|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
2007/C 204/01 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 204/02 |
||
|
2007/C 204/03 |
||
|
2007/C 204/04 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kunsill
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/1 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta' Lulju 2007
dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, 2006-2009
(2007/C 204/01)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u tas-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
|
(1) |
Fl-10 ta' Lulju 2007 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, li jkopri l-perijodu mill-2006 sa l-2009. Is-sottomissjoni ta' l-aġġornament kienet ittardjata sal-15 ta' Marzu 2007, meta mqabbel ma' l-iskadenza ta' l-1 ta' Diċembru fil-kodiċi ta' kondotta minħabba s-sitwazzjoni politika fir-Repubblika Ċeka, fejn gvern permanenti kien approvat mill-parlament fid-19 ta' Jannar 2007 wara elezzjonijiet ġenerali f'Ġunju 2006. |
|
(2) |
Ix-xenarju makro-ekonomiku sottostanti għall-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PGD ser jonqos minn 6,1 % fl-2006 għal 4,9 % fl-2007 u jistabbilizza ruħu sew minn hemm 'il quddiem. Fid-dawl ta' l-informazzjoni disponibbli bħalissa, jidher li dan ix-xenarju huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet plawżibbli ta' tkabbir. Il-projezzjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru realistiċi wkoll. |
|
(3) |
Għall-2006, id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 2,9 % tal-PGD fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2007, imqabbla ma' mira ta' 3,8 % tal-PGD stipulat fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza. PGD aktar b'saħħtu u tkabbir fl-impjiegi kif ukoll it-trasferiment ta' proporzjon sostanzjali ta' allokazzjonijiet baġitarji mhux minfuqa kkontribwew għad-defiċit anqas milli kien immirat. |
|
(4) |
L-għan ewlieni ta' l-istrateġija baġitarja fil-perijodu medju tal-programm huwa li tintlaħaq sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari billi jsir progress lejn l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) għall-pożizzjoni baġitarja ta' defiċit strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra) ta' 1 % tal-PGD. Skond il-programm, id-defiċit ewlieni għandu jitwessa' għal 4,0 % tal-PGD fl-2007 prinċipalment bħala riżultat taż-żidiet diskrezzjonarji fl-ispiża soċjali u wara jinżel gradwalment, għal 3,5 % tal-PGD fl-2008 u 3,2 % tal-PGD fl-2009. Id-defiċit primarju huwa proġettat li jonqos minn 2,4 % tal-PGD fl-2006 għal 1,6 % fl-2009. Il-konsolidazzjoni fiskali mbassra, wara l-2007, tiddependi fuq żieda fid-dħul ta' 0,4 punt perċentwal tal-PGD matul il-perijodu tal-programm, b'mod partikolari “dħul ieħor” (mingħajr ma jkunu speċifikati l-miżuri attwali, iżda li wieħed jissoponi li jikkonċernaw trasferimenti ta' l-UE), li għandha tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali. B'mod konkret, però, il-konsolidazzjoni hija misjuqa min-nefqa bit-tnaqqis konsistenti tal-konsum pubbliku prinċipalment minħabba trażżin fil-pagi tas-settur tal-gvern, li se tiżboq sew iż-żieda fl-investiment pubbliku u l-ispiża ta' l-interessi. Meta mqabbel ma' l-aġġornament preċedenti, il-programm il-ġdid jipposponi t-tnaqqis ippjanat tad-defiċit taħt it-3 % tal-valur ta' referenza tal-PGD b'ta' l-inqas sentejn kontra xenarju makro-ekonomiku aktar favorevoli. Kien innutat li l-programm jippreżenta wkoll alternattiva proposta mill-gvern il-ġdid li tippreżenta miri tad-defiċit aktar baxxi ta' 3,2 % tal-PGD fl-2008 u 2,8 % tal-PGD fl-2009. Dan jiddependi fuq firxa ta' miżuri ta' politika kif ukoll l-introduzzjoni ta' flessibbiltà akbar fil-finanzi pubbliċi billi jitnaqqas il-proporzjon ta' l-infiq mandatorju. Madankollu, dawn huma bbażati fuq miżuri ta' politika li għadhom iridu jiġu finalizzati u approvati u l-programm joffri qafas fiskali għall-perijodu medju koerenti u kwantifikat b'mod suffiċjenti għall-miri tad-defiċit ogħla msemmija hawn fuq biss. |
|
(5) |
Id-defiċit strutturali kkalkulat skond il-metodoloġija miftiehma komunement huwa ppjanat li jiddeterjora minn madwar 3
|
|
(6) |
Ir-riskji għall-projezzjonijiet baġitarji tal-programm jidhru li huma bbilanċjati sew. Ir-riskji mix-xenarju makro-ekonomiku huma ġeneralment newtrali, filwaqt li l-projezzjonijiet tat-taxxa jidhru li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma bbażati fuq suppożizzjonijiet prudenti. It-tisħiħ fiskali maħsub fil-programm jiddependi ħafna fuq trazzin tan-nefqa tal-konsum pubbliku, izda l-programm ma jipprovdix bizzejjed informazzjoni ta' appoġġ dwar kif dan se jintlaħaq. Minn naħa l-oħra, ir-Repubblika Ċeka bniet passat favorevoli fis-snin riċenti, għalkemm il-fatt li laħqet il-miri baġitarji tagħha kien faċilitat minn tkabbir ogħla minn dak mistenni. Hemm ukoll riskju politiku assoċjat mas-sitwazzjoni parlamentari delikatament bilanċjata. |
