|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Kumitat tar-Reġjuni |
|
|
|
Is-70 Sessjoni plenarja 6-7 ta' Ġunju 2007 |
|
|
2007/C 197/01 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ġejjieni Demografiku ta' L-Ewropa |
|
|
2007/C 197/02 |
||
|
2007/C 197/03 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Pakkett tat-tkabbir 2006 — Pajjiżi kandidati |
|
|
2007/C 197/04 |
||
|
2007/C 197/05 |
||
|
2007/C 197/06 |
||
|
2007/C 197/07 |
Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar is-servizzi postali tal-komunità |
|
|
2007/C 197/08 |
||
|
2007/C 197/09 |
Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar il-governanza u l-kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp |
|
|
2007/C 197/10 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika |
|
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Kumitat tar-Reġjuni
Is-70 Sessjoni plenarja 6-7 ta' Ġunju 2007
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/1 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ġejjieni Demografiku ta' L-Ewropa
(2007/C 197/01)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jenfasizza l-bżonn urġenti li jiġu kkunsidrati t-tendenzi demografiċi fuq il-livell tar-reġjuni, tal-bliet u tal-muniċipalitajiet u b'mod iktar iddifferenzjat, peress li simultanjament fl-Istati Membri qegħdin jiffurmaw ruħhom tendenzi tassew differenti u xi kultant kontradittorji u fl-istess ħin jistgħu jiġu osservati tendenzi ta' żvilupp simili f'diversi reġjuni fl-Ewropa. Fil-futur, jeħtieġ li r-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalijiet ikollhom strateġiji ta' politika u linji gwida tagħhom ibbażati fuq previżjonijiet demografiċi realistiċi; |
|
— |
jikkunsidra li t-tendenza demografika għandha tkun suġġett politiku orizzontali sabiex jiġi assigurat li tkun tista' tittieħed azzjoni fil-ħin biex jiġu ffaċċjati r-riskji fuq perijodu fit-tul u sabiex jintgħarfu u jiġu sfruttati l-opportunitajiet. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li niffaċċjaw veritajiet li m'humiex konvenjenti u nikkunsidraw il-fatturi kollha fid-dibattitu pubbliku. Reazzjonijiet adattati jistgħu biss jiġu fformulati ladarba dawk responsabbli mill-politika u l-pubbliku jaċċettaw it-tixjiħ u t-tnaqqis fil-popolazzjoni bħala fatt strutturali irreversibbli. |
|
— |
jenfasizza li l-isfida demografika m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala fatt purament negattiv. Minn banda, qegħdin jitwieldu ftit wisq trabi sabiex jinżammu l-livelli attwali ta' popolazzjoni. Fit-tul dan jista' joħloq problema għas-soċjetajiet Ewropej, li hemm bżonn li tiġi solvuta. Fl-istess ħin, in-nies qegħdin jgħixu iktar u huma iktar b'saħħithom, u din hija aħbar tajba. Barra minn hekk, hemm bżonn li fil-qafas ta' dan id-dibattitu jiġi rikonoxxut il-potenzjal li għandhom l-anzjani li jagħmlu kontribuzzjoni lis-soċjetà. Żoni urbani li huma b'saħħithom ekonomikament ser ikomplu jibbenefikaw mill-migrazzjoni, li attwalment għadha tista' tikkumpensa għar-rata baxxa ta' twelid. |
I. Rakkomandazzjonijiet politiċi
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-ġejjieni demografiku ta' l-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità
COM(2006) 571 finali
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
|
1. |
jilqa' bil-qalb l-inizjattiva tal-Kummissjoni li timmira li tkompli bid-diskussjoni tal-Green Paper intitolata Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet filwaqt li jenfasizza l-bidla fil-perċezzjoni minn sfida għal opportunità. L-approċċ tal-Kummissjoni, ibbażat fuq l-skambju ta' esperjenzi u t-tnedija ta' dibattitu Ewropew dwar il-ġestjoni tat-tibdil demografiku, li kull sentejn għandu jwassal għall-Forum Ewropew dwar id-Demografija, jappoġġja bis-sħiħ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-ħolqien u l-appoġġ ta' netwerks tar-reġjuni fuq livell Ewropew u l-użu u l-promozzjoni ta' eżempji ta' prattika tajba, għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti sabiex jissawwar dibattitu kostruttiv li jħares lejn il-futur; |
|
2. |
jappoġġja l-istrateġiji ġenerali tal-Kummissjoni mmirati lejn il-ħolqien ta' Ewropa:
|
|
3. |
jikkunsidra li t-tendenza demografika għandha tkun suġġett politiku orizzontali sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni fil-ħin biex jiġu ffaċċjati r-riskji fuq perijodu fit-tul u sabiex jingħtarfu u jiġu sfruttati l-opportunitajiet. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li niffaċċjaw veritajiet li mhumiex konvenjenti u nikkunsidraw il-fatturi kollha fid-dibattitu pubbliku. Reazzjonijiet adattati jistgħu biss jiġu fformulati ladarba dawk responsabbli mill-politika u l-pubbliku jaċċettaw li l-fatt li l-popolazzjoni qiegħda tonqos u tixjieħ huwa fatt strutturali u irreversibbli. |
|
4. |
jenfasizza li l-isfida demografika m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala fatt purament negattiv. Minn banda, qed jitwieldu ftit wisq trabi sabiex jinżammu l-livelli ta' popolazzjoni attwali. Fit-tul dan jista' joħloq problema għas-soċjetajiet Ewropej, li hemm bżonn li tiġi solvuta. Fl-istess ħin, in-nies qegħdin jgħixu iktar u huma iktar b'saħħithom, u din hija aħbar tajba. Barra minn hekk, hemm bżonn li fil-qafas ta' dan id-dibattitu jiġi rikonoxxut il-potenzjal li għandhom l-anzjani li jagħmlu kontribuzzjoni lis-soċjetà. Żoni urbani li huma b'saħħithom ekonomikament ser ikomplu jibbenefikaw mill-migrazzjoni, li attwalment għadha tikkumpensa għar-rata baxxa ta' twelid. Mill-banda l-oħra, it-tibdil demografiku qiegħed iseħħ b'pass konsiderevolment iktar imgħaġġgel f'ħafna żoni rurali, minħabba fil-migrazzjoni 'l barra ta' bosta żgħażagħ u, fuq skala iktar baxxa, il-migrazzjoni 'l ġewwa ta' anzjani rtirati. Din it-tendenza qiegħda tkompli taggrava l-problemi tar-reġjuni fejn il-popolazzjoni qiegħda tonqos; |
|
5. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li d-drittijiet ta' kull ġenerazzjoni għandhom jiġu mħarsa kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet. It-tfal u ż-żgħażagħ għandu jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw fis-soċjetà fl-aqwa mod possibbli. Għalhekk jinħtieġ l-appoġġ tal-familji tagħhom u l-ħolqien u l-manteniment ta' istituzzjonijiet ta' kwalità għolja għall-kura tat-tfal, għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għall-prospetti tax-xogħol. Il-ġenerazzjonijiet tan-nofs jeħtieġu l-għajnuna u l-appoġġ sabiex jieħdu ħsieb u jrabbu lit-tfal tagħhom, u wkoll sabiex jipprovdu l-għajnuna u l-kura lill-ġenerazzjonijiet iktar imdaħħla fl-età. Fl-aħħar, il-ġenerazzjoni iktar anzjana teħtieġ l-għajnuna sabiex tkun tista' tipparteċipa fis-soċjetà bil-mod l-iktar awtonomu u attiv possibbli; |
|
6. |
tikkunsidra bħala fundamentali l-fatturi identifikati mill-Kummissjoni bħala l-fatturi li jiddeterminaw it-tendenzi demografiċi. Aspetti ġenerali tat-tendenza Ewropea jinkludu t-tnaqqis fin-numru medju ta' trabi għal kull mara, iż-żjieda fin-numru ta' persuni anzjani u kbar ħafna fl-età bħala proporzjon tal-popolazzjoni globali, għomor ta' ħajja dejjem itwal u immigrazzjoni li sservi biss ta' kontrabilanċ parzjali għal dan it-tibdil fl-istruttura demografika. Madankollu, it-tagħrif aggregat fuq livell ta' l-Istati Membri jipprovdina biss b'informazzjoni limitata dwar it-tendenzi attwali; |
|
7. |
jenfasizza l-bżonn urġenti li jiġu kkunsidrati t-tendenzi demografiċi fuq il-livell tar-reġjuni, tal-bliet u tal-muniċipalitajiet u b'mod iktar iddifferenzjat, peress li simultanjament fl-Istati Membri qed jiffurmaw ruħhom tendenzi tassew differenti u xi kultant kontradittorji u fl-istess ħin jistgħu jiġu osservati tendenzi ta' żvilupp simili f'diversi reġjuni fl-Ewropa. Fil-futur, jeħtieġ li r-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalijiet ikollhom strateġiji politiċi u linji gwida tagħhom ibbażati fuq previżjonijiet demografiċi fuq skala żgħira, li għandhom jassiguraw l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet għal kulħadd; |
|
8. |
jisħaq l-ideat imfissra fl-opinjoni tiegħu u fil-Green Paper intitolata Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet. Jinnota li aspetti essenzjali ta' l-opinjoni tiegħu ntlaqgħu mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Il-ġejjieni demografiku ta' l-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità kif ukoll Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet; |
Konklużjonijiet tal-Kummissjoni
|
9. |
huwa ta' l-istess fehma tal-Kummissjoni illi reazzjonijiet speċifiċi għall-isfida demografika jaqgħu fuq kollox taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Jenfasizza, madankollu, ir-responsabbiltà speċjali ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fejn tidħol il-ġestjoni ta' l-isfidi demografiċi. Il-bliet u l-muniċipalitajiet huma partikularment effettwati mill-konsegwenzi tat-tibdil demografiku; |
|
10. |
jappoġġja bil-qawwi lill-Kummissjoni Ewropea fl-isforzi tagħha sabiex jiġi stabbilit patt ġdid bejn il-ġenerazzjonijiet. Dan ifisser li:
|
|
11. |
jikkunsidra li huwa neċessarju li ssir referenza għar-riformi li diġà tnedew fuq livell nazzjonali u Ewropew, bħall-Istrateġija mġedda ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjieg, il-Patt ta' l-Istabilità u t-Tkabbir, l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Politika ta' Koeżjoni u l-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u l-integrazzjoni. Jindika, madankollu, li s-sempliċi fatt li ssir stqarrija ta' impenn għall-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ta' dawn l-isforzi, anke fir-rigward tal-ħames direzzjonijiet politiċi prinċipali indikati, mhux biżżejjed sabiex jinħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-approċċ li jinħtieġ fuq livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
12. |
ma rnexxilux isib fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni deskrizzjoni tar-rwol tal-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-biċċa l-kbira tat-tendenzi demografiċi huma relatati ma' żviluppi reġjonali u lokali. Il-Komunikazzjoni, li tiġbor fiha tagħrif nazzjonali u Ewropew, tagħti l-impressjoni qarrieqa li l-problema għandha tiġi solvuta fuq dawn il-livelli. Dan ifixkel l-identifikazzjoni tad-diskrepanzi reġjonali li qegħdin isiru dejjem ikbar, inklużi dawk marbutin mal-migrazzjoni interna fl-Istati Membri; |
|
13. |
tilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li jinżamm Forum Ewropew dwar id-Demografija kull sentejn, u li r-riżultati tiegħu jitniżżlu f'kapitolu apposta fir-Rapport Annwali ta' Progress. Fl-istess ħin, jikkunsidra li l-konċentrazzjoni fuq il-kwistjoni ta' għomor ta' ħajja itwal m'hijiex adattata. Minflok, huwa neċessarju li wieħed jagħti l-istess importanza lid-diversi aspetti tat-tibdil demografiku; |
|
14. |
jenfasizza li t-tibdil demografiku jġib miegħu opportunitajiet sinifikanti sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' l-anzjani permezz ta' prodotti u servizzi ġodda, u li b'hekk jinħolqu impjiegi ġodda, jissawwar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u tissaħħaħ il-kompettitività Ewropea. Dan jgħodd għas-setturi kollha li jikkontribwixxu għal stil ta' ħajja indipendenti u attiv għall-anzjani: l-artiġjanat, l-industrija, il-kummerċ u l-organizzazzjonijiet soċjali, f'oqsma bħat-turiżmu, il-kultura, l-għajnuna fid-dar, is-servizzi ta' mobilità u s-servizzi finanzjarji; |
|
15. |
huwa favur li jikkunsidra iktar mill-qrib, fuq livell Ewropew, il-ħtiġijiet ta' l-anzjani u l-opportunitajiet marbutin ma' l-hekk imsejħa “ekonomija tal-fidda”, per eżempju billi dawn il-ħtiġijiet jiġu inklużi fl-istrateġija ta' Lisbona; |
Proposti tal-Kumitat tar-Reġjuni
|
16. |
jinnota li hemm diskrepanzi reġjonali sinifikanti fit-tendenzi demografiċi ġenerali fuq livell Ewropew. Is-sovrapożizzjoni ta' tendenzi differenti twassal għal sitwazzjoni b'rebbieħa (per eżempju ċ-ċentru u l-inħawi ta' madwar Londra u Munich) u telliefa (per eżempju l-lvant tal-Ġermanja u l-punent tal-Polonja) fid-diversi reġjuni ta' l-Ewropa. Dawn it-tendenzi ser jipperikolaw il-koeżjoni territorjali. Fl-istess waqt li qed iseħħ dan it-tibdil demografiku, il-migrazzjoni minn barra l-Komunità qiegħda taffettwa t-tendenzi fil-popolazzjoni. Il-migrazzjoni interna fl-UE qiegħda tenfasizza t-tendenzi dominanti, filwaqt li ż-żoni urbani għonja qegħdin jiġbdu dejjem iktar migranti. Dawn id-diversi tendenzi qegħdin iwasslu għal proċessi paralleli ta' tkabbir u tnaqqis. |
|
17. |
jaqbel mal-Kummissjoni li, fil-qasam tat-tibdil demografiku, il-korrelazzjoni bejn il-kapaċità innovattiva u l-ħiliet qiegħda tissaħħaħ. Fil-futur, in-nisa, speċjalment l-ommijiet, għandhom jingħataw għajnuna ikbar sabiex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom skond il-ħtiġijiet u x-xewqat tagħhom. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-kumpaniji għandhom jibdew jippreparaw ruħhom minn issa għal żieda fin-numru ta' anzjani u immigranti u għandhom jikkooperaw sabiex jimplimentaw forom ġodda ta' tagħlim matul il-ħajja; |
|
18. |
jikkunsidra li r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja familjali huma ħtieġa essenzjali għall-kompettitività tal-postijiet, li l-politika Ewropea ta' l-impjieg għandha tappoġġja; tali konċiljazzjoni taqdi rwol imporanti fl-iżvilupp ta' strateġija għall-ħolqien ta' Ewropea li tiffavorixxi l-iżvilupp demografiku; |
|
19. |
jilqa' f'dan il-kuntest il-Komunikazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni dwar Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet. Madankollu, il-Kumitat tar-Reġjuni jindika li l-miżuri għall-promozzjoni tal-familji u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u l-ħajja professjonali m'għandhomx ikunu l-unika reazzjoni f'termini ta' politika għat-tibdil demografiku. Jeħtieġ li ħafna reġjuni jħejju reazzjoni konkreta mill-iktar fis għall-iżvilupp demografiku, billi jadattaw xi servizzi jew infrastruttura — il-miżuri tal-politika tal-familja, anke jekk siewja ħafna, idumu ma jkollhom impatt fuq l-iżvilupp demografiku. Barra minn hekk, f'ħafna reġjuni l-immigrazzjoni ta' żgħażagħ bi kwalifiki hija problema ikbar mir-rata baxxa ta' twelid fost dawk li jibqgħu fir-reġjun; |
|
20. |
jilqa' l-idea msemmija fil-Komunikazzjoni Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' “Alleanza għall-Familji” sabiex jitħeġġeġ l-iskambju ta' prattika tajba u tagħrif iktar komprensiv; jirrakkomanda madankollu b'urġenza li din l-“Alleanza għall-Familji” ma tiġix biss ikkunsidrata mil-lat taż-żieda fir-rati tat-twelid, iżda wkoll bħala strument ta' reazzjoni komprensiva għat-tibdil demografiku. Il-Kumitat tar-Reġjuni u l-korpi reġjonali u lokali li jaħdmu miegħu għandhom jiġu inklużi fil-ħidma dwar din l-Alleanza u jenfasizzaw li huma lesti li jikkollaboraw b'mod kostruttiv u jippreżentaw proposti għal żvilupp addizzjonali tal-politika Ewropea tal-ġenerazzjonijiet; |
|
21. |
jenfasizza d-differenzi reġjonali fit-tendenzi demografiċi. Ir-reġjuni li jinsabu fi proċess ta' tkabbir qegħdin jiġbdu fuq kollox liż-żagħżagħ, lin-nisa u lill-persuni li ġejjin mill-immigrazzjoni. F'dawn ir-reġjuni d-differenzi soċjali huma wkoll aggravati minn proċessi ta' segregazzjoni, li min-naħa jwasslu għal bżonn ikbar ta' integrazzjoni u min-naħa l-oħra jitolbu sforzi msaħħa sabiex tinbena u tittejjeb infrastruttura adattata għall-anzjani bil-għan li tiġi evitata esklużjoni soċjali eċċessiva; |
|
22. |
jagħraf li l-integrazzjoni ta' l-immigranti hija essenzjali għall-ġejjieni tas-soċjetà. Jassumi li, minkejja t-tisħiħ ta' l-isforzi fir-rigward ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex isir użu aħjar mill-potenzjal tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, ser ikun hemm bżonn ta' ħaddiema tas-sengħa minn pajjiżi barra l-Ewropa. Anke jekk il-kompetizzjoni għall-ħaddiema tas-sengħa hija importanti, din ser ikollha impatt limitat fuq l-iżvilupp demografiku; |
|
23. |
juri li r-reġjuni mhux biss qegħdin jiċkienu demografikament; qegħdin fuq kollox jitilfu ż-żgħażagħ (speċjalment fil-grupp ta' età ta' bejn l-20 u t-30 sena) u n-nisa, kif ukoll il-persuni b'livell għoli ta' edukazzjoni. Ir-reġjuni li qegħdin jiċkienu demografikament, bil-kontra ta' dawk li qegħdin jikbru, ma jiġbdux il-migrazzjoni minn ġewwa. B'hekk qegħdin jinbtu diversi problemi fir-reġjuni Ewropej fuq sfond ta' tendenzi uniformi fuq skala kbira; |
|
24. |
jiġbed l-attenzjoni f'dan il-kuntest lejn il-problema tal-ħtiġijiet futuri fil-qasam tal-kura. Ir-reġjuni li qegħdin jiċkienu demografikament qegħdin jitilfu l-popolazzjoni attiva tagħhom b'mod sproporzjonat. Id-dipendenza marbuta ma' l-età mhix qiegħda tiżdied b'mod omoġenu. Minflok, speċjalment minħabba l-bżonn ta' kura privata fid-dar, il-problema ta' l-emigrazzjoni taż-żgaħżagħ qiegħda taggrava l-problema tal-manteniment futur tal-persuni li jeħtieġu l-kura. L-għajnuna soċjali pprovduta mis-settur pubbliku jew minn entitajiet indipendenti għalhekk issir iktar importanti, b'mod partikolari fir-reġjuni fejn il-popolazzjoni qiegħda tiċkien; |
|
25. |
jikkunsidra li huwa neċessarju li wieħed jiffoka fuq it-tendenzi differenti li jeżistu fuq livell reġjonali u li jiġu żviluppati r-riżorsi ta' tagħrif neċessarji għall-evalwazzjoni ta' dawn it-tendenzi. It-tagħrif lokali, reġjonali u nazzjonali għandu jiġi ppreżentat b'mod simili. Dan il-ġbir ta' tagħrif għandu jsir regolarment bħala forma ta' “sorveljanza soċjo-demografika”. |
|
26. |
jenfasizza t-tendenza partikolari fl-Istati Membri ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fil-Länder il-ġodda tal-Ġermanja. L-effetti tat-tnaqqis fir-rata tat-twelid u tal-bidliet strutturali f'ċerti fatturi demografiċi huma ċari f'dawn ir-reġjuni; barra minn hekk, dan qiegħed iseħħ b'pass imgħaġġel. Dawn ir-reġjuni għaddejjin minn tibdiliet li għandhom iseħħu fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni Ewropej iktar 'il quddiem jew fuq skala iktar baxxa. Il-KtR jikkunsidra li l-appoġġ lil dawn ir-reġjuni, b'mod partikolari fil-qafas ta' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Reġjuni għat-Tibdil Ekonomiku, huwa mod adattat kif jista' jiġi inidirizzat it-tibdil demografiku fl-Ewropa; |
|
27. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kulturi minoritarji fl-Istati Membri; dawn il-minoritajiet jistgħu jkunu partikularment vulnerabbli għall-problemi kkawżati miċ-ċaqliq tal-popolazzjoni u t-tibdil demografiku fir-rigward tal-kultura tagħhom u l-kontinwazzjoni tal-lingwi tagħhom. Bidliet fl-istruttura tal-komunitajiet u tal-familji jwasslu għal bidliet fid-drawwiet u l-użu tal-lingwi, li l-komunitajiet għandhom jippjanaw u jippreparaw ruħhom għalihom; |
|
28. |
juri li l-isfida demografika attwali hija unika fl-istorja ta' l-Ewropa. Ma jeżistu l-ebda linji gwida ppruvati u ttestjati għas-soċjetajiet Ewropej li jistgħu jintużaw sabiex tiġi indirizzata din il-problema. S'issa l-uniku pajjiż li għadda minn esperjenza simili huwa l-Ġappun. Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa' l-approċċ miftuħ tal-Kummissjoni fir-rigward ta' din il-kwistjoni; |
|
29. |
jikkunsidra li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tikkonċentra wisq fuq il-kwistjoni ta' l-għomor tal-ħajja u l-konsegwenzi tiegħu. Il-kwistjoni daqstant importanti ta' kif għandhom jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta' tnaqqis fil-popolazzjoni u l-kwistjonijiet relatati ta' ristrutturazzjoni fir-reġjuni milquta ma tissemmiex. Anke jekk dawn il-kwistjonijiet għandhom prinċipalment jiġu indirizzati fuq livelli nazzjonali u reġjonali, jibqgħu, fil-qasam ta' l-infrastruttura, il-bażi ta' diskussjoni meħtieġa dwar l-użu tal-Fondi Strutturali; |
|
30. |
jikkunsidra f'dan il-kuntest li hemm bżonn li l-konċentrazzjoni sproporzjonata fuq it-tkabbir fl-istrateġiji Ewropej terġa' tiġi eżaminata. Reġjuni b'popolazzjoni li qiegħda tiċkien għandhom jadottaw strateġiji ta' żvilupp differenti. L-infrastruttura għandha tkun sostenibbli għal popolazzjoni iżgħar u l-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali għandhom jikkunsidraw il-bżonnijiet ta' numru iżgħar ta' persuni. Madankollu, dan ma jfissirx li l-investiment għandu jitbaxxa; ifisser pjuttost li jinħtieġ tip ta' investiment ieħor. L-iżvilupp ta' l-ekonomija u tas-soċjetà fuq sfond ta' popolazzjoni li qiegħda tonqos u ta' diskrepanzi reġjonali qawwijin huwa kwistjoni kwalitattiva iktar milli primarjament kwantitattiva. Dan ifisser li l-politika, li s'issa ffokat esklussivament fuq it-tkabbir, għandha wkoll tikkunsidra l-kontrazzjoni u r-rikostruzzjoni; |
|
31. |
jikkunsidra li l-kondizzjonijiet politiċi li ġejjin huma meħtieġa sabiex l-isfidi tat-tibdil demografiku jiġu indirizzati b'mod siewi:
|
|
32. |
jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu appoġġjati strateġiji adattati għar-reġjuni u ddifferenzjati sabiex jiġi pprovdut aċċess pubbliku mill-aqwa għas-servizzi ta' interess ġenerali kif ukoll għas-servizzi ta' l-informatika u l-komunikazzjoni u ta' l-edukazzjoni. |
|
33. |
jenfasizza li minħabba fit-tibdil demografiku l-istorja tad-dinja tax-xogħol għandha tiġi kkunsidrata b'mod differenti. In-negozju u l-gvern ser ikollhom jagħmlu użu ikbar mill-esperjenza tal-ħaddiema li huma iktar imdaħħla fiż-żmien. Huwa essenzjali li l-anzjani jkollhom flessibiltà ikbar fl-aħħar snin tal-ħajja tax-xogħol tagħhom. Inizjattivi bħax-xogħol mid-dar, is-siegħat tax-xoħol flessibbli u l-irtirar progressiv huma għażliet essenzjali li għandhom jiġu offruti għaliex jistgħu jħajjru lill-ħaddiema li huma kbar fl-età sabiex ikomplu jaħdmu għal żmien itwal. Is-soċjetajiet Ewropej, b'mod speċjali ż-żewġ lati ta' l-industrija, għandhom iħejju mudelli għat-tqassim tax-xogħol matul il-ħajja, sabiex joħolqu prospettivi aqwa għaż-żgħażagħ u jippromwovu l-impjiegi li huma adattati għall-ħaddiema iktar imdaħħla fiż-żmien. |
|
34. |
jappella għal enfasi ikbar fuq it-tagħlim matul il-ħajja bħala dritt u dmir tal-bniedem sabiex dan ikun jista' jadatta għat-talbiet ta' l-industrija u tas-soċjetà, li għaddejjin minn bidla kontinwa; |
|
35. |
jinnota li fir-reġjuni li qegħdin jiċkienu demografikament hemm bżonn li jiġu adattati s-servizzi ta' interess ġenerali, l-infrastruttura u l-ħajja soċjali skond il-popolazzjoni, u skond it-tibdil u t-tbaxxija tad-domanda. Il-problemi li jeżistu fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ta' l-aħħar mewġa ta' adeżjoni u fil-Ġermanja tal-lvant juru li politika bbażata fuq it-tnaqqis u r-ristrutturar ta' l-infrastruttura tista' taffettwa l-kompetittività tar-reġjuni; |
|
36. |
għalhekk jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu eżaminati mill-ġdid il-Fondi Strutturali u dawk ta' l-EAFRD fir-rigward tal-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil demografiku b'mod ġenerali. Għal din ir-raġuni jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fejn din timpennja ruħha sabiex il-Komunikazzjoni li għandha tadotta qabel l-aħħar ta' l-2008 u li għandha tinkludi proposti dwar kif il-bżonnijiet ta' popolazzjoni li qiegħda tixjieħ jiġu kkunsidrati b'mod iktar effettiv, tagħti attenzjoni speċjali lir-rwol tal-Fondi Strutturali f'dan il-qasam; |
|
37. |
jirrakkomanda f'dan il-kuntest li r-rwol tal-Fondi Strutturali u ta' l-EAFRD jkunu eżaminati, fost affarijiet oħra sabiex jiġi evalwat jekk dawn l-istrumenti humiex qegħdin jieħdu biżżejjed ħsieb tal-bżonnijiet tar-reġjuni li qegħdin jikbru kif ukoll ta' dawk li qegħdin jiċkienu. Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li din l-evalwazzjoni tiġi kkalkolata fiż-żmien b'tali mod li r-riżultati tagħha jkunu disponibbli sa l-ewwel nofs tal-perijodu ta' finanzjament. Il-KtR jistenna li l-Kumissjoni tiżgura li t-tibdil demografiku jingħata prijorità fi ħdan il-programmi/Interreg IVċ ta' l-Oġġettiv 3; |
|
38. |
tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ż-żoni urbani li qegħdin jirċievu numru kbir ta' migranti qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi kbar fir-rigward ta' l-integrazzjoni ta' diversi gruppi tal-popolazzjoni. L-effetti demografiċi għandhom impatt fuq il-gruppi ta' popolazzjoni fuq diversi livelli. L-integrazzjoni taż-żgħażagħ li ġejjin minn familji migranti hija kwistjoni kruċjali għall-ġejjieni tas-soċjetajiet Ewropej. Il-bidla mgħaġġla fl-istruttura demografika tad-diversi gruppi tal-popolazzjoni hija sfida partikolari għaż-żoni urbani; |
|
39. |
fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, jipproponi li problemi reġjonali u lokali tipiċi u tendenzi li jeħtieġu risposti u strateġiji differenti għandhom jiġu identifikati fuq livell Ewropew. L-istudji ta' każijiet mehmużin fl-anness jikkontribwixxu għal dan il-proċess. |
Brussell, 6 ta'Ġunju 2007.
