2007/C 247/09

Kawża C-351/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (L-Italja) fit-30 ta' Lulju 2007 — CEPAV DUE — Consorzio ENI per l'Alta Velocità, Consorzio COCIV, Consorzio IRICAV DUE vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dei Trasporti e della Navigazione et

7

2007/C 247/10

Kawża C-352/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fil-31 ta' Lulju 2007 — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, F.I.R.M.A. Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d'Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

7

2007/C 247/11

Kawża C-353/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — Sanofi Aventis SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

8

2007/C 247/12

Kawża C-354/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — IFB Stroder Srl vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

9

2007/C 247/13

Kawża C-355/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — Schering Plough SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

10

2007/C 247/14

Kawża C-356/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — Bayer SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) u Ministero della Salute

11

2007/C 247/15

Kawża C-357/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fil-31 ta' Lulju 2007 — The Queen on the application of TNT Post UK Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs and Royal Mail Group Ltd

12

2007/C 247/16

Kawża C-364/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Kerkyras fit-2 ta' Awissu 2007 — Vasilaki Spyridon et vs Dimos Kerkyraion

12

2007/C 247/17

Kawża C-365/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fit-2 ta' Awwissu 2007 — Simesa SpA vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

13

2007/C 247/18

Kawża C-366/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fit-2 ta' Awwissu 2007 — Abbott SpA vs Ministero della Salute u Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

14

2007/C 247/19

Kawża C-367/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fit-2 ta' Awwissu 2007 — Baxter SpA vs Agezia Italiana del Farmaco (AIFA) et

15

2007/C 247/20

Kawża C-371/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-6 ta' Awwissu 2007 — Danfoss A/S u AstraZeneca A/S vs Skatteministeriet

16

2007/C 247/21

Kawża C-373/07 P: Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Mebrom NV kontra s-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) fit-22 ta' Mejju 2007 fil-kawża T-216/05, Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

17

2007/C 247/22

Kawża C-374/07 P: Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Mebrom NV kontra s-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Mejju 2007 fil-Kawża T-198/05: Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

17

2007/C 247/23

Kawża C-393/07: Rikors imressaq fid-9 ta' Awwissu 2007 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Parlament Ewropew

18

2007/C 247/24

Kawża C-395/07: Rikors imressaq fit-23 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

19

2007/C 247/25

Kawża C-399/07: Rikors imressaq fit-28 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

19

2007/C 247/26

Kawża C-412/07: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

20

2007/C 247/27

Kawża C-417/07: Rikors imressaq fil-11 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

20

2007/C 247/28

Kawża C-190/06: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour d'appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Belgacom Mobile SA vs Institut belge des services postaux et des télécommunications

20

2007/C 247/29

Kawża C-330/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta'April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

21

2007/C 247/30

Kawża C-51/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

21

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2007/C 247/31

Kawża T-196/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — MTU Friedrichshafen vs Il-Kummissjoni (Għajnuna ta' l-Istat — Għajnuna għar-ristrutturar — Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna inkompatibbli — Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Responsabbiltà in solidum)

22

2007/C 247/32

Kawża T-68/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni (Għajnuniet mogħtija mill-Istat — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija mir-Repubblika Griega lill-kumpannija ta' l-ajru Olympic Airways — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Użu ħażin ta' l-għajnuna — Għajnuniet ġodda — Oneru tal-prova — Dritt ta' smiegħ — Kriterju ta' kreditu privat — Żball ta' fatt — Żball manifest ta' evalwazzjoni — Motivazzjoni — Artikolu 87 (1) u (3)(c) KE)

22

2007/C 247/33

Kawża T-259/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali — Inkjesta ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) dwar membru tal-Qorti ta' l-Awdituri — Tixrid ta' informazzjoni — Ħarsien ta' informazzjoni ta' natura personali — Aċċess għall-inkartament ta' l-inkjesta u għar-rapport ta' l-OLAF — Ksur gravi tar-regoli ta' dritt li jagħti drittijiet lill-individwi — Rabta ta' kawżalità — Dannu)

23

2007/C 247/34

Kawża T-291/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Consorzio per la tutela del formaggio Grana Padano vs L-UASI — Braghi (GRANA BIRAGHI) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali GRANA BIRAGHI — Protezzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini Grana Padano — Nuqqas ta' natura ġenerika — Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Regolament (KEE) Nru 2081/92)

23

2007/C 247/35

Kawża T-348/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta'Settembru 2007 — Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Għajnuna mill-Istat — Sistema fiskali ta' għajnuna implementata mill-Olanda — Attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali ta' gruppi ta' impriżi — Deċiżjoni li tiddikjara lis-sistema ta' għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Dispożizzjoni tranżitorja — Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta' l-ugwaljanza fit-trattament — Ammissibbiltà — Locus standi)

24

2007/C 247/36

Kawża T-25/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — González y Díez vs Il-Kummissjoni (Għajnuniet mogħtija mill-Istat — Għajnuniet maħsuba sabiex ikopru spejjeż eċċezzjonali ta' ristrutturazzjoni — Revoka ta' deċiżjoni preċedenti — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kompetenza tal-Kummissjoni — Kontinwità ta' l-ordinament ġuridiku Komunitarju — Nuqqas ta' ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali — Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi — Żball manifest ta' evalwazzjoni)

24

2007/C 247/37

Kawża T-36/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — API vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza — Deċiżjoni ta' rifjut ta' aċċess)

25

2007/C 247/38

Kawża T-230/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Sezzjoni Garanzija — Sistema ta' Kontroll ta' l-għajnuniet taż-żona f'ċerti reġjuni — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju)

25

2007/C 247/39

Kawżi maqħquda T-239/04 u T-323/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — L-Italja u Brandt Italia vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni li tipprovdi miżuri urġenti favur l-impjiegi għall-impriżi f'diffikultà — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija)

26

2007/C 247/40

Kawża T-249/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Turment morali — Obbligu ta' assistenza — Rapport ta' żvilupp tal-karriera għas-sena 2001/2002 — Rikors għal annullament — Nuqqas ta' interess ġuridiku — Rikors għal kumpens)

26

2007/C 247/41

Kawża T-250/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mili tal-kariga ta' Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja — Ċaħda tal-kandidatura — Nuqqas ta' interess ġuridiku — Rikors għad-danni)

27

2007/C 247/42

Kawża T-358/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Neumann vs L-UASI (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali li hija ppreżentata fil-forma ta' ras ta' mikrofonu — Motiv assolut ta' rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)( b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2007/C 247/43

Kawża T-363/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Koipe vs L-UASI — Aceites del Sur (La Española) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva La Española — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji Carbonell — Ċaħda ta' l-oppożizzjoni — Elementi dominanti — Xebh — Probabbiltà ta' konfużjoni — Setgħa ta' tibdil ta' deċiżjoni)

28

2007/C 247/44

Kawża T-448/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Trends (Klawżola arbitrarja — Ir-raba' programm qafas fir-rigward ta' azzjonijiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni — Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta' l-applikazzjonijiet telematiċi ta' interess komuni — Nuqqas ta' ġustifikazzjonijiet u non-konformità ma' l-istipulazzjonijiet kuntrattwali ta' parti mill-ispejjeż iddikjarati — Ħlas lura tas-somom imħallsa)

28

2007/C 247/45

Kawża T-449/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Trends (Klawżola arbitrarja — It-tieni programm qafas fir-rigward ta' azzjonijiet ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku — Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta' l-informatika tat-trasport fit-toroq u tat-telekomunikazzjonijiet — Nuqqas ta' ġustifikazzjonijiet għal parti mill-ispejjeż iddikjarati — Xoljiment tal-kuntratti — Skadenza ta' kuntratti )

29

2007/C 247/46

Kawża T-30/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni (Kompetizjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata (labar) — Tqassim tas-swieq tal-prodotti — Tqassim tas-suq ġeografiku — Multa — Linji gwida dwar il-metodu ta' l-iffissar tal-multi — Obbligu ta' motivazzjoni — Serjetà u tul taż-żmien tal-ksur — Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni)

29

2007/C 247/47

Kawża T-36/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Coats Holdings u Coats vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-prodotti tal-haberdashery (labar) — Distribuzzjoni tas-suq tal-prodotti — Distribuzzjoni tas-suq ġeografiku — Evalwazzjoni tal-provi — Parteċipazzjoni għal-laqgħat — Ftehim bejn tliet partijiet — Multa — Gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti)

30

2007/C 247/48

Kawża T-60/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — UFEX et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż ta' pożizzjoni dominanti — Suq tal-posta bil-Courier internazzjonali rapida — Deċiżjoni ta' ċaħda ta' lment — Annullament tad-Deċiżjoni ta' ċaħda mill-qorti Komunitajra — Eżami u ċaħda mill-ġdid ta' l-ilment — Impriża pubblika)

30

2007/C 247/49

Kawża T-243/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta'Settembru 2007 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Uċuħ tar-raba' li jinħartu — Żejt taż-żebbuġa — Verifika finanzjarja — Terminu ta' 24 xahar)

31

2007/C 247/50

Kawża T-304/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Cain Cellars vs L-UASI (Xbiha ta' pentagonu) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva magħmula mix-xbiha ta' pentagonu — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Semplicità tas-sinjal)

31

2007/C 247/51

Kawża T-140/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Philips Morris Products vs L-UASI (Forma ta' pakkett tas-sigaretti) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta' pakkett tas-sigaretti — Rifjut ta' reġistrazzjoni — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

32

2007/C 247/52

Kawża T-141/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Glaverbel vs L-UASI (Nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ) (Trade mark Komunitarja — Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta n-nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ — Raġuni assoluta ta' ċaħda — Nuqqas ta' prova tal-karattru distintiv miksub permezz ta' l-użu)

32

2007/C 247/53

Kawża T-164/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — ColArt/Americas vs L-UASI (BASICS) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BASICS — Motivi assoluti ta' rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Trade mark deskrittiva — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Karattru distintiv miksub permezz ta' l-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94)

33

2007/C 247/54

Kawża T-184/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Internet Commerce Network u Dane-Elec Memory (Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratt konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (Proġett Crossmarc) — Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt — Rifużjoni tas-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità — Garanzija ta' l-obbligi kuntrattwali ma' l-ewwel talba — Proċedura fil-kontumaċja)

33

2007/C 247/55

Kawża T-20/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Chatziioannidou (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Annullament fl-ewwel istanza ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-kalkolu tal-ħlasijiet ta' pensjoni — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali)

34

2007/C 247/56

Kawża T-186/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Awwissu 2007 — SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni (Rikors għal kumpens — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment ibbażat fuq l-Artikolu 82 KE — Rikors in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament mhux fondat fid-dritt — Eżistenza tad-dannu)

34

2007/C 247/57

Kawża T-46/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Awwissu 2007 — Galileo Lebensmittel vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Implementazzjoni tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell .eu — Reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju galileo.eu — Użu riżervat għall-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità — Locus standi — Inammissibbiltà)

35

2007/C 247/58

Kawża T-301/07: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awwissu 2007 — Lumenis vs L-UASI (FACES)

35

2007/C 247/59

Kawża T-310/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Awwissu 2007 — Gardeur vs L-UASI — Blue Rose (g)

36

2007/C 247/60

Kawża T-318/07: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2007 — National Association of Licensed Opencast Operators vs Il-Kummissjoni

36

2007/C 247/61

Kawża T-320/07: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Awwissu 2007 — Jones et vs Il-Kummissjoni

37

2007/C 247/62

Kawża T-324/07: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2007 — Plant et vs Il-Kummissjoni

38

2007/C 247/63

Kawża T-326/07: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Awwissu 2007 — Cheminova et vs Il-Kummissjoni

38

2007/C 247/64

Kawża T-327/07: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2007 — Patrick Holding vs L-UASI — Cassera (PATRICK EXCLUSIVE)

39

2007/C 247/65

Kawża T-329/07: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2007 — UPS Europe u UPS Deutschland vs Il-Kummisjoni

39

2007/C 247/66

Kawża T-331/07: Rikors imressaq fis-7 ta' Settembru 2007 — Chupa Chups vs Il-Kummissjoni

40

2007/C 247/67

Kawża T-300/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Settembru 2007 — EasyJet vs Il-Kummissjoni

41

2007/C 247/68

Kawża T-220/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Settembru 2007 — JAKO-O vs UASI — P.I. Fashion (JAKO-O)

41

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2007/C 247/69

Kawża F-68/07: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2007 — Gering vs Europol

42

2007/C 247/70

Kawża F-78/07: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Lulju 2007 — Boudova et vs Il-Kummissjoni

42

2007/C 247/71

Kawża F-81/07: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 — Barbin vs Il-Parlament

43

2007/C 247/72

Kawża F-86/07: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

44

2007/C 247/73

Kawża F-87/07: Rikors ippreżentat fil-31 ta'Awwissu 2007 –Marcuccio vs Il-Kummissjoni

45

 

Rettifikazzjonijiet

2007/C 247/74

Rettifika tal-Komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-263/07 (ĠU C 223, 22.9.2007 p. 12)

46

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/1


(2007/C 247/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 235, 6.10.2007

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 223, 22.9.2007

ĠU C 211, 8.9.2007

ĠU C 183, 4.8.2007

ĠU C 170, 21.7.2007

ĠU C 155, 7.7.2007

ĠU C 140, 23.6.2007

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-14 ta' Ġunju 2007 — Ernst & Young Deutsche Allgemeine Treuhand AG vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

(Kawża C-285/07)

(2007/C 247/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ernst & Young Deutsche Allgemeine Treuhand AG

Konvenut: Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE (1) tat-23 ta' Lulju 1990 jipprekludi regoli fiskali ta' Stat Membru li abbażi tagħhom, fil-każ ta' trasferiment ta' azzjonijiet f'kumpannija Ewropea b'responsabbiltà limitata lil kumpannija Ewropea oħra, il-kumpannija li tagħmel it-trasferiment tista' żżomm il-valur skond il-kotba ta' l-azzjonijiet ittrasferiti fil-każ biss li l-kumpannija benefiċjarja vvalutat l-azzjonijiet ittrasferiti skond il-valur nominali tagħhom (“valur skond il-kotba doppju”)?

2)

Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, ir-regoli msemmija iktar 'il fuq imorru kontra l-Artikoli 43 KE u 56 KE, minkejja li l-“valur skond il-kotba doppju” huwa meħtieġ ukoll fil-każ ta' trasferiment ta' azzjonijiet f'kumpannija b'responsabbiltà limitata lil kumpannija li hija suġġetta b'mod illimitat għat-taxxa fil-Ġermanja?


(1)  ĠU L 225, p. 1.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hessischer Verwaltungsgerichtshof (Il-Ġermanja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Firma Baumann GmbH vs Land Hessen

(Kawża C-309/07)

(2007/C 247/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Baumann GmbH

Konvenut: Land Hessen.

