ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
29 ta' Settembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 229/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4832 — PENSKE/GM/JV) ( 1 )

1

2007/C 229/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4540 — NESTLE`/NOVARTIS (Medical nutrition business)) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 229/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

2

2007/C 229/04

Avviż tal-Kummissjoni rigward id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Komunità, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 229/05

I-Ruma: Esercizio di servizi aerei di linea — Sejħa għall-offerti maħruġa mill-Italja skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 għall-ġestjoni ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Cuneo Levaldigi u Ruma Fiumicino u viċivers

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 229/06

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja

9

2007/C 229/07

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 229/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4825 — SFR/Somart/Débitel France) ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4832 — PENSKE/GM/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 229/01)

Fit-3 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4832. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4540 — NESTLE`/NOVARTIS (Medical nutrition business))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 229/02)

Fid-29 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4540. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/2


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-28 ta' Settembru 2007

(2007/C 229/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4179

JPY

Yen Ġappuniż

163,55

DKK

Krona Daniża

7,4544

GBP

Lira Sterlina

0,69680

SEK

Krona Żvediża

9,2147

CHF

Frank Żvizzeru

1,6601

ISK

Krona Iżlandiża

87,87

NOK

Krona Norveġiża

7,7185

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

27,532

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

250,69

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7038

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7730

RON

Leu Rumen

3,3441

SKK

Krona Slovakka

33,877

TRY

Lira Turka

1,7159

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6073

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4122

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0055

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8737

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1066

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 297,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7562

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6429

HRK

Kuna Kroata

7,2773

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 966,70

MYR

Ringgit Malażjan

4,8315

PHP

Peso Filippin

63,841

RUB

Rouble Russu

35,3490

THB

Baht Tajlandiż

45,063


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/3


Avviż tal-Kummissjoni rigward id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Komunità, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża

(2007/C 229/04)

Bl-iskop li tinħoloq akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fost il-Komunità, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża, il-Komunità u l-pajjiżi kkonċernati għandhom jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, bir-regoli ta' oriġini fis-seħħ mal-pajjiżi l-oħra.

Ibbażata fuq in-notifiki miksuba mill-pajjiżi kkonċernati, it-tabella mehmuża tagħti viżjoni ġenerali tal-protokolli tar-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali li tispeċifika d-data li minnha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tidħol minflok dik ta' qabilha (ĠU C 92, 27.4.2007).

Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni tista' tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta' oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba ta' l-istatus ta' l-oriġini, i.e. mal-pajjiżi kollha li minnhom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjal li joriġina mill-pajjiż li ma jkunx għadu kkonkluda ftehim mal-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandu jiġi ttrattat bħala mhux ta' l-oriġini. Eżempji speċifiċi huma mogħtija fin-Noti ta' Spjegazzjoni rigward il-protokolli pan Ewromediterranji dwar ir-regoli ta' l-oriġini (1).

Huwa mfakkar ukoll li:

l-Iżvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali;

fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea, li hija magħmula mill-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, id-data ta' applikazzjoni hija 1 ta' Novembru 2005.

Il-Kodiċi ISO-Alpha-2 għall-pajjiż elenkat fit-tabella huwa mogħti hawnhekk.

l-Alġerija

DZ

l-Eġittu

EG

il-Gżejjer Faroe

FO

l-Iżlanda

IS

Iżrael

IL

il-Ġordan

JO

il-Libanu

LB

il-Liechtenstein

LI

il-Marokk

MA

in-Norveġja

NO

l-Iżvizzera

CH

is-Sirja

SY

it-Tuneżija

TN

it-Turkija

TR

ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża

PS


Data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini għall-akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan Ewromediterranja

 

EU

DZ

CH

(EFTA)

EG

FO

IL

IS

(EFTA)

JO

LB

LI

(EFTA)

MA

NO

(EFTA)

PS

SY

TN

TR

EU

 

 

1.1.2006

1.3.2006

1.12.2005

1.1.2006

1.1.2006

1.7.2006

 

1.1.2006

1.12.2005

1.1.2006

 

 

1.8.2006

 (2)

DZ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CH (EFTA)

1.1.2006

 

 

1.8.2007

1.1.2006

1.7.2005

1.8.2005

17.7.2007

1.1.2007

 

1.3.2005

1.8.2005

 

 

1.6.2005

 

EG

1.3.2006

 

1.8.2007

 

 

 

1.8.2007

6.7.2006

 

1.8.2007

6.7.2006

1.8.2007

 

 

6.7.2006

1.3.2007

FO

1.12.2005

 

1.1.2006

 

 

 

1.11.2005

 

 

1.1.2006

 

1.12.2005

 

 

 

 

IL

1.1.2006

 

1.7.2005

 

 

 

1.7.2005

9.2.2006

 

1.7.2005

 

1.7.2005

 

 

 

1.3.2006

IS (EFTA)

1.1.2006

 

