ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
8 ta' Settembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 211/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 199, 25.8.2007.

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 211/02

Kawża C-503/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta' l-Istat — Nuqqas ta' eżekuzzjoni — Artikolu 228 KE — Miżuri li jassiguraw l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rexissjoni ta' kuntratt)

2

2007/C 211/03

Kawża C-507/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi — Direttiva 79/409/KEE — Miżuri ta' traspożizzjoni)

2

2007/C 211/04

Kawża C-119/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Ministero dell'Industria, del Commercio e dell'Artigianato vs Lucchini Siderurgica SpA (Għajnuna mogħtija mill-Istat — KEFA — Industrija ta' l-azzar u tal-ħadid — Għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni — Irkupru — Awtorità ta' res judicata ta' sentenza mogħtija minn qorti nazzjonali)

3

2007/C 211/05

Kawża C-212/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht — il-Ġermanja) — Gertraud Hartmann vs Freistatt Bayern (Ħaddiem tal-fruntiera — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Trasferiment ta' domiċilju fi Stat Membru ieħor — Wieħed mill-konjuġi mingħajr impjieg — Sussidju għall-edukazzjoni — Għoti miċħuda lil wieħed mill-konjuġi — Benefiċċju soċjali — Kundizzjoni ta' residenza)

4

2007/C 211/06

Kawża C-213/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht — Il-Ġermanja) — Wendy Geven vs Land Nordrhein-Westfalen (Ħaddiem fuq il-fruntiera — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Allowance tat-tfal — Għoti rrifjutat — Vantaġġ soċjali — Kundizzjoni ta' residenza)

4

2007/C 211/07

Kawża C-277/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Société thermale d'Eugénie-Les-Bains vs Ministère de l'Économie, des Finances et de l'Industrie (VAT — Kamp ta' applikazzjoni — Kapparri mħallsa fil-kuntest ta' kuntratti li jikkonċernaw il-provvista ta' servizzi suġġetti għall-VAT u miżmumin mill-fornitur fil-każ ta' tħassir tal-kuntratt — Klassifikazzjoni)

5

2007/C 211/08

Kawża C-399/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/38/KEE — Akkwist pubbliku fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni — Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti)

5

2007/C 211/09

Kawża C-460/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali — Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali — Qwiebel — Provvedimenti speċifiċi applikabbli għall-kwalifiki Pollakki — Validità — Obbligu ta' motivazzjoni — Introduzjonit bl-Att ta' adeżjoni)

6

2007/C 211/10

Kawża C-142/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari ta' l-Østre Landsret — Id-Danimarka) — Olicom A/S vs Skatteministeriet (Tariffa doganali komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifika tan-Nomenklatura Magħquda — Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data — Kards tan-netwerk bil-funzjoni modem — Kunċett ta' funzjoni speċifika)

6

2007/C 211/11

Kawża C-155/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (Nuqqas ta'Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/20/Euratom — Ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti — Nuqqas ta' traspożizzjoni korretta fit-terminu ta' żmien stabbilit)

7

2007/C 211/12

Kawża C-182/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Prim'Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (Talba għad-Deċiżjoni Preliminari tal-Cour administrative — Il-Lussemburgu) — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs Hans Ulrich Lakebrink, Katrin Peters-Lakebrink (Artikolu 39 KE — Taxxa fuq id-dħul ta' persuni mhux residenti — Kalkolu tar-rata ta' tassazzjoni — Beni immobbli li jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor — Telf mhux ikkunsidrat ta' dħul minn kiri ta' immobbli)

7

2007/C 211/13

Kawża C-213/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) vs Georgios Karatzoglou (Appell — Aġent temporanju — Terminazzjoni ta' kuntratt)

8

2007/C 211/14

Kawża C-310/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — l-Olanda) — F.T.S. International BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West (Tariffa doganali komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni — Qatgħat mingħajr għadam tat-tiġieġ, iffriżati u mimlija bil-melħ — Validità tar-Regolament (KE) Nru 1223/2002)

8

2007/C 211/15

Kawża C-402/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden l-Olanda) — Op-en Overslagbedrijf Van der Vaart B.V. vs Staatssecretaris van Financiën (Tariffa Doganali komuni — Klassifikazzjoni tat-tariffi — Nomenklautra Magħquda — Prodott magħmul mill-koagulazzjoni tal-ħalib u l-estrazzjoni ta' parti l-kbira mix-xorrox)

9

2007/C 211/16

Kawża C-517/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/98/KE — Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2007/C 211/17

Kawża C-26/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/80/KE — Kumpens għal vittmi ta' delitti — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

10

2007/C 211/18

Kawża C-50/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/24/KE — Prodotti farmaċewtiċi — Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali — Kodiċi tal-Komunità — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

10

2007/C 211/19

Kawża C-61/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass serra — Implementazzjoni tal-Protokoll ta' Kyoto)

11

2007/C 211/20

Kawża C-90/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/12/KE — L-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

11

2007/C 211/21

Kawża C-220/07: Rikors imressaq fis-27 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

11

2007/C 211/22

Kawża C-263/07: Rikors imressaq fl-1 ta' Ġunju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

12

2007/C 211/23

Kawża C-268/07: Rikors imressaq fis-6 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

13

2007/C 211/24

Kawża C-271/07: Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

13

2007/C 211/25

Kawża C-272/07: Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

14

2007/C 211/26

Kawża C-273/07: Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

14

2007/C 211/27

Kawża C-276/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Firenze (l-Italja) fil-11 ta' Ġunju 2007 — Nancy Delay vs Università degli studi di Firenze, Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Ir-Repubblika ta' l-Italja

15

2007/C 211/28

Kawża C-278/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta' Ġunju 2007 — Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co. vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

15

2007/C 211/29

Kawża C-279/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta ' Ġunju 2007 — Vion Trading GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

15

2007/C 211/30

Kawża C-280/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta'Ġunju 2007 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

16

2007/C 211/31

Kawża C-281/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta' Ġunju 2007 — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

16

2007/C 211/32

Kawża C-286/07: Rikors imressaq fit-13 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

17

2007/C 211/33

Kawża C-287/07: Rikors imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

17

2007/C 211/34

Kawża C-292/07: Rikors imressaq fil-15 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

18

2007/C 211/35

Kawża C-294/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

18

2007/C 211/36

Kawża C-295/07 P: Appell imressaq fl-20 ta' Ġunju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fid-29 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-369/00, Département du Loiret (Franza), sostnut minn Scott SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

19

2007/C 211/37

Kawża C-297/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgerichts Regensburg (il-Ġermanja) fil-21 ta' Ġunju 2007 — Staatsanwaltschaft Regensburg vs Klaus Bourquain

20

2007/C 211/38

Kawża C-302/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Londra (ir-Renju Unit), fid-29 ta' Ġunju 2007 — J D Wetherspoon PLC vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue and Customs

20

2007/C 211/39

Kawża C-303/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fid-29 ta' Ġunju 2007 — Aberdeen Property Fininvest Alpha Oy vs Uudenmaan verovirasto u Helsingin kaupunki

21

2007/C 211/40

Kawża C-304/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fit-2 ta' Lulju 2007 — Directmedia Publishing GmbH vs 1. Albert-Ludwigs-Universität Freiburg, 2. Ulrich Knoop

21

2007/C 211/41

Kawża C-305/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Genova (l-Italja) fit-2 ta' Lulju 2007 — Radiotelevisione italiana SpA (RAI) vs PTV Programmazioni Televisive SpA

22

2007/C 211/42

Kawża C-306/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa minn Højesteret (Id-Danimarka) fit-3 ta' Lulju 2007 — Ruben Andersen vs Kommunernes Landsforening li taġixxi għall-komun ta' Slagelse (preċedentament il-komun ta' Skælskør)

22

2007/C 211/43

Kawża C-308/07 P: Appell imressaq fil-5 ta' Lulju 2007 minn Koldo Gorostiaga Atxalandabaso kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħti fl-24 ta' April 2007 fil-Kawża T-132/06, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament Ewropew

23

2007/C 211/44

Kawża C-310/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mmressqa minn Lunds tingsrätt (l-Iżvezja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Ir-Renju ta' l-Iżvezja rappreżentat minn Tillsynsmyndighet i konkurser vs Anders Holmqvist

23

2007/C 211/45

Kawża C-311/07: Rikors imressaq fil- 5ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

24

2007/C 211/46

Kawża C-312/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Paris (Franza) fis-6 ta' Lulju 2007 — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

25

2007/C 211/47

Kawża C-313/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa minn Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Kirtruna S.L vs Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Red Elite de Electrodomésticos SA u Electro Calbet SA

25

2007/C 211/48

Kawża C-317/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto oikeus fl-10 ta' Lulju 2007 — Lahti Energia Oy

26

2007/C 211/49

Kawża C-319/07 P: Appell imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 minn 3F, preċedentement Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) kontra d-digriet mogħti mil-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tieni Awla Estiża) fit-23 ta' April 2007 fil-Kawża T-30/03, Specialarbejderforbundet i Danmark vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej

27

2007/C 211/50

Kawża C-320/07 P: Appell imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 minn Antartica Srl kontra s-sentenza mogħtija tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba' Awla) fl-10 ta' Mejju 2007 fil-Kawża T-47/06: Antartica Srl vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

27

2007/C 211/51

Kawża C-324/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'Etat (il-Belġju) fit-12 ta' Lulju 2007 — Coditel Brabant SA vs 1. Commune d'Uccle, 2. Société Intercommunale pour la Diffusion de la Télévision (Brutélé), 3. Région de Bruxelles-Capitale

27

2007/C 211/52

Kawża C-325/07: Rikors imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

28

2007/C 211/53

Kawża C-328/07: Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

28

2007/C 211/54

Kawża C-329/07: Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

29

2007/C 211/55

Kawża C-333/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d'appel de Lyon (Franza) fis-17 ta' Lulju 2007 — Regie Networks vs Direction de contrôle fiscal Rhône-Alpes Bourgogne

29

2007/C 211/56

Kawża C-340/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

29

2007/C 211/57

Kawża C-341/07: Rikors imressaq fl-20 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

30

2007/C 211/58

Kawża C-342/07: Rikors imressaq fl-24 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

30

2007/C 211/59

Kawża C-345/07: Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

30

2007/C 211/60

Kawża C-346/07: Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

31

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2007/C 211/61

Kawża T-189/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Lulju 2007 — Ente per le Ville vesuviane vs Il-Kummissjoni (Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) — Terminazzjoni ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja — Rikors għal annullament — Ammissibiltà — Kwalità sabiex wieħed jaġixxi bħala benefiċjarju finali ta' għajnuna — Rabta diretta — Drittijiet tad-difiża — Ksur ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 4254/88 emendat — Nuqqas ta' investigazzjoni)

32

2007/C 211/62

Kawża T-344/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Lulju 2007 — Bouychou vs Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali — Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lill-kumpannija Stardust Marine — Annullament tad-deċiżjoni permzz ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

32

2007/C 211/63

Kawża T-360/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Lulju 2007 — FG Marine vs Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali — Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna mill- Istat mogħtija minn Franza lill-kumpannija Stardust Marine — Annullament tad-deċiżjoni permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

33

2007/C 211/64

Kawża T-345/05 R II: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 — V vs Il-Parlament (Proċedura sommarja — Tneħħija ta' l-immunità ta' membru tal-Parlament Ewropew — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Urġenza)

33

2007/C 211/65

Kawża T-130/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2007 — Drax Power et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra — Proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti — Rifjut tal-Kummissjoni — Inammissibbiltà)

33

2007/C 211/66

Kawża T-190/07: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2007 — KEK DIAGLOS vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

34

2007/C 211/67

Kawża T-217/07: Rikors imressaq fis-26 ta' Ġunju 2007 — Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

34

2007/C 211/68

Kawża T-218/07: Rikors imressaq fis-26 ta' Ġunju 2007 — Agroquivir vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

35

2007/C 211/69

Kawża T-219/07: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2007 — DSV ROAD vs Il-Kummissjoni

36

2007/C 211/70

Kawża T-225/07: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2007 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni

36

2007/C 211/71

Kawża T-226/07: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2007 — Prana Haus vs L-UASI (PRANAHAUS)

37

2007/C 211/72

Kawża T-227/07: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ġunju 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni

37

2007/C 211/73

Kawża T-228/07: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2007 — Malheiro vs Il-Kummissjoni

38

2007/C 211/74

Kawża T-233/07 P: Appell imressaq fil-5 ta' Lulju 2007 minn Maddalena Lebedef-Caponi kontra s-sentenza mogħtija fil-25 ta' April 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-71/06, Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni

39

2007/C 211/75

Kawża T-234/07: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2007 — Koninklijke Grolsch NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

39

2007/C 211/76

Kawża T-235/07: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2007 — Bavaria vs Il-Kummissjoni

40

2007/C 211/77

Kawża T-236/07: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

41

2007/C 211/78

Kawża T-237/07: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2007 — CityLine Hungary vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

41

2007/C 211/79

Kawża T-238/07: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2007 — Ristic et vs Il-Kummissjoni

42

2007/C 211/80

Kawża T-239/07: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — Pathé Distribution vs EACEA

42

2007/C 211/81

Kawża T-240/07: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2007 — Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni

43

2007/C 211/82

Kawża T-241/07: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2007 — Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

44

2007/C 211/83

Kawża T-242/07: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2007 — Weiler vs L-UASI — CISQ (Q2WEB)

45

2007/C 211/84

Kawża T-243/07: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika ta' Polonja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

45

2007/C 211/85

Kawża T-244/07: Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Campo de Cartagena vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

46

2007/C 211/86

Kawża T-245/07: Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Virsa vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

46

2007/C 211/87

Kawża T-246/07: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2007 — Coesagro vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

47

2007/C 211/88

Kawża T-247/07: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2007 — L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni

47

2007/C 211/89

Kawża T-248/07: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

48

2007/C 211/90

Kawża T-252/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Sungro vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

49

2007/C 211/91

Kawża T-253/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Desarrollo y Aplicaciones Fitotécnicas vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

49

2007/C 211/92

Kawża T-254/07: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2007 — Pinzón vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

49

2007/C 211/93

Kawża T-255/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Algodonera de Palma vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

49

2007/C 211/94

Kawża T-256/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta'Lulju 2007 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

50

2007/C 211/95

Kawża T-257/07: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2007 — Franza vs Il-Kummissjoni

50

2007/C 211/96

Kawża T-258/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Campo de Alcalá del Rio vs Il-Kunsill u Il-Kommissjoni

51

2007/C 211/97

Kawża T-259/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Algusa Algodonera Utrerana vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

51

2007/C 211/98

Kawża T-260/07: Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Las Marismas de Lebrija vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

52

2007/C 211/99

Kawża T-261/07: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni vs Banca di Roma

52

2007/C 211/00

Kawża T-262/07: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

53

2007/C 211/01

Kawża T-266/07: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — Air One vs Il-Kummissjoni

54

2007/C 211/02

Kawża T-276/07: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2007 — Hans-Peter Martin vs Il-Parlament Ewropew

55

2007/C 211/03

Kawża T-278/07 P: Appell imressaq fit-18 ta' Lulju 2007 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fil-11 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-2/06, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni

55

2007/C 211/04

Kawża T-279/07: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2007 — Franza vs Il-Kummissjoni

56

2007/C 211/05

Kawża T-284/07 P: Appell imressaq fl-24 ta' Lulju 2007 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) kontra s-sentenza mogħtija fit-22 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-97/06, López Teruel vs l-UASI

57

2007/C 211/06

Kawża T-326/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — Total vs L-UASI — Peterson (Beverly Hills Formula TOTAL PROTECTION)

57

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2007/C 211/07

Kawża F-7/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Lulju 2007 — B vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance ta' l-espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

58

2007/C 211/08

Kawża F-143/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Continolo vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjal — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni — Inammissibbiltà manifesta)

58

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/1


(2007/C 211/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 199, 25.8.2007.

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 183, 4.8.2007.

ĠU C 170, 21.7.2007.

ĠU C 155, 7.7.2007.

ĠU C 140, 23.6.2007.

ĠU C 129, 9.6.2007.

ĠU C 117, 26.5.2007.

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-503/04) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta' l-Istat - Nuqqas ta' eżekuzzjoni - Artikolu 228 KE - Miżuri li jassiguraw l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rexissjoni ta' kuntratt’)

(2007/C 211/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u C. Schulze-Bahr, aġenti, H.-J. Prieß, avukat)

Parti intervenjenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. C. Gracia, aġenti), Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H. G. Sevenster u D. J. M. de Grave, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: T. Pynnä, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' April 2003, fil-kawżi magħquda C-20/01 u C-28/01 — Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Għoti ta' kuntratti pubblici mill-belt ta' Braunschweig u mill-komun ta' Bockhorn mingħajr ma saret sejħa għal offerti — Talba sabiex tiġi imposta penali perjodika

Dispożittiv

1)

Billi fid-data ta' meta għalaq it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 228 KE ma kinitx ħadet il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza ta' l-10 ta' April 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C 20/01 u C 28/01), dwar il-konklużjoni ta' kuntratt għar-rimi ta' l-iskart tal-belt ta' Brunswick (Il-Ġermanja), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond dan l-Artikolu.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija ordnata tbati l-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 45, 19.2.2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-507/04) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Miżuri ta' traspożizzjoni’)

(2007/C 211/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, B.Schima u M. Lang, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: H. Dossi, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p.1)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 10 u 249 KE, kif ukoll skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, billi ma ttrasponietx korrettament id-dispożizzjonijiet segwenti:

l-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 79/409 fil-Länder ta' Burgenland, ta' Kärnten, ta' Niederösterreich, ta' Oberösterreich, u ta' Steiermark,

l-Artikolu 5 tad-Direttiva 79/409 fil-Länder ta' Burgenland, ta' Kärnten, ta' Niederösterreich, ta' Oberösterreich, u ta' Steiermark,

l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Oberösterreich,

l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 79/409 fil-Länder ta' Kärnten, ta' Niederösterreich u ta' Oberösterreich,

l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 79/409 fil-Länder u fir-rigward ta' l-ispeċi segwenti:

fil-Land ta' Kärnten għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja, it-tiġieġa tal-baħar, il-gallina, it-tuduni, u l-ħamiema tal-kullar,

fil-Land ta' Niederösterreich għal dak li jikkonċerna t-tuduni, is-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Oberösterreich għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Salzburg għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Steiermark għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ, il-faġan tal-muntanja u l-gallina,

fil-Land ta' Tirol għal dak li jikkonċerna s-serduk selvaġġ u l-faġan tal-muntanja,

fil-Land ta' Vorarlberg għal dak li jikkonċerna l-faġan tal-muntanja, u

fil-Land ta' Wien għal dak li jikkonċerna l-gallina,

l-Artikolu 8 tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Niederösterreich,

l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Burgenland, fil-Land ta' Niederösterreich fir-rigward ta' l-Artikolu 20(4) tal-liġi ta' Niederösterreich dwar il-protezzjoni tan-natura (Niederösterreichisches Naturschutzgesetz), fil-Länder ta' Oberösterreich, ta' Salzburg, ta' Tirol u ta' Steiermark,

l-Artikolu 11 tad-Direttiva 79/409 fil-Land ta' Niederösterreich.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 19.2.2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Ministero dell'Industria, del Commercio e dell'Artigianato vs Lucchini Siderurgica SpA

(Kawża C-119/05) (1)

(Għajnuna mogħtija mill-Istat - KEFA - Industrija ta' l-azzar u tal-ħadid - Għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni - Irkupru - Awtorità ta' res judicata ta' sentenza mogħtija minn qorti nazzjonali)

(2007/C 211/04)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell'Industria, del Commercio e dell'Artigianato

Konvenuti: Lucchini Siderurgica SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Irkupru ta' għajnuna li ġiet ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni u tmur kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 3484/85/KEFA tas-27 ta' Novembru 1985 li tistabbilixxi regoli Komunitarji għall-għajnuna lill-industrija ta' l-azzar (ĠU L 340, p. 1) — Obbligu ta' l-Istat li jirkupra l-għajnuna minkejja sentenza kuntrarja tal-qorti ċivili li saret res judicata

Dispożittiv

Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li għandha l-għan li tistabbilixxi l-prinċipju ta' res judicata bħal ma huwa l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (Codice Civile), safejn l-applikazzjoni tagħha tostakola l-irkupru ta' għajnuna mogħtija mill-Istat bi ksur tad-dritt Komunitarju, u fejn l-imkompatibbiltà mas-suq komuni ġiet ikkonstatata permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li saret definittiva


(1)  ĠU C 132 ta' 28.5.2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht — il-Ġermanja) — Gertraud Hartmann vs Freistatt Bayern

(Kawża C-212/05) (1)

(Ħaddiem tal-fruntiera - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Trasferiment ta' domiċilju fi Stat Membru ieħor - Wieħed mill-konjuġi mingħajr impjieg - Sussidju għall-edukazzjoni - Għoti miċħuda lil wieħed mill-konjuġi - Benefiċċju soċjali - Kundizzjoni ta' residenza)

(2007/C 211/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gertraud Hartmann

Konvenut: Freistatt Bayern

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundessozialgericht — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta' Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2) — Kunċett ta' ħaddiem — Uffiċjal Ġermaniz li ttrasferixxa d-domiċilju tiegħu lejn l-Awstrija filwaqt li baqa' jaħdem fil-Ġermanja — Rifjut li jingħata sussidju għat-tfal (Erziehungsgeld) lill-mara tiegħu ta' nazzjonalità Awstrijaka, li għandha d-domiċilju tagħha fl-Awstrija u li ma tipprattika ebda attiività professjonali fil-Ġermanja — Benefiċċju soċjali

Dispożittiv

1)

Ċittadin ta' Stat Membru li, filwaqt li żamm l-impjieg tiegħu f'dan l-Istat, ittrasferixxa d-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor u eżerċita, minn dak iż-żmien, l-attività professjonali tiegħu bħala ħaddiem tal-fruntiera, jista' jipprevali ruħu mill-istatus ta' “ħaddiem immigranti” fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta' Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità.

