ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 207/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4659 — TF1/Artémis/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 207/02 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2007/C 207/03 |
||
|
INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW |
|
|
L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
2007/C 207/04 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 207/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4827 — Rio Tinto/Alcan) ( 1 ) |
|
2007/C 207/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4802 — Tishman Speyer/Lehman Brothers/Archstone-Smith) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2007/C 207/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4659 — TF1/Artémis/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 207/01)
Fid-29 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4659. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/2 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-5 ta' Settembru 2007
(2007/C 207/02)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3588 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
157,11 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4489 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,676 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3948 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6462 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
87,87 |
NOK |
Krona Norveġiża |
7,9105 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5842 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,64 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
255,75 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6987 |
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,8225 |
RON |
Leu Rumen |
3,3248 |
SKK |
Krona Slovakka |
33,781 |
TRY |
Lira Turka |
1,7717 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6553 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4329 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5897 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9643 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0752 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 274,62 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8628 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,2585 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3216 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 770,68 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,768 |
PHP |
Peso Filippin |
63,381 |
RUB |
Rouble Russu |
34,909 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,222 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/3 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju
(2007/C 207/03)
Numru XA: XA 100/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Comunidad Valenciana
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Régimen de ayudas compensatorias por los costes de prevención y erradicación de Salmonelosis en gallinas ponedoras.
Bażi ġuridika: Orden, de la Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se establecen ayudas compensatorias por los costes de prevención y erradicación de Salmonelosis en gallinas ponedoras.
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew il-kwantità totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont globali ta' l-approprjazzjoni tal-baġit għas-snin tal-baġit li ġejjin huma stmati kif ġej:
Sena 2007: 400 000 EUR
Sena 2008: 300 000 EUR
Sena 2009: 200 000 EUR
Intensità massima ta' l-għajnuna: L-ammont ta' l-għajnuna tista' tkun sa 80 % ta' l-ispejjeż imġarrba, mingħajr ma jaqbeż il-kwantità massima ta' 1 EUR għal kull annimal kopert minn din il-miżura, skond iċ-ċensiment li jidher fid-database uffiċjali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-iskema ta' għajnuna.
Data ta' l-implimentazzjoni: L-għada tal-pubblikazzjoni fid-Diario Oficial de la Comunidad Valenciana, ladarba l-avviż tal-wasla tal-Kummissjoni jkun ġie rċevut.
Tul ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2009.
Għan ta' l-għajnuna: L-għan huwa l-prevenzjoni u l-qerda tas-salmonellożi ta' importanza għas-saħħa pubblika, f'azjendi ta' tiġieġ li jbid.
L-Artikolu 10, Għajnuniet korrispondenti għall-mard tal-bhejjem u tal-pjanti u l-infestazzjonijiet parassitarji.
L-ispejjeż eliġibbli jirrigwardaw is-servizzi li ġejjin, ipprovduti mill-assoċjazzjonijiet għall-azjendi tat-tjur li jipproduċu l-bajd: kontrolli sanitarji, testijiet għad-detezzjoni tal-marda, ix-xiri u l-amministrazzjoni ta' tilqim, ix-xiri u l-amministrazzjoni ta' prodotti fitosanitarji, il-qtil u l-qerda ta' annimali milquta mill-marda, it-tqaxlif, id-diżinfezzjoni, u t-tneħħija ta' insetti u firien fl-istallazzjonijiet u t-tagħmir, bl-użu ta' prodotti awtorizzati u metodi xierqa.
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-produzzjoni. Is-subsettur tat-trobbija tat-tjur għall-produzzjoni tal-bajd.
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación |
C/ Amadeo de Saboya, no 2 |
E-46010 Valencia |
Sit ta' l-internet: https://www.docv.gva.es/
Tagħrif ieħor: —
Id-Direttur Ġenerali tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni Agrikola
Eduardo Primo Millo
Numru XA: XA 113/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Navarra
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para paliar los daños ocasionados por las lluvias e inundaciones ocurridas en los meses de marzo y abril en la Comunidad Foral de Navarra.