1.8.2005

1.8.2007

1.11.2005

1.7.2005

 

17.7.2007

1.1.2007

1.8.2005

1.3.2005

1.8.2005

 

 

1.3.2006

 

JO

1.7.2006

 

17.7.2007

6.7.2006

 

9.2.2006

17.7.2007

 

 

17.7.2007

6.7.2006

17.7.2007

 

 

6.7.2006

 

LB

 

 

1.1.2007

 

 

 

1.1.2007

 

 

1.1.2007

 

1.1.2007

 

 

 

 

LI (EFTA)

1.1.2006

 

 

1.8.2007

1.1.2006

1.7.2005

1.8.2005

17.7.2007

1.1.2007

 

1.3.2005

1.8.2005

 

 

1.6.2005

 

MA

1.12.2005

 

1.3.2005

6.7.2006

 

 

1.3.2005

6.7.2006

 

1.3.2005

 

1.3.2005

 

 

6.7.2006

1.1.2006

NO (EFTA)

1.1.2006

 

1.8.2005

1.8.2007

1.12.2005

1.7.2005

1.8.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.8.2005

1.3.2005

 

 

 

1.8.2005

 

PS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SY

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TN

1.8.2006

 

1.6.2005

6.7.2006

 

 

1.3.2006

6.7.2006

 

1.6.2005

6.7.2006

1.8.2005

 

 

 

1.7.2005

TR

 (2)

 

 

1.3.2007

 

1.3.2006

 

 

 

 

1.1.2006

 

 

 

1.7.2005

 


(1)  ĠU C 83, 17.4.2007, p. 1.

(2)  Għal prodotti koperti mill-unjoni doganali bejn il-KE u t-Turkija, id-data ta' l-applikazzjoni hija s-27 ta' Lulju 2006.

Għall-prodotti agrikoli, id-data ta' l-applikazzjoni hija l-1 ta' Jannar 2007.

Għall-prodotti tal-faħam u l-azzar, l-akkumulazzjoni djagonali għadha mhijiex applikabbli.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/5


I-Ruma: Esercizio di servizi aerei di linea

Sejħa għall-offerti maħruġa mill-Italja skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 għall-ġestjoni ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Cuneo Levaldigi u Ruma Fiumicino u viċivers

(2007/C 229/05)

Premessa

Il-Gvern Taljan (Ministeru tat-Trasport), skond l-Artikolu 4 tar-Regolament KEE Nru 2408/92 u f'konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fil-konferenza tas-servizzi li saret fi ħdan ir-reġjun tal-Pjemonte, approva din is-sejħa għall-offerti għall-għoti ta' konċessjoni tas-servizz ta' trasport bl-ajru skedat bejn:Cuneo- Ruma Fiumicino u viċiversa.

L-istandards mitluba mill-impożizzjoni ta' dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 228 tat-28.9.2007.

Jekk fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta' l-obbligi msemmija hawn fuq, ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun ressaq applikazzjoni biex jibda servizzi bl-ajru skedati fuq ir-rotta msemmija hawn fuq, skond l-obbligi imposti u mingħajr ma jintalab kumpens finanzjarju, il-Gvern Taljan (Ministeru tat-Trasport), fl-ambitu tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament Nru 2408/92, iddeċieda li jillimita l-aċċess għal trasportatur ta' l-ajru uniku li jintgħażel permezz ta' sejħa għall-offerti sabiex jipprovdi servizz bl-ajru kkonċernat skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-istess Regolament.

Dispożizzjonijiet ġenerali

Din is-sejħa għall-offerti tiddefinixxi s-suġġett tas-sejħa, il-modalitajiet għall-parteċipazzjoni fis-sejħa, ir-regoli dwar it-tul ta' żmien, il-modifika u l-iskadenza tal-kuntratt, il-penali f'każ ta' nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet preskritti u l-garanziji li jakkumpanjaw l-offerta u l-eżekuzzjoni tal-ftehim.

Id-dritt għall-operar tas-servizz fuq ir-rotta kkonċernata jingħata permezz ta' sejħa pubblika fuq il-bażi ta' l-offerta l-aktar vantaġġuża mil-lat ekonomiku billi jitqies l-ammont tal-kumpens finanzjarju stabbilit fil-paragrafu 6 ta' din is-sejħa.

1.   Suġġett tas-sejħa: L-operar ta' servizzi bl-ajru skedati fuq ir-rotta Cuneo Levaldigi – Ruma Fiumicino u viċiversa, li dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew imposti u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali Ewropew Nru C 228 tat-28.9.2007, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament KEE Nru 2408/92.