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlatur nazzjonali, meta jagħmel użu mis-setgħa stabbilita fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, tad-29 ta' Jannar 1985, fil-verżjoni tad-Direttiva 96/42/KE, tas-26 ta' Ġunju 1996 u fil-punt 4(a) tal-Kapitlu I ta' l-Anness A sabiex iżid l-ammont standard tal-miżati għal stabbilimenti individwali u fil-punt 4(b) sabiex jiġbor miżata li tkopri l-ispejjeż inkorsi, huwa marbut strettament ma' l-istruttura tal-miżati prevista fil-punti 1 u 2(a) tal-Kapitlu I ta' l-Anness A (skond it-tip ta' annimal, annimali żgħar jew adulti, il-piż tal-karkassa eċċ), jew jista' jagħmel distinzjoni, meta jistabbilixxi l-ammonti tal-miżati, bejn spezzjonijiet ta' unitajiet ta' qtil fi stabbilimenti kbar u spezzjonijiet oħra, u barra minn dan, anki fi ħdan dawn iż-żewġ gruppi jaġġusta r-rata tal-miżati fuq skala li tonqos skond in-numru ta' annimali maqtula minn fost tip ta' annimal, salv biss li dan jirrifletti l-ispejjeż inkorsi?

2)

Abbazi tad-dispożizzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq, il-leġiżlatur nazzjonali jista' jiġbor, fir-rigward tal-qtil li jsir barra l-ħin normali tal-qtil u dan fuq talba tas-sid, miżata addizzjonali fuq bażi perċentwali barra mill-miżata miġbura għal spezzjonijiet tal-qtil fil-ħin normali tal-qtil meta din ta' l-aħħar tirrifletti l-ispejjeż addizzjonali inkorsi, jew dawn l-ispejjeż għandhom jiġu inklużi fil-miżata standard (miżjuda) għall-persuni kollha li huma suġġetti għall-miżata?


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesfinanzhof (il-Germanja) fil-11 ta' Lulju 2007 — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid

(Kawża C-318/07)

(2007/C 247/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hein Persche.

Konvenuta: Finanzamt Lüdenscheid.

Domandi preliminari

1)

Ir-rigali in speċi, magħmula minn ċittadin ta' Stat Membru, li jkunu jikkonsistu f'prodotti għall-użu ta' kuljum lil organizazzjonijiet li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor u li huma rrikonoxxuti bħala ta' utilità pubblika skond id-dritt ta' dan il-pajjiż għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt il-prinċipju ta' moviment liberu tal-kapitali (Artikolu 56 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea)?

2)

Fil-każ ta' tweġiba pożittiva għall-ewwel domanda, dispożizzjoni ta' Stat Membru li tagħti benefiċċju fiskali fir-rigward tar-rigali lil organizzazzjonijiet ta' utilità pubblika biss jekk dawn ta' l-aħħar għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fit-territorju nazzjonali għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra l-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapitali (Artikolu 56 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), meta jittieħed in kunsiderazzjoni, minn naħa, l-obbligu li l-amministrazzjoni fiskali għandha li tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-persuni taxxabbli u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju tal-proporzjonalità (it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea)?

3)

Fil-każ ta' tweġiba pożittiva għat-tieni domanda, id-Direttiva 77/799/KEE għandha tiġi kkunsidrata bħala li tobbliga lill-amministrazzjoni fiskali ta' Stat Membru sabiex tirrikorri għall-għajnuna ta' Stat Membru ieħor sabiex tistabbilixxi l-fatti fuq sitwazzjoni li toriġina minn dan l-aħħar Stat Membru jew inkella jekk huwiex possibbli li r-regoli proċedurali ta' l-Istat Membru tal-persuna taxxabbli jeżiġux li din il-persuna taxxabbli jkollha l-oneru tal-prova fir rigward ta' fatti li seħħew barra minn pajjiżu (oneru tal-prova oġġettiv)?


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/3


Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-326/07)

(2007/C 247/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li bl-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet bħal dawk kontenuti fl-Artikolu 1.2 tad-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-10 ta' Ġunju 2004, fuq id-definizzjoni tal-kriterji għall-eżerċizzju tal-poteri speċjali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Digriet Liġi tat-31 ta' Mejju 1994, Nru 332, konvertit u emendat bil-Liġi tat-30 ta' Lulju 1994 Nru 474, emendat bil-paragrafu 227(a), (b) u (c) ta' l-Artikolu 227 tal-Liġi finanzjarja Nru 350/2004, ir-Repubblika Taljana naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha bl-Artikoli 43 u 56 tat-Trattat KE;

tordna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1.2 tad-Digriet ta' l-10 ta' Ġunju 2004 għall-eżerċizzju tal-poteri speċjali, previsti fil-paragrafu 227(a), (b) u (c) ta' l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 350/2004 mhumiex suffiċjentement speċifiċi jew preċiżi biex jippermettu lill-investitur ta' Stat Membru ieħor li jkun jaf meta l-poteri speċjali stabbiliti fil-paragrafu 227(a), (b) u (c) ta' l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 350/2004 ser jiġu użati.

Il-poteri speċjali stabbiliti fis-subparagrafi (a), (b) u (c) jikkonsistu fl-oppożizzjoni għall-assunzjoni tal-kontroll minn investituri ta' ishma rilevanti li jirrappreżentaw ta' l-inqas 5 % tad-drittijiet tal-vot jew il-perċentwali minima stabbilita mill-Ministru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi, fl-oppożizzjoni għall-konklużjoni ta' pattijiet u ftehim bejn azzjonisti li jirrappreżentaw 5 % tad-drittijiet tal-vot jew il-perċentwali minima stabbilita mill-Ministru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi u fil-poter tal-veto għall-addozzjoni ta' riżoluzzjonijiet ta' xoljiment tal-kumpannija, ta' trasferiment ta' l-impriża, ta' amalgamazzjoni, ta' qsim, ta' trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat barra mill-pajjiż, jew ta' bdil ta' l-għanijiet tal-kumpannija, kriterji applikabbli għas-setturi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 227 ta' l-Artikolu 4 tal-Liġi (difiża, trasport, telekomunikazzjonijiet, sorsi ta' enerġija u servizzi pubbliċi oħra).

Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara Il-Kummissjoni vs Spanja, C-463/03; Il-Kummissjoni vs Franza, C-483/99; Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-503/99; u Il-Kummissjoni vs L-Olanda, C-282/04 u C-293/04), il-Kummissjoni tikkunsidra għaldaqstant li l-leġiżlazzjoni in kwistjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jiġu mħarsa l-interessi pubbliċi previsti fl-Artikolu 12 tad-Digriet ta' l-10 ta' Ġunju 2004 u li hija tmur kontra l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 43 KE rispettivament. Il-Kummissjoni tikkunsidra li għas-setturi regolati, bħas-settur ta' l-enerġija, tal-gass u tat-telekomunikazzjonijiet, l-għan tal-ħarsien ta' l-interessi vitali ta' l-Istat jista' jiġi implementat bl-adozzjoni ta' miżuri ta' regolamentazzjoni ta' l-attivitajiet inqas restrittivi bħad-Direttiva 2003/54/KE (1) u d-Direttiva 2003/55/KE (2) jew id-Direttiva 2002/21/KE (3) u d-Direttivi 2002/19/KE (4), 2002/20/KE (5), 2002/22/KE (6) u 2002/58/KE (7). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istess regolamentazzjoni tiggarantixxi wkoll il-ħarsien ta' provvisti minimi nazzjonali u li ma teżisti ebda rabta kawżali bejn il-bżonn li tiġi ggarantita l-provvista ta' l-enerġija, il-provvista tas-servizzi pubbliċi u l-kontroll tal-proprjetà jew tal-ġestjoni ta' l-impriża.


(1)  ĠU L 176, p. 37.

(2)  ĠU L 176, p. 57.

(3)  ĠU L 108, p. 33.

(4)  ĠU L 108, p. 7.

(5)  ĠU L 108, p. 21.

(6)  ĠU L 108, p. 51.

(7)  ĠU L 201, p. 37.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/4


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-331/07)

(2007/C 247/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Tserepa-Lacombe u F. Erlbacher)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tal-parti rikorrenti

jiġi ddikjarat li, billi m'adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex tirrimedja n-nuqqas gravi ta' impjegati fis-settur tas-servizzi responsabbli għall-verifiki veterinarji fil-Greċja, li b'hekk l-applikazzjoni korretta u effettiva tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja ġiet imdgħajjfa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din il-leġiżlazzjoni.

tordna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, billi m'adottatx id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex, minn naħa, tikkonforma ruħha ma' l-obbligu impost mill-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 882/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (ĠU 2004 L 165, p. 1 kif emendat fil-ĠU L 191 tat-28.5.2004, p. 1, iktar 'il quddiem ir-“Regolament 882/2004”) kif ukoll l-obbligu li jkollha numru suffiċjenti ta' impjegati kwalifikati kif imiss u ta' esperjenza, sabiex iwettaq kontrolli uffiċjali effettivi, u min-naħa l-oħra, sabiex tikkonforma ruħha ma' l-obbligu previst mill-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja dwar il-finanzjament ta' l-impjegati meħtieġa sabiex jitwettqu verifiki veterinarji previsti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din il-leġiżlazzjoni.

Il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja timponi fuq l-Istati Membri li jassiguraw it-twettiq ta' numru sostanzjali ta' spezzjonijiet u kontrolli relatati ma' l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet u istruzzjonijiet li jinsabu f'din id-dispożizzjoni. B'hekk, ċerti dispożizzjonijiet, b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tar-Regolament 882/2004 jipprovdu li l-Istati Membri għandhom ikollhom numru suffiċjenti ta' impjegati kwalifikati kif imiss u ta' esperjenza sabiex iwettqu verifiki veterinarji. Minbarra dan, bosta dispożizzjonijiet jipprovdu partikolarment it-twettiq ta' ċerti verifiki veterinarji, li uħud minnhom jippreċiżaw xi ftit jew wisq il-proċedura, jew inkella jistupulaw kundizzjonijet u istruzzjonijiet li jippreżupponi l-eżistenza ta' verifiki veterinarji.

Madankollu, filwaqt li bbażat ruħha fuq numru sostanzjali ta' rapporti ta' spezzjonjiet mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni (FVO), il-Kummissjoni ssostni li kemm fl-iskadenza tat-terminu ta' żmien mogħti fl-opinjoni motivata u kif ukoll suċċessivament, u minkejja xi sforzi mwettqa mill-awtoritajiet Griegi, ir-Repubblika Ellenika m'adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tirrimedja n-nuqqas li ġie kkonstatat fir-rigward tagħha. Fil-fatt, sa mill-1998, il-FVO wettqet numru ta' spezzjonijiet fil-Greċja, li matulhom ikkonstatat insuffiċjenza kbira ta' impjegati fis-servizzi li huma responsabbli sabiex iwettqu kontrolli uffiċjali previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, f'kull livell amministrattiv. In-nuqqas ikkonstatat huwa tali li, skond l-esperti tal-Kummissjoni, il-kontrolli uffiċjali li huma neċessarji sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' l-annimali ma setgħux jitwettqu, peress li l-programmi intiżi sabiex jikkumbattu u jeradikaw tal-mard ta' l-annimali ma twettqux u lanqas ma ġew osservati r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali.

Il-parti 'l kbira ta' l-istruzzjonijiet li ġew indirizzati lill-awtoritajiet Griegi ma ġewx implementati jew inkella ma ġewx implementati biżżejjed. Barra minn hekk, ir-rapporti mfassla sussegwentement għall-ispezzjonijiet tirriżulta dehra negattiva ħafna fir-rigward tat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali li jsiru fil-Greċja.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Verwaltungsgericht Hannover (Il-Ġermanja) fid-19 ta' Lulju 2007 — Kabel Deutschland Vertrieb und Service GmbH & Co. KG vs Niedersächsische Landesmedienanstalt für privaten Rundfunk

(Kawża C-336/07)

(2007/C 247/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kabel Deutschland Vertrieb und Service GmbH & Co. KG

Konvenuta: Niedersächsische Landesmedienanstalt für privaten Rundfunk

Parti intervenjenti: Norddeutscher Rundfunk, Amburgu, u 39 oħra.

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni bħal dik ta' l-Artikolu 37(1) tan-Niedersächsisches Mediengesetz (Liġi tas-Sassonja t'Isfel dwar il-medja) hija kompatibbli ma' l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE dwar is-Servizz Universali, jekk operatur tan-netwerk bil-kejbil huwa obbligat jipprovdi aċċess, fuq iktar minn nofs il-kanali preżenti fin-netwerks tiegħu u li jistgħu jkunu wżati fuq bażi permanenti fit-trażmissjoni analoġika, għal programmi li, għalkemm ma jkoprux it-territorju kollu tal-Land tas-Sassonja l-Baxxa, huma diġà imxandra permezz ta' netwerk terrestri skond it-teknoloġija DVB-T-Standard?

2)

Dispożizzjoni bħal dik ta' l-Artikolu 37(1) tan-Niedersächsisches Mediengesetz hija kompatibbli ma' l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE dwar is-Servizz Universali, jekk operatur tan-netwerk bil-kejbil ikun obbligat jipprovdi aċċess għal programmi televiżivi fuq in-netwerks bil-kejbil analoġiċi anki fiż-żoni tal-Land li fihom l-utenti finali tal-kejbil ikun kapaċi, permezz ta' erjil terrestri u dikowder, li jirċievi l-istess programmi televiżivi anki permezz ta' netwerk terrestri skond it-teknoloġija DVB-T-Standard?

3)

Il-kunċett ta'“servizzi televiżivi” skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE dwar is-Servizz Universali jinkludi wkoll il-fornituri ta' servizzi tal-medja jew tal-medja televiżivi bħal, per eżempju, it-teleshopping?

4)

Dispożizzjoni bħal dik ta' l-Artikolu 37(1) tan-Niedersächsisches Mediengesetz hija kompatibbli ma' l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE dwar is-Servizz Universali, jekk, f'każ li jonqsu xi stazzjonijiet, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi lista ta' l-applikanti skond ordni prioritarja li twassal għall-użu tal-kanali kollha disponibbli għall-operatur tan-netwerk bil-kejbil?


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/5


Talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Corte d'appello di Torino (L-Italja) fil-25 ta' Lulju 2007 — Bavaria N.V. u Bavaria Italia s.r.l vs Bayerischer Brauerbund e.V

(Kawża C-343/07)

(2007/C 247/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d'appello ta' Torino.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bavaria N.V. u Bavaria Italia s.r.l.

Konvenuta: Bayerischer Brauerbund e.V.

