ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
30 ta' Awwissu 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 202/01

Rata tal-kambju ta' l-euro

1

2007/C 202/02

L-Adozzjoni ta' sitt dokumenti ta' referenza għall-fini tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Parlament Ewropew

2007/C 202/03

Avviż ta' reklutaġġ PE/109/S

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 202/04

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

4

2007/C 202/05

Avviż dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE — Estensjoni tad-data ta' l-għeluq — Talba ta' Stat Membru

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 202/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4812 — BMW Italia/BMW España Finance/Boxer) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

7

2007/C 202/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4617 — Nutreco/BASF) ( 1 )

8

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/1


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-29 ta'Awwissu 2007

(2007/C 202/01)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3631

JPY

Yen Ġappuniż

156,48

DKK

Krona Daniża

7,4464

GBP

Lira Sterlina

0,67720

SEK

Krona Żvediża

9,3987

CHF

Frank Żvizzeru

1,6370

ISK

Krona Iżlandiża

87,52

NOK

Krona Norveġiża

7,9565

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

27,628

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

257,57

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6984

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,8358

RON

Leu Rumen

3,2550

SKK

Krona Slovakka

33,833

TRY

Lira Turka

1,8110

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6713

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4464

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6331

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9527

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0774

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 284,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8985

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,2896

HRK

Kuna Kroata

7,3212

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 833,59

MYR

Ringgit Malażjan

4,7749

PHP

Peso Filippin

63,793

RUB

Rouble Russu

35,0330

THB

Baht Tajlandiż

44,594


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/2


L-Adozzjoni ta' sitt dokumenti ta' referenza għall-fini tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis

(2007/C 202/02)

Fit-3 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni adottat it-testi kompleti tad-dokumenti ta' riferenza dwar:

l-aħjar tekniki disponibbli għal volumi kbar ta' kimiċi inorganiċi — solidi u oħrajn,

l-aħjar tekniki disponibbli għall-ispeċjalitajiet kimiċi inorganiċi,

l-aħjar tekniki disponibbli għall-polimeri,

l-aħjar tekniki disponibbli għall-industrija tal-manifattura taċ-ċeramika,

l-aħjar tekniki disponibbli għat-trattament mill-wiċċ bl-użu ta' solventi organiċi,

l-aħjar teknika disponibbli għal volumi kbar ta' kimiċi inorganiċi — ammonja, aċidi u fertilizzanti.

Dawn id-dokumenti huma disponibbli fuq is-sit ta' l-Internet http://eippcb.jrc.es.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Parlament Ewropew

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/3


Avviż ta' reklutaġġ PE/109/S

(2007/C 202/03)

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta' għażla:

PE/109/S — Aġenti temporanji — Amministraturi (AD 5) tal-websajts.

Din il-proċedura ta' għażla teħtieġ livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' kors komplut ta' studji universitarji relatat man-natura ta' l-impjieg ta' mill-inqas tliet snin li jirriżulta f'lawrea rikonoxxuta uffiċjalment.

L-ebda esperjenza professjonali ma hi meħtieġa.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż biss. It-test sħiħ jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 202 A f'dawn it-tliet lingwi.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/4


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2007/C 202/04)

Il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 ta' 22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1). Ir-reviżjoni hija limitata għall-eżami ta' jekk l-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri tmurx kontra l-interess Komunitarju.

1.   Il-Prodott

Il-prodott suġġett għar-reviżjoni huma fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat li mhumiex imqardxa, mimxuta jew ipproċessati b'xi mod ieħor li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ('il-prodott ikkonċernat'), li bħalissa jista' jiġi kklassifikat fil-kodiċi NM 5503 20 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss bħala tagħrif.

2.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv ta' l-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (2) fuq l-importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Korea, dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1799/2002 (3) fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw mill-Belarus u dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (4) fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita.

3.   Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni

It-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jindika li, minħabba bidliet fis-suq Komunitarju minn żmien il-perjodi ta' investagazzjoni użati fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, l-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri tista' ma tkunx għadha fl-interess tal-Komunità. B'mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni anti-dumping tagħha li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-PSF li joriġinaw mill-Malażja u mit-Tajwan, li ma jkunx fl-interess Komunitarju li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi (5).