|
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskji, il-qagħda baġitarja fil-programm hija inkonsistenti ma' korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2008 kif rakkomandat mill-Kunsill fil-5 ta' Lulju 2004. Peress li bħalissa l-ekonomija qed tgawdi minn “żminijiet tajba” u t-tkabbir huwa ogħla minn dak li kien antiċipat fiż-żmien tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Lulju 2004, hemm opportunità tajba biex jissaħħaħ l-isforz ta' konsolidazzjoni u jintlaħaq tnaqqis akbar minn dak projettat fil-programm. |
|
(8) |
Id-dejn gross tal-gvern huwa stmat li laħaq it-30,4 % tal-PGD fl-2006, 'l isfel sew mis-60 % tal-valur ta' referenza tal-PGD msemmi fit-Trattat. Il-programm ibassar li l-proporzjon tad-dejn għandu jiżdied bi kważi 2 punti perċentwali matul il-perijodu tal-programm. |
|
(9) |
L-impatt baġitarju għall-perijodu fit-tul tal-popolazzjoni li qed tixjieħ fir-Repubblika Ċeka huwa ħafna ogħla mill-medja ta' l-UE, influwenzat notevolment minn żieda sostanzjali fin-nefqa għall-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PGD kif ukoll żieda sinifikanti fin-nefqa għall-kura tas-saħħa. L-implimentazzjoni tal-miżuri għar-riforma strutturali partikolarment fil-qasam tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa mmirati sabiex titrażżan iż-żieda sinifikanti fl-infiq relatat ma' l-età għandha tikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Il-pożizzjoni baġitarja mistennija fi tmiem il-perijodu tal-programm, li mar għall-agħar meta mqabbel ma' eżerċizzji preċedenti, tikkostitwixxi riskju għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi anke qabel ma jitqies l-impatt baġitarju fuq medda twila ta' żmien ta' popolazzjoni li qed tixjieħ. Il-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi aktar milli huwa ppjanat bħalissa jikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Kollox ma' kollox, ir-Repubblika Ċeka tidher li tinsab f'riskju għoli rigward is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
|
(10) |
Il-programm ta' konverġenza ma fihx valutazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tar-rapport ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma fl-istrateġija fiskali għall-perijodu medju. Barra minn dan, ma jinkludi l-ebda informazzjoni sistematika dwar l-ispejjeż (jew l-iffrankar) baġitarji diretti assoċjati mar-riformi ewlenin maħsuba fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma bl-eċċezzjoni taż-żieda fin-nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp fil-baġit 2007, iżda l-projezzjonijiet tal-baġit fil-programm jidhru li jqisu l-implikazzjonijiet għall-finanzi pubbliċi ta' l-azzjonijiet maħsuba fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Il-miżuri fil-qasam tal-finanzi pubbliċi ppjanati fil-programm ta' konverġenza jidhru li huma konsistenti ma' dawk maħsuba fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. B'mod partikolari, il-bidla fil-piż tat-taxxa minn tassazzjoni diretta għal dik indiretta u l-appoġġ addizzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp. |
|
(11) |
L-istrateġija baġitarja fil-programm m'hijiex konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika inklużi fil-linji gwida integrati għall-perijodu 2005-2008, b'mod partikolari, id-devjazzjoni mir-rotta ta' aġġustament imfassal mill-Kunsill f'Lulju 2004 għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv u n-nuqqas ta' progress fir-riforma tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa. |
|
(12) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data rikjesta kollha u l-biċċa l-kbira tad-data mhux obbligatorja (2). |
Il-konklużjoni ġenerali hi li, minkejja l-prospetti ta' tkabbir aħjar u eżitu tad-defiċit aktar baxx minn dak antiċipita fl-2006, il-programm jipposponi l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sa l-2010, meta mqabbel ma' l-iskadenza ta' l-2008 stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Lulju 2004 skond l-Artikolu 104(7). Minħabba t-tkabbir sostenibbli, il-posponiment, li jirrifletti d-defiċit ogħla li primarjament irriżulta minn żidiet ippjanati fin-nefqa soċjali fl-2007, jirriżulta wkoll f'politika fiskali li tkun f'qagħda pro-ċiklika espansiva.