2)

F'ċirkustanzi bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jipprekludi li wieħed mill-konjuġi ta' ħaddiem immigrant li jeżerċita attività professjonali fi Stat Membru, li jkun mingħajr impjieg u li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, jiġi eskluż mill-benefiċċju ta' vantaġġ soċjali li għandu l-karatteristiċi tas-sussidju għall-edukazzjoni Ġermaniż minħabba l-fatt li huwa la għandu d-domiċilju u lanqas ir-residenza abitwali tiegħu fl-ewwel Stat.


(1)  ĠU C 193, 6.8.2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht — Il-Ġermanja) — Wendy Geven vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-213/05) (1)

(“Ħaddiem fuq il-fruntiera - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Allowance tat-tfal - Għoti rrifjutat - Vantaġġ soċjali - Kundizzjoni ta' residenza’)

(2007/C 211/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wendy Geven

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundessozialgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2) — Vantaġġ soċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta' allowance tat-tfal (Erziehungsgeld) lil persuni li m'għandhomx ir-residenza permanenti jew ordinarja tagħhom fit-territorju nazzjonali, bil-kundizzjoni li jaqbżu l-livell minimu ta' 15-il siegħa xogħol fil-ġimgħa (Geringfügigkeitsgrenze)

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità ma jipprekludix l-esklużjoni, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, ta' ċittadina ta' Stat Membru ieħor li tirrisjedi f'dan l-Istat Membru u li teżerċita fl-ewwel Stat attività professjonali minuri (bejn 3 u 14-il siegħa fil-ġimgħa), mill-benefiċċju ta' vantaġġ soċjali li għandu l-karatteristiċi ta' l-allowance tat-tfal Ġermaniża għar-raġuni li hija ma kellhiex fl-ewwel Stat la r-residenza permanenti u lanqas r-residenza ordinarja tagħha.


(1)  ĠU C 193, 6.8.2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Société thermale d'Eugénie-Les-Bains vs Ministère de l'Économie, des Finances et de l'Industrie

(Kawża C-277/05) (1)

(VAT - Kamp ta' applikazzjoni - Kapparri mħallsa fil-kuntest ta' kuntratti li jikkonċernaw il-provvista ta' servizzi suġġetti għall-VAT u miżmumin mill-fornitur fil-każ ta' tħassir tal-kuntratt - Klassifikazzjoni)

(2007/C 211/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société thermale d'Eugénie-Les-Bains

Konvenut: Ministère de l'Économie, des Finances et de l'Industrie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État (Franza) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Kamp ta' applikazzjoni — Kapparri mħallsa fil-kuntest ta' kuntratti li jikkonċernaw il-provvista ta' servizzi suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud u miżmumin mill-fornitur fil-każ ta' tħassir tal-kuntratt — Klassifikazzjoni bħala ħlas għal servizz ta' prenotazzjoni jew bħala kumpens għat-tħassir tal-prenotazzjoni

Dispożittiv

L-Artikoli 2(1) u 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li somom imħallsin bħala kapparra fil-kuntest ta' kuntratti li jirrigwardaw il-provvista ta' servizzi ta' lukanda suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu kkunsidrati, meta l-klijent jagħmel użu mill-fakultà li huwa għandu li jerġa' lura mill-kuntratt u meta dawn is-somom jinżammu mil-lukandier, bħala kumpens għat-tħassir tal-kuntratt imħallas biex jagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab b'riżultat ta' l-inadempjenza tal-klijent, bla konnessjoni diretta ma' kwalunkwe servizz mogħti bi ħlas u, bħala tali, mhux suġġetti għal din it-taxxa.


(1)  ĠU C 229, 17.9.2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-399/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/38/KEE - Akkwist pubbliku fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni - Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti’)

(2007/C 211/08)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u X. Lewis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki u V. Christianos, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekommunikazzjoni (ĠU L 199, p.84) — Ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti ta' żewġ kumpanniji li la jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-avviż u lanqas il-kundizzjonijiet tekniċi fid-dokument tas-sejħa għal offerti — Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika fl-Lavrio.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/05) (1)

(Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali - Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali - Qwiebel - Provvedimenti speċifiċi applikabbli għall-kwalifiki Pollakki - Validità - Obbligu ta' motivazzjoni - Introduzjonit bl-Att ta' adeżjoni)

(2007/C 211/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: J. Pietras, M. Szpunar u M. Brzezińska, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein et A. Padowska, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti:, M.C. Giorgi Fort, R. Szostak u F. Florindo Gijón, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u Mme A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

L-annullament ta' l-Artikoli 33(2) u 43(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255 p.22) — Sistema speċjali ta' rikonoxximent tad-drittijiet miksuba minn infermiera responsabbli għall-kura ġenerali kif ukoll minn qwiebel li għandom kwalifika Pollakka.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata tbati l-ispejjeż

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari ta' l-Østre Landsret — Id-Danimarka) — Olicom A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-142/06) (1)

(Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifika tan-Nomenklatura Magħquda - Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data - Kards tan-netwerk bil-funzjoni “modem’ - Kunċett ta' “funzjoni speċifika’)

(2007/C 211/10)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olicom A/S

Konvenuta: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għad-deċiżjoni preliminari — Østre Landsret — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, p. 1), kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3009/95, tat-22 ta' Diċembru 1995 (ĠU L 319, p. 1) — Intestaturi 8471 (magni awtomatiċi għall-ipproċessar ta' data) u 8517 (apparat tat-telekomunikazzjoni) — Kards tan-netwerk b'funzjoni doppja, ta' aċċess għan-netwerk lokali u għan-netwerk ta' l-internet — Funzjoni speċifika

Dispożittiv

Il-kards tan-netwerks magħquda, intiżi sabiex jiddaħħlu f'laptops, għandhom jiġu kklassifikati, wara l-1 ta' Jannar 1996, bħala magni għall-ipproċessar tad-data, taħt l-intestatura 8471 tan-Nomenklautra Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li hemm fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3009/95, tat-22 ta' Diċembru 1995.


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-155/06) (1)

(Nuqqas ta'Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/20/Euratom - Ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti - Nuqqas ta' traspożizzjoni korretta fit-terminu ta' żmien stabbilit)

(2007/C 211/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentant: C. White, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex ikun konformi ma' l-Artikolu 54 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta' Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, p. 1) — Nuqqas ta' dispożizzjonijiet li jippermettu l-implementazzjoni ta' kull intervent xieraq fis-sitwazzjonijiet kollha li jwasslu għal esposizzjoni li ddum sejra li tirriżulta mill-effetti ta' wara ta' emerġenza radjoloġika jew użanza tal-passat jew qadima jew attività tax-xogħol

Dispożittiv

1)

Meta ma adottax, fit-terminu stabbilit, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattvi kollha sabiex ikun hemm intervent xieraq fis-sitwazzjonijiet kollha li jwasslu għal espożizzjoni li ddum sejra għal radjazzjoni jonizzanti li tirriżulta mill-effetti ta' wara ta' emerġenza radjoloġika jew użanza tal-passat jew qadima jew attività tax-xogħol, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta' Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 20.5.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Prim'Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (Talba għad-Deċiżjoni Preliminari tal-Cour administrative — Il-Lussemburgu) — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs Hans Ulrich Lakebrink, Katrin Peters-Lakebrink

(Kawża C-182/06) (1)

(Artikolu 39 KE - Taxxa fuq id-dħul ta' persuni mhux residenti - Kalkolu tar-rata ta' tassazzjoni - Beni immobbli li jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor - Telf mhux ikkunsidrat ta' dħul minn kiri ta' immobbli)

(2007/C 211/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Konvenuti: Hans Ulrich Lakebrink, Katrin Peters-Lakebrink

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative (Il-Lussemburgu) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat KE — Sistema nazzjonali ta' taxxa fuq id-dħul taċ-ċittadini Komunitarji mhux residenti — Rifjut ta' teħid in kunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata ta' tassazzjoni, tat-telf ta' dħul minn kiri ta' immobbli li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil ċittadin Komunitarju, li mhuwiex residenti fl-Istat Membru li fih huwa jirċievi d-dħul li jikkostitwixxi l-parti essenzjali tad-dħul taxxabbli tiegħu, milli tirrikjedi t-teħid in kunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa applikabbli għall-imsemmi dħul, ta' telf ta' dħul minn kiri ta' immobbli mhux okkupat personalment u li jinsab fi Stat Membru ieħor, filwaqt li persuna residenti ta' l-ewwel Stat tista' titlob it-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-imsemmi telf ta' dħul minn kiri ta' immobbli


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) vs Georgios Karatzoglou

(Kawża C-213/06 P) (1)

(Appell - Aġent temporanju - Terminazzjoni ta' kuntratt)

(2007/C 211/13)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agence européenne pour la reconstruction (AER) (rappreżentanti: S. Orlandi u J,-N. Louis, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Georgios Karatzoglou (rappreżentant: S.A. Pappas, Δικηγόρος)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-23 ta' Frar 2006, Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (T-471/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annulat id-deċiżjoni ta' l-AER li tittermina l-kuntratt ta' aġent temporanju tar-rikorrent

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Frar 2006, Karatzoglou vs L-AER (T-471/04), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet ta' G. Karatzoglou intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) tas-26 ta' Frar 2004 li tittermina l-kuntratt ta' impjieg tiegħu.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — l-Olanda) — F.T.S. International BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West

(Kawża C-310/06) (1)

(Tariffa doganali komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni - Qatgħat mingħajr għadam tat-tiġieġ, iffriżati u mimlija bil-melħ - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1223/2002)

(2007/C 211/14)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F.T.S. International BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Amsterdam — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1223/02 tat-8 ta' Lulju 2002 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 179, p. 8) — Qatgħat tat-tiġieġ, dissussati, iffriżati u mmelħa.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1223/2002, tat-8 ta' Lulju 2002, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 224 tas-16.9.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 (talba għad-deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden l-Olanda) — Op-en Overslagbedrijf Van der Vaart B.V. vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-402/06) (1)

(Tariffa Doganali komuni - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Nomenklautra Magħquda - Prodott magħmul mill-koagulazzjoni tal-ħalib u l-estrazzjoni ta' parti l-kbira mix-xorrox)

(2007/C 211/15)

Lingwa tal-kawża: Ll-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Op — en Overslagbedrijf Van der Vaart B.V.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1734/96, tad-9 ta' Settembru 1996, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2657/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 238, p. 1) — Prodott miksub mill-koagulazzjoni tal-ħalib u l-estrazzjoni ta' parti kbira mix-xorrox li fih madwar 2 % tal-proteini tax-xorrox dekomposti permezz ta' enzima miżjuda fil-proċess ta' tnixxif li jdum minn 24 sa 36 siegħa

Dispożittiv

1)

L-intestatura 0406 tan-Nomenklatura Magħquda li hemm fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2657/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1734/96, tad-9 ta' Settembru 1996, għandha tiġi interpretata fis-sens illi jista' jiġi kklassifikat fiha prodott, bħal dak li hemm fil-kawża prinċipali, miksub mill-ħalib magħqud, li l-parti l-kbira mix-xorrox tiegħu ikun tneħħa u li l-proteini tax-xorrox ikunu tnaqqsu, permezz ta' enzima, għal 2 % tal-kwantità totali ta' proteini permezz ta' proċess ta' tnixxif li jdum minn 24 sa 36 siegħau, u magħmul minn każeina u aktar minn 50 % minn likwidu.

2)

L-intestatura 0406 20 90 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li jista' jiġi kklassifikat fiha prodott, bħal dak li hu s-suġġett fil-kawża prinċipali, li għandu aktar minn 50 % likwidu u anqas minn 1 % xaħam, li huwa magħmul fil-forma di qamħiet żgħar ta' 2 sa 4 mm u li huwa intiż li jintuża fil-produzzjoni ta' kontorn ta' pizez u fil-preparazzjoni ta' zlazi tal-ġobon.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-517/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/98/KE - Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2007/C 211/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Braun u E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: E. Tiedl, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90)

Dispożittiv

1)

Billi ma implimentatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku, fil-leġiżlazzjoni tal-Länder ta' Styria u ta' Salzburg, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-26/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/80/KE - Kumpens għal vittmi ta' delitti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2007/C 211/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x-taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti (ĠU L 261, p. 15)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x-taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-50/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/24/KE - Prodotti farmaċewtiċi - Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali - Kodiċi tal-Komunità - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2007/C 211/18)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Stromsky u S. Pardo Quintillán, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jieħu, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/24/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/24/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-61/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass serra - Implementazzjoni tal-Protokoll ta' Kyoto)

(2007/C 211/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: U. Wölker u J.-B. Laignelot, aġenti]

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jikkomunika, fit-terminu previst, ir-rapport bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto — Informazzjoni dwar il-miri nazzjonali għall-emissjoni ta' gassijiet serra u dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jiġu limitati u/jew imnaqqsa dawn l-emissjonijiet

Dispożittiv

1)

Peress li ma kkomunikax l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implementat il-Protokoll ta' Kyoto, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-dispożizzjoni.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95 tat-28.4.2007.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-90/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/12/KE - L-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2007/C 211/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Konstantinidis u J.-B Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: S. Raskin, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-provvedimenti neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/12/KE, tal-11 ta' Frar 2004, li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar (ĠU L 47, p.26)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-provvedimenti kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/12/KE, tal-11 ta' Frar 2004, li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar, Ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi li huwa għandu skond din id-Direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/11


Rikors imressaq fis-27 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-220/07)

(2007/C 211/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.- P. Keppenne u M. Shotter, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-parti rikorrenti

Tikkonstata li, minħabba t-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra ta' impriżi li jistgħu jiggarantixxu l-fornitura ta' servizz universali, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li hija għandha skond l-Artikoli 8(2), 12, u 13, kif ukoll skond l-Anness IV tad-Direttiva “servizz universali” 2002/22/KE (1)

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni sostanzjalment tilmenta li l-konvenuta ttrasponiet b'manjiera inkorretta d-Direttiva 2002/22 minħabba li l-leġiżlazzjoni Franċiża tipprovdi li kwalunkwe operatur li jista' jiggarantixxi l-provvista ta' wieħed mill-komponenti ta' servizz universali fit-territorju nazzjonali kollu kemm hu jista' jiġi inkarigat mill-fornitura ta' dan is-servizz. Dispożizzjoni bħal din tmur kontra kemm il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva imsemmija aktar 'il fuq, kif ukoll il-prinċipji tal-vijabbiltà u ta' l-effiċjenza li jirriżultaw mill-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha, kif ukoll l-Anness IV tagħha, minħabba li teskludi a priori l-operaturi ekonomiċi li mhumiex kapaċi jiggarantixxu l-fornitura tas-servizz universali fit-territorju nazzjonali kollu. Huwa minnu li, minnha innifsha, d-Direttiva ma tipprekludix il-possibilità tal-ħatra, in fine, ta' operatur wieħed inkarigat sabiex ikopri t-territorju nazzjonali kollu, imma, f'kull każ, hija timponi li l-Istati Membri għandhom l-ewwel isegwu proċedura bil-miftuħ skond il-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva sabiex jiġi assigurat li l-eventwali ħatra ta' operatur wieħed tkun, fil-fatt, l-aktar soluzzjoni effiċjenti u vijabbli.


(1)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE, tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva“Servizz Universali”) ( ĠU L 108 p. 51)


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/12


Rikors imressaq fl-1 ta' Ġunju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-263/07)

(2007/C 211/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet tar-rikorrent

tikkonstata li billi ma ttrasponiex korrettement l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll (1) integrat tat-tniġġis, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-Direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummssjoni tinvoka tliet ilmenti sabiex issostni r-rikors tagħha.

Bl-ewwel ilment tagħha, hija l-ewwel nett takkuża lill-konvenut li ttraspona b'mod inkorrett l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 96/61 safejn dan ikkompleta d-definizzjoni — korretta — ta' “l-aħjar tekniki disponibbli” b' riferenza għall- “(i)spejjeż eċċessivi” ta' l-imsemmija tekniki, li, ma tidhirx fid-Direttiva. Għalkemm huwa veru li d-Direttiva tipprovdi, fil-fatt, li l-aħjar tekniki disponibbli jfissru dawk żviluppati fuq skala li tkun tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur relevanti industrijali, taħt kundizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, hija ma tippermettix li jiġu esklużi sistematikament it-tekniki li l-applikabbiltà u d-disponibbiltà tagħhom jwasslu għal spejjeż eċċessivi b'riferenza għal stabbilimenti ta' l-istess fergħa jew ta' fergħa simili, ta' daqs medju u ekonomikament b'saħħithom. Preċiżjonijiet ta' dan it-tip ijmorru 'il hinn minn dak li tipprevedi d-Direttiva f'dan ir-rigward.

Bit-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni wara takkuża lill-konvenut li naqqas il-portata ta' l-obbligu ta' kunsiderazzjoni mill-ġdid u ta' aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-permess, previsti fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva, peress li, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni, tali kunsiderazzjoni mill-ġdid issir biss fi tliet ċirkustanzi preċiżi jew fil-każ ta' bżonn “immotivat tajjeb”. Dawn it-termini huma, għal darba oħra, aktar restrittivi minn dawk tad-Direttiva illi, tirreferi sempliċiment għal kunsiderazzjoni mill-ġdid “perjodikament” u għal aġġornament, “fejn meħtieġ”, tal-kundizzjonijiet tal-permess.

Bit-tielet ilment tagħha, il-Kummissjoni fl-aħħar nett takkuża lill-konvenut li ttraspona inkorrettement l-Anness 1 tad-Direttiva safejn il-miżura jew il-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tad-Direttiva jsemmu l-“kmamar b'kaldaruni b'rated thermal input li jeċċedi 50 MW” u mhux, kif hemm fil-kategorija 1.1 ta' l-Anness imsemmi iktar 'il fuq “stallazzjonijiet ta' kombustjoni b'rated thermal input li jeċċedi l-50 MW”. Issa din l-aħħar kategorija hija aktar wiesgħa minn dik ta' kmamar b'kaldaruni biss.


(1)  ĠU L 257, 1996, p. 26.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/13


Rikors imressaq fis-6 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-268/07)

(2007/C 211/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

1.

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 71 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

 

tiddikjara li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 71 ta' din id-Direttiva;

2.

tikkundanna lil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE skada fil-31 ta' Jannar 2006


(1)  ĠU L 134, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/13


Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-271/07)

(2007/C 211/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ttraspona parzjalment jew inkorrettement l-Artikolu 2(2), (3), (4), (5), (6), (7), (9), (10) u (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14, l-Artikolu 17(2), l-Anness I u l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 (1) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-Direttiva.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni takkuża lill-konvenut li ttraspona b'mod parzjali jew inkorrett, jew li ma ttrasponiex, diversi dispożizzjonijiet essenzjali tad-Direttiva 96/61. Ir-rikors, illi jirrigwarda l-miżuri adottati (jew mhux adottati) mir-Reġjun ta' Wallonia u mir-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale, jittratta, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' qbil bejn il-kamp ta' applikazzjoni materjali ta' l-imsemmija miżuri u dak tad- Direttiva u s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa wisq mogħtija lill-awtoritajiet reġjonali f'dak li jikkonċerna l-permessi ta' tħaddim u ċ-ċirkostanzi li fihom kunsiderazzjoni mill-ġdid u/jew aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-permess għandhom isiru.


(1)  ĠU L 257, p. 26.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/14


Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-272/07)

(2007/C 211/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

1.

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 80 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

 

tiddikjara li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 80 ta' din id-Direttiva;

2.

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, p. 114.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/14


Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-273/07)

(2007/C 211/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

1.

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

 

tiddikjara li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku, il-Gran-Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva;

2.

tikkundanna lil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/51/KE skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 257, p. 127.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Firenze (l-Italja) fil-11 ta' Ġunju 2007 — Nancy Delay vs Università degli studi di Firenze, Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Ir-Repubblika ta' l-Italja

(Kawża C-276/07)

(2007/C 211/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d'appello di Firenze.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nancy Delay

Konvenuti: Universita' degli studi di Firenze, Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Ir-Repubblika ta' l-Italja.

Domandi preliminari

Jistgħu l-Artikolu 39 tat-Trattat KE u l-atti derivati minnu (b'mod partikolari, l-interpretazzjonijiet mogħtija permezz tas-sentenzi C-212/99 tal-21/6/2001 u C-119/04 tat-18/7/2006) jiġu interpretati fis-sens li hija legittima s-sistema stabbilita għall-hekk imsejħa “lettori di scambio” li, filwaqt li diġà jkunu marbuta (ex lege Nru. 62/1967) b'kuntratt tax-xogħol bi żmien iddeterminat, ma tiġix iggarantita lilhom, fil-mument tas-sostituzzjoni ta' tali kuntratt ma' kuntratt bi żmien mhux iddeterminat, iż-żamma tad-drittijiet kollha tagħhom li ġew mogħtija lilhom mid-data ta' l-impjieg tagħhom, b'effett mhux biss fuq is-sistema taż-żiediet fil-paga, iżda wkoll fuq l-anzjanità u fuq il-ħlas, minn naħa ta' min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet soċjali?