2.   Parteċipazzjoni: It-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji kollha, hekk kif huma definiti mill-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 2408/92 jistgħu jressqu applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fis-sejħa. Dawn għandhom ikollhom ir-rekwiżiti li ġejjin:

rekwiżiti ġenerali:

1.

ma jkunux fi stat ta' falliment jew likwidazzjoni mandatorja, fi ftehim preventiv mal-kredituri jew jinsabu fi proċedimenti ta' din in-natura;

2.

ma jkunux ġew ikkundannati għal projbizzjoni skond l-Artikolu 9(2) tad-decreto legislativo Nru 231/2001 jew kwalunkwe kundanna oħra li tinvolvi projbizzjoni li jinnegozjaw ma' Amministrazzjoni Pubblika;

3.

ikunu onoraw il-kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali relatati mar-relazzjonijiet tax-xogħol

4.

ma jkunux għamlu dikjarazzjonijiet foloz fir-rigward tal-kundizzjonijiet rilevanti għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta' sejħa oħrajn għall-operar ta' servizzi bl-ajru skedati skond l-obbligi ta' servizz pubbliku;

Bil-għan li jiġi ppruvat li huwa jissodisfa r-rekwiżiti msemmija hawn fuq, l-applikant għandu jiċċertifika l-qagħda tiegħu fil-konfront tal-punt 3 b'ċertifikat li jixhed il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet maħruġ mill-INPS jew mill-INAIL u biċ-ċertifikazzjoni prevista mill-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 68 tat-12 ta' Marzu dwar “Norme per il diritto al lavoro dei disabili” (Regoli rigward id-dritt ta' xogħol għal persuni b'diżabilità); għall-punti 1, 2 u 4 b'dikjarazzjoni ekwivalenti għal ċertifikat (dichiarazione sostitutiva di certificazione) skond l-Artikoli 46 u 47 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 445 tat-28 ta' Diċembru 2000.

Iċ-ċertifikati u l-attestati ta' l-applikanti ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li mhuwiex l-Italja għandhom jinħarġu mill-Amministrazzjonijiet u Organi tal-pajjiż ta' l-oriġini, flimkien ma' traduzzjoni fil-lingwa Taljana awtentikata mill-awtorità konsolari Taljana li tiċċertifika l-konformità ma' l-oriġinal.

Rekwiżiti tekniċi

1.

liċenzja tat-tħaddim maħruġa skond ir-Regolament KEE Nru 2407/92;

2.

assigurazzjoni obbligatorja f'każ ta' inċidenti, partikolarment rigward passiġġieri, bagalji, tagħbija ta' merkanzija u terzi skond ir-Regolament KEE Nru 785/04 wkoll;

3.

ċertifikat ta' l-operatur bl-ajru (AOC) konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

4.

ma jkunux imniżżla fl-hekk imsejħa “black list” dwar il-kumpaniji ta' l-ajru li ma jissodisfawx l-istandards ta' sikurezza Ewropea, hekk kif hi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet: http://ec.europa.eu/transport/air-ban;

5.

disponibilità ta' sistema ta' kontabilità analitika li jkun possibbli t-tqassim ta' l-ispejjeż relatati (inklużi l-ispejjeż fissi u d-dħul).

Fil-każ li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma jibqgħux ikunu sodisfatti f'mument wara li titressaq l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fis-sejħa, it-trasportaturi konkorrenti se jkunu awtomatikament esklużi mill-valutazzjoni ta' l-offerti.

Fil-każ li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma jibqgħux ikunu sodisfatti f'mument wara l-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 5, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 14 u tas-subparagrafu ta' qabel ta' l-aħħar tal-paragrafu 15 ta' din is-sejħa għall-offerti.

3.   Proċedura: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2408/1992.

4.   Speċifikazzjonijiet ta' l-offerta: Il-fajl ta' l-offerta komplut li fih ir-regoli speċifiċi applikabbli għas-sejħa, il-limitu ta' żmien tal-validità tas-sejħa u kull informazzjoni oħra meqjusa utli, jikkostitwixxi, fil-każijiet kollha, parti integranti ta' din is-sejħa għall-offerti flimkien mal-mudell ta' ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 u jista' jintalab bla ħlas lil dan l-indirizz: ENAC, Direzione Trasporto Aereo, viale del Castro Pretorio, n. 118, I-00185 Roma jew bil-posta elettronika lil dan l-indirizz: trasporto.aereo@enac.rupa.it.

5.   Ftehim li jirregola l-eżerċizzju tas-servizz: Is-servizz għandu jkun irregolat minn ftehim bejn it-trasportatur u l-ENAC, imfassal skond mudell li jagħmel parti mid-dossier ta' l-offerta.

6.   Kumpens finanzjarju: L-ammont massimu tal-kumpens finanzjarju li għandu jintuża bħala bażi għas-sejħa għall-għoti tas-servizz tat-trasport bl-ajru għar-rotta kkonċernata, jammonta għal EUR 150 000.00 (miljun mija u ħamsin elf) VAT inkluża, fis-sena.