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali inkluża fil-Liġi dwar l-Istabbilizzazzjoni tal-Finanzi Pubbliċi li dwarha bħalissa għaddej dibattitu fil-Parlament ikunu pass fid-direzzjoni t-tajba.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kunsill jistieden lir-Repubblika Ċeka sabiex:
|
(i) |
tillimita d-deterjorazzjoni baġitarja fl-2007 u tiżgura l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b'mod kredibbli u sostenibbli sa mhux aktar tard mill-2008; |
|
(ii) |
taġġusta l-kompożizzjoni tan-nefqa sabiex tnaqqas is-sehem tan-nefqa obbligatorja; |
|
(iii) |
fid-dawl taż-żieda projettata fl-infiq marbut ma' l-età, ittejjeb is-sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi billi timplimenta r-riformi meħtieġa fil-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet ewlenin makro-ekonomiċi baġitarji
|
|
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
|
|
Real GDP (% change) |
PK Mar 2007 |
6,1 |
6,0 |
4,9 |
4,8 |
4,8 |
|
COM Mejju 2007 |
6,1 |
6,1 |
4,9 |
4,9 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 |
4,8 |
4,4 |
4,2 |
4,3 |
m.a. |
|
|
Inflazzjoni ta' l-HICP (%) |
PK Mar 2007 |
1,6 |
2,4 |
2,6 |
2,5 |
2,5 |
|
COM Mejju 2007 |
1,6 |
2,1 |
2,4 |
2,9 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 |
1,5 |
2,2 |
2,0 |
2,1 |
m.a. |
|
|
Differenza fil-produzzjoni (% tal-PGD potenzjali) |
PK Mar 2007 (3) |
– 0,7 |
0,9 |
1,1 |
1,0 |
1,0 |
|
COM Mejju 2007 (5) |
– 1,1 |
0,4 |
0,5 |
0,5 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 (3) |
– 0,8 |
– 0,1 |
0,3 |
0,8 |
m.a. |
|
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Mar 2007 (8) |
– 3,6 |
– 3,5 |
– 4,0 |
– 3,5 |
– 3,2 |
|
COM Mejju 2007 |
– 3,5 |
– 2,9 |
– 3,9 |
– 3,6 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 |
– 4,8 |
– 3,8 |
– 3,3 |
– 2,7 |
m.a. |
|
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PK Mar 2007 |
– 2,5 |
– 2,4 |
– 2,6 |
– 2,0 |
– 1,6 |
|
COM Mejju 2007 |
– 2,4 |
– 1,8 |
– 2,8 |
– 2,6 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 |
– 4,1 |
– 3,0 |
– 2,4 |
– 1,7 |
m.a. |
|
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (% tal-PGD) |
PK Mar 2007 (3) |
– 3,4 |
– 3,9 |
– 4,4 |
– 3,9 |
– 3,5 |
|
COM Mejju 2007 |
– 3,1 |
– 3,1 |
– 4,1 |
– 3,8 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 (3) |
– 4,5 |
– 3,8 |
– 3,4 |
– 3,0 |
m.a. |
|
|
Bilanċ strutturali (4) (% tal-PGD) |
PK Mar 2007 |
– 3,4 |
– 3,9 |
– 4,4 |
– 3,9 |
– 3,5 |
|
COM Mejju 2007 (6) |
– 2,0 |
– 2,8 |
– 4,1 |
– 3,8 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 (7) |
– 3,4 |
– 3,8 |
– 3,4 |
– 3,0 |
m.a. |
|
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Mar 2007 |
30,4 |
30,6 |
30,5 |
31,3 |
32,2 |
|
COM Mejju 2007 |
30,4 |
30,4 |
30,6 |
30,9 |
m.a. |
|
|
PK Nov 2005 |
37,4 |
37,1 |
37,9 |
37,8 |
m.a. |
|
|
Sors: Convergence programme (CP); Commission services' spring 2007 economic forecasts (COM); Commission services' calculations |
||||||
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinstabu fuq il-websajt li ġejja:
http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm
(2) B'mod partikolari, d-data dwar in-nefqa ġenerali tal-gvern skond il-funzjoni għall-2009 mhix provduta.
(3) Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programm.
(4) Bilanċ aġġustat ċiklikament (bħal fir-ringieli ta' qabel) esklużi l-miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra.
(5) Abbażi tat-tkabbir potenzjali stmat ta' 4,2 %, 4,6 %, 4,8 % u 4,9 % rispettivament fil-perijodu 2005-2008.
(6) Miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra meħuda mit-tbassir tar-rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (1,1 % tal-PGD fl-2005 u 0,2 % tal-PGD fl-2006 — it-tnejn li huma jżidu d-defiċit).
(7) Miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra meħuda mill-programmi tal-PK 2005 (1,1 % tal-PGD fl-2005 — li jżid id-defiċit).
(8) Miri ta' defiċit alternattivi bbażati fuq miżuri li għadhom mhux approvati tal-gvern Ċek il-ġdid: 3,2 % tal-PGD fl-2008, 2,8 % tal-PGD fl-2009
Sors:
Convergence programme (CP); Commission services' spring 2007 economic forecasts (COM); Commission services' calculations
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/5 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-31 ta' Awwissu 2007
(2007/C 204/02)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3705 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
159,25 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4491 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,67795 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3662 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6451 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
86,16 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,9440 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5842 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,726 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
253,91 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6980 |
|
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,8162 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,2666 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
33,689 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,7817 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6692 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4446 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6866 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9347 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0848 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 285,87 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,7790 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,3404 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3207 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 869,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7988 |
|
PHP |
Peso Filippin |
63,783 |
|
RUB |
Rouble Russu |
35,0670 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,528 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet mogħtija fil-150 laqgħa tiegħu fl-10 ta' Mejju 2007 dwar abbozz ta' Deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/M.4404 — Universal Music Group/BMG Music Publishing
