ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
27 ta' Settembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 227/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2007/C 227/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 227/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 227/04

Sejħa għall-Proposti: Servizzi ta' appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 227/05

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali tal-miżuri ta' kontrobilanċ applikabbli għal importazzjonijiet tal-Polyethylene Terephthalate (PET) li joriġinaw mill-Indja

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 227/06

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

20

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

27.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 227/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.6.2007

Għajnuna Nru

N 863/06

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Freistaat Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Avancis GmbH

Il-bażi legali

Investitionszulagengesetz 2005 und 2007; 35. GA-Rahmenplan

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali

L-Estimi

Baġit globali: 38,93 miljun EUR

L-intensità

15,36 %

It-tul ta' żmien

10.11.2006-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

It-tagħmir elettriku u ottiku

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finanzamt Oschatz

Dresdner Straße 77

D-04758 Oschatz

Oschatz und Sächsische Aufbaubank

Förderbank

Pirnaische Straße 9

D-01069 Dresden

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.7.2007

Għajnuna Nru

N 899/06

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Alentejo

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Artensa (Artenius) — Produção e Comercialização de Ácido Tereftálico Purificado e Produtos Conexos, SA

Il-bażi legali

Decreto-Lei n.o 409/99 de 15 de Outubro — regulamenta a concessão de Benefícios Fiscais; Decreto-Lei n.o 70-B/2000 de 5 de Maio — aprova o enquadramento legal de referência para apoio directo e indirecto as empresas

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Self b'rata ta' imgħax baxxa, Vantaġġ fiskali

L-Estimi

Baġit globali: 80,09 miljun EUR

L-intensità

19,43 %

It-tul ta' żmien

2007-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

L-industrija kimika u farmaċewtika

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

API — Agência Portuguesa para o Investimento, E.P.E.

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.7.2007

Għajnuna Nru

N 907/06

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Heves

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Mátrai Erőmű Zrt

Il-bażi legali

A társasági adóról és az osztalékadóról szóló, 1996. évi LXXXI. törvény, a 373/2004 (XII.26.) kormányrendelettel módosított, a fejlesztési adókedvezményről szóló 275/2003 (XII.24.) kormányrendelet

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-Estimi

Baġit globali: 12 378 miljun HUF

L-intensità

9,14 %

It-tul ta' żmien

2013-2020

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Pénzügyminisztérium

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


27.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227/4


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 227/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.5.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 682/06

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaanderen

Titolu (u/jew isem il-benefiċċjarju)

Maatregel van de Vlaamse regering ter ondersteuning van het intermodaal vervoer over de binnenwateren

Bażi legali

Jaarlijkse decreten van de Vlaamse Gemeenschap en een toepassingsbesluit

Tip ta' miżura

Sussidju għal kull container li jiġi trasbordat f'terminal intern, minn jew lejn bastiment li jintuża għan-navigazzjoni interna

Għan

Is-sostituzzjoni tat-trasport bit-triq, b'mezzi tat-trasport li jagħmlu użu mill-ilmijiet interni

Forma ta' l-għajnuna

Għotjiet

Baġit

11,25 Miljun EUR għal tliet snin

Intensità

30 %

Tul ta' żmien

2007, 2008 u 2009

Setturi ekonomiċi

It-trasport

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Waterwegen en Zeekanaal NV/De Scheepvaart NV namens het Vlaams Gewest

Oostdijk 110

B-2830 Willebroek

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.5.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 770/06

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Státní záruka pro potřeby financování nákupu železničních vozů společností České dráhy

Bażi ġuridika

Zákon o poskytnutí státní záruky České republiky na zajištění úvěru určeného na financování nákupu železničních vozů, poskytnutého společností EUROFIMA

Tip ta' miżura

Garanzija mill-Istat fuq self

Għan

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xiri ta' vetturi ferrovjarji ġodda tal-passiġġieri

Forma ta' l-għajnuna

Garanzija

Baġit

Il-garanzija mill-Istat se tingħata biex tkopri self sa 30 miljun EUR, inkluż imgħax u imposti mill-EUROFIMA

Intensità

L-ammont kopert mill-garanzija huwa 95 % tas-self; il-5 % li jifdal huma koperti mir-riżorsi proprji tal-Ferroviji Ċeki.

Tul ta' żmien

Il-garanzija ta' l-Istat se tibqa' tgħodd sal-31 ta' Diċembru 2019.

Setturi ekonomiċi

It-trasport

Isem u indirizz ta' l-awtorità konċessjonarja

Ministerstvo dopravy

L. Svobody 12

CZ-110 15 Praha 1

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.5.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 780/06

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Onderzoek en ontwikkeling composiet scheepsconstructie en multi-purpose laadruim; het „CompoCaNord”-project

Bażi ġuridika

Conceptbeschikking subsidieverlening DGTL Ministerie van Verkeer en Waterstaat Beschikkingsnummer: DGTL/05.008739

Tip ta' miżura

Għajnuna individwali

Għan

L-għan ta' dan il-proġett huwa l-iżvilupp ta' bastiment kompost li huwa innovattiv, b'diversi użi, ħafif għat-tbaħħir intern. Dan it-tip ta' bastiment rivoluzzjonarju għan-navigazzjoni interna jissejjaħ “il-CompoCaNord”

Forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

Baġit

610 000 EUR

Intensità

30 %

Tul ta' żmien

sentejn

Setturi ekonomiċi

Navigazzjoni interna

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.7.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 791/06

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Business Case Norrköping

Bażi ġuridika

Privaträttsliga avtal

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għall-bidu ta' l-attività għal rotot ta' l-ajru ġodda minn ajruport reġjonali.

Forma ta' l-għajnuna

Miżura li ma tikkostitwix għajnuna

Baġit

3 miljun SEK

Intensità

Miżura li ma tikkostitwix għajnuna

Tul ta' żmien

36 xahar

Setturi ekonomiċi

L-avjazzjoni

Isem u indirizz ta' l-awtorità konċessjonarja

Nya Norrköping

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

5.7.2007

Għajnuna Nru

N 10/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Pomoc horyzontalna na inwestycje służące redukcji emisji ze źródeł spalania paliw (PL 12/2004)

Il-bażi legali

Art. 405 Ustawy z 27 kwietnia 2001 r. Prawo ochrony środowiska. Rozporządzenie Rady Ministrów z 27 kwietnia 2004 r. w sprawie szczegółowych warunków udzielania pomocy publicznej na inwestycje służące redukcji emisji ze źródeł spalania paliw

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien ta' l-ambjent

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Tħassir ta' dejn, Sussidju fuq l-imgħax

L-Estimi

Baġit globali: 100 miljun EUR

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Narodowy Fundusz Ochrony Środowiska i Gospodarki Wodnej, PL-02-673 Warszawa, ul. Konstruktorska 3a oraz wojewódzkie fundusze ochrony środowiska i gospodarki wodnej

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

5.7.2007

Għajnuna Nru

N 11/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Pomoc horyzontalna na inwestycje służące dostosowaniu do wymogów najlepszych dostępnych technik (PL 8/2004)

Il-bażi legali

Art. 405 Ustawy z 27 kwietnia 2001 r. Prawo ochrony środowiska. Rozporządzenie Rady Ministrów z 27 kwietnia 2004 r. w sprawie szczegółowych warunków udzielania pomocy publicznej na inwestycje służące dostosowaniu do wymogów najlepszych dostępnych technik