Domandi preliminari

1)

jekk ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001 (1) tat-28 ta' Ġunju 2001 huwiex jew le null, ukoll bħala invalidità li tirriżulta minn dik ta' atti oħra, fid-dawl tal-punti li ġejja:

Ksur tal-prinċipji ġenerali

id-dispożizzjonijiet flimkien ta' l-Artikolu 1(1) u ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (2) huma nulli, f'każ fejn tkun tista' ssir ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi relatati mal-“birra”, li hija xarba alkoħolika inkluża (b'mod żbaljat) fl-Anness I iċċitat iktar 'il fuq fost il-“prodotti ta' l-ikel” imsemmija fl-Artikolu 1(1), u li mhijiex inkluża fost il-“prodotti agrikoli” msemmija fl-Anness I tat-Trattat KE u fl-Artikolu 32 (li qabel kien l-Artikolu 38) u fl-Artikolu 37 KE (li qabel kien l-Artikolu 43) tat-Trattat, li fuqu l-Kunsill ibbaża s-setgħat tiegħu sabiex jippromulga r-Regolament (KEE) Nru 2081/1992?

l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/1992 huwa null safejn jipprovdi proċedura mħaffa ta' reġistrazzjoni li hija tali li tillimita u tippreġudika d-drittijiet ta' l-operaturi ikkonċernati b'mod sostanzjali, peress li ma jipprovdi ebda dritt ta' oppożizzjoni, bi ksur ċar tal-prinċipji ta' trasparenza u taċ-ċertezza legali; dan iseħħ, b'mod partikolari, kemm fid-dawl tal-kumplessità tal-proċedura ta' reġistrazzjoni ta' l-istess IGP “Bayerisches Bier” infisha, li ħadet iktar minn 7 snin, minn 1994 sa 2001, kif ukoll mir-rikonoxximent espliċitu fit-13-il premessa tar-Regolament (KE) Nru 692/03 (3), fejn l-Artikolu 15 tiegħu ħassar l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/1992 għar-raġunijiet iċċitati iktar 'il fuq?

Nuqqas ta' kundizzjonijiet formali

l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mitluba mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 sabiex tkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni skond il-proċedura simplifikata li din id-dispożizzjoni tipprovdi, peress li fil-mument tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, din l-indikazzjoni ma kinitx “protetta legalment” u lanqas “stabbilita permezz ta' l-użu” fil-Ġermanja?

il-fatt dwar jekk il-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni ta' l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” kinux sodisfatti ma ġiex raġonevolment ikkunsidrat la mill-Gvern Ġermaniż qabel ma ppreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni, u lanqas mill-Kummissjoni nfisha wara li kienet irċeviet l-applikazzjoni, kuntrarjament kif previst mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas-6 ta' Diċembru 2001 fil-kawża C-269/99, Kuhre Spreewalder Gurken)?

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” ma ġietx ippreżentata fiż-żmien stipulat mill-Gvern Ġermaniż, kif previst mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (terminu ta' sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, fl-24 ta' Lulju 2003), peress li l-applikazzjoni ppreżentata inizjalment mir-rikorrenti kienet tipprovdi tmien indikazzjonijiet differenti, bil-possibbiltà ta' varjazzjonijiet addizzjonali u indefiniti, li jingħaqdu flimkien fl-indikazzjoni unika attwali “Bayerisches Bier” biss wara li l-iskadenza finali ta' l-24 ta' Jannar 1994?

Nuqqas ta' kundizzjonijiet sostanzjali

l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sostanzjali stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha bħala indikazzjoni ġeografika protetta, fid-dawl tan-natura ġenerika ta' din l-indikazzjoni li storikament indikat birra prodotta skond metodu ta' produzzjoni partikolari li għandu l-oriġni tiegħu fil-Bavarja matul is-seklu XIX u minfejn b'hekk inxterdet fil-bqija ta' l-Ewropa u fid-dinja kollha (il-metodu magħruf bħala “metodu Bavariż” b'fermentazzjoni baxxa) u anki llum huwa terminu ġeneriku għall-birra f'numru ta' lingwi Ewropej (id-Daniż, l-Iżvediż, il-Finlandiż) u li, f'kull każ, jista' unikament u ġenerikament jindika “birra prodotta fil-Bavarja Ġermaniża”, ta' kull tip fost in-numru kbir u divers eżistenti, mingħajr ma tista' tiġi stabbilita “rabta diretta” (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Novembru 2000 fil-kawża C-312/98, Warsteiner) bejn kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (birra) u l-oriġni ġeografiku speċifiku tiegħu (il-Bavarja), u mingħajr ma wieħed jirreferi għal “każijiet eċċezzjonali” mitluba skond id-dispożizzjoni iċċitata iktar 'il fuq sabiex tkun tista' ssir ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li tinkludi l-isem ta' pajjiż;

minħabba li, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-paragrafu preċedenti, l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” hija indikazzjoni “ġenerika” li, bħala tali, ma tistax tiġi rreġistrata skond l-Artikoli 3(1) u 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92?

l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” ma kellhiex tiġi rreġistrata skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, peress illi “Bayerisches Bier”, fid-dawl “tar-reputazzjoni u l-fama tat-trade mark u t-tul ta' żmien li ilha tintuża” tat-trade marks Bavaria, “tista' tqarraq lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott”?

2)

sussidjarjament jekk id-domanda (A) hija kkunsidrata inammissibbli jew infondata, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/01, tat-28 ta' Ġunju 2001, m'għandux jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent ta' l-IGP “Bayerisches Bier” li tinsab fih ma jippreġudikax il-validità u l-possibbiltà li jintużaw it-trade marks preżistenti ta' terzi li jinkludu l-kelma “Bavaria”?


(1)  ĠU L 182, p. 3.

(2)  ĠU L 208, p. 1.

(3)  ĠU L 99, p. 1.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (L-Italja) fit-30 ta' Lulju 2007 — CEPAV DUE — Consorzio ENI per l'Alta Velocità, Consorzio COCIV, Consorzio IRICAV DUE vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dei Trasporti e della Navigazione et

(Kawża C-351/07)

(2007/C 247/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (L-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CEPAV DUE — Consorzio ENI per l'Alta Velocità, Consorzio COCIV, Consorzio IRICAV DUE

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dei Trasporti e della Navigazione et

Domandi preliminari

L-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 7 tal-31 ta' Jannar 2007, mibdul, wara emendi, fl-Artikolu 13 tal-Liġi Nru 40 tat-2 ta' April 2007, safejn jipprovdi għar-revoka tal-konċessjonijiet li jirrigwardaw it-twettiq tal-linji tal-ferrovija b'veloċità għolja indikati, billi jestendi l-effetti ta' din ir-revoka għall-ftehim konkluż ma' kuntratturi ġenerali, u billi jillimita l-ħlas ta' kumpens favur dawn ta' l-aħħar skond il-paragrafu 8q, imur kontra l-Artikoli 43, 49 u 56 tat-Trattat KE, u kontra l-prinċipji ta' ċertezza legali u ta' l-aspettattivi leġittimi, kif indikat fil-motivi esposti fil-punt 5?


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fil-31 ta' Lulju 2007 — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, F.I.R.M.A. Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d'Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

(Kawża C-352/07)

(2007/C 247/10)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. Menarini — Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d'Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA u Menarini International Operations Luxembourg SA

Konvenuti: Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, jew fis-sens li l-espressjoni “tnaqqis […], jekk ikun il-każ” tirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — Sanofi Aventis SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

(Kawża C-353/07)

(2007/C 247/11)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sanofi Aventis SpA

Konvenuta: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa permess ukoll rimedju ieħor ġenerali, ikkostitwit mit-tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, jew fis-sens li l-espressjoni “tnaqqis […], jekk ikun il-każ” tirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — hija possibbli l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti”? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Il-rekwiżiti li jirrigwardaw l-għoti tal-kriterji oġġettivi u trasparenti b'mod li jista' jiġi vverifikat ix-xogħol ta' l-awtorità kompetenti fil-qasam (fir-rigward tal-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2006) u tal-leġiżlatur (mill-1 ta' Jannar 2007) jistgħu jiġu meqjusa bħala sodisfatti kompletament mill-għoti ta' indikazzjoni għal dak li jirrigwarda r-rekwiżiti konnessi mal-limitu ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali li kull Stat Membru huwa kompetenti li jiddetermina għalih u mal-mod kif tali spiża ma teċċedix l-imsemmi limitu, b'mod partikolari, mill-informazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż tas-saħħa kollha jew, b'mod iktar speċifiku, l-ispiża għal prodotti mediċinali biss?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — IFB Stroder Srl vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

(Kawża C-354/07)

(2007/C 247/12)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IFB Stroder Srl

Konvenuta: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, jew fis-sens li l-espressjoni “tnaqqis […], jekk ikun il-każ” tirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — Schering Plough SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

(Kawża C-355/07)

(2007/C 247/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schering Plough SpA

Konvenuti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fil-31 ta' Lulju 2007 — Bayer SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) u Ministero della Salute

(Kawża C-356/07)

(2007/C 247/14)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayer SpA

Konvenuti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) u Ministero della Salute

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, jew fis-sens li l-espressjoni “tnaqqis […], jekk ikun il-każ” tirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fil-31 ta' Lulju 2007 — The Queen on the application of TNT Post UK Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs and Royal Mail Group Ltd

(Kawża C-357/07)

(2007/C 247/15)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TNT Post UK Ltd.

Konvenuti: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Parti kkonċernata: Royal Mail Group Ltd.

Domandi preliminari

1.

a)

Kif għandha tiġi interpretata l-frażi “is-servizzi postali pubbliċi” fl-Artikolu 13A(1)(a) tas-Sitt VAT Directive (Directive 77/388/EEC) (1)?

b)

L-interpretazzjoni ta' dik l-espressjoni hija affettwata mill-fatt li s-servizzi postali fi Stat Membru kienu liberalizzati, li mhemmx servizzi rriżervati fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 97/67/KE (2), kif emendata, u li mhemmx servizz wieħed universali maħtur li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni skond dik id-direttiva (bħal Royal Mail fir-Renju Unit)?

ċ)

fiċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti (li huma msemmija f' (b) aktar 'il fuq) dik l-espressjoni tinkludi

(i)

biss l-uniku fornitur tas-servizzi universali maħtur (bħal Royal Mail fir-Renju Unit) jew

(ii)

ukoll operator privat postali (bħal TNT Post)?

2.

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti, l-Artikolu 13A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (issa l-Artikolu 132(1)(a) tad-Direttiva 2006/112) għandu jiġi interpretat bħala li jeħtieġ jew jippermetti lil Stat Membru li jeżenta s-servizzi postali kollha pprovduti mis-“servizzi postali pubbliċi”?

3.

Jekk Stati Membri huma meħtieġa jew permessi li jeżentaw xi servizzi, iżda mhux is-servizzi kollha pprovduti “mis-servizzi postali pubbliċi”, b'referenza għal liema kriterji għandhom jiġu identifikati dawk is-servizzi?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju, 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/67/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq interna tas-servizzi postali Komunitarji u t-titjib tal-kwalità tas-servizz (ĠU L 015, p. 14) [traduzzjoni mhux uffiċjali].


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Kerkyras fit-2 ta' Awissu 2007 — Vasilaki Spyridon et vs Dimos Kerkyraion

(Kawża C-364/07)

(2007/C 247/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Kerkyras (Qorti monokratika ta' Korfù)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vasilaki Spyridon et

Konvenut: Dimos Kerkyraion (Komun ta' Korfù)

Domandi preliminari

1)

Il-qorti nazzjonali hija marbuta li tinterpreta d-dritt nazzjonali, safejn ikun possibili, skond direttiva li tkun ġiet trasposta tard fis-sistema ġuridika interna, a) minn meta d-direttiva tidħol fis-seħħ, jew b) minn meta jiskadi t-terminu għat-traspożizzjoni tagħha fid-dritt intern, jew inkella ċ) minn meta jidħol fis-seħħ l-att nazzjonali ta' traspożizzjoni?

2)

Il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jikkostitwixxi parti sħiħa mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175, p. 43), għandha tiġi interpretata fis-sens li jista' jikkostitwixxi raġuni oġġettiva għal tiġdid kontinwu jew sabiex jiġu konklużi kuntratti ta' xogħol suċċessivi għal żmien fiss — minbarra r-raġunijiet konnessi man-natura, mat-tip, mal-karatteristiċi tas-servizz tax-xogħol jew raġunijiet oħra simili — is-sempliċi fatt li l-konklużjoni ta' kuntratt għal żmien fiss tkun imposta minn liġi jew regolament?

3)

Il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jikkostitwixxi parti sħiħa mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175, p. 43), tista' tiġi interpretata fis-sens li [huma inapplikabbli] dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li kuntratti jew relazzjonijiet ta' xogħol għal żmien fiss għandhom jiġu kkunsidrati suċċessivi biss meta bejniethom ma jkunx hemm perijodu ta' aktar minn tliet xhur, u l-preżunzjoni favur il-ħaddiem stabbilita f'dawn l-istess dispożizzjonijiet, fis-sens li kuntratti jew relazzjonijiet ta' xogħol għal żmien fiss huma rikonoxxuti bħala li huma għal żmien indeterminat, hija bbażata bil-fors fuq il-premessa msemmija aktar 'il fuq?

4)

Hija kompatibbli mal-prinċipju ta' effett utli tad-dritt Kopmunitarju u ma' l-għan tal-klawżola 5(1) u (2), ikkunsidrata flimkien mal-klawżola 1, tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jikkostitwixxi parti sħiħa mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175, p. 43), il-projbizzjoni ta' bdil ta' kuntratti ta' xogħol għal żmien fiss suċċessivi f'kuntratti għal żmien indeterminat, stabbilita fid-dispożizzjoni nazzjonali li tinsab fl-Artikolu 21 tal-liġi 2190/1994, meta dawn il-kuntratti jiġu konklużi għal żmien fiss sabiex jaqdu l-ħtiġijiet eċċezzjonali jew ta' l-istaġun ta' min iħaddem, meta fil-verità jaqdu l-ħtiġijiet stabbli u fit-tul tiegħu?

5)

Huwa kompatibbli mal-prinċipju ta' effett utli tad-dritt Komunitarju u ma' l-għan tal-klawżola 5(1) u (2), ikkunsidrata flimkien mal-klawżola 1, tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jikkostitwixxi parti sħiħa mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175, p. 43), il-fatt li, abbażi ta' dispożizzjoni nazzjonali ta' traspożizzjoni ta' l-imsemmija direttiva, id-deċiżjoni definittiva dwar il-possibbiltà jew le tal-bdil tal-kuntratti għal żmien fiss f'kuntratti għal żmien indeterminat hija f'idejn awtorità amministrattiva indipendenti, l-Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (Kunsill Superjuri għall-Għażla tal-Persunal; “ASEP”)?


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fit-2 ta' Awwissu 2007 — Simesa SpA vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

(Kawża C-365/07)

(2007/C 247/17)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Simesa SpA

Konvenuti: Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) et

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fit-2 ta' Awwissu 2007 — Abbott SpA vs Ministero della Salute u Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

(Kawża C-366/07)

(2007/C 247/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abbott SpA

Konvenuti: Ministero della Salute u Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, jew fis-sens li l-espressjoni “tnaqqis […], jekk ikun il-każ” tirreferi esklużivament għall-prodotti mediċinali li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio fit-2 ta' Awwissu 2007 — Baxter SpA vs Agezia Italiana del Farmaco (AIFA) et

(Kawża C-367/07)

(2007/C 247/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Baxter SpA

Konvenuti: Agezia Italiana del Farmaco (AIFA) et

Domandi preliminari

1)

Wara d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 [tad-Direttiva 89/105/KEE] (1) li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-impriżi farmaċewtiċi — fejn l-iffissar tal-prezz ta' prodott mediċinali jew iż-żieda tiegħu għandhom isiru skond l-indikazzjonijiet mogħtija minn [dawn l-impriżi] iżda safejn dan ikun aċċettat mill-awtorità kompetenti, jiġifieri abbażi ta' djalogu bejn l-istess impriżi u l-awtorità kompetenti għall-kontroll ta' l-ispiża għall-prodotti mediċinali — l-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li għandu “jkun hemm friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta' prodotti mediċinali” bħala miżura ta' natura ġenerali li, għall-inqas darba fis-sena, għandha tkun suġġetta għal verifika sabiex, fid-dawl tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi eżistenti fl-Istat Membru, jiġi stabbilit jekk għandhiex tinżamm fis-seħħ jew le.