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta' Ġunju 2007 — Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co. vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-278/07)

(2007/C 211/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof. (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co.

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas.

Domandi preliminari

1)

Għandu t-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, (1) jiġi applikat ukoll fil-każ fejn irregolarità tkun twettqet jew waqfet qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi regolament?

2)

It-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit f'din id-dispożizzjoni japplika għall-miżuri amministrattivi bħalma huwa l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija wara li twettqu irregolaritajiet?

Fil-każ fejn ir-risposta għal dawn iż-żewġ domandi tkun waħda affermattiva:

3)

Jista' Stat Membru japplika terminu itwal, abbażi ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 anke meta l-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru kienet diġà tipprovdi għal proroga simili ta' dan it terminu qabel l-adozzjoni ta' l-imsemmi regolament? Jista' tali terminu itwal jiġi applikat ukoll fil-każ fejn ma kienx previst f'dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda l-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li tirrigwarda miżuri amministrattivi ġenerali, iżda jirriżulta minn dispożizzjoni ġenerali ta' l-Istat Membru kkonċernat li tkopri l-każijiet kollha ta' preskrizzjoni li mhumiex is-suġġett ta' dispożizzjoni speċifika?


(1)  ĠU L 312, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta ' Ġunju 2007 — Vion Trading GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-279/07)

(2007/C 211/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vion Trading GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

1)

Għandu t-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, (1) jiġi applikat ukoll fil-każ fejn irregolarità tkun twettqet jew waqfet qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi regolament?

2)

It-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit f'din id-dispożizzjoni japplika għall-miżuri amministrattivi bħalma huwa l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija wara li twettqu irregolaritajiet?

Fil-każ fejn ir-risposta għal dawn iż-żewġ domandi tkun waħda affermattiva:

3)

Jista' Stat Membru japplika terminu itwal, abbażi ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 anke meta l-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru kienet diġà tipprovdi għal proroga simili ta' dan it terminu qabel l-adozzjoni ta' l-imsemmi regolament? Jista' tali terminu itwal jiġi applikat ukoll fil-każ fejn ma kienx previst f'dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda l-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li tirrigwarda miżuri amministrattivi ġenerali, iżda jirriżulta minn dispożizzjoni ġenerali ta' l-Istat Membru kkonċernat li tkopri l-każijiet kollha ta' preskrizzjoni li mhumiex is-suġġett ta' dispożizzjoni speċifika?


(1)  ĠU L 312, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/16


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta'Ġunju 2007 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-280/07)

(2007/C 211/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ze Fu Fleischhandel GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

1)

Għandu t-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, (1) jiġi applikat ukoll fil-każ fejn irregolarità tkun twettqet jew waqfet qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi regolament?

2)

It-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit f'din id-dispożizzjoni japplika għall-miżuri amministrattivi bħalma huwa l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija wara li twettqu irregolaritajiet?

Fil-każ fejn ir-risposta għal dawn iż-żewġ domandi tkun waħda affermattiva

3)

Jista' Stat Membru japplika terminu itwal, abbażi ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, anke meta l-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru kienet diġà tipprovdi għal proroga simili ta' dan it terminu qabel l-adozzjoni ta' l-imsemmi regolament? Jista' tali terminu itwal jiġi applikat ukoll fil-każ fejn ma kienx previst f'dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda l-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li tirrigwarda miżuri amministrattivi ġenerali, iżda jirriżulta minn dispożizzjoni ġenerali ta' l-Istat Membru kkonċernat li tkopri l-każijiet kollha ta' preskrizzjoni li mhumiex is-suġġett ta' dispożizzjoni speċifika?


(1)  ĠU L 312, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/16


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta' Ġunju 2007 — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-281/07)

(2007/C 211/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1) tapplika għall-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija indebitament lil esportatur anke fil-każ fejn dan ta' l-aħħar ma jkun wettaq l-ebda irregolarità?

Fil-każ fejn ir-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda affermattiva:

2)

Din id-dispożizzjoni tapplika, mutatis mutandis, għall-irkupru ta' tali benefiċċji mingħand parti li tkun irċeviet, mingħand l-esportatur, id-dritt ta' dan ta' l-aħħar għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni?


(1)  ĠU L 312, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/17


Rikors imressaq fit-13 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-286/07)

(2007/C 211/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi eżiġa, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi preċendement irreġistrati fi Stati Membri oħra, il-preżentata ta' estratt ta' l-inklużjoni tal-bejjiegħ fir-Reġistru tal-Kummerċ, filwaqt li estratt bħal dan mhuwiex meħtieġ għall-vetturi preċendement irreġistrati fil-Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 28 tat-Trattat li jinstitwixxi il-Komunità Ewropea.

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkritika l-kundizzjonijiet imposti mill-parti konvenuta fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi second-hand preċendement irreġistrati fi Stat Membru ieħor.

Billi ssuġġettat ir-reġistrazzjoni ta' dawn il-vetturi fil-Lussemburgu għal verifiki dokumentarji addizzjonali u, b'mod partikolari, għall-preżentata ta' estratt offiċjali tar-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fir-Reġistru tal-Kummerċ, il-parti konvenuta trendi inqas attraenti l-importazzjoni ta' vetturi preċendement irreġistrati fi Stati Membri oħra u, b'dan il-mod, tostakola l-moviment liberu ta' din il-merkanzija.

Dan ix-xkiel, li huwa pprojbit mill-Artikolu 28 KE, huwa iktar serju minħabba li jolqot fuq kollox lill-vetturi importati; il-vetturi second-hand preċendement irreġistrati fil-Lussemburgu, ma jidhirx li huma suġġetti għall-istess verifiki dokumentarji.

Barra minn dan, il-ġustifikazzjonijiet għal dan ix-xkiel imressqa mill-parti konvenuta ma tantx huma kredibbli inkwantu, b'mod partikolari, din ta' l-aħħar diġà għandha mezzi ta' kontroll tajbin biex tassiġura li l-vetturi in kwistjoni ma kinux is-suġġett ta' negozju illegali u, fi kwalunkwe każ, miżuri inqas radikali minn rifjut ta' reġistrazzjoni jistgħu jkunu previsti fin-nuqqas ta' produzzjoni ta' l-estratt tar-registru tal-kummerċ rikjest f'dawn iċ-ċirkostanzi, bħal, per eżempju, is-sospensjoni tal-proċedura ta' reġistrazzjoni matul iż-żmien meħtieġ għall-verifika magħmula mill-awtoritajiet amministrattivi.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/17


Rikors imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-287/07)

(2007/C 211/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

1.

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 71 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

 

tiddikjara li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 71 ta' din id-Direttiva;

2.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/18


Rikors imressaq fil-15 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-292/07)

(2007/C 211/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

1.

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 80 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

 

tiddikjara li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 80 ta' din id-Direttiva;

2.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, p. 114.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/18


Rikors imressaq fid-19 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-294/07)

(2007/C 211/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Maidani, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi m'adottax il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 40 ta' din id-Direttiva;

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE skada fid-29 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 158, p. 77 u — rettifikattivi — ĠU 2004, L 229, p. 35 u ĠU 2005, L 197, p. 34.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/19


Appell imressaq fl-20 ta' Ġunju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fid-29 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-369/00, Département du Loiret (Franza), sostnut minn Scott SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-295/07 P)

(2007/C 211/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Flett, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża: Département du Loiret, Scott SA

Talbiet ta' l-appellanti

tikkonstata l-fondatezza ta' l-appell u, konsegwentement, tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha.

tiddeċiedi l-kawża definittivament u tikkunsidra li d-Deċiżjoni [2002/14/KE] (1) hija suffiċjentement motivata f'dak li jirrigwarda l-użu ta' rata ta' imgħax komposta jew, fin-nuqqas ta' dan, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża mhijiex fi stat li tiġi deċiża, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiediha hi;

tikkundanna lir-rikorrenti fil-ewwel istanza tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni waqt il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza;

tikkundanna lil Scott SA tbati l-ispejjeż tagħha stess waqt iż-żewġ proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Qabel kollox, billi ssostni li s-sentenza kkontestata hija bbażata fuq viżjoni żbaljata tar-regoli Komunitajri fir-rigward ta' l-għajnuna mill-Istat li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljatament assimilat mar-regoli dwar il-kompetizzjoni bejn l-impriżi, fid-data ta' l-ordni ta' l-irkupru ta' l-għajnuna illegali, u mhux mar-regoli dwar il-kompetizzjoni bejn l-Istati membri fid-data ta' l-għoti effettiv ta' l-imsemmija għajnuna, l-appellanti tinvoka tmien motivi in sostenn ta' l-appell tagħha.

Permezz ta' l-ewwel motiv tagħha, hija ssotni li, b'mod kuntrarju għal dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza appellata, deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna mogħtija illegalment hija suffiċjentement motivata jekk permezz ta' kalkolu matematiku sempliċi jkun jista' jiġi kkonstatat liema metodu ta' kalkolu intuża. Issa, dan huwa preċiżament il-każ fil-kawża preżenti peress li d-deċiżjoni fiha l-informazzjoni importanti kollha dwar l-ammont ta' għajnuna mogħtija, ir-rata ta' imgħax, it-terminu ta' żmien u l-ammont li għandu jiġi rkuprat.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li użu ta' rata ta' imgħax komposta kien, f'kull każ, mill-inqas impliċitu fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha fid-dawl ta' l-għanijiet iddikjarati li jiġu eliminati l-vantaġġi li rriżultaw mill-għajnuna u li terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta' qabel. Minn din il-perspettiva, ir-rata ta' imgħax applikabbli għas-somma li għandha tiġi rkuprata kellha neċessarjament tkun rata ta' imgħax komposta sabiex tiġi kkunsidrata l-inflazzjoni u l-vantaġġ li jakkumula l-benefiċċjarju ta' l-għajnuna biż-żmien.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' dritt billi qalbet l-oneru tal-prova, għad-detriment tagħha. Fil-fatt, kienet r-rikorrenti fl-ewwel istanza li kellha tipprova l-bidla allegata tal-prassi tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rata ta' imgħax applikabbli għall-ordnijiet ta' rkupru ta' l-għajnuna illegali, u mhux din ta' l-aħħar li kellha turi n-nuqqas ta' tali bidla.

Permezz tar-raba' motiv tagħha, l-appellanti tqis li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' dritt billi ddeċidiet li hija ma kinitx ippreċiżat b'liema mod il-kumpannija li bbenefikat mill-għajnuna kien għad għandha vantaġġ fid-data ta' l-ordni ta' l-irkupru ta' din l-għajnuna. Kien fid-data ta' l-għoti ta' l-għajnuna li l-Kummissjoni kellha tistabilixxi l-eżistenza ta' tali vantaġġ u mhux fid-data ta' l-irkupru tagħha.

Permezz tal-ħames u s-sitt motivi tagħha, il-Kummissjoni takkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li bbażat ruħha fuq spekulazzjoni, u mhux fuq provi, f'dak li jirrigwarda l-prezz tal-bejgħ tal-kumpannija benefiċċjarja ta' l-għajnuna lil kumpannija oħra, u li ddeċidiet li dan il-prezz tal-bejgħ, 11-il sena wara l-għoti ta' l-għajnuna, kien fattur li kellu jiġi kkunsidrat mill-Kummissjoni fl-iffissar ta' l-ammont li kellu jiġi rkuprat. Fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat, l-għan huwa, fil-fatt, li terġa tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta' qabel u l-ammont li għandu jiġi rkuprat jikkorrispondi, għaldaqstant, għall-ammont inizjalment mogħti, issuġġettat, saż-żmien ta' l-irkupru effettiv, għal rata ta' imgħax komposta annwali, indipendentement minn dak li l-benefiċċjarja ta' l-għajnuna għamlet biha f'dan iż-żmien.

Permezz tas-seba' motiv tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' dritt billi ddeċidiet li l-fatt li l-irkupru ta' l-għajnuna kellu jseħħ skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali jimplika neċessarjament li l-imgħax għandu jiġi kkalkulati b'rata sempliċi. Għalkemm huwa veru li l-ammont prinċipali u l-imgħax għandu jiġi rkuprat skond il-proċeduri tad-dritt nazzjonali, l-impożizzjoni ta' rata ta' imgħax, l-istess bħalma hija l-kwistjoni jekk ir-rata għandhiex tkun sempliċi jew komposta, jaqgħu, fil-fatt, taħt id-dritt Komunitarju, u mhux taħt id-dritt nazzjonali.

Permezz tat-tmien motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni fl-aħħar li s-sentenza appellata hija totalment sproporzjonata safejn tannulla d-deċiżjoni tagħha fit-totalità tagħha, peress li kien possibbli li ssir distinzjoni bejn l-ammont prinċipali u l-ammont pagabbli bħala imgħax, kif ukoll kien possibbli li ssir distinzjoni bejn rata ta' interess sempliċi u rata ta' imgħax komposta.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta' Lulju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU 2002, L 12, p. 1).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/20


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgerichts Regensburg (il-Ġermanja) fil-21 ta' Ġunju 2007 — Staatsanwaltschaft Regensburg vs Klaus Bourquain

(Kawża C-297/07)

(2007/C 211/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgerichts Regensburg.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatsanwaltschaft Regensburg.

Konvenut: Klaus Bourquain.

Domandi preliminari

Fid-dawl ta' l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen, ta' l-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (1), iffirmata fid-19 ta' Ġunju 1990 f'Schengen, il-projbizzjoni li persuna, li tkun diġà ġiet iġġudikata b'sentenza definittiva minn waħda mill-Partijiet tal-Konvenzjoni, tkun suġġetta għal proċeduri kriminali għall-istess fatti f'waħda mill-Partijiet l-oħra tal-Konvenzjoni, għandha tkun applikabbli meta l-piena imposta fil-konfront ta' din il-persuna qatt ma setgħet tiġi eżegwita skond il-liġi ta' l-Istat kontraenti fejn ingħatat il-piena?


(1)  ĠU 2000, L 239, p. 19.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/20


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Londra (ir-Renju Unit), fid-29 ta' Ġunju 2007 — J D Wetherspoon PLC vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-302/07)

(2007/C 211/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Londra.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J D Wetherspoon PLC.

Konvenuti: The Commissioners of Her Majesty's Revenue and Customs.

Domandi preliminari

1)

L-ittundjar ta' l-ammonti tal-VAT huwa rregolat biss mil-liġi nazzjonali, jew mid-dritt Komunitarju? B'mod partikolari, l-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 2 ta' l-Ewwel Direttiva (1) u l-Artikoli 11A(1)(a) u/jew 12(3)(a) u/jew l-Artikolu 22(3)(b), (fil-verżjoni ta' l-1 ta' Jannar 2004) tas-Sitt Direttiva (2) jikkonfermaw li l-ittundjar huwa rregolat mid-dritt Komunitarju?

2)

B'mod partikolari:

(i)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta' liġi nazzjonali jew prattika ta' l-awtorità fiskali nazzjonali li tirrikjedi l-ittundjar ta' ammont ta' VAT kull meta l-frazzjon ta' l-iżgħar unità tal-valuta in kwistjoni tkun ta' jew iktar minn 0.50 (per eżempju, 0.5 pence għandha tiġi ttundjata għall-eqreb pence sħiħ)?

(ii)

Id-dritt Komunitarju jirrikjedi li l-persuna taxxabbli tiġi awtorizzata tittondja l-isfel kull ammont ta' VAT li jkun jinkludi frazzjoni ta' l-iżgħar unità tal-valuta li tkun teżisti?

3)

F'bejgħ li jkun jinkludi l-VAT, f'liema livell id-dritt komunitarju jirrikjedi li l-ittundjar jiġi applikat għall-iskop li tiġi kkalkulata l-VAT dovuta: fil-livell ta' kull prodott individwali, kull linja ta' prodotti, kull provvista (jekk iktar minn provvista waħda hija inkluża fl-istess basket), kull tranżazzjoni/total tal-basket, kull perjodu ta' kontabbiltà tal-VAT jew xi livell ieħor?

4)

Ir-risposta għal dawn id-domandi hija effettwata mill-prinċipji tad-dritt Komunitarju ta' trattament ugwali u neutralità fiskali, b'mod partikolari fid-dawl ta' l-eżistenza, fir-Renju Unit, ta' konċessjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet fiskali rilevanti li tippermetti lil ċerti negozjanti biss li jittundjaw l-ammonti tal-VAT li għandhom jiġu ddikjarati?


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU L 71, p.1301)

(2)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p.1)


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/21


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fid-29 ta' Ġunju 2007 — Aberdeen Property Fininvest Alpha Oy vs Uudenmaan verovirasto u Helsingin kaupunki

(Kawża C-303/07)

(2007/C 211/39)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus (Finlandja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aberdeen Property Fininvest Alpha Oy.

Partijiet oħra interessati: Uudenmaan verovirasto u Helsingin kaupunki.

Domanda preliminari

Għandhom l-Artikoli 43 KE u 48 KE, kif ukoll l-Artikoli 56 KE u 58 KE, jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet ta' l-implementazzjoni tal-libertaijiet fundamentali ggarantiti minnhom, kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata jew fondi ta' investiment stabbiliti skond id-dritt Finlandiż u kumpannija SICAV stabbilita skond id-dritt tal-Lussemburgu għandhom jiġi kkunsidrati bħala komparabbli minkejja li d-dritt Finlandiż ma jirrikonoxxix il-forma ta' kumpannija li taqbel preċiżament ma' kumpannija SICAV u fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija SICAV, kumpannija stabbilita skond id-dritt tal-Lussemburgu, mhijiex imniżżla fil-lista ta' kumpanniji msemmija fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 90/435/KEE (1), li magħha hija konformi l-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar it-taxxa miżmuma f'ras il-għajn applikabbli f'din il-kawża, u fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija SICAV hija eżenti mit-taxxa fuq id-dħul b'applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali interna tal-Lussemburgu? F'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa kuntrarju għall-artikoli ċċitati aktar 'il fuq tat-Trattat KE li kumpannija tat-tip SICAV residenti fil-Lussemburgu, benefiċjarja ta' dividend, ma tkunx eżenti mit-taxxa miżmuma f'ras il-għajn fil-Finlandja fuq id-dividend riċevut?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, ĠU L 225 1990, p.6.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/21


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fit-2 ta' Lulju 2007 — Directmedia Publishing GmbH vs 1. Albert-Ludwigs-Universität Freiburg, 2. Ulrich Knoop

(Kawża C-304/07)

(2007/C 211/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directmedia Publishing GmbH.

Konvenuti: 1- Albert-Ludwigs-Universität Freiburg, 2- Ulrich Knoop

Domanda preliminari

Il-fatt li tieħu data minn database protetta (skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases  (1)) f'database oħra jista' jikkostitwixxi estrazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 7(2)(a) ta' l-imsemmija direttiva meta dan it-teħid isir abbażi ta' konsultazzjonijiet tad-database u wara evalwazzjoni individwali, jew estrazzjoni fis-sens ta' l-imsemmija dispożizzjoni teħtieġ proċess ta' kkopjar (fiżiku) ta' ġabra ta' data?


(1)  ĠU L 77, p.20.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/22


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Genova (l-Italja) fit-2 ta' Lulju 2007 — Radiotelevisione italiana SpA (RAI) vs PTV Programmazioni Televisive SpA

(Kawża C-305/07)

(2007/C 211/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Radiotelevisione italiana SpA (RAI).

Konvenuta: PTV Programmazioni Televisive SpA.

Domandi preliminari

1)

L-obbligu fiskali li għandhom dawk kollha li għandhom apparat li jista' jirċevi sinjali ta' radjutelediffużjoni sabiex jiġi ffinanzjat is-servizz pubbliku tat-televiżjoni, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell lokali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87 KE?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġiet innotifikata lill Ministru ta' l-affarijiet barranin fl-20 ta' April 2005 hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, fid-dawl ta' żball fuq elementi ta' fatt jew fuq l-evalwazzjoni ta' dawn l-elementi, peress li tikkunsidra li d-deroga prevista fl-Artikolu 86(2) KE hija applikabbli għall-ħlasijiet tar-radjudiffużjoni RAI iżda tonqos milli tieħu in kunsiderazzjoni li: l-emittenti konċessjonarja tassigura s-sevizz pubbliku ta' radjuteleviżjoni fil-kuntest reġjonali mingħajr ma dan huwa stabbilit minn liġijiet reġjonali u minn kuntratti ta' servizz speċifiċi ta' l-obbligi li l-emittenti għandha tħares fil-ħinijiet u fin-netwerk ta' programmazzjoni intiżi għad-diffużjoni ta' kontenuti f'kuntest reġjonali; minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku ma jistax isisr l-istħarriġ li jirrigwarda l-użu effettiv li sar mir-riżorsi ta' l-Istat intiżi għas-servizz pubbliku fil-kuntest lokali u ddedikati esklużivament għal attivitajiet li jaqgħu taħt dan is-servizz pubbliku; l-emittenti konċessjonarja ma ġietx inkarigata permezz ta' att uffiċjali biex twettaq obbligi speċifiċi ta' servizz pubbliku, iżda ġiet biss awtorizzata. b'mod ġeneriku, sabiex twettaq servizz pubbliku reġjonali?