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien ta' l-ambjent

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Tħassir ta' dejn, Sussidju fuq l-imgħax

L-Estimi

Baġit globali: 120 miljun EUR

L-intensità

30 %

It-tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Narodowy Fundusz Ochrony Środowiska i Gospodarki Wodnej, PL-02-673 Warszawa, ul. Konstruktorska 3a oraz wojewódzkie fundusze ochrony środowiska i gospodarki wodnej

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

17.7.2007

Għajnuna Nru

N 112/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

THESEUS (Technologien für Services und Effiziente Unterstützung der Suche im Internet)

Il-bażi legali

Jährliches Haushaltsgesetz, Einzelplan 09 — Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie, Titel 68664

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 120 miljun EUR

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

Scharnhorststr. 34-37

D-10115 Berlin

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

27.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227/9


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-26 ta' Settembru 2007

(2007/C 227/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4127

JPY

Yen Ġappuniż

162,93

DKK

Krona Daniża

7,4560

GBP

Lira Sterlina

0,70050

SEK

Krona Żvediża

9,2095

CHF

Frank Żvizzeru

1,6527

ISK

Krona Iżlandiża

87,87

NOK

Krona Norveġiża

7,7710

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

27,590

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

250,94

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7060

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7763

RON

Leu Rumen

3,3801

SKK

Krona Slovakka

34,083

TRY

Lira Turka

1,7212

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6153

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4208

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9730

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8995

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1153

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 301,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8258

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6164

HRK

Kuna Kroata

7,2871

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 941,74

MYR

Ringgit Malażjan

4,8406

PHP

Peso Filippin

63,875

RUB

Rouble Russu

35,2850

THB

Baht Tajlandiż

44,990


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

27.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227/10


Sejħa għall-Proposti: Servizzi ta' appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni

(2007/C 227/04)

1.   Kuntest

Il-Programm ta' Qafas għall-Kompettività u l-Innovazzjoni (CIP — Competitiveness and Innovation Framework Programme) kien stabbilit biex jikkontribwixxi lejn il-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-Komunità b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta' l-Impriżi Żgħar u Medji (SMEs). Dan jgħaqqad flimkien bosta attivitajiet eżistenti ta' l-UE li jappoġġaw lin-negozju u l-innovazzjoni.

Bħala wieħed mill-komponenti ewlenin tal-Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni (EIP — Entrepreneurship and Innovation Programme), wieħed mit-tliet sottoprogrammi tas-CIP, il-Kummissjoni Ewropea timplimenta miżura biex tipprovdi l-SMEs b'servizzi integrati ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni. Dawn is-servizzi se jitwasslu permezz ta' netwerk waħdieni li għandu jiġi stabbilit permezz ta' din is-sejħa għall-proposti. L-Artikolu 21 (CIP) u l-Anness III (CIP) jagħtu d-dettalji tal-qafas globali li fih għandhom jitwasslu dawn is-servizzi (1).

L-ewwel sejħa għall-proposti rriżultat fl-għoti ta' proposti għas-servizzi b'appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni li se jkopru l-biċċa l-kbira mit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea (2). Din is-sejħa għall-proposti għandha l-għan li taqdi ż-żoni ġeografiċi li mhumiex koperti u li tfaċċaw wara l-ewwel sejħa għall-proposti u hija ristretta għal dawk it-territorji li jissodisfaw il-kriterji deskritti fil-punt 7 hawn taħt.

L-elementi ewlenin ta' din is-sejħa jikkonċernaw:

Il-provvista ta' netwerk integrat u operattiv ta' servizzi ta' appoġġ għan-negozju fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba min-netwerks attwalment operattivi, jiġifieri l-270 Ċentru Euro Info (EIC — Euro Info Centre) u l-250 Ċentru Relay għall-Innovazzjoni (IRC — Innovation Relay Centre);

Iż-żieda fis-sinerġiji fost is-sħab kollha tan-netwerk, bil-għan li jkun żgurat l-għoti ta' servizzi integrati;

Aċċess imtejjeb u prossimità għall-SMEs għas-servizzi (il-kunċett ta' “M'hemmx bieb ħażin”);

Proċeduri amministrattivi eħfef;

Professjonaliżmu u kwalità tas-servizzi mogħtija.

F'dan il-kuntest, kwalunkwe proposta li direttament jew indirettament tmur kontra l-politika ta' l-UE jew kontra s-saħħa pubblika, id-drittijiet umani, is-sigurtà taċ-ċittadini u l-libertà ta' l-espressjoni, mhux se tiġi aċċettata.

2.   L-għanijiet

L-għan ewlieni ta' din is-sejħa huwa li tiġi kkompletata l-kopertura ġeografika għal, netwerk waħdieni li jipprovdi servizzi integrati ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 21 (CIP),.

L-għanijiet individwali huma li:

Jiżdiedu s-sinerġiji fost is-sħab fin-netwerk permezz tal-provvista ta' servizzi integrati;

Iż-żamma u t-titjib kontinwu ta' l-aċċess, il-prossimità, il-kwalità u l-professjonaliżmu tas-servizzi integrati pprovduti min-netwerk;

It-tqajjim ta' kuxjenza — partikolarment fost l-SMEs — fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' politika Komunitarja u s-servizzi offruti min-netwerk, inkluż it-titjib tal-kuxjenza ambjentali u l-eko-effiċjenza ta' l-SMEs u l-politika ta' Koeżjoni u l-fondi Strutturali;

Il-konsultazzjoni ma' negozji u l-ksib ta' l-opinjonijiet tagħhom dwar l-għażliet ta' politika Komunitarja;

L-iżgurar li n-netwerk joffri komponenti komplemetari ma' fornituri ta' servizzi rilevanti oħra;

It-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-partijiet kollha.

Biex dawn l-għanijiet jiġu implimentati, il-proposti għandhom jinkludu s-servizzi li ġejjin:

Servizzi ta' informazzjoni, feedback, kooperazzjoni tan-negozji u ta' internazzjonalizzazzjoni (Art. 21.2 (CIP), Modulu a)

Servizzi għall-innovazzjoni u għat-trasferiment, sew tat-teknoloġija u sew ta' l-għarfien (Art. 21.2 (CIP), Modulu b)

Serviżżi li jħeġġu l-parteċipazzjoni ta' SMEs fil-Programm ta' Qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD).(Art. 21.2 (CIP), Modulu c)

Biex ikunu żgurati servizzi ta' l-ogħla kwalità għall-SMEs u biex jiġi implimentat netwerk waħdieni, id-dispożizzjonijiet ġenerali li ġejjin japplikaw għan-netwerk kollu u għal kull imsieħeb tan-netwerk:

Implimentazzjoni tal-kunċett “M'hemmx bieb ħażin”;

Eċċellenza, prossimità u professjonaliżmu ta' l-imsieħba tan-netwerk.

Il-Kummissjoni tistenna li l-proposti minn organizzazzjonijiet waħdiena jew konsorzji jipprovdu servizzi integrati tal-moduli kollha tas-servizzi. Huwa mistenni wkoll li l-proposti juru bilanċ fl-attivitajiet bejn is-servizzi kif deskritti fil- Modulu a u b ta' l -Artikolu 21.2 (CIP) . Is-servizzi marbuta mal- Modulu c ta' l- Artikolu 21.2 (CIP) għandhom ikunu koperti f'kull proposta. Il-prijorità għas-servizzi integrati se tiġi riflessa fil-proċess ta' l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni rispettiva dwar l-għoti.