Din id-dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kompetenti terminu ta' 90 ġurnata sabiex jieħdu deċiżjoni filwaqt li tobbligahom li, f'għeluq it-terminu, iħabbru ż-żidiet jew it-tnaqqis li jkunu saru fil-prezzijiet, jekk dan ikun il-każ.

Din id-dispożizzjoni, fejn tirreferi għat-“tnaqqis [li jkun qiegħed isir], jekk ikun il-każ” għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra r-rimedju ġenerali ta' l-iffriżar tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom, huwa previst ukoll rimedju ieħor ġenerali, jiġifieri l-possibbiltà ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-kategoriji tal-prodotti mediċinali kollha, jew ta' uħud minnhom li l-prezzijiet tagħhom huma diġà ffriżati?

2)

L-Artikolu 4(1) — fil-parti fejn jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru l-obbligu li jivverifikaw, għall-inqas darba fis-sena, fil-każ ta' ffriżar tal-prezzijiet, jekk il-kundizzjonijiet makroekonomiċi jiġġustifikawx li dan l-iffriżar jibqa' fis-seħħ — jista' jiġi interpretat fis-sens li, f'każ li r-risposta għall-ewwel domanda taċċetta t-tnaqqis tal-prezzijiet, huwa possibbli li tali miżura tintuża aktar minn darba fl-istess sena u li dan isir għal diversi snin (mill-2002 sa l-2010)?

3)

Fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 4 — li għandu jinqara fid-dawl tal-premessi li jenfasizzaw li l-iskop prinċipali tal-miżuri ta' kontroll tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali huwa li “tinġieb 'il quddiem is-saħħa pubblika billi jkun żgurat li jkun hemm provvista biżżejjed ta' prodotti mediċinali bi prezz raġjonevoli” u li jiġu evitati miżuri li “jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' prodotti mediċinali” — l-adozzjoni ta' miżuri li jirreferu għall-valuri ekonomiċi ta' l-ispiża li huma biss “stmati” u mhux “ċerti” hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? (din id-domanda tirrigwarda ż-żewġ sitwazzjonijiet)

4)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-osservanza tal-limiti ta' l-ispiża għal prodotti mediċinali, li kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi, għandhom ikunu konnessi speċifikament ma' l-ispiża għal prodotti mediċinali biss, jew jista' jiġi kkunsidrat li, fost il-kompetenzi tagħhom, l-Istati għandhom id-diskrezzjoni li jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni li tirrigwarda spejjeż oħra relatati mas-saħħa?

5)

Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' parteċipazzjoni ta' l-impriżi interessati fil-miżuri ta' ffriżar jew ta' tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jirriżultaw mid-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li tingħata dejjem u f'kull każ il-possibbiltà ta' deroga għall-prezz stabbilit (Artikolu 4(2) tad-direttiva) u ta' parteċipazzjoni konkreta ta' l-impriża li titlob dan, bl-obbligu sussegwenti għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet tagħha għal rifjut eventwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-6 ta' Awwissu 2007 — Danfoss A/S u AstraZeneca A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-371/07)

(2007/C 247/20)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danfoss A/S u AstraZeneca A/S.

Konvenut: Skatteministeriet.

Domandi preliminari

1)

It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta' Stat Membru li jirrifjuta t-titnaqqas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq provvisti, wżati sabiex jiġu pprovduti ikliet lill-persuni li huma kuntatti tan-negozju u lill-persunal fil-kantin ta' kumpannija meta jkun hemm laqgħat, huwa suġġett għall-kundizzjoni li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet teżisti, qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, bażi legali li tawtorizza ċ-ċaħda tat-tnaqqis in kwistjoni u li din il-bażi legali kienet ġiet applikata fil-prattika mill-awtoritajiet fiskali sabiex jirrifjutaw t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dawn il-provvisti?

2)

Tista' r-risposta għall-ewwel domanda tiġi affetwata mill-fatt li a) qabel l-implimentazzjoni tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT fl-1978, kantins operati minn kumpanniji ma kinux soġġetti għall-VAT skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq il-VAT li kienet fis-seħħ fl-Istat Membru in kwistjoni, li b) r-regoli nazzjonali dwar l-esklużżjoni tat-tnaqqis ma ġewx emendati matul l-implementazzjoni tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT, u li c) kien esklussivament b'riżultat tal-fatt li kantins operati minn kumpanniji saru soġġetti għall-VAT matul l-implementazzjoni tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT li r-regoli dwar l-esklużjoni tat-tnaqqis setgħu isiru relevanti għal dan it-tip ta' impriża?

3)

L-esklużjoni mid-dritt tat-tnaqqis hija “[miżmuma]” fis-sens tat tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT jekk, b'effett mill-implementazzjoni tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT fl-1978 sa l-1999, kien jeżisti dritt li titnaqqas il-VAT fuq in-nefqa in kwistjoni minħabba li kien hemm prattika amministratttiva bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali?

4)

L-Artikolu 6(2) (a) u (b) tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri l-provvista bla ħlas ta' ikliet mill-kumpannija fil-kantin tagħha lill-persuni li huma kuntatti tan-negozju meta jkun hemm laqgħat miżmuma fil-kumpannija?

5)

L-Artikolu 6(2) (a) u (b) tas-Sitt Direttiva fuq il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri l-provvista bla ħlas ta' ikliet mill-kumpannija fil-kantin tagħha lill-persunal tagħha meta jkun hemm laqgħat miżmuma fil-kumpannija?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/17


Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Mebrom NV kontra s-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) fit-22 ta' Mejju 2007 fil-kawża T-216/05, Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-373/07 P)

(2007/C 247/21)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mebrom NV (rappreżentanti: K. Van Maldegem, avocat, C. Mereu, avocat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

tiddikjara l-preżenti appell ammissibbli u fondat;

tirrevoka s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2007 fil-kawża T-216/05;

tiddikjara t-talbiet tar-rikorrenti fil-kawża T-216/06 ammissibbli u fondati;

tilqa' r-rikors għal annullament magħmul fl-ewwel istanza jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż taż-żewġ proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma żguratx li jiġi osservat id-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju, kif għandha tagħmel skond l-Artikolu 220 KE. Is-sentenza appellata ċaħdet ir-rikors għal annullament abbażi ta' interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 3, 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 2037/2000 (1). Barra minn dan, is-sentenza mhijiex motivata b'mod suffiċjenti u konsistenti u fiha diversi żbalji ta' dritt u distorsjoni tal-fatti fil-proċess. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza iddeċidiet, żbaljatament, li l-appellata kellha dritt li tikkonkludi li l-kwoti ta' importazzjoni ma kinux għadhom jingħataw lill-importaturi iżda mill-Artikolu 7 tar-Regolament jirriżulta li, mill-2005, il-kwoti kienu allokati lill-fumigaturi biss (jiġifieri lill-utenti u mhux lill-importaturi). Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li f'dan ir-rigward l-Artikolu 7 tar-Regolament 2037/2000 ħalla l-għażla f'idejn l-appellata. Barra minn dan, l-appellanti tissottometti li l- Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tevalwa kif jixraq jekk l-appellata għamlitx użu aċċettabili mill-allegata diskrezzjoni tagħha f'dan ir-rigward. Il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset ukoll milli tirrikonoxxi li l-appellata aġixxiet ultra vires u, barra minn hekk, ma evalwatx u ma indirizzatx tajjeb il-kwistjoni dwar jekk l-appellata marritx kontra l-aspettattivi leġittimi ta' l-appellanti. Fl-aħħar nett, huwa sostnut li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset ukoll milli tikkunsidra b'mod komplut u kif jixraq l-argumenti ta' l-appellanti kif ippreżentati fir-rikors.


(1)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000, tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (ĠU L 244, p.1).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/17


Appell imressaq fit-3 ta' Awwissu 2007 minn Mebrom NV kontra s-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Mejju 2007 fil-Kawża T-198/05: Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-374/07 P)

(2007/C 247/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mebrom NV (rappreżentanti: K. Van Maldegem, avukat, C. Mereu, avukat)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tiddikjara l-appell prezenti bħala ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2007 fil-kawża T-198/05;

tiddikjara t-talbiet ta' l-appellanti fil-kawża T-198/05 bħala ammissibbli u fondati;

tilqa' t-talba għal kumpens imressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti tqis li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata minħabba dawn il-motivi:

Distorsjoni tal-fatti u ta' l-evidenza u żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti:

Evalwazzjoni żbaljata tad-domandi u tar-risposti mressqa bħala evidenza fil-forma ta' kwestjonarji;

Evalwazzjoni żbaljata tal-kwestjonarji fir-rigward ta' l-użu staġjonali tal-methyl bromide.

Nuqqas ta' inklużjoni tal-figuri ta' bejgħ ippreżentati mill-appellanti u konfużjoni ovvja bejn il-figuri ta' bejgħ u ta' importazzjoni pprovduti mill-appellanti u l-konvenuta rispettivament.

Nuqqas ta' evalwazzjoni adegwata tal-figuri ta' bejgħ;

Kuntradizzjonijiet u nuqqas ta' koerenza fl-evalwazzjoni legali tal-fatti.

Nuqqas ta' evalwazzjoni ta' l-evidenza b'mod kollettiv u b'mod li jieħu in kunsiderazzjoni numru ta' elementi ta' evidenza flimkien.

Applikazzjoni żbaljata tar-rekwiżit legali li jiġi stabbilit id-dannu effettivament subit:

Konfużjoni ta' l-eżistenza ta' dannu mal-portata tad-dannu;

Konfużjoni ta' l-eżami ta' l-eżistenza ta' dannu ma' l-eżami ta' rabta kawżali;

Rekwiżit li jintwera li d-dannu ma setax jiġi vvintat.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza qiegħdet oneru tal-prova sproporzjonat u mhux ġustifikat fuq l-appellanti.

Nuqqas ta' konsistenza fir-raġunament.

Żball proċedurali fl-applikazzjoni ta' l-istandard legali marbut mal-produzzjoni ta' evidenza ġdida matul l-iżvolġiment tal-proċedimenti.

Ksur tad-drittijiet ta' difiża, tad-dritt għal smiegħ xieraq u tal-prinċipju ta' ugwaljanza bejn il-partijiet fil-proċedimenti.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/18


Rikors imressaq fid-9 ta' Awwissu 2007 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-393/07)

(2007/C 247/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 P6_TA-PROV(2007)0209, innotifikata fit-28 ta' Mejju 2007, dwar il-verifika tal-poteri ta' l-Onor. Beniamino Donnici.

tordna lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors jinvoka ħames motivi.

Bl-ewwel motiv il-Gvern Taljan iqajjem il-ksur ta' regoli tad-dritt, b'referenza għall-Artikoli 6 (ex 4), 8 (ex 7), 12 (ex 11), 13 (ex 12) tad-Deċiżjoni 76/787/KEFA, KEE, Euratom, ta' l-20 ta' Settembru 1976, dwar l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (l-Att ta' l-1976) kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2002/772/KE/Euratom (1), tal-25 ta' Ġunju 2002, u b'referenza għall-Artikolu 6 UE. Meta l-Parlament Ewropew jivverifika l-poteri tal-membri tiegħu ma jistax fil-fatt jistħarreġ il-leġittimità tal-proċeduri elettorali nazzjonali u għandu biss jieħu in kunsiderazzjoni r-riżultati ta' dawn il-proċeduri kif iddikjarati skond il-liġi. Il-projbizzjoni ta' istruzzjonijiet vinkolanti u ta' ordnijiet imperattivi għall-membri stabbilita fl-Artikolu 6 ta' l-Att ta' l-1976 bl-ebda mod mhija relatata mar-rinunzja espressa minn kandidat mhux elett li jissostitwixxi kandidat elett li temm il-kariga tiegħu.

Bit-tieni motiv il-Gvern Taljan iqajjem il-ksur ta' regoli tad-dritt b'referenza għall-Artikolu 2 ta' l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew adottat bid-Deċiżjoni 2005/684/KE (2), Euratom tat-28 ta' Settembru 2005. Fil-fatt dawn id-dispożizzjonijiet ser jidħlu fis-seħħ mil-leġiżlatura 2009, u barra minn hekk jirrigwardaw biss il-membri eletti tal-Parlament Ewropew, u għaldaqstant ma jista' jkollhom ebda rilevanza għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tar-rinunzja ta' kandidat mhux elett li jissostitwixxi kandidat elett li temm il-kariga tiegħu.

Bit-tielet motiv il-Gvern Taljan iqajjem il-ksur ta' regoli tad-dritt b'referenza għall-Artikolu 199 KE u għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli tal-Proċedura interni tal-Parlament Ewropew. Dawn id-dispożizzjonijiet jirregolaw biss il-proċeduri interni tal-Parlament meta, fost funzjonijiet oħra, jivverifika l-poteri, u għaldaqstant minnhom ma jistax joħroġ il-poter li tiġi mistħarrġa r-regolarità tal-proċeduri elettorali nazzjonali, lanqas għal dak li jirrigwarda s-sostituzzjoni ta' kandidati mhux eletti għal kandidati eletti li temmew il-kariga tagħhom.

Bir-raba' motiv il-Gvern Taljan iqajjem il-ksur ta' regoli tad-dritt, b'referenza għall-Artikoli 6 UE, 10 u 230 KE. Il-Parlament Ewropew ma setax ma japplikax is-sentenza tal-Kunsill ta' l-Istat Taljan, li għaddiet in ġudikat, u li kienet stabbiliet il-leġittimità tal-ħatra ta' l-Onor. Donnici. Il-Parlament Ewropew kien imissu, kieku stess, jikkontesta tali sentenza permezz ta' l-oppożizzjoni tat-terz. F'kull każ, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tmur kontra l-prinċipju ġenerali ta' l-awtorità tar-res judicata li huwa komuni għall-Istati Membri kollha.

Bil-ħames motiv il-Gvern Taljan iqajjem in-nuqqas ta' motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Din fil-fatt ma tindikax il-fatti li minnhom il-Parlament ikkonkluda li r-rinunzja ta' l-Onor. Occhetto li jissostitwixxi l-Onor. Di Pietro ma kinitx il-frott tar-rieda libera tiegħu.


(1)  ĠU L 283, p. 1.

(2)  ĠU L 262, p. 1.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/19


Rikors imressaq fit-23 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-395/07)

(2007/C 247/24)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u H. Kraemer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tar-rikorrenti

peress li ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), jew inkella billi ma infurmatx lill-Kummissjoni b'tali dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqqset mill-obbligi tagħha skond l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fid-29 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 157, p. 45 u ĠU L 195, p. 16.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/19


Rikors imressaq fit-28 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-399/07)

(2007/C 247/25)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Szmytkowska u M. Telles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi m'addottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/6/KE (1) tas-26 ta' Ġunju 2005, li temenda d-Direttiva 71/250/KEE f'dak li jirrigwarda l-preżentazzjoni u l-interpretazzjoni tar-riżultati ta' analiżi meħtieġa mid-Direttiva 2002/32/CE u, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond id-Direttiva.

tordna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-16 ta' Frar 2006.