L-offerti, imfassla skond il-modalitajiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta, għandhom jindikaw espliċitament, fil-parti tal-formola dwar l-offerta ekonomika bi tqassim annwali, l-ammont massimu meħtieġ bħala kumpens, fil-limitu msemmi hawn fuq, għall-operar tas-servizz ikkonċernat.

L-ammont eżatt tal-kumpens għandu jiġi ddeterminat retroattivament kull sena, abbażi ta' l-ispejjeż effettivament imġarrba u d-dħul effettivament iġġenerat mis-servizz, bil-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn u fil-limitu massimu ta' l-ammont indikat fl-offerta, skond l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta.

F'kull każ it-trasportatur ta' l-ajru ma jistax jitlob bħala kumpens finanzjarju somma ogħla mil-limitu massimu stabbilit mill-ftehim, minħabba n-natura tal-pagament li ma jikkostitwixxix kunsiderazzjoni iżda kumpens għall-provvista ta' servizz suġġett għal obbligu ta' servizz pubbliku.

Il-pagamenti annwali għandhom isiru bin-nifs u b'kalkolu tal-bilanċ finali, skond l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta, bla ħsara għal kwalunkwe kontroll possibbli mill-ENAC bil-għan li jivverifika d-destinazzjoni effettiva tal-kumpens mogħti u li r-rekwiżiti meħtieġa jibqgħu sodisfatti mit-trasportatur ta' l-ajru benefiċjarju. Il-bilanċ finali għandu jitħallas wara r-riżultati tal-verifika tal-kontabilità analitika mressqa mit-trasportatur għar-rotta kkonċernata u l-verifika tal-konformità tas-servizzi mwettqa u dawk miftiehma.

7.   Tariffi: L-offerti mressqa għandhom jispeċifikaw it-tariffi previsti, skond kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar l-impożizzjoni ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, serje C Nru 228 tat-28.9.2007.

8.   Ftuħ tar-rotta: Ir-rotta għandha tinfetaħ sa mhux aktar tard minn 15-il (ħmistax-il) jum mid-data li fiha ġie konkluż il-ftehim u dan il-ftuħ għandu jiġi ċċertifikat permezz ta' rapport ta' bidu tas-servizz, iffirmat mit-trasportatur li ntgħażel u mill-ENAC.

9.   Tul ta' żmien tal-ftehim: Il-Ftehim huwa validu għal sentejn li jiddekorru mill-ftuħ effettiv tas-servizz bl-ajru skedat fuq ir-rotta kkonċernata.

It-trasportatur jintrabat li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-ENAC il-persunal, id-dokumentazzjoni teknika u kontabbli, l-apparat u dak kollu li jista' jkun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq ta' l-attività ta' sorveljanza u kontroll ta' l-eżekuzzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, tad-digriet ta' impożizzjoni, ta' din is-sejħa, tal-ftehim u ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta.

In-nuqqas ta' qadi ta' l-obbligi msemmija fis-subparagrafu preċedenti jwassal għal ksur li jista' jiġi sanzjonat skond kif previst mill-paragrafu 11 li jmiss ta' din is-sejħa.

10.   Kanċellazzjoni tal-ftehim: Kull waħda mill-partijiet tista' tikkanċella l-ftehim qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn 6 (sitt) xhur qabel mingħajr obbligi ta' kumpens jew indennizzi jew madankollu mhux qabel 12-il (tnax-il) xahar mill-ftuħ tas-servizz.

Jekk it-trasportatur jonqos milli jikkonforma ma' l-obbligu ta' servizz pubbiku, jitqies li jkun temm il-ftehim mingħajr avviż minn qabel jekk l-istess trasportatur ma jkunx beda jopera mill-ġdid is-servizz, li jkun ġie intimat mingħand l-ENAC biex jaqdi bis-sħiħ l-obbligi meħuda, sa mhux aktar tard minn 30 (tletin) jum minn meta jkun irċieva l-intimazzjoni msemmija.

F'każ ta' terminazzjoni tal-ftehim min-naħa tat-trasportatur, l-ENAC tirriżerva d-dritt li tagħmel il-valutazzjonijiet xierqa bil-għan li tipproponi lill-Ministeru tat-Trasport il-konklużjoni ta' ftehim ġdid mat-trasportatur ikklassifikat fil-lista f'pożizzjoni li jmiss. Il-kundizzjonijiet ta' l-operar tas-servizz ikkonċernat kif ukoll il-kumpens, proporzjonalment dovut, għandhom ikunu dawk stabbiliti qabel ma ngħata l-obbligu ta' servizz pubbliku.

11.   Nuqqas ta' konformità u penali: L-interruzzjoni tas-servizzi minħabba r-raġunjiet li ġejjin ma tikkostitwixxix ksur ta' l-obbligi li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur:

kundizzjonijiet meteoroloġiċi perikolużi;

għeluq ta' wieħed mill-ajruporti indikati fil-programm operattiv;

problemi ta' sikurezza;

azzjoni industrijali;

każijiet ta' forza maġġuri;

L-interruzzjoni tas-servizz għal dawn ir-raġunijiet twassal għat-tnaqqis ta' l-ammont tal-kumpens proporzjonali għat-titjiriet li ma sarux.