Data skedata għall-bidu ta' l-azzjoni: Jannar 2008.

3.   Il-Baġit

L-istima tal-baġit disponibbli għas-sejħa hija ta' 6,8 miljun EUR għall-perjodu 2008-2013, disponibbli għall-pajjiżi u r-reġjuni definiti ta' l-UE27 kif elenkati fil-punt 7. Il-Kummissjoni se tipprovdi kofinanzjament sa massimu ta' 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Il-persentaġġ finali se jkun suġġett għall-baġit globali disponibbli mitlub mill-applikanti li tintgħażel il-proposta tagħhom, il-baġit totali disponibbli u l-kwalità tal-proposti.

Barra minn hekk, huwa mistenni li l-allokazzjoni tal-baġit fuq il-proposti se tirrifletti l-firxa u l-kumplessità tas-servizzi f'kull modulu b'distribuzzjoni pjuttost uniformi bejn is-servizzi u l-ispejjeż għall-Moduli a u b ta' l-Artikolu 21.2 (CIP). Is-servizzi u l-ispejjeż għall-Modulu c se jikkostitwixxu porzjon iżgħar tal-baġit minn dawk tal-Modulu a jew b, iżda jeħtieġ li jitqiesu b'mod suffiċjenti wkoll.

Filwaqt li m'hemmx allokazzjoni predefinita tal-baġit minn Stat Membru, sa ċertu punt, id-distribuzzjoni se tirrifletti l-kriterji soċjo-ekonomiċi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor mal-popolazzjoni totali fl-Istati Membri.

4.   Ir-Rekwiżiti kuntrattwali

L-applikanti li jiġu magħżula jiffirmaw Ftehim ta' Qafas ta' Sħubija (l-“FPA” — Framework Partnership Agreement) u l-annessi tiegħu, li jinkludu Ftehim Speċifiku ta' Għotja. L-FPA jispeċifika t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali li l-applikanti jkunu mistennija jaqblu magħhom jekk il-proposta tagħhom tintgħażel għall-finanzjament.

L-FPA huwa r-relazzjoni formalizzata bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba tagħha. L-FPA tistipula fid-dettall ir-rwol tal-Kummissjoni u r-rwol ta' l-imsieħba. Jekk ikun konkluż ma' konsorzju, l-FPA jistipula fid-dettall ir-responsabbiltajiet tal-koordinatur u r-responsabbiltajiet ta' l-imsieħba l-oħra.

Il-benefiċjarju għandu jagħti prova tal-kofinanzjament ipprovdut, jew permezz tar-riżorsi tiegħu stess, jew permezz ta' trasferimenti finanzjarji minn partijiet terzi.

Jekk jogħġbok innota li azzjoni waħda tista' twassal għall-għoti ta' għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe msieħeb.

Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tagħti għotja ta' inqas mill-ammont mitlub mill-applikant. Mhux se jingħataw għotjiet ta' iktar mill-ammont mitlub.

Il-pubblikazzjoni ma tiggarantixxix id-disponibbiltà tal-fondi għall-azzjoni msemmija hawn fuq.

Se tiġi adottata marka tan-netwerk meta jkun il-waqt: l-imsieħba kollha tan-netwerk se jkunu rikjesti li jużawha għall-attivitajiet kollha tan-netwerk u għandhom jippromwovuha b'mod attiv.

5.   Il-Kontenut tal-proposti

Il-proposti li għandhom jitressqu għandhom ikunu mqassma fiż-żewġ partijiet li ġejjin:

Proposta għal Strateġija għall-Implimentazzjoni, partikolarment dwar l-integrazzjoni, l-aċċess u l-prossimità tas-servizzi, b'firxa ta' żmien ta' 6 snin (2008-2013) li, għal żona ġeografika speċifika u għal kull servizz iddefinit fl-Artikolu 21.2, il-Moduli a sa c (CIP), l-għanijiet, il-ġustifikazzjoni u l-metodoloġija għall-implimentazzjoni. Dan id-dokument se jikkostitwixxi l-anness I ta' l-FPA jekk il-proposta tintgħażel.

Programm ta' Ħidma Preliminari li jittraduċi l-istrateġija għall-implimentazzjoni f'azzjonijiet dettaljati matul l-ewwel 36 xahar bl-istima korrispondenti tal-baġit. Dan id-dokument se jikkostitwixxi l-anness I ta' l-ewwel ftehim Speċifiku ta' l-għotja jekk il-proposta tintgħażel.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tar-rendiment tan-netwerk. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni se jkollhom impatt fuq il-Programmi ta' Ħidma li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa tmiem l-2010 biex tħejji l-ftehimiet Speċifiċi ta' l-Għotja li jkun imiss, inkluż, possibbilment, modifika ta' l-arranġamenti tal-finanzjament.

6.   Applikanti

Il-proposti jistgħu jsiru minn organizzazzjonijiet singoli bil-ħila li jipprovdi s-servizzi kif deskritt hawn fuq jew minn konsorzji magħmula minn grupp ta' organizzazzjonijiet ospitanti. Madankollu, minħabba d-daqs li x'aktarx ikollhom il-proposti, huwa mistenni li l-maġġoranza tal-proposti jkunu magħmula minn konsorzji.

B'konsorzju wieħed għandu jifhem struttura flessibbli bbażata fuq prassi nazzjonali tajba, u għandu jaqbel ma' l-istruttura domestika tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni.

Kull konsorzju se jkun rappreżentat minn organizzazzjoni ospitanti li tikkoordina għal skopijiet kuntrattwali u amministrattivi. Għal kwistjonijiet oħrajn il-Kummissjoni se żżomm relazzjonijiet diretti ma' kull organizzazzjoni ospitanti fi ħdan konsorzju u taqsam magħhom il-fehma tagħha dwar kwistjonijiet ta' politika u fehmiet strateġiċi ta' l-iżvilupp tan-netwerk singolu.

Barra minn hekk, kull organizzazzjoni ospitanti se jkollha aċċess dirett għall-prodotti u s-servizzi pprovduti minn struttura ta' appoġġ tekniku u amministrattiv (il-Kummissjoni se tiddelega lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Executive Agency for Competitiveness and Innovation — EACI) l-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet) għall-implimentazzjoni tan-netwerk waħdieni. Se jkun promoss djalogu kostanti bejn din l-istruttura u l-organizzazzjonijiet ospitanti kollha. Dan mhux se jiġi affettwat mir-relazzjoni kuntrattwali bejn din l-istruttura u l-koordinatur tal-konsorzju.

Ma' hemmx limitu teoretiku għall-għadd ta' organizzazzjonijiet ospitanti f'konsorzju. Madankollu, il-ftehimiet ta' koordinament ġeneralment isiru iktar kritiċi hekk kif il-konsorzji jibdew jespandu. L-arranġamenti għall-koordinament intern tal-konsorzji għandu jkun espliċitu u għandu jkun aspett importanti fl-għażla tal-konsorzji.

Il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bi ftehimiet intergovernattivi hija mħeġġa.

7.   Il-Kopertura ġeografika

Il-Kummissjoni tfittex li jkollha kopertura ġeografika sħiħa tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni, mingħajr duplikazzjoni ta' l-attivitajiet fi kwalunkwe żona ġeografika.