(1)  ĠU L 24, p. 33.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/20


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-412/07)

(2007/C 247/26)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Vidal Puig u M. Petite, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti:

jiġi ddikjarat li, billi m'adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/36/KE (1) tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità, jew li f'kull każ naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-Direttiva;

tordna lill-Irlanda tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu li fih id-Direttivi kellhom jiġi trasposti skada fit-30 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 143, p. 76.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/20


Rikors imressaq fil-11 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-417/07)

(2007/C 247/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franciż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: R. Vidal Puig, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/36/KE tal-21 ta' April 2004, dwar is-sigurta ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità, (1) jew f'kull każ, billi ma informax lill-Kummissjoni bl-imsemmija dispożizzjonijiet, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-direttiva.

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/36/KE skada fit-30 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 143, p. 76.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/20


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour d'appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Belgacom Mobile SA vs Institut belge des services postaux et des télécommunications

(Kawża C-190/06) (1)

(2007/C 247/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 154 ta' l-1.07.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta'April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-330/06) (1)

(2007/C 247/29)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 224 tas-16.9.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-51/07) (1)

(2007/C 247/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 69 ta' l-24.3.2007.


Qorti tal-Prim' Istanza

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — MTU Friedrichshafen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/02) (1)

(Għajnuna ta' l-Istat - Għajnuna għar-ristrutturar - Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna inkompatibbli - Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Responsabbiltà in solidum)

(2007/C 247/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MTU Friedrichshafen GmbH (Friedrichshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Montag u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz, V. Di Bucci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għal annullament ta' l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2002/898/KE tal-Kummissjoni, tad-9 ta' April 2002, dwar l-għajnuna ta' l-Istat mogħtija mill-Ġermanja favur SKL Motoren- und Systembautechnik GmbH (ĠU L 314, p. 75).

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/898/KE, tad-9 ta' April 2002, dwar l-għajnuna ta' l-Istat mogħtija mill-Ġermanja favur SKL Motoren- und Systembautechnik GmbH, huwa annullat safejn jordna l-ħlas lura in solidum mingħand MTU Friedrichshafen GmbH ta' ammont ta' EUR 2.71 miljun.

2)

Il-Kummissjoni hija ordnata tbati l-ispejjeż magħmula minn MTU Friedrichshafen kif ukoll l-ispejjeż tagħha proprji.


(1)  ĠU C 219, 14.9.2002.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/03) (1)

(“Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija mir-Repubblika Griega lill-kumpannija ta' l-ajru Olympic Airways - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Użu ħażin ta' l-għajnuna - Għajnuniet ġodda - Oneru tal-prova - Dritt ta' smiegħ - Kriterju ta' kreditu privat - Żball ta' fatt - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Motivazzjoni - Artikolu 87 (1) u (3)(c) KE’)

(2007/C 247/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Olympiaki Aeroporia Ypiresies (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment D. Waelbroeck, E. Bourtzalas, avukati, J. Ellison, M. Hall, solicitors, A. Kalogeropoulos, C. Tagaras, avukati, wara P. Anestis, avukat, u T. Soames, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J.L. Buendía Sierra, aġenti, assistiti minn A. Oikonomou, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta' Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-Olympic Airways (ĠU 2003, L 132, p. 1)

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta' Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-Olympic Airways, huma annullati safejn dawn jirrigwardaw it-tolleranza għan-nuqqas kontinwu tal-ħlas, minn naħa, tat-tariffi ajruportwali dovuti minn Olympic Airways lill-ajruport internazzjonali ta' Ateni u, min-naħa l-oħra, tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta minn Olympic Aviation fuq il-karburanti u l-partijiet ta' bdil.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE għandha tbati 75 % ta' l-ispejjeż tagħha u ta' dawk tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati 25 % ta' l-ispejjeż tagħha u ta' dawk ta' Olympiaki Aeroporia Ypiresies.


(1)  ĠU C 112, 10.5.2003.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/03) (1)

(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - Inkjesta ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) dwar membru tal-Qorti ta' l-Awdituri - Tixrid ta' informazzjoni - Ħarsien ta' informazzjoni ta' natura personali - Aċċess għall-inkartament ta' l-inkjesta u għar-rapport ta' l-OLAF - Ksur gravi tar-regoli ta' dritt li jagħti drittijiet lill-individwi - Rabta ta' kawżalità - Dannu’)

(2007/C 247/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Kalliopi Nikolaou (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u V. Vlassi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u C. Ladenburger, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal kumpens, skond it-tienu subparagrafu ta' l-Artikolu 228(2) KE, ta' dannu soffert mir-rikorrenti wara l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar inkjesta magħmula fuqu mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll ir-rifjut ta ' l-OLAF li tagħtiha aċċess għall-inkartament ta' l-inkjesta u li tagħtiha kopja tar-rapport finali tagħha.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni hija kkundananta tħallas lil Kallipi Nikalaou kumpens ta' EUR 3 000.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija

3)

K. Nikolaou għandha tbati tliet kwarti ta' l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, u din ta' l-aħar għandha tbati kwart ta' l-ispejjeż tagħha u kwart ta' l-ispejjeż ta' K. Nikolaou.


(1)  ĠU C 264, 1.11.2003.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Consorzio per la tutela del formaggio Grana Padano vs L-UASI — Braghi (GRANA BIRAGHI)

(Kawża T-291/03) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali GRANA BIRAGHI - Protezzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini “Grana Padano’ - Nuqqas ta' natura ġenerika - Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Regolament (KEE) Nru 2081/92)

(2007/C 247/34)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Consorzio per la tutela del formaggio Grana Padano (Desenzano del Garda, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani, P. Colombo u A. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Buffolo u O. Montalto, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G.Aiello, avvocato dello Stato)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Biraghi SpA (Cavallermaggiore, L-Italja) (rapreżentanti: F. Antenucci, F. Giuggia, P. Mayer u J.-L. Schiltz, avukati)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Ġunju 2003 (Kawża R 153/2002 1), dwar proċedura ta' invalidità bejn Consorzio per la tutela del formaggio Grana Padano u Biraghi SpA,

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta' Ġunju 2003 (Kawża R 153/2002-1) hija annullata.

2)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI għandu jbati l-ispejjeż tal-Consorzio per la tutela del formaggio Grana Padano.

3)

Ir-Repubblika Taljana u Biraghi SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 289 tad-29.11.2003.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta'Settembru 2007 — Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-348/03) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sistema fiskali ta' għajnuna implementata mill-Olanda - Attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali ta' gruppi ta' impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara lis-sistema ta' għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Dispożizzjoni tranżitorja - Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' l-ugwaljanza fit-trattament - Ammissibbiltà - Locus standi’)

(2007/C 247/35)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Friesland Foods NV, qabel Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV (Meppel, l-Olanda) (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk u W. Geursen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet, V. Di Bucci u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, 17 ta' Frar 2003, dwar l-għajnuna Statali implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), safejn dan jeskludi mis-sistema tranżitorja lill-operaturi li, sal-11 ta' Lulju 2001, kienu diġà ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika s-sistema ta' għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta' Frar 2003, dwar l-għajnuna Statali implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali, huwa annullat safejn jeskludi mis-sistema tranżitorja stabbilita minnu lill-operaturi li, sal-11 ta' Lulju 2001, kienu ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika s-sistema ta' għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż


(1)  ĠU C 21, 24.1.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — González y Díez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/04) (1)

(“Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Għajnuniet maħsuba sabiex ikopru spejjeż eċċezzjonali ta' ristrutturazzjoni - Revoka ta' deċiżjoni preċedenti - Skadenza tat-Trattat KEFA - Kompetenza tal-Kummissjoni - Kontinwità ta' l-ordinament ġuridiku Komunitarju - Nuqqas ta' ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali - Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Żball manifest ta' evalwazzjoni’)

(2007/C 247/36)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: González y Díez (Villabona-Llanera, Spanja) (rappreżentanti: J. Díez-Hochleitner u A. Martínez Sanchez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewopej (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, imbagħad C. Urraca Caviedes, aġenti, dan ta' l-aħħar assistit minn J. Buendía Sierra, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament ta' l-Artikoli 1, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/340/KE tal-5 ta' Novembru 2003, dwar l-għajnuniet mogħtija lill-impriża González y Díez, SA sabiex jiġu koperti spejjeż eċċezzjonali (għajnuniet mogħtija għall-2001 u użu abbużiv ta' l-għajnuniet mogħtija għall-1998 u l-2000) u li temenda d-Deċiżjoni 2002/827/KEFA

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-Artikolu 3(b), safejn jikkonċerna l-ammont ta' EUR 54 057,63 (ESP 8 994 433), u l-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/340/KE tal-5 ta' Novembru 2003, dwar l-għajnuniet mogħtija lill-impriża González y Díez, SA sabiex jiġu koperti spejjeż eċċezzjonali (għajnuniet mogħtija għall-2001 u użu abbużiv ta' l-għajnuniet mogħtija għall-1998 u l-2000) u li temenda d-Deċiżjoni 2002/827/KEFA, huma annullati.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-rikorrenti tbati erba' kwinti ta' l-ispejjeż tagħha u erba' kwinti ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, din ta' l-aħħar tbati kwint ta' l-ispejjeż tagħha u kwint ta' l-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 71, 20.3.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — API vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/04) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza - Deċiżjoni ta' rifjut ta' aċċess’)

(2007/C 247/37)

Lingwa tal-kawża:L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Association de la presse internationale ASBL (API) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Volcker, F. Louis u J. Heithecker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Aalto, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Novembru 2003 li tiċħad domanda mressqa mir-rikorrenti sabiex tikseb l-aċċess għad-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Novembru 2003 hija annullata safejn hija tirrifjuta l-aċċess għan-noti ppreżentati mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-kawżi Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, C-466/98; Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, C-467/98; Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja, C-468/98; Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, C-469/98; Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-471/98; Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C-472/98; Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, C-475/98, u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-476/98, u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kuntest tal-kawża Airtours vs Il-Kummissjoni, T-342/99.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 71, 20.3.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-230/04) (1)

(“FAEGG - Sezzjoni Garanzija - Sistema ta' Kontroll ta' l-għajnuniet taż-żona f'ċerti reġjuni - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju’)

(2007/C 247/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: l-ewwel A. Guimaraes-Purokoski u T. Pynnä, imbagħad A. Guimaraes-Purokoski u E. Bygglin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Huttunen u L. Visaggio, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/136/KE, ta' l-4 ta' Frar 2004, li tiċħad il-finanzjament Komunitarju ta' ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri skond il-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola (FAEGG), sezzjoni “Garanzija” (ĠU L 40, p. 31), safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika tal-Finlandja fil-kuntest ta' l-għajnuniet taż-żona f'ċerti reġjuni, minħabba in-nuqqasijiet tas-sistema ta' kontroll applikata.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 146, 29.5.2004 (preċedentement C-162/04).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — L-Italja u Brandt Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawżi maqħquda T-239/04 u T-323/04) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni li tipprovdi miżuri urġenti favur l-impjiegi għall-impriżi f'diffikultà - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija’)

(2007/C 247/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil- kawża T-239/04: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: D. Del Gaizo, aġent)

Rikorrenti fil-kawża T-323/04: Brandt Italia SpA (Verolanuova, l-Italja) (rappreżentanti: M. van Empel, C. Visco u S. Lamarca, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, C. Gioito u E. Righini, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE tat-30 ta' Marzu 2004, dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implementata mill-Italja dwar dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam ta' l-impjiegi (ĠU L 352, p. 10).

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kawża T-239/04.

3)

Brandt Italia SpA tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kawża T-323/04.


(1)  ĠU C 217, 28.8.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Turment morali - Obbligu ta' assistenza - Rapport ta' żvilupp tal-karriera għas-sena 2001/2002 - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Rikors għal kumpens’)

(2007/C 247/40)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Philippe Combescot (Popayan, Il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M.Velardo, aġenti, assistiti minn S. Corongiu, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, ir-rikonoxximent ta' l-illegalità ta' l-aġir tas-superjuri ġerarkiċi tar-rikorrent, ir-rikonoxximent tad-dritt ta' dan ta' l-aħħar għal assistenza u għall-annullament tar-rapport ta' żvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002 u, minn naħa l-oħra, il-ħlas ta' kumpens għad-danni subiti mir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 217 ta' 28.8.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Combescot vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Mili tal-kariga ta' Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja - Ċaħda tal-kandidatura - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Rikors għad-danni’)

(2007/C 247/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Philippe Combescot (Popayan, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M. Velardo, aġenti, assistiti minn S. Corongiu, avukat)

Suġġett

Min-naħa, ir-rikonoxximent ta' l-illegalità tad-deċiżjoni li eskludiet lir-rikorrent mill-kompetizzjoni għall-assenjazzjoni tal-kariga ta' Kap ta' Delegazjoni fil-Kolombja, l-annullament tal-proċedura ta' l-imsemmija kompetizzjoni u l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-assenjazzjoni tal-kariga kkonċernata u, min-naħa l-oħra, il-ħlas ta' kumpens għad-danni allegatament sostnuti mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni hija ordnata tħallas lir-rikorrent, is-Sur Philippe Combescot, is-somma ta' EUR 3 000 għad-danni sostnuti.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċhud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

4)

Ir-rikorrent għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 217 tat-28.8.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Neumann vs L-UASI

(Kawża T-358/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali li hija ppreżentata fil-forma ta' ras ta' mikrofonu - Motiv assolut ta' rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)( b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2007/C 247/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Georg Neumann GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Ġunju 2004 (każ R 919/2002-2), li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta' sinjal tridimensjonali li huwa ppreżentat fil-forma ta' ras ta' mikrofonu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Georg Neumann GmbH hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 284, 20.11.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Koipe vs L-UASI — Aceites del Sur (La Española)

(Kawża T-363/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘La Española’ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji ‘Carbonell’ - Ċaħda ta' l-oppożizzjoni - Elementi dominanti - Xebh - Probabbiltà ta' konfużjoni - Setgħa ta' tibdil ta' deċiżjoni’)

(2007/C 247/43)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Koipe Corporación, SL (San Sebastián, Spanja) (rappreżentant: M. Fernández de Béthencourt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Aceites del Sur, SA (Sevilja, Spanja) (rappreżentanti: C.L. Fernández-Palacios u R. Jiménez Díaz, avukati)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-11 ta' Mejju 2004 (Kawża R 1109/2000-4), li tirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Koipe Corporación SL u Aceites del Sur SA.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI), tal-11 ta' Mejju 2004 (Kawża R 1109/2000-4), hija mibdula fis-sens li l-appell imressaq mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell huwa fondat, u konsegwentement, l-oppożizzjoni għandha tiġi milqugħa.