Bażi ġuridika: Orden Foral del Consejero de Agricultura, Ganadería y Alimentación por la que se regulan las ayudas para paliar los daños ocasionados por las lluvias e inundaciones ocurridas en los meses de marzo y abril en la Comunidad Foral de Navarra.
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: 2 800 000 EUR
Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa 70 % għat-tnaqqis fid-dħul li jirriżulta minn avveniment klimatiku negattiv
Għajnuna sa 80 % sabiex jiġi kkumpensat għal ħsara f'apparat tal-farm ikkawżat minn avveniment klimatiku ħażin.
Data ta' l-implimentazzjoni: l-1 ta' Ġunju 2007.
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: l-1 ta' Ġunju 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.
L-għan ta' għajnuna: Biex tkopri dħul mitluf mis-sidien ta' ażjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju: Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.
Għajnuna biex tiġi kkumpensata ħsara lil apparat tal-farm: Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur(i) kkonċernat(i): Sidien ta' ażjendi ta' produzzjoni żgħar u ta' daqs medju fis-settur agrikolu.
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Gobierno de Navarra — Departamento de Agricultura, Ganadería y Alimentación |
C/ Tudela, 20 |
E-31003 Pamplona |
Indirizz ta' l-internet: http://www.cfnavarra.es/bon/076/F0708527.htm
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 118/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Comunitat Valenciana
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Proyecto de orden de la Conselleria d'Agricultura, Pesca i Alimentació, por la que se adoptan medidas fitosanitarias para la erradicación y control del organismo nocivo Xanthomonas campestris pv. Pruni (Smith) Dye (Xanthomonas arboricola pv. Pruni).
Bażi ġuridika:
1. |
Directiva 2000/29/CE del Consejo, de 8 de mayo de 2000, relativa a las medidas de protección contra la introducción en la Comunidad de organismos nocivos para los vegetales o productos vegetales y contra su propagación en el interior de la Comunidad. |
2. |
Ley no 43/2002, de 20 de noviembre, de Sanidad Vegetal. |
3. |
Real Decreto no 58/2005, de 21 de enero, por el que se adoptan medidas de protección contra la introducción y difusión en el territorio nacional y de la Comunidad Europea de organismos nocivos para los vegetales o productos vegetales, así como para la exportación y tránsito hacia países terceros. |
4. |
Real Decreto no 1190/1998, de 12 de junio, por el que se regula los programas nacionales de erradicación o control de organismos nocivos de los vegetales aún no establecidos en el territorio nacional. |
5. |
Ley no 38/2003, de 17 de noviembre, General de Subvenciones. |
6. |
Decreto Legislativo de 26 de junio de 1991, por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley de Hacienda Pública de la Generalitat Valenciana. |
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ispejjeż previsti għall-implimentazzjoni tal-programm biex jiġi eradikat l-pest ta' kwarantina misjub f'diversi wċuħ tar-raba' fid-distretti muniċipali ta' Jávea u Gata de Gorgos fil-provinċja ta' Alicante huma stmati għal total ta' 182 085 EUR għall-2007, u huma mqassmin kif ġejjien:
— Stħarriġ u programm biex jinġabru l-fatti (biex jiġu implimentati mis-servizzi fitosanitarji): 113 085 EUR
— Distruzzjoni tal-materjal tal-pjanti infettat: 19 000 EUR
— Kumpens għal materjal tal-pjanti meqrud: 50 000 EUR
Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 % tal-valur tas-suq tal-materjal tal-pjanti meqrud
Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data meta r-regoli ta' l-eradikazzjoni u l-kontroll jidħlu fis-seħħ, mingħajr preġudizzju għall-miżuri fitosanitarji ta' emerġenza meħuda meta l-pest ta' kwarantina ġie identifikat.
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sakemm il-pest jiġi eradikat. L-eradikazzjoni għandha tiġi dikjarata meta ta' l-anqas sentejn ikunu għaddew mingħajr ma jinstabu każijiet ġodda li jkunu pożittivi għat-test tal-baktirja.
Sussegwentement, jekk il-miżuri fitosanitarji jiġu approvati fl-2007, l-eradikazzjoni ma tkunx tista' tiġi dikjarata qabel l-aħħar ta' l-2009.