L-ewwel sejħa għall-proposti msemmija fil-punt 1 irriżultat fl-għoti ta' proposti għas-servizzi b'appoġġ għan-negozju u l-innovazzjoni li se jkopru l-biċċa l-kbira mit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea. Din is-sejħa għall-proposti primarjament timmira lejn il-mili taż-żoni ġeografiċi li mhumiex koperti u li tfaċċaw wara l-ewwel sejħa għall-proposti u, għalhekk, hija ristretta għal dawn it-territorji fl-Unjoni Ewropea li ġejjin (3).

Franza: Départments d'outre-mer (Kodiċi NUTS: FR9)

il-Ġermanja: Bremen (DE5)

il-Lussemburgu: Luxemburg (LU0)

ir-Rumanija: Macroregiunea unu (RO1), Macroregiunea doi (RO2), Macroregiunea patru (RO4)

Spanja: Baleares islands (ES53)

ir-Renju Unit: South West (UKK)

Għat-territorji li jinsabu fl-UE27, din is-sejħa hija ristretta għal dawk iż-żoni ġeografiċi u l-pajjiżi msemmija hawn fuq.

Barra minn hekk, għal pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, l-ewwel sejħa għall-proposti (ENT/CIP/07/001) irriżultat f'għotjiet għal applikazzjonijiet mill-pajjżi u ż-żoni ġeografiċi li ġejjin, soġġetti għall-konklużjoni b'suċċess tan-negozjati minn dawn il-pajjiżi biex jissieħbu mas-CIP:

iċ-Ċili

L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

l-Iżlanda

l-Iżrael

in-Norveġja

it-Turkija: Istanbul (TR1), Bati Marmara (TR2), EGE (TR3), Bati Anadolu (TR5), Orta Anadolu (TR7), Kuzeydogu Anadolu (TRA)

Barra minn hekk, ġew ikkunsidrati proposti għall-kooperazzjoni bbażati fuq l-Art. 21.5 (bażi ta' awtofinanzjament) għall-Iżvizzera u l-Armenja.

Għal pajjiżi li mhumiex fl-UE27, din is-sejħa għall-proposti hija ristretta għal dawk iż-żoni ġeografiċi u l-pajjiżi li MHUMIEX koperti mil-lista msemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom jipprovdu fil-proposta tagħhom deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi koerenti, aċċessibbli u integrati li għandhom jiġu offruti fi ħdan żona ġeografika delimitata b'mod ċar. Iż-żona ġeografika koperta mill-proposta għandha għalhekk tkun kbira biżżejjed biex turi li servizzi ta' kwalità se jingħataw lil popolazzjoni sinifikanti fil-mira.

Għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, huwa mistenni li d-daqs tipiku taż-żona ġeografika se jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor man-nomenklatura NUTS1 (4). Konsorzji li japplikaw jistgħu jassenjaw ir-responsabbiltà għall-qadi ta' żoni iżgħar fi ħdan dawn iż-żoni ġeografiċi lil organizzazzjonijiet ospitanti partikolari fi ħdan konsorzju (NUTS2).

Meta l-livell NUTS1 ma jikkorrispondix ma' l-istrutturi domestiċi, jistgħu jitqiesu żoni ġeografiċi alternattivi ta' daqs komparabbli (5).

Il-konsorzja li joffru s-servizzi deskritti f'żona li transnazzjonali huma eliġibbli jekk l-organizzazzjonijiet ospitanti kollha tal-konsorzja jkunu eliġibbli. Konsorzju transnazzjonali għandu juri li s-servizzi taħt il-moduli kollha jkunu aċċessibbli għall-klijenti miż-żona ġeografika koperta, jew permezz ta' għadd suffiċjenti ta' organizzazzjonijiet ospitanti fil-konsorzju jew permezz ta' aċċess mhux diskriminatorju għas-servizzi tal-pajjiżi involuti.

Minkejja li huma eliġibbli formalment, il-konsorzji transnazzjonali li ma joperawx f'żoni ġeografiċi fil-viċinat mhumiex imħeġġa. L-esperjenza wriet li l-valur miżjud minn kooperazzjoni iktar mill-qrib ta' żewġ żoni ġeografiċi separati fi ħdan l-istess konsorzju ma jibbilanċjax l-ispejjeż żejda għall-koordinament. Attivitajiet speċifiċi ta' koordinament bejn żewġ żoni ġeografiċi, jew iktar, jistgħu jiġu inklużi bħala servizzi jew attivitajiet speċjali fil-moduli rispettivi.

Proposti ta' organizzazzjonijiet ospitanti li jixtiequ jipprovdu servizzi f'żoni ġeografiċi li huma ikbar mil-livell NUTS1 ikunu eliġibbli.

8.   L-Eliġibbiltà

L-applikanti u l-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex ikunu eliġibbli:

L-applikanti għandhom ikunu entitajiet legali stabbiliti fl-UE ta' 27, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Pajjiżi Kandidati, il-pajjiżi membri taż-ŻEE, il-pajjiżi Balkani tal-Punent u pajjiżi terzi oħra kif iddefinit fl-Artikolu 4 tal-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni u kif spjegat fit-taqsima V.1 tas-Submission set;

Entitajiet korporattivi għandhom ikunu kkostitwiti u rreġistrati skond il-liġi;

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ffirmati, iddatati u kkompletati, permezz tar-rekwiżiti għat-tressiq ta' applikazzjoni kif indikati fit-taqsima 11 ta' dan id-dokument;

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu qabel id-data ta' skadenza;

Għandhom ikunu eliġibbli biss dawk l-applikazzjonijiet għal proġetti li strettament ma jagħmlux profitt u/jew li l-għan immedjat tagħhom mhuwiex kummerċjali;

Barra minn hekk, skond l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002) imsemmi hawn taħt, il-kandidati ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw fil-proċedura ta' l-għoti jekk:

(a)

ikunu falluti jew ikunu għaddejjin minn proċedura ta' stralċ, l-interessi tagħhom ikunu qed jiġu amministrati mill-qrati, ikunu daħlu f'arranġament mal-kredituri, ikunu ssospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, ikunu suġġetti għal proċedimenti rigward dawn il-kwistjonijiet, jew ikunu jinsabu fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili skond il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikunu nstabu ħatja ta' offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħha b'sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata;

(ċ)

ikunu nstabu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina ħafna, ippruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika;

(d)

ma jkunux issodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxa b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew ma' dawk tal-pajjiż ta' l-awtorità li taġġudika l-kuntratt jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jitwettaq il-kuntratt;

(e)

kienu s-soġġetti ta' sentenza li għandha l-forza ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, sehem f'organizzazzjoni kriminali jew kull attività illegali oħra li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi finanzjari tal-Komunità;

(f)

wara proċedura oħra ta' xiri pubbliku jew proċedura ta' għotja ta' finanzjament mill-baġit tal-Komunità, ġew dikjarati li jinsabu fi ksur serju tal-kuntratt minħabba li ma rrispettawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

Permezz tal-“Formola ta' l-Esklużjoni” (mehmuża mas-“Submission Set”), l-applikanti għandhom jagħtu kelmthom li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, l-uffiċjal responsabbli għall-awtorizzazzjoni jista' jitlob l-evidenza deskritta fil-“Formola ta' l-Esklużjoni” msemmija hawn fuq. F'każ bħal dan, l-applikanti għandhom ikunu marbuta li jagħtuha din l-evidenza, sakemm ma jkunx hemm impossibbiltà materjali li jagħraf l-uffiċċjal responsabbli għall-awtorizzazzjoni.