Il-President
tal- Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELABARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-ġejjienni demografiku ta' l-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità |
|
Referenza(i) |
COM(2006) 571 finali |
|
Bażi legali |
Artikolu 265(1) tat-Trattat tal-KE |
|
Bażi proċedurali |
|
|
Data ta' referenza mill-Kunsill |
12.10.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-Bureau |
25.4.2006 |
|
Kummissjoni responsabbli: |
Kumitat għall-Politika Ekonomika u Soċjali (ECOS) |
|
Rapporteur |
Dr Gerd Harms, rappreżentant awtorizzat tar-Reġjun ta' Brandenburg għall-Affarijiet Federali u Ewropej u Segretarju ta' l-Istat fil-Kanċellerija Nazzjonali (DE/PES) |
|
Analiżi |
14.12.2006 |
|
Diskuss fil-kummissjoni |
2.2.2007 |
|
Data ta' adozzjoni mill-kummissjoni |
30.3.2007 |
|
Riżultat tal-vot fil-kummissjoni |
Adottata b'maġġoranza |
|
Data ta' adozzjoni fil-plenarja |
6./7.6.2007, seduta tas-6 ta' Ġunju 2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
Opinjoni dwar il-Green Paper Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet CdR 152/2005 fin (1)— COM(2005) 94 finali |
(1) ĠU C 115, 16.5.2006, p. 61.
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/7 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Pakkett dwar It-tkabbir (2006) — Il-kapaċità ta' integrazzjoni
(2007/C 197/02)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
iqis li l-“kapaċità ta' integrazzjoni” hija prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi determinat il-pass tal-proċess tat-tkabbir u mhux pretest sabiex l-adeżjoni ma sseħħx; huwa jqisha pjuttost bħala fattur essenzjali għat-trasparenza li l-ewwel u qabel kollox taffettwa l-UE u mbagħad lill-pajjiżi kandidati; |
|
— |
jemmen li l-ewwel u qabel kollox it-tkabbir ta' l-UE jfisser li jinqasam proġett politiku komuni, ibbażat fuq valuri u prinċipji, kif ukoll fuq politiki u istituzzjonijiet komuni, u għalhekk il-“kapaċità ta' integrazzjoni” għandha titqies bħala mezz kif jiġu mħarsa dawn il-prinċipji u l-valuri, dawn il-politiki u l-mod ta' ħidma ta' l-istituzzjonijiet komunitarji ħalli l-effett tal-proġett politiku komuni ma jonqosx mill-qawwa tiegħu, jeħtieġ għall-kuntrarju, li dan jissaħħaħ permezz ta' tkabbir suċċessiv; |
|
— |
ifakkar li, matul il-proċess tat-tkabbir, jeħtieġ li l-UE tibqa' tħares il-kapaċità tagħha li taġixxi u tieħu deċiżjonijiet permezz ta' l-implimentazzjoni ta' politiki komuni effettivi; għalhekk jeħtieġ li jkun hemm rabta bejn il-politika tat-tkabbir tagħha u l-kapaċità tagħha li tħares l-istruttura istituzzjonali, finanzjarja u politika speċifika tagħha. It-tkabbir m'għandux ikun il-kaġun li din l-istruttura tiddgħajjef u s-sinifikat u l-iskop inizjali m'għandhomx jitqiegħdu f'riskju; |
|
— |
jirrimarka li f'kull proċess tat-tkabbir, li diffiċli jseħħ taħt it-Trattati fl-istat attwali tagħhom, u b'mod partikolari mingħajr tibdil fit-Trattat ta' Nizza, kif ukoll taħt il-perspettivi finanzjarji attwali, l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha għandhom jintalbu jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex issir evalwazzjoni ta' kull tibdil li jista' jkun hemm; |
|
— |
jemmen li jkun pass siewi li jkun involut fir-riforma tas-sistema ta' l-iffinanzjar ta' l-UE, li għandha sseħħ b'mod parallel mal-proċess ta' riforma istituzzjonali; f'dan ir-rigward itenni li jinsab konvint li hija impossibbli li tinkiseb “aktar Ewropa” b'inqas riżorsi u jisħaq li huwa importanti ħafna għall-istruttura finanzjarja futura li jkun hemm konċentrazzjoni fuq is-setturi li jġibu valur miżjud Ewropew; |
I. Rakkomandazzjonijiet politiċi
Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006 — 2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE biex tintegra fi ħdanha membri ġodda
COM(2006) 649 finali
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
“Kapaċità ta' integrazzjoni” u t-tkabbir ta' l-UE
|
1. |
iqis li l-“kapaċità ta' integrazzjoni” hija prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi determinat il-pass tal-proċess tat-tkabbir u mhux pretest sabiex l-adeżjoni ma sseħħx; huwa jqisha pjuttost bħala fattur essenzjali għat-trasparenza li l-ewwel u qabel kollox taffettwa l-UE u mbagħad lill-pajjiżi kandidati; |
|
2. |
għalhekk jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006 li jikkunsidraw il-“kapaċità ta' integrazzjoni” bħala waħda mill-elementi prinċipali sabiex jinħoloq kunsens imġedded fost iċ-ċittadini dwar il-politika tat-tkabbir; |
|
3. |
ifakkar li l-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tintegra membri ġodda fi ħdanha hija riflessa b'mod partikolari f'dawn l-oqsma li ġejjin: fil-kapaċità finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea li timplimenta l-politiki tagħha, speċjalment il-politika agrikola komuni (PAK) u l-politika ta' koeżjoni jew fil-kapaċità tas-suq tax-xogħol li jassorbi ħaddiema ġodda mill-Istati Membri l-ġodda; u fil-kapaċità ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE li jaħdmu b'mod effettiv ma' numru akbar ta' Stati Membri kif indikat mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen; |
|
4. |
ifakkar li, matul il-proċess tat-tkabbir, jeħtieġ li l-UE tibqa' tħares il-kapaċità tagħha li taġixxi u tieħu deċiżjonijiet permezz ta' l-implimentazzjoni ta' politiki komuni effettivi; għalhekk jeħtieġ li jkun hemm rabta bejn il-politika tat-tkabbir tagħha u l-kapaċità tagħha li tħares l-istruttura istituzzjonali, finanzjarja u politika speċifika tagħha. It-tkabbir m'għandux ikun il-kaġun li din l-istruttura tiddgħajjef u s-sinifikat u l-iskop inizjali m'għandhomx jitqiegħdu f'riskju; |
|
5. |
jemmen li l-ewwel u qabel kollox it-tkabbir ta' l-UE jfisser li jinqasam proġett politiku komuni, ibbażat fuq valuri u prinċipji, kif ukoll fuq politiki u istituzzjonijiet komuni, u għalhekk il-“kapaċità ta' integrazzjoni” għandha titqies bħala mezz kif jiġu mħarsa dawn il-prinċipji u l-valuri, dawn il-politiki u l-mod ta' ħidma ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji ħalli l-effett tal-proġett politiku komuni ma jonqosx mill-qawwa tiegħu. Jeħtieġ ggħall-kuntrarju, li dan jissaħħaħ permezz ta' tkabbir suċċessiv; |
|
6. |
iqis li d-dibattitu attwali dwar il-“kapaċità ta' integrazzjoni” wasal tard għaliex imissu nżamm waqt in-negozjati dwar l-Agenda 2000 u wkoll immedjatament qabel kull tkabbir suċċessiv u matul in-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji (2007-2013); |
|
7. |
jenfasizza l-iżbilanċ eżistenti fil-mod kif id-dokument tal-Kummissjoni jippreżenta d-dibattitu dwar il-“kapaċità ta' integrazzjoni”, li aktar iqisha bħala responsabbiltà tal-pajjiżi kandidati milli ta' l-UE nnifisha; |
|
8. |
jirrimarka li f'kull proċess tat-tkabbir, li diffiċli jseħħ taħt it-Trattati fl-istat attwali tagħhom, u b'mod partikolari mingħajr tibdil fit-Trattat ta' Nizza, kif ukoll taħt il-perspettivi finanzjarji attwali, l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha għandhom jintalbu jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex issir evalwazzjoni ta' kull tibdil li jista' jkun hemm (per eżempju, fil-qasam tar-regoli tas-suq uniku, il-baġit u l-finanzi ta' l-UE jew it-tħaddim ta' l-istituzzjonijiet tagħha) li huwa meħtieġ sabiex żgur ikun suċċess; l-awtoritajiet reġjonali u lokali, flimkien mal-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili, għandhom rwol importanti x'jaqdu mil-lat ta' kemm is-soċjetà tkun lesta tilqa' dan it-tkabbir (il-kapaċità tas-soċjetà li tintegra fi ħdanha ċittadini Ewropej ġodda li għandhom l-istess valuri, u li bis-saħħa t'hekk tinħoloq identità u ċittadinanza komuni, bl-għan li titwettaq unjoni aktar mill-qrib bejn il-popolazzjonijiet Ewropej); |
|
9. |
għalhekk iqis li l-UE għandha tkun fi grad li tkun ċerta jekk il-“kapaċità ta' integrazzjoni” hijiex qiegħda tiġi rispettata matul in-negozjati ma' pajjiż kandidat, u li dan għandu jitwettaq fl-istess żmien li jkun qiegħed jiġi kkontrollat li l-kriterji ta' Kopenħagen ikunu rispettati mill-pajjiżi kandidati individwali u jaqbel mal-kritika li saret mill-Parlament Ewropew, fejn ġie konkluż li t-tweġiba tal-Kummissjoni ma kinitx adegwata għaliex tonqos li tipprovdi d-dettalji tan-negozjati attwali mil-lat tal-“kapaċità ta' integrazzjoni” u tonqos li telenka l-prinċipji li għandhom isostnu din id-definizzjoni; |
|
10. |
jistenna li, matul il-fażi preċedenti tat-tkabbir li jmiss, il-Kummissjoni tanalizza l-impatt tat-tkabbir fuq il-politiki differenti kkonċernati u l-finanzjament tagħhom, flimkien ma' l-istruttura istituzzjonali ta' l-Unjoni. Dan l-eżerċizzju għandu jinkludi wkoll analiżi tad-diversi proċessi ta' riforma li qegħdin iseħħu fil-pajjiżi kandidati, notevolment fir-rigward ta' involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess ta' adeżjoni u fir-rigward tad-diċentralizzazzjoni amministrattiva; |
|
11. |
jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet Komunitarji jsaħħu l-azzjonijiet immirati sabiex iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom ikollhom il-possibbilità li jesprimu u jaqsmu fil-pubbliku l-opinjonijiet tagħhom fir-rigward tal-proċess ta' integrazzjoni; |
|
12. |
f'dan l-isfond jemmen li analiżi dettaljata tal-futur tal-Politika ta' Koeżjoni hija kruċjali u li jkun għaqli li jkunu provduti simulazzjonijiet li jirriflettu d-diversi xenarji tat-tkabbir li huma possibbli; eżerċizzju dwar il-kapaċità ta' integrazzjoni ta' din ix-xorta, li jikkonċerna waħda mill-politiki l-aktar importanti ta' l-Unjoni mil-lat ekonomiku u soċjali u mil-lat tal-viżibilità tal-valur miżjud għaċ-ċittadini, għandu jitwettaq bi sħab miegħu; |
|
13. |
madanakollu huwa konxju tad-diffikultà li teżisti sabiex titkejjel il-“kapaċità ta' integrazzjoni” peress li min-natura tagħha din mhix statika, minħabba li l-mezzi maħluqa mill-Unjoni ħalli tikseb l-għanijiet tagħha jistgħu jinbidlu matul is-snin; għaldaqstant jitlob għal definizzjoni aktar ċara tal-kapaċità ta' integrazzjoni u kif din tista' titkejjel; |
|
14. |
jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokaligħandhom ikunu involuti direttament fil-monitoraġġ tal-politiki Ewropej speċifiċi li jaffettwawhom u fil-valutazzjonijiet ta' l-impatt rilevanti kull meta dawn jiġu emendati bħala riżultat tat-tkabbir. Dan huwa partikolarment importanti għar-reġjuni li qegħdin fil-fruntiera ma' pajjiżi kandidati; |
|
15. |
jappoġġja t-talba tal-Parlamet Ewropew sabiex ikun jista' jagħti l-kunsens tiegħu, mhux biss fl-aħħar tan-negozjati, iżda wkoll qabel dawn jibdew; |
|
16. |
itenni d-deċiżjoni tiegħu li jwaqqaf gruppi ta' ħidma (il-Balkani tal-punent, il-Kroazja u t-Turkija) bħala mod prattiku sabiex jgħin lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-pajjiżi kandidati fl-isforz tagħhom għal “capacity building” u sabiex jissaħħaħ id-djalogu politiku meħtieġ bejn l-UE u dawn il-pajjiżi; jittama wkoll illi dawn jiżviluppaw f'Kumitati Konsultattivi Konġunti, kif kien previst fid-diversi ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ħalli b'hekk ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-pajjiżi kandidati matul il-fażi tan-negozjati; |
|
17. |
jinsab konvint li d-dibattitu dwar il-“kapaċità ta' integrazzjoni” għandu jservi wkoll ta' kontinwazzjoni tad-djalogu fuq il-limiti ta' l-UE, peress li deċiżjoni meħuda sabiex it-tkabbir ma jkunx estiż għal pajjiż kandidat speċifiku jew għall-pajjiżi oħrajn li għamlu t-talba iżda li t-talba tagħhom ġiet irrifjutata timplika l-ewwelnett it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u t-tieninett, l-użu ta' approċċ funzjonali (kummerċ ħieles jew kooperazzjoni territorjali, per eżempju) li jwasslu għal żvilupp ta' forom ta' integrazzjoni divrenzjata u/jew ta' sħubijiet speċjali; |
Riforma istituzzjonali u finanzjarja
|
18. |
jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006, u min-naħa tiegħu jenfasizza l-bżonn li jiġu solvuti l-kwistjonijiet istituzzjonali qabel ma jkun hemm aktar tkabbir u qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ser jinżammu fl-2009; itenni s-sejħa tiegħu sabiex il-proċess ta' riforma jidentifika metodi ħalli l-proċeduri ta' teħid ta' deċizjonijiet ta' l-UE jkunu aktar effettivi u, fl-istess ħin titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-proċess leġislattiv Ewropew, filwaqt li jirrikonoxxi l-potezjal ta' gvernanza li taġixxi fuq ħafna livelli fl-Ewropa wara t-tkabbir; |
|
19. |
jemmen li jkun pass siewi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun involut fir-riforma tas-sistema ta' l-iffinanzjar ta' l-UE, li għandha sseħħ b'mod parallel mal-proċess ta' riforma istituzzjonali; f'dan ir-rigward itenni li jinsab konvint li hija impossibbli li tinkiseb “aktar Ewropa” b'inqas riżorsi; u jisħaq li huwa importanti ħafna għall-istruttura finanzjarja futura li jkun hemm konċentrazzjoni fuq is-setturi li jġibu valur miżjud Ewropew; |
Trasparenza u komunikazzjoni għall-kunsens pubbliku
|
20. |
jilqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza tan-negozjati għall-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-proċess tat-tkabbir u jitnaqqas id-distakk eżistenti bejn iċ-ċittadini u l-mexxejja politiċi tagħhom li huma marbutin li jagħmlu l-għażliet dwar l-adeżjoni u t-tkabbir, u jikkonsidra xieraq — bil-għan li jintlaħaq dan l-iskop u tissaħħaħ il-kwalità tan-negozjati — li s-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-pajjiżi kandidati għandhom ikunu involuti b'mod attiv fid-diversi stadji tal-proċess ta' adeżjoni, u li l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun involut fil-proċess ta' screening għall-kapitoli dwar il-politika ta' koeżjoni u d-diċentralizzazzjoni; |
|
21. |
jenfasizza li, sabiex tkun konsistenti ma' l-approċċ tagħha ta' trasparenza u onestà lejn iċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tipprovdi t-test tar-rapport annwali tagħha dwar il-pajjiżi kandidati għall-UE u dawk potenzjali fil-lingwi mitkellma miċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi, sabiex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' adeżjoni ħalli ċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw fid-dibattitu nazzjonali dwar id-dħul fl-UE; |
|
22. |
jenfasizza barra minn hekk li l-proċess ta' adeżjoni, kif inhu strutturat illum, ġeneralment jiġi impost minn fuq u mhuwiex neċessarjament suġġett għall-kontroll demokratiku tal-Parlament jew ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-pajjiżi kandidati, matul il-proċess ta' adeżjoni, u lanqas ma jinvolvi direttament liċ-ċittadini, lill-partiti politiċi, lis-soċjetà ċivili jew lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Din ir-realtà tfisser li:
|
|
23. |
jikkonsidra għalhekk li approċċ aktar parteċipattiv, anke permezz tal-ġemellaġġ — proċess li ta prova kemm huwa kruċjali sabiex il-popolazzjonijiet isiru jafu lil xulxin — jiffaċilita l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi kandidati, u jwassal sabiex il-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali jimplimentaw ir-riformi meħtieġa ta' l-amministrazzjoni u tal-ġustizzja; |
|
24. |
jappoġġja l-approċċ enfasizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni dwar ir-rwol li għandhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-qasam tal-komunikazzjoni, politika li għandha tkun diċentralizzata aktar bis-sħiħ u li għandha tkun miftuħa għall-kontribuzzjonijiet mis-soċjetà ċivili sabiex tiġġenera kunsens ta' l-opinjoni pubblika kemm fl-Istati Membri u kemm fil-pajjiżi kandidati, permezz tal-ħidma tagħhom sabiex jissaħħu t-trasparenza u r-responsabbiltà fil-proċess ta' tkabbir, ħalli b'hekk sakemm ikun possibbli dan il-proċess ikun wieħed konġunt; għaldaqstant japprova l-proposti tal-Kummissjoni, iżda fl-istess ħin mhux tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tonqos mir-responsabbiltajiet politiċi tagħha lejn il-politika ta' komunikazzjoni dwar it-tkabbir, u għalhekk jistedinha sabiex tħeġġeg lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jadottaw l-istrumenti neċessarji sabiex dan l-isforz konġunt ikun suċċess; |
|
25. |
jistieden lill-awtorità baġitarja ta' l-UE sabiex tagħti kontribut finanzjarju għall-isforz li l-awtoritajiet reġjonali u lokali ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati ta' l-UE jridu jagħmlu, waqt li jipprovdu fondi għall-kampanji ta' informazzjoni dwar it-tkabbir fuq livell reġjonali u lokali kif ukoll jappoġġjaw l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati fil-kompitu tagħhom li jwasslu l-messaġġ Ewropew. |
Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006 — 2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE biex tintegra fi ħdanha membri ġodda |
|
Referenzi |
COM(2006) 649 finali |
|
Bażi legali |
L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat tal-KE |
|
Bażi għal proċedura |
|
|
Data tar-referral tal-Kummissjoni |
8.11.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-Bureau |
25.4.2006 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Kooperazzjoni Diċentralizzata (RELEX) |
|
Rapporteur |
Is-Sur Isidoro Gottardo (IT/EPP), Membru tal-kunsill muniċipali ta' Sacile (PN) |
|
Nota ta' analiżi |
7.12.2006 |
|
Diskuss fil-kummissjoni |
25.1.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
29.3.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Adottata b'maġġoranza |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6 ta' Ġunju 2007 |
|
Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat tar-Reġjuni |
CdR 115/2006 fin (1), Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Il-Balkani tal-Punent fi triqithom lejn l-UE: it-tisħiħ ta' l-istabilità u t-tkattir tal-prosperità” COM(2006) 27 final Rapporteur is-Sur Franz Schausberger (AT/PPE), adottata fil-Plenarja tal-KtR l-14.6.2006 CdR 50/2006 fin (2), Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Djalogu tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Pajjiżi Kandidati” COM (2005) 290 final. Rapporteur is-Sur Isidoro Gottardo (IT/PPE), adottata fil-Plenarja tal-KtR, is-27.4.2006 CdR 499/2004 fin (3), Opinjoni dwar “Id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea mal-Kroazja” COM(2004) 275 final. Rapporteur is-Sur Isidoro Gottardo (IT/PPE), adottata fil-Plenarja tal-KtR, it-13.10.2005 CdR 495/2004 fin (4), Opinjoni dwar ir-“Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni” COM(2004) 656 final Rapporteur is-Sinjura Helene Lund (DK/PES), adottata fil-Plenarja tal-KtR, is-6.7.2005 |
(2) ĠU C 206, 29.8.2006, p. 23.