F'każ ta' nuqqas ta' osservanza ta' l-operar tas-servizz u ta' l-obbligi meħuda fil-ftehim, l-ENAC għandha d-dritt li timponi penali lit-trasportatur, li jogħlew skond l-għadd ta' vjolazzjonijiet li seħħu, li l-modalitajiet tagħhom se jkunu deskritti bis-sħiħ fil-mudell tal-ftehim.

Madankollu, l-ammont tal-penali ma jistax ikun ogħla mill-50% ta' l-ammont massimu previst li jintuża bħala bażi għas-sejħa għall-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 6, bil-kundizzjoni li, f'każ li dan il-limitu jinqabeż, l-ENAC ikollha d-dritt li tirrexindi l-ftehim minħabba nuqqas ta' osservanza, b'effett ta' revoka immedjata tal-kumpensi li għad iridu jitħallsu.

L-għadd ta' titjiriet ikkanċellati għal raġunjiet li għalihom ikun direttament responsabbli t-trasportatur ma għandux ikun ogħla, għal kull sena, minn 2% ta' l-għadd ta' titjiriet ippjanati.

F'każ li dan il-limitu jinqabeż, it-trasportatur għandu jħallas lill-ENAC penali li tammonta għal EUR 3 000.00 (tlett elef) għal kull kanċellazzjoni li taqbeż il-limitu msemmsi tat-2%, wara kontestazzjoni formali mibgħuta lit-trasportatur fl-għaxart ijiem sussegwenti għal meta l-ENAC tkun saret taf bil-kwistjoni. Lit-trasportatur jingħatalu terminu ta' mhux iktar minn sebat ijiem biex jiġġustifika ruħu.

Barra minn hekk, l-ENAC se tirrevedi l-ammont tal-kumpens finanzjarju b'mod proporzjonali għat-titjiriet li saru. Is-somom irċevuti f'dan ir-rigward se jkunu allokati għall-kontinwità territorjali tal-belt ta' Cuneo.

Il-penali minħabba n-nuqqas ta' osservanza ta' l-avviż minn qabel imsemmi fil-paragrafu 10 hija kkalkolata skond il-kumpens annwali u tal-perjodu li fih ma ngħatax l-avviż minn qabel li jibda mill-interruzzjoni tas-servizz ikkonċernat, fit-termini previsti ta' l-istess paragrafu 10, permezz ta' l-applikazzjoni tal-formula li ġejja:

Fejn

P= penali

CA= kumpens annwali

GG= jiem tas-sena eżaminata (365 jew 366)

gg= jiem li fihom ma ngħatax l-avviż minn qabel

Il-penali msemmijin f'dan l-artikolu jistgħu jkunu kkombinati ma' dawk previsti fl-ambitu tas-sistema ta' penali minn regolamenti Komunitarji u dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali.

12.   Garanziji li jakkumpanjaw l-offerta: Bil-għan li tiġi żgurata s-serjetà u l-affidabilità ta' l-offerta, it-trasportatur li jipparteċipa f'din is-sejħa għandu jippreżenta garanzija xierqa li tammonta għal 2% ta' l-ammont massimu għall-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 6, permezz ta' garanzija bankarja jew assigurattiva f'forma ta' depożitu jew b'garanti, skond l-għażla ta' l-offerent.

Il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tal-garanzija msemmija hawn fuq se jkunu stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta u eventwalment b'referenza għalihom fil-ftehim.

Il-garanzija għandha tkun valida għal talanqas 180 (mija u tmenin) jum mid-data ta' skadenza tat-tressiq ta' l-offerti, bit-trasportatur jintrabat li jġedded il-garanzija f'każ li l-kuntratt ma jkunx għadu ngħata sa l-iskadenza, fuq talba ta' l-ENAC matul l-istess proċedura.

L-ENAC, meta tgħarraf lit-trasportaturi li ma ntgħażlux fil-proċedura ta' l-għoti, għandha simultanjament teħlishom mill-garanzija tagħhom.

13.   Garanziji ta' eżekuzzjoni u kopeturi ta' l-assigurazzjoni: It-trasportatur li jingħatalu l-kuntratt ta' operar tas-servizzi bl-ajru kkonċernati msemmijin f'din is-sejħa huwa obbligat li joħloq garanzija bankarja jew assigurattiva b'garanti li tammonta għal EUR 500 000.00 (ħames mitt elf) favur l-ENAC li tirriżerva d-dritt li tużaha biex tiggarantixxi t-tkomplija tas-servizz ikkonċernat.

Ir-rilaxx għandu jkun awtomatiku, mingħajr ħtieġa ta' approvazzjoni mill-ENAC, u bil-kundizzjoni li r-riżultati tal-verifika msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 6 preċedenti jkunu pożittivi.