Barra minn hekk, u skond l-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju msemmi hawn taħt, l-għotjiet ma jistgħux jingħataw lil kandidati li, matul il-proċedura ta' l-għoti:

(g)

ikunu suġġetti għal kunflitt ta' interessi;

(h)

jkunu ħatjin minn rappreżentazzjoni falza fl-għoti ta' l-informazzjoni mitluba mill-awtorità li taġġudika l-kuntratt bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-kuntratt, jew ma jkunux fornew din l-informazzjoni.

Jekk jogħġbok innota li, skond l-Artikolu 96 tar-Regolament tal-Kunsill — KE, Euratom Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 — dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u skond l-Artikolu 133 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 — kif immodifikat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru1248/2006, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' timponi penalitajiet amministrattivi u finanzjarji fuq applikanti li huma esklużi fir-rigward tal-punti a) sa h) imsemmija hawn fuq.

L-applikanti jistgħu jaġixxu individwalment jew f'konsorzju ma' organizzazzjonijiet sħab; l-imsieħba ta' l-applikanti għandhom jissodisfaw l-istess kriterji ta' eliġibbiltà bħall-applikanti.

9.   L-għażla

L-għażla tkun ibbażata fuq il-kapaċità finanzjarja u teknika ta' l-applikant li jwettaq il-proġett propost.

Il-kapaċità finanzjarja

Għall-kapaċità finanzjarja, l-applikanti għandhom juru li għandhom biżżejjed riżorsi stabbli ta' finanzji biex jiżguraw il-kontinwità ta' l-organizzazzjoni ospitanti tagħhom matul il-proġett u biex ikollhom sehem mill-finanzjament tagħha.

Għal dak il-għan, fil-proposta għandhom jinkludu l-kontijiet annwali tagħhom għall-aħħar sentejn finanzjarji (i.e. il-kontijiet tal-profitt u t-telf; il-karta tal-bilanċ). F'konformità ma' l-Artikolu 176 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-verifika tal-kapaċità finanzjarja mhux se tiġi applikata lil entitajiet pubbliċi.

Fejn l-ammont propost mitlub mill-Kummissjoni jisboq l-500 000 EUR għal kull organizzazzjoni ospitanti, rapport ta' verifika dwar dawk il-kontijiet għandu jiġi pprovdut qabel il-konklużjoni ta' l-FPA. Għall-konsorzji li japplikaw, il-limitu li jikkonċerna r-rapport ta' verifika huwa applikabbli fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet ospitanti individwali u mhux fil-livell tal-konsorzju.

Il-kapaċità teknika

Biex tkun evalwata l-kapaċità teknika ta' l-applikanti, dawn għandhom juru li għandhom il-kapaċità operattiva (teknika u ta' tmexxija) biex iwettqu l-operazzjoni u juru l-kapaċità taggħom li jmexxu attività fuq skala kbira li tikkorrispondi mad-daqs tal-proġett deskritt fil-proposta. Parikolarment, it-tim responsabbli għall-proġett għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza professjonali adegwati.

Il-lista ta' kriterji li se tintuża biex tiġi evalwata l-kapaċità teknika hija disponibbli fis-“Submission set”.

L-applikanti għandhom ikunu direttament responsabbli għat-tħejjija u t-tmexxija tal-proġett, u mhux jaġixxu bħala intermedjarji. Għandhom jagħtu tagħrif dwar il-kapaċità li jipprovdu s-servizz u juru l-esperjenzi tagħhom f'xogħol ma' partijiet oħrajn, fi proġetti transnazzjonali u fl-għoti tas-servizzi mistennija.

10.   L-Għotja

Se ssir evalwazzjoni tal-kwalità tal-proposti, inkluż il-baġit propost skond il-kriterji ta' l-għoti li ġejjin:

1.

Rilevanza

/30

2.

Kwalità

/30

3.

Impatt

/15

4.

Viżibbiltà

/10

5.

Baġit u Effettività ta' l-Ispiża

/15

Punteġġ totali massimu

/100

Jekk jinkiseb punteġġ totali inqas minn 70 punt jew punteġġ totali inqas minn 50 % għal kwalunkwe mill-ħames kriterji ta' hawn fuq, il-proposta ma tiġix evalwata iktar.

Il-proċedura sħiħa ta' l-għażla u l-evalwazzjoni hija deskritta fil-parti VIII tas-Submission set.

Ix-xahar indikattiv skedat għall-għeluq tal-proċedura ta' l-għoti: Frar 2008.

Jekk jogħġbok innota li, fil-każ ta' għotja, l-imsieħba jawtorizzaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu II.5.2 ta' l-Abbozz tal-ftehim ta' l-għoti, li tippubblika t-tagħrif li ġej fi kwalunkwe għamla u mezz, inkluż permezz ta' l-internet:

l-isem u l-indirizz ta' l-imsieħeb u l-ko-imsieħba,

is-suġġett u l-iskop ta' l-għotja,

l-ammont mogħti u l-proporzjon ta' l-ispiża totali ta' l-azzjoni kopert mill-finanzjament.

11.   It-Tressiq tal-proposti

Il-proposta għandha tiġi abbozzata permezz tas-submission set disponibbli għal din is-sejħa.

Din tista' titniżżel mill-websajt tas-CIP:

http://ec.europa.eu/enterprise/funding/cip/index.htm

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi elettronikament. Hemm disponibbli gwida għall-utent fis-submission set standard.

Wieħed jista' jikseb aċċess għall-Għodda Elettronika għat-Tressiq tal-Proposti (EPSS — Electronic Proposal Submission Tool) mill-websajt imsemmija hawn fuq.

Tfakkira: Jekk l-applikazzjoni titressaq tard, l-applikant jiġi eskluż mill-proċedura ta' l-għoti.

Id-dokumenti ewlenin li għandhom jithemżu mas-submission set: Il-proposta sħiħa u d-deskrizzjoni sħiħa tal-proġett/azzjoni. Dokumenti legali: Ċertifikat tar-reġistrazzjoni uffiċjali, Artikoli ta' assoċjazzjoni/Statuti, Lista ta' diretturi/membri tal-bord eżekuttiv (kunjomi u ismijiet, titoli jew karigi fl-organizzazzjoni applikanta), organigramma, ir-regoli tal-proċedura. Evidenza tal-kapaċità teknika: Il-curriculum vitae tal-persuni li għandhom iwettqu xogħol marbut ma' l-operazzjoni. Il-Kapaċità finanzjarja: Il-kontijiet annwali (ivverifikati, kull fejn applikabbli) ta' l-aħħar sentejn finanzjarji (jew il-baġit annwali fil-każ ta' entità pubblika). L-istess għall-imsieħba.

12.   Opportunitajiet indaqs

Il-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tagħha (l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat KE). F'dan il-kuntest, in-nisa huma partikolarment imħeġġa li jinvolvu ruħhom fit-tressiq tal-proposti.


(1)  http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/cip/index_en.htm.

(2)  ENTR/CIP/007/001, ĠU C 306, 15.12.2006.

(3)  Din is-sejħa hija miftuħa wkoll għal Pajjiżi Terzi f'konformità ma' l-Artikoli 4 u 21.5 (CIP) u skond il-Punt 8 hawn taħt u skond is-sottomissjoni stabbilita, ħlief għall-Armenja, iċ-Ċili, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera, u r-reġjuni li ġejjin tat-Turkija: Istanbul, Bati Marmara, EGE, Bati Anadolu, Orta Anadolu, Kuzeydogu Anadolu.