(2007/C 204/03)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' l-UE dwar il-Konċentrazzjonijiet u li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-swieq ta' prodotti rilevanti jistgħu jiġu karatteriżżati kif ġej:
|
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ambitu ġeografiku tas-swieq ta' prodotti rilevanti huwa:
|
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex ser tirrestrinġi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għas-servizzi ta' l-ippubblikar tal-mużika għall-awturi. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex ser tirrestrinġi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-suq għall-esplojtazzjoni tad-drittijiet tas-sinkronizzazzjoni, fis-suq għall-esplojtazzjoni tad-drittijiet ta' l-istampar, fis-suq għall-esplojtazzjoni tad-drittijiet tar-riproduzzjoni mekkanika u fis-suq għall-esplojtazzjoni tad-drittijiet ta' l-eżekuzzjoni. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li hemm probabbiltà kbira li wara l-amalgamazzjoni Universal, fuq il-bażi ta' effetti mhux koordinati, ikollha l-possibbiltà kif ukoll l-inċentiv li tgħolli l-prezzijiet għar-repertorju tagħha ta' drittijiet Anglo-Amerikani tar-riproduzzjoni mekkanika għall-applikazzjonijiet online. Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-amalgamazzjoni, għalhekk, tqajjem dubji serji dwar is-suq għad-drittijiet online (li integrati fihom hemm id-drittijiet tar-riproduzzjoni mekkanika u d-drittijiet ta' l-eżekuzzjoni għall-applikazzjonijiet online) kemm fuq il-livell taż-ŻEE kollha kif ukoll fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Polonja u r-Renju Unit. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Pakkett Finali ta' Soluzzjonijiet sottomess fit-23 ta' April 2007 li jkopri l-katalgi u l-kuntratti li ġejjin:
Huwa biżżejjed biex ineħħi d-dubji dwar il-kompetizzjoni fis-suq għad-drittijiet ta' l-ippubblikar tal-mużika għall-applikazzjonijiet online, kemm skond definizzjoni ta' suq ġeografiku li tkopri ż-ŻEE kollha kif ukoll skond definizzjoni ta' suq ġeografiku nazzjonali. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta kif modifikata mill-Impenji ma tirrestrinġix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew parti sostanzjali minnu, partikolarment bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, u li skond l-Artikoli 8 (2) u 10 (2) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE l-konċentrazzjoni proposta għandha għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni u l-Ftehim dwar iż-ŻEE, suġġett għal konformità sħiħa ma' l-impenji offruti mill-parti notifikanti. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni. |
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/8 |
Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.4404 — Universal/BMG Music Publishing
(skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(2007/C 204/04)
Fit-3 ta' Novembru 2006, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 li abbażi tagħha l-impriża Universal Music Group Inc. (“Universal”) kisbet fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll waħdieni ta' l-impriża BMG Music Publishing (“BMG”) kollha li attwalment tifforma parti mill-grupp Bertelsmann, permezz ta' akkwist ta' ishma u beni.
Wara li eżaminat ix-xiehda sottomessa mill-partijiet dwar il-konċentrazzjoni proposta u wara li wettqet investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni tqajjem dubji serji dwar jekk hijiex kompatibbli mas-suq komuni u ddeċidiet li tagħti bidu għal proċeduri skond l-Artikolu 6 (1) (c) tar-Regolament dwar il-Konċetrazzjonijiet fit-8 ta' Diċembru 2006.
Fil-21 ta' Diċembru 2006 u mbagħad għal darb'oħra fis-26 ta' Jannar 2007, il-parti li tat in-notifika ġiet ipprovduta b'aċċess għad-dokumenti prinċipali, skond l-aħjar prattika ta' kif jitmexxew il-proċeduri tal-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi fil-KE.
Fil-15 ta' Marzu 2007, il-partijiet offrew impenji li mmodifikaw il-pjan ta' konċentrazzjoni oriġinali. Dawn l-impenji ġew immodifikati fis-26 ta' Marzu u mbagħad ukoll fit-30 ta' Marzu u l-impenji finali kienu sottomessi fit-23 ta' April 2007. Fuq il-bażi ta' dawn l-impenji s-servizz rilevanti tal-Kummissjoni deherlu li d-dubji serji kienu tneħħew. Għalhekk, ma ntbagħtet l-ebda Dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-partijiet.
Ma nġiebu quddiemi l-ebda mistoqsijiet mill-partijiet jew kumpaniji oħra fir-rigward ta' l-investigazzjoni tas-suq.
Il-każ ma jirrikjedix kummenti partikolari rigward id-dritt tas-smigħ.
Brussell, il-11 ta' Mejju 2007
Serge DURANDE
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/9 |
MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI U PROMOZZJONI
Sejħa għall-proposti — EACEA/16/07
Implimentazzjoni ta' programm ta' inkoraġġiment għall-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
(2007/C 204/05)
Appoġġ għall-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni — Drama, Dokumentarji kreattivi u Animazzjoni
Proġetti Waħdiena, Slate funding u Slate Funding (It-Tieni Fażi)
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
MEDIA 2007 — Żvilupp għandu l-għan li jappoġġja l-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni maħsuba għal swieq Ewropej u internazzjonali li jappartjenu għall-kategoriji li ġejjin: drama, dokumentarji kreattivi u xogħlijiet ta' animazzjoni.
2. Kandidati Eliġibbli
L-appoġġ huwa ristrett għal kumpaniji indipendenti li għandhom il-produzzjoni awdjoviżiva bħala l-attività prinċipali tagħhom. Il-kumpaniji applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007 (l-Iżlanda, il-Lichtenstein u n-Norveġja) u l-Iżvizzera, soġġett għall-adozzjoni ta' modalitajiet ġodda ta' kooperazzjoni minn dak l-Istat fi ħdan il-qafas tal-Programm MEDIA.
Il-kumpaniji applikanti jridu jkunu kapaċi jipprovdu prova li għandhom l-esperjenza mitluba mil-linji gwida permezz tal-produzzjoni ta' xogħol awdjoviżiv preċedenti.
3. Baġit
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament ta' proġetti huwa stmat għal 16,5 miljun EUR (fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit ta' l-2008). L-assistenza finanzjarja mill-Komunità ma tistax taqbeż 50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli (60 % għal proġetti waħdiena li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea). L-għotja massima hija 190 000 EUR fil-każ ta' Slate Funding. Fil-każ ta' proġett waħdieni din tvarja bejn 10 000 u 80 000 EUR skond il-kategorija tal-proġett.