2)

L-UASI u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 284 ta' l-20.11.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Trends

(Kawża T-448/04) (1)

(“Klawżola arbitrarja - Ir-raba' programm qafas fir-rigward ta' azzjonijiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni - Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta' l-applikazzjonijiet telematiċi ta' interess komuni - Nuqqas ta' ġustifikazzjonijiet u non-konformità ma' l-istipulazzjonijiet kuntrattwali ta' parti mill-ispejjeż iddikjarati - Ħlas lura tas-somom imħallsa’)

(2007/C 247/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, aġent, assistit minn M. Bra, K. Kapoutzidou u S. Chatzigiannis, u mbagħad minn K. Kapoutzidou u S. Chatzigiannis, avukati )

Konvenuta: Transport Environment Development Systems (Trends) (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u V. Vlassi, avukati)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' klawżola arbitrarja fis-sens ta' l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 48 046, flimkien ma' l-interessi kuntrattwali jew, alternattivament, flimkien ma' l-interessi għal dewmien.

Dispożittiv

1)

It-talba inċidentali hija miċħuda.

2)

Transport Environment Development Systems (Trends) hija kkundannata tħallas is-somma ta' EUR 48 046 lill-Kummissjoni, flimkien ma' l-interessi għal dewmien b'rata annwali ta' 5.50 % li jiddekorru mill-1 ta' Jannar 1999 sal-ħlas komplut tad-dejn.

3)

Trends għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184 ta' 2.8.2003 (preċedentement Kawża C-248/03).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Trends

(Kawża T-449/04) (1)

(“Klawżola arbitrarja - It-tieni programm qafas fir-rigward ta' azzjonijiet ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku - Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta' l-informatika tat-trasport fit-toroq u tat-telekomunikazzjonijiet - Nuqqas ta' ġustifikazzjonijiet għal parti mill-ispejjeż iddikjarati - Xoljiment tal-kuntratti - Skadenza ta' kuntratti’ )

(2007/C 247/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, aġent, assistit minn K. Kapoutzidou u S. Chatzigiannis, avukati )

Konvenuta: Transport Environment Development Systems (Trends) (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u V. Vlassi, avukati)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' klawżola arbitrarja fis-sens ta' l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 195 435, flimkien ma' l-interessi kuntrattwali jew, alternattivament, flimkien ma' l-interessi għal dewmien.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba inċidentali hija miċħuda.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jirrigwardaw it-talba inċidentali.

4)

Transport Environment Development Systems (Trends) għandha tbati l-ispejjeż relatati mat-talba inċidentali.


(1)  ĠU C 184, 2.8.2003 (preċedentement Kawża C-249/03).


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/05) (1)

(“Kompetizjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata (labar) - Tqassim tas-swieq tal-prodotti - Tqassim tas-suq ġeografiku - Multa - Linji gwida dwar il-metodu ta' l-iffissar tal-multi - Obbligu ta' motivazzjoni - Serjetà u tul taż-żmien tal-ksur - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni’)

(2007/C 247/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: William Prym GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) u Prym Consumer GmbH & Co. KG (rappreżentant: H. Meyer-Lindemann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F.Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F-1/38.338 — PO/Nadeln), safejn tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq William Prym GmbH & Co. KG u fuq Prym Consumer GmbH & Co. KG mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F-1/38.338 — PO/Nadeln), hija iffissata fl-ammont ta' EUR 27 miljun.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

William Prym u Prym Consumer għandhom ibatu 90 % ta' l-ispejjeż tagħhom u 90 % ta' l-ispejjez sostnuti mill-Kummissjoni, filwaqt li din ta' l-aħħar għandha tbati 10 % ta' l-ispejjeż tagħha u 10 % ta' dawk sostnuti minn William Prym u Prym Consumer.


(1)  ĠU C 106 tat-30.4.2005.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Coats Holdings u Coats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-prodotti tal-haberdashery (labar) - Distribuzzjoni tas-suq tal-prodotti - Distribuzzjoni tas-suq ġeografiku - Evalwazzjoni tal-provi - Parteċipazzjoni għal-laqgħat - Ftehim bejn tliet partijiet - Multa - Gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti’)

(2007/C 247/47)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coats Holdings Ltd (Uxbridge, Middlesex, Ir-Renju Unit) u J & P Coats Ltd (Uxbridge) (rappreżentanti: W. Sibree u C. Jeffs, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 — PO/Needles) u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 — PO/Needles) hija annullata safejn tikkonstata li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 81(1) KE wara t-13 ta' Marzu 1997.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 20 miljun.

3)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu żewġ terzi ta' l-ispejjeż tagħhom u żewġ terzi ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, li għandha tbati terz ta' l-ispejjeż tagħha u terz ta' dawk tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2005.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — UFEX et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż ta' pożizzjoni dominanti - Suq tal-posta bil-Courier internazzjonali rapida - Deċiżjoni ta' ċaħda ta' lment - Annullament tad-Deċiżjoni ta' ċaħda mill-qorti Komunitajra - Eżami u ċaħda mill-ġdid ta' l-ilment - Impriża pubblika’)

(2007/C 247/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union française de l'express (UFEX) (Roissy-en-France, Franza); DHL Express (Franza) SAS, li qabel kienet DHL International SA (Roissy-en-France); Federal express international (Franza) SNC (Gennevilliers, Franza); u CRIE SA (Asnières, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u J. Derenne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u O. Beynet, u wara A. Bouquet u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2004) D/205294 tad-19 ta' Novembru 2004, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-posta Franċiża u l-Gvern Franċiż, dwar is-suq Franċiż tal-posta bil-Courier internazzjonali rapida.

Dispożittiv

1)

CRIE SA hija mħassra mil-lista ta' rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

L-Union française de l'express (UFEX), DHL Express (Franza) SAS, u Federal express international (Franza) SNC għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom stess, tliet kwarti ta' l-ispejjeż ta' Chronopost SA u ta' La Poste. Chronopost u La Poste għandhom ibatu kwart ta' l-ispejjeż tagħhom stess. CRIE għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, kwart ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti ta' l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 93 tas-16.4.2005.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta'Settembru 2007 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/05) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Uċuħ tar-raba' li jinħartu - Żejt taż-żebbuġa - Verifika finanzjarja - Terminu ta' 24 xahar’)

(2007/C 247/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos u E. Svolopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u L. Visaggio, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq effettwat mill-Istati Membri taħt it-taqsima “Garanzij”a tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), (ĠU L 112, p. 14), inkwantu hija teskludi ċertu nfiq effettwat mir-Repubblika Ellenika fis-setturi ta' uċuħ tar-raba' li jinħartu u taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll fir-rigward ta' verifika finanzjarja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq effettwat mill-Istati Membri taħt it-taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata inkwantu timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni ad hoc ta' EUR 200 146,68 għas-snin finanzjarji 1996 sa 1998 (għajnuna għall-konsum taż-żejt taż-żebbuġa).

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha, 70 % ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, u din ta' l-aħħar għandha tbati 30 % ta' l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 205 ta' l-20.8.2005.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Cain Cellars vs L-UASI (Xbiha ta' pentagonu)

(Kawża T-304/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva magħmula mix-xbiha ta' pentagonu - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Semplicità tas-sinjal’)

(2007/C 247/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cain Cellars, Inc. (St.Helena, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Albrecht u W.-W. Wodrich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Weberndorfer u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-UASI tat-23 ta' Mejju 2005 (Każ R 975/2004-1) dwar ir-reġistrazzjoni tax-xbieha ta' pentagonu bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cain Cellars, Inc hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 257, 15.10.2005.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Philips Morris Products vs L-UASI (Forma ta' pakkett tas-sigaretti)

(Kawża T-140/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' pakkett tas-sigaretti - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2007/C 247/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Products, SA (Neuchâtel, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. van Innis u C. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Rassat, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-UASI ta' l-24 ta' Frar 2006 (kawża R 0075/2005-4) rigward ir-reġistrazzjoni tal-forma ta' pakkett tas-sigaretti bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Philip Morris Products SA għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Glaverbel vs L-UASI (Nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ)

(Kawża T-141/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta n-nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ - Raġuni assoluta ta' ċaħda - Nuqqas ta' prova tal-karattru distintiv miksub permezz ta' l-użu’)

(2007/C 247/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaverbel SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Möbus u T. Koerl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar, aġent)

Suġġett

Rikors magħmul kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, ta' l-1 ta' Marzu 2006, (Każ R 986/2004-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark figurattiva li tirrappreżenta n-nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Glaverbel SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — ColArt/Americas vs L-UASI (BASICS)

(Kawża T-164/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BASICS - Motivi assoluti ta' rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Trade mark deskrittiva - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Karattru distintiv miksub permezz ta' l-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2007/C 247/53)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ColArt/Americas, Inc. (Piscataway, New Jersey, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Soler Borda u R. Zeineh, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-UASI tas-7 ta' April 2006 (każ R 788/2005-4) li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BASICS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ColArt/Americas hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Internet Commerce Network u Dane-Elec Memory

(Kawża T-184/06) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (Proġett Crossmarc) - Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rifużjoni tas-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità - Garanzija ta' l-obbligi kuntrattwali ma' l-ewwel talba - Proċedura fil-kontumaċja’)

(2007/C 247/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Ström van Lier, imbagħad L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn P. Elvinger, avukat)

Konvenuta: Internet Commerce Network (Bagnolet, Franża) u Dane-Elec Memory (Bagnolet)

Suġġett tal-Kawża

Rikors magħmul abbażi ta' klawżola ta' arbitraġġ intiż li jikseb il-kundanna tal-konvenuti li jirrifondu s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għad-dewmien, minħabba n-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2000-25366, konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku, u ta' dimostrazzjoni, fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (TSI) (1998-2002) u li jirrigwarda l-proġett Crossmarc (Cross-lingual Multi Agent Retail Comparison).

Dispożittiv

1)

Dane-Elec Memory hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma prinċipali ta' EUR 55 878, bl-interessi:

bir-rata ta' 4,75 % fis-sena mis-16 ta' Marzu 2004 sal-31 ta' Diċembru 2005;

bir-rata ta' 5 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006;

bir-rata ta' 5, 25 % fis-sena mill-1 ta' Jannar 2007 sal-ħlas totali tad-dejn

2)

M'hemmx lok li tiġi deċiża t-talba magħmula kontra Internet Commerce Network.

3)

Dane-Elec Memory għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni.

4)

Internet Commerce Network għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 212 tat-2.9.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 — Il-Kummissjoni vs Chatziioannidou

(Kawża T-20/07 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Annullament fl-ewwel istanza ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-kalkolu tal-ħlasijiet ta' pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali’)

(2007/C 247/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Eleni Chatziioannidou (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Novembru 2006, Chatziioannidou vs Il-Kummissjoni (F-100/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/34


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Awwissu 2007 — SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/05) (1)

(“Rikors għal kumpens - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment ibbażat fuq l-Artikolu 82 KE - Rikors in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament mhux fondat fid-dritt - Eżistenza tad-dannu’)

(2007/C 247/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SELEX Sistemi Integrati SpA, li qabel kienet Alenia Marconi Systems SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: F. Sciaudone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet, L.Visaggio u F. Amato, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2004, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament mhux fondat fid-dritt.

2)

SELEX Sistemi Integrati SpA għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217 ta' 3.9.2005.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Awwissu 2007 — Galileo Lebensmittel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/06) (1)

(Rikors għal annullament - Implementazzjoni tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell “.eu’ - Reġistrazzjoni ta' l-isem tad-dominju “galileo.eu’ - Użu riżervat għall-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità - Locus standi - Inammissibbiltà)

(2007/C 247/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG (Trierweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Bott, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment E. Montaguti u T. Jürgensen, imbagħad G. Braun u E. Montaguti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżerva, skond ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta' April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell [.eu] u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, p. 40), l-isem tad-dominju “galileo.eu” bħala isem ta' dominju riżervat għall-użu ta' l-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.

2)

Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awwissu 2007 — Lumenis vs L-UASI (FACES)

(Kawża T-301/07)

(2007/C 247/58)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lumenis Ltd (Yokneam, l-Iżrael) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, B. Gerber, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-1 ta' Ġunju 2007 fil-kawża R 1532/2006-2;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali internazzjonali “FACES” għal prodotti fil-klassi 10 — Nru ta' reġistrazzjoni internazzjonali W0874799

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ir-reġistrazzjoni ġiet irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: In sostenn ta' l-allegazzjonijet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell naqset milli tevalwa d-distintività tal-prodotti li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni;

It-tieni nett, skond ir-rikorrenti, il-konstatazzjoni mill-Bord ta' l-Appell li l-promozzjoni u r-reklamar f'dan it-tip ta' kummerċ normalment isir permezz ta' ritratti ta' wċuħ tan-nies ma kinitx sostnuta u, f'kull każ, tikkonċerna l-Artikolu 7(1)(b) jew l-Artikolu 7(1)(ċ);

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell naqas milli jwettaq eżami wiesgħa tal-kelma FACES bħala indikazzjoni deskrittiva relatata mal-prodotti kkonċernati;

Ir-raba' nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell wettaq żball fid-dritt billi impona rekwiżit li t-trade mark għandha tkun waħda li tolqot, imaġinattiva jew kreattiva sabiex ma taqax taħt l-oġġezzjonijiet taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/36


Rikors imressaq fis-17 ta' Awwissu 2007 — Gardeur vs L-UASI — Blue Rose (g)

(Kawża T-310/07)

(2007/C 247/59)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: gardeur AG (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Beschorner, B. Glaser, C. Thomas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Blue Rose Inc. (Nashville Tennessee, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell R 878/2006-2, tal-15 ta' Ġunju 2007, fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 1153741 “g” safejn din tiċħad l-appell fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 25;

tordna lill-konvenut jbati l-ispejjeż tal-kawża u tordna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: It-trade mark figurattiva li tikkonsisti f'ċirku li jikkontjeni l-ittra “g” għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 41

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Blue Rose Inc.

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: gardeur AG

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: It-trade mark Komunitarja figurattiva li turi kwadru iswed li jikkontjeni l-ittra “g” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18 u 25 — applikazzjoni Nru 1153741

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (“RTMK”)


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/36


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2007 — National Association of Licensed Opencast Operators vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-318/07)

(2007/C 247/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The National Association of Licensed Opencast Operators (Chester-le-Street, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Bracegirdle, Solicitor, M. Hoskins u C. West, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2007.

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ COMP/35.821 tat-18 ta' Ġunju 2007 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti magħmul fl-1990 dwar membri ta' l-assoċjazzjoni tagħha li kienu vittmi ta' diskriminazzjoni fil-prezzijiet minħabba li l-prezzijiet imħallsa minn Central Electricity Generating Board (iktar 'il quddiem “CEGB”) bejn l-1984 u l-1990 għall-faħam prodott minn membri tar-rikorrenti kienu orħos mill-prezzijiet imħallsa minn CEGB għall-faħam prodott minn British Coal Corporation (iktar 'il quddiem “BCC”), mingħajr ma kien hemm ġustifikazzjoni oġġettiva għad-differenza fit-trattament.