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/12 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Pakkett tat-tkabbir 2006 — Pajjiżi kandidati
(2007/C 197/03)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
ifakkar li t-tkabbir kien suċċess kbir għall-Unjoni Ewropea u għall-Ewropa kollha kemm hi u jinsisti fuq l-importanza ta' perspettiva reġjonali u lokali fir-rigward tal-proċess tat-tkabbir sabiex ikun hemm garanzija ta' stabilità interna, peress li d-demokrazija fil-livell l-aktar baxx hija element kruċjali f'dan ir-rigward; |
|
— |
jenfasizza l-importanza ta' rispett kostanti tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen u b'mod partikolari jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-minoranzi u d-drittijiet tat-trade unions u l-bżonn għal titjib fil-qafas istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
— |
jenfasizza li s-segwitu politiku tal-proċess tat-tkabbir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali huwa sfida prinċipali minħabba l-importanza li għandha din il-kwistjoni għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; Huwa għalhekk li ddeċieda li jwaqqaf grupp ta' ħidma dwar il-Kroazja u t-Turkija, li jinvolvi li jitħeġġeġ djalogu mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu definiti l-pożizzjonijiet politiċi tagħhom; |
|
— |
jilqa' l-progress miksub fir-rigward tal-kriterji politiċi u ekonomiċi fil-Kroazja, ta' l-acquis communautaire, kif ukoll ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u jinnota b'sodisfazzjon li l-awtoritajiet Kroati qegħdin jirrispettaw b'mod kostanti l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen; |
|
— |
jilqa' r-riformi konsiderevoli li ġew adottati mit-Turkija iżda jibqa' mħasseb minħabba li r-ritmu li bih kienu għaddejjin ir-riformi naqas u jerġa' jsostni li t-twaqqif ta' kumitat konsultattiv konġunt mat-Turkija jibqa' l-objettiv politiku tiegħu; |
|
— |
jilqa' l-progress kontinwu tar-riformi u l-fatt li l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tinsab fit-triq it-tajba li tissoddisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen, iżda jinnota li r-ritmu tar-riformi fl-2006 naqas. |
I. Rakkomandazzjonijiet politiċi
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006 — 2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE biex tintegra fi ħdanha membri ġodda
COM(2006) 649 finali
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
|
1. |
ifakkar li t-tkabbir suċċessiv mill-bidu kien ta' importanza ċentrali għall-proġett ta' kostruzzjoni Ewropea; |
|
2. |
jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-proċess tat-tkabbir għall-iżvilupp demokratiku u stabbli tal-pajjiżi fil-proċess ta' l-adeżjoni, għall-istabbilità tar-reġjun Ewropew u għas-sigurtà ta' l-Unjoni Ewropea. |
|
3. |
ifakkar li t-tkabbir kien suċċess kbir għall-Unjoni Ewropea u għall-Ewropa kollha kemm hi. Għen sabiex tingħeleb id-diviżjoni ta' l-Ewropa u kkontribwixxa għall-paċi u għall-istabbilità fil-kontinent kollu; |
|
4. |
jinsisti fuq l-importanza ta' perspettiva reġjonali u lokali fir-rigward tal-proċess tat-tkabbir u jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-politiki reġjonali u lokali sabiex ikun hemm garanzija ta' stabilità interna, peress li d-demokrazija fil-livell l-aktar baxx hija element kruċjali f'dan ir-rigward; |
|
5. |
jenfasizza li kull pajjiż li jixtieq jidħol membru fl-Unjoni Ewropea jrid jiġi evalwat skond il-merti proprji tiegħu u skond il-kapaċità tiegħu li jissoddisfa l-kriterji stretti li huma stabbiliti għall-adeżjoni; |
|
6. |
jenfasizza li gvernanza Ewropea tajba, ibbażata fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, tista' tinkiseb permezz ta' diċentralizzazzjoni mingħajr ma jiġi impost mudell uniformi; |
|
7. |
jindika li trasferiment ibbilanċjat tal-kompetenzi u tar-riżorsi finanzjarji lejn l-awtoritajiet diċentralizzati huwa essenzjali għall-eżerċizzju ta' demokrazija effettiva lokali u reġjonali; |
|
8. |
jitlob għal sforzi ta' kooperazzjoni u skambju ta' esperjenzi kif ukoll ta' prattiki tajbin miksuba fil-qafas tal-politika ta' qabel l-adeżjoni, li ġiet implimentata b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-Istati Membri ta' l-UE u tal-pajjiżi kandidati. |
Il-Kroazja
|
9. |
jilqa' l-progress miksub fir-rigward tal-kriterji politiċi u ekonomiċi, ta' l-acquis communautaire, kif ukoll ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u jinnota b'sodisfazzjon li l-pajjiżi qegħdin jirrispettaw b'mod kostanti l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen; |
|
10. |
jenfasizza li s-segwitu politiku tal-proċess tat-tkabbir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali huwa sfida prinċipali minħabba l-importanza li għandha din il-kwistjoni għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; Huwa għalhekk li l-Kumitat iddeċieda li jwaqqaf grupp ta' ħidma KtR/Kroazja, li jinvolvi li jitħeġġeġ djalogu mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu definiti l-pożizzjonijiet politiċi tagħhom; |
|
11. |
jindika li permezz ta' dan il-grupp ta' ħidma, il-Kumitat jixtieq jinkoraġġixxi djalogu permanenti mar-rappreżentanti politiċi tal-Kroazja. Barra minn hekk ser jinkoraġġixxi u jappoġġja l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-proċess tat-tkabbir fl-ibliet u r-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kroazja; |
|
12. |
jenfasizza li kooperazzjoni transkonfinali attiva bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tirrappreżenta wieħed mill-modi għall-iżvilupp tal-prosperità u ta' l-istabilità fil-Kroazja u fir-reġjuni tal-Balkani tal-Punent; |
|
13. |
japprova t-tħejjija ta' strateġija għar-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika u jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li jiġu indirizzati l-problemi ta' kapaċità fl-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali; |
|
14. |
jikkunsidra importanti li l-gvern beda jimplimenta strateġiji għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jilqa' l-fatt li l-Kroazja għamlet progress fil-kwistjonijiet tal-minoranzi u r-ritorn tar-rifuġjati; madankollu jenfasizza l-bżonn li l-pajjiż ikompli bl-isforzi tiegħu ta' riforma fl-oqsma kollha u jirrakkomanda li jiġi aċċellerat il-progress partikolarment għal dawn l-aħħar żewġ punti; |
|
15. |
jenfasizza l-importanza ta' gvernanza tajba demokratika u diċentralizzata meta jiġu indirizzati l-bżonnijiet taċ-ċittadini u jixħet dawl fuq ir-rwol sinjifikanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jitħaddmu politiki ta' riforma; |
|
16. |
jinnota b'sodisfazzjon li l-Kroazja kompliet tikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) u jenfasizza li huwa neċessarju li jkun hemm aktar progress fit-tħaddim tal-proċessi kontra r-reati tal-gwerra, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni tax-xhieda; |
|
17. |
jirrakkomanda li l-Kroazja tagħmel progress fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mas-swieq pubbliċi sabiex tassigura li jkunu disponibbli proċeduri trasparenti fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni; |
|
18. |
jilqa' l-iżviluppi riċenti fil-qasam tal-politika reġjonali u tal-koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali iżda jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-finanzjament Ewropew. |
It-Turkija
|
19. |
jilqa' r-riformi konsiderevoli li ġew adottati mit-Turkija iżda jibqa' mħasseb minħabba li r-ritmu li bih kienu għaddejjin ir-riformi naqas; |
|
20. |
jenfasizza li s-segwitu politiku tal-proċess tat-tkabbir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali huwa sfida prinċipali minħabba l-importanza li għandha din il-kwistjoni għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; Huwa għalhekk li l-Kumitat iddeċieda li jwaqqaf grupp ta' ħidma dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija, li jinvolvi notevolment li jiġi żviluppat djalogu mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu definiti l-pożizzjonijiet politiċi tagħhom; |
|
21. |
jerġa' jsostni li t-twaqqif ta' kumitat konsultattiv konġunt mat-Turkija jibqa' l-objettiv politiku tiegħu; |
|
22. |
jindika li permezz ta' dan il-grupp ta' ħidma, il-Kumitat jixtieq jinkoraġġixxi djalogu permanenti mar-rappreżentanti politiċi tat-Turkija. Barra minn hekk il-grupp ta' ħidma ser jinkoraġġixxi u jappoġġja l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-proċess tat-tkabbir fl-ibliet u r-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea u tat-Turkija; |
|
23. |
jenfasizza l-importanza ta' rispett kostanti tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen u b'mod partikolari jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-minoranzi u d-drittijiet tat-trade unions u l-bżonn għal titjib fil-qafas istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
24. |
jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza tad-demokrazija fl-aktar livell baxx u r-rwol prinċipali li għandu jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki; |
|
25. |
jenfasizza l-importanza ta' l-amministrazzjonijiet lokali u r-rwol fundamentali tal-kunsilli muniċipali; |
|
26. |
jilqa' l-progress riċenti li seħħ fil-ħolqien ta' post ta' medjatur (ombudsman) responsabbli mit-tilwim fl-amministrazzjoni pubblika; |
|
27. |
jenfassiza li t-titjib tal-qafas legali li jirregola s-swieq pubbliċi huwa essenzjali sabiex tiġi assigurata gvernanza lokali trasparenti u responsabbli li tippermetti l-provvista tas-servizzi essenzjali liċ-ċittadini; |
|
28. |
jinnota b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-liġi li tistabbilixxi l-aġenziji ta' żvilupp reġjonali u jissuġġerixxi li jittejbu t-trasparenza u r-responsabilità fil-ġestjoni ta' l-aġenziji. |
Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
|
29. |
jilqa' l-progress kontinwu tar-riformi u l-fatt li l-ex Repubblika tal-Maċedonja tinsab fit-triq it-tajba li tissoddisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen, iżda jinnota li r-ritmu tar-riformi fl-2006 naqas; |
|
30. |
jinnota b'sodisfazzjon li l-elezzjonijiet ta' Lulju 2006 tmexxew b'mod ġenerali skond l-istandards internazzjonali; madankollu jenfasizza li hemm bżonn ta' sforzi sinjifikanti sabiex jiġu indirizzati l-irregolaritajiet li fadal u sabiex ikun hemm konformità totali ma' dawn l-istandards matul l-elezzjonijiet li jmiss; |
|
31. |
jirrakkomanda li jsiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u sabiex jiġu assigurati t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fil-livelli kollha u li r-riformi tal-pulizija u tas-sistema ġudizzjarja jiġu implimentati; |
|
32. |
jenfasizza l-importanza ta' l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Ohrid; |
|
33. |
jinsisti fuq l-importanza tad-demokrazija fil-livell l-aktar baxx u jenfasizza r-rwol importanti li jistgħu jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali speċjalment sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni korretta tal-liġijiet li jirregolaw il-protezzjoni tal-minoranzi u sabiex jippromovu l-eżistenza ta' relazzjonijiet tajbin bejn il-gruppi etniċi differenti; |
|
34. |
jilqa' l-implimentazzjoni tal-Liġi ta' l-2000 dwar l-Uffiċjali Pubbliċi u l-isforzi riċenti ta' diċentralizzazzjoni u jinkoraġġixxi l-awtoritajiet muniċipali sabiex ikunu proattivi ħalli jaċċertaw li d-drittijiet u l-kompetenzi tagħhom jiġu rispettati; |
|
35. |
jenfasizza li huwa neċessarju li jiġu garantiti l-indipendenza u l-professjonaliżmu ta' l-amministrazzjoni; |
|
36. |
isejjaħ lill-gvern sabiex jagħmel l-isforzi konsiderevoli li huma meħtieġa sabiex il-liġi dwar l-iżvilupp reġjonali tikkonforma ma' l-acquis communautaire u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva f'dan il-qasam bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni effikaċja tal-politika reġjonali; |
|
37. |
jilqa' t-tnedija tan-negozjati sabiex jitħaffu l-proċeduri ta' l-għotja tal-visas u dwar l-ammissjoni mill-ġdid mal-pajjiżi kollha tar-reġjun bil-għan li dawn in-negozjati jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr. Il-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet ser tippromovi l-kuntatti interpersonali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u żżid il-possibilitajiet ta' l-ivvjaġġar, b'mod partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa; |
|
38. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu l-passi neċessarji sabiex tistabbilixxi bażi ġuridika li permezz tagħha jkun jista' jitwaqqaf kumitat konsultattiv konġunt bejn il-KtR u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006 — 2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE sabiex tintegra fi ħdanha membri ġodda |
|
Referenzi |
COM(2006) 649 finali |
|
Bażi legali |
L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat tal-KE |
|
Bażi għal proċedura |
|
|
Data tar-referral tal-Kummissjoni |
8.11.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-Bureau |
25.4.2006 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Kooperazzjoni Diċentralizzata (RELEX) |
|
Rapporteur |
Is-Sur Antti Liikkanen, (FI/PSE) — Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Rovaniemi |
|
Nota ta' analiżi |
7.12.2006 |
|
Diskuss fil-kummissjoni |
25.1.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
29.3.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
L-emenda ġiet adottata unanimament. Proċedura simplifikata Artikolu 26 |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6 ta' Ġunju 2007 |
|
Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat |
CdR 50/2006 fin (1), Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Djalogu tas-Soċjetà Ċ ivili bejn l-UE u l-Pajjiżi Kandidati ” COM (2005) 290 finali — rapporteur: Is-Sur Isidoro Gottardo (IT/PPE) — adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR nhar is-27.4.2006. CdR 499/2004 fin (2), Opinjoni dwar il-Proposta għal deċ iżjoni tal-Kunsill dwar il-prin ċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea mal-Kroazja COM(2004) 275 finali — rapporteur: Is-Sur Isidoro Gottardo (IT/PPE) — adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR nhar it-13.10.2005. CdR 495/2004 fin (3), Opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni COM(2004) 656 finali — rapporteur: Is-Sinjura Helene Lund (DK/PSE) — adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR nhar is-6.7.2005. |
(1) ĠU C 206, 29.8.2006, p. 23.