4. Perjodu ta' Żmien
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard minn:
|
— |
15.11.2007 (l-ewwel skadenza) |
|
— |
15.4.2008 (it-tieni skadenza) |
5. Aktar tagħrif
It-test komplet tal-linji gwida flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq il-website http://ec.europa.eu/media. It-talbiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/10 |
MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI U PROMOZZJONI
Sejħa għall-proposti — EACEA/17/07
Implimentazzjoni ta' programm ta' inkoraġġiment għall-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
(2007/C 204/06)
Appoġġ għall-iżvilupp ta' xogħolijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
MEDIA 2007 — Żvilupp għandu l-għan li jappoġġja l-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni maħsuba għal swieq Ewropej u internazzjonali li jappartjenu għall-kategoriji li ġejjin: xogħolijiet interattivi fuq kull pjattafroma kemm online kif ukoll offline.
2. Kandidati Eliġibbli
L-appoġġ huwa ristrett għal kumpaniji indipendenti li għandhom il-produzzjoni awdjoviżiva u/jew il-produzzjoni ta' xogħolijiet interattivi bħala l-attività prinċipali tagħhom. Il-kumpaniji applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007 (l-Iżlanda, il-Lichtenstein u n-Norveġja) u l-Iżvizzera, soġġett għall-adozzjoni ta' modalitajiet ġodda ta' kooperazzjoni minn dak l-Istat fi ħdan il-qafas tal-Programm MEDIA.
Il-kumpaniji applikanti jridu jkunu kapaċi jipprovdu prova li għandhom l-esperjenza mitluba mil-linji gwida permezz tal-produzzjoni ta' xogħol preċedenti.
3. Baġit
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament ta' proġetti huwa stmat għal 1,5m EUR(Fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit ta' l-2008). L-assistenza finanzjarja mill-Komunità ma tistax taqbeż 50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli (60 % għal proġetti waħdiena li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea). L-għotja minima hija ta' 10 000 EUR. L-għotja massima hija ta' 60 000 EUR minbarra fil-każ ta' l-iżvilupp ta' prototipi għal consoles tal-logħob, consoles portabbli u kompjuters li għalihom l-għotja massima hi 100 000 EUR.
4. Perjodu ta' Żmien
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard minn:
|
— |
15.11.2007 (l-ewwel skadenza) |
|
— |
15.4.2008 (it-tieni skadenza) |
5. Aktar tagħrif
It-test komplet tal-linji gwida flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq il-website http://ec.europa.eu/media. It-talbiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.
Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/11 |
Sejħa għal espressjoni ta' interess fis-sħubija fil-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
(2007/C 204/07)
Din is-sejħa hija indirizzata lix-xjenzjati li jixtiequ li jiġu kkunsidrati għal sħubija fil-Kumitat Xjentifiku ta' l-EMCDDA.
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), li huwa bbażat f'Liżbona, il-Portugall, ġie stabbilit sabiex jipprovdi lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri tagħha b' “Informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli fuq livell Ewropew, rigward id-droga, id-dipendenza fuq id-droga u l-konsegwenzi tagħha” (1). Għal aktar informazzjoni dwar EMCDDA, jekk jogħġbok ara:
http://www.emcdda.europa.eu
Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-EMCDDA
Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-EMCDDA ġie stabbilit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid) (1).
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 15-il xjenzjat magħrufin sewwa, li jiġu maħtura mill-Bord Amministrattiv minħabba l-eċċellenza xjentifika tagħhom u l-indipendenza tagħhom. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jinħatru b'kapaċità personali u għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom indipendenti għal kollox mill-Istati Membri u mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità. Għandhom ikopru l-aktar oqsma xjentifiċi relevanti relatati mal-problemi tad-droga u tal-vizzju tad-droga:
|
— |
Epidemjoloġija |
|
— |
L-aqwa prattika u interventi |
|
— |
Il-qafas politiku u istituzzjonali |
|
— |
Kwistjonijiet legali u ta' ġustizzja kriminali |
|
— |
Kwistjonijiet ekonomiċi |
|
— |
Kwistjonijiet metodoloġiċi |
|
— |
Valutazzjoni tar-riskji ta' sustanzi psikoattivi u riċerka bażika |
Wieħed jista' jsib aktar informazzjoni kif ukoll il-formoli ta' applikazzjoni bl-Ingliż mill-website tal-EMCDDA http://www.emcdda.europa.eu. L-applikazzjonjiet għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail jew b'ittra reġistrata fl-indirizz t'hawn taħt. Il-formoli għal applikazzjoni stampata huma disponibbli wkoll bil-posta mill-istess indirizz:
|
EMCDDA |
|
Att.: Scientific Committee selection |
|
Rua da Cruz de Santa Apolónia, 23-25 |
|
P-1149-045 Lisboa |
Data ta' għeluq
Id-data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet hija: 12.10.2007 fil-17h00, ħin ta' Liżbona (data u ħin tat-timbru postali, jew l-għadd ta' e-mail). L-EMCDDA jirriserva d-dritt li ma jikkunsidrax dawk l-espressjonijiet ta' interess li jiddaħħlu wara din id-data.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid). ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1. Ara:
http://www.emcdda.europa.eu/index.cfm?fuseaction=public.Content&nNodeID=382&sLanguageISO=MT
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4863 — Bain Capital/American Standard)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/08)
|
1. |
Fl-24 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu ċerti fondi kkontrollati minn Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital”, ta' l-Istati Uniti) jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll kollu tan-negozju dwar il-kmamar tal-banju u l-kċejjen tal-kumpaniji American Standard Inc, (“American Standard”, ta' l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4863 — Bain Capital/American Standard, f'dan l-indirizz:
|
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4611 — Egmont/Bonnier (Kotba))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/09)