F'dawn iċ-ċirkostanzi, ikun xieraq li jiġi rivedut il-bżonn għall-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri eżistenti, b'deċiżjoni li minn hemm jista' jkollha effett retroattiv sa mit-22 ta' Ġunju 2007, jiġifieri mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2007/430/KE li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Malażja u mit-Tajwan.

4.   Il-proċedura

Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' PSF li joriġina mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b'ambitu limitat għall-eżami ta' l-interess Komunitarju.

(a)   Kwestjonarji

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi Komunitarji, lill-importaturi u lill-utenti. Dan it-tagħrif u l-evidenza li tappoġġjah għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a) ta' dan l-avviż.

(b)   Ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza li tappoġġjah. Dawn it-tagħrif u evidenza li tappoġġjah għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a) ta' dan l-avviż.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(b) ta' dan l-avviż.

5.   Limiti ta' żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, ħalli jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet interessati kollha, jekk iridu li d-dikjarazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iwasslu l-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependu mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

(b)   Is-seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum.

6.   Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza

Il-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata  (6)” u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Commission européenne

Direction générale du commerce

Direction H

Bureau: J-79 5/16

B-1049 Bruxelles

Fax (32-2) 295 65 05

7.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, affermattivi jew negattivi, ikunu jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, b'konformità ma' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

8.   Skeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta' data personali

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (7).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 428/2005 (ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1)

(3)  ĠU L 274, 11.10.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1.

(5)  Ara l-premess (41) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/430/KE (ĠU L 160, 21.6.2007, p. 30).

(6)  Dan ifisser illi d-dokument ikun għal użu intern biss. Dan huwa protett mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/6


Avviż dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE — Estensjoni tad-data ta' l-għeluq

Talba ta' Stat Membru

(2007/C 202/05)

Fid-29 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u dawk postali (1).

Din it-talba, mir-Renju ta' l-Iżvezja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. It-talba kienet is-suġġett ta' pubblikazzjoni fil-ĠU C 159/17, 12.7.2007. Il-perjodu inizjali jiskadi fit-2 ta' Ottubru 2007.

Minħabba li d-dipartimenti tal-Kummissjoni jeħtiġilhom jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(6), it-tielet sentenza, id-data ta' l-għeluq li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba hi estiża b'xahar.

Il-perjodu għalhekk jiskadi fit-2 ta' Novembru 2007.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4812 — BMW Italia/BMW España Finance/Boxer)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 202/06)

1.

Fl-20 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi BMW Italia S.p.a. (BMW IT) u BMW España Finance S.L. (BMW EF), li jappartjenu lill-grupp Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft (BMW AG), jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Boxer S.r.l. (BOXER), li tappartjeni lill-impriża MV AUGUSTA S.p.a., permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal BMW IT: id-distribuzzjoni ta' muturi tas-sewqan bit-trademark BMW fis-suq Taljan,

għal BMW EF: il-kumpannija holding ta' BMW AG domiċiljata fi Spanja,

għal BOXER: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' muturi tas-sewqan bit-trademark Husqvarna.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4812 — BMW Italia/BMW España Finance/Boxer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4617 — Nutreco/BASF)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 202/07)

1.

Fil-21 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u wara rinviju skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Nutreco International B.V., ikkontrollata min-Nutreco Holding N.V., (“Nutreco”, l-Olanda) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, partijiet min-negozju ta' taħlitiet ta' l-għalf ta' l-annimali u tal-kummerċ ta' partijiet terzi tal-BASF Aktiengesellschaft (“BASF”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Nutreco: Il-manifattura ta' taħlitiet u ta' għalf komplet ta' l-annimali, ipproċessar tal-laħam;

għal BASF: Il-produzzjoni ta' kimiki, plastik, żejt u gass, prodotti agrikoli u nutrizzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4617 — Nutreco/BASF, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.