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/16 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Pakkett tat-tkabbir 2006 — Pajjiżi pre-kandidati Għall-adeżjon
(2007/C 197/04)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jemmen li l-ġejjieni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-Unjoni Ewropea, u jagħraf li l-progress li wettqu dawn il-pajjiżi kandidati potenzjali fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-pjan ta' direzzjoni dwar it-twettiq tal-prospettiva Ewropea tagħhom; |
|
— |
jagħraf ukoll li, fuq il-bażi ta' osservazzjoni realistika tas-sitwazzjoni attwali u minkejja l-progress li sar, għad hemm numru ta' problemi serji fl-oqsma essenzjali tal-politika u ta' l-ekonomija kif ukoll fir-rigward tas-soċjetà ċivili, u li s-soluzzjoni tagħhom titlob sforzi konsiderevoli min-naħa tal-partijiet involuti kollha; |
|
— |
jixtieq ukoll jenfasizza li r-rata ta' l-adeżjoni tal-pajjiżi potenzjalment kandidati għall-adeżjoni fl-UE ser tiddependi b'mod partikulari mir-riżultati tal-proċessi ta' riforma fid-diversi pajjiżi. Fl-istess ħin hemm bżonn li tiġi kkunsidrata wkoll il-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-UE; |
|
— |
jenfasizza f'dan il-kuntest li din m'hijiex sempliċement 'kwistjoni teknika': il-kapaċità ta' integrazzjoni m'hijiex biss kwistjoni ta' kapaċità tal-ħidma istituzzjonali tajba ta' l-UE iżda dejjem tiddependi wkoll mill-appoġġ poltiku tal-pubbliku fl-Istati Membri għad-deċiżjonijiet li jittieħdu; |
|
— |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li filwaqt li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Balkani hija soda fl-oqsma tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, il-privatizzazzjoni, ir-riforma tal-leġislazzjoni u l-promozzjoni ta' l-investimenti barranin, għad m'hemmx qafas ta' kooperazzjoni fuq il-livelli reġjonali u lokali. Il-grupp ta' ħidma “Balkani tal-Punent” twaqqaf mill-Kumitat tar-Reġjuni fi Frar 2006 bil-għan li joħloq dan il-qafas ta' kooperazzjoni u jagħti importanza ikbar lill-iżvilupp ekonomiku tal-Balkani fl-aġenda politika ta' l-UE; |
|
— |
jfakkar li s-sorveljanza tal-proċess ta' tkabbir fuq il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali hija sfida ewlenija minħabba l-importanza ta' din il-kwistjoni għall-ġejjieni ta' l-UE u l-bżonn li jkun hemm l-istabilità fil-Balkani tal-Punent; għalhekk, kien importanti ferm li l-Kumitat tar-Reġjuni joħloq dibattitu mmirat lejn l-iżvilupp ta' dan il-proċess, u li jiffavorixxi d-djalogu ma' l-atturi involuti kollha sabiex tkun tista' titfassal pożizzjoni politika. |
I. Rakkomandazzjonijiet ta' politika
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006-2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE sabiex tintegra fi ħdanha membri ġodda
COM(2006) 649 finali
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Strateġija ta' tkabbir u sfidi ewlenin
|
1. |
jemmen li l-ġejjieni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-Unjoni Ewropea, u jagħraf li l-progress li wettqu dawn il-pajjiżi kandidati potenzjali fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-pjan ta' direzzjoni dwar it-twettiq tal-prospettiva Ewropea tagħhom; |
|
2. |
jagħraf ukoll li, fuq il-bażi ta' osservazzjoni realistika tas-sitwazzjoni attwali u minkejja l-progress li sar, għad hemm numru ta' problemi serji fl-oqsma essenzjali tal-politika u ta' l-ekonomija kif ukoll fir-rigward tas-soċjetà ċivili, u li s-soluzzjoni tagħhom titlob sforzi konsiderevoli min-naħa tal-partijiet involuti kollha; |
|
3. |
jappella bil-qawwi sabiex jiġi implimentat il-proċess ta' riforma meħtieġ għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun kollu kemm hu; fl-istess ħin il-Kumitat jaf bid-dilemma li toħloq għall-kandidati potenzjali l-prospettiva ta' adeżjoni fuq perijodu twil: iktar ma jitbiegħed l-għan ta' adeżjoni, iktar jikber ir-riskju li l-proċess ta' riforma jitlef id-dinamika tiegħu. Iżda dan m'għandux jikkontribwixxi għal flessibilità żejda tal-kriterji ta' sħubija jew li ma jiġix applikat il-prinċipju tal-kondizzjonalità stretta; jinnota li s-soluzzjoni tinsab fit-tnedija ta' numru ikbar ta' inċentivi u appoġġ ikbar sabiex il-proċess ta' riforma jitkompla fuq il-livelli kollha; |
|
4. |
jilqa' l-miżuri kollha ta' l-UE li jservu sabiex il-pajjiżi individwali jistabilizzaw ruħhom fl-iżvilupp tagħhom, b'mod speċjali fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u permezz tat-twaqqif ta' strutturi amministrattivi effiċjenti, li għandu wkoll ikollhom dimensjoni reġjonali u lokali; jilqa' f'dan il-kuntest il-miżuri kollha ta' l-UE li jappoġġjaw l-iżvilupp awtonomu ta' kooperazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun; |
|
5. |
jixtieq ukoll jenfasizza li l-pass ta' l-adeżjoni tal-pajjiżi potenzjalment kandidati għas-sħubija fl-UE ser jiddependi b'mod partikulari mir-riżultati tal-proċessi ta' riforma fid-diversi pajjiżi. Fl-istess ħin hemm bżonn li tiġi kkunsidrata wkoll il-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-UE; |
|
6. |
jenfasizza f'dan il-kuntest li din m'hijiex sempliċement 'kwistjoni teknika': il-kapaċità ta' integrazzjoni m'hijiex biss kwistjoni tal-ħidma istituzzjonali tajba ta' l-UE iżda dejjem tiddependi wkoll mill-appoġġ tal-pubbliku fl-Istati Membri għad-deċiżjonijiet meħuda; u jfakkar lill-mexxejja ta' l-UE fl-importanza li jisimgħu lill-pubbliku, u fl-istess ħin ifakkar fl-importanza tal-ħiliet tat-tmexxija sabiex jiġi assigurat l-appoġġ pubbliku għal tkabbir addizzjonali meta l-evalwazzjoni globali tat-tkabbir tkun pożittiva; |
|
7. |
jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet Komunitarji jsaħħu l-azzjonijiet immirati sabiex iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom ikollhom il-possibilità li jesprimu u jaqsmu fil-pubbliku l-opinjonijiet tagħhom fir-rigward tal-proċess ta' tkabbir. |
|
8. |
fl-istess ħin jagħraf l-importanza, il-ġid u l-valur li l-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi u l-popolazzjonijiet individwali tal-Balkani tal-Punent ser iġibu lill-UE; |
|
9. |
jappoġġja, f'dan il-kuntest, l-isforzi kollha li jsiru sabiex il-proċessi ta' pre-adeżjoni u adeżjoni jitkomplew b'konformità stretta mal-kriterji stabbiliti u — b'ħarsa lejn il-konsegwenzi potenzjali fuq il-politiki komuni — sabiex dawn il-proċessi jkunu kemm jista' jkun trasparenti u b'hekk iħejju t-triq għal dibattitu politiku wiesa' dwar it-tkabbir futur ta' l-Unjoni. Dan huwa l-uniku mezz kif tista' tintlaħaq l-approvazzjoni indispensabbli ta' l-opinjoni pubblika. Il-Kumitat tar-Reġjuni (u l-membri tiegħu) ser jieħu sehem attiv f'dan id-dibattitu, filwaqt li jżomm f'moħħu li l-ġejjieni tal-Balkani tal-Punent m'huwa xejn inqas minn test kruċjali għall-idea Ewropea fiha nnifisha; |
|
10. |
iħeġġeġ lill-atturi kollha tar-reġjun sabiex jieħdu sehem attiv u kostruttiv fit-tfassil ta' soluzzjoni għall-problemi kontroversjali li għadhom ta' tfixkil għat-tnedija ta' perspettiva komuni; naturalment, il-kwistjoni tal-Kosovo hija ta' importanza kruċjali billi din tolqot lir-reġjun kollu; |
|
11. |
jappella sabiex fil-perijodu ta' pre-adeżjoni jittieħdu miżuri adegwati li, mingħajr ħsara għall-possibilità ta' adeżjoni, minn banda jikkontribwixxu sabiex jittejbu konsiderevolment il-prospettivi ta' żvilupp kostruttiv tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent milquta, u mill-banda l-oħra jtejbu wkoll il-proċess tal-pre-adeżjoni permezz ta' passi prattiċi; |
|
12. |
jagħraf f'dan il-kuntest l-importanza li l-popolazzjoni tal-Balkani tal-Punent tagħti lil-prospettivi ta' l-iffaċilitar tal-proċeduri ta' l-għotja tal-visa u jisħaq ix-xewqa li b'hekk jippromovi l-kuntatt dirett bejn il-popolazzjonijiet, li jiġi stimolat ukoll permezz ta' tkabbir fin-numru ta' boroż ta' studju għall-istudenti u għall-ħaddiema żgħażagħ tar-reġjun; |
|
13. |
jappoġġja l-applikazzjoni ta' miżuri adattati għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni transkonfinali u inter-reġjonali ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri ta' l-UE kif ukoll l-inizjattivi fil-qasam tal-kooperazzjoni interstatali fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, li għandhom ikopru l-ikbar numru ta' setturi possibbli; |
|
14. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li filwaqt li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Balkani hija soda fl-oqsma tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, il-privatizzazzjoni, ir-riforma tal-leġislazzjoni u l-promozzjoni ta' l-investimenti barranin, għad m'hemmx qafas ta' kooperazzjoni fuq il-livelli reġjonali u lokali. Il-grupp ta' ħidma “Balkani tal-Punent” twaqqaf mill-Kumitat tar-Reġjuni fi Frar 2006 bil-għan li joħloq dan il-qafas ta' kooperazzjoni u jagħti importanza ikbar lill-iżvilupp ekonomiku tal-Balkani fl-aġenda politika ta' l-UE; |
|
15. |
ifakkar li s-sorveljanza tal-proċess ta' tkabbir fuq il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali hija sfida ewlenija minħabba fl-importanza ta' din il-kwistjoni għall-ġejjieni ta' l-UE u l-bżonn li jkun hemm l-istabilità fil-Balkani tal-Punent. Għalhekk, kien importanti ferm li l-Kumitat tar-Reġjuni joħloq dibattitu mmirat lejn l-iżvilupp ta' dan il-proċess, u li jiffavorixxi d-djalogu ma' l-atturi involuti kollha sabiex tkun tista' titfassal pożizzjoni politika; |
|
16. |
jenfasizza li permezz tat-twaqqif ta' dan il-grupp ta' ħidma, il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jippromovi d-djalogu mar-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ser jippromovi u jappoġġja wkoll, l-awtoritajiet lokali u r-reġjuni ta' l-UE u tal-Balkani tal-Punent, l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-proċess tat-tkabbir; |
L-Albanija
|
17. |
jenfasizza li għad hemm bżonn li jsiru sforzi kbar sabiex jissaħħu l-istrutturi territorjali bil-għan li jitqawwa l-iżvilupp tad-demokrazija lokali; ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoniamministrattivi m'għandhomx ikunu ta' ħsara għall-amministrazzjoni reġjonali u lokali, għandhom pjuttost isaħħuhom; |
|
18. |
jfaħħar il-progress li sar fil-qasam tal-ħarsien tal-minoranzi u fl-istess ħin jesprimi t-tħassib tieġħu fir-rigward tan-nuqqas a' riżorsi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni. Jinħtieġ titjib b'mod partikulari fir-rigward ta' l-iktar membri dgħajfa tas-soċjetà bħal per eżempju t-tfal Roma. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu l-persuni inkarigati mill-applikazzjoni tal-liġi korrispondenti fuq il-livelli lokali u reġjonali, partikularment f'dan il-qasam; |
|
19. |
jilqa', fil-kuntest ta' l-abbozz ta' opinjoni attwali dwar l-iffinanzjar tal-komunitajiet, il-miżuri kollha li jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-finanzi allokati fuq il-livelli lokali u reġjonali u għall-estenzjoni ta' l-iskop tagħhom fir-rigward tal-promozzjoni ta' investimenti fuq il-livelli lokal u reġjonali; |
|
20. |
jilqa' t-titjib tas-servizz pubbliku, b'mod speċjali fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku (li huwa wkoll is-suġġett ta' abbozz ta' opinjoni li qiegħed jiġi kkunsidrat bħalissa fil-Parlament), li s'issa ftit li xejn kienet trasparenti, u jissuġġerixxi li l-livelli lokali u reġjonali jiġu inkorporati iktar fit-tfassil tar-regolamenti; |
|
21. |
jilqa' t-titjib notevoli tas-sitwazzjoni ekonomika u jistenna sforzi addizzjonali sabiex jiġu rrispettati l-impenji mfissra fil-ftehim ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ta' l-2006; |
|
22. |
fid-dawl tar-riżultati ta' l-elezzjoni lokali tat-18 ta' Frar 2007, jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni ta' l-OSCE u jitlob li fil-ġejjieni jsiru sforzi ikbar sabiex l-elezzjonijiet isiru b'konformità ma' l-istandards internazzjonali; |
|
23. |
jilqa' l-progress li sar fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u jistenna sforzi addizzjonali għat-titjib tagħhom. |
Il-Bożnja u Ħerzegovina
|
24. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jsiru riformi kostituzzjonali u li jiġu implimentati l-obbligazzjonijiet tal-ftehim ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ma' l-UE sabiex il-proċess ta' l-adeżjoni jkun jista' jitkompla fix-xhur li ġejjin; |
|
25. |
jappoġġja l-miżuri kollha li jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tal-Bożnja u Ħerzegovina, u jagħti importanza partikulari lit-tisħiħ tad-demokrazija lokali f'dawn iż-żewġ entitajiet. F'dan il-kuntest, it-titjib tal-kondizzjonijiet politiċi fuq il-post għandu jikkontribwixxi b'mod qawwi għall-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali; |
|
26. |
jilqa' l-progress li sar fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tad-drittijiet tal-bniedem utal-ħarsien tal-minoranzi, u jappella sabiex is-sforzi li saru f'dan il-qasam sal-lum ikomplu jissaħħu. Demokrazija lokali vivaċi u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili jistgħu jagħtu kontribuzzjoni siewja f'dan il-qasam; |
|
27. |
jappella bil-qawwi sabiex ikun hemm kooperazzjoni intensiva mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' l-Aja; |
|
28. |
jappoġġja l-miżuri kollha li jikkontribwixxu sabiex jinħoloq suq intern ta' veru ġewwa l-pajjiż, u jikkunsidra li l-attivitajiet fuq il-livell lokali jistgħu jkunu tassew siewja f'dan il-qasam; |
|
29. |
għalhekk jappella għal tisħiħ istituzzjonali u finanzjarju fuq dan il-livell, li għandu jimxi id f'id ma' l-implimentazzjoni ta' amministrazzjoni effikaċi; |
|
30. |
jappella għal sforzi ġenwini miż-żewġ entitajiet għal kooperazzjoni kostruttiva u jilqa' r-riżultati li kisbu l-organizzazzjonijiet non governattivi u entitajiet oħra li ma jaħdmux għall-profitt fil-qafas ta' l-istrateġija l-ġdida għall-iżvilupp ta' l-awtonomija lokali. |
Il-Montenegro
|
31. |
jagħraf l-isforzi li għamel il-pajjiż wara li kiseb l-indipendenza sabiex jibni strutturi statali ġodda, u jilqa' l-progress li diġà sar f'dan ir-rigward; |
|
32. |
jilqa' fuq kollox l-implimentazzjoni ta' riforma ta' l-awtoritajiet lokali, li bdiet permezz ta' numru ta' abbozzi ta' liġijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-programm ta' ħidma favur awtonomija amministrattiva mtejba; |
|
33. |
jilqa' wkoll il-proġett tal-gvern li joħloq korp ta' koordinazzjoni għas-sorveljanza tal-proċess ta' diċentralizzazzjoni bil-kompitu li jikkjarifika l-kompetenzi u l-qafas finanzjarju tagħhom; |
|
34. |
fl-aħħar jilqa' l-kodiċi ta' etika l-ġdid għall-uffiċjali tal-gvern, li jgħodd ukoll għall-ħaddiema tal-korpi amministrattivi lokali. Dan għandu jikkontribwixxi sabiex, fil-qafas tar-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika, jitpatta għan-nuqqasijiet li għad hemm fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; |
|
35. |
jagħraf il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jilqa' l-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' l-Aja. |
|
36. |
jappella għal miżuri qawwijin għall-ħarsien tad-drittijiet tal-minoranzi. Is-sitwazzjoni tar-Roma u tar-rifuġjati teħtieġ attenzjoni speċjali. |
Is-Serbja
|
37. |
jfakkar, b'konformità ma' l-Opinjoni li fassal dwar il-Balkani tal-Punent f'Ottubru 2006, li l-Unjoni Ewropea tagħti merħba lil dawn il-pajjiżi kollhau jikkonferma li ser ikompli joffri l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi; |
|
38. |
huwa ddispjaċut bir-rifjut tal-Parlament Serb tal-proġett ippreżentat min-negozjatur tan-Nazzjonijiet Uniti Martti Ahtisaari dwar l-istatus futur tal-Kosovo, u jispera li permezz tan-negozjati li qed isiru tinstab soluzzjoni kostruttiva li tissodisfa lill-partijiet kollha; jistieden lill-awtoritajiet Serbi sabiex jieħdu sehem attiv u kostruttiv fil-konsultazzjonijiet immirati lejn is-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-Kosovo; |
|
39. |
jilqa' l-progress li sar fl-iżvilupp u t-titjib ta' l-amministrazzjoni pubblika u jħeġġeġ sforzi simili oħra sabiex jinħolqu strutturi amministrattivi deċentralizzati u lokali fl-ispirtu tal-prinċijpju ta' sussidjarjetà; |
|
40. |
jirrakkomanda lill-Kummissjoni li, fil-qafas ta' l-appoġġ tagħha għat-tisħiħ ta' l-amministrazzjoni, tagħti attenzjoni partikulari lill-kapaċitajiet ta' l-awtoritajiet lokali, b'mod speċjali sabiex tistimola l-applikazzjoni tal-liġi u t-titjib tal-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u lokali; |
|
41. |
iħeġġeġ lis-Serbja sabiex tirratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-awtonomija lokali mill-iktar fis possibbli; |
|
42. |
jilqa' l-progress li sar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jappella għal sforzi msaħħa f'dan il-qasam; |
|
43. |
jappella bil-qawwi sabiex ikun hemm kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' l-Aja; |
|
44. |
jilqa' l-progress notevoli li sar fil-qafas tan-negozjati dwar l-iffaċilitar tal-proċeduri ta' l-għoti tal-visa u l-ammissjoni mill-ġdid. |
Il-Kosovo
|
45. |
jilqa' l-isforzi tar-rappreżentant speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Martti Ahtisaari sabiex jiġi ddeterminat l-istatus futur tal-Kosovo, u jenfasizza l-bżonn li tinstab soluzzjoni durabbli għall-kwistjoni ta' l-istatus li tħares id-drittijiet tal-popolazzjoni sħiħa tal-Kosovo; |
|
46. |
jistieden lill-awtoritajiet ta' Pristina sabiex jieħdu sehem attiv u kostruttiv fil-konsultazzjonijiet immirati lejn is-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-Kosovo; |
|
47. |
jilqa' l-progress li sar fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jagħraf l-isforzi li saru fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħarsien tal-minoranzi, u jappella għat-tisħiħ ta' dawn l-isforzi; |
|
48. |
jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Kosovo fasslu programm ta' qafas dwar ir-riforma ta' l-amministrazzjoni lokali bil-għan li jittejbu s-sigurtà u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien fil-muniċipalitajiet; |
|
49. |
jenfasizza li minkejja l-progress kollu li sar, il-kapaċitajiet amministrattivi lokali għadhom dgħajfa wisq, kemm fir-rigward ta' l-amministrazzjoni kif ukoll fil-qasam ta' l-ippjanar strateġiku. |
Brussell, is-6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006-2007 li tinkludi rapport speċjali dwar il-kapaċità ta' l-UE sabiex tintegra fi ħdanha membri ġodda |
|
Referenzi |
COM(2006) 649 finali |
|
Bażi legali |
L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat tal-KE |
|
Bażi għal proċedura |
|
|
Data tar-referral tal-Kummissjoni |
8.11.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-Bureau |
25.4.2006 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Kooperazzjoni Diċentralizzata (RELEX) |
|
Rapporteur |
Is-Sur Wolfgang Gibowski (DE/EVP), Segretarju ta' l-Istat, Rappreżentant awtorizzat tal-Land ta' Niedersachsen għall-Istat Federali |
|
Nota ta' analiżi |
7.12.2006 |
|
Analiżi fil-kummissjoni |
25.1.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
29.3.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Adottat mill-maġġoranza |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6.6.2007 |
|
Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat |
CdR 115/2006 fin (1)— Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Balkani tal-Punent fi triqithom lejn l-UE: it-tisħiħ ta' l-istabilità u t-tkattir tal-prosperità” COM(2006) 27 finali Rapporteur: Franz Schausberger (AT/EVP), adottata fis-sessjoni plenarja ta' l-14 ta' Ġunju 2006 |
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/21 |
Opinjoni ta' prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-kontribut ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali għall-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli
(2007/C 197/05)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jirrakkomanda, li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 99 u 128 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea, li li huma l-bażi taċ-ċiklu triennali tal-politiki u tat-tfassil tad-direzzjonijiet integrati għall-politiki ekonomiċi u ta' l-okkupazzjoni, jiġu implimentati flimkien ma' dawk ekonomiċi u soċjali, f'qafas kumplessiv li jinkludi aspetti ambjentali u istituzzjonali kif ukoll ekonomiċi u soċjali fil-pakkett integrat ta' linji ta' gwida, sabiex l-SŻS tkun tista' tiżviluppa fil-prattika t-trasversalità u n-natura fundamentali ta' l-iżvilupp sostenibbli; kif ukoll ekonomiċi u soċjali fil-pakkett integrat ta' linji ta' gwida; |
|
— |
jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħloq kooperazzjoni aktar b'saħħitha meta tiġi sabiex tivvaluta l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu lill-politiki ta' sostenibbiltà, bħala parti minn sħubija istituzzjonali pluriennali; |
|
— |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea li tipproponi politiki adegwati, li jakkumpanjaw il-mekkaniżmi ta' regolamentazzjoni tas-suq u l-politika fiskali ambjentali, bħall-iffissar ta' limiti fuq il-produzzjoni ta' xi sustanzi li jniġġsu jew l-użu ta' ċerti riżorsi, inkluż fl-agrikoltura u s-sajd. Fir-rigward ta' din ta' l-aħħar hemm bżonn urġenti li jiġu eliminati d-distorsjonijiet fis-suq maħluqa minn sussidji li jiffavorixxu produzzjonijiet jew prodotti li għandhom impatt qawwi jew li huma ta' periklu kbir fuq l-ambjent; |
|
— |
jemmen li l-istrateġija trid tispeċifika li l-objettiv aħħari li tinħal ir-rabta bejn tkabbir ekonomiku u l-ħsara lill-ambjent titlob il-kontroll, it-tnaqqis u l-istabilizzazzjoni ta' l-influss ta' l-enerġija u l-materjal u ta' l-iskart marbuta magħhom li jalimenta s-sistema ekonomika qabel ma jiġi ritornat fl-ekosistema f'forom inqas utilizzabbli; |
|
— |
jinsisti dwar l-importanza tar-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom fil-kisba ta' l-iżvilupp sostenibbli; jirrakkomanda l-promozzjoni ta' l-Aġenda Lokali 21, anki fl-użu tal-fondi Ewropej, bħala strument prinċipali għat-twettiq ta' proċessi wiesgħa ta' parteċipazzjoni; jirrakkomanda l-promozzjoni f'kull livell ta' l-implimentazzjoni sħiħa u l-estensjoni tal-provvedimenti tal-konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fejn jidħlu s-setturi kollha ta' l-iżvilupp sostenibbli. |
1. Fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
|
1.1 |
jilqa' l-approvazzjoni ta' l-Istrateġija mġedda ta' l-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli (SŻS); |
|
1.2 |
huwa sodisfatt li l-istrateġija l-ġdida qiegħda terġa' tikkonferma t-trasversalità ta' l-għan ta' l-iżvilupp sostenibbli, li huwa fundamentali (1) u jiddetermina l-politiki u l-attivitajiet kollha ta' l-Unjoni; |
|
1.3 |
jenfasizza, bħalma jagħmlu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 u 17 ta' Ġunju 2006, li l-progress li seħħ mill-adozzjoni ta' l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli f'Göteborg fl-2001 sal-lum mhuwiex sodisfaċenti u jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu għal fatt li ma sarx stħarriġ li jkun jista' jidentifika l-kawżi ta' dan in-nuqqas ta' progress u x-xejriet negattivi fil-varjabbli ewlenin ta' l-ambjent; |
|
1.4 |
jaqbel mal-Kummissjoni li taħseb li wasal iż-żmien sabiex tittieħed pożizzjoni proattiva fl-iżvilupp sostenibbli u miżuri konkreti fil-prattika u dwar ir-rwol determinanti li jista' jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex tinħoloq soċjetà sostenibbli kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-bqija tad-dinja; |
|
1.5 |
jinnota, bħalma għamel f'opinjoni preċedenti, l-importanza li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat u identifikat fis-setturi kollha tal-politika ta' l-UE. Is-sejħa sabiex il-politika ta' koeżjoni ssostni d-dimensjonijiet ekonomiċi, ekoloġiċi, istituzzjonali u soċjali u li ssir l-evalwazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-effetti fit-tul tal-politiki kollha għadha attwali; |
|
1.6 |
jenfasizza illi s-sikurezza u s-sigurtà huma importanti għall-kisba ta' kwalità tajba ta' ħajja. Flimkien ma' perspettiva ta' saħħa pubblika wiesgħa, is-sikurezza u s-sigurtà jipprovdu l-bażi neċessarja għal impenji fir-rigward ta' l-iżvilupp sostenibbli. Is-sikurezza u s-sigurtà jinkorporaw firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet — mill-impatt tat-tibdil fil-klima u l-gwerer sal-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal; Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi miżjuda l-perspettiva ta' l-opportunitajiet indaqs fix-xogħol marbut ma' l-iżvilupp sostenibbli. |
|
1.7 |
ifakkar l-oqsma kollha li fihom ir-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa determinanti. Fost dawn hemm dak ta' l-ippjanar ta' l-ispazji fejn ħafna mill-miżuri li huma bżonjużi sabiex jiġi promoss l-iżvilupp — mill-użu ta' l-art, tar-riżorsi ta' l-ilma, ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart, tal-politiki dwar l-ambjent urban — jaqgħu prinċipalment taħt ir-responsabbiltà tal-gvernijiet lokali u reġjonali; u jħoss li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom rwol ewlieni fil-proċess ta' implimentazzjoni, monitoraġġ u reviżjoni ta' l-istrateġija; |
|
1.8 |
jerġa jisħaq fuq l-importanza li kunsiderazzjonijiet ta' natura ambjentali għandhom jiddaħħlu fis-sejħiet pubbliċi — fis-settur tat-teknoloġija, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-iskart, ta' l-enerġija, tat-trasport, tal-provvista ta' l-ilma u tad-dranaġġ, tat-toroq u ta' infrastrutturi oħra — u tal-promozzjoni tal-green public procurement; kif ukoll li l-Iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS) tinfirex fit-territorju u fl-uffiċċji pubbliċi, li għandha titjieb u tiġi adattata għall-problemi u l-eżiġenzi ta' l-iżvilupp sostenibbli filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dimensjonijiet ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali. F'dan il-kuntest għandha titqies aktar il-possibbiltà li jingħata kas tal-vantaġġi ambjentali tal-prodotti u s-servizzi lokali; |
|
1.9 |
jikkunsidra l-possibbiltà ta' qsim ta' esperjenzi u ta' l-akkwist ta' għarfien ġdid permezz tal-kooperazzjoni u l-interazzjoni bejn l-atturi varji bħala parti importanti mill-isforzi għal żvilupp sostenibbli; |
fir-rigward ta' l-għanijiet prinċipali
|
1.10 |
jaqbel ma' l-għanijiet prinċipali identifikati mill-istrateġija l-ġdida, li jridu jiġu żviluppati aħjar; |
|
1.11 |