3)

B'mod ġenerali, l-Artikolu 86 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fis-swieq lokali, tagħti lil kull reġjun il-kompetenza leġiżlattiva sabiex dan ikun jista' jispeċifika obbligi ulterjuri ta' servizz pubbliku reġjonali ssussidjat permezz ta' riżorsi ta' l-istat, billi jipprovdi li dawn l-obbligi ulterjuri għandhom jingħataw esklużivament lir-RAI SpA u mingħajr ma jkun hemm l-ebda proċedura ta' appalt pubbliku ?


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/22


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa minn Højesteret (Id-Danimarka) fit-3 ta' Lulju 2007 — Ruben Andersen vs Kommunernes Landsforening li taġixxi għall-komun ta' Slagelse (preċedentament il-komun ta' Skælskør)

(Kawża C-306/07)

(2007/C 211/42)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret (Id-Danimarka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ruben Andersen.

Konvenuta: Kommunernes Landforening li taġixxi għall-komun ta' Slagelse (preċedentament il-komun ta' Skælskør)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KE, ta' l-14 ta' Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta' l-impjieg (1) għandu bħala effett li ftehim kollettiv intiż għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu ma japplikax għal ħaddiem li mhuwiex membru ta' waħda mill-organizzazzjonijiet sindakali firmatarji ta' dan il-ftehim?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva, l-espressjoni “[i]l-ħaddiema mhux koperti minn ftehim kollettiv jew minn ftehim kollettiv li jirrelataw mar-relazzjoni ta' l-impjieg” li tinsab fl-Artikolu 8(2) ta' din id-Direttiva tfisser li l-klawżoli ta' ftehim kollettiv li jipprevedu notifika minn qabel ta' min iħaddem ma japplikawx għal ħaddiem li mhuwiex membru ta' waħda mill-organizzazzjonijiet sindakali firmatarji ta' dan il-ftehim?

3)

L-espressjonijiet “kuntratt temporanju ta' l-impjieg” u “relazzjoni ta' l-impjieg” li jinsabu fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva jkopru impjiegi ta' dewmien qasir jew kull forma oħra ta' relazzjonijiet ta' impjieg limitati fiż-żmien? Fl-ewwel każ, skond liema kriterji relazzjoni ta' impjieg għandha tiġi kkunsidrata bħala temporanja (ta' dewmien qasir)?


(1)  ĠU L 288, p. 32.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/23


Appell imressaq fil-5 ta' Lulju 2007 minn Koldo Gorostiaga Atxalandabaso kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħti fl-24 ta' April 2007 fil-Kawża T-132/06, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-308/07 P)

(2007/C 211/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Koldo Gorostiaga Atxalandabaso (rappreżentant: D Rouget, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan l-appell fondat u, konsegwentment, tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 April 2007;

tagħti deċiżjoni finali fuq il-kawża u tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tat-22 ta' Marzu 2006, li tordna l-ħlas lura, mir-rikorrent, ta' somma ta' EUR 118 360,18 u teffettwa tnaqqis fuq diversi allowances parlamentari dovuti lil dan mill-Parlament;

tiddeċiedi li l-parti konvenuta tbagħti l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jinvoka sitt motivi sabiex isostni l-appell tiegħu.

Permezz ta' l-ewwel motiv tiegħu, dan jikkontesta l-użu ta' l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li jċaħħdu mid-dritt għal smigħ xieraq peress li huwa ma ġiex mismugħ qabel mill-Qorti tal-Prim'Istanza u lanqas ma seta' jwieġeb l-argumenti tal-Parlament.

Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-prinċipju ta' imparzjalità ġie miksur peress li ż-żewġ rikorsi suċċessivi li huwa ressaq fiż-żewġ kawżi T-146/04 u T-132/06 — li taw lok, rispettivament, għas-sentenza tat-22 ta' Diċembru 2005 u għad-digriet ta' l-24 ta' April 2007 -ġew deċiżi fuq il-mertu mill-istess imħallfin. Madankollu, il-prinċipju imsemmi iktar 'il fuq jitlob li ma tistax titressaq quddiem l-istess imħallef, anki fl-istess livell ta' ġurisdizzjoni, kawża bbażata fuq fatti identiċi jew suffiċjentement konnessi ma' dawk ta' kawża li diġà ġiet deċiża preċedentement.

Permezz tat-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza evalwat b'mod żbaljat il-portata tas-sentenza tat-22 ta' Diċembru 2005. Ladarba kienet ġiet annullata, minħabba inkompetenza, id-deċiżjoni meħuda mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament fl-24 ta' Frar 2004, ir-rikorrent fil-fatt ma kellu l-ebda raġuni li jappella minn din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-konstatazzjoni ta' l-inkompetenza mill-imħallef twassal għall-ineżistenza tad-deċiżjoni affettwata minn dan id-difett.

Permezz tar-raba' motiv tiegħu, ir-rikorrent jikkontesta r-rifjut sistematiku tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tieħu in kunsiderazzjoni l-argumenti li huwa kien ressaq sabiex jikseb l-annulament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-22 ta' Marzu 2006. Din id-deċiżjoni fil-fatt tammonta għal deċiżjoni ġdida, distinta mid-deċiżjoni ta' l-24 ta' Frar 2004, u l-Qorti tal-Prim'Istanza b'hekk kellha l-obbligu li teżamina l-motivi kollha, ta' mertu u ta' proċedura, li huwa kien ressaq sabiex jikkontestaha.

Permezz tal-ħames motiv tiegħu, ir-rikorrent jakkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li rrifjutat li teżamina l-argument ibbażat fuq il-forza maġġuri, filwaqt li motiv bħal dan ma tqajjimx fir-rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-24 ta' Frar 2004.

Fl-aħħar nett, permezz tas-sitt motiv tiegħu, ir-rikorrent jakkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li kisret il-prinċipju ta' l-amministrazzjoni tajba billi rrifjutat, b'mod partikolari, kull referenza għall-Kodiċi ta' prattika amministrattiva tajba adottata mill-Parlament fis-6 ta' Settembru 2001.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mmressqa minn Lunds tingsrätt (l-Iżvezja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Ir-Renju ta' l-Iżvezja rappreżentat minn Tillsynsmyndighet i konkurser vs Anders Holmqvist

(Kawża C-310/07)

(2007/C 211/44)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Lunds tingsrätt (l-Iżvezja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Renju ta' l-Iżvezja rappreżentat minn Tillsynsmyndighet i konkurser.

Konvenut: Anders Holmqvist.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 80/987/KE (1) tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif l-aktar reċentament emendata mid-Direttiva 2002/74/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa meħtieġ li impriża jkollha kumpannija sussidjarja jew stabbiliment fiss fi Stat Membru sabiex tkun ikkunsidrata li hija attiva fit-territorju ta' dak l-Istat Membru?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva għad-domanda 1), liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex ikun jista jiġi kkunsidrat li impriża hija attiva f'diversi Stati Mebri?

3)

Jekk jiġi kkunsidrat li l-impriża hija attiva fit-territorju ta' diversi Stati Membri u li ħaddiem jiżvolġi d-dmirijiet tiegħu ma din l-impriża f'diversi Stati Membri, skond liema kriterji għandu jiġi ddeterminat il-post fejn ix-xogħol jitwettaq normalment?

4)

Jekk l-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KE ta' l-20 ta' Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif l-aktar reċentament emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE, għandux effet dirett?


(1)  ĠU L 283, p.23.

(2)  ĠU L 270, p.10.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/24


Rikors imressaq fil- 5ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-311/07)

(2007/C 211/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (1), safejn ma ġie previst l-ebda terminu korrispondenti għal dak stabbilit minn din id-dispożizzjoni għall-inklużjoni tal-mediċina fil-kategorija safra jew ħadra fil-lista ta' mediċini li jitħallsu lura;

tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fost l-għanijiet tad-Direttiva 89/105/KEE hemm l-eliminazzjoni tad-differenzi bejn il-miżuri nazzjonali ta' natura ekonomika, li l-Istati membri jadottaw biex jikkontrollaw aħjar l-ispejjeż tas-saħħa pubblika għall-prodotti mediċinali. Dan jinkludi miżuri li jillimitaw is-sensiela ta' prodotti koperti mis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa. Sabiex dawn id-differenzi ma jostakolawx il-kummerċ intrakomunitarju tal-prodotti mediċinali, id-Direttiva timponi kundizzjonijiet preċiżi fir-rigward tal-proċeduri għall-inklużjoni ta' prodotti fil-listi ta' mediċini li jitħallsu lura mis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa. Konsegwentement, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva jistabilixxi t-termini għad-deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni tal-prodotti mediċinali f'din il-“lista pożittiva”.

Fl-Awstrija, hemm tliet kategoriji differenti ta' rimbors fil-lista ta' prodotti koperti mis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa. Il-“kategorija ħadra” tinkludi mediċini li l-preskrizzjoni u r-rimbors tagħhom mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità tas-sigurtà soċjali huma meqjusa korretti u ġġustifikati fuq bażi medika u ekonomika. L-ispejjeż għall-prodotti mediċinali mniżżla fil-“kategorija safra” jitħallsu lura biss f'każijiet speċifiċi u ġustifikati, wara awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità tas-sigurtà soċjali. Fl-aħħar nett, il-“kategorija ħamra” tkopri prodotti mediċinali li għalihom hemm applikazzjoni pendenti għall-inklużjoni fil-kategorija ħadra jew safra. L-ispejjeż għall-prodotti mediċinali mniżżla fil-lista ħamra jitħallsu lura biss f'każijiet speċifiċi u ġustifikati wara awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità tas-sigurtà soċjali sakemm m'hemm l-ebda alternattiva fil-kategorija ħadra jew safra. Applikazzjoni valida għall-inklużjoni ta' prodott mediċinali fil-kategorija safra jew ħadra fil-lista ta' mediċini li jitħallsu lura għaldaqstant tfisser l-inklużjoni tal-prodott fil-kategorija ħamra għal perijodu ta' żmien. Taħt il-liġi Awstrijaka, prodotti mediċinali fil-kategorija ħamra ma jistgħux jibqgħu f'din il-kategorija għal iktar minn 24 xahar. Jekk il-prezz fl-UE medju ma jistax jiġi stabbilit dan it-terminu jista jiġi estiż għal 36 xahar.

Din ir-regola hija inkompatibbli ma' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/105/KEE, peress li m'hemm l-ebda garanzija li deċiżjoni għall-inklużjoni ta' prodott mediċinali fil-kategoriji ħodor jew sofor, kif meħtieġ taħt dan l-Artikolu, se tittieħed f'90 jew 180 ġurnata.

Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-12 ta' Ġunju 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, C-22/00, dawn l-għanijiet jiġu kompromessi jekk Stat Membru jkun jista' jdaħħal proċedura doppja sabiex tiġi stabbilita l-lista tal-prodotti mediċinali li jibbenefikaw mir-rimbors, waħda konformi ma' l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u l-oħra, minn naħa, eżenti minn dawn l-obbligi. Kuntrarjament għall-opinjoni tal-Gvern Awstrijak, mhumiex biss l-applikazzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista pożittiva, iżda wkoll applikazzjonijiet għall-inklużjoni f'kategorija partikolari ta' din il-lista li għandhom jiġu ttrattati skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, jekk bħal fl-Awstrija, inklużjoni f'tali kategorija tfisser kundizzjonijiet ta' rimbors iktar favorevoli minn inklużjoni f'kategorija oħra jew jekk il-prodott jibqa' fl-istess kategorija li qiegħed fiha. Konsegwentement, huwa neċessarju li jiġi ggarantit li deċiżjonijiet fuq tali applikazzjonijiet jittieħdu fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva.

Peress li l-liġi Awstrijaka ma tipprevedix dan, hija inkompatibbli mad-dispożizzjoni Komunitarja msemmija, fl-interpretazzjoni tagħha mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  (ĠU 1989, L 40, p. 8).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/25


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Paris (Franza) fis-6 ta' Lulju 2007 — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

(Kawża C-312/07)

(2007/C 211/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d'instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JVC France SAS.

Konvenuta: Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières).

Domandi preliminari

1)

Vidjokamerali, fil-mument ta' l-importazzjoni tagħha, ma tistax tirreġistra sinjali vidjo fonetiċi esterni, għandha tiġi kklassifikata taħt is-sotto-intestatura 8525 40 99 meta l-interfacevidjo tagħha jkun jista' jiġi sussegwentement ikkonfigurat bħala input għal sinjali vidjo permezz ta' l-użu ta' softwerjew ta' enabler (widget) li huwa apparat attrezzat b'ċirkwiti elettroniċi li permezz tiegħu l-vidjokamera tkun tista' tintuża sabiex tirreġistra sinjali vidjo fonetiċi esterni anki jekk il-manifattur u l-bejjiegħ ma jindikawx din il-possibbiltà u ma jipprovdux għajnuna f'dan ir-rigward?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, safejn l-emendi sussegwenti tan-noti ta' spjega jinvolvu bidla fil-prassi Komunitarja fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' vidjokameras u jikkostitwixxu eċċezzjoni għall-prinċipju li l-merkanzija għandha tiġi kklassifikata skond il-karatteristiċi attwali tagħha fil-ħin li toħroġ mid-dwana, il-Kummissjoni setgħet leġittimament tagħmel din il-bidla billi temenda n-noti ta' spjega, għaldaqstant b'effet retroattiv, minflok ma tadotta regolament ta' klassifikazzjoni applikabbli biss għall-futur ?


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/25


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa minn Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fil-5 ta' Lulju 2007 — Kirtruna S.L vs Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Red Elite de Electrodomésticos SA u Electro Calbet SA

(Kawża C-313/07)

(2007/C 211/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kirtruna, S.L..

Konvenuti: Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Red Elite de Electrodomésticos SA u Electro Calbet SA.

Domandi preliminari

1)

Il-garanzija għall-akkwirent ta' impriża f'sitwazzjoni ta' insolvenza, jew ta' unità ta' produzzjoni ta' din l-impriża, li ma jassumix id-djun li jirriżultaw minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta' impjieg meta l-proċedura ta' falliment twassal għal protezzjoni għall-inqas ekwivalenti għal dik prevista fid-Direttivi Komunitarji, tapplika unikament u esklużivament għall-obbligi marbuta direttament mal-kuntratti jew mar-relazzjonijiet ta' impjieg jew inkella, fil-kuntest ta' protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-ħaddiema u taż-żamma ta' l-impjieg, din il-garanzija għandha tapplika wkoll għal kuntratti oħra li, mingħajr ma jkunu kuntratti ta' impjieg f'sens strett, xorta jaffettwaw il-postijiet li fihom tkun eżerċitata l-attività ta' l-impriża jew ċerti mezzi jew strumenti ta' produzzjoni indispensabbli sabiex titwettaq din l-attività?

2)

Dejjem fil-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, il-qorti li quddiemha tinbeda l-proċedura ta' falliment u li tkun responsabbli sabiex tiddeċiedi dwar dan tista' tagħti din il-garanzija lill-akkwirent ta' unità ta' produzzjoni mhux biss fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratti ta' impjieg, iżda wkoll fir-rigward ta' kuntratti jew obbligi oħra tad-debitur insolventi li huma indispensabbli sabiex titkompla l-attività?

3)

Imprenditur li jakkwista impriża f'sitwazzjoni ta' insolvenza, jew unità ta' produzzjoni ta' din l-impriża, filwaqt li jimpenja ruħu li jonera l-kuntratti ta' impjieg kollha jew parti minnhom u filwaqt li jassumi l-obbligi li jirriżultaw minn dawn ta' l-aħħar, ikollu l-garanzija li ma jistgħux jiġu invokati fil-konfront tiegħu u li ma jiġux ittrasferiti fuqu obbligi oħra ta' min ittrasferixxa marbuta mal-kuntratti jew mar-relazzjonijiet li fihom huwa ġie ssurrogat, b'mod partikolari djun ta' taxxa jew ta' sigurtà soċjali jew drittijiet li jistgħu jeżerċitaw dawk li għandhom drittijiet u obbligi li jirriżultaw minn kuntratti konklużi mad-debitur insolventi u ttrasferiti lill-akwwirent globalment jew ma' l-unità ta' produzzjoni?

4)

B'mod definittiv, f'dak li jikkonċerna t-trasferiment ta' unitajiet ta' produzzjoni jew ta' impriżi ddikjarati ġuridikament jew amministrattivament insolventi u li jkunu jinsabu fi proċedura ta' falliment, id-Direttiva 23/2001 (1) tista' tiġi interpretata bħala li tipproteġi mhux biss il-kuntratti ta' impjieg, iżda wkoll kuntrati oħra li jaffettwaw direttament u b'mod immedjat iż-żamma ta' dawn il-kuntratti?

5)

Fl-aħħar nett, peress li jirreferi għas-suċċessjoni ta' impriża, l-Artikolu 149(2) tal-Ley Concursal Spanjola jikkontradixxi l-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 23/2001 safejn is-surroga ddaħħal lil min isir it-trasferiment fl-obbligi li l-kuntratt ta' impjieg ipoġġi direttament jew indirettament fuq id-debitur insolventi, b'mod partikolari d-djun ta' sigurtà soċjali li dan ta' l-aħħar jista' jkun għad għandu?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozju (ĠU L 82, p. 16).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/26


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto oikeus fl-10 ta' Lulju 2007 — Lahti Energia Oy

(Kawża C-317/07)

(2007/C 211/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lahti Energia Oy

Konvenuti: Lahden ympäristölautakunta, Hämeen ympäristökeskus, Salpausselän luonnonystävät ry

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/76/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-direttiva mhijiex applikabbli għall-inċenerazzjoni ta' skart ta' gass?

2)

Impjant ta' gassifikazzjoni, li jikseb gass minn skart, permezz ta' proċedura ta' piroliżi, għandu jitqies li huwa impjant ta' inċenerazzjoni skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/76/KE, anki jekk f'dan l-impjant ma jkun hemm l-ebda proċess ta' inċenerazzjoni?

3)

L-inċenerazzjoni fil-boiler ta' ċentrali elettrika li jinħoloq f'impjant ta' gassifikazzjoni u li jiġi ppurifikat wara l-proċedura ta' gassifikazzjoni għandha titqies li hija proċedura inkluża fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE? F'dan ir-rigward, għandu rilevanza l-fatt li l-gass li jinħoloq u li jiġi ppurifikat jissostitwixxi l-karburanti fossili u li l-emissjonijiet taċ-ċentrali elettrika, għal kull unità ta' enerġija prodotta, ikunu inqas minn dawk li jużaw karburanti oħra, billi tuża l-gass miksub minn skart li jiġi ppurifikat,? Għall-finijiet ta' l-intepretazzjoni tal-portata tad-direttiva 2000/76/KE, huwa rilevanti li l-impjant ta' gassifikazzjoni u ċ-ċentrali elettrika, mil-lat tekniku u funzjonali u fid-dawl tal-distanza minn xulxin, jikkostitwixxu impjant uniku jew il-fatt li l-gass prodott, li jinħoloq fl-impjant ta' gassifikazzjoni u jiġi ppurifikat, jintbgħat u jista' jiġi użat jew bħala karburanti jew għal skopijiet oħra f'post ieħor, bħal per eżempju għall-produzzjoni ta' l-enerġija?

4)

Taħt liema kundizzjonijiet jista' jitqies li l-gass, li jinħoloq f'impjant ta' gassifikazzjoni u li jiġi ppurifikat, huwa prodott b'tali mod li ma jiġix iktar inkluż mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskart?


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/27


Appell imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 minn 3F, preċedentement Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) kontra d-digriet mogħti mil-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tieni Awla Estiża) fit-23 ta' April 2007 fil-Kawża T-30/03, Specialarbejderforbundet i Danmark vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej

(Kawża C-319/07 P)

(2007/C 211/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: 3F, preċedentement Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (rappreżentanti: A. Bentley, Barrister u A. Worsøe, avukat)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja

Talbiet ta' l-appellanti

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim Istanza, tat-23 ta' April 2007, fil-Kawża T-30/03, Specialarbejderforbundet i Danmark vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej; u

tiddikjara r-rikors ta' l-appellanti fil-kawża T-30/03 ammissibli; u

fi kwalunkwe każ, tordna li l-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjez inkorsi mill-appellanti fir-rigward tar-rikors preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-digriet appellat għandu jiġi annulat għar-raġunijet segwenti:

1.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' liġi meta straħet fuq il-kawża C-67/96, Albany, sabiex tikkonstata li l-appellanti ma setgħetx tistrieħ fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħha stess fin-negozjati ta' ftehim kollettiv sabiex tistabilixxi li hija kienet individwalment kkonċernata.

2.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' liġi meta kkonstatat li l-appellanti ma setgħetx tistrieħ fuq aspetti soċjali sabiex tistabbilixxi li kienet individwalment kkonċernata.

3.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod ħażin il-ġurisprudenza Plaumann u ARE meta kkonstatat li l-appellanti ma' setgħetx tiġi kkunsidrata bħala individwalment kkonċernata għas-sempliċi raġuni li l-għajnuna in kwistjoni tingħata lill-benefiċċjarji peremezz ta' tnaqqis fil-talbiet ta' salarji ta' baħrin li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul.