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet li kien hemm differenza bejn il-prezzijiet imħallsa minn CEGB lill-membri tar-rikorrenti u l-prezzijiet imħallsa lil BCC, imma sostniet li BCC u l-membri tar-rikorrenti ma pprovdewx il-faħam taħt l-istess kundizzjonijiet. Għaldaqstant, kien iġġustifikat li CEGB tħallas prezzijiet ogħla għall-faħam ta' BCC sabiex tassigura d-dmir statutorju tagħha li tipprovdi l-elettriku fir-Renju Unit.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-argument tal-Kummissjoni li BCC u l-membri tar-rikorrenti ma pprovdewx faħam taħt kundizzjonijiet simili ma kienx sostnut bil-provi li l-Kummissjoni bbażat fuqhom fid-deċiżjoni tagħha.

Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li l-ħlas ta' prezz ogħla għall-faħam ta' BCC jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li ma kinitx innotifikata u li għalhekk hija illegali.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-argumenti tal-Kummissjoni huma inkonsistenti ma' deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni ta' l-1991 fir-rigward ta' l-istess ilment.

Fir-rigward taċ-ċaħda mill-Kummissjoni ta' l-ilment tar-rikorrenti fir-rigward tal-perijodu bejn l-1984 u l-1986 abbażi ta' inammissibbiltà u nuqqas ta' interess Komunitarju, ir-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni wettqet żball meta ddeċidiet li hija m'għandhiex kompetenza esklużiva taħt it-Trattat KEFA sabiex tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' diskriminazzjoni f'dan il-perijodu;

il-Kummissjoni wettqet żball meta ddeċidiet li l-membri tar-rikorrenti jistgħu jressqu ilmenti quddiem il-qrati nazzjonali fir-rigward ta' dan il-perijodu; u

id-dewmien fir-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet imqajma mill-ilment tar-rikorrenti mill-1990 huwa r-riżultat ta' żbalji ta' dritt imwettqa preċedentement mill-Kummissjoni.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/37


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Awwissu 2007 — Jones et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/07)

(2007/C 247/61)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glenn Jones u Daphne Jones (Neath, Wales), FForch-y-Garron Coal Company Ltd (Neath, Wales), Demond Ivor Evans u David Raymond Evans (Maesteg, Wales) (rappreżentant: D.I.W. Jeffreys, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2007 fil-każ COMP/37.037 dwar l-ilment tar-rikorrenti dwar diskrimazzjoni fil-prezz illegali minn Central Electricity Generating Board;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti għal dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan huwa rikors ippreżentat skond l-Artikolu 230 KE għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2007 (każ COMP/37.037 — SWSMA) li tiċħad ilment skond liema prattiċi fil-prezzijiet adottati minn Central Electricity Generating Board fil-perijodu bejn 1984 u 1990 fir-rigward ta' produtturi tal-faħam kienu jikkostitwixxu diskrimazzjoni fil-prezz illegali fir-rigward ta' produtturi privati tal-faħam li jinkludu r-rikorrenti, li kienet tmur kontra l-Artikolu 4(b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li dak iż-żmien kien fis-seħħ.

Ir-rikorrenti jsostnu li, meta waslet għal din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet numru ta' żbalji fundamentali ta' dritt u/jew ta' evalwazzjoni u b'hekk, id-deċiżjoni għandha tiġi annullata.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kienet żbaljata fid-dritt li tikkunsidra l-kwistjoni ta' diskrimazzjoni fil-prezzijiet fuq livell nazzjonali milli b'referenza għas-suq lokali li fih ir-rikorrenti kienu joperaw. Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta qalet li l-mini privati li għandhom liċenzja setgħu jipprovdu biss ammonti limitati ta' faħam u għal żmien qasir, b'kunsiderazzjoni tad-daqs tal-faċilitajiet tal-mini u l-politika ta' għoti ta' liċenzji tal-British Coal Corporation. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkonkludiet li peress li t-Trattat KEFA kien skada u li m'għandhiex aktar kompetenza esklużiva fir-rigward ta' ksur ta' dan it-Trattat, deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kinitx aktar meħtieġa qabel ma ġiet mitluba protezzjoni ġuridka quddiem il-qrati nazzjonali.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2007 — Plant et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/07)

(2007/C 247/62)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gerry Plant (Varteg Pontypool, ir-Renju Unit), Mary Kathleen Plant (Varteg Pontypool, ir-Renju Unit), Dennis Jones (Neath, ir-Renju Unit), William Meyrick (Swansea, ir-Renju Unit), J.G. Evans (Ammanford, ir-Renju Unit), David Vivian Austin (Neath, ir-Renju Unit), D. Powell (Neath, ir-Renju Unit), James Rowland McCann (Neath, ir-Renju Unit), D. B. Diplock (Neath, ir-Renju Unit) John Phillips (Neath, ir-Renju Unit) u Richard Thomas Kingston (Swansea, ir-Renju Unit) (rappreżentant: W. Graham, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2007 fil-Każ 37037 — SWSMA;

tieħu kull azzjoni ulterjuri li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija opportuna;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali li fuqhom qed jibbażaw ruħhom ir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk fil-Kawża T-318/07 National Association if Licensed Opencast Operators vs Il-Kummissjoni.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Awwissu 2007 — Cheminova et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-326/07)

(2007/C 247/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cheminova A/S (Harboøre, id-Danimarka), Cheminova Agro Italia Srl (Ruma, l-Italja), Cheminova Bulgaria EOOD (Sofia, il-Bulgarija), Agrodan SA (Madrid, Spanja) u Lodi SAS (Grand Fougeray, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/389/KE;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1) tipprovdi li l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sakemm is-sustanzi attivi tiegħu ma jkunux elenkati fl-Anness I u sakemm ma tiġix sodisfatta kull kundizzjoni stabbilita fih. Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/389/KE tas-6 ta' Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tal-malathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (2).

In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija xjentifikament inkompleta u vvizzjata fis-sens li tonqos milli tieħu in kunsiderazzjoni l-provi xjentifiċi kollha dwar il-malathionli ġew ippreżentati lill-konvenuta. Barra minn hekk, skond ir-rikorrenti, din tikser l-Artikoli 4(1) u 5(1) tad-Direttiva 91/414 u l-Artikolu 95(3) KE peress li l-konvenuta naqset milli tagħmel reviżjoni inter pares (“peer review”) ta' l-iktar data reċenti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq rapport xjentifiku li ma ġiex imħejji fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament 451/2000.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jallegaw, fost l-oħrajn, li seħħ ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' non-diskriminazzjoni, ta' sussidjarjetà u ta' amministrazzjoni tajba kif ukoll ta' l-obbligu ta' motivazzjoni u tad-dritt tagħhom li jinstemgħu.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li mhux se jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tagħhom skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414 f'dak li jirrigwarda l-pakkett ta' data ppreżentat lill-konvenuta.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU 1991 L 230, p. 1).

(2)  ĠU 2007 L 146, p. 19.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/39


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2007 — Patrick Holding vs L-UASI — Cassera (PATRICK EXCLUSIVE)

(Kawża T-327/07)

(2007/C 247/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cassera SpA (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni meħuda mit-Tieni Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fit-28 ta' Ġunju 2007 fil-Każ Nru R 727/2006-2 u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark ikkontestata;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “PATRICK EXCLUSIVE” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni Nru 3 063 427

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Cassera SpA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi u verbali Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali “G. Patrick” għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 peress li ma teżistix probabiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/39


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2007 — UPS Europe u UPS Deutschland vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-329/07)

(2007/C 247/65)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UPS Europe NV/SA (Brussell, Il-Belġju) u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara skond l-Artikolu 232 KE li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni billi ma ddefinitx il-pożizzjoni fir-rigward ta' l-ilment tar-rikorrenti imressaq quddiem il-Kummissjoni fil-11 ta' Mejju 2004;

tordna lill-Kummisjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni billi ma ddefinitx il-pożizzjoni tagħha wara li ġiet mitluba tagħmel dan skond l-Artikolu 232 KE dwar l-ilment tar-rikorrenti imressaq quddiem il-Kummissjoni fil-11 ta' Mejju 2004 rigward għajnuna mill-Istat illegali allegatament mogħtija lil Deutsche Post mill-Ġermanja fil-forma fost l-oħrajn ta' garanziji statali, kontribuzzjonijiet lill-fond ta' pensjoni ta' Deutsche Post u eżenzjoni minn bosta obbligi legali.

Sabiex isostnu r-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq eżami diliġenti u imparżjali ta' l-ilment irċevut b'mod partikolari fid-dawl tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Kummissjoni sabiex tevalwa l-kompatibbiltà ta' miżuri ta' għajnuna mas-suq komuni.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Artikolu 232 KE għandu jiġi interpretat bħala li jagħti dritt lil individwi jew lil impriżi li jressqu proċedura għal nuqqas ta' teħid ta' azzjoni kontra istituzzjoni għal nuqqas milli tadotta miżuri li kienu jikkonċernawahom direttament u individwalment, għalkemm dawn il-miżuri mhumiex potenzjalment indirizzati lejhom.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-miżuri li l-Kummissjoni naqset milli tadotta jistgħu jiġu kkunsidrati li jikkonċernaw ir-rikorrenti direttament u individwalment bħala impriżi kompetituri ta' Deutsche Post.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/40


Rikors imressaq fis-7 ta' Settembru 2007 — Chupa Chups vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-331/07)

(2007/C 247/66)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Chupa Chups S.A. (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: Ramón Falcón Tella, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara n-nuqqas ta' kompatibbiltà mas-suq komuni ta' l-għajnuna reġjonali ta' EUR 800 000, mogħtija fl-2003 abbażi tal-programm “Minería 2”, u li konsegwentement tiddikjara li l-għajnuna msemmija ma tistax titħallas;

sussidjarjament, tannulla l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni, li tgħid li “Konsegwentement, l-imsemmija għajnuna ma tistax tkun mogħtija”;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara bħala mhux kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna reġjonali fl-ammont ta' EUR 800 000, mogħtija fl-2003 abbażi tal-programm “Minería 2”, li inizjalment kienet awtorizzata mill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni kkontestata tqis li l-applikant ma kienx intitolat sabiex jieħu sehem f'tali sistema ta' għajnuniet, peress li l-impriżi f'diffikultà huma esklużi minnu.

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni wetqet żball manifest ta' evalwazzjoni u kisret il-prinċipju ta' l-aspettativi leġittimi.

Fir-rigward ta' l-ineżattezzi fattwali u l-iżball fl-evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti ssostni li l-2002 kienet l-ewwel sena li fiha kien sar telf, u li fl-għoti ta' l-għajnuna, l-awtoritajiet nazzjonali ma setgħux ikunu jafu b'dan it-telf, peress li l-kontabbiltà kienet għadha ma ġietx approvata.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-impriża ma tistax titqies bħala impriża f'diffikultà skond il-paragrafu 5(a) tal-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà, li jistabbilixxi li impriża titqies li tkun f'diffikultà fejn iktar minn nofs il-kapital tagħha kif jidher fil-kontijiet tal-kumpannija ma għadux aċċessibbli u fejn aktar minn kwart tal-kapital intilef fit-12-il xahar ta' qabel. F'dan il-każ, il-Kummissjoni wetqet żball manifest ta' evalwazzjoni peress li, sabiex tikkalkola l-perċentaġġ irrappreżentat mit-telf u sabiex tiddetermina jekk dan it-telf jaffetwax il-kapital, din ma ħaditx in kunsiderazzjoni r-riżervi meħtieġa mil-liġi u dawk volontarji li kellha l-kumpannija, li l-ammont tagħhom kien iktar milli bizzejjed sabiex ikopri t-telf kollu.

Kienet l-impriża stess, bir-riżorsi tagħha stess u dawk ikkontribwiti minn kredituri u banek privati, li solviet is-sitwazzjoni ta' telf, u konsegwentement l-impriża ma tistax titqies bħala impriża f'diffikultà, skond il-paragrafu 4 tal-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà, li jiddefinixxi impriżi f'diffikultà bħala dawk li ma jkunux kapaċi li jsolvu tali sitwazzjoni mingħajr assistenza esterna.

Lanqas seħħew is-sintomi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 6 tal-linji gwida, peress li t-telf ma żdiedx, iżda naqas. Il-prodotti maħżuna mhux qed jiżdiedu iżda jonqsu. Id-dejn ma kibirx iżda ċkien. L-interessi dovuti ma telgħux, iżda niżlu b'mod sinjifikanti bejn l-2002 u l-2003.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-projbizzjoni milli tingħata l-għajnuna ta' EUR 800 000, awtorizzata fl-2003 fil-kuntest ta' programm ta' għajnuniet reġjonali approvat mill-Kummissjoni, tikser il-prinċipju ta' l-aspettativi leġittimi.

F'dan ir-rigward hija ssostni li ċ-ċħid tal-ħlas ta' l-għajnuna għandu l-istess effett negattiv fuq il-karta tal-bilanċ tal-profitti u t-telf ta' l-impriża bħal deċiżjoni ta' rkupru, bl-unika differenza li f'dan il-każ l-ebda ħlas ta' interessi ma huwa dovut.

L-għajnuna kienet approvata mill-Kummissjoni u Chupa Chups ma kellha l-ebda raġuni għalfej taħseb li ma kienitx intitolata għal dik l-għajnuna. Li kieku l-għajnuna reġjonali ma kienitx teżisti, id-deċiżjonijiet fuq l-investiment setgħu kienu differenti.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Settembru 2007 — EasyJet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-300/04) (1)

(2007/C 247/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Settembru 2007 — JAKO-O vs UASI — P.I. Fashion (JAKO-O)

(Kawża T-220/06) (1)

(2007/C 247/68)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/42


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2007 — Gering vs Europol

(Kawża F-68/07)

(2007/C 247/69)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Radolf Gering (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tal-5 ta' April, mibgħut fl-10 ta' April 2007, u safejn huwa meħtieġ, tannulla wkoll il-kuntratt ta' l-24 ta' April 2007 in kwantu jikkonċerna l-klassifikazzjoni;

tikkundanna lil Europol li:

prinċipalment: iħallas lir-rikorrent, mill-1 ta' Awwissu 2003, salarju konformi għall-grad 4.2 jew, jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra neċessarju, salarju konformi għall-grad 4.1;

sussidjarjament: iħallas lir-rikorrent, mill-1 ta' Awwisu 2004 salarju konformi għall-grad 4.6, mill-1 ta' Awwissu 2005 salarju konformi mal-grad 4.8, u mill-1 ta' Awwissu 2007 salarju konformi għall-grad 4.9;

tikkundanna lil Europol ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta prinċipalment id-deċiżjoni ta' Europol tal-5 ta' April 2007 u l-addendum għall-kuntratt ta' reklutaġġ tiegħu ta' l-24 ta' April 2007, peress li l-imsemmija atti ffissaw il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 4, skala 2, mill-1 ta' Diċembru 2004 u mhux mill-1 ta' Awwissu 2003, li hija d-data tar-reklutaġġ tiegħu.