iqis li hemm bżonn li jiġi stabbilit li sabiex tinħall ir-rabta bejn tkabbir ekonomiku u ħsara ambjentali l-ammont ta' riżorsi rinnovabbli ġġenerati jridu jkun daqs jew iżjed mis-somma ta' riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli wżati u li rata ta' produzzjoni ta' l-iskart irid ikun inqas mir-rata li biha jiġi riġenerat permezz ta' sistemi naturali. Għalhekk, l-istrateġiji jridu jiffukaw mhux biss fuq il-prevenzjoni tal-ħsara ta' l-ekosistemi iżda wkoll, fuq kollox, li jikkontribwixxu lejn ir-restawr sħiħ tal-funzjonijiet tagħhom, billi jiġu inkuraġġiti miżuri ta' tmexxija li jirkupraw u jissalvagwardjaw is-saħħa u l-integrità tagħhom, u b'hekk jiġi żgurat li l-konsum ta' prodotti u servizzi ambjentali jkun kompatibbli mal-funzjoni soċjo-ekoloġika taż-żona; |
|
1.12 |
iqis li l-appell għal ekonomija ekoeffiċjenti mhuwiex biżejjed u jrid jkun akkumpanjat minn preċiżazzjoni li l-ekoeffiċjenza tirreferi għall-fatt li l-ġid prodott mit-tkabbir għandu jkun f'livell korrispondenti għall-ispejjeż soċjali u ambjentali marbuta miegħu, jew pjuttost ma jissuperahomx. |
|
1.13 |
irid jiċċara li f'dan il-kuntest is-sostenibilità titlob ekwità fl-użu tar-riżorsi u fil-produzzjoni tat-tniġġis. Mhijiex sostenibbli sitwazzjoni globali fejn il-pajjiżi sinjuri (11 % tal-popolazzjoni dinija) jużaw 80 % tar-riżorsi naturali u għandhom kwota korrispondenti mid-dħul golbali; |
rigward il-prinċipji ta' gwida tal-politiki
|
1.14 |
jaqbel mal-prinċipji ta' gwida identifikati mill-istrateġija l-ġdida, li jridu jiġu żviluppati aħjar; |
|
1.15 |
iqis li, fejn tidħol il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, ta' l-intrapriżi u ta' l-imsieħba soċjali, hemm bżonn ta' riferiment aktar speċifiku għall-forom ta' demokrazija parteċipattiva u deliberattiva, jiġifieri għall-metodi, mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni u deċiżjoni, u li l-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali ta' l-intrapriżi tinkludi esperimentazzjoni fuq miżuri dwar l-istruttura ta' proprjetà ta' l-intrapriżi, bħal per eżempju, il-kooperattivi u programmi ta' tqassim ta' ishma lill-ħaddiema u l-komunitajiet ikkonċernati; |
|
1.16 |
jaqbel li hemm bżonn li tiġi żgurata l-koerenza fil-politiki ta' gvernanza, l-integrazzjoni tal-politiki u l-użu ta' l-aqwa għarfien li għandna, imma jqis li fil-preżent din il-koerenza ma teżistix, l-integrazzjoni hija nieqsa u l-aqwa għarfien li għandna huwa relatat mal-prijorità tal-kompetittività u l-innovazzjoni li għandu l-għan li jġib tkabbir ekonomiku u l-konkwista ta' swieq ġodda filwaqt li jgħinna ħafna inqas fejn tidħol is-sostenibbiltà ta' l-iżvilupp; |
|
1.17 |
iqis li huwa importanti li għal dan il-għan l-iżvilupp sostenibbli jirreferi għall-kwalità tal-ħajja u ta' l-eżistenza li jista' jintlaħaq anki fin-nuqqas ta' tkabbir ekonomiku fis- sens ta' produzzjoni ikbar ta' oġġetti u servizzi, jiġifieri tkabbir bħala Prodott Gross Domestiku (PGD) pro-kapita. Fuq kollox dan ifisser żvilupp sostenibbli li jissodisfa l-bżonnijiet attwali u fl-istess waqt iqis il-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni; |
|
1.18 |
jaqbel li l-istituzzjonijiet Ewropej kollha u l-Istati Membri, fil-livelli kollha, jridu jiggarantixxu li d-deċiżjonijiet politiċi ewlenin jkunu bbażati fuq proposti li għaddew minn evalwazzjoni ta' l-impatt ta' kwalità għolja, li qieset id-dimensjonijiet soċjali, ambjentali, istituzzjonali u ekonomika ta' l-iżvilupp sostenibbli; |
|
1.19 |
ifakkar, fir-rigward tas-sinerġija li tista' tkun possibbli bejn l-Istrateġija ta' Lisbona u dik ta' Göteborg, dak li diġà enfasizza f'opinjoni preċedenti, fejn irrimarka li l-istrateġija ta' Lisbona tifforma l-bażi tar-risposta' ta' l-UE għall-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kompetittività ta' l-ekonomija u l-ħaddiema fl-Ewropa, imma li għandha tikkunsidra wkoll l-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli fl-Ewropa u fil-livell internazzjonali; |
|
1.20 |
jinnota li r-relazzjoni bejn iż-żewġ strateġiji tilfet l-orjentazzjoni oriġinali tagħha, jiġifieri li l-Istrateġija ta' Göteborg kellha tkun sintesi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona u l-proċess ta' reviżjoni tal-Ħames Programm u tal-ħolqien tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali; |
|
1.21 |
jiddispjaċih li din is-sintesi ma seħħitx, u li ż-żewġ strateġiji jiġu implimentati permezz ta' żewġ proċessi deċiżjonali differenti, u li s-sostenibbiltà fil-fatt ġiet limitata għad-dimensjoni ambjentali, u l-Istrateġija għall- Iżvilupp Sostenibbli mogħtija l-ġenb mill-Istrateġija ta' Lisbona u d-diskors tagħha ta' tkabbir, kompetittività u innovazzjoni; |
|
1.22 |
jinnota li s-sejħa għal sinerġija akbar hija dgħajfa u mhux konsistenti mal-gvernanza taż-żewġ proċessi. L-Istrateġija ta' Lisbona hija msejsa fuq il-proċeduri pprovduti mill-Artikoli 99 u 128 tat-Trattat. Hija tinfluwenza l-proċessi li jsawru l-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali ta' l-istati differenti u tad-deċiżjonijiet fil-Kunsilli li jiddefinixxu l-politika ta' l-Unjoni; |
|
1.23 |
jiddispjaċih li l-Kunsill li ltaqa' fir-Rebbiegħa, u li kellu jivverifika l-implimentazzjoni ta' l-impenji interni u esterni fil-qasam ta' l-iżvilupp sostenibbli (2), kien iddedikat kompletament għaċ-ċiklu ta' politiki ekonomiċi u soċjali ta' Lisbona; |
|
1.24 |
jieħu nota ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta rapport annwali dwar l-ambjent li jippermettilha li tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kunsill ta' l-Ambjent fil-fażi ta' preparazzjoni tas-Summit tar-Rebbiegħa; |
rigward l-isfidi prinċipali
|
1.25 |
jieħu nota tas-seba' sfidi prinċipali identifikati fl-istrateġija u tal-miri, objettivi u miżuri korrispondenti; jikkunsidra madankollu li dan it-tqassim jista' jinjora l-interazzjoni profonda li hemm bejn l-oqsma differenti ta' intervent li ġew identifikati, u b'hekk idgħajjef il-kwistjoni prinċipali ta' kontroll integrat u komplut ta' l-influss ta' materjal u enerġija li jalimenta s-sistema ekonomika; |
|
1.26 |
juri tħassib li l-għanijiet u l-objettivi operattivi ma' jirreferux għal miri definiti b'mod preċiż, kif wieħed jistenna, imma pjuttost għal prinċipji u linji ta'gwida u jiġbed l-attenzjoni li l-objettivi li jirreferu għall-isfida marbuta mat-tibdil fil-klima għandhom jiġu riveduti fid-dawl tar-riżultat tal-gruppi ta' ħidma I u II tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima a (IPCC) u tal-linji ta' gwida/orjentamenti li ħarġu reċentement mill-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007; |
|
1.27 |
iqis li l-promozzjoni ta' l-użu tal-bijomassa sabiex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' karburanti fl-UE għandha terġa' tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' l-aħħar studji |
|
1.28 |
jieħu nota tas-sondaġġ reċenti ta' l-Ewrobarometru li jindika li 61 % tal-popolazzjoni Ewropea tqis li l-ammont ta' enerġija nukleari li tiġi prodotta trid tonqos u jqis li l-istrateġija trid tindika l-bżonn li titneħħa d-distorsjoni fis-suq maħluqa mis-sostenn fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-enerġija nukleari ('il fuq minn EUR 550 miljun fis-sena), erba' darbiet aktar mill-kontribut għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika (EUR 168 miljun); |
|
1.29 |
jinnota b'dispjaċir li l-objettivi kwantitattivi mogħtija għat-trasport, huma limitati għall-karatteristiċi tal-karozzi u ma jinkludux ukoll il-modi tat-trasport. Huwa neċessarju li jiġu definiti miri speċifiċi fejn tidħol ir-relazzjoni bejn il-modi differenti ta' trasport, għandhom jiddaħħlu liġijiet tas-suq li jirrendu t-trasport fuq il-binarji aktar kompetittiv, saħansitra permezz ta' l-introduzzjoni ta' strumenti innovattivi, bħal per eżempju limiti fuq il-kilometri ta' vjaġġ magħmula fis-sena għal kull mezz ta' trasport u permessi li jistgħu jitpartu għat-trasport tal-merkanzija. Meta jiġu stabbiliti l-miri wieħed irid iqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' l-individwi, familji, negozji u ekonomiji varji, kif ukoll tat-tipi ta' lokalitajiet differenti u ta' l-għażla attwalment disponibbli tat-trasport u infrastrutturi oħra; |
|
1.30 |
jikkunsidra b'attenzjoni r-rwol li jista' jkollhom l-amministrazzjonijiet lokali, kif indikat mill-istrateġija, sabiex jitfasslu u jiġu implimentati pjanijiet u sistemi tat-trasport fil-qasam ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban; |
|
1.31 |
jilqa' l-importanza li tingħata lill-isfida tal-faqar dinji u ta' l-iżvilupp, imma jesprimi tħassib għad-dewmien sabiex jintlaħqu l-kwoti ta' għajnuna għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; iqis li l-istrateġija trid terġa' tikkunsidra l-mod kif tingħata l-għajnuna lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-politiki kummerċjali kemm minħabba li d-differenzi bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk foqra kulma jmur qegħdin dejjem jikbru kif ukoll minħabba l-imminenza tal-kriżi ekoloġika; |
fir-rigward tal-politiki trasversali li jsostnu s-soċjetà ta' l-għarfien
|
1.32 |
jaqbel li t-tagħlim huwa kundizzjoni fondamentali sabiex ninkoraġġixxu l-bidla fil-mudelli ta' konsum u ta' l-imġiba ġenerali u huwa konxju li dawn jistgħu ma jaqblux ma' l-eżiġenzi tas-sostenibbiltà, jekk ma jsirux interventi fl-oqsma li jinfluwenzawhom jew jiddeterminawhom. Hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema ta' valuri li tkun tista' tiġi applikata aktar faċilment għall-istili ta' ħajja (għalhekk anki fil-mudelli ta' produzzjoni u ta' konsum); |
|
1.33 |
jilqa' l-inizjattivi attwali għall-okkażjoni tad-deċennju tan-NU ta' edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli; imma huwa konxju li l-edukazzjoni waħedha mhijiex biżżejjed sabiex tiżgura mġiba fis-suq li hi koerenti ma' l-eżiġenzi tas-sostenibbiltà u li dawn iridu jiġu akkumpanjati minn mekkaniżmi ta' regolamentazzjoni u kontroll soċjali; |
|
1.34 |
iqis li hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn l-edukazzjoni u l-istruzzjoni u t-taħriġ u jikkunsidra t-taħriġ kontinwu bħala wieħed mill-aktar strumenti importanti sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd fil-kuntest ta' soċjetà msejsa fuq is-suq, peress li jsaħħaħ il-pilastru soċjali għall-iżvilupp sostenibbli; |
|
1.35 |
jaqbel li hemm bżonn li r-riċerka dwar l-iżvilupp sostenibbli tinkludi proġetti għal żmien qasir sabiex jipprovdu appoġġ għad-deċiżjonijiet, kif ukoll proġetti marbuta ma' viżjoni fit-tul li jindirizzaw problemi reġjonali u globali; |
|
1.36 |
iqis li huwa urġenti u neċessarju li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda li jirrispettaw l-ambjent aktar. F'dan il-kuntest jidhru li huma utli l-objettivi tas-Seba' Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka, kif ukoll il-miżuri, li għandhom jiġu msaħħa, għas-sostenn ta' inizjattivi li jistgħu jinbidlu f'prattiċi għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli fil-livell lokali u ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' l-intrapriżi li għandhom kuxjenza ambjentali, speċjalment dawk żgħar u ta' daqs medju (SMEs); |
|
1.37 |
jaqbel li hemm bżonn li jiġu inkuraġġuti strateġiji interdixxipplinari fid-dawl ta' l-iżvilupp kontinwu tar-relazzjoni bejn is-sistemi ekonomiċi, ekoloġiċi, soċjali u istituzzjonali differenti u jqis li l-grad ta' inċertezza dwar l-iżvilupp tas-sistemi, il-bosta interessi assoċjati mal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-bżonn li tingħata risposta għall-kwistjonijiet dwar ir-riċerka xjentifika — ez. mil-liema perspettiva qiegħda ssir, kif ukoll il-ħarsien tas-saħħa u tal-kwalità ta' l-ambjent u l-fatt li l-proċessi deċiżjonali jirriflettu valuri u prinċipji etiċi jitolbu l-akbar trasparenza u parteċipazzjoni; |
|
1.38 |
jaqbel li hemm bżonn li tinftiehem aħjar ir-relazzjoni bejn il-ġenerazzjoni tal-qliegħ, il-kontabilità u l-benesseri. B'mod partikolari jqis li l-kalkolu tad-dħul nazzjonali jrid jinkludi l-kalkolu ta' l-indikaturi li għandhom l-iskop li jikkwantifikaw l-ispiża marbuta ma' l-influss ta' l-enerġija u l-materjal li jitma' s-sistema ekonomika u jkejlu l-firxa sħiħa ta' l-attività ekonomika; |
rigward l-istrumenti finanzjarji u ekonomiċi
|
1.39 |
jikkunsidra li l-firxa ta' strumenti li jintużaw fil-politiki ta' sostenibbiltà ma tistax tiġi limitata għal interventi ta' regolamentazzjoni tas-suq, anke jekk huma utli u indispensabbli. It-tfittxija tal-“prezz ġust” li jirrifletti l-ispiża soċjali u ambjentali, permezz tat-trasparenza u interventi korrettivi, ma tagħtix kas li huwa impossibbli li tikkalkula b'mod preċiż biżżejjed id-dinamika ta' l-iżviluppi bejn is-sistemi differenti; |
|
1.40 |
jaqbel li hemm bżonn ta' aktar koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-aħjar użu tal-fondi Ewropej, u għal dan il-għan jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li l-fondi strutturali 2007-2013 jistgħu jispiċċaw sabiex jikkontribwixxu għaż-żieda fl-emissjoni ta' CO2 kif ġie rapportat reċentement mis-CEE Bankwatch Network; |
rigward il-komunikazzjoni,il-mobilizzazzjoni ta' l-atturi u t-tkattir tas-suċċess
|
1.41 |
jaqbel li hemm bżonn li l-informazzjoni u t-tqajjim ta' kuxjenza dwar it-temi ta' sostenibbiltà jiġu ffaċilitati b'miżuri xierqa ta' komunikazzjoni, u li dawn ikunu jorbtu ma' l-iżvilupp ta' viżjoni koerenti u realista fl-UE li twassal lejn żvilupp sostenibbli għal żmien twil; |
|
1.42 |
jaqbel dwar ir-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom fil-kisba ta' żvilupp sostenibbli bl-azzjoni tal-komunitajiet fiż-żoni urbani u rurali. L-Aġenda Lokali 21 huwa l-istrument priċipali sabiex jitwettqu politiki li jiġu mfassla u implimentati permezz ta' proċessi wiesgħa ta' parteċipazzjoni, iżda iqis li dawn il-proċessi parteċipattivi ma jistgħux iżviluppaw b'mod sħiħ jekk ma jkollhomx impatt ċar fuq kif jitmexxa l-baġit fil-livelli korrispondenti tal-gvern, speċjalment meta dawn ikunu qegħdin iħaddmu riżorsi li ġejjin mill-baġit Komunitarju; |
|
1.43 |
iqis li l-monitoraġġ irid jikkonċentra mhux biss fuq l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-progress ta' l-indikaturi, iżda wkoll tal-politiki u l-miżuri li jittieħdu mill-Unjoni Ewropea, mill-istati u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
1.44 |
iqis li dan l-isforz jitlob tibdil fil-proċessi li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet fejn tidħol il-gvernanza Ewropea għall-iżvilupp sostentibbli; |
|
1.45 |
jinsab konvint li dan jitlob li r-relazzjoni attwali bejn il-proċess ta' Lisbona u dak ta' Göteborg tinbidel ta' taħt fuq sabiex terġa' lura għall-intenzjonijiet oriġinali. Bħala eżempju: m'għandhomx ikunu r-riżultati ta' l-SŻS ta' l-UE li jikkontribwixxu għall-ħidma fil-kuntest ta' Lisbona, kif inhu affermat f'punt 38 ta' l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, imma pjuttost ir-riżultati ta' l-Istrateġija ta' Lisbona li jikkontribwixxu għall-objettivi ta' l-iżvilupp sostenibbli. Ir-raġuni tinsab fil-fatt li din ta' l-aħħar għandha influwenza kbira fuq il-politiki Ewropej; |
|
1.46 |
jenfasizza l-bżonn li l-miżuri dwar żvilupp sostenibbli proposti mill-Kummissjoni jkunu fformulati u ppreżentati b'tali mod li jiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell lokali u reġjonali fis-27 Stat Membru. Huwa importanti li l-miżuri proposti jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-livell lokali u reġjonali huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi differenti li japplikaw fl-Istati Membri diversi; |
|
1.47 |
jesprimi tħassib għall-indikazzjoni tal-Kummissjoni li l-pjan ta' gvernanza ta' l-SŻS jiġi referut lill-Kusill Ewropew ta' Diċembru. Din l-għażla tkompli taggrava d-distakk bejn l-istrateġiji ta' Göteborg u ta' Lisbona u tikkontribwixxi sabiex is- sostenibbiltà fil- gvernanza Ewropea tkompli titwarrab; |
|
1.48 |
ifakkar, għal dan il-għan, li l-Kunsill tar-Rebbiegħa ta' l-2005, fl-okkażjoni tat-tiġdid ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, kien afferma li din l-istrateġija tidħol fil-qafas aktar wiesgħa tal-ħtieġa ta' żvilupp sostenibbli. |
2. Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
2.1 |
jinsab konvint li l-approċċ għall-iżvilupp sostenibbli, li jrid jinkludi l-aspetti ekonomiċi, ekoloġiċi, soċjali u istituzzjonali, huwa prerekwiżit sabiex jikber il-benesseri, ikun hemm rata ta' okkupazzjoni għolja u xogħol ta' kwalità, tkabbir ekonomiku li ma jġibx miegħu spejjeż akbar ambjentali u għaldaqstant benesseri fl-apparenza biss: l-iżvilupp tiegħu titlob riforma fil-fond tal-gvernanza Ewropea tas-sostenibbiltà; |
|
2.2 |
jirrakkomanda, li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 99 u 128 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea, li li huma l-bażi taċ-ċiklu triennali tal-politiki u tat-tfassil tad-direzzjonijiet integrati għall-politiki ekonomiċi u ta' l-okkupazzjoni, jiġu implimentati flimkien ma' dawk ekonomiċi u soċjali, f'qafas kumplessiv li jinkludi aspetti ambjentali u istituzzjonali kif ukoll ekonomiċi u soċjali fil-pakkett integrat ta' linji ta' gwida, sabiex l-SŻS tkun tista' tiżviluppa fil-prattika t-trasversalità u n-natura fundamentali ta' l-iżvilupp sostenibbli;, |
|
2.3 |
jirrakomanda wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw rwol prinċipali fil-fażijiet differenti ta' dan iċ-ċiklu mġedded bħala sieħba ewlenin fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' l-objettivi globali u l-bidliet meħtieġa — saħansitra mil-livell lokali, għall-kisba ta' soċjetà sostenibbli. F'dan id-dawl hemm bżonn li flimkien mar-rapporti dwar il-politiki ekonomiċi u ta' l-okkupazzjoni li kull Stat Membru jrid jippreżenta sa Ottubru ta' kull sena jiżdied ieħor dwar l-implimentazzjoni tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali. It-tliet rapporti jridu jkunu integrati u juru kif kull wieħed qiegħed jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri ta' sostenibbiltà identifikati fl-SŻS; |
|
2.4 |
jemmen li l-istrateġija trid tispeċifika li l-objettiv aħħari li tinħal ir-rabta bejn tkabbir ekonomiku u l-ħsara lill-ambjent titlob il-kontroll, it-tnaqqis u l-istabilizzazzjoni ta' l-influss ta' l-enerġija u l-materjal u ta' l-iskart marbuta magħhom li jalimenta s-sistema ekonomika qabel ma jirritorna fl-ekosistema f'forom inqas utilizzabbli; |
|
2.5 |
jirrakkomanda li d-dokumenti programmatiċi jkunu akkumpanjati minn analiżi ta' dawn il-flussi, sabiex ikun jista' jiġi stabbilit il-kontribut tagħhom għas-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mill-impatt ambjentali, u li l-għanijiet tal-miżuri marbuta mal-koeżjoni jirreferu l-ewwel nett għat-twettiq ta' l-objettivi ta' l-istrateġija ta' l-iżvilupp sostenibbli u mbagħad għad-direzzjonijiet integrati tat-tkabbir u ta' l-okkupazzjoni ta' l-Aġenda ta' Lisbona sakemm dawn ta' l-aħħar ikunu koerenti ma' l-SŻS; |
|
2.6 |
jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal dan il-għan u lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jikkunsidrawha kemm jista' jkun malajr; |
|
2.7 |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea li tipproponi politiki adegwati, li jakkumpanjaw il-mekkaniżmi ta' regolamentazzjoni tas-suq u l-politika fiskali ambjentali, bħall-iffissar ta' limiti fuq il-produzzjoni ta' xi sustanzi li jniġġsu jew l-użu ta' ċerti riżorsi, inkluż fl-agrikoltura u s-sajd. Fir-rigward ta' din ta' l-aħħar hemm bżonn urġenti li jiġu eliminati d-distorsjonijiet fis-suq maħluqa minn sussidji li jiffavorixxu produzzjonijiet jew prodotti li għandhom impatt qawwi jew li huma ta' periklu kbir fuq l-ambjent;. |
|
2.8 |
jirrakkomanda li l-SŻS tistabbilixxi miri ċari kwantitattivi bi skadenzi preċiżi u jistieden lill-Istati Membri sabiex joħolqu strateġiji ta' żvilupp sostenibbli li huma koerenti ma' l-istrateġija Ewropea u li jikkontribwixxu lejha. F'dan il-kuntest jimpenja lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex ifasslu l-istrateġiji tagħhom b'tali mod li jkunu kompatibbli ma' l-objettivi strateġiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej b'mekkaniżmi xierqa ta' feedback; |
|
2.9 |
jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra pjan ta' adattament għat-tibdil fil-klima li jinkludi l-aspetti li huma marbuta ma' l-impatt tat-tisħin tal-klima fuq is-sajd, il-protezzjoni tal-kosta u ta' l-ilmijiet interni kif ukoll l-impatt tal-varjazzjonijiet fl-ammonti ta' xita li tinżel u avvenimenti dannużi oħra fuq il-koltivazzjoni ta' l-art u t-trobbija ta' l-annimali, l-akwakultura, il-ħruq fil-foresti, in-nixfa, il-bijodiversità u l-foresti, it-turiżmu, il-ħarsien tal-kosta, is-saħħa, eċċ; |
|
2.10 |
jirrakomanda li jiġu stabbiliti proċeduri u jissaħħu l-kapacitajiet istituzzjonali għat-twettiq ta' l-evalwazzjoni tas-sosstenibbiltà u dik ambjentali, tal-pjanijiet, programmi u proġetti bl-għan li l-pubbliku jkun jista' jirċievi informazzjoni u jkun jista' jipparteċipa b'mod adegwat; iqis li dawn il-proċeduri għandhom ikollhom bħala għan ewlieni l-evalwazzjoni tal-koerenza u tal-kontribut li l-miżuri pjanati għandhom għall-għanijiet stabbiliti f'kull livell relevanti ta' l-istrateġija ta' sostenibbiltà; |
|
2.11 |
jinsisti dwar l-importanza tar-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom fil-kisba ta' l-iżvilupp sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ b'inizjattivi li jappoġġjaw ir-riġenerazzjoni soċjali, urbana u ambjentali taż-żoni periferiċi urbani; jirrakkomanda l-promozzjoni ta' l-Aġenda Lokali 21, anki fl-użu tal-fondi Ewropej, bħala strument prinċipali għat-twettiq ta' proċessi wiesgħa ta' parteċipazzjoni; iqis li għal dan il-għan huwa neċessarju li l-proċessi ta' parteċipazzjoni jitwessgħu, kemm sabiex jiżguraw li l-proċessi deċiżjonali relevanti jirrispettaw is-sistema tal-valuri tal-komunitajiet ikkonċernati, funzjoni li s-suq ma jistgħax jaqdi, fin-natura tiegħu, kif ukoll sabiex tittejjeb il-kwalità tal-prattika xjentifika; jirrakomanda l-promozzjoni f'kull livell ta' l-implimentazzjoni sħiħa u l-estensjoni tal-provvedimenti tal-konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fejn jidħlu s-setturi kollha ta' l-iżvilupp sostenibbli; l-ekonomija, s-soċjetà u l-istituzzjoni; |
|
2.12 |
jirrakomanda, li fejn tidħol il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, ta' l-intrapriżi u ta' l-imsieħba soċjali, hemm bżonn ta' riferiment aktar speċifiku għall-forom ta' demokrazija parteċipattiva u deliberattiva, u li ssir esperimentazzjoni fuq miżuri dwar l-istruttura ta' proprjetà, bħal programmi ta' tqassim ta' ishma lill-ħaddiema u l-komunitajiet ikkonċernati u attenzjoni lill-kooperattivi; |
|
2.13 |
jistieden li jerġa' jiġi kkunsidrat i) id-daqs u l-mod kif tingħata l-għajnuna peress li l-approċċ hekk imsejjaħ trickle down m'għadux jista' jaħdem kemm minħabba li d-differenzi bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk foqra qegħdin kulma jmur jiżdiedu kif ukoll minħabba l-limiti fuq it-tkabbir ekonomiku imposti min-natura finita ta' l-ekosistema; ii) il-mudell ta' tkabbir li ġej mill-globalizzazzjoni u s-sostenibbiltà tiegħu; iii) ir-relazzjonijiet u l-prioritajiet li jeżistu bejn is-suq reġjonali Ewropew u l-kapital tiegħu u s-swieq u l-kapital internazzjonali; iv) il-pressjoni, waqt in-negozjati tad-WTO (l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) sabiex jiġu privatizzati servizzi pubbliċi u l-ġid komuni, bħal per eżempju l-ilma, u jqis li din it-triq trid tiġi abbandunata kompletament; v) sussidji, inċentivi u miżuri oħra li jistgħu joħolqu ostakli kummerċjali għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; |
|
2.14 |
jinsab kunfidenti li, waqt li tkun għaddejja l-evalwazzjoni ta' l-istrateġija ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ħidma dwar i-programm ta' azzjoni tagħha, il-Kummissjoni tiżviluppa u tapprofondixxi d-djalogu ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali; il-Kumitat għandu l-intenzjoni li jieħu sehem attiv fl-isforzi li jsiru sabiex tinħoloq soċjetà sostenibbli kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-bqija tad-dinja; |
|
2.15 |
jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħloq kooperazzjoni aktar b'saħħitha meta tiġi sabiex tivvaluta l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu lill-politiki ta' sostenibbiltà, bħala parti minn sħubija istituzzjonali pluriennali. Fil-qafas ta' din il-kooperazzjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni beħsiebu jħejji, inter alia,(ara Anness I) Opinjonijiet speċifiċi dwar numru ta' dossiers preżenti fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu bejn l-2007-2009 u li l-gvernijiet reġjonali u lokali jqisu li huma partikolarment relevanti għall-iżvilupp sostenibbli, u jipproponi miżuri konkreti għat-twettiq ta' inizjattivi konġunti. |
Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal- Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
3. Proċedura
|
Titolu |
Il-kontribut ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali għall-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli |
|
Referenzi |
— |
|
Bażi legali |
Artikolu 265 l-ewwel paragrafu |
|
Bażi għall-proċedura |
Artikolu 40(2) tar-Regoli ta' Proċedura |
|
Data tar-referral tal-Kummissjoni |
11.12.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-President |
9.1.2007 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli (DEVE) |
|
Rapporteur ġenerali |
Nichi Vendola (IT/PSE), President tar-Reġjun Puglia |
|
Nota ta' Analiżi |
26.2.2007 |
|
Analiżi fil-kummissjoni |
— |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
— |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
— |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6.6.2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Reviżjoni għas-sena 2005 ta' l-istrateġija ta' l-UE għal żvilupp sostenibbli Ħarsa lura u Orjentazzjoni għall-Futur. CdR 66/2005 fin (3)— COM(2005) 37 finali. |
(1) CdR 66/2005 fin
(2) “IFAKKAR li, b'konformità ma' l-istrateġija ta' l-iżvilupp sostenibbli adottata mill-Kunsill Ewropew ta' Gothenburg, il-Kunsilli Ewropej li jiltaqgħu fir-Rebbiegħa għandhom jeżaminaw il-progress li jseħħ fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija u jgħatu direzzjonijiet politiċi ġodda sabiex jippromovu l-iżvilupp sostenibbli; li l-Kunsill ta' Barċellona ser jagħti bidu għal dan l-approċċ politiku ġdid ibbażat fuq analiżi ekwilibrata u koordinata tat-tliet dimensjonijiet ta' l-Istrateġija (soċjali, ekonomika u ambjentali) fl-ambitu tad-definizzjoni, eżami, evalwazzjoni u kontroll tad-direzzjonijiet politiċi strateġiċi ta' l-Unjoni Ewropea”. Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona, 15 u 16 ta' Marzu 2002.