4.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod ħażin il-ġurisprudenza Van Der Kooy u CIRFS meta kkonstatat li l-interess proprju ta' l-appellanti bħala negozjatriċi ma' kienx affetwat minn miżuri fiskali.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/27


Appell imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 minn Antartica Srl kontra s-sentenza mogħtija tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba' Awla) fl-10 ta' Mejju 2007 fil-Kawża T-47/06: Antartica Srl vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

(Kawża C-320/07 P)

(2007/C 211/50)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Antartica Srl (rappreżentanti: E. Racca u A. Fusillo, avvocati)

Parti(jiet) oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), The Nasdaq Stock Market, Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell

tordna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (1) mhijiex kompatibbli mad-definizzjoni kurrenti ta' popolarità ta' trade mark stabbilita mill-Kawża C-372/97 General Motors.


(1)  ĠU L 11, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/27


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'Etat (il-Belġju) fit-12 ta' Lulju 2007 — Coditel Brabant SA vs 1. Commune d'Uccle, 2. Société Intercommunale pour la Diffusion de la Télévision (Brutélé), 3. Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-324/07)

(2007/C 211/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coditel Brabant SA.

Konvenuti: 1. Commune d'Uccle, 2. Société Intercommunale pour la Diffusion de la Télévision (Brutélé), 3. Région de Bruxelles-Capitale

Domandi preliminari

1)

Tista lokalità, mingħajr ma tagħmel sejħa lill-kompetituri, tissieħeb ma' kumpannija kooperativa li tiġbor flimkien b'mod esklużiv lokalitajiet oħra u assoċjazzjonijiet ta' lokalitajiet (hekk imsejħa interlokali) bil-għan li tittrasferilha l-amministrazzjoni tan-netwerk ta' teledistribuzzjoni tagħha meta din tkun taf li l-kumpannija twettaq l-attività tagħha essenzjalment ma' dawk imsieħba magħha li huma eżenti u li d-deċiżjonijiet fil-konfront tagħhom jittieħdu mill-kunsill ta' amministrazzjoni u l-kunsilli tas-settur fil-limiti tad-delegi li dan jagħtihom, organi legali li huma komposti minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet pubbliċi u li jiddeċiedu skond il-maġġoranza tagħhom ?

2)

Il-kontroll b'hekk eżerċitat, permezz ta' organi legali, mill-membri kollha tal-kooperattivi, jew minn parti minnhom fil-każ ta' setturi jew sottosetturi ta' operazzjoni, fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija kooperattiva jista' titqies li jippermettilhom li jeżerċitaw fuqha kontroll analogu għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħhom stess?

3)

Din l-amministrazzjoni u dan il-kontroll, sabiex jiġu meqjusa bħala analogi, għandhom jiġu eżerċitati b'mod individwali minn kull membru msieħeb jew ikun biżżejjed li jiġu eżerċitati mill-maġġoranza tal-membri msieħba?


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/28


Rikors imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-325/07)

(2007/C 211/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Rozet, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi m'adottax il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/18/KE, tas-27 ta' Marzu 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva;

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/18/KE skada fl-14 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 97, p. 48.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/28


Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-328/07)

(2007/C 211/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: W. Wils, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1) u, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE skada fid-29 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 157, p.45 u — corrigendum — ĠU L 195, p.16.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/29


Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-329/07)

(2007/C 211/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: W. Wils, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1) u, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubbika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE skada fid-29 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 157, p.45 u — corrigendum — ĠU L 195, p.16.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/29


Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d'appel de Lyon (Franza) fis-17 ta' Lulju 2007 — Regie Networks vs Direction de contrôle fiscal Rhône-Alpes Bourgogne

(Kawża C-333/07)

(2007/C 211/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d'appel de Lyon.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regie Networks.

Konvenuta: Direction de contrôle fiscal Rhône-Alpes Bourgogne

Domandi preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru N 679/97 ta' l-10 ta' Novembru 1997, li permezz tagħha din l-Istituzzjoni ddeċidiet li ma tqajjimx l-oġġezzjonijiet fir-rigward tal-bidliet li saru fl-iskema ta' għajnuna għall-espressjoni bir-radju stabbilita mid-digriet 92-1053 (1) hija valida 1) fir-rigward tal-motivazzjoni tagħha, 2) fir-rigward ta' l-evalwazzjoni li saret fuq il-kompatibbiltà mat-Trattat KE tal-finanzjament ta' l-iskema ta' għajnuna għall-espressjoni bir-radju stabbilita għall-perjodu bejn l-1998 u l-2002 u 3) fir-rigward tal-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta' żieda fir-riżorsi baġitarji ta' l-iskema ta' għajnuna in kwistjoni?


(1)  Digriet 92-1053 tat-30 ta' Settembru 1992, li jġedded taxxa parafiskali favur fond ta' għajnuna għall-espressjoni bir-radju, JORF, Nru 228 ta' l-1 ta' Ottubru 1992, u d-digriet Nru 97-1263 tad-29ta' Diċembru 1997, li jistabbilixxi taxxa parafiskali favur fond ta' għajnuna għall-espressjoni bir-radju, JORF Nru 302, tat-30 ta' Diċembru 1997, p. 19194.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/29


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-340/07)

(2007/C 211/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottax il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva;

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/73/KE skada fil-5 ta' Ottubru 2005.


(1)  ĠU L 269, p. 15.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/30


Rikors imressaq fl-20 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-341/07)

(2007/C 211/57)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u P. Dejmek)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet

tikkonstata li billi r-Renju ta' l-Iżvezja m'adottax il-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax tali miżuri lill-Kummissjoni, huwa naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-imsemmija Direttiva.

tordna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-28 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 157, p. 45.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/30


Rikors imressaq fl-24 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-342/07)

(2007/C 211/58)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u B. Schima)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li billi r-Repubblika Ellenika m'adottatx il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/91/KE, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (1) jew f'kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni, hija naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-istess Direttiva;

tordna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE fis-sistema legali interna skada fl-4 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/30


Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-345/07)

(2007/C 211/59)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u P. Dejmek)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlativi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE (1), tad-29 ta' April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija), u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din l-istess Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE fis-sistema legali interna skada fit-30 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/31


Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-346/07)

(2007/C 211/60)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u P. Dejmek)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlativi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/50/KE (1), tad-29 ta' April 2004, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/16/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din l-istess Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/50/KE fis-sistema legali interna skada fit-30 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114.


Qorti tal-Prim' Istanza

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Lulju 2007 — Ente per le Ville vesuviane vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/02) (1)

(“Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Terminazzjoni ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Ammissibiltà - Kwalità sabiex wieħed jaġixxi bħala benefiċjarju finali ta' għajnuna - Rabta diretta - Drittijiet tad-difiża - Ksur ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 4254/88 emendat - Nuqqas ta' investigazzjoni’)

(2007/C 211/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ente per le Ville vesuviane (Napli, l-Italja) (rappreżentanti: E. Soprano u A. De Angelis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u H. Speyart, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni D (2002) 810111 tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali fil-Campania (l-Italja) fir-rigward ta' sistema integrata ta' żvilupp għal finijiet turistiċi ta' tliet vilel Vessuvjani (ERDF nru 86/05/04/054).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ente per le Ville vesuviane għandu jbati l-ispejjeż kollha tiegħu.


(1)  ĠU C 191, 10.8.2002.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Lulju 2007 — Bouychou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/04) (1)

(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lill-kumpannija Stardust Marine - Annullament tad-deċiżjoni permzz ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja’)

(2007/C 211/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Denis Bouychou, amministratur għall-eżekuzzjoni tal-pjan ta' ċessjoni tal-kumpannija Stardust Marine (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Vatier u M. Verger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u C. Giolito, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament ikkawżat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2000/513/KE tat-8 ta' Settembru 1999, dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-impriża Stardust Marine, irrappreżentata mis-Sur Bouychou bħala amministratur għall-eżekuzzjoni tal-pjan ta' ċessjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala mhux fondat.

2)

Ir-rikorrent huwa ordnat ibati l-isepjjeż.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Lulju 2007 — FG Marine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/04) (1)

(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna mill- Istat mogħtija minn Franza lill-kumpannija Stardust Marine - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja’)

(2007/C 211/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FG Marine SA (Roissy Charles de Gaulle, Franza) (rappreżentant: M.-A. Michel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u C. Giolito, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament ikkawżat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/513/KE tat-8 ta' Settembru 1999, dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-impriża Stardust Marine.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala mhux fondat.

2)

Ir-rikorrenti hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 — V vs Il-Parlament

(Kawża T-345/05 R II)

(“Proċedura sommarja - Tneħħija ta' l-immunità ta' membru tal-Parlament Ewropew - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Urġenza’)

(2007/C 211/64)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: V (rappreżentanti: J. Lofthouse, E. Hayes, barristers, u M. Monan, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba intiża għall-eżami mill-ġdid ta' l-ewwel talba tagħha għal proċedura sommarja, miċħuda permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Marzu 2007, V vs Il-Parlament, T-345/05 R, għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra.

Dispożittiv tad-Digriet

1)

It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2007 — Drax Power et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti - Rifjut tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà’)

(2007/C 211/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Drax Power Ltd (Selby, ir-Renju Unit); Great Yarmouth Power Ltd (Swindon, ir-Renju Unit); International Power plc (Londra, ir-Renju Unit); Npower Cogen Ltd (Swindon); RWE Npower plc (Swindon); ScottishPower Generation Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit); u Scottish and Southern Energy plc (Perth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Glick, QC, u M. Cook, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewopej (rappreżentanti: U. Wölker u X. Lewis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 426 finali, tat-22 ta' Frar 2006, dwar il-proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikata mir-Renju Unit skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/34


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2007 — KEK DIAGLOS vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-190/07)

(2007/C 211/66)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: KEK DIAGLOS (Peristeri Attikis, il-Greċja) (rappreżentant: D. Chatzimichalis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, minħabba l-motivi esposti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej Nru 23/II/2006 u kull att u/jew deċiżjoni oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej konnessi magħha;

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tar-rikors u spejjeż oħra.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej KUMM(2006) 465 finali, tat-23 ta' Frar 2006, li fiha r-rikorrenti tintalab tħallas is-somma ta' EUR 71 981 bħala restituzzjoni tas-somma li “KEK XINI” (1) rċeviet bħala sussidju għal programm ta' informazzjoni taċ-ċittadin Ewropew “PRINCE”, bl-interessi minħabba dewmien mhux iġġustifikat u minħabba nuqqas ta' informazzjoni fuq it-twettiq tal-pjan. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija infondata, ivvizzjata minn żbalji u abbuż ta' poter u tinkludi motivazzjoni difettuża u żbaljata.

Bil-kontra ta' dak li ddikjarat il-Kummissjoni, skond ir-rikorrenti żbaljatament u mingħajr ġustifikazzjoni, din ta' l-aħħar issostni li hija mxiet ma' l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-ftehim ta' sussidju li hija kienet iffirmat sabiex tipparteċipa fil-programm imsemmi u li, meta ġie nnutat dewmien minħabba diffikultajiet oġġettivi, hija kienet minnufih informat lill-organi kompetenti ta' l-UE dwar dan.

Barra minn hekk ir-rikorrenti ssostni li “KEK XINI”, apparti l-ammont mogħti lilha minn qabel ta' EUR 71 891, qatt ma rċeviet il-bqija tas-sussidju minkejja li x-xogħol u l-ispejjeż li hija kellha minħabba dan il-proġett jaqbżu dan l-ammont.

Għaldaqstant, ir-rikorrenti ssostni li jeħtieġ li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, li ġiet adottata minħabba li l-uffiċjali tal-kumpannija għaddew informazzjoni żbaljata lill-organi ta' l-UE li wettqu l-verifiki fil-post u dan minħabba li, peress li kien sar xi tibdil fil-persunal responsabbli mill-programm, l-uffiċjali l-ġodda ma setgħux ikunu immedjatament f'pożizzjoni li jiġbru l-informazzjoni mitluba u li jipprovdu risposti eżawrjenti.


(1)  Wara tibdil fl-istatut tal-kumpannija fit-12 ta' April 2006, KEK XINI ngħatat l-isem “KEK DIAGLOS”.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/34


Rikors imressaq fis-26 ta' Ġunju 2007 — Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/07)

(2007/C 211/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Las Palmeras (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpnes, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 288 238;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F'dan il-proċediment, ir-rikorrenti, impriża Spanjola li l-funzjoni tagħha hija s-separazzjoni ta' qoton mhux maħdum, titlob kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-applikazzjoni, matul is-sena 2006/2007, tal-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), li ġie introdott permezz ta' l-Artikolu 1(20) tar-Regolament (KE) Nru 864/2004 (2). Il-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni applikabbli għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u jiġu stabbiliti ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa.

Għandu jiġi mfakkar f'dan ir-rigward li r-regoli suġġetti għal din il-kawża kienu ġew annullati permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Settembru 2006, kawża C-310/04, Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni, minħabba ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità. Din is-sentenza madankollu ssospendiet l-effetti ta' l-annullament sakemm jiġi adottat regolament ġdid, b'mod li d-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq ġew applikati wkoll matul is-sena 2006/2007.

Permezz ta' żewġ rapporti ordnati minn kumpannija ta' konsulenza, ir-rikors jeżamina d-dannu subit mis-settur, minħabba li, bħala konsegwenza ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet annullati, matul is-sena in kwistjoni kien hemm tnaqqis ċar fil-kwantità ta' qoton mhux maħdum prodott, u, konsegwentement ta' qoton imfesdaq mill-industrija. Fil-verità, l-iskema ta' appoġġ prevista mid-dispożizzjonijiet in kwistjoni tipprovdi li parti sinjifikanti ta' l-għajnuna (iktar minn 65 %) ma tingħatax iżjed għall-koltivazzjoni tal-qoton, fejn għaldaqstant il-bidwi jibqa' jirċiviha wkoll jekk juża' l-artijiet tiegħu għall-koltivazzjonijiet alternattivi. B'hekk, il-qliegħ previst għal kull ettaru ta' art li tista' tiġi kkoltivata li fiha jinżera' l-qoton huwa inqas meta mqabbel ma' dak ta' koltivazzjoni alternattiva. Din is-sitwazzjoni tat lok ukoll għat-tnaqqis tad-dħul li jsir mix-xogħol ta' l-industrija ta' fesdiq.

Ir-rikorrenti ssostni li fil-każ in eżami jeżistu r-rekwiżiti mitluba mill-ġurisprudenza sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 tad-29 ta' April 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta' għajnuna diretta skond il-politika komuni ta' l-agrikoltura u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' għajnuna għall-bdiewa, b'kunsiderazzjoni lejn l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 161, p. 48).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/35


Rikors imressaq fis-26 ta' Ġunju 2007 — Agroquivir vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/07)

(2007/C 211/68)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agroquivir, S. Coop. And. De Segundo Grado (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: Luis Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 288 238;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/36


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2007 — DSV ROAD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/07)

(2007/C 211/69)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: De Naamloze Vennootschap DSV ROAD (rappreżentanti: A. Poelmanse u A. Calewaert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-24 ta' April 2007, dwar it-talba tar-Renju tal-Belġju magħrufa bin-numru tal-każ REC 05/02, C(2007)1776, li tistabbilixxi li għandhom jiġu rkuprati dazji doganali li jammontaw għal EUR 168 004,65 u li huma s-suġġett tat-talba tar-Renju tal-Belġju tat-12 ta' Awwissu 2002, u li mhijiex iġġustifikata l-eżenzjoni minn dazji doganali li jammontaw għal EUR 168 004,65 u li huma s-suġġett tat-talba tar-Renju tal-Belġju tat-12 ta' Awwissu 2002.

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti kienet timporta diski mit-Tajlandja li fir-rigward tagħhom kienet fis-seħħ sistema preferenzjali, skond is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi, li kienet tapplika bil-kundizzjoni li ma' l-importazzjoni jiġi ppreżentat ċertifikat ta' oriġini (formola A) maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Tajlandiżi, skond l-Artikolu 80 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (1).

Ma' kull dikjarazzjoni doganali r-rikorrenti ddepożitat formola A maħruġa mill-awtoritajiet Tajlandiżi u għalhekk l-awtoritajiet Belġjani applikaw it-tariffi preferenzjali.

Madankollu, numru ta' ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet Tajlandiżi ġew iddikjarati nulli, b'tali mod li l-beni importati fl-UE ma kinux jikkwalifikaw għal trattament tariffarju preferenzjali.

Fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni stabbiliet li l-obbligu doganali li rriżulta minn dan għandu jiġi rkuprat.

Qabel kollox, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kien imissha ddeċidiet li d-dazji dovuti ma kellhomx jiġu rkuprati, skond l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Skond ir-rikorrenti, il-ħruġ taċ-ċertifikati skond il-formola A għandu jiġi attribwit għal żball ta' l-awtoritajiet Tajlandiżi u bl-ebda mod ma ġie pprovat li l-esportaturi esponew il-fatti b'mod żbaljat. Skond ir-rikorrenti, barra minn hekk, f'dan il-każ huwa involut żball peress li l-awtoritajiet Tajlandiżi kienu jafu jew imisshom kienu jafu li l-beni ma kinux jikkwalifikaw għal trattament preferenzjali.

Ir-rikorrenti żżid, barra minn hekk, li l-Kummissjoni kien imissha pproċediet għall-eżenzjoni mid-dazji, skond l-Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, minħabba li quddiemha kellha ċirkustanzi partikolari.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/1993, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, p. 1).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2007 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-225/07)

(2007/C 211/70)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Thomson Sales Europe (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti F.Goguel u F.Foucault, avukati)

Konvenuta: IL-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

qabel tiddeċiedi, tordna li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet l-elementi, id-dokumenti, ir-rapporti, l-ittri, ix-xogħolijiet preparatorji etc. kollha li wasslu għar-Regolamenti Nri 2376/98 u 710/95;

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05 tas-7 ta' Mejju 2007.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-att ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05 tas-7 ta' Mejju 2007 li tikkonstata li r-rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mhijiex iġġustifikata fil-każ partikolari tar-rikorrenti. Din id-deċiżjoni ġiet adottata wara t-talba li saret lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet nazzjonali Franċiżi, li kienu talbu lir-rikorrenti l-ħlas tad-dażji antidumping fuq l-importazzjoni ta' riċevituri tat-televizjoni bil-kulur immanifatturati mill-kumpannija sussidjarja tagħha fit-Tajlandja u li fir-rigward tagħha r-rikorrenti kienet talbet ir-rifużjoni abbażi ta' l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1).

Ir-rikorrenti tikkunsidra li hija tista' tibbenefika mir-rifużjoni abbażi ta' l-Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 peress li, fl-opinjoni tagħha, hija tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet previsti f'dan it-test.

F'dak li jirrigwarda l-ewwel kundizzjoni (l-eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari), hija ssostni li fil-fatt is-sitwazzjoni partikolari teżisti fir-rigward tagħha u tirriżulta, minn naħa, mill-imġiba tal-Kummissjoni li bidlet il-mod ta' kif tinterpreta d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jirrigwardaw l-oriġini tal-merkanzija mingħajr ma avżat, b'mod xieraq, lill-operaturi ekonomiċi u, min-naħa l-oħra, mill-imġiba ta' l-awtoritajiet nazzjonali li segwew il-metodu adottat mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 302, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/37


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2007 — Prana Haus vs L-UASI (PRANAHAUS)

(Kawża T-226/07)

(2007/C 211/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Prana Haus (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tat-18 ta' April 2007 fil-każ R 1611/2006-1.

tornda lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern jirreġistra fir-Reġistru tat-trade marks Komunitajri l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4 839 916 tat-trade mark“PRANAHAUS”.

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PRANAHAUS” għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 16 u 35 (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4 839 916.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Il-ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) minħabba li ma teżistix raġuni assoluta għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/37


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ġunju 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/07)

(2007/C 211/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE, tat-18 ta' April 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju xi spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), safejn hija s-suġġett ta' dan ir-rikors, u

tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju ta' Spanja qiegħed jikkontesta d-deċiżjoni in kwistjoni safejn tipprevedi korrezzjoni fil-kontijiet tal-ħlasijiet li saru bħala għajnuna għall-produzzjoni ta' prodotti pproċessati mit-tadam fis-snin finanzjarji 2003 u 2004, li jammontaw għal EUR 4 090 315,4.

In sostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jallega:

il-ksur ta' l-Artikoli 2 u 3 tar-Reglament Nru 729/70 (1) u ta' l-Artikolu 2 tar- Reglament 1258/1999 (2) minħabba l-ineżistenza ta' l-irregolaritajiet invokati mill-Kummissjoni li jirrigwardaw, b'mod partikolari, il-verifiki tal-materja prima meta ssir il-konsenja, jiġifieri n-nuqqas ta' verifiki bil-lejl mill-ispetturi tal-Comunidad Autónoma de Extremadura (Reġjun Awtonomu ta' Extremadura), in-nuqqas li tinżamm il-prova tal-piż, u l-firma “en massefg” tad-dokumenti ta' konsenja;

sussidjarjament, il-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li timponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-kwantitajiet kollha ta' tadam kkonsenjati minkejja li l-irregolarità sostanzjali li tiġġustifika l-korrezzjoni tirrigwarda biss il-kwantitajiet kkonsenjati bil-lejl b'tali mod li huwa possibbli li l-korrrezzjoni tiġi limitata għal dawn il-kwantitajiet.