14.   Telf u revoka tal-kumpens finanzjarju: It-telf fi kwalunkwe mument wara l-Ftehim tar-rekwiżiti ġenerali u tekniċi msemmijin fil-paragrafu 2 ta' din is-sejħa kif ukoll dawk previsti mill-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta jwassal għat-telf ta' l-għoti tar-rotta, ir-revoka tal-benefiċċju tal-kumpens finanzjarju u l-irkupru ta' rati eventwali mħallsa u mhux dovuti, biż-żieda ta' l-interessi statutorji.

Sussegwentement għat-telf ta' l-għoti tar-rotta, l-ENAC tista' tkun awtorizzata mill-Ministeru tat-Trasport li tiffirma ftehim ġdid għall-bqija tal-perjodu ta' servizz bl-ajru skedat mat-trasportatur konkorrenti kklassifikat fil-pożizzjoni li jmiss fil-lista finali tas-sejħa.

F'dak il-każ, it-tul ta' żmien tal-ftehim jiddekorri mid-data li fiha jibda s-servizz u jintemm fid-data ta' skadenza prevista fil-ftehim rexiss u b'osservanza tal-pjan operattiva approvat waqt il-valutazzjoni ta' l-offerta mressqa mit-trasportatur li ntgħażel.

15.   Rexissjoni tal-Ftehim: F'każ ta' nuqqas ta' konformità min-naħa tat-trasportatur lejn dak previst mill-Komunikazzjoni ta' l-impożizzjoni ppubblikata fil-ĠUUE C 228 tat-28.9.2007, id-digriet ta' l-impożizzjoni, il-ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' din is-sejħa u dawk ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta, l-ENAC, permezz ta' avviż bil-miktub, tkun tista' tagħti lit-trasportatur, skond l-Artikolu 1454 tal-Kodiċi Ċivili, terminu ta' 15-il (ħmistax-il) jum mid-data li fiha jkun irċieva l-avviż imsemmi biex jikkonforma.

Jekk it-trasportatur ma jkunx għadu kkonforma sa dak it-terminu ta' żmien, l-ENAC għandha l-fakultà li tqis il-ftehim bħala ġuridikament rexiss u żżomm definittivament l-ammont indikat fil-garanzija msemmija fil-paragrafu 13 kif ukoll titlob kumpens għad-danni mġarrba mit-trasportatur.

Barra minn hekk, f'każ ta' ksur ta' l-obbligi u s-servizz operati mit-trasportatur fir-rigward ta' dak previst fil-ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' din is-sejħa u dawk ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta, l-ENAC, skond l-Artikolu 1456 tal-Kodiċi Ċivili għandha d-dritt li tirrexindi l-ftehim, wara notifika bil-miktub lit-trasportatur.

F'każ li l-ftehim jiġi rexiss, l-ENAC tista' tkun awtorizzata mill-Ministeru tat-Trasport biex tikkonsulta l-lista biex tiffirma ftehim ġdid għall-bqija ta' perjodu ta' servizz bl-ajru skedat mat-trasportatur konkorrenti li kklassifika fil-pożizzjoni li jmiss fil-lista finali tas-sejħa għall-għoti tar-rotta.

F'dak il-każ, it-tul ta' żmien tal-ftehim jiddekorri mid-data li fiha jibda s-servizz u jintemm fid-data ta' skadenza prevista fil-ftehim rexiss u b'osservanza tal-pjan operattiv approvat waqt il-valutazzjoni ta' l-offerta mressqa mit-trasportatur li ntgħażel.

16.   Preżentazzjoni ta' l-offerti: Fi żmien 30 (tletin) jum mill-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, l-offerti, imħejjija skond kif inhu previst fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta u biex ma jiġux esklużi mill-għażla, għandhom jaslu bil-posta rreġistrata b'notifika tal-wasla jew bl-idejn wara li tingħata rċevuta lill-indirizz li ġej:

ENAC, direzione generale, viale del Castro Pretorio 118, -00185 Roma.

Biex ma jiġux esklużi, l-offerti għandhom jitressqu fi tliet envelopps magħluqin u ssiġillati.

L-envelopp estern, magħluq, issiġillat u inizjalat fuq iż-żewġ naħat, għandu jkun fih żewġ envelopps, dawn ukoll issiġillati u inizjalati fuq iż-żewġt naħat, u fuqu jkollu mniżżel: “Offerta per la gara in oneri di servizio pubblico sulla rotta: Cuneo Levaldigi – Roma Fiumicino e viceversa”.

Id-dokumenti li għandhom jiddaħħlu f'dawn it-tliet envelopps ta' hawn fuq huma msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta msemmija fil-paragrafu 4 ta' din is-sejħa għall-offerti.

Min jibgħat għandu jkun dak totalment responsabbli f'każ li l-pakkett, għal kwalunkwe raġuni, ma jasalx għad-destinazzjoni tiegħu fit-terminu ta' żmien indikat hawn fuq.