ANNESS I
Skeda tal-Kumitat tar-Reġjuni marbuta ma' l-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli — Perjodu 2007-2009
Tipi ta' attivitajiet
1. Attività konsultattiva
1a. Bi preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2007
|
Referenza tad-dokument tal-Kummissjoni Ewropea |
Titlu tad-dokument tal-Kummissjoni Ewropea |
Proċedura |
Adozzjoni possibbli mill-KtR |
|
2006/ENV/012 |
Green Paper dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima |
Proposta mhux leġislattiva |
Novembru 2007 |
1b. Bi preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2008
|
Referenza tad-dokument tal-Kummissjoni Ewropea |
Titlu tad-dokument tal-Kummissjoni Ewropea |
Proċedura |
Adozzjoni possibbli mill-KtR |
|
2006/ENV/012 |
Green Paper dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima |
Proposta mhux leġislattiva |
Novembru 2007 |
|
— |
Opinjoni ta' prospettiva dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni |
— |
Frar 2008 |
|
2007/EMPL/013 |
Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni ta' nofs il-perijodu ta' l-aġenda għall-politika soċjali (2005-2010) |
Proposta mhux leġislattiva |
Frar 2008 |
1c. Attivitajiet oħra konsultattivi
|
Referenza tad-dokument tal-Kummissjoni Ewropea |
Titlu tad-dokument tal-Kummissjoni Ewropea |
Proċedura |
Adozzjoni possibbli mill-KtR |
|
COM(2006) 571 finali |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-ġejjieni demografiku ta' l-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità |
Proposta mhux leġislattiva |
Ġunju 2007 |
|
— |
Opinjoni ta' prospettiva dwar is-sitwazzjoni tan-nisa migranti fl-Unjoni Ewropea |
— |
Ottubru 2007 |
|
— |
Opinjoni ta' prospettiva dwar edukazzjoni u żvilupp sostenibbli |
— |
Novembru 2007 |
|
2007/ENV/012 |
Pjan ta' azzjoni dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli |
Proposta mhux leġislattiva |
Frar 2008 |
|
2007/FISH/001 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Lejn politika marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni: konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet dwar il-Green Paper |
Proposta mhux leġislattiva |
Frar 2008 |
|
2007/FISH/003 |
Komunikazzjoni u proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) |
Proposta leġislattiva |
Frar 2008 |
|
2007/TREN/005 |
Green Paper dwar it-trasport urban |
Proposta mhux leġislattiva |
It-tieni kwart ta' l-2008 |
|
2006/SANCO/004 |
White Paper dwar strateġija dwar is-saħħa |
Proposta mhux leġislattiva |
It-tieni kwart ta' l-2008 |
|
2006/SANCO/005 |
Qafas Komunitarju għal servizzi tas-saħħa sikuri u effiċjenti |
Proposta leġislattiva |
It-tieni kwart ta' l-2008 |
2. Azzjonijiet komplementari għall-attività konsultattiva
|
Tip ta' attività |
Data possibbli ta' eżekuzzjoni |
|
Analiżi tal-possibbiltà tal-ħolqien ta' osservatorju konġunt permanenti għall-monitoraġġ tal-kontribut li l-awtoritajiet lokali jagħtu lill-politiki ta' sostenibbiltà (possibbilment b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew) |
It-tieni nofs ta' l-2007 |
|
Studju tal-Kumitat tar-Regjuni dwar it-tema “Il-kontribut ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali lill-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli” |
It-tieni kwart ta' l-2008 |
|
Djalogu Territorjali 2009: l-inklużjoni ta' aspetti relevanti mill-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli fil-Mutual Learning Platform ta' l-Istrateġija ta' Lisbona |
L-ewwel kwart ta' l-2009 |
|
Parteċipazzjoni f'konferenzi tematiċi u gruppi ta' ħidma fil-qasam ta' l-iżvilupp sostenibbli |
2007-2009 |
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/30 |
Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni It-tnedija mill-ġdid tal-proċess tar-riforma ta' l-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007
(2007/C 197/06)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jappoġġja l-Presidenza ta' l-UE fl-impenn tagħha lejn il-proċess tar-riforma ta' l-Unjoni Ewropea u l-bżonn li tinżamm is-sustanza tat-Trattat Kostituzzjonjonali ffirmat mill-Kapijiet kollha ta' Stat jew ta' Gvern fid-29 ta' Ottubru f'Ruma; |
|
— |
jsejjaħ lill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, sabiex fil-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju, jikkommettu ruħhom li jaħdmu sabiex jiġi konkluż il-proċess ta' riforma tat-Trattat mingħajr ma jmorru lura mill-avanzi miksuba minn u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, fost affarijiet oħra b'rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-gvernanza tajba, u għall-koeżjoni territorjali ta' l-Unjoni Ewropea, u jsejjaħ għaż-żamma sħiħa ta' dawn id-dispożizzjonijiet fi kwalunkwe Trattat tal-ġejjieni; |
|
— |
jitlob li jiġi kkonsultat fuq il-pjan ta' direzzjoni li ser jiġi propost mill-Kunsill Ewropew għas-segwitu tal-proċess ta' riforma ta' l-Unjoni, u jixtieq jipparteċipa fil-fażi tan-negozjati; |
|
— |
jemmen li n-nuqqas ta' Trattat Kostituzzjonali jkun ta' ħsara għar-rikonoxximent tal-punti tajbin tal-mudell ta' integrazzjoni Ewropea, li tfittex li tirispetta u trawwem id-diversità fl-UE, u jinnota li mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Unjoni Ewropea ma tibbenefika la mir-rikonoxximent ta' l-awtonomija reġjonali u lokali bħala pilastru tas-sistema demokratika ta' l-Unjoni Ewropea, u lanqas minn kapaċità rilevanti sabiex taġixxi għall- garanzija tal-koeżjoni territorjali u t-tisħiħ tas-solidarjetà Komunitarja; |
|
— |
jisħaq fuq il-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn urġenti tal-promozzjoni, permezz ta' politika deċentralizzata tal-komunikazzjoni, ta' dibattitu bbażat fuq valuri komuni, il-kisbiet ta' l-integrazzjoni Ewropea u l-politiki Komunitarji, u l-isfidi għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea, u sabiex jiġi adottat approċċ f'żewġ direzzjonijiet, peress li l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija attwalment unilaterali wisq u jibda mill-ogħla livelli; |
|
— |
jemmen li l-politika tal-komunikazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ser issir iktar koerenti u effettiva jekk l-istituzzjonijiet Ewropej isibu qafas legali jew bażi lil tħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' programm b'mira adattata bbażata fuq din il-politika u appoġġjat minn riżorsi finanzjarji suffiċjenti. |
I. Rakkomandazzjonijiet ta' politika
Dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni: Il-prezz ta' nuqqas ta' Kostituzzjoni, 21 ta' Novembru 2006.
Pjan D: dibattitu usa' u iktar fil-fond dwar l-Ewropa, nota ta' informazzjoni mis-Sinjura Wallström lill-Kummissjoni, 29 ta' Novembru 2006.
SEC(2006) 1553
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jappoġġja lill-Presidenza ta' l-Unjoni fl-impenn tagħha fir-rigward tal-proċess tar-riforma ta' l-Unjoni Ewropea u l-ħtieġa li tinżamm is-sustanza tat-Trattat Kostituzzjonali ffirmat mill-Kapijiet kollha ta' Stat jew ta' Gvern f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004; |
|
2. |
jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Berlin tal-25 ta' Marzu 2007, li tagħraf, ħamsin sena wara l-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma, l-objettiv li tinkiseb bażi komuni mġedda għall-Unjoni Ewropea qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2009 u jinnota bi pjaċir li din tagħraf id-dimensjoni territorjali ta' l-Unjoni kif ukoll il-prinċipji u l-valuri li huma marbutin magħha; |
|
3. |
itenni d-determinazzjoni tiegħu mfissra fid-Dikjarazzjoni tiegħu għall-Ewropa adottata fit-23 ta' Marzu 2007 fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-ħamsin anniversarju tat-Trattati ta' Ruma, ta' ħidma għal Unjoni li hija dejjem eqreb taċ-cittadini tagħha, Unjoni msaħħa mil-libertajiet tagħha, il-valuri tagħha u l-prinċipji tagħha tas-solidarjetà u r-responsabilità u li tiżviluppa l-politiki u l-azzjonijiet komuni filwaqt li żżomm l-identitajiet lokali u reġjonali permezz tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-gvernanza tajba; |
|
4. |
isejjaħ lill-kapijiet ta' Stat u Gvern sabiex fil-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 jimpenjaw ruħhom il-proċess tar-riforma tat-Trattati jintemm b'suċċess, mingħajr l-ebda pass lura mill-progress miksub minn u għall-awtoritajiet territorjali, notevolment fir-rigward tar-rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-gvernanza tajba kif ukoll tal-koeżjoni territorjali ta' l-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
għalhekk huwa favur is-sejħa mill-iktar fis possibbli għal Konferenza Intergovernattiva ġdida b'mandat u orarju preċiżi sabiex l-Unjoni Ewropea titgħammar bi Trattat ġdid li jżomm is-sustanza u l-bilanċ tal-Konvenzjoni Ewropea u tat-Trattat Kostituzzjonali ffirmat fl-2004 u li jibbenefika mill-ikbar appoġġ possibbli fl-Unjoni; |
|
6. |
jagħraf li f'għajnejn ħafna ċittadini l-objettiv ta' l-Unjoni Ewropea fis-seklu 21 m'għadux ċar, u fl-ispirtu tal-Pjan D, jikkunsidra li m'huwiex possibbli li ċ-ċittadini jkunu mistennija li jaqraw trattati twal u tekniċi u li l-Unjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tispjega r-raison d'être tagħha liċ-ċittadini tal-lum u lill-ġenerazzjonijiet futuri b'mod ċar u konċiż; għalhekk isejjaħ lill-mexxejja tagħha sabiex jagħtu lill-Unjoni dikjarazzjoni ta' paġna ta' intenzjoni għall-Unjoni Ewropea, li tgħodd għall-perijodu fit-tul, tikkostitwixxi komplement għal kull trattat futur u li fuqha l-istituzzjonijiet Ewropej jkunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni taċ-ċittadini b'mod volontarju, kemm illum kif ukoll fil-ġejjieni. |
|
7. |
jitlob li jiġi kkonsultat u involut bis-sħiħ fl-istadji li jmiss tal-proċess tar-riforma ta' l-Unjoni Ewropea ibbażati fuq il-pjan ta' direzzjoni li ser jiġi propost mill-Kunsill Ewropew, u jixtieq jipparteċipa fil-fażi tan-negozjati; jixtieq jiġi involut fil-fażi ta' negozjati għal KIG futura, peress li l-parteċipazzjoni tiegħu twassal għal riżultat iktar inklusiv, li jibbenefika lill-pubbliku; |
Il-kontribuzzjoni tal-KtR għall-analiżi tal-prezz politiku ta' sitwazzjoni mingħajr Kostituzzjoni
|
8. |
jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-impatt simboliku ta' Kostituzzjoni sabiex jiġi rinfurzat is-sens ta' proprjetà taċ-ċittadinanza Ewropea miċ-ċittadini ta' l-Unjoni bbażat fuq il-valuri u l-ambizzjonijiet komuni; |
|
9. |
jemmen li mingħajr Trattat Kostituzzjonali l-Unjoni Ewropea ser tiċċaħħad minn avanzi sinifikanti għad-demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva fi ħdan l-Unjoni Ewropea u ma jkollhiex qafas legali rilevanti u lanqas mekkaniżmi għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jinfurzaw l-kapaċità ta' l-Unjoni li taġixxi, b'mod partikulari permezz ta' l-estensjoni tal-vot tal-maġġoranza kwalifikata, kif ukoll il-kapaċità li tilqa' pajjiżi ġodda; |
|
10. |
jenfasizza li mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Unjoni ser tiċċaħħad minn personalità legali u minn bażi komuni għad-drittijiet fundamentali tagħha permezz ta' Karta li torbot u tassigura garanzija legali ġenwina u demokratika għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea; |
|
11. |
jinnota li mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Unjoni Ewropea ma tibbenefikax mir-rikonoxximent ta' l-awtonomija reġjonali u lokali bħala pilastru tas-sistema demokratika ta' l-Unjoni Ewropea; |
|
12. |
jemmen li n-nuqqas ta' Trattat Kostituzzjonali ikun ta' ħsara għar-rikonoxximent tal-preġji tal-mudell ta' integrazzjoni Ewropea li jiffavorixxi r-rispett u r-rinfurzar tad-diversità fi ħdan l-Unjoni Ewropea; |
|
13. |
ifakkar li mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Unjoni tkun imċaħħda minn klassifikazzjoni iktar ċara tal-kompetenzi u minn mekkaniżmu legali u politiku li jsaħħaħ l-applikazzjoni u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, partikularment fir-rigward tar-rikonoxxenza ċara tad-dimensjoni reġjonali u lokali, u b'hekk tirrinunċja wkoll għal konsiderazzjoni ikbar tal-kompetenzi ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali min-naħa ta' l-Unjoni; tirrinunċja wkoll għal parteċipazzjoni ikbar ta' dawn ta' l-aħħar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-parteċipazzjoni sistematika tagħhom fil-fażi ta' konsultazzjoni pre-leġislattiva; u saħansitra tiċċaħħad mill-garanzija legali ta' din il-parteċipazzjoni, permezz ta' l-għotja lill-Kumitat tar-Reġjuni ta' dritt ta' appell fil-Qorti tal-Ġustizzja, li jsaħħaħ it-trasparenza u d-demokrazija ta' l-Unjoni; |
|
14. |
jinnota li mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Unjoni Ewropea tiċċaħħad minn kapaċità ta' azzjoni rilevanti sabiex tassigura l-koeżjoni territorjali u r-rinfurzar tas-solidarjetà komunitarja; |
|
15. |
jenfasizza li, mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Ewropa tkun qiegħda ċċaħħad lilha nnifisha minn politika komuni ta' l-asil u għodod konkreti għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, li huma ta' rilevanza partikulari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jridu jilqgħu l-immigranti fir-reġjuni u l-ibliet tagħhom; |
|
16. |
ifakkar li mingħajr Trattat Kostituzzjonali, l-Unjoni mhux ser tkun f'qagħda li tiżviluppa politika ta' enerġijab'saħħitha, u dan ikun ta' detriment b'mod partikulari għall-awtoritajiet territorjali li huma favur l-enerġija li tiġġedded u l-effiċjenza ta' l-enerġija, u li b'hekk jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-effetti inerenti tat-tibdil fil-klima; |
Il-kunsiderazzjoni tad-dimensjoni reġjonali u lokali fir-regolamentazzjoni istituzzjonali
|
17. |
jitlob li fi kwalunkwe każ id-dispożizzjonijiet li ġejjin jiġu kkunsidrati f'kull Trattat li jsir fil-ġejjieni:
|
|
18. |
jitlob għalhekk, li l-protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiġi inkluż f'kull trattat ġdid jew li jinżamm bħala protokoll nru. 2 dritt wara l-protokoll nru. 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali; |
|
19. |
jagħraf il-ħtieġa li jitqiesul-oqsma li ġejjin: it-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-mudell soċjali Ewropew fil-kuntest tal-bidla demografika u l-globalizzazzjoni (1), il-politika ta' l-immigrazzjoni speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni klandestina, il-politika ekonomika fiż-żona ta' l-euro, u jenfasizza li l-azzjoni ta' l-UE f'dawn l-oqsma tista' tkun effettiva biss jekk tkun appoġġjata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; għalhekk jitlob li l-konsultazzjoni tal-Kumitat dwar dawn l-oqsma ġodda ta' intervent komuntarju tkun inkluża f'kull Trattat ġdid; |
|
20. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-UE m'għandhiex biss il-problemi ta' komunikazzjoni li dejjem jissemmew, iżda li ċ-ċittadini jistennew ukoll tibdil fit-tfassil konkret tal-politiki. Għalhekk, l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri għandhom dejjem iġeddu l-isforz tagħhom sabiex il-politiki jkunu orjentati fl-interess taċ-ċittadini. Il-mistoqsija taċ-ċittadini “X'qiegħed nieħu mill-UE?” hija leġittima, u l-politika Ewropea għandha tipprovdi tweġibiet konvinċenti għal mistoqsijiet ta' dan it-tip; |
|
21. |
jitlob li jekk il-mandat tal-Konferenza Inter-Governattiva jipprevedi l-eżaminazzjoni mill-ġdid tal-bażijiet legali tal-Parti III tat-Trattat Kostituzzjonali, jiġi kkonsultat fuq miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili (Art. III-284), it-turiżmu (Art. III-281) u l-kooperazzjoni amministrattiva (Art. III-285); |
L-estensjoni ta' l-impenn tal-KtR fir-rigward tal-Pjan D għad-Deċentralizzazzjoni
|
22. |
jinnota li ssawwar kunsens minn mindu beda l-perijodu ta' riflessjoni dwar il-bżonn tad-dibattitu dwar l-Ewropa fuq il-livell li huwa l-eqreb tal-poplu, li l-informazzjoni għandha tingħata b'mod reġjonali u lokali kif ukoll b'mod identifikat; |
|
23. |
itenni l-konvinzjoni tiegħu tan-neċessità kruċjali tal-promozzjoni, permezz ta' politika għall-komunikazzjoni deċentralizzata, tar-riflessjoni dwar il-valuri komuni, il-kisbiet tal-kostruzzjoni Ewropea u tal-politiki komunitarji, kif ukoll l-isfidi għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; |
|
24. |
jenfasizza li permezz taż-żieda tar-raba' “D” — Deċentralizzazzjoni — mal-Pjan D (Demokrazija, Djalogu u Dibattitu) proposta mill-Kummissjoni Ewropea huwa xtaq juri r-rilevanza tad-dibattitu politiku u pubbliku tal-prossimità kif ukoll il-bżonn tal-promozzjoni ta' politika ta' komunikazzjoni deċentralizzata fit-territorju Ewropej kollu; |
|
25. |
ifakkar li huwa qiegħed jiżviluppa programm ta' avvenimenti sinifikanti fi Brussel (Open Days, Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Ibliet, forums, ġimgħat tematiċi) li b'hekk joffru lill-istituzzjonijiet Ewropej involuti fl-organizzazzjoni tagħhom pjattaformi ġenwini għall-komunikazzjoni mar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-mezzi tax-xandir reġjonali u lokali u l-edituri ta' pubblikazzjonijiet ta' assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali ta' l-awtoritajiet territorjali; |
|
26. |
jilqa' wkoll l-inizjattivi meħuda mill-gruppi politiċi tiegħu u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-komunikazzjoni dwar l-Ewropa, elenkati fl-ewwel żewġ rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan D “Deċentralizzazzjoni” (2), li jiffavorixxi l-ħolqien ta' żona pubblika ta' djalogu u dibattitu permezz ta' l-istampa lokali u reġjonali; |
|
27. |
itenni għalhekk il-bżonn li jiġi adottat aproċċ f'żewġ direzzjonijiet, kif tirrakkomanda l-Kummissjoni Ewropea fil-White Paper tagħha fuq il-politika Ewropea dwar l-informazzjoni; il-komunikazzjoni attwali ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali qiegħda titwettaq b'mod wisq unilaterali minn fuq għal isfel; |
|
28. |
jikkommetti ruħu li, fil-kuntest attwali ta' l-estensjoni ta' l-azzjoni tal-Kummissjoni, isegwi l-approċċ territorjali diġà zviluppat bil-pjan D “Deċentralizzazzjoni” u jsejjaħ, sabiex tiġi kkonsolidata politika ta' komunikazzjoni deċentralizzata:
|
|
29. |
jilqa' l-pass li ħadet il-Kummissjoni Ewropea meta żammet il-Konferenza ta' Berlin tat-18 u d-19 ta' Jannar 2007, bil-għan li tiġi żviluppata sħubija bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-awtoriajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-komunikazzjoni; |
|
30. |
jiġbed attenzjoni partikulari għall-proposti fil-konklużjonijiet ta' din il-konferenza, u fost affarijiet oħra l-bżonn li:
|
|
31. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li fil-ġejjieni l-komunikazzjoni għandha tkun immirata lejn gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, per eżempju lejn in-nisa u ż-żgħażagħ; |
|
32. |
jemmen li l-politika ta' komunikazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ser issir iktar koerenti u effettiva meta l-istituzzjonijiet Ewropej isibu qafas jew bażi legali sabiex jiġi implimentat programm speċifiku appoġġjat minn riżorsi finanzjarji adegwati; l-awtoritajiet reġjonali u lokali u n-netwerks tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għall-fondi komunitarji taħt dawn il-programmi futuri; jilqa', f'dan il-kuntest, il-linji ta' gwida għall-proċedura baġitarja ta' l-2008 tal-Parlament Ewropew, billi jsejjaħ għal parteċipazzjoni ikbar mill-mezzi tax-xandir lokali jew reġjonali u ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-komunikazzjoni li jkunu mmirati lejn il-mezzi tax-xandir lokali jew reġjonali; |
|
33. |
jieħu nota li kemm il-Kummissjoni (3) kif ukoll il-Parlament Ewropew (4) jagħrfu l-ħtieġa għall-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej sabiex iwasslu liċ-ċittadini messaġġ uniformi dwar l-Ewropa, u jilqa' t-tiġdid tal-kooperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet reġjonali u lokali li turi r-rilevanza u l-impatt tad-deċiżjonijiet ta' l-UE fil-ħajja taċ-ċittadini; |
|
34. |
jappoġġja l-proposta tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-ftehim inter-istituzzjonali li jispjega l-prinċipji komuni li jigvernaw l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-komunikazzjoni u jitlob li jkun involut fit-tfassil u l-implimentazzjoni tiegħu (5); |
|
35. |
jappoġġja l-proposta tal-Parlament Ewropew dwar l-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Grupp Interistituzzjonali ta' l-Informazzjoni (GII), sabiex jiġi ddeterminat jekk hux possibbli li jkun hemm titjib, u jekk għandux jinħoloq grupp inkarigat mill-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet għall-esekuzzjoni tal-linji ta' gwida stabbiliti mill-GII, u huwa disponibbli li jipparteċipa f'dan il-kuntest (6); |
|
36. |
jilqa' wkoll l-addendum għall-ftehim tal-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, iffirmat f'Novembru 2005, dwar il-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni, li jsaħħaħ din id-dimensjoni ta' kooperazzjoni interistituzzjonali favur politika ġenwina ta' komunikazzjoni deċentralizzata; |
|
37. |
jappoġġja l-attivitatjiet tal-komunikazzjoni tal-parlamenti reġjonali u jitlob il-parteċipazzjoni tal-membri tiegħu kif ukoll tal-parlamenti reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-Forums inter-parlamentari dwar il-futur ta' l-Ewropa; |
|
38. |
japprezza l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, li tipproponi l-ħolqien ta' Fond Ewropew tal-Ġurnaliżmu bil-għan li jagħmel it-temi Ewropej rilevanti għas-sitwazzjonijiet reġjonali u lokali differenti (7); |
|
39. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din l-opinjoni lill-Membri tal-Kunsill Ewropew, lil-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. A. Proċedura
|
Titolu |
Dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni: Il-prezz ta' nuqqas ta' Kostituzzjoni, 21 ta' Novembru 2006. |
|
Referenzi |
— |
|
Bażi legali |
Opinjoni fuq inizjattiva proprja (Art. 265 paragrafu 5) |
|
Bażi għal proċedura |
— |
|
Data tad-deċiżjoni tal- Bureau |
12.2.2007 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Gvernanza Ewropea u l-Qasam tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (CONST) |
|
Rapporteur |
Is-Sur Paiva, Sindku ta' Tomar (PT/PPE) |
|
Nota ta' analiżi |
CdR 12/2007 |
|
Analiżi fil-kummissjoni |
27.2.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
3.5.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Adottata b'maġġoranza |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6.6.2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
Opinjoni CdR 205/2005 tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar “Il-perijodu ta' riflessjoni: l-istruttura, is-suġġetti u l-qafas għal evalwazzjoni tad-dibattitu dwar l-Unjoni Ewropea”, rapporteurs: Is-Sur Schausberger (AT/PPE) u Lord Tope (UK/ALDE) (8). |
II.B. Proċedura
|
Titolu |
Pjan D: dibattitu usa' u iktar fil-fond dwar l-Ewropa |
|
Referenzi |
SEC(2006) 1553 |
|
Bażi legali |
Opinjoni fuq inizjattiva proprja (Art. 265 paragrafu 5) |
|
Bażi għal proċedura |
— |
|
Data tad-deċiżjoni tal- Bureau |
12.2.2007 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Gvernanza Ewropea u l-Qasam tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (CONST) |
|
Rapporteur |
Is-Sur Paiva, Sindku ta' Tomar (PT/PPE) |
|
Nota ta' analiżi |
CdR 12/2007 |
|
Diskuss fil-kummissjoni |
27.2.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
3.5.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Adottata b'maġġoranza |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6.6.2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
Opinjoni CdR 52/2006 tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni fil-perijodu ta' riflessjoni u wara: il-Pjan D Demokrazija, Djalogu u Dibattitu,” (COM(2005) 494 finali), u dwar “Il-White Paper dwar il-politika Ewropea tal-komunikazzjoni”, (COM(2006) 35 finali), rapporteur: is-Sinjura Bresso (IT/PSE) (9). |
(1) Abbozz ta' rapport fuq il-pjan ta' direzzjoni għas-segwitu tal-proċess kostituzzjonali ta' l-Unjoni (2007/0000(INI)), Kummissjoni għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew; rapporteurs: Enrique Barón Crespo, Elmar Brok, punt 8.
(2) “Komunikazzjoni dwar l-Ewropa fir-Reġjuni u l-Ibliet, l-Implimentazzjoni ta' Pjan D ‘Deċentralizzazzjoni’, l-ewwel rapport ta' progress (Ottubru 2005 — Ottubru 2006)”.
(3) SEC(2006)1553, Pjan D — Dibattitu usa' u iktar fil-fond dwar l-Ewropa, nota ta' informazzjoni tas-Sinjura Wallström lill-Kummissjoni, 29 ta' Novembru 2006.
(4) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-White Paper dwar politika Ewropea dwar il-komunikazzjoni (2006/2087(INI)), tas-16 ta' Novembru 2006.
(5) 2006/2087(INI), punt 9.
(6) 2006/2087(INI), punt 44 u 48.
(7) 2006/2087(INI), punt 33.
(9) ĠU C 229, 22.9.2006, p. 67.
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/37 |
Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar is-servizzi postali tal-komunità
(2007/C 197/07)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
huwa tal-fehma li l-iskeda għat-tlestija tas-suq postali intern sa l-2009 kif propost fid-Direttiva 2002/39 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji għandha tiġi posposta għall-31 ta' Diċembru 2010 u għandha tħalli wkoll għal perijodu transizzjonali sa l-2012 għall-Istati Membri li jikkunsidraw dan bħala bżonnjuż. Il-kwistjonijiet legali wara l-alternattivi ppreżentati għall-iffinanzjar ta' l-obbligi tas-servizz universali għandhom jiġu ċċarati bil-quddiem mill-Kummissjoni. Fir-rapport tagħha li jmiss, u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet ikkonċernat u wara studji xierqa, ser tevalwa l-effiċjenza tal-metodi ta' finanzjament proposti mid-Direttiva kif ukoll jekk l-ambitu tas-servizz universali jissodisfax il-bżonnijiet ta' l-utenti; |
|
— |
jemmen li n-netwerk postali fit-totalità tiegħu, inkluż l-aġenziji rappreżentati, jista' jipprovdi mhux biss servizzi postali iżda jaġixxi wkoll bħala pjattaforma għall-provvista ta' servizzi pubbliċi oħrajn; din tippermetti li tirrispondi għall-bżonnijiet mifruxa fiż-żoni rurali tal-muntanji jew remoti, waqt li jiggarantixxu l-aċċess għas-servizzi essenzjali b'mod elettroniku; |
|
— |
jinnota li operaturi ġodda ħolqu impjiegi ġodda fi swieq liberalizzati u, b'mod indirett, f'industriji li jiddependu mis-settur postali; madankollu, bil-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-oġġetti postali, is-settur postali, li qabel kien irregolat minn garanziji soċjali fuq l-impjieg u l-qligħ, issa qiegħed jiffaċċja r-riskju li jispiċċa f'sitwazzjoni ta' inċertezzi u salarji baxxi. |
I. Rakkomandazzjonijiet politiċi
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità
COM(2006) 594 finali — 2006/0196 (COD)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jemmen li servizzi postali tajbin huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi u soċjali kollha u huma parti vitali tal-komunikazzjoni fi ħdan l-UE; |
|
2. |
jenfasizza r-rwol prinċipali li jaqdu s-servizzi postali fil-koeżjoni territorjali u soċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tas-servizzi universali li jassiguraw id-disponibilità ta' servizzi ta' kwalità għolja, affidabbli u bi prezzijiet aktar aċċessibli, irrispettivament mill-kondizzjonijiet ġeografiċi u finanzjarji; |
|
3. |
jenfasizza l-appoġġ u l-impenn tiegħu għat-tlestija tas-suq uniku Ewropew permezz ta' liberalizzazzjoni regolata tas-suq postali li jippermetti garanzija dejjiema tal-provvista tas-servizz universali; |
|
4. |
huwa tal-fehma li l-iskeda għat-tlestija tas-suq postali intern sa l-2009 kif propost fid-Direttiva 2002/39 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji għandha tiġi posposta għall-31 ta' Diċembru 2010 u għandha tħalli wkoll għal perijodu transizzjonali sa l-2012 għall-Istati Membri li jikkunsidraw dan bħala bżonnjuż. Il-kwistjonijiet legali wara l-alternattivi ppreżentati għall-iffinanzjar ta' l-obbligi tas-servizz universali għandhom jiġu ċċarati bil-quddiem mill-Kummissjoni; fir-rapport tagħha li jmiss, u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni wiesa' tal-partijiet ikkonċernati u wara studji xierqa, ser tevalwa l-effiċjenza tal-metodi ta' finanzjament proposti mid-Direttiva kif ukoll jekk l-ambitu tas-servizz universali jissodisfax il-bżonnijiet ta' l-utenti; |
|
5. |
jikkunsidra li r-regolamentazzjoni Ewropea u nazzjonali ta' l-operazzjonijiet postali għandha tinkludi regolamenti li jassiguraw servizzi universali għall-konsumaturi waqt li jiggarantixxu lill-impriżi postali l-possibbilità li jaħdmu b'mod flessibli sabiex iservu l-bidliet fis-swieq u fil-bżonnijiet ta' l-utenti; |
|
6. |
jaqbel li l-impatt tal-globalizzazzjoni, l-esiġenzi tas-suq għal servizz ta' kwalità għolja u l-avvanzi teknoloġiċi jfissru li l-industrija tas-servizzi postali qiegħda tiffaċċja bidla rapida. Il-KtR jenfasizza li servizz ta' kwalità għolja, modern u miftuħ għall-progress teknoloġiku huwa prerekwiżit għat-tlestija tas-Suq Uniku, għat-tkabbir ta' l-ekonomija fil-futur u għall-inklużjoni soċjali. Il-konsumaturi u l-impriżi żgħar f'żoni urbani remoti u esklużi huma b'mod partikolari dipendenti fuq is-servizzi postali. Madankollu, fl-istess ħin, teknoloġija ġdida u moderna ġabet magħha metodi ġodda ta' komunikazzjoni u l-iskop tas-servizz universali meħtieġ għandu jikkunsidra dan; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni għas-sostituzzjoni, f'diversi Stati Membri, ta' oġġetti li tradizzjonalment jintbagħtu bil-posta b'forom ġodda ta' komunikazzjoni. Dan wassal għal tnaqqis sostanzjali fil-volumi ta' posta għall-operaturi postali, li għandu jiġi kkunsidrat meta jitfisser l-iskop u l-mezzi ta' finanzjament ta' l-obbligazzjoni tas-servizz universali; |
|
8. |
jirrakkomanda li għandha tingħata iktar attenzjoni lit-telf possibli ta' impjiegi fil-proċess tal-liberalizzazzjoni, anke jekk kompetituri ġodda li jidħlu fis-suq jistgħu jipprovdu wkoll opportunitajiet sinjifikanti fir-rigward ta' l-impjieg; |
|
9. |
jissuġġerixxi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom janalizzaw aktar il-possibbiltajiet li jiġu introdotti programmi ta' taħriġ mill-ġdid għall-impjegati tas-servizzi postali li jistgħu jispiċċaw bla xogħol meta l-monopolji jiffaċċjaw kompetizzjoni minn operaturi ġodda fis-suq; |
|
10. |
jinnota li operaturi ġodda ħolqu impjiegi ġodda fi swieq liberalizzati u, b'mod indirett, f'industriji li jiddependu mis-settur postali; madankollu, bil-liberalizzazzjoni tas-suq ta' l-oġġetti postali, is-settur postali, li qabel kien irregolat minn garanziji soċjali fuq l-impjieg u l-qligħ, issa qiegħed jiffaċċja r-riskju li jispiċċa f'sitwazzjoni ta' inċertezzi u salarji baxxi; |
|
11. |
jitlob li l-Istati Membri u l-Kummissjoni janalizzaw l-opportunitajiet offruti minn rappreżentanza (franchising) tan-netwerk ta' aġenziji postali kif ġara f'xi pajjiżi Nordiċi b'riżultati pożittivi ħafna. F'dawn il-pajjiżi, il-kombinazzjoni ta' aġenzija postali rappreżentata flimkien ma' negozju ieħor tidher li hija metodu apprezzat ħafna mill-konsumaturi għall-provvista tas-servizzi postali; |
|
12. |
jemmen li n-netwerk postali fit-totalità tiegħu, inkluż l-aġenziji rappreżentati, jista' jipprovdi mhux biss servizzi postali iżda jaġixxi wkoll bħala pjattaforma għall-provvista ta' servizzi pubbliċi oħrajn; din tippermetti li tirrispondi għall-bżonnijiet mifruxa fiż-żoni rurali tal-muntanji jew remoti, waqt li jiggarantixxu l-aċċess għas-servizzi essenzjali b'mod elettroniku; |
|
13. |
jinnota li mhux ċar jekk it-tagħrif indikat fl-Artikolu 6 dwar it-tagħrif li għandu jiġi ppubblikat dwar is-servizzi universali jirreferix għall-karatteristiċi partikolari tas-servizz universali stabbiliti mill-awtoritajiet jew għall-kondizzjonijiet ġenerali tas-servizz għall-fornitur tas-servizz universali. L-Artikolu għandu jiġi emendat sabiex jistabbilixxi b'mod ċar liema partijiet jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri mill-Istati Membri; |
|
14. |
jinnota li fl-Artikolu 7 l-ġdid, id-Direttiva tintroduċi possibbiltajiet differenti sabiex jinkludu l-kumpens pubbliku permezz ta' sussidji statali diretti jew, b'mod indirett, finanzjar permezz ta' l-użu tal-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku; |
|
15. |
jitlob aktar kjarifika fuq l-alternattivi finanzjarji proposti fl-Artikolu 7;
|
|
16. |
jikkunsidra li l-Artikolu 9 ma jikkunsidrax biżżejjed iċ-ċirkostanzi differenti fl-Istati Membri differenti u li dan jillimita soluzzjonijiet alternattivi. Il-KtR għalhekk jissuġġerixxi li d-Direttiva għandha tippermetti li proċeduri differenti ta' liċenzjar u ta' awtorizzazzjoni jkunu jistgħu jitħalltu u jiġu kkoordinati billi jittieħdu f'konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi lokali ta' kull Stat Membru; |
|
17. |
jikkunsidra li s-sigurtà u l-istabbilità ta' tħaddim ta' impriża ddisinjata bħala fornitur ta' servizz universali m'għandhomx ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet ogħla minn dawk ġeneralment diretti lejn impriżi postali. Jekk jiġu stabbiliti termini aktar stretti għal fornitur ta' servizz universali, dan ser iwassal għal spejjeż addizzjonali. |
|
18. |
jaqbel li f'kuntest ta' kompetizzjoni totali, huwa importanti, kemm għall-bilanċ finanzjarju tas-servizz universali kif ukoll sabiex jiġi limitat ix-xkiel għas-suq, li t-tbegħid mill-prinċipju li l-prezzijiet jirriflettu l-kondizzjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali normali jseħħ biss sabiex jitħarsu jew jiġu promossi l-obbligi ta' servizz pubbliku mfissra fl-atti legali nazzjonali rilevanti. Dan jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri għandhom, jekk huwa possibli, iżommu tariffi uniformi għal tariffa postali bil-biċċa li huwa s-servizz l-iktar li jintuża mill-konsumaturi u l-impriżi żgħar; barra minn hekk, dawn il-prinċipji m'għandhomx jostakolaw lill-fornituri tas-servizz universali milli b'mod volontarju jużaw tariffi uniformi fil-provvista ta' serivzzi universali; |
|
19. |
jikkunsidraha speċjalment importanti li l-prinċipji ta' prezzar tas-servizz universali jkunu konformi ma' l-Artikolu 12 u li huma regolati b'mod ċar biżżejjed u mingħajr ambigwità; |
|
20. |
jirrakkomanda kjarifika b'dak li jrid jitfisser b'orjentament lejn l-ispejjeż tal-prezzijiet u l-fatt li l-prezzijiet iridu jistimolaw il-kisba ta' benefiċċji fl-effiċjenza. Id-Direttiva u l-Preambolu tagħha għandhom, barra minn jekk, isemmu b'mod ċar li d-dispożizzjonijiet tariffarji relatati mas-servizz universali m'għandhomx jobbligaw lill-impriżi postali sabiex ibaxxu l-prezzijiet tagħhom sempliċement minħabba li żjieda fl-effiċjenza wasslet għal operazzjonijiet li jħallu aktar profitt. |
|
21. |
jikkunsidra speċjalment importanti l-fatt li, fil-qafas tas-servizz universali, l-esiġenzi imposti fir-rigward ta' l-orjentament lejn l-ispejjeż u tan-natura raġonevoli tal-prezzijiet tas-servizz universali huma regolati b'mod suffiċjentament preċiż sabiex ma jintużawx bħala għodda ta' kontroll tal-prezzijiet iżda apprezzati fil-kuntest tal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni; |
|
22. |
jikkunsidra li l-ipprezzar tas-servizzi għajr dawk tas-servizz universali m'għandhomx ikunu soġġetti għal regolamentazzjoni diretta; |
|
23. |
jinnota li l-Artikolu 14, paragrafu 2, dwar il-kontabilità analitika huwa aktar uniformi mir-Regolament attwali, minħabba li m'hemm l-ebda bżonn li s-servizz universali jagħmel parti minn kontabilità separata jekk l-impriża postali ma tirċevix finanzjament estern għall-provvista tas-servizz universali; |
|
24. |
jikkunsidra li d-Direttiva għandha tindika b'mod ċar il-prinċipju li impriża postali m'għandhiex għalfejn iżżomm kontabilità separata ta' l-ispejjeż tas-servizz universali jekk l-Istat Membru kkonċernat ma introduċiex sistema ta' finanzjament għal dan is-servizz jew jekk is-servizz unviersali jitħalla għall-mekkaniżmi tas-suq; |
|
25. |
jikkunsidra bħala inutli l-prinċipju fl-Artikolu 14 paragrafu 8 li awtorità nazzjonali regolatorja tista' tuża d-diskrezzjoni tagħha fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14, per eżempju fir-rigward ta' l-obbligazzjoni lill-impriżi sabiex iżommu kontabilità separata; u jikkunsidra wkoll li għandha titneħħa d-diskrezzjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14. Minflok, il-paragrafu għandu jiċċara li l-obbligazzjoni li jkun hemm kontijiet separati m'għandux japplika jekk Stat Membru ma ħoloqx mekkaniżmu ta' finanzjament b'konformità ma' l-Artikolu 7 jew jekk ma nħatar l-ebda fornitur ta' servizz universali. |
|
26. |
jikkunsidra bħala essenzjali li l-ispejjeż tas-servizz universali jiġu allokati u jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta l-impriża maħtura sabiex tipprovdi s-servizz universali hija dik li hija obbligata li tapplika l-orjentament lejn l-ispejjeż tal-prezzijiet; |
II. Rakkomandazzjonijiet għall-emendi
Emenda 1
Premessa 12 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Proposta leġislattiva tal-Kummissjoni Ewropea ma tistax tipprevedi l-impatt tal-ftuħ komplet tas-suq. It-tieni sentenza tal-premessa madankollu hija dispożizzjoni legali ċara.