Għan ta' l-għajnuna: Artikolu 10: Għajnuna rigward mard tal-bhejjem u tal-pjanti u infestazzjonijiet tal-pesti.
Il-miżuri previsti għandhom l-għan li jeqirdu u jikkontrollaw il-mard ta' l-ispeċi tal-pjanti tal-ġeneru Prunus, li huwa kkawżat mill-baktirja Xanthomonas campestris pv. pruni (Smith) Dye (Xanthomonas arboricola pv. pruni), u sabiex tiġi regolarizzata l-għajnuna ta' kumpens relatata ma' l-implimentazzjoni tal-miżuri fitosanitarji fit-territorju tal-Komunità ta' Valencia.
L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli:
Settur(i) konċernat(i): Speċi ta' pjanta tal-ġeneru Prunus.
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Generalitat de la Comunitat Valenciana |
Conselleria d'Agricultura, Pesca i Alimentació |
C/ Amadeo de Saboya, no 2 |
E-46010 Valencia |
Indirizz ta' l-internet: Suġġett għall-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni.
L-abbozz ta' l-Ordni tista' tiġi konsultata fis-sezzjoni “Proyectos de Regímenes de Ayuda Agrarios” [Proposti ta' Skemi ta' Għajnuna Agrikola] fuq il-websajt tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Sajd u Ikel ta' Valencia, li tista' tiġi aċċessata bil-ħolqa li ġejja:
http://www.agricultura.gva.es/
http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/proyecto_de_orden_ayudas_erradicacion_y_control_xanthomonas_campestris.pdf
Ladarba tiġi ppublikata, tista' tiġi kkonsultata fuq:
https://www.docv.gva.es/portal/
http://www.gva.es/cidaj/cas/sc1/menu.htm
Valencia, it-18 ta' Mejju 2007
Kap tas-Settur tal-Protezzjoni ta' l-Ikel Agrikolu
Emiliano Cerdá Esteve
Numru XA: XA 124/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: —
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones destinadas a la promoción de las mujeres en el medio rural.
Bażi ġuridika: Orden APA/1899/2006, de 6 de junio, por la que se establecen las bases reguladoras para la concesión de subvenciones destinadas a la promoción de las mujeres en el medio rural y su modificación mediante la orden APA/.../2007, de ... de ..., (pendiente de publicación en el Boletín Oficial del Estado). Esta modificación se realiza para adaptar dicha Orden APA/1899/2006, al cambio normativo producido por la sustitución del Reglamento (CE) no 1/2004 de la Comisión, de 23 de diciembre de 2003, sobre aplicación de los artículos 87 y 88 del Tratado CE a las ayudas estatales para las pequeñas y medianas empresas dedicadas a la producción, transformación y comercialización de productos agrarios, al cual se acogía, por el nuevo Reglamento (CE) no 1857/2006 de la Comisión, de 15 de diciembre de 2006, sobre la aplicación de los artículos 87 y 88 del Tratado CE a las ayudas estatales para las pequeñas y medianas empresas dedicadas a la producción de productos agrícolas y por el que se modifica el Reglamento (CE) no 70/2001.
Asimismo, la citada orden de bases reguladoras debe cumplir también el nuevo Reglamento de la Ley de Subvenciones, aprobado por Real Decreto 887/2006, de 21 de julio, motivo por el cual se han introducido pequeños retoques en la misma.
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: in-nefqa ppjanata tal-baġit, li għandha tiġi mogħtija lir-reċipjenti ġenerali, għandha tammonta 400 000 EUR fl-2007.
Intensità massima ta' għajnuna: 80 % ta' l-ammont għal kull proġett, mingħajr ma jinqabeż it-30 % tan-nefqa pubblika totali fir-rigward ta' kull entità reċipjenti. Dan mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet f'Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 rigward iż-żieda ma' għajnuna oħra.
Data ta' implimentazzjoni: mid-data ta' meta s-sejħa għall-proposti għall-għotja hija ppublikata fil-“Boletín Oficial del Estado”.
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: sal-31 ta' Diċembru 2007. Proposti għall-għajnuna għandhom jkunu disponibbli kull sena.