Jekk titressaq offerta valida waħda biss, il-proċedura ta' għotja tista' tkompli xorta waħda.

17.   Terminu ta' validità ta' l-offerti: 180 (mija u tmenin) jum mill-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' l-offerti.

18.   Għoti tal-kuntratt: Il-kuntratt jingħata mill-ENAC, pemezz ta' Bord imwaqqaf apposta, magħmul minn maniġer ta' l-ENAC delegat tad-Direttur Ġenerali, minn espert fis-settur tat-trasport bl-ajru maħtur mir-Reġjun tal-Pjemonte u minn President maħtur bi qbil komuni bejn l-ENAC u r-Reġjun tal-Pjemonte; id-dmirijiet ta' segretarjat għandu jaqdihom uffiċjal ta' l-ENAC.

19.   Ipproċessar tad-data personali: Id-data personali kollha se tintuża u tiġi pproċessata esklussivament għall-finijiet istituzzjonali filwaqt li tiġi garantita l-protezzjoni u l-kunfidenzjalità skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Għal dan il-għan, it-trasportatur li jintgħażel għandu jiffirma l-awtorizzazzjoni relatata ma' l-ipproċessar tad-data personali, skond kif u stabbilit fid-D.Lgs. 196/2003 u emendi u żidiet sussegwenti.

20.   Ipproċessar tad-data sensittiva: Id-data sensittiva li jkun fihom l-offerti mressqa mit-trasportaturi għandha tkun pproċessata skond kif stabbilit mir-“Regolament għall-ipproċessar tad-data sensittiva u ġudizzjarja”, approvat mill-Bord tad-Diretturi ta' l-ENAC fis-seduta tat-2 ta' Marzu 2006 u li tista' tiġi kkonsultata fuq is-sit ta' l-ENAC “enac-italia.it”.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/9


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja

(2007/C 229/06)

Il-Kummissjoni ddeċidiet b'inizjattiva tagħha stess li tibda reviżjoni interim parzjali limitata għal-livell ta' sussidju għal ċerti produtturi Indjani li jesportaw skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997, dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1).

1.   Il-Prodott

Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jista' jiġi kklassifikat fi ħdan il-kodiċi NM ex 2921 42 10. Din il-kodiċi NM qed tingħata biss bħala tagħrif.

2.   Il-miżuri attwali

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 (2) dwar importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja.

Dawn il-miżuri bħalissa huma soġġetti għal reviżjoni ta' skadenza (3).

3.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni

Hemm biżżejjed evidenza prima facie disponibbli għall-Kummissjoni, li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidju li fuqu l-miżuri li ġew stabbiliti, inbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura permanenti.

Tabilħaqq, il-benefiċċji miż-żewġ skemi ta' sussidju (l-Iskema tal-Librett tal-Kreditu tad-Dazju (“DEPBS”) u l-Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul skond is-Sezzjoni 80 HHC ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”) jidher li naqsu b'mod konsiderevoli. Dan seħħ minħabba l-bidla tal-liġijiet bażiċi relevanti Indjani li fuqhom huma bbażati dawn l-iskemi.

Bħala konsegwenza, il-livell ta' sussidju aktarx li tnaqqas għal dawk il-kumpaniji li l-miżuri tagħhom huma bbażati kompletament jew parzjalment fuq benefiċċji miksuba miż-żewġ skemi msemmija hawn jew waħda minnhom fil-perjodu ta' investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet biex ikun deċiż il-livell tal-miżuri eżistenti.

Dan juri li l-miżuri msemmija fil-punt preċedenti dwar importazzjonijiet tal-prodott li qiegħed taħt reviżjoni fil-livell attwali tagħhom jistgħu ma jkunux aktar meħtieġa biex jikkontrabattu s-sussidju attwali. Għalhekk, il-miżuri għandhom ikunu riveduti għall-kumpaniji fil-kwistjoni.

Dawn il-kumpaniji jinkludu dawk elenkati fl-Anness u kull produttur ieħor tal-prodott taħt reviżjoni li jgħarraf bih innifsu lill-Kummissjoni fil-limiti ta' l-iskadenza stipulata fil-punt 5(i) hawn taħt u li juri fl-istess limitu ta' żmien li (1) huwa gawda minn benefiċċji miż-żewġ skemi msemmija hawn fuq jew waħda minnhom matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet biex ikun deċiż il-livell tal-miżura li għalihom huma soġġetti (1 ta' Lulju 2000 — 30 ta' Ġunju 2001), u li (2) ladarba saru t-tibdiliet strutturali f'dawn l-iskemi kif imsemmi hawn fuq, il-benefiċċju li akkumula minn dawn l-iskemi naqas.