(1)  Ir-Reglament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta' April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 94, p. 13).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, p. 103).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2007 — Malheiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/07)

(2007/C 211/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Malheiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Ebrecht, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-Deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-persunal u ta' l-Amministrazzjoni tat-30 ta'April 2007, li tirrifjuta l-ilment Nru R/06/07, irreġistrat fit-8 ta' Jannar 2007, u li kien intiż sabiex jikseb l-annullament tad-deċiżjoni tad-DG ADMIN li ma tagħtihiex benefiċċji oħra ħlief il-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum imnaqqas għal EUR 28.78 kuljum;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti, għall-perijodu ta' bejn is-16 ta' Novembru 2006 u l-31 ta' Ottubru 2008, il-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum sħieħ ta' EUR 115.09, prevista mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ta' l-1 ta' Ġunju 2006, li tistabbilixxi r-regoli dwar is-sekondament ta' esperti nazzjonali lill-Kummissjoni (C(2006)2003), imnaqqas bl-ammont ta' benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum li r-rikorrenti diġà rċeviet, u miżjud b'benefiċċju ta' l-għajxien ta' kull xahar addizzjonali ta' EUR 542.55;

tordna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti l-ispejjez tal-ġarr inkorsi;

tikkundanna l-konvenuta tbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, li taħdem bħala Esperta Nazzjonali sekondata lill-Kummissjoni u tixtieq tirċievi i) il-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum sħieħ minflok il-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum imnaqqas mogħti mill-Kummissjoni, u ii) il-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kull xahar minflok l-ispejjeż tal-ġarr.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ewwel nett li l-Kummissjoni għamlet żball ta' evalwazzjoni meta kkunsidrat li r-residenza tar-rikorrenti kienet fi Brussell minħabba li r-raġel tagħha għandu r-residenza tiegħu hemmhekk. Ir-rikorrenti ssostni li s-soġġorn tagħha fi Brussell huwa biss ta' natura temporanja u li hija esposta, bl-istess mod bħal l-esperti nazzjonali sekondati l-oħra, għall-istess inkonvenjenzi u żvantaġġi li jirriżultaw min-natura temporanja tas-sekondar tagħha.

Barra dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret kemm il-prinċipju ta' trattament ugwali kif ukoll l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea, minħabba li l-Artikolu 20(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar is-sekondament ta' esperti nazzjonali lill-Kummissjoni jiddiskrimina bejn esperti nazzjonali sekondati li huma miżżewġa u l-esperti nazzjonali sekondati li m'humiex miżżewġa u li jgħixu fi stat ta' konkubinaġġ.

Barra minn dan, ir-rikorrenti tallega li kemm din id-diskriminazzjoni kif ukoll il-benefiċċju aktar għoli, meta mqabbla mal-benefiċċju mogħti lir-rikorrenti, mogħti lill-esperti nazzjonali sekondati li huma rġiel u li m'humiex miżżewġa (kemm jekk jgħixu f'konkubinaġġ u kemm jekk le) twassal kemm għall-ksur ta' l-Artikolu 141 KE u tal-prinċipju ta' ħlas indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll tad-Direttiva 2000/78/KE (1) u tal-prinċipju ta' proporzjonalità.


(1)  Id-Direttiva Tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p.16)


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/39


Appell imressaq fil-5 ta' Lulju 2007 minn Maddalena Lebedef-Caponi kontra s-sentenza mogħtija fil-25 ta' April 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-71/06, Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-233/07 P)

(2007/C 211/74)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maddalena Lebedef-Caponi (Senningerberg, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: F.Frabetti, avukat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' April 2007 fil-kawża F-71/06;

li jintlaqgħu t-talbiet imressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant, li r-rikors fil-kawża F-71/06 jiġi ddikjarat ammissibbli u fondat;

sussidjarjament, li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

li tingħata deċiżjoni fuq l-ispejjeż u l-onorarji, u li l-Kummissjoni tiġi ordnata tbatihom.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-appell tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tiċħad ir-rikors li permezz tagħha hija talbet l-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tagħha għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2004.

In sostenn ta' l-appell tagħha, ir-rikorrenti tgħid li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq diversi żbalji ta' interpretazzjoni u ta' evalwazzjoni tal-fatti li wassluh jiddikjara bħala fondati l-kritiki fil-konfront tar-rikorrenti fir-REK ikkontestat.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/39


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2007 — Koninklijke Grolsch NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-234/07)

(2007/C 211/75)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Grolsch NV (rappreżentanti: M.B.W. Biesheuvel u J.K. de Pree, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament totali jew parzjali tad-deċiżjoni meħuda fil-konfront ta' Grolsch, u f'kull każ, sa fejn hija indirizzata lil Grolsch;

l-annullament, jew b'mod sussidjarju, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Grolsch;

il-kundanna tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta' April 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (COMP/B-2/37.766 — Birra Olandiża), (COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra) li biha timponi multa fuq ir-rikorrenti.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi proċedurali. L-ewwel nett, id-dewmien mhux tas-soltu tal-proċedura ma jirrispettax id-dewmien raġonevoli. It-tieni nett, id-drittijiet tad-difiża ma ġewx irrispettati peress li r-rikorrenti ġiet miċħuda mir-risposti tal-partijiet l-oħra fid-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet. It-tielet nett, il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, fosthom il-prinċipju ta' l-attenzjoni li għandha tingħata lill-atti u l-preżunzjoni ta' l-innoċenza, ma ġewx irrispettati, peress li l-Kummissjoni kellha attitudni parzjali fl-inkjesta, ma ħaditx in kunsiderazzjoni elementi favur ir-rikorrenti u limitat ruħa għal evalwazzjoni mhux kompleta jew superfiċjali.

Ir-rikorrenti tkompli billi tinvoka sitt motivi fuq il-mertu fir-rigward tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni. Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE, l-eżiġenza ta' motivazzjoni u l-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba fil-konstatazzjonijiet li hija għamlet l-ewwel nett dwar is-suġġett pretiż tal-laqgħat, it-tieni nett bl-attribuzzjoni okkażjonali allegata ta' klijenti fis-settur tal-lukandi, tar-ristoranti u tal-ħwienet tal-kafe u f'dak tal-konsum personali, it-tielet nett, tal-pretiża koordinazzjoni ta' kundizzjoniiet kummerċjali oħra, ir-raba' nett, tal-pretiż ftehim u/jew tal-pretiża prattika miftehma fuq il-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet kemm fis-settur tal-lukandi, tar-ristoranti u tal-ħwienet tal-kafe kif ukoll f'dak tal-konsum personali, f'dan inkluża l-birra mibjugħa taħt trade mark ta' distributur, il-ħames nett, tal-pretiż tul ta' żmien tal-ksur, u s-sitt nett, tal-parteċipazzjoni diretta allegata tar-rikorrenti għall-ksur pretiż.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka żewġ argumenti li jirrigwardaw l-ammont tal-multa imposta. Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma rrispettatx l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) billi għamlet użu minn qliegħ mid-dħul teoriku li jinkludi t-taxxi sabiex tapplika r-rata legali massima ta' 10 %. Ir-rikorrenti tikkritika wkoll in-natura straordinarja tal-multa li ġiet imposta li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni ma rrispettatx it-tul ta' żmien tal-proċedura u d-differenza mal-kawża parallela Belġjana tal-birra (2).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta'Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat(ĠU L 1, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża IV/37.614/F3 PO/Interbrew u Alken-Maes) (ĠU 2003, L 200, p. 1).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2007 — Bavaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/07)

(2007/C 211/76)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Bavaria NV (rappreżentanti: O.W. Brouwer, advocaat, D. Mes, advocaat, u A.C.E. Stoffer, advocaat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament totali jew parzjali tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2007 dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/B/2/37.766 — Suq tal-birra Olandiż — C(2007)1697 finali) safejn din tikkonċerna lill-Bavaria NV;

sussidjarjament, ir-riduzzjoni tal-multa imposta fuq Bavaria NV;

tikkundanna lil-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkuntesta id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2007 dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B/2/37.766 — Suq tal-birra Olandiż), li permezz tagħha ġiet imposta l-multa fuq ir-rikorrenti.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel stħarriġ komplet, fid-dettall u imparzjali.

It-tieni nett il-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 81 KE minħabba żbalji manifesti ta' evalwazzjoni, applikazzjoni ħażina tal-liġi fil-konstatazzjoni ta' l-eżistenza tal-ksur, tal-preżunzjoni ta' innoċenza, tal-prinċipju ta' legalità u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni previst fl-Art. 253 KE.

It-tielet nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ħażina tat-tul ta' żmien li matulu seħħ il-ksur..

Ir-raba' nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, meta ffissat l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003 (1), il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi bbażati fuq dak ir-Regolament, (2) il-prinċipju ta' uġwaljanza, u l-prinċipju ta' proporzjonalità.

Il-ħames nett ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni manifestament marret lil hinn mit-termini raġjonevoli għall-għeluq ta' l-inkjesta, li damet sejra għal aktar minn sitt snin.

Is-sitt nett ir-rikorrenti ssotni ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali, tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u tad-drittijet tad-difiża, peress li ġie miċħud lilha kemm l-aċċess għar-risposti ta' birreriji oħra għall-ilmenti magħmula mill-Kummissjoni kif ukoll l-aċċess għal partijiet oħra tal-fajl tal-Kummissjoni li kienu essenzjali għad-difiża tar-rikorrenti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji ta' gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65 (5) tat-Trattat KEFA (ĠU 1998 C 9, p. 3).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/07)

(2007/C 211/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Germanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Müller)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1901, tas-27 ta' April 2007, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006, safejn ir-rikorrenti tiġi mitluba tħallas ammont ta' EUR 1 750 616,27;

tordna l-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1901 finali, tas-27 ta' April 2007, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006, u titlob l-annullament tagħha safejn ir-rikorrenti tintalab tħallas 50 % ta' ċerti rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni li ma jistgħux jiġu rkuprati

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tesponi, fl-ewwel lok, li l-konvenuta applikat b'mod indebitu r-regola stabbilita fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1) li tipprovdi li l-Istat Membru għand jħallas 50 % tal-piż finanzjarju. Skond ir-rikorrenti, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-kuntest ta' każijiet innotifikati skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 595/91 (2).

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, f'uħud mill-każijiet in kwistjoni, il-konvenuta kisret il-prinċipji ta' amministrazzjoni ġusta, minħabba li ma osservatx l-impenn assunt minnha stess fid-dikjarazzjoni unilaterali ta' l-4 ta' Mejju 1995.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta' Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/1991, ta'l-4 ta' Marzu 1991, dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa ħażin b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' tagħrif f'dan il-qasam u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 (ĠU L 67, p. 11).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/41


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2007 — CityLine Hungary vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-237/07)

(2007/C 211/78)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: CityLine Hungary Kft. (Vecsés, l-Ungerija) (rappreżentant: Menyhei Á., avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-Artikolu 2(c)(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 375/2007 tat-30 ta' Marzu 2007, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-4 ta' April 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta l-validità ta' l-Artikolu 2(c)(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 375/2007, imdaħħal mir-Regolament Nru 375/2007/KE (1). L-imsemmi Artikolu għandu bħala suġġett l-operazzjoni kontinwa ta' ċerti ajruplani reġistrati fl-Istati Membri.

Ir-rikorrenti, li hija involuta fit-trasport bl-arju ta' diversi oġġetti, issostni li din id-dispożizzjoni tikkonċernaha individwalment u b'mod dirett.

In sostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 375/2007/KE jikser il-prinċipju ta' ċertezza legali. Ir-regolament ikkontestat jissuġetta l-operazzjoni ta' ajruplan għal avveniment li twettaq fil-passat, jiġifieri jeħtieġ li r-reġistrazzjoni tkun saret qabel l-adeżjoni ta' l-Istat Membru in kwistjoni ma' l-Unjoni Ewropea. F'kull każ, fil-passat kien impossibbli għall-individwi kkonċernati li josservaw tali ċirkustanza.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-Artikolu kkontestat tar-Regolament Nru 375/2007/KE jikser il-prinċipju ta' proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 KE. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-dispożizzjoni kkontestata tikkostitwixxi restrizzjoni sproporzjonata għall-persuni li l-ajruplan tagħhom ikun tniżżel fir-reġistru ta' Stat Membru wara l-adeżjoni. Dan l-Artikolu huwa irrilevanti fir-rigward tas-sigurtà fl-avjazzjoni u fih regoli u kundizzjonijiet li mhumiex neċessarji, u b'hekk imur lil hinn min dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat KE.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta' Marzu 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relattivi jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relattivi għad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (ĠU L 94, p. 3-17).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2007 — Ristic et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/07)

(2007/C 211/79)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ristic AG (Burgthann, il-Ġermanja), Piratic Meeresfrüchte Import GmbH (Burgthann, il-Ġermanja), Prime Catch Seafood GmbH (Burgthann, il-Ġermanja) u Rainbow Export Processing SA (San José, il-Kosta Rika) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannula d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/CE, tas-16 ta' Mejju 2007, skond l-ewwel parargrafu ta' l-Artikolu 231 KE, safejn l-imsemmija deċiżjoni emendat id-Deċiżjoni 2004/432/KE fis-sens li l-Kosta Rika ma baqgħetx imniżżla fl-Anness ta' din ta' l-aħħar, la fl-ewwel kolonna bil-kodiċi ISO-2 tagħha u lanqas fit-tieni kolonna bl-isem tagħha u fis-sens li t-tmien kolonna ma baqgħetx immarkata b' “X” sabiex tindika li, skond id-Deċiżjoni 2004/432, hija awtorizzata l-importazzjoni mill-Kosta Rika lejn l-Unjoni Ewropea ta' annimali u ta' prodotti li joriġinaw minn annimali mkabbra bl-akwakultura;

tikkonstata li l-Komunità Ewropea għandha l-obbligu li tikkumpensa d-dannu li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kkawżat lir-rikorrenti; tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qegħdin jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362 (1) safejn din neħħiet lill-Kosta Rika mil-lista ta' pajjiżi terzi li l-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi tagħhom ġew approvati fir-rigward ta' l-annimnali u tal-prodotti li joriġinaw minn annimali mkabbra bl-akwakultura.

Ir-rikorrenti huma impriżi li l-attività tagħhom tikkonsisti b'mod partikolari fl-ipproċessar u l-bejgħ ta' gambli mkabbra bl-akwakultura fil-Kosta Rika u fl-Ekwador.

Huma jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikkonċernhom kemm direttament kif ukoll individwalment fis-sens tar-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE.

In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jargumentaw inter alia li d-deċiżjoni kkontestata hija irregolari minħabba li tikser il-prinċipju ta' proporzjonalità. Huma jallegaw, barra minn dan, ksur tad-dritt li jinstemgħu kif ukoll abbuż ta' poter min-naħa tal-konvenuta.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/KE, tas- 16 ta' Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) (2088) (ĠU L 138, p. 18).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/42


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — Pathé Distribution vs EACEA

(Kawża T-239/07)

(2007/C 211/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pathé Distribution SAS (Parigi, Franza) (rappreżentant: P. Deprez, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li l-kuntratt Nru 2006-09120304D1021001FD1507 ma' kienx itterminat validament mill-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, u li dan għadu fis-seħħ;

tikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 9 737 li għadha dovuta lilha taħt il-kuntratt.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti bbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas somma ekwivalenti għall-bilanċ li għadu dovut lilha taħt il-kuntratt Nru 2006-09120304D1021001FD1507 li jikkonċerna l-għajnuna finanzjarja Koumunitarja għal proġett ta' distribuzzjoni vidjografika ta' film, konkluż fil-kuntest tal-programm “MEDIA Plus” adottat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE. (1)

Il-kuntratt ġie iffirmat mill-partijiet fis-27 ta' Ġunju 2006 u l-konvenuta għamlet ħlas bil-quddiem lir-rikorrenti skond il-pattijiet ta' l-istess kuntratt. Fit-8 ta' Mejju 2007, il-konvenuta indirizzat lir-rikorrenti ittra li permezz tagħha tterminat l-imsemmi kuntratt minħabba li l-ispejjeż reali totali tal-proġett kienu anqas mill-baġit provviżorju tal-proġett u minħabba li ma kienet ingħatat ebda spjega bil-miktub meta ġie ppreżentat ir-rapport finanzjarju tal-proġett u talbet ir-rifużjoni tal-ħlas bil-quddiem li kien diġà ngħata. Madankollu, ir-rikorrenti tikkunsidra li, konformament mal-pattijiet tal-kuntratt, il-kontribuzzjoni tal-konvenuta fil-proġett kellha tkun sa 50 % ta' l-ispejjeż reali tad-distribuzzjoni vidjografika u għaldaqstant qiegħda titlob il-ħlas tas-somma li għadha dovuta, barra l-ħlas bil-quddiem li diġà ngħata.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li t-terminazzjoni tal-kuntratt mill-konvenuta hija irregolari u infondata safejn ma rrispettatx it-termini tal-kuntratt dwar il-modalitajiet ta' terminazzjoni u, b'mod partikolari, ma tatx lir-rikorrenti terminu ta' żmien sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-implementazzjoni tal-kuntratt. Għaldaqstant, skond ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha tikkonstata li l-kuntratt għadu fis-seħħ.

Barra minn dan, hija tikkontesta r-raġunijet għat-terminazzjoni tal-kuntratt invokati mill-konvenuta, jiġifieri n-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' l-obbligi kuntrattwali tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE, ta' l-20 ta' Diċembru 2000, dwar l-implimentazzjoni ta' programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżwali Ewropej (MEDIA Plus — Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001-2005), ĠU L 336, p. 82).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/43


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2007 — Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/07)

(2007/C 211/81)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Heineken Nederland BV u Heineken NV (rappreżentanti: T. Ottervanger, advocaat, u M.A. de Jong, advocaat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni indirizzata lir-rikorrenti;

l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lil Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkuntestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2007 dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq tal-birra Olandiż), li permezz tagħha ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti.

Sabiex isostnu r-rikors tagħhom ir-rikorrenti l-ewwel nett jippreżentaw numru ta' motivi ta' natura proċedurali. L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba matul l-investigazzjoni u ksur ta' l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003, peress li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għas-sottomissjonijiet tad-difiża ta' l-impriżi l-oħra. It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli teżegwixxi investigazzjoni kompleta u imparzjali. It-tielet nett, ir-rikorrenti jilmentaw minn ksur tal-prinċipju ta' preżunzjoni ta' innoċenza minħabba l-imġieba tal-Kummissjarju għall-Kompetizzjoni. Ir-raba' nett, il-Kummissjoni marret lil hinn mit-termini raġjonevoli għall-għeluq ta' l-inkjesta, u għaldaqstant, d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ġew miksura.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll ksur ta' l-Artikolu 81 KE. F'dan ir-rigward, l-ewwel nett ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm argumentazzjoni difettuża, nuqqas ta' rispett tal-preżunzjoni ta' innoċenza u ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni. It-tieni nett, ir-rikorrenti jikkuntestaw il-fatt li jeżistu akkordji jew prattiċi miftiehma. It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ħażina tat-tul ta' żmien li matulu seħħ il-ksur.

Barra minn dan, ir-rikorrenti ressqu numru ta' ilmenti dwar l-iffissar ta' l-ammont tal-multa. L-ewwel nett, huma jallegaw ksur ta' l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, applikazzjoni ħażina tal-linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi, ksur tal-prinċipju ta' uġwaljanza, ksur tal-prinċipju ta' ċertezza legali, ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità u ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ħażina tal-gravità tal-ksur billi, b'mod partikolari, ddeterminat b'mod ħażin in-natura tal-ksur, billi naqset milli tieħu in konsiderazzjoni l-impatt insinjifikanti fuq is-suq u billi evalwat b'mod ħażin is-suq ġeografiku rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żbaljat meta ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa, il-fattur ta' multiplikazzjoni għall-effett deterrenti u t-tul taż-żmien tal-ksur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tieħu in konsiderazzjoni kif suppost iċ-ċirkustanzi attenwanti, u t-tul ta' żmien, indebitament twil, tal-proċedura amministrattiva wassal għal multa sproporzjonalment għolja minħabba l-fatt li sadattant, il-politika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammont tal-multi sar aktar stretta.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li t-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni minħabba t-tul ta' żmien indebitament twil tal-proċedura amministrattiva huwa spropozjonalment baxx.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2007 — Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-241/07)

(2007/C 211/82)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA (rappreżentanti: C. Vivani u M. Vellano, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15.05.2007 fuq il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Italja b'mod konformi mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE — minħabba ksur tat-Trattat KE u tal-prinċipji u r-regoli tad-dritt adottati fl-applikazzjoni tagħha — safejn timponi l-modifika tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni fir-rigward tat-tneħħija ta' l-ammissibbiltà tal-miżuri ta' razzjonalizzazzjoni skond liema l-operatur jista' jżomm parti mill-kwoti allokati, f'każ ta' “egħluq minħabba proċessi ta' razzjonalizzazzjoni tal-produzzjonijiet” (Artikolu 1(4) u l-Artikolu 2(4) tad-deċiżjoni).

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża ddefiniet bħala inkompatibbli mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni nnotifikat mill-Italja b'ittra tal-15 ta' Diċembru 2006.