|
1. |
Fis-27 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Egmont Holding A/S (“Egmont”, id-Danimarka) takkwista l-kontroll totali ta' l-impriża Bonnier Forlagene A/S (“Bonnier”, id-Danimarka) skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill billi xtrat l-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4611 — Egmont/Bonnier(Kotba), fl-indirizz li ġej:
|
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4880 — Allianz GI/Xchanging Transaction Bank/Fondsdepot Bank)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/10)
|
1. |
Fit-23 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Xchanging Transaction Bank GmbH (“Xchanging Transaction”, il-Ġermanja), ikkontrollata konġuntament minn Xchanging plc (“Xchanging”, ir-Renju Unit) u Deutsche Bank AG (“Deutsche Bank”, il-Ġermanja), u Allianz Global Investors Kapitalanlagegesellschaft mbH (“Allianz GI”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Fondsdepot Bank GmbH (“Fondsdepot Bank”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. Fil-preżent, Fondsdepot Bank hija kkontrollota biss minn Allianz GI. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4880 — Allianz GI/Xchanging Transaction Bank/Fondsdepot Bank, f'dan l-indirizz:
|
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4894 — Aegon/Caja Cantabria/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/11)
|
1. |
Fl-24 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Aegon Spanje Holding, BV (“Aegon”, l-Olanda) li tappartjeni lil Aegon Group u Caja Cantabria (Spanja) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-joint venture maħluqa dan l-aħħar. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. L-osservazzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. L-osservazzjonjiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4894 — Aegon/Caja Cantabria/JV, fl-indirizz li ġej:
|
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/17 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4789 — ELG Haniel/Metal One/ELG Nippon Stainless Resources/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/12)
|
1. |
Fit-23 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ELG Haniel GmbH (“ELG”, il-Ġermanja) u Metal One Corporation (“Metal One”, il-Ġappun) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża ELG Nippon Stainless Resources (“NSR”, il-Ġappun), permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpannija ġdida li tikkostitwixxi joint venture. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4789 — ELG Haniel/Metal One/ELG Nippon Stainless Resources/JV, fl-indirizz li ġej:
|
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4860 — HRE/DEPFA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/13)
|
1. |
Fl-24 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Hypo Real Estate Holding AG, (“HRE”, il-Ġermanja), flimkien ma' l-affiljati tagħha “Hypo Real Estate Group”, takkwista l-kontroll totali ta' Depfa Bank plc, (“DEPFA”, l-Irlanda), flimkien ma' l-affiljati tagħha “Depfa Group” skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill billi xtrat l-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4860 — HRE/DEPFA, fl-indirizz li ġej:
|
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4840 — Fiat/Teksid)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 204/14)
|
1. |
Fl-24 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Fiat S.p.A. (“Fiat”, ta' l-Italja) takkwista, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll uniku ta' l-impriża Teksid Aluminum S.r.l. (“Teksid Aluminum”, ta' l-Italja) u Teksid Aluminum Getti Speciali S.r.l. (“Getti Speciali”, ta' l-Italja) permezz ta' xiri ta' ishma fil-25 ta' Lulju 2007. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4840 — Fiat/Teksid, fl-indirizz li ġej:
|
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
|
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 204/20 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 204/15)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“CASATELLA TREVIGIANA”
Nru tal-KE: IT/PDO/005/0348/02.06.2004
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Tel.: |
(39) 06 481 99 68 |
||
|
Fax |
(39) 06 42 01 31 26 |
||
|
Posta elettronika: |
qualita@politicheagricole.it |
2. Grupp:
|
Isem: |
Consorzio per la tutela del formaggio Casatella Trevigiana |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Tel.: |
(39) 0422 95 14 80 |
||
|
Fax |
(39) 0422 95 14 80 |
||
|
Posta elettronika: |
info@casatella.it |
||
|
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Klassi 1.3 — Ġobon
4. Speċifikazzjoni:
(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem: “Casatella Trevigiana”
4.2. Deskrizzjoni: Ġobon artab li jinkiseb mit-tibqid tal-ħalib sħiħ esklussivament mill-baqar tar-razez Friesian, Pezzata Rossa u Bruna, meta jitqiegħed għall-konsum, għandu dawn il-karatteristiċi organolettiċi: pasta ratba, tleqq, kemmxejn imdellka, tinħall fil-ħalq, b'kulur bejn abjad lewn il-ħalib u krema; ftit toqbiet żgħar huma ammessi. Il-konsistenza tal-pasta tippermetti lill-Casatella Trevigiana DPO ma tkunx ikklassifikata mal-ġobon “li jindilek” jew kremuż ħafna.
Ma għandux qoxra jew kważi ma tinħassx, il-forma hija tradizzjonament ċilindrika.
Ir-riħa hija ħafifa, friska u tal-ħalib.
It-togħma hija ħelwa, tipika tal-ħalib, f'waqtiet kemmxejn qarsa.
Karatteristiċi kimiċi
|
— |
: |
Indewwa |
: |
53-60 % |
|
— |
: |
Xaħam |
: |
18-25 %, fuq bażi niedja |
|
— |
: |
Proteini |
: |
> 12 %, fuq bażi niedja |
Karatteristiċi fiżiċi
|
— |
: |
Forma |
: |
Ċilindrika |
|
— |
: |
Piż |
: |
Forma kbira: 1,8-2,2 Kg Forma żgħira: 0,25-0,70 Kg |
|
— |
: |
Djametru |
: |
Forma kbira: 18-22 ċm Forma żgħira: 8-12 ċm |
|
— |
: |
Għoli tal-qoxra tal-ġenb |
: |
Forma kbira: 5-8 ċm Forma żgħira: 4-6 ċm |
4.3. Żona ġeografika: Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-“Casatella Trevigiana” DPO għandu jkun prodott fi stalel li jinsabu fiż-żona ġeografika korrispondenti għall-Provinċja ta' Treviso u jkun sottopost għat-tibqid, maturazzjoni u ppakkjar ġewwa l-istess żona.