(4)  NUTS = Nomenklatura ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 ta' l-24 ta' Ġunju 1988; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003); għal iktar tagħrif ara:

http://ec.europa.eu/comm/eurostat/ramon/nuts

(5)  Jekk jogħġbok innota li l-użu ta' NUTS1 iservi purament bħala indikazzjoni għal din is-sejħa speċifika għall-proposti. Dan l-użu ma jippreġudikax kwalunkwe inizjattiva oħra attwali jew futura marbuta mal-klassifikazzjoni NUTS.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

27.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227/16


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali tal-miżuri ta' kontrobilanċ applikabbli għal importazzjonijiet tal-Polyethylene Terephthalate (PET) li joriġinaw mill-Indja

(2007/C 227/05)

Il-Kummissjoni ddeċidiet b'inizjattiva tagħha stess li tibda reviżjoni temporanja parzjali limitata għal-livell ta' sussidjarjetà għal ċerti produtturi esportaturi Indjani skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1).

1.   Il-Prodott

Il-prodott taħt reviżjoni hu polyethylene terephtalate (PET) b'ko-effiċjent tal-viskożità ta' 78 ml/g jew iżjed, skond l-iStandard ISO 1628-5 li joriġina mill-Indja (“il-prodotti konċernat”), li bħalissa hu klassifikat taħt il-kodiċi NM 3907 60 20. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss bħala tagħrif.

2.   Il-miżuri attwali

Il-miżuri li huma bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' kontrobilanċ li huwa impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 (2) fuq l-importazzjonijiet tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġinaw mill-Indja.

3.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni

Hemm biżżejjed evidenza prima facie disponibbli għall-Kummissjoni, li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidjarjetà li fuqha l-miżuri ġew stabbiliti, inbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura permanenti.

Tabilħaqq, il-benefiċċji minn żewġ skemi ta' sussidju (l-Iskema tal-Ktejjeb ta' l-Intitolament għad-Dazju (id-“DEPBS”) u l-Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul skond it-Taqsima 80 HHC ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (l-“ITES”)) jidhru li naqsu b'mod sinifikanti. Dan huwa minħabba fil-bidla tal-liġijiet bażiċi rilevanti Indjani li fuqhom dawn l-iskemi huma msejsa.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell ta' sussidjarjetà għandu mnejn naqas għal dawk il-kumpaniji li l-miżuri tagħhom huma msejsa totalment jew parzjalment fuq benefiċċji miksuba minn waħda jew miż-żewġ skemi li ssemmew fil-perjodu ta' investigazzjoni użati fl-investigazzjoni li wasslet għad-determinazzjoni tal-livell tal-miżuri attwali.

Dan jindika li l-miżuri msemmija fil-paragrafu ta' qabel dwar l-importazzjonijiet tal-prodott taħt reviżjoni fil-livell tagħhom attwali jistgħu ma jkunux aktar meħtieġa biex jikkumpensaw għas-sussidjarjetà kurrenti. Għalhekk, il-miżuri għandhom jiġu riveduti għall-kumpaniji kkonċernati.

Dawn il-kumpaniji jinkludu dawk imniżżla fl-Anness u kull produttur tal-prodott taħt reviżjoni li jippreżenta lilu nnifsu lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stipulata fil-punt 5(b)(i) hawn taħt u li juri li fi żmien l-istess skadenza li (1) huwa bbenefika minn waħda jew miż-żewġ skemi msemmija hawn fuq matul il-perjodu ta' investigazzjoni użati fl-investigazzjoni li wasslet għall-osservanza tal-livell tal-miżura li għaliha huma suġġetti (l-1 ta' Ottubru 1998 — 30 ta' Settembru 1999), u li (2) minħabba fid-dawl tat-tibdil strutturali f'dawn l-iskemi kif jissemma hawn fuq, il-benefiċċju li jirriżulta minn dawn l-iskemi naqas.

Flimkien ma' dan, jekk l-investigazzjoni ta' reviżjoni turi jew jekk xi parti interessata tipprovdi biżżejjed evidenza prima facie fi żmien l-iskadenza stipulata fil-punt 5(a)(i) hawn taħt li l-esportaturi tal-prodott ikkonċernat li għandhom x'jaqsmu mar-reviżjoni attwali qed jibbenefikaw minn skemi ta' sussidju barra dawk imsemmija hawn fuq, tista' ssir ukoll investigazzjoni ta' dawn l-iskemi fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni attwali.

Sakemm il-marġini ta' sussidju mmodifikati li jirriżultaw mill-investigazzjoni attwali jista' jkollhom impatt fuq il-miżuri applikabbli għall-kumpaniji li qed jikkooperaw fl-investigazzjoni li stabbiliet il-livell tal-miżuri u/jew il-miżura residwa applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha, dawn ir-rati jistgħu jiġu riveduti kif jixraq.

Għandu jkun innotat li, għal dawk il-kumpaniji li huma suġġetti kemm għall-miżuri anti-dumping kif ukoll ta' kontrobilanċ, il-miżura anti-dumping tista' tiġi aġġustata kif jixraq jekk ikun hemm xi tibdil fil-miżura ta' kontrobilanċ.

4.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni ex officio temporanja parzjali, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa ta' tkomplija, tneħħija jew emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' dawk il-kumpaniji li jkunu bbenefikaw minn waħda jew miż-żewġ skemi ta' sussidju li jissemmew hawn fuq u, għal dawk il-kumpaniji, fir-rigward ta' skemi oħrajn fejn hija pprovduta biżżejjed evidenza kif jissemma fil-punt 3, il-paragrafu 6 hawn fuq. L-investigazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-ħtieġa, skond is-sejbiet ta' l-investigazzjoni attwali, li tirrivedi l-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni li ffissat il-livell tal-miżuri attwali u/jew il-miżuri li jifdal li huma applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Fid-dawl tan-numru apparenti ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għall-esportaturi — produtturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni billi jikkuntattjawha u jipprovdulha t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 5(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 6:

isem, indirizz, indirizz elettroniku, numru tat-telefon, u tal-fax u persuna ta' kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

jekk il-kumpanija hijiex beħsieba titlob rata individwali ta' sussidju (rati individwali ta' sussidju jistgħu biss jintalbu minn produtturi) (3),

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

jekk il-kumpanija rċevietx benefiċċji taħt id-DEPBS u/jew l-ITES (i) fil-perjodu ta' investigazzjoni użati fl-investigazzjoni li wasslet għad-determinazzjoni tal-livell tal-miżura li għaliha hija attwalment suġġetta (l-1 ta' Ottubru 1998 — 30 ta' Settembru 1999) u/jew (ii) fil-perjodu mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007.

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun,

meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fil-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 7 hawn taħt.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż li qiegħed jesporta, u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

(ii)   Għażla aħħarija tal-kampjun

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tal-kampjun għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 5(b)(ii).

Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel l-għażla aħħarija tal-kampjun wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li jkunu esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għal kwestjonarju fi ħdan il-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 5(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm kooperazzjoni biżżejjed, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 27(4) u 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Konklużjoni bbażata fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġjuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 7.

(b)   Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-kumpaniji fil-kampjun u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.

(ċ)   Ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza li tappoġġjah. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 5(a)(i).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a)(ii).