Il-punt speċifikament ikkontestat jirrigwarda l-eventwalità li l-operatur jista' jżomm parti mill-kwoti allokati, f'każ ta' egħluq, minħabba proċessi ta' razzjonalizzazzjoni, ta' l-impjanti ta' produzzjoni jew ta' partijiet minnhom.

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni:

li l-konvenuta imponiet b'mod żbaljat l-analiżi kritika tagħha stess f'termini ta' “aġġustament ta' allokazzjonijiet”, billi eskludiet il-possibbiltà ta' l-hekk imsejħa “aġġustamenti ex-post”. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti taċċetta li dan it-tip ta' aġġustamenti joħolqu distorzjoni fis-suq u inċertezza għall-impriżi u jiksru l-kriterju Nru 100 ta' l-Anness III tad-Direttiva msemmija iktar 'il fuq. Skond ir-rikorrenti, il-kwistjoni tittratta iktar li jiġi evitat it-telf tat-titolarità tal-kwoti suġġetti għal assenjazzjoni, u b'hekk it-telf tal-kapaċità ġuridika li jiġu użati f'impjanti oħra. Essenzjalment, il-kwistjoni titratta li jiġi evitat ostaklu għall-organizzazzjoni u l-applikazzjoni libera tad-dritt suġġettiv ta' impriża, li fuq kollox imur kontra l-prinċipji ta' raġjonevolezza, ta' proporzjonalità u ta' ħarsien ta' l-ambjent u tal-kompetizzjoni skond l-Artikoli 5, 174 u 157 tat-Trattat KE.

Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija kontradittorja fir-rigward tal-premessi loġiċi li hija bbażata fuqhom. Fuq dan il-punt, għandu jingħad li fir-raba' premessa tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni stess tammetti li d-Direttiva tikkunsidra l-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħmlu aġġustamenti, bil-kudizzjoni li l-effett ta' l-aġġustament ma jkollux portata retroattiva u li ma jkunx ta' ħsara għat-tħaddim tas-sistema Komunitarja. Fil-fatt, f'dan il-każ, l-operatur ta' l-impjanti li qedin jiġu magħluqa jibqa' jassisti u jopera ma' l-impjanti awtorizzati l-oħra. Għaldaqstant, skond il-Kummissjoni stess, “aġġustament ta' l-allokazzjoni” huwa possibbli.

Il-konvenuta naqset milli tiġġustifika r-raġunament li segwiet sabiex tasal għall-konklużjoni li l-mekkaniżmu kkritikat ma kienx kompatibbli peress li kien “ex-post adjustment”.

Il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, fid-dawl ta' dak li ntqal fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' approvazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni għar-Renju Unit.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/45


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2007 — Weiler vs L-UASI — CISQ (Q2WEB)

(Kawża T-242/07)

(2007/C 211/83)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter Weiler (Pulheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, T. Dolde u A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali

Talbiet tar-rikorrent

tannula d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) Nru R 893/2005-1 tad-29 ta' Marzu 2007, u;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża jew, fil-każ ta' intervent tal-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tikkundanna lill-konvenut u l-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: it-trade mark verbali “Q2WEB” fir-rigward ta' prodotti u servizi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 2 418 150)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: trade mark verbali “QWEB” fir-rigward ta' prodotti u servizzi fil-klassi 42 (trade mark Komunitarja Nru 1 772 078), trade mark figurattiva “QWEB” li tirrigwarda servizi fil-klassijiet 35, 38 u 42 (trade mark Komnunitarja Nru 1 871 201) u trade mark verbali “QWEBMARK” li tirrigwarda servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1 771 963)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: annullament tat-trade mark in kwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a), moqri fl-imkien ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress illi t-trade marks konfliġġenti ma jixtibhux fil-livell viżiv, ta' ħoss u kunċettwali u li d-differenzi bejn is-sinjali huwa biżżejjed sabiex jiġi eskluż ir-riskju ta' konfużjoni f'moħħ il-konsumatur rilevanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/45


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika ta' Polonja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-243/07)

(2007/C 211/84)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: Ośniecka-Tamecka, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, ta' l-4 ta' Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1979) (1) safejn tikkonċerna lir-Repubblika tal-Polonja;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata ddeterminat il-kwantitajiet ta' prodotti agrikoli f'ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Polonja fid-data ta' l-adeżjoni tal-Polonja ma' l-Unjoni Ewropea li, fil-fehma tal-Kummissjoni, kienu jeċċedu l-livell ta' stokkijiet normali ta' dawn il-prodotti u għalhekk imponiet fuq il-Polonja “ammonti li għandhom jitħallsu […] bħala konsegwenza ta' l-ispiża ta' l-eliminazzjoni ta' dawk il-kwantitajiet” ta' tali prodotti.

Ir-rikorrenti qiegħda titlob li d-deċiżjoni tiġi annullata u tibbaża t-talba tagħha fuq żewġ motivi: l-ewwelnett li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata u kisret l-Artikolu 4 tat-Taqsima 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' Adeżjoni (2); it-tieninett li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità.

In sostenn ta' l-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, meta adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni eċċediet il-kompetenza li tirriżulta mill-Artikolu 4 tat-Taqsima 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' Adeżjoni minħabba li din id-deċiżjoni tibdel il-ftehim iffirmati fl-Att ta' Adeżjoni billi tistabbilixxi penali pekunjarji li ma kinux previsti minn dan l-Att. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni in kwistjoni ma tirrispettax il-prinċipju stabbilit fl-Att ta' Adeżjoni li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom effettivament jeliminaw l-istokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli li jkunu f'ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tagħhom fid-data ta' l-adeżjoni.

In sostenn tat-tieni motiv tagħha bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, ir-rikorrenti ssostni li l-għanijiet tad-deċiżjoni kkontestata mhumiex kompatibbli ma' xulxin u għalhekk m'għandhom ebda ġustifikazzjoni legali. Barra minn hekk, skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata mhijiex miżura adegwata sabiex jiġu likwidati l-ispejjeż ta' l-eliminazzjoni ta' stokkijiet żejda. Ir-rikorrenti ssostni fl-istess ħin li d-deċiżjoni kkontestata hija serjament żbaljata fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' stokkijiet żejda f'ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Polonja u li d-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-kwantitajiet ta' stokkijiet li l-Polonja eliminat hija stess a spejjeż tagħha wara d-data ta' l-adeżjoni. Skond ir-rikorrenti l-ispejjeż għall-eliminazzjoni ta' stokkijiet, li fil-fatt ma kinux sostnuti mill-Komunità, ġew imputati lill-Polonja b'tali mod li l-Komunità gawdiet minn arrikkiment inġust għad-detriment tal-Polonja. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma kinitx meħtieġa fid-dawl tan-nuqqas ta' tfixkil fis-swieq agrikoli b'konsegwenza ta' l-adeżjoni tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-perijodu ta' żmien pjuttost twil li għadda mid-data ta' l-adeżjoni. Skond l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata, minkejja l-fatt li kienet adottata abbażi ta' l-Att ta' Adeżjoni, ma tilħaq ebda wieħed mill-għanijiet ta' dan l-Att fir-rigward tas-settur agrikolu.


(1)  ĠU 2007 L 139, p. 14.

(2)  L-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003 L 236, p. 33).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/46


Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Campo de Cartagena vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/07)

(2007/C 211/85)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: S.A.T. “Campo de Cartagena” (Murcia, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 288 238;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/46


Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 — Virsa vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/07)

(2007/C 211/86)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Virsa, S. Coop. L. (Murcia, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 655 410;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/47


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2007 — Coesagro vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/07)

(2007/C 211/87)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: S. Coop. And. Ecijana de Servicios Agropecuarios (Coesagro) (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 035 466;

tordna l-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/47


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2007 — L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/07)

(2007/C 211/88)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovakkja (rappreżentant: J. Čorba, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn tirrigwarda lir-rikorrenti jew, fl-eventwalità li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li huwa neċessarju jew xieraq, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1979, ta' l-4 ta' Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), kif emendata fil-25 ta' Mejju 2007. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ffissat il-kwantitajiet ta' ċerti tipi ta' frott u ross f'ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tar-Repubblika Slovakka fid-data ta' l-adeżjoni li kienu ogħla mill-kwantitajiet li setgħu jiġu kkunsidrati bħala livell normali ta' stokk fl-1 ta' Mejju 2004. Fl-istess ħin, hija żammet lir-rikorrenti responsabbli għall-ħlas ta' EUR 3 634 miljuni sabiex tkopri l-ispejjeż ta' l-eliminazzjoni ta' dawn il-kwantitajiet.

In sostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tqis li l-konvenuta ma kellhiex is-setgħa li tadotta d-deċiżjoni kkontestata.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tafferma li, anke jekk il-konvenuta kellha d-dritt tiffissa l-kwantità ta' stokk żejjed fit-territorju tar-Repubblika Slovakka u li żżomm lil din ta' l-aħħar finanzjarjament responsabbli għal dan l-allegat stokk żejjed, hija kisret it-Trattat ta' l-Adeżjoni (2) safejn ma aġixxietx fuq il-bażi legali korretta, jiġifieri l-Artikolu 41 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. (3)

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li, peress li ma wrietx li l-Komunità batiet xi spejjeż jew soffriet xi dannu ieħor minħabba n-nuqqas ta' l-eliminazzjoni ta' l-istokk żejjed mir-rikorrenti u peress li ma adottatx fiż-żmien sistema legali adattata dwar l-eliminazzjoni ta' l-istokk żejjed fis-suq tar-rikorrenti u regoli dettaljati dwar l-iffissar ta' l-istokk żejjed u dwar il-kalkolu ta' l-ispejjeż finanzjarji li għalihom hija responsabbli r-rikorrenti, il-konvenuta kisret, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, it-Trattat ta' l-Adeżjoni kif ukoll il-prinċipji ġenerali tal-proporzjonalità u taċ-ċertezza legali.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti tafferma li l-forom proċedurali sostanzjali ġew miksura minħabba motivazzjoni insuffiċjenti.


(1)  ĠU L 138, p. 14.

(2)  Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, p. 17).

(3)  Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p. 33).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/48


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-248/07)

(2007/C 211/89)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: T. Boček, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni kollha kemm hi;

alternattivament, tannula d-deċiżjoni kkontestata safejn tikkonċerna r-Repubblika Ċeka;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lura l-ammonti diġà mħallsa;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1979 finali, ta' l-4 ta' Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja (1). Permezz ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kwantitajiet ta' laħam, ta' frott u ta' ross f'ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tar-Repubblika Ċeka fid-data ta' l-adeżjoni li jeċċedi l-kwantitajiet li jistgħu jiġi kkunsidrati bħala livell normali fl-1 ta' Mejju 2004. Fl-istess ħin, hija talbet lir-rikorrenti tħallas ammont ta' EUR 12 287 miljuni sabiex tkopri l-ispejjeż ta' l-eliminazzjoni ta' dawn il-kwantitajiet.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħat tagħha, u b'hekk kisret il-paragrafu 4 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni (2), meta stabbiliet, fid-deċiżjoni kkontestata bbażata fuq din id-dispożizzjoni, l-ammont li l-Istati Membri ġodda għandhom iħallsu lill-baġit Komunitarju fir-rigward tal-kwantità totali ta' stokkijiet ta' prodotti agrikoli.

Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk il-Kummissjoni kellha s-setgħa li tadotta d-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-paragrafu 4 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' proporzonalità, peress li din il-miżura la kienet meħtieġa u lanqas adegwata fir-rigward ta' l-għan ta' l-obbligu li jiġu eliminati l-istokkijiet żejda.

Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, moqri flimkien ma' l-Artikolu 10 KE, kif ukoll il-prinċipji ta' ċertezza legali u ta' aspettattivi leġittimi, billi naqset milli tiddefinixxi l-kunċett ta' livell ta' stokkijiet normali u billi adottat id-deċiżjoni kkontestata b'mod mhux trasparenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni safejn id-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx in kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-paragrafu 4 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adezjoni safejn ma mmotivatx biżżejjed id-deċiżjoni tagħha.


(1)  ĠU L 138, 30 ta' Mejju 2007, p. 14..

(2)  Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Tratti li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23 ta' Settembru 2003, p. 33).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/49


Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Sungro vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/07)

(2007/C 211/90)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sungro (Cordoba, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 37 188;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/49


Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Desarrollo y Aplicaciones Fitotécnicas vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/07)

(2007/C 211/91)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Desarrollo y Aplicaciones Fitotécnicas (Cordoba, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 116 667;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/49


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2007 — Pinzón vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/07)

(2007/C 211/92)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agroquivir S. coop And. Agrícola y Ganadera de Pinzón (Rappreżentant: L. Ortiz blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 298 861;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/49


Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Algodonera de Palma vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-255/07)

(2007/C 211/93)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Algodonera de Palma S.A. (Cordoba, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 2 002 344;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/50


Rikors ippreżentat fis-16 ta'Lulju 2007 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-256/07)

(2007/C 211/94)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: People's Mojahedin Organization of Iran (Auvers sur Oise, Franza) (rappreżentanti: J.P.Spitzer, avukat, u D.Vaughan, QC)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE safejn din tapplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (1) li ssemmi lir-rikorrenti fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tgħid li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kunsill ibbaża ruħu fuq it-tniżżil tar-rikkorrenti fil-lista tad-Deċiżjoni 2006/379/KE li kellha tiġi annullata jew emendata mill-Kunsill fir-rigward tar-rikorrenti b'riżultat tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-228/02 Organizzazzjoni tal-Modjahedines tal-poplu ta' l-Iran vs Il-Kunsill (ĠU C 247 tat-12 ta' Ottubru 2002). Skond ir-rikorrenti, il-Kunsill kien obbligat li jneħħi isem ir-rikorrenti mil-lista msemmija.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tad-dritt għal smiegħ xieraq tar-rikorrenti u mingħajr motivazzjoni xierqa.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta' provi li kienu kollha relatati mal-perjodu qabel is-sena 2001 u mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni provi relatati mal-perjodu wara s-sena 2001 ippreżentati mir-rikorrenti.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li dawn iċ-ċirkustanzi jammontaw għal abbuż u użu ħażin tal-poter.


(1)  ĠU L 169, p. 58.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/50


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2007 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/07)

(2007/C 211/95)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli u A.-L. During, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punt 3 ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007, tas-26 ta' Ġunju 2007 (1), li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (2) safejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta' dan l-Anness VII, il-punti 2.3(b)(iii), 2.3(d) u 4;

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li din it-talba għall-annullament parzjali mhijiex ammissibbli, tannulla r-Regolament Nru 727/2007 totalment;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali, jew sussidjarjament l-annullament totali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007, tas-26 ta' Ġunju 2007, li jistipula regoli inqas stretti ta' sorveljanza u ta' eradikazzjoni fir-rigward ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli, meta mqabbel ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001.

In sostenn tar-rikors tagħha, hija tgħid li d-dispożizzjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati minħabba li jiksru l-prinċipju ta' prekawzjoni f'dak li jirrigwarda kemm l-evalwazzjoni kif ukoll il-ġestjoni tar-riskju.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma rrispettatx il-prinċipju ta' prekawzjoni fl-istadju ta' l-evalwazzjoni tar-riskju billi injorat l-inċertezzi xjentifiċi li, skond hi, jeżistu f'dak li jirrigwarda kemm ir-riskju ta' trażmissjoni lill-bniedem ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli differenti mill-enċefalopatiji sponġiformi bovini, kif ukoll il-fedeltà tat-testijiet li l-Kummissjoni ibbażat ruħha fuqhom sabiex tadotta r-Regolament ikkontestat.

Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset milli tirrispetta wkoll il-prinċipju ta' prekawzjoni fl-istadju tal-ġestjoni tar-riskju peress li d-dispożizzjonijiet ikkontestati ma jippermettux li jiġi kkontenut ir-riskju u huma wkoll kapaċi li jżiduħ. Barra minn hekk, din tqis li l-aggravju tar-riskju maħluq mid-dispożizzjonijiet ikkontestati ma jistax jiġi kkontestat mill-benefiċċju li huwa mistenni.


(1)  ĠU L 165, p. 8.

(2)  ĠU L 147, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/51


Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Campo de Alcalá del Rio vs Il-Kunsill u Il-Kommissjoni

(Kawża T-258/07)

(2007/C 211/96)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: S. Coop. And. De Productores del Campo de Alcalá del Río (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 035 466;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/51


Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Algusa Algodonera Utrerana vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/07)

(2007/C 211/97)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Algusa Algodonera Utrerana, S.A. (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 721 355;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/52


Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 — Las Marismas de Lebrija vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/07)

(2007/C 211/98)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Las Marismas de Lebrija, S. Coop. And. (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 575 122;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/52


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni vs Banca di Roma

(Kawża T-261/07)

(2007/C 211/99)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Colabianchi, avvocato, F. Amato u M. Wilderspin, aġenti)

Konvenuta: Banca di Roma SpA

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lil Banca di Roma SpA, stabbilita fl-Italja, Ruma (00144), Viale Umberto Tupini Nru. 180, fil-persuna tar-rappreżentant legali preżenti tagħha, teżegwixxi l-garanzija bankarja tat-28.10.1989 favur il-Kummissjoni Ewropea;

tordna lil Banca di Roma SpA, legalment stabbilita fl-Italja, Ruma (00144), Viale Umberto Tupini Nru. 180, fil-persuna tar-rappreżentant legali preżenti tagħha, tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, stabbilita fil-Belġju, Brussell (1039), Rue de la Loi Nru. 200, is-somma ta' EUR 412 607.41, kif ukoll interessi ta' EUR 94.37 għal kull ġurnata mit-30 ta' Diċembru 2006 sad-data meta jsir il-ħlas, jew dik is-somma li tiġi stabbilita mill-Qorti;

tordna lil Banca di Roma SpA, legalment stabbilita fl-Italja, Ruma (00144), Viale Umberto Tupini Nru. 180, fil-persuna tar-rappreżentant legali preżenti tagħha, tbati l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċedimenti inklużi dawk tal-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qed isir skond l-Artikolu 238 tat-Trattat KE abbażi tal-klawżola ta' arbitraġġ li tinsab fil-garanzija tat-28 ta' Ottubru 1989 maħruġa mill-Banco di Roma (illum imsejjaħ Banca di Roma) favur il-Kummissjoni.

B'deċiżjoni C(89) 1241 tat-2 ta' Awwissu 1989 (1) il-Kummissjoni kienet imponiet multi fil-konfront ta' erbatax-il produttur ta' materjali wweldjati, fosthom Ferriere Nord S.p.A., talli ħadu sehem fi ftehim u prattiċi miftehma bi ksur ta' l-Artikolu 85(1) (illum l-Artikolu 81(1)) tat-Trattat KE; fir-rigward ta' Ferriere Nord ġiet imposta multa ta' EUR 320 000.

Skond l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, il-multa kellha titħallas minn Ferriere Nord fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni stess, bl-eċċezzjoni li Ferriere Nord setgħet tipprovdi garanzija bankarja li tkun tkopri d-dejn kollu tal-kapital bl-interessi.

B'ittra rreġistrata tat-30 ta' Ottubru 1989, li waslet fis-7 ta' Novembru 1989, Ferriere Nord bagħtet lill-Kummissjoni ittra tas-26 ta' Ottubru 1989 li permezz tagħha il-Banco di Roma (illum imsejjaħ Banca di Roma) — Sussidjarja ta' Udine, l-Italja, iddikjara lill-Kummissjoni li kien qiegħed joqgħod bħala garanti tal-ħlas ta' Ferriere Nord kemm tal-multa ta' EUR 320 000 kif ukoll ta' l-interessi, ikkalkulati li jibdew mill-15 ta' Novembru 1989 sad-data tal-ħlas effettiv.

Fis-sentenza tas-27 ta' Settembru 2006 mogħtija fil-kawża T-153/04 (2), il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat il-preskrizzjoni, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2988/74, tas-“setgħa tal-Kummissjoni li tinforza d-deċiżjoni” Materjali wweldjati (punti 53 u 58 tas-sentenza T-153/04).

Madankollu, skond ir-rikorrenti, din is-sentenza m'għandha l-ebda effett fuq il-garanzija mogħtija mill-Banca di Roma peress li, minħabba l-awtonomija ta' l-imsemmija garanzija, skond id-dritt Taljan (li huwa d-dritt applikabbli f'dan il-każ), il-Banca di Roma hija marbuta teżegwixxi l-garanzija fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, mingħajr ma tista' topponi lil din ta' l-aħħar ebda waħda mill-eċċezzjonijiet eventwalment opponibbli minn Ferriere Nord.


(1)  ĠU L 260 1989, p. 1.

(2)  Li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2007 — Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-262/07)

(2007/C 211/100)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Mejju 2007 [notifikata taħt in-numru C(2007)1979] (1); u sussidjarjament tannulla l-imsemmija deċiżjoni safejn ir-Repubblika tal-Litwanja hija d-destinatarja tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tistabilixxi l-kwantitajiet ta' prodotti agrikoli f'ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju ta' l-Istati Membri ġodda fid-data ta' l-adeżjoni u li jaqbżu l-kwantitajiet li setgħu jiġu kkunsidrati bħala livell normali ta' stokk fl-1 ta' Mejju 2004 u l-ammonti li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri ġodda sabiex ikopru l-ispejjeż ta' l-eliminazzjoni ta' dawn il-kwantitajiet.

Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali. Hija tinvoka erba' motivi in sostenn tar-rikors tagħha.

1.   Nuqqas ta' kompetenza.

Ir-rikorrenti tqis li l-paragrafu 4 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV l-Att ta' l-Adeżjoni ma jagħtix lill-Kummissjoni l-kompetenza sabiex timponi fuq l-Istati Membri ħlasijiet lill-baġit Komunitarju li jkollhom natura penali, b'mod partikolari jekk hija ma tkunx ippruvat ir-realtà ta' l-ispejjeż sostnuti mill-Komunità sabiex telimina l-istokk żejjed; barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ħalliet it-terminu ta' tliet snin iffissat mill-Artikolu 41 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni jiskadi qabel ħadet deċiżjoni taħt dan l-istess artikolu, li huwa l-unika dispożizzjoni li tista' tipprovdi bażi legali għad-deċiżjoni in kwistjoni.

2.   Ksur tad-dritt Komunitarju

Ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali: id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju taċ-ċertezza legali, peress li l-metodi u l-kriterji tal-kalkolu ta' l-istokk ma kinux magħrufa fiż-żmien ta' l-adeżjoni, jiġifieri fil-mument li kellu jiġi ddeterminat l-istokk eżistenti, għarfien dan li permezz tiegħu l-Istati Membri kienu jkunu jistgħu jevitaw li jinħoloq stokk żejjed jew jeliminaw dan l-istokk bi spejjeż ta' l-operatur li jkun ħoloq dan l-istokk żejjed. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata stabbilixxiet ukoll kriterji oħra u estendiet il-lista tal-prodotti kkonċernati meta mqabbla ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003, li bis-saħħa tiegħu l-Istati jeżerċitaw kontroll fuq il-kostituzzjoni ta' l-istokk żejjed.

Ksur tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni: b'mod differenti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 144/97 dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli fl-Awstrija, fl-Iżvezja jew fil-Finlandja, id-deċiżjoni kkontestata tevalwa mhux biss il-prodotti li jibbenifikaw minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew minn miżuri ta' intervent, iżda wkoll l-istokkijiet ta' prodotti oħra. L-imsemmi prinċipju ġie miksur ukoll billi s-sitwazzjonijiet differenti ta' l-Istati Membri ġodda ġew ittratti bl-istess mod u billi ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom inħolqu dawn l-istokkijiet ma ttieħdux in kunsiderazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni.

Ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u tat-trasparenza: id-deċiżjoni kkontestata ma tesponix b'mod eżawrjenti l-kriterji tal-kalkolu tal-pagamenti, kriterji li, barra minn hekk, jinbidlu b'mod kontinwu. Barra minn hekk, minkejja li l-Istati Membri kienu evalwaw huma stess l-istokk skond il-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni, mingħajr ma indikat b'liema mod din l-evalwazzjoni ma kinitx eżatta u mingħajr ma kkontestatha, ipproċediet għal evalwazzjoni ġdida ta' l-istess stokk billi applikat il-kriterji tagħha.

Ksur tal-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: fl-ewwel lok, id-deċiżjoni mhijiex adattata għat-twettiq ta' l-għanijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-istokk żejjed prevista fil-paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, b'mod partikolari minħabba l-fatt li lanqas biss sar attentat f'din id-deċiżjoni li l-multi imposti jintrabtu ma' l-ispejjeż ta' l-eliminazzjoni ta' l-istokk verament sostnuti mill-Komunità. Fit-tieni lok, id-deċiżjoni ġiet adottata meta kien diġà skada t-terminu ta' tliet snin mid-data ta' l-adeżjoni previst fl-Artikolu 41 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, li fih il-Kummissjoni setgħet tieħu miżuri tranżitorji.

3.   Nuqqas ta' motivazzjoni

Skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata mhijiex debitament motivata, jew hija totalment nieqsa minn motivazzjoni; b'mod partikolari, f'din l-istess deċiżjoni mhuwiex indikat li (u sa liema livell) il-Komunità kienet effettivament sostniet xi spejjeż minħabba l-eliminazzjoni ta' l-istokk żejjed in kwistjoni, spejjeż li l-Istati Membri għandhom ikopru.

4.   Żball manifest ta' evalwazzjoni

Ir-rikorrenti tafferma li l-Kummissjoni wettqet xi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni peress li, fl-ewwel lok, hija għażlet metodu tal-makroekonomija u ma evalwatx l-istokkijiet effettivament maħluqa fl-Istati Membri u, fit-tieni lok, waqt l-evalwazzjoni ta' l-argumenti speċifiċi mressqa mill-partijiet, hija ma kkunsidratx iċ-ċirkustanzi speċifiċi u oġġettivi li jeżistu fir-Repubblika tal-Litwanja f'dak li jirrigwarda l-kostituzzjoni ta' l-istokkijiet nazzjonali fis-settur tal-ħalib.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, ta' l- 4 ta' Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 14).


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/54


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — Air One vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/07)

(2007/C 211/101)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Air One SpA (rappreżentanti: M. Merola u P. Ziotti, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007 1712), tat-23 ta' April 2007, dwar l-impożizzjoni ta' Obbligi ta' Servizz Pubbliku fuq ċerti rotot minn Sardenja u lejha, fil-parti fejn timponi lill-Gvern Taljan jinkludi fl-eżerċizzju tar-rotot bejn Sardenja u l-kontinent, lit-trasportaturi ta' l-ajru kollha li jaċċettaw l-Obbligi ta' Servizz Pubbliku (OSP) relattivi, irrispettivament mill-fatt li l-inklużjoni tagħhom issir qabel jew wara t-terminu ta' tletin jum stabbilit mil-liġi nazzjonali (Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament, taħt l-Artikolu 230(4) KE, ta' l-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007 1712), tat-23 ta' April 2007, dwar l-impożizzjoni ta' Obbligi ta' Servizz Pubbliku fuq ċerti rotot minn Sardenja u lejha mogħtja skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji.

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni s-segwenti motiv ta' kontestazzjoni:

Żball manifest ta' evalwazzjoni u nuqqas ta' loġika u kontradizzjonijiet fil-motivazzjoni. Qabel kollox ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni — billi imponiet lill-Gvern Taljan jinkludi lit-trasportaturi ta' l-ajru kollha li għandhom l-intenzjoni li jirrispettaw l-OSP biex joperaw ir-rotot in kwistjoni, irrispettivament mill-mument li fih dawn innotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jibdew jipprovdu s-servizzi tagħhom u mid-data li fiha ġiet mibgħuta din in-notifika, u jiġifieri qabel jew wara t-terminu ta' tletin jum previst mil-liġi nazzjonali — evalwat b'mod żbaljat is-sistema stabbilita mill-imsemmi Gvern fid-dawl tal-loġika u ta' l-iskop tar-regoli Komunitarji rilevanti. B'mod partikolari, ir-rikorrenti tiddeduċi li l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2408/92 jobbliga lill-Istati Membri jilħqu l-għan ta' kontinwità territorjali permezz ta' metodi li bihom jiġu imposti OSP li, għalkemm jirrappreżentaw deroga għall-prinċipju ta' l-aċċess ħieles tat-trasportaturi Komunitarji għar-rotot intra-Komunitarji, madankollu jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u b'hekk jillimitaw l-iktar possibbli l-każijiet ta' ogħti ta' drittijiet esklużivi u/jew kumpensi finanzjarji. Skond ir-rikorrenti, il-Gvern Taljan wettaq b'mod sħiħ l-għan tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, peress li l-impożizzjoni ta' terminu perentorju fl-“ewwel fażi” tal-proċedura ta' impożizzjoni ta' OSP:

tagħti inċentiv għall-preżentazzjoni ta' l-offerti min-naħa tat-trasportaturi u l-assenjazzjoni ta' l-OSP relattivi min-naħa ta' l-Istat matul l-istess l-“ewwel fażi”, u

tillimita l-possibbiltà li jgħaddu għat-“tieni fażi” li fiha l-Gvern huwa obbligat jikkonċedi, permezz ta' kompetizzjoni dritt esklużiv, bil-possibbiltà li jieħu r-responsabbiltà tal-kumpens finanzjarju relattiv.

Barra minn hekk, huwa evidenti li — kuntrarjament għal dak li ġie affermat b'mod impliċitu mill-Kummissjoni — il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta' l-ajru fuq ir-rotot milquta minn OSP ma tistax issir bl-istess mod kif isir fuq ir-rotot ħielsa minn dawn l-obbligi. Dan safejn il-presuppost ta' sistemi ta' OSP huwa li r-rotot milquta jkunu kkaratterizzati minn problemi ta' profitti, sal-punt li l-ebda trasportatur ma jagħżel li jservihom, b'mod konformi ma' l-interess pubbliku, f'kundizzjonijiet normali tas-suq: u għalhekk huwa neċessarju li jinħolqu mekkaniżmi li jħarsu l-interessi tat-trasportaturi onesti u diliġenti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tiddeduċi n-natura diskriminatorja ta' l-isfond legali stabbilit mill-Kummissjoni, peress li t-tneħħija tat-terminu perentorju għall-aċċettazzjoni ta' OSP fl-“ewwel fażi” prinċipalment jagħti vantaġġ lit-trasportaturi li għandhom saħħa kbira fis-suq, u b'hekk ikunu jistgħu jintgħażlu għar-rotot OSP wara l-iskadenza tat-terminu, fejn diġà jkun hemm kompetituri, bl-uniku skop li jieħdu parti mis-suq mingħand dawn il-kompetituri.

Fl-aħħar, skond ir-rikorrenti, ir-raġunament tal-Kummissjoni huwa vvizjat minn żbalji tad-dritt f'dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tal-proċedura għall-impożizzjoni ta' OSP. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni ta' terminu mhux perentoriu jkollha l-effett li ttawwal sine die l-“ewwel fażi” ta' l-istess proċedura, fatt li huwa illoġiku, kif ukoll li jmur kontra l-affermazzjoni tal-Kummissjoni stess li l-proċedura għall-impożizzjoni ta' OSP, għalkemm hija waħda, hija ffurmata minn żewġ fażijiet.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/55


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2007 — Hans-Peter Martin vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-276/07)

(2007/C 211/102)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Peter Martin (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 meħuda mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, innotifikata fl-14 ta' Mejju 2007, li biha ġie deċiż li ċerta somma tħallset lir-rikorrent b'mod inġustifikat u li b'mod konformi ma' l-Artikolu 27(3) tar-regolament dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-Membri tal-Parlament Ewropew, din is-somma għandha tinġabar mingħand ir-rikorrent;

sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2007, maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-Direzzjoni Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, meħuda sabiex teżegwixxi d-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq ta' l-10 ta' Mejju 2007, u li tpoġġi lir-rikorrent f'intimazzjoni sabiex iħallas l-ammonti msemmija iktar 'il fuq jew li jipproponi pjan ta' ħlas bil-miktub aċċettat mill-Parlament fi żmien tletin jum minn din id-deċiżjoni;

tannulla, sa fejn ikun hemm bżonn, u jekk jagħti l-każ, kull deċiżjoni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar 'il fuq, u li jittieħdu matul il-proċeduri;

f'kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara inkjesta dwar il-benefiċċji ta' segretarjat mogħtija lir-rikorrent fil-kwalità tiegħu ta' Membru tal-Parlament Ewropew, l-OLAF stabbilixxa rapport li jikkonstata ċerti irregolaritajiet. Abbażi ta' dan ir-rapport, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ħa d-deċiżjoni kkontestata ta' l-10 ta' Mejju 2007, li biha ddeċieda li s-somom li indebitament tħallsu lir-rikorrent għandhom jitħallsu lura minnu b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 27(3) tar-regolament dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-Membri tal-Parlament Ewropew.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba' motivi.

L-ewwel motiv jirrigwarda l-applikazzjoni ħażina u mhux eżatta tar-regolament dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-Membri tal-Parlament Ewropew u, b'mod partikolari, ta' l-Artikoli 14 u 27(3) tiegħu.

It-tieni motiv jirrigwarda żball ta' evalwazzjoni fir-rigward tar-rilevanza ta' dokumenti ta' ġustifikazzjoni ppreżentati mir-rikorrent.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka motiv li jirrigwarda l-ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, tal-25 ta' Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u l-ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' non diskriminazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent iqajjem motiv li jirrigwarda l-ksur tal-prinċipju ta' kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża.


(1)  ĠU L 248, p. 1.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/55


Appell imressaq fit-18 ta' Lulju 2007 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fil-11 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-2/06, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/07 P)

(2007/C 211/103)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

fi kwalunkwe każ, tannulla d-digriet ikkontestat kollu;

b'mod prinċipali, tilqa' t-talbiet magħmula mir-rikorrent fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrent l-ispejjeż u d-drittijiet kollha li għamel dan ta' l-aħħar fir-rigward ta' dawn il-proċeduri;

alternattivament, tirrinvija din il-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq din il-kwistjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan l-appell qed isir kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħti fil-11 ta' Mejju 2007 fil-kawża F-2/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li ċaħad bħala inammissibbli r-rikors imressaq mir-rikorrent.

In sostenn tat-talbiet tiegħu r-rikorrent isostni:

li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għawweġ in-natura tal-fatti u ta' l-istqarrijiet li r-rikorrent qajjem fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu fl-ewwel istanza. F'dan ir-rigward huwa enfasizzat b'mod partikolari li l-eżistenza fiżika tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza tirriżulta mingħajr ebda dubju mit-test tan-nota tal-konvenuta tad-29 ta' Lulju 2005, li tipprevedi l-possibbiltà li f'kull mument jinfetaħ mill-ġdid proċess li kien ġie arkivjat. Ir-referenza għal din il-possibbiltà ma tħalli ebda dubju mhux biss li d-deċiżjoni kkontestata kienet ittieħdet iżda wkoll li ġiet fil-fatt eżegwita;

li huwa żball ta' liġi li f'każ ta' rikors għal annullament qorti tagħti digriet fejn tiddeċiedi li rikors huwa manifestament inammissibbli a fortiori, minħabba motiv ta' ordni pubbliku bħalma huwa n-nuqqas ta' att preġudizzjali, wara li jkun sar tentattiv sabiex jintlaħaq ftehim bonarju, aktar u aktar meta ma tingħatax motivazzjoni speċifika marbuta direttament mal-fatti;

id-drittijiet ta' difiża tar-rikorrent ġew miksura b'mod irrimedjabbli peress li, minħabba li ma ġiex informat bil-progress tal-kawża, ma seta' jagħmel xejn sabiex jiddefendi aħjar l-argumenti tiegħu. Fuq dan il-punt huwa ddikjarat li n-nota li biha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku informa lir-rikorrent bit-tentattiv li jintlaħaq ftehim bonarju ma ġietx segwita minn xi komunikazzjoni oħra, la bil-miktub u lanqas b'mod ieħor, dwar il-progress tal-kawża, u lanqas dwar ir-riżultat tat-tentattiv sabiex jintlaħaq ftehim bonarju. Barra minn dan, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta d-digriet kkontestat aktar minn sitt xhur wara dan it-tentattiv. Ad abundantiam, dan it-tentattiv mhuwiex imsemmi fid-digriet.

fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li d-digriet ikkontestat huwa vvizzjat b'nuqqas assolut ta' motivazzjoni, kif ukoll b'applikazzjoni inkorretta u żbaljata tal-kunċett ta' deċiżjoni preġudizzjali.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/56


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2007 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/07)

(2007/C 211/104)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Franza (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, L. Butel, u S. Ramet, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 2110 finali, ta' l-10 ta' Mejju 2007, li tiddikjara inkompatibbli ma' l-Artikolu 86(1) KE, flimkien ma' l-Artikoli 43 KE u 49 KE, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż li jirrizervaw għal tliet stabbilimenti ta' kreditu, il-Banque Postale, il-Caisses d'Épargne et de Prévoyance u l-Crédit Mutuel, drittijiet speċjali għad-distribuzzjoni ta' kontijiet speċjali magħrufa bħala 'livret A' u 'livret bleu'.

In sostenn tar-rikors tagħha, hija tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju tal-kontradittorju.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkunisdrat li d-drittijiet speċjali in kwistjoni jikkostitwixxu xkiel għal-libertà ta' stabbiliment u, konsegwentement, kienu inkompatibbli ma' l-Artikolu 43 KE mingħajr ma wriet li dawn id-drittijiet ma kinux neċessarji u proprozjonati fir-rigward tar-raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali li huma l-għanijiet ta' l-aċċess għall-akkomodazzjoni u ta' l-aċċessibbiltà tas-servizzi bankarji.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni fl-applikazzjoni tat-tielet kundizzjoni ta' l-Artikolu 86(2) KE meta kkunsidrat li s-servizz ta' importanza ekonomika ġenerali ta' aċċessibbiltà bankarja huwa intiż biss għall-persuni li għandhom diffikultajiet partikolari ta' aċċess għas-servizzi bankarji bażiċi. Hija tallega li l-Kummissjoni kienet marret lil'hinn mill-poteri ta' kontroll tagħha fir-rigward tad-definizzjoni ta' servizz ta' importanza ekonomika ġenerali u li, f'kull każ, adottat definizzjoni restrittiva wisq tal-missjoni ta' aċċessibbiltà bankarja. Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet ukoll żball manifest ta' evalwazzjoni fl-applikazzjoni tat-tieni kundizzjoni ta' l-Artikolu 86(2) KE dwar l-obbligu li s-servizz jiġi attribwit permezz ta' att ta' awtorità pubblika kif ukoll fl-applikazzjoni tar-raba' u tal-ħames kundizzjonijiet ta' l-imsemmi artikolu. Hija tallega li l-Kummissjoni wettqet żball fil-kalkolu ta' l-impatt tat-tneħħija tad-drittijiet speċjali għall-finanzi pubbliċi u li hija wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proprozjonalità meta kkunsidrat li jeżistu mezzi anqas restrittivi għal-libertà ta' stabbiliment mill-għoti ta' drittijiet speċjali sabiex jiġi assigurat finanzjament ibbilanċjat tas-servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali ta' l-aċċessibbiltà bankarja u tal-finanzjament ta' l-akkomodazzjoni soċjali.

Permezz tar-raba' motiv tagħha, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkunsidrat li d-drittijiet speċjali in kwistjoni ma kinux kompatibbli ma' l-Artikolu 49 KE.

Il-ħames motiv tar-rikorrenti huwa bbażat fuq in-nuqqas ta' motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/57


Appell imressaq fl-24 ta' Lulju 2007 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) kontra s-sentenza mogħtija fit-22 ta' Mejju 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-97/06, López Teruel vs l-UASI

(Kawża T-284/07 P)

(2007/C 211/105)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (L-UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u E. Maurage, aġenti)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Adelaida López Teruel (Guadalajara, Spanja)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Mejju 2007 mogħtija fil-Kawża F-97/06;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż skond il-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tas-sentenza tat-22 ta' Mejju 2007 li l-annulament tagħha huwa mitlub fil-kuntest ta' l-appell preżenti, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) annulla d-deċiżjoni ta' l-UASI tas-6 ta' Ottubru 2005 li tiċħad talba imressqa minn A. López Teruel għall-konvokazzjoni ta' kummissjoni ta' invalidità.

Sabiex isostni t-talba tiegħu għall-annulament ta' l-imsemmija sentenza, l-UASI jqajjem tliet motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet statutorji dwar il-konvokazzjoni ta' kummissjoni ta' invalidità, peress li t-TSP assimila l-kundizzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni ta' invalidità ma dawk tal-konvokazzjoni ta' kummissjoni ta' invalidità. Ir-rikorrent fl-appell jikkontesta wkoll li l-AIPN għandha l-kompetenza li tikkonvoka kummissjoni bħal din u ssostni li s-sentenza tat-TSP hija b'hekk ivvizzjata minn żball ta' interpretazzjoni.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Persunal u fuq żball tad-dritt fir-rigward tad-determinazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li t-TSP ikkunsidra d-deċiżjoni tas-6 ta' Ottubru 2005 bħala l-uniku att li jippreġudika aġent u billi ttratta bħala att ta' konferma id-deċiżjoni ta' l-UASI li twieġeb għall-ilment imressaq kontra tagħha.

It-tielet nett, l-UASI jsostni li t-TSP manifestament interpreta ħażin fatti u elementi ta' prova meta huwa qies li l-Uffiċċju bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-konklużjonijiet tal-vista ta' tabib indipendenti li seħħet fit-18 ta' Ottubru 2005.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/57


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2007 — Total vs L-UASI — Peterson (Beverly Hills Formula TOTAL PROTECTION)

(Kawża T-326/06) (1)

(2007/C 211/106)

Lingwa tal-kawża:L-Ingliż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 326 tat-30.12.2006.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Lulju 2007 — B vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

(2007/C 211/107)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: B (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, imbagħad S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Servizz Pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-10 ta' Ottubru 2005 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti flimkien mad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' April 2005 li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta' l-espatrijazzjoni

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006, p.35.


8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/58


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 — Continolo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni - Inammissibbiltà manifesta)

(2007/C 211/108)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Donato Continolo (Duino-Aurisina, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, u R. Albelice, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-konċessjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, inkwantu ma tirrikonoxxix kompletament il-perijodu bejn il-11 ta' Ġunju 1981 u l-1 ta' Marzu 1983, li matulu huwa kien fuq leave għal raġunijiet personali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, p. 41, 27.01.2007.