B'żieda ma' dan, jekk l-investigazzjoni tar-reviżjoni turi jew xi parti interessata tipprovdi evidenza suffiċjenti prima facie fi żmien l-iskadenza kif stipulata fil-punt 5(1) hawn taħt li l-esportaturi tal-prodott konċernat li huma kkonċernati bir-reviżjoni attwali qed jibbenefikaw minn skemi ta' sussidju barra dawk imsemmija hawn fuq, tista' ssir ukoll investigazzjoni ta' dawn l-iskemi fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni attwali.

Safejn il-marġini tas-sussidju modifikati li jirriżultaw mill-investigazzjoni attwali jista' jkollhom impatt fuq il-miżuri applikabbli għal kumpaniji li jikkooperaw fl-investigazzjoni li stabbilit il-livell tal-miżuri u/jew tal-miżura residwali applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha, dawn ir-rati jistgħu jkunu riveduti skond dan.

Għandu jkun innutat li għal dawk il-kumpaniji li huma soġġetti kemm għal miżuri anti-dumping kif ukoll għal dawk kompensatorji, il-miżura anti-dumping tista' tkun aġġustata skond dan jekk kemm-il darba jkun hemm bidla fil-miżura kompensatorja.

4.   Il-proċedura

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali ex officio, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tanalizza l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni, tneħħija jew emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' dawk il-kumpaniji li jkunu bbenefikaw miż-żewġ skemi ta' sussidju jew waħda minnhom imsemmija hawn fuq u, għal dawk il-kumpaniji, fir-rigward ta' skemi oħra fejn evidenza biżżejjed tkun ipprovduta kif hemm imsemmi fil-punt 3, paragrafu 8 hawn fuq. L-investigazzjoni se tanalizza wkoll il-ħtieġa, skond ir-riżultati ta' l-investigazzjoni attwali, biex ikunu riveduti l-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkooperaw fl-investigazzjoni li stabbilit il-livell tal-miżuri eżistenti u/jew il-miżura residwali applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

(a)   Kwestjonarji

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-kumpaniji elenkati fl-anness u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. It-tweġibiet tal-kwestjonarju u d-dokumenti ta' prova għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(i).

(b)   Ġbir ta' informazzjoni u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu dokument ta' prova. Dan it-tagħrif u dokumenti ta' prova għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(i).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(ii).

5.   Skadenzi

(i)   Għal partijiet li jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk l-appelli tagħhom iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju, b'mod partikolari l-awtoritajiet konċernati tal-pajjiż li qed jesporta, jew kull tagħrif ieħor, inkluż dak imsemmi fil-punt 3, is-sitt paragrafu, fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

(ii)   Smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

6.   Is-sottomissjonijiet, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza, bil-miktub

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefon u tal-fax tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata (4) u, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata “GĦALL-VERIFIKA MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05

7.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

8.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

9.   Reviżjonijiet oħra interim skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

L-ambitu tar-reviżjoni attwali huwa stipulat fil-punt 4 hawn fuq. Kull parti li tixtieq tikklemja reviżjoni fuq il-bażi ta' raġunijiet oħra tista' tagħmel dan skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

10.   L-ipproċessar ta' data personali

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (5).


(1)  ĠU L 288, 21.10.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 123/2006 (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5).

(3)  ĠU C 171, 24.7.2007, p. 14.

(4)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001, rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kompensatorji.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd, 14 Guruprasad, Gokhale Road (N), Dadar (W), Mumbai 400 028, India.


29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/12


Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ

(2007/C 229/07)

1.

Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 (1) dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm issir reviżjoni skond il-proċedura segwenti, il-miżuri ta' kontrobilanċ imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Il-Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikollha biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri probbabilment tirriżulta f' kontinwazzjoni jew repetizzjoni ta' sussidjar u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta u l-produtturi Komunitarji mbagħad jiġu pprovduti bl-opportunità li jsaħħu, jirribattu jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet li jinsabu fit-talba.

3.   Limitu ta' żmien:

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi msemmija hawn fuq, li trid jasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (Taqsima H-1), J-79 5/16, B-1049 Brussel (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skond l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997.

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Compact disks li jista' jsir rekording fuqhom (CD-Rs)

L-Indja

Dazju ta' kontrobilanċ

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 (ĠU L 138, 5.6.2003,  p. 1)

5.6.2008


(1)  ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1) Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)  Telefax : (32-2) 295 65 05.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4825 — SFR/Somart/Débitel France)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 229/08)

1.

Fl-20 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi SFR SA (“SFR”, ta' Franza), ikkontrollata minn Vivendi u Vodafone, u Somart (ta' Franza), jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Débitel France SA (“Débitel”, ta' Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal SFR: operatur ta' netwerk telefoniku bil-linja fissa kif ukoll ċellulari;

għal Somart: kumpanija finanzjarja;

għal Débitel: operatur ta' netwerk virtwali tat-telefonija ċellulari, distributur ta' prodotti u servizzi relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4825 — SFR/Somart/Débitel France, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.