Għan ta' għajnuna: Essenzjalment l-għajnuna taqa' taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli deskritti fl-Artikoli 15(2)(a)(i), 15(2)(a)(ii), 15(2)(ċ), 15(2)(d)(ii), 15(2)(d)(iii) u 15(2)(d)(iv).
Għan ewlieni: l-iżvilupp ta' proġetti li għandhom jiġu implimentati minn assoċjazzjonijiet ta' nisa rurali fuq livell nazzjonali, li għandhom l-għan li jippromwovu n-nisa fiż-żoni rurali.
Għanijiet sekondarji: promozzjoni u pariri għall-ħolqien ta' kumpaniji b'innovazzjoni li jkunu attivi fil-produzzjoni agrikola primarja fl-ambjent rurali u l-forniment ta' xogħolijiet ġodda għan-nisa; implimentazzjoni ta' studji bbażati fuq is-sess tal-persuni, u l-attendenza ġewwa fora fejn l-għarfien huwa mibdul għas-sitwazzjoni tan-nisa rurali.
Spejjeż eliġibbli: impjegati, apparat, materjal ta' l-uffiċju, installazzjonijiet, vjaġġi, konċessjonijiet għas-sussistenza u oħrajn bħalhom.
Settur(i) kkonċernat(i): is-settur ta' l-agrikoltura u attivitajiet diversi rurali.
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación |
Dirección General de Desarrollo Rural |
C/ Alfonso XII, no 62 |
E-28014 Madrid |
Indirizz ta' l-internet: http://www.mapa.es/
Tagħrif ieħor: L-attivitajiet issussidjaw l-għan biex jippromwovu n-nisa rurali u jissapportjaw proġetti li jsiru f'żoni rurali permezz tal-pariri, attendenza waqt l-avvenimenti billi jipprovdulhom informazzjoni u riċerka fil-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol. Aktar minnhekk, inkoraġġimenti jiġi pprovdut lir-reċipjenti biex possibilment jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom.
Id-direttur-ġenerali
Francisco Amarillo Doblado
INFORMAZZJONI DWAR L-ISPAZJU EKONOMIKU EWROPEW
L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/6 |
Finanzjament pubbliku ta' istituzzjonijiet muniċipali li jżommu t-tfal matul il-jum fin-Norveġja
L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA ddeċidiet li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat
(2007/C 207/04)
Data ta' l-adozzjoni |
: |
is-27 ta' Frar 2007 |
Stat EFTA |
: |
in-Norveġja |
Każ Nru |
: |
57325 |
Titlu |
: |
Finanzjament pubbliku ta' istituzzjonijiet muniċipali li jżommu t-tfal matul il-jum fin-Norveġja |
Għan |
: |
Kumpens għas-servizzi ta' interess ġenerali/l-ebda għajnuna |
Bażi ġuridika |
: |
Act No 64 of 17 June 2005 on Day-Care Institutions and Regulation No 539 of 19 March 2004 relating to equivalent treatment of child care institutions in relation to public subsidies |
Tul ta' żmien |
: |
Indefinit |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li tneħħitilha l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinstab fuq:
http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4827 — Rio Tinto/Alcan)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 207/05)
1. |
Fit-28 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Rio Tinto plc (“Rio Tinto”, ir-Renju Unit), takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Alcan Inc (“Alcan”, il-Kanada) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-21 ta' Awissu 2007. |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4827 — Rio Tinto/Alcan, f'dan l-indirizz:
|
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4802 — Tishman Speyer/Lehman Brothers/Archstone-Smith)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 207/06)
1. |
Fid-29 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Tishman Speyer Properties L.P. (“Tishman Speyer”, l-Istati Uniti) u Lehman Brothers Holdings Inc. (“Lehman Brothers”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriżi Archstone-Smith Trust u Archstone-Smith Operating Trust (flimkien “Archstone-Smith”, l-Istati Uniti). |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4802 — Tishman Speyer/Lehman Brothers/Archstone-Smith, fl-indirizz li ġej:
|
6.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 207/07)
1. |
Fid-29 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża International Business Machines Corporation (“IBM”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Telelogic AB (“Telelogic”, l-Iżvezja) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kumment li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks ( faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4747 — IBM/Telelogic, fl-indirizz li ġej:
|