5.   Skadenzi taż-żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għal partijiet li jridu jippreżentaw lilhom infushom, biex iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet interessati kollha, jekk iridu li d-dikjarazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw fehmiethom u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat li qed jesporta, jew kwalunkwe tagħrif ieħor, inkluż dak imsemmi fil-punt 3 tas-sitt paragrafu, fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

(ii)   Seduti ta' smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

L-informazzjoni speċifikata fil-punt 4(a)(i) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien ħmistax mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 4(a)(ii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

6.   Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefon u tal-fax tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti (5) u, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05

7.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

8.   L-Iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

9.   Reviżjonijiet temporanji oħra skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku

L-ambitu tar-reviżjoni attwali huwa stipulat fil-punt 4 hawn fuq. Kwalunkwe parti li tixtieq titlob reviżjoni skond raġunijiet oħra tista' tagħmel hekk bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku

10.   L-ipproċessar ta' data personali

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (6).


(1)  ĠU L 288, 21.10.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34.

(3)  Marġni individwali jistgħu jintalbu skond l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji li mhumiex inklużi fil-kampjun.

(4)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(5)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kumpens.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

Pearl Engineering Polymers Ltd

Reliance industries Ltd


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

27.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 227/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 227/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

“AIL DE LA DROME”

Nru tal-KE: FR/PGI/005/0537/27.03.2006

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem:

Institut National des Appellations d'Origine (I.N.A.O)

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75 008 Paris

Tel.:

(33-1) 53 89 80 00

Faks:

(33-1) 42 25 57 97

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem:

Association des Producteurs d'Ail de la Drôme

Indirizz:

Chambre d'Agriculture

ZI de Gournier

F-26 200 Montelimar

Tel.:

(33-4) 75 53 91 10

Faks:

(33-4) 75 53 50 92

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

Prodotturi/Proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6 “Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati”

4.   Speċifikazzjon

[sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

4.1   Isem: “Ail de la Drôme”

4.2   Deskrizzjoni: L-“Ail de la Drôme” hija tewma għall-konsum, maħsuba biex tinbiegħ friska, seminiexfa jew niexfa. Dan huwa tewm abjad (varjetajiet tal-Ħarifa) li jista' jkollu marki vjola, u daqs kbir. Huwa kkaratterizzat minn togħma kemmxejn ħelwa, “friska” (bil-kontra ta' togħma misnieħa), ta' intensità medja li tħalli togħma ftit persistenti, impressjoni tajba u konsistenza ratba fil-ħalq. Jintużaw żewġ varjetajiet lokali storiċi ta' tewm abjad: “Messidrôme” u “Thermidrôme”.

Il-basliet għandhom ikunu kklassifikati fil-kategorija I jew Extra kif stabbilit mill-istandardizzazzjoni KEE. L-inqas djametru huwa dak stabbilit għal 45 millimetru.

L-Ail de la Drôme jista' jiġi kkummerċjalizzat fi kwantitajiet kbar [in bulk] (kaxex jew xkejjer) jew bil-waħdiet għall-konsum.

Tliet tipi ta' preżentazzjoni huma awtorizzati: waħda waħda fil-pakkett, bil-qatta, u mmaljati esklussivament għall-prodotti nixfin jew seminixfin.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tiġbor fiha 118-il komun mxerrda fuq 13-il distrett ta' Drôme.

It-territorju kollu tad-distretti ta': Crest Sud, Grignan, Loriol, Marsanne, Montélimar I u II, Pierrelatte, Saint Paul Trois Châteaux u Portes lès Valence. Parti mit-territorju tad-distretti ta': Buis les Baronnies, Chabeuil, Crest Nord, Dieulefit u Nyons.

Din ġiet stabbilita abbażi tal-pożizzjoni storika u attwali tat-tkabbir tat-tewm, skond id-data taċ-ċensment ġenerali agrikolu minn naħa, u skond id-data klimatika li turi biċ-ċar iż-żoni ġeografiċi li fihom is-somma tat-temperaturi ta' bi nhar jammontaw għal 1 000oC fi 8 darbiet fuq 10 bejn l-1 ta' Novembru u l-15 ta' April, b'hekk lit-tewm ikunlu garantit sajran u kwalitajiet mill-ifjen, min-naħa l-oħra.

Dawn l-istadji għandhom isiru fiż-żona ġeografika ta' l-IĠP: produzzjoni taż-żrieragħ, tkabbir, ħsad, tnixxif, tindif u selezzjoni tat-tewm.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Ir-reġistru katastali jippermetti li jiġi vverifikat fejn jinsabu l-irqajja' ta' art fiż-żona ġeografika ta' l-IĠP. L-oriġini taż-żrieragħ iċċertifikati hija garantita mill-fatturi ta' xiri u mit-tikketti Service Officiel de Contrôle. L-operazzjonijiet tat-tkabbir, mit-taħwil sat-tnixxif, huma rreġistrati fuq l-iskeda tat-tat-tkabbir.

Is-sistema tat-traċċabbiltà kompjuterizzata stabbilita tippermetti li jkunu traċċati mill-ippakkjar propost sal-konsumatur kif ukoll l-art fejn sar it-tkabbir. Kull lott huwa identifikat mill-informazzjoni li tinsab fuq l-iskeda tat-tkabbir (isem il-produttur, il-roqgħa art, is-sena) u jagħmlu l-konnessjoni ma' l-oriġini tal-prodott possibbli.

L-organu ta' spezzjoni ULASE jwettaq l-ispezzjonijiet esterni regoli u jiggarantixxi r-rispett ta' l-ispeċifikazzjoni.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: L-irqajja' ta' art għandhom jinsabu fiż-żona ġeografika definita. Ma għandux ikun hemm ħafna ċagħaq u tafal fil-ħamrija (aspett importanti għall-kapaċità tajba għall-konservazzjoni): għandu jkun fiha talanqas 10 % tafal (spezzjoni permezz ta' l-analiżi tal-ħamrija sat-taħwil).

Jintużaw żewġ varjetajiet lokali storiċi ta' tewm abjad: “Messidrôme” u “Thermidrôme”. Iżda jeżistu regoli għall-introduzzjoni ta' varjetajiet ġodda li jirrigwardaw il-produttività, id-daqs, il-kulur, il-forma tal-basliet, l-għadd ta' qoxriet esterni, il-kapaċità għall-konservazzjoni u l-adattament għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi lokali. Il-varjetajiet għandhom jagħmlu mal-“grupp tal-varjetà III” definit fil-klassifikazzjoni botanika ta' C.M. MESSIAEN, li kien riċerkatur ta' l-INRA, u jikkorrispondu mal-profil organolettiku stabbilit. Il-varjetajiet awtorizzati ġejjin kollha miż-żrieragħ iċċertifikati mis-Service Officiel de Contrôle u prodotti fiż-żona ġeografika ta' l-IĠP. Id-densità minima tat-taħwil hija 900 kg/ha.

Bil-ħsieb li “jinkiser” iċ-ċiklu ta' ċertu mard u parassiti tat-tewm, mhuwiex permess li dawn il-prodotti jitkabbru preċedentement: qamħirrum, basal, shallots, kurrat. It-tinwib applikat huwa li jitkabbar it-tewm massimu darbtejn fuq 5 snin.

Il-fertilizzazzjoni bażika u dik bin-nitroġenu jsiru bil-qies, skond il-bżonnijiet tal-prodott.