Ir-rikorrent isostni li Europol kellu josserva l-prinċipju ta' trattament ugwali fir-remunerazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal tiegħu. Skond Europol, id-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fi grad superjuri mill-1 ta' Diċembru 2004, u mhux mill-1 ta' Awwissu 2003, hija ġġustifikata minħabba li kien biss minn din id-data li r-rikorrent beda jwettaq attivitajiet ta' livell simili għal dawk ta' kapijiet ta' unitajiet ikklassifikati fil-grad 4 u li jġorru magħhom responsabbiltajiet simili. Ir-rikorrent jikkontesta dan l-argument u jsostni li Europol ma kienx spjega kif id-dmirijiet u l-obbligi li huwa eżerċita fil-perijodu bejn l-1 ta' Awwissu 2003 u l-1 ta' Diċembru 2004 kienu differenti minn dawk ta' kapijiet ta' unitajiet oħra. Minbarra dan, Europol ma kienx stabbilixxa l-fatti u ċ-ċirkustanzi li juru li l-attivitajiet tar-rikorrent kienu inqas intensi u/jew kienu jinvolvu inqas responsabbiltà minn dawk ta' kapijiet ta' unitajiet oħra.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Lulju 2007 — Boudova et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-78/07)

(2007/C 247/70)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stanislava Boudova (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentant: M.-A.Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2006, ikkonfermata b'ittra tas-26 ta' Settemrbu 2006 tad-Direttur Ġenerali ta' l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE), li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tat-23 ta' Mejju 2006, għal:

reviżjoni ta' l-ikklassifikar tagħhom stabbilit fil-grad B*3 mid-deċiżjoni li tirreklutahom bħala uffiċjali taħt prova, u r-riklassifikazzjoni tagħhom fil-grad B*6, fid-data li fiha din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ,

rikostituzzjoni tal-karriera tagħhom, fuq din il-bażi, bejn id-data tad-dħul fis-servizz bħala uffiċjali taħt prova u d-data tad-deċiżjoni;o se tiġi adottata,

il-ħlas tad-differenza bejn ir-rimunerazzjoni li kien ikollohom dritt għaliha matul dan il-perijodu kieku kienu ġew ikklassifikati fil-grad B*6, u dak li kisbu minħabba l-ikklassifikar tagħhom fil-grad B*3;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li ġew impjegati mill-Kummissjoni bħala aġenti awżiljarji, qabel id-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Mejju 2004, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (1), bħala qarrejja tal-provi fi ħdan l-OPOCE, fid-dawl tat-tkabbir u fil-fatt li dawn l-impjiegi kienu se jiġu okkupati permezz ta' kompetizzjonijiet ġenerali.

Wara li għaddew minn kompetizzjonijiet ġenerali pubbliċi fil-grad B5/B4 qabel l-1 ta' Mejju sabiex jokkupaw dawn l-impjiegi, ir-rikorrenti ġew impjegati bħala uffiċjali taħt prova abbażi ta' listi ta' riżerva ppubblikati wara din id-data. Il-klassifikazzjoni tagħhom ġiet stabbilita fil-grad B*3, abbażi ta' l-Artikolu 12(3) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (Regolamenti).

Ir-rikorrenti jqisu li r-rikors huwa ammissibbli minkejja li ma ġiex ippreżentat fit-terminu preskritt għat-tressiq ta' l-ilment fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jikklassifikaw il-grad tagħhom, minħabba fatt sostantiv ġdid. Dan huwa d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta' Frar 2006, li tikklasifika mill-ġdid l-aġenti temporanji maħtura bħala uffiċjali, abbażi ta' kompetizzjonijiet esterni, wara l-1 ta' Mejju 2004, fil-grad li kienu jkunu ġew ikklassifikati fih li kieku ġew impjegati bħala uffiċjali qabel din id-data.

Ir-rikorrenti jħossuhom iddiskriminati mill-ikklassifikar mill-ġdid ta' dawn l-uffiċjali tal-Parlament u jikkunsidraw li għandhom jibbenefikaw mill-istess trattament, inkwantu huma jsostnu li fil-fatt kienu ġew impjegati bħala aġenti temporanji u mhux awżiljari. Fil-fatt, skond huma, il-kuntratti tagħhom kienu jaqgħu taħt l-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra (KIIO) u mhux l-Artikolu 3a ta' dawn il-kondizzjonijiet, billi huma kellhom jimlew impjiegi provviżorjament battala u mhux jieħdu post uffiċjali jew aġenti temporanji li provviżorjament ma jistgħux iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Sussidjarjament, ir-rikorrenti jsostnu li anki kieku ġew impjegati bħala aġenti awżiljarji, is-sitwazzjoni tagħhom f'kull każ kienet tkun analoga għal dik ta' l-aġenti temporanji.

In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikoli 5(3) u (4), u 12(3) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti, interpretati fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali. B'mod partikolari, l-Artikolu 5(4) ta' l-Anness XIII tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens illi huwa applikabbli għall-aġenti temporanji maħtura bħala uffiċjali abbażi ta' kompetizzjoni esterna, li ma jippermettix li l-klassifikazzjoni fi grad ta' din il-kategorija tiġi stabbilita abbażi ta' l-Artikolu 12(3) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/43


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 — Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-81/07)

(2007/C 247/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 għall-proċedura ta' promozzjoni ta' l-2006.

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li, skond ir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw il-promozzjoni, iż-żmien medju li wieħed jgħaddi fil-grad AD 11 huwa ta' erba' snin. F'dan il-grad sa mill-1 ta' April 2001, ir-rikorrenti laħqet il-livell ta' referenza sabiex tiġi promossa fil-grad AD 12 għall-proċedura ta' promozzjoni ta' l-2006. Barra minn hekk, il-Kumitat ta' Promozzjoni inkluda isimha fil-lista ta' uffiċjali rrakkomandati għal promozzjoni għall-grad imsemmi fis-sena tal-proċedura in kwistjoni.

Skond ir-rikorrenti, l-Awtorità tal-Ħatra ma pprovdiet l-ebda element li jiġġustifika r-rifjut tal-promozzjoni tagħha u għaldaqstant kisret l-obbligu ta' motivazzjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tibbaża ruħha fuq id-deċiżjoni, li hija suġġett tal-kawża F-44/07 (1), li r-rikorrenti tiġi attribwita biss punt wieħed ta' mertu. Ir-rikorrenti tinvoka fl-aħħar nett il-ksur ta' l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007, p. 45.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/44


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/07)

(2007/C 247/72)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni (aktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), kif ifformulata, li biha ġiet miċħuda, mill-konvenuta, it-talba tar-rikorrent ta' l-10 ta' Lulju 2006, li huwa ressaq lill-Awtorità tal-Ħatra sabiex jikseb kumpens, f'forma speċifika jew ekwivalenti, għad-dannu kkawżat lilu minn fatti, atti u aġir illegali, u b'mod partikolari minn abbuż psikoloġiku, li saru minn rappreżentanti tal-konvenuta waqt l-assenjazzjoni tar-rikorrent mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Angola (aktar 'il quddiem id-“dannu in kwistjoni”);

tannulla, safejn ikun meħtieġ, in-nota tad-9 ta' Ottubru 2006, Protokoll PMO.3/MLP/mc D(2006) 9277;

tannulla, safejn ikun meħtieġ, in-nota tat-23 ta' April 2007, Referenza ADMINB.2/MB/ade D(2007) 8725, li biha ġie miċħud l-ilment magħmul mir-rikorrent fis-27 ta' Diċembru 2006 kontra d-deċiżjoni kkontestata u n-nota tad-9 ta' Ottubru 2006;

tannulla, sakemm ikun raġonevoli, in-nota tas-27 ta' Settembru 2005, Referenza ADMIN/IDOC/GC/eh D(2005) 22005;

tiżgura li l-atti, il-fatti u l-aġir indikati fit-talba ta' l-10 ta' Lulju 2006 tar-rikorrenti huma awtentiċi, bil-konsegwenti, safejn ikun meħtieġ u wkoll b'mod inċidentali, dikjarazzjoni ta' illegalità ta' l-istess, kif ukoll, subordinatament, tikkundanna lill-konvenuta li tagħmel stħarriġ mingħajr dewmien;

tikkundanna lill-konvenuta tibgħat lir-rikorrent, mingħajr dewmien u bil-miktub, ir-riżultati ta' l-imsemmi stħarriġ u tippubblika dawn ir-riżultati kif jixraq kif ukoll li tiggarantixxi l-aċċess għall-pubbliku;

tikkundanna lill-konvenuta teqred, mingħajr iżjed dewmien, l-oriġinali u l-kopji kollha tan-nota ta' arkivju ta' l-14 ta' Awwissu 2001, intitolata “Conduite professionnelle de M. Luigi Marcuccio, conseiller économique à la délégation en Angola”, u tinnotifika lir-rikorrent b'dan bil-miktub;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 1 520,000, jew dik is-somma akbar jew iżgħar li t-Tribunal jiddeċiedi li hija ġusta u ekwa, bħala kumpens, sad-data tal-lum, għal dik il-parti tad-dannu in kwistjoni diġà kkawżata lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, għal kull ġurnata bejn għada u bejn dik meta, jintlaqgħu t-talbiet kollha ta' dan ir-rikors u d-deċiżjonijiet relattivi jkunu mingħajr eċċezzjoni implementati, is-somma ta' EUR 1 000, jew dik is-somma akbar jew iżgħar li t-Tribunal jiddeċiedi li hija ġusta u ekwa, somma li għandha titħallas fl-ewwel ġurnata ta' kull xahar fir-rigward tad-drittijiet li jkunu mmaturaw fix-xahar preċedenti, bħala kumpens għal dik il-parti tad-dannu in kwistjoni li ssir fit-terminu ta' żmien bejn għada u l-ġurnata ta' implementazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-argumenti tiegħu, ir-rikorrent iressaq it-tliet motivi li ġejjin: 1) nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas ta' loġika, nuqqas ta' kongruenza, nuqqas ta' raġuni, konfużjoni u argumenti mhux konvinċenti tar-raġunijiet mogħtija mill-konvenuta; 2) ksur ta' liġi li għandu natura gravi, ovvju u manifest; 3) ksur ta' l-obbligu ta' premura u ta' amminstrazzjoni tajba.


20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/45


Rikors ippreżentat fil-31 ta'Awwissu 2007 –Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/07)

(2007/C 247/73)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-nota tat-18 ta' Diċembru 2006, prot. ADMIN.B.2 MB/hm (2006) 29517;

tannulla d-deċiżjoni li biha ġiet miċħuda, min-naħa tal-konvenuta, l-applikazzjoni tar-rikorrent, tat-2 ta' Awwissu 2006, li kien għamel ma' l-Awtorità bis-Setgħa tal-Ħatra sabiex jingħata, minn naħa waħda, il-ħlas lura ta' dik il-parti li tħalset sa dik id-data tad-dannu soffert mir-rikorrent u kkawżat minn atti, fatti u aġir illegali li jirrigwardaw tliet ċertifikati mediċi ppreżentati mir-rikorrent fis-sajf ta' l-2001 (iktar 'il quddiem id-“dannu in kwistoni”), u, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni abbażi ta' l-Artikolu 19 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej sabiex fil-kawża li r-rikorrenti bi ħsiebu jressaq, huwa jixhed fuq l-atti, il-fatti u l-aġir imsemmija iktar 'il fuq, kif ukoll sabiex jippreżenta nota ta' l-14 ta' Awwissu 2001 quddiem il-Qrati kompetenti;

tannulla, jekk ikun il-każ, in-nota tas-27 ta' April 2007, rif. ADMIN.B.2/MB/ade D(07) 9132, li biha ġie miċħud l-ilment tat-12 ta' Jannar 2007 magħmul mir-rikorrent kontra ċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni tat-2 ta' Awwissu 2006;

tikkonstata l-atti, il-fatti u l-aġir imsemmija mir-rikorrent fl-applikazzjoni tat-2 ta' Awwissu 2006, kif ukoll, b'mod inċidentali, tiddikjara l-illegalità tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 100 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li l-Qorti tal-Prim'Istanza tqis ġusta u ekwa, bħala riżarċiment ta' dik il-parti mid-dannu in kwistjoni li diġà seħħ sa llum;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, għal kull ġurnata li tgħaddi bejn għada u l-jum li fih, wara li jinstemgħu it-talbiet kollha ta' din il-kawża, u d-deċiżjoniiet kollha jiġu eżegwiti bla ebda eċċezzjoni, is-somma ta' EUR 20, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li l-Qorti tal-Prim'Istanza tqis ġusta u ekwa, li titħallas fl-ewwel jum ta' kull xahar b'relazzjoni ma' l-ammont dovut fix-xahar ta' qabel, bħala riżarċiment għal dik il-parti mid-dannu in kwistjoni li seħħ fit-terminu taż-żmien bejn għada u d-data ta' l-eżekuzzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-argumenti tiegħu, ir-rikorrent jinvoka t-tliet motivi segwenti: 1) nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas ta' loġika, nuqqas ta' kongruwenza, nuqqas ta' raġonevolezza, konfużjoni u pretestwożità tar-raġunijiet adottati mill-konvenuta; 2) ksur gravi, ċar u manifest tal-liġi; 3) ksur tad-dmir ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba.


Rettifikazzjonijiet

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/46


Rettifika tal-Komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-263/07

( “Il-Ġurnal Uffiċjali ta' Unjoni Ewropea” C 223 tat-22 ta' Settembru 2007, p. 12 )

(2007/C 247/74)

Il-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-263/07, L-Estonja vs Il-Kummissjoni, għandha tinqara kif ġej:

“Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2007 — L-Estonja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-263/07)

(2007/C 223/17)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' l-Estonja (rappreżentant: Lembit Uibo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-4 ta' Mejju 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjonijiet tal-gassijiet serra, innotifikat mill-Kummissjoni skond id-direttiva tal-Parlament Ewropew (1) u tal-Kunsill 2003/87/KE

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjonijiet tal-gassijiet serra, innotifikat mill-Estonja skond id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, għandha tiġi annullata għal dawn ir-raġunijiet:

ksur ta' l-Artikolu 9 (1) u (3) u ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/87/KE kif ukoll eċċess ta' setgħa li ġejja mill-istess;

żball manifest ta' evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-informazzjoni t-tajba aċċessibbli għaliha, iżda bbażat ruħha fuq preżupposti żbaljati li direttament u essenzjalment influwixxew fuq l-eżitu miksub bid-deċiżjoni kontroversa kif ukoll fuq id-definizzjoni ġenerali tal-kwoti ta' emissjoni;

ksur ta' l-Artikolu 175(2)(d) KE peress li l-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza li tadotta miżuri li essenzjalment jinfluwenzaw l-għażla ta' l-Istati Membri minn fost il-varji sorsi ta' enerġija kif ukoll l-istruttura ġenerali tagħhom ta' provvista enerġetika;

ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba peress li l-Kummissjoni ma adottatx id-deċiżjoni billi evalwat iċ-ċirkustanzi kollha ta' fatt u potenzjali tas-sitwazzjonijiet waħedhom, u lanqas ma vverifikat jekk kinux għal kollox veri l-preżupposti li jistgħu jintużaw fl-adozzjoni tad-deċiżjoni;

ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni.


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE tal-Kunsill (ĠU L 245 tal-25 ta' Ottubru 2003, p. 32).”