4.4. Prova ta' l-oriġini: Kull fażi tal-proċess ta' produzzjoni għandha tkun immonitorjata billi jiġi ddokumentat l-input (il-prodotti li jidħlu) u l-output (il-prodotti li joħorġu). B'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, ta' min irabbi l-bhejjem, ta' l-imħaleb u tal-pakkettaturi, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet prodotti, tiġi garantita t-traċċabilità tal-prodott. Il-persuni kollha, fiżiċi jew ġuridiċi, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skond kif previst mill-ispeċifikazzjoni u mill-pjan ta' kontroll relatat.
4.5. Metodu ta' produzzjoni: Fost l-oħrajn, l-ispeċifikazzjoni tipprevedi li l-produzzjoni tal-ħalib, kif ukoll il-fażijiet kollha ta' l-ipproċessar ta' dan ta' l-aħħar għandhom isiru fiż-żona ġeografika indikata fil-punt 4.3.
L-ikel tal-baqar li l-ħalib tagħhom jintuża għall-produzzjoni tal-“Casatella Trevigiana” DPO għandu jkun magħmul minn talanqas 90 % għalf li ġej miż-żona speċifika msemmija fil-punt 4.3. Barra minn dan, mhuwiex permess l-użu ta' dan it-tip ta' għalf, li mhuwiex tipiku taż-żona tal-produzzjoni: pitravi bħala magħlef, frott u fdal mill-ipproċessar ta' frott taċ-ċitru u żebbuġ, sainfoin u silla, veġetali sħaħ jew fdal mill-ipproċessar tal-pjanti tal-qaqoċċ, pastard, lift (brassicae) u tadam.
Fir-razzjonijiet alimentari tal-baqar li jreddgħu, is-60 % tal-materjal niexef prodott kuljum għandu jiġi mill-magħlef.
Ix-xaħam tal-ħalib għandu jiddaħħal waqt l-ipproċessar f'valur ogħla minn 3,2 %. Il-ħalib ma għandux ikun fih preservattivi u mhuwiex permess l-użu ta' ħalib kolostrali jew li ġej minn baqar b'patoloġiji evidenti. Il-konservazzjoni tal-ħalib fl-istalel għandha ssir permezz tat-tkessiħ. It-tibqid għandu jibda, f'kull każ, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta tinħaleb il-baqra.
Il-pasturizzazzjoni magħmula f'perjodu ta' żmien bejn 15 u 25 sekonda f'temperatura bejn 70 u 75°C hija permessa. Dawn huma l-fażijiet ta' l-ipproċessar tal-ħalib: tisħin (temperatura ta' koagulazzjoni 34 — 40°C); aċidifikazzjoni (permezz taż-żieda ta' batterji li jagħtu bidu għal dan il-proċess [starter culture] li ġejjin miż-żona tal-produzzjoni prevista mill-punt 4.3); koagulazzjoni (iddeterminata miż-żieda ta' l-ilma tat-tames bovin likwidu jew fi trab. Il-koagulazzjoni tieħu bejn 15-il minuta u 40 minuta); l-ewwel qsim tal-baqta (il-baqta tinqata' f'salib); waqfa (il-baqta titħalla toqgħod għal bejn 45 minuta u 55 minuta sabiex jiġi żgurat li t-taħlita tissaffa mix-xorrox); it-tieni qsim tal-baqta (qsim uniformi u komplut tant li jinkisbu biċċiet tad-daqs ta' ġewża); tħawwid, estrazzjoni tal-baqta u fawra (it-taħlita titħawwad biex b'hekk tissaffa għal bejn 7 u 13-il minuta. Wara, il-baqta titneħħa u titqiegħed fi qwieleb ċilindriċi bit-toqob. Il-qwieleb jitqiegħdu f'post bil-fwar għal tul ta' żmien li jvarja skond il-format mixtieq. It-temperatura tal-post għandha tkun bejn 25 u 40°C); tmelliħ (jista' jsir f'soluzzjoni ta' melħ tal-baħar f'16-20° Baumé, b'temperatura bejn 4 u 12°C, jew fin-niexef billi l-melħ tal-baħar jinfirex fuq il-wiċċ, jew inkella f'kaldarun (boiler) u jinżdied il-melħ tal-baħar fi kwantità ta' 0,8 — 1,2 %); maturazzjoni (li ssir f'ċella b'2-8°C għal bejn 4 u 8 ijiem, fi qwieleb li jitqalbu talanqas kull jumejn).
Il-“Casatella Trevigiana” DPO għandha titqiegħed għall-konsum ippakkjata. Minħabba li l-“Casatella Trevigiana” DPO hija ġobon “b'pasta ratba” li teħżien malajr u delikata, jekk il-prodott mhux ippakkjat jiġi ttrasportat fit-tul, dan jista' jikkomprometti l-karatteristiċi organolettiċi u kimiko-fiżiċi, u b'mod partikolari jbiddel iż-żmien u t-tip ta' maturazzjoni.
Għalhekk, bil-għan li tiġi ggarantita l-konservazzjoni tal-karatteristiċi kwalitattivi tipiċi tal-prodott, jeħtieġ li ż-żmien bejn il-produzzjoni u l-ippakkjar jiġu limitati.