Huwa rakkomandat li l-ħaxix ħażin jinqata' qabel il-ħsab. Il-qtugħ tal-ħaxix ħażin “ta' rkupru” huwa permess wara l-ħsad f'każ ta' preżenza ħaxix ħażin li jinxtered waħdu, b'limiti ta' skattar li ġejjin:

dikotiledoni: minn 10 xtieli żgħar fl-istadju ta' 2 werqiet kull m2;

qmuħ: xtieli żgħar daqs jew iżgħar minn 10 ċm.

It-trattamenti huma applikati skond il-pressjoni tal-parassiti u l-mard abbażi ta' l-osservazzjonijiet tal-produtturi u/jew servizzi tekniċi lokali. It-trattament kontra s-sadid (fungu ta' l-ordni Uredinali) huwa obbligatorju bħala prevenzjoni.

Fit-tkabbir, mhuwiex permess l-użu ta' l-inibituri ta' nbit.

Il-prodotti tat-trattament fitosanitarju użati għandhom ikollhom Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq (Autorisation de Mise en MarchéA.M.M.) u għandhom jirrispettaw id-dożi awtorizzati.

It-tisqija għandha ssir bil-qies. Din hija tisqija supplimentari u mhux sistematika, ipprattikata fl-istadju li fih tifforma l-basla.

Il-ħsad tat-tewm isir bl-idejn jew mekkanikament. F'dan l-aħħar każ, l-għoli tal-waqgħa huwa limitat għal massimu ta' 50 ċm. Il-ħsad jibda skond ir-relazzjoni bejn il-piż tal-basliet u dak tal-faxxina jew permezz ta' l-osservazzjoni tat-tinxif tal-faxxina, skond il-kundizzjonijiet klimatiċi.

It-tewm għandu jitħalla jinxef għal 24 siegħa wara li jinqata', jew bi tnixxif naturali nkella b'ventilazzjoni dinamika. It-tewm li jkun inqatagħlu l-bont u nħasad mekkanikament għandu jitnixxef permezz tal-ventilazzjoni dinamika. It-tewm maħsud bl-idejn jista' jitnixxef kemm b'mod naturali, kemm permezz tal-ventilazzjoni dinamika. It-tnixxif isir fiż-żona IĠP. It-tewm għandu jitnixxef fi żmien minimu ta' 21 jum wara li jinqata' għat-tewm niexef, u fi żmien minimu ta' l-ewwel 3 ijiem wara li jinqata' għat-tewm seminiexef.

Mhumiex permessi l-użu ta' inibituri ta' nbit u t-trattament permezz ta' jonizzazzjoni għall-konservazzjoni u l-ħżin.

Il-ħżin fil-kesħa huwa awtorizzat f'temperatura li tvarja bejn -1 °C u 0 °C.

It-tewm jiġi mnaddaf, magħżul u bbliċjat. Il-għeruq tat-tewm niexef jinqatgħu eżatt mar-ras u jinbiegħu bil-qatta. Il-faxxina tinqata' jekk it-tewm jiġi preżentat wieħed wieħed. Il-faxxina tinqata' ndaqs jekk it-tewm jiġi ppreżentat f'qatta.

4.6.   Rabta:

It-tkabbir tat-tewm, il-biċċa l-kbira tradizzjonali, jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Fi Drôme, it-tewm ilu produzzjoni magħrufa għal ħafna żmien, kif turi r-referenza ta' l-1 600 fil-ktieb ta' Olivier de Serres “Le Théâtre d'Agriculture et Mesnage des Champs”. Fl-1793, it-tewm huwa preżenti fis-suq ta' Valence.

Mis-Sittinijiet tas-seklu 20, xi riċerkaturi ta' l-INRA (Institut National de Recherche Agronomique) interessaw ruħhom fit-tewm. Bdew xogħol ta' għażla li ntemmet f'2 kloni li ssejħu “Messidrôme” u “Thermidrôme” mill-varjetà “Blance de la Drôme”.

Hija minn din l-opportunità li wasslet għal dawn il-varjetajiet ġodda selezzjonati mill-INRA li l-agrikoltura ta' Drôme żviluppat it-tkabbir tat-tewm, li jirrappreżenta għal bosta azjendi agrikoli ta' daqs medju għajn ta' qligħ konsiderevoli.

Ta' min jiġi nnutat li llum, aktar minn 85 % taż-żrieragħ iċċertifikati (mis-S.O.C.) mibjugħa fi Franza ġew miż-żona ta' produzzjoni ta' Drôme.

Mit-Tmeninijiet, il-produtturi tat-tewm ta' konsum ta' Drôme iddeċiedu li jingħaqdu f'organizzazzjonijiet: fl-1981 inħolqot l-“Assoċjazzjoni tal-produtturi tat-Tewm ta' Drôme” (Association des producteurs d'Ail Drômois); fl-1986 twaqqfet il-“Fiera tat-tewm ta' Sauzet” (Foire à l'ail de Sauzet); fl-1993 inħolqot (b'insistenza mill-produtturi tat-tewm ta' Drôme) l-“Assoċjazzjoni Nazzjonali Interprofessjonali tat-Tewm” (Association Nationale Interprofessionnelle de l'AIL — ANIAIL) maħsuba biex tirrappreżenta d-dinja tat-tewm ma' l-awtoritajiet pubbliċi; fl-1994, ġie ffirmat Programm Integrat ta' Żvilupp Agrikolu (Programme Intégré de Développement Agricole — PIDA); fl-1996 inħolqot “Il-Fratellanza tat-Tewm ta' Drôme” (La Confrérie de l'Ail de la Drôme).

Bis-saħħa ta' studji dwar il-fiżjoloġija u l-iżvilupp tat-tewm, flimkien ma' sinteżi tad-data meteoroloġika tad-dipartiment, ġew identifikati li ż-żoni b'kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir tat-tewm. Il-klima xemxija u mirjieħa taż-żona IĠP hija ideali għal din il-produzzjoni partikolarment billi tiffaċilita t-tnixxif tat-tewm. Il-ħamrija mhijiex fattur li jxekkel it-tkabbir tat-tewm, li tadatta tajjeb għat-tipi ta' ħamrija taż-żona IĠP. Huma pjuttost il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi flimkien li jiffavorixxu produzzjoni ta' kwalità. It-tewm ta' Drôme jeħtieġ ftit tindif, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona IĠP li jiffaċilitaw it-tqaxxir. Il-kapaċità tal-produtturi hija partikolarment apprezzata fid-determinazzjoni ta' l-aħjar data li fiha jsir il-ħsad u fit-tmexxija tat-tnixxif.

L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tat-Tewm ta' Drôme tixtieq tiżviluppa l-produzzjoni ta' l-“Ail de la Drôme” billi tissejjes fuq tradizzjoni b'saħħitha tat-tkabbir tat-tewm, fama u reputazzjoni kbira fir-reġjun tax-Xlokk ta' Franza, territorju idoneu kif ukoll organizzazzjoni tal-produtturi lokali li jixtiequ jdejmu dan il-wirt tat-tkabbir.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

ULASE

Indirizz:

Place du Champ de Mars

F-26 270 LORIOL sur DROME

Tel.:

(33-4) 75 61 13 00

Faks:

(33-4) 75 85 62 12

Posta elettronika:

ULASE huwa organu approvat u akkreditat li jiċċertifika skond l-istandard EN 45011.

4.8.   Tikkettar: It-tikkettar għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: id-denominazzjoni ta' bejgħa “Ail de la Drôme”; il-kliema “Indication Géographique Protégée” jew il-logo Komunitarju ta' l-IĠP.