Għaldaqstant, l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni biex ikunu żgurati t-tipiċità, it-traċċabbiltà u l-kontroll, kif ukoll biex jinżammu l-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi tal-“Casatella Trevigiana” DPO.
4.6. Rabta: Il-proprjetajiet u l-karatteristiċi kwalitattivi tal-Casatella Trevigiana DPO huma marbutin mill-qrib ma' l-oriġini lokali, familjari u tal-biedja, kif ukoll ma' l-evoluzzjoni artiġjanali tat-teknika tal-produzzjoni tal-ġobon u mar-razez (strains) ta' batterji awtoktoni li jintgħażlu fil-post tal-produzzjoni. B'mod partikolari, il-kwalità u t-tipiċità tal-ġobon Casatella Trevigiana DPO ġejjin b'mod dirett u immedjat mill-karatteristiċi tal-flora mikrobika lokali ġol-ħalib, kif ukoll mit-temperatura u ż-żmien ta' pproċessar li jagħżlu l-ispeċijiet, ir-razez (strains) u l-konċentrazzjonijiet.
Fil-fatt, studji reċenti juru li fil-flora mikrobika magħżula matul is-snin fiż-żona tipika, jerġgħu jinbtu tipi differenti ta' Streptokokki termofili (Streptococcus thermophilus) bi proprjetajiet u attivitajiet metaboliċi fundamentali mhux biss f'termini ta' aċidifikazzjoni, iżda wkoll għall-kontribut tagħhom lill-proprjetajiet sensorji tal-prodott, fosthom it-togħma karatteristika kemmxejn qarsa tal-pasta li tkun wasslet għall-maturazzjoni. Bl-istess mod, il-preżenza, minkejja li f'ammonti iżgħar, tal-Lattobaċilli termofili (Lactobacillus thermophilus) b'aktar attività proteolitika tiggarantixxi d-degradazzjoni tal-kaseini bil-produzzjoni ta' molekuli u l-prekursuri tagħhom li kapaċi jikkaratterizzaw il-konsistenza, il-maturazzjoni u t-togħma tal-ġobon. Dawn huma kundizzjonijiet għal kollox partikolari u li ma jerġgħux iseħħu f'kuntesti produttivi oħra li ma jinsabux f'dan iż-żona tipika. Hija t-tradizzjoni antika ta' l-arti domestika tal-produzzjoni tal-ġobon li ddefiniet l-oriġini u l-preżenza ta' dan il-ġobon tipiku ta' Treviso. It-teknika tal-produzzjoni għaddiet bil-fomm minn ġidd għal ġidd u qagħdu fuq metodi ta' produzzjoni tal-ġobon sempliċi ħafna. L-oriġini għaldaqstant hija tassew fit-tradizzjonijiet marbuta mal-produzzjoni tal-ġobon fi Treviso, li ilhom iddefiniti “remoti” sa mill-1962.
Bosta kitbiet jixhdu li l-Casatella hija ġobon li tnissel minn Treviso.
4.7. Organu ta' spezzjoni:
|
Isem: |
CSQA Srl Certificazioni |
|
Indirizz: |
Via S. Gaetano, 74 — Thiene (VI) |
|
Tel.: |
(39) 0445 36 60 94 |
|
Fax |
(39) 0445 38 26 72 |
|
Posta elettronika: |
f.broggiato@csqa.it |
L-organu ta' spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istandard EN 45011.
4.8. Tikkettar: Il-Ġobon Casatella Trevigiana DPO jintgħaraf permezz tal-marka murija hawn taħt. Fil-parti ta' fuq tal-marka hemm imniżżla “C” bajda fi sfond ċircolari aħdar bi tliet sfumaturi; fil-parti ta' isfel hemm imniżżel il-kliem “Casatella Trevigiana” bil-blu u ċċentrat meta mqabbel maċ-ċirku li hemm 'il fuq, it-test hu magħmul bil-karattru Carleton, bil-kelma “Casatella” ikbar mill-kelma “Trevigiana”, li tinsab taħt u lejn il-lemin fl-iskala 2:1. Fuq ix-xellug, fi tliet ringieli, hemm il-kliem bl-aħdar “Denominazione d'Origine Protetta”.
L-indikazzjoni “Denominazione d'Origine Protetta” tista' tiġi sostitwita bit-taqsira “DOP”.
Il-proporzjoni bejn il-parti ta' fuq tal-marka u dik ta' isfel ma jvarjawx u jintwerew fid-disinn mehmuż. Id-deskrizzjoni teknika tal-marka tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Il-marka għandha tiġi murija fuq l-imballaġġ estern li jipproteġi l-ġobon, magħmul minn materjal skond id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar l-ippakkjar tal-prodotti alimentari.
Fuq l-imballaġġ estern ma jistax ikun hemm indikazzjonijiet promozzjonali jew li jqarrqu bil-konsumaturi.
Il-marka tista' tintuża fil-pubblikazzjonijiet jew fil-materjali promozzjonali.
Id-daqs tal-marka għandu jkun proporzjonat mad-daqs ta' l-imballaġġ skond din ir-regola:
il-wisa' tal-kliem “Casatella” ma għandhiex tkun anqas mit-80 % tad-djametru tal-pakkett.
Minħabba t-tip tiegħu, fuq il-ġobon stess mhumiex permessi indikazzjonijiet ta' ebda tip.
L-imballaġġ, li juri l-marka u l-kliem kif ġew deskritti, għandu jintuża obbligatorjament.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.