Emenda 2
Premessa 17 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||
|
|
Emenda 3
Premessa 24 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Għandha tiġi analizzata l-konsegwenza li titfittex liberalizzazzjoni dejjem tikber għall-prinċipji tariffarji applikabbli għall-fornituri tas-servizz universali. Għandu jkun hemm flessibbiltà suffiċjenti sabiex il-fornitur tas-servizz universali jkun jista' jiffaċċja l-kompetizzjoni u jadatta għat-talbiet tas-suq.
Emenda 4
Artikolu 3 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Emenda 5
Artikolu 4.2 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Din il-modifika hija intiża sabiex tippreċiża li l-Istati Membri m'humiex neċessarjament obbligati li jaħtru fornitur ta' servizz universali jekk jiġi determinat li l-forzi tas-suq ser jiggarantixxu s-servizz universali.
Emenda 6
Artikolu 7 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Raġuni
Din l-emenda tirrappreżenta konsistenza mar-rakkomandazzjoni 2 dwar il-premessa 17 tad-Direttiva 97/67/KE. Huwa importanti li l-Kummissjoni tħejji rapport dwar l-effikaċja tal-possibbiltajiet differenti ta' finanzjament alternattiv. Is-settur riservat għandu jinżamm bl-istess termini bħal dawk li hemm fid-Direttiva 97/67/KE sa l-2012 għal dawk l-Istati Membri li jikkunsidraw dan neċessarju.
Emenda 7
Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Raġuni
Sa l-aħħar ta' l-2009, il-Kummissjoni għandha tippubblika studju li għandu l-għan li jiċċara kif fil-futur, is-servizzi universali ser jiġu pprovduti lill-utenti kemm fl-Ewropa rurali kif ukoll dik urbana. Sadattant għandu jinżamm l-istatus quo, inkluż iż-żona riservata.
Emenda 8
Artikolu 19 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
|
Stati Membri għandhom jassiguraw li proċeduri trasparenti, sempliċi u mhux għaljin isiru disponibbli minn impriżi li jipprovdu servizzi postali biex jiġu ttrattati lmenti ta' utenti, partikolarment f'każijiet li jinvolvu telf, serq, ħsara jew non-konformità ma' standards ta' kwalità ta' servizz (inklużi proċeduri biex jiġi determinat min hu responsabbli f'każijiet fejn ikun involut iktar minn operatur wieħed). |
Stati Membri għandhom jassiguraw li proċeduri trasparenti, sempliċi u mhux għaljin isiru disponibbli minn mill-impriżi kollha li jipprovdu servizzi postali biex jiġu ttrattati lmenti ta' utenti, partikolarment f'każijiet li jinvolvu telf, serq, ħsara jew non-konformità ma' standards ta' kwalità ta' servizz (inklużi proċeduri biex jiġi determinat min hu responsabbli f'każijiet fejn ikun involut iktar minn operatur wieħed). |
Raġuni
Huwa importanti li jkun assigurat li l-istess proċedura għandha tapplika għall-impriżi kollha li jipprovdu servizzi postali, mhux għal dawk biss li jipprovdu servizz universali.
Emenda 9
Artikolu 21 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-kumitat sabbilit skond l-Artikolu 21 għandu jkun informat bl-evoluzzjoni tal-miżuri stabbiliti mill-Istati Membri sabiex jassigura l-provvista tas-servizz universali u jassigura l-monitoraġġ tagħhom. Huwa importanti li rappreżentanti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu parti minn dan il-kumitat peress li jistgħu jkollhom opinjonijiet differenti minn dawk ta' l-Istati Membri.
Emenda 10
Artikolu 22a tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
||||||||||||||||
|
|
Raġuni
It-test għandu jinkiteb b'tali mod li jindika b'mod ċar li l-obbligu impost fuq l-impriżi għandu jkun ta' natura raġonevoli u rilevanti mill-perspettiva ta' l-istess impriżi u li jikkonċerna biss lis-servizzi rilevanti tas-servizz universali.
Emenda 11
Artikolu 23 tad-Direttiva 97/67/KE
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda mill-KtR |
|
Kull tliet snin, fl-ewwel okkażjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża l-informazzjoni xierqa dwar żviluppi fis-settur, partikolarment li jikkonċernaw aspetti ekonomiċi, soċjali, xejriet ta' l-impjiegi u teknoloġiċi, kif ukoll dwar il-kwalità tas-servizz. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn xieraq bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill |
Kull tliet snin, fl-ewwel okkażjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża l-informazzjoni xierqa dwar żviluppi fis-settur, partikolarment li jikkonċernaw aspetti ekonomiċi, soċjali, xejriet ta' l-impjiegi u teknoloġiċi, kif ukoll dwar il-kwalità tas-servizz. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll analiżi dettaljata ta ' l-effetti attwali u eventwali fil-futur tal-liberalizzazzjoni fuq ir-reġjuni, b'enfasi partikolari fuq ir-reġ juni muntanjużi bi bżonnijiet spe ċifiċi, u jkun akkumpanjat fejn xieraq bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Raġuni
Huwa importanti li r-rapport mhux biss jikkunsidra l-effetti tad-Direttiva fil-livell ta' Stat Membru iżda jikkunsidra wkoll l-effetti reġjonali.
Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
III. Proċedura
|
Titolu |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità |
|
Referenza(/i) |
COM(2006) 594 final — 2006/0196 (COD) |
|
Bażi legali |
Artikolu 265, l-ewwel paragrafu |
|
Bażi għal proċedura |
|
|
Data ta' referral mill-Kunsill |
22.11.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-President |
9.1.2007 |
|
Kummissjoni kompetenti: |
Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali (ECOS) |
|
Rapporteur |
Is-Sinjura Elina Lehto, Sindku ta' Lohja, (FIN, PES) |
|
Nota ta' Analiżi |
5.2.2007 |
|
Analiżi fil-kummissjoni |
30.3.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
30.3.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Adottata b'maġġoranza |
|
Data ta' l-adozzjoni fil-plenarja |
6 ta' Ġunju 2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
Opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar il-liberalizzazzjoni addizzjonali tal-kompetizzjoni tas-servizzi postali (COM(2000) 319 final, CdR 309/2000 fin (1)); Opinjoni dwar il-Proposta Ewropea għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-servizzi postali komunitarji u t-titjib tal-kwalità tas-servizz (COM(95) 227 final, CdR 422/1995 fin (2)) |
(1) ĠU C 144, 16.5.2001, p. 20.
(2) ĠU C 337, 11.11.1996, p. 28.
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/48 |
Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara rrelatata ma' l-alkoħol
(2007/C 197/08)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda intenzjoni li tissostitwixxi l-politiki nazzjonali li huma diġà fis-seħħ fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri b'azzjoni Komunitarja, jew li tipproponi l-iżvilupp ta' leġislazzjoni armonizzata fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol; jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-politiki nazzjonali li huma diġà stipulati fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri jirrelataw mal-kompetenzi nazzjonali skond l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE u l-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
— |
jenfassiza li fil-wetqa tal-pjan tiegħu li jidentifika l-azzjonijiet li diġà ġew implimentati mill-Istati Membri u l-aħjar prassi, u partikularment li jidentifika oqsma fejn tħoss li hemm ħtieġa għal iżjed progress, il-Kummissjoni m'għandhiex tmur lilhinn mill-objettivi u l-kompetenzi li ġew assenjati lilha skond it-Trattati; |
|
— |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li, fil-qasam tal-politika tas-saħħa, l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE jipprovdi għal diviżjoni tal-kompiti ċara bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, bl-azzjoni ta' l-UE ristretta b'tali mod li tikkomplimenta biss lill-politiki nazzjonali; |
|
— |
ma jaqbilx mal-fehma tal-Kummissjoni li hemm bżonn ta' definizzjoni komuni tat-terminu “xorb bla rażan” sabiex ikun hemm prevenzjoni u tnaqqis ta' xorb eċċessiv u estrem; |
|
— |
jiddubita serjament li jistgħu jinkisbu benefiċċji mill-proposta tal-Kummissjoni li jiġu analizzati d-differenzi fit-tendenzi tax-xorb skond il-pajjiż, l-età u s-sess. L-istess japplika għas-sistema proposta għad-definizzjonijiet flessibbli iżda standardizzati tad-data dwar l-alkoħol u s-servejs ripetuti u komparattivi dwar il-konsum ta' l-alkoħol; fid-dawl tad-diversità tad-drawwiet kulturali rrelatati mal-konsum ta' l-alkoħol li l-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi, ma tantx huwa probabbli li dawn id-definizzjonijiet jistgħu jipprovdu ħafna informazzjoni ġdida; |
I. Rakkomandazzjonijiet għall-politika
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara rrelatata ma' l-alkoħol.
COM(2006) 625 finali
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni
|
1. |
jindika li r-riskji għas-saħħa mill-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol ilhom suġġett għad-dibattitu soċjali u politiku. F'dan il-kuntest, huwa ċar għaliex il-Kummissjoni Ewropea għażlet li tindirizza dan is-suġġett u li tagħmel enfasi partikulari fuq il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' tendenzi ta' xorb qawwi u estrem, kif ukoll ix-xorb ta' taħt l-età, inċidenti tat-triq irrelatati ma' l-alkoħol u s-Sindrome Alkoħolika tal-Fetu (‛Foetal Alcohol Syndrome'); |
|
2. |
fid-dawl tad-drawwiet kulturali differenti irrelatati mal-konsum ta' l-alkoħol fl-Istati Membri varji, jikkunsdira bħala importanti li l-komunikazzjoni għandha tiffoka mhux fuq ix-xorb innifsu, iżda fuq l-abbuż ta' l-alkoħol u l-konsegwenzi negattivi tiegħu; |
|
3. |
jilqa' wkoll il-fatt li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda intenzjoni li tissostitwixxi azzjoni komunitarja mal-politiki nazzjonali, li kienu diġà stipulati fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, jew li tipproponi l-iżvilupp ta' leġislazzjoni armonizzata fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol; jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-politiki nazzjonali li huma diġà stipulati fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri jirrelataw mal-kompetenzi nazzjonali skond l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE u l-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
4. |
f'dan il-kuntest, jenfassiza li fil-wetqa tal-pjan tiegħu li jidentifika l-azzjonijiet li kienu diġà stipulati mill-Istati Membri u l-aħjar prassi, u partikularment li jidentifika oqsma fejn tħoss li hemm ħtieġa għal iżjed progress, il-Kummissjoni m'għandhiex tmur lilhinn mill-objettivi u l-kompetenzi li ġew assenjati lilha skond it-Trattati; |
|
5. |
bi pjaċir jinnota li meta jiġu diskussi miżuri li jappoġġjaw u jikkumplimentaw il-politiki nazzjonali implimentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tieħu konsiderazzjoni b'mod espliċitu, tal-fatt li t-tendenzi tax-xorb u l-kulturi jvarjaw ħafna madwar l-UE; |
Dwar il-mandat għall-azzjoni
|
6. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li, fil-qasam tal-politika tas-saħħa, l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE jipprovdi għal diviżjoni tal-kompiti ċara bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, bl-azzjoni ta' l-UE ristretta li tikkomplimenta l-politiki nazzjonali; |
|
7. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li ħafna Stati Membri diġà għandhom politiki estensivi mnieda sabiex jindirizzaw l-effetti detrimentali għas-saħħa rrelatati mal-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol, u li l-maġġoranza ta' l-Istati Membri diġà ħadu passi sabiex titnaqqas il-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol; |
|
8. |
jieħu nota ta' l-istrateġija tal-Kummissjoni li tappoġġja lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara rrelatata mal-konsum ta' l-alkoħol, li għal raġunijiet ta' sussidjarjetà, u fid-dawl tad-drawwiet kulturali differenti rrelatati mal-konsum ta' l-alkoħol irrikonoxxut mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha, ma jaqbilx li problemi potenzjali simili fi Stati Membri differenti neċessarjament jeħtieġu approċċ fuq livell ta' l-UE sabiex jiġu riżolti. |
Dwar il-każ għall-azzjoni
|
9. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-konsum perikoluż ta' l-alkoħol għandu impatt kbir fuq is-saħħa pubblika u b'hekk jiġġenera wkoll spejjeż irrelatati mal-kura tas-saħħa, l-assigurazzjoni tas-saħħa, l-infurzar tal-liġi u l-ordni pubbliku, u l-postijiet tax-xogħol, u b'hekk għandu impatt negattiv fuq l-iżvilupp ekonomiku u s-soċjetà kollha. Iż-żgħażagħ huma partikularment fir-riskju. F'dan id-dawl, hemm ħtieġa reali għal politiki li l-għan tagħhom ikun il-prevenzjoni u t-trattament tal-konsum ta' ħsara ta' l-alkoħol; |
Dwar it-temi ta' prijorità u l-prassi tajba
|
10. |
jaqbel mal-Kummissjoni li l-konsum perikoluż ta' l-alkoħol, b'mod partikulari fost iż-żgħażagħ, għandu impatt negattiv mhux biss fuq is-saħħa u l-benesseri soċjali, iżda wkoll fuq il-livell edukattiv milħuq u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u demokratika tal-Komunità li hija parti minnha l-persuna; jinnota wkoll it-tendenzi tax-xorb bla rażan (“binge-drinking”) fost dawk taħt l-età f'ħafna Stati Membri. Għalhekk huwa ta' importanza partikulari fl-Istati Membri li jiġu diskussi l-miżuri ta' politika pubblika mfassla sabiex irażżnu x-xorb ta' taħt l-età u t-tendenzi ta' ħsara tax-xorb fost iż-żgħażagħ; inżommu f'moħħna li kwalunkwe miżura leġislattiva għandha tiġi kkunsidrata u ppreparata b'reqqa partikulari u bbażata fuq l-esperjenza miksuba sal-lum fi Stati Membri oħra, sabiex ma jkunx iktar diffiċli li jintlaħqu n-nies ikkonċernati minħabba n-natura repressiva tal-miżuri involuti. |
|
11. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-infurzar effettiv tal-kontromiżuri nazzjonali u reġjonali għax-xorb u s-sewqan jistgħu jnaqqsu b'mod sostanzjali l-imwiet bit-traffiku, il-korrimenti u d-diżabilità; |
|
12. |
jirrakkomanda li, permezz ta' l-iżvilupp ta' evidenza komuni fil-livell ta l-UE kif inhu prevvist fil-komunikazzjoni, il-Kummissjoni tieħu l-passi neċessarji li tevalwa l-impatt tal-konsum moderat ta' l-alkoħol u tasal għal tifsira komuni ta' “konsum perikoluż u ta' ħsara”; |
|
13. |
ma jaqbilx mal-fehma tal-Kummissjoni li hemm bżonn ta' tifsira tat-terminu “xorb bla rażan” sabiex ikun hemm prevenzjoni u tnaqqis ta' xorb eċċessiv u estrem; |
|
14. |
jilqa' inizjattiva ta' riċerka sabiex tistima l-ispiża u l-benefiċċji ta' l-għażliet politiki għax dan jista' jgħin sabiex jiġi evalwat l-impatt ta' kampanji varji maħsuba sabiex ikun hemm prevenzjoni tal-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol; |
|
15. |
jiddubita serjament li hemm benefiċċji li jistgħu jinkisbu mill-proposta tal-Kummissjoni li tanalizza d-differenzi fit-tendenzi tax-xorb skond il-pajjiż, l-età u s-sess. L-istess japplika għas-sistema proposta għat-tifsiriet flessibbli iżda standardizzati għad-data dwar l-alkoħol u li jkun hemm servejs ripetuti u komparattivi dwar il-konsum ta' l-alkoħol, li fid-dawl tad-diversità tad-drawwiet kulturali rrelatati mal-konsum ta' l-alkoħol li l-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi, ma tantx huwa probabbli li jipprovdu ħafna informazzjoni ġdida; |
|
16. |
apparti minn hekk, jenfasizza b'mod qawwi li l-implimentazzjon ta' l-strateġija ta' l-UE sabiex tappoġġja lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol m'għandhiex timponi piż finanzjarju fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali; |
Dwar il-livelli ta' azzjoni
|
17. |
fid-dawl tal-kompetenza kompleta ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam li l-Kummissjoni tirrikonoxxi b'mod ċar, jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni li tniedi u tappoġġja inizjattivi fuq tliet livelli differenti ta' azzjoni sabiex jiġu indirizzati l-effetti negattivi fuq is-saħħa rrelatati mal-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol; |
|
18. |
fil-prinċipju jilqa' inizjattivi li jappoġġjaw — partikularment f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri — strateġiji mmirati lejn it-tnaqqis tax-xorb taħt l-età, u jirrakkomanda li l-pjanijiet tal-Kummissjoni li twaqqaf Forum għall-Alkoħol u s-Saħħa jiġu implimentati bħala parti integrali mill-Pjattaforma għall-Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa sabiex tassigura approċċ koeżiv u fl-istess ħin, tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-burokrazija żejda u l-proliferazzjoni ta' korpi uffiċjali, kif il-Kummissjoni pproponiet f'bosta okkażjonijiet. Il-ħidma fuq l-alkoħol u s-saħħa fil-livell ta' l-UE għandha tiffoka fuq it-tqassim ta' l-għarfien u l-iskambju ta' l-aħjar prassi fuq il-bażi tal-miżuri li huma diġà mnieda fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
19. |
jilqa' l-idea tal-Kummissjoni li teżamina kif ir-riċerka fil-livell Ewropew tista' tkun ta' valur għall-istrateġija ta' l-UE sabiex tappoġġja lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol, bħala parti mis-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka (FP7); |
|
20. |
jilqa' bi pjaċir kbir il-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tindirizza u tieħu konsiderazzjoni tal-miżuri u approċċi nazzjonali sabiex jitnaqqas l-abbuż ta' l-alkoħol; f'dan id-dawl, jaqbel mal-Kummissjoni li miżuri speċifiċi adottati mill-Istati Membri sabiex titnaqqas il-ħsara rrelatata ma' l-alkoħol ħalli tkun imħarsa s-saħħa pubblika, huma bbażati fuq il-kuntesti kulturali partikulari tagħhom; |
|
21. |
jaqbel ħafna mal-Kummissjoni li l-istrateġiji nazzjonali jistgħu jkunu iżjed effettivi jekk ikunu appoġġjati minn attivitajiet lokali u bbażati fil-komunità; f'dan id-dawl, jilqa' kwalunkwe involviment f'attivitajiet ta' l-UE minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell reġjonali u lokali taħt l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE; |
|
22. |
jaqbel mal-Kummissjoni li l-komunitajiet lokali jistgħu jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni u l-istrateġiji ta' appoġġ sabiex iħarsu liċ-ċittadini minn ħsara rrelatata ma' l-alkoħol, iżda jenfasizza li din diġà qiegħda sseħħ f'ħafna postijiet u għalhekk jieħu nota ta' l-istrateġija tal-Kummissjoni li tappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
23. |
fir-rigward tal-koordinazzjoni ta' azzjonijiet fil-livell ta' l-UE, jirreferi għall-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, li jistabbilixxi b'mod definittiv id-diviżjoni ċara bejn il-kompiti ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri, bl-azzjoni mill-UE ristretta li tikkomplimenta l-politiki nazzjonali; l-isforzi tal-Kummissjoni li tagħmel id-deċiżjonijiet politiki aktar konsistenti m'għandhiex tirriżulta fi ksur tal-liġi f'din is-separazzjoni ċara bejn il-poteri; huwa għalhekk kuntrarju għall-introduzzjoni tat-tikketti ta' twissija armonizzati, li l-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra fil-komunikazzjoni tagħha; fl-istess ħin, huwa ferm favur l-approċċi ta' awto-regolamentazzjoni fl-industrija tar-reklamar; |
Dwar il-konklużjonijiet
|
24. |
jaqbel li l-kontribuzzjoni ewlenija tal-Kummissjoni lejn il-politiki dwar l-alkoħol għandha tkun li tikkomplimenta l-politiki u l-istrateġiji nazzjonali f'dan il-qasam. Fil-fatt, dan huwa r-rwol prevvist fl-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE; bi pjaċir kbir jinnota li, fid-dawl tad-diviżjoni ċara tal-poteri bejn l-UE u l-Istati Membri, il-Kummissjoni m'hijiex qiegħda tippjana li tissottometti proposti leġislattivi ġodda; |
|
25. |
jilqa' wkoll il-fatt li permezz ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija, il-Kummissjoni qiegħda tenfasizza b'mod partikulari l-prinċipji tas-sussidjarjetà u r-regolamentazzjoni aħjar. |
Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal- Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara rrelatata ma' l-alkoħol. |
|
Referenza |
COM(2006) 625 final |
|
Bażi legali |
Artikolu 265(1) tat-Trattat tal-KE |
|
Bażi proċedurali |
— |
|
Data ta' referenza mill-Kunsill |
24.10.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal- Bureau |
25.4.2006 |
|
Kummissjoni responsabbli |
Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli (DEVE) |
|
Rapporteur |
Is-Sur Hoff, Ministru għall-Affarijiet Federali u Ewropej, il-Land ta' Hesse |
|
Dikjarazzjoni Spjegattiva |
22.12.2006 |
|
Diskuss fil-kummissjoni |
6.3.2007 |
|
Data ta' adozzjoni mill-kummissjoni |
6.3.2007 |
|
Riżultat tal-vot fil-kummissjoni |
maġġoranza |
|
Data ta' adozzjoni fil-plenarja |
6.6.2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
— |
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/52 |
Opinjoni tal- Kumitat tar-Reġjuni dwar il-governanza u l-kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp
(2007/C 197/09)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jemmen li l-governanza demokratika hija s-sisien għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-iżvilupp tal-millennju (MDGs) u għandha tkun ibbażata fuq approċċ wiesa', u li governanza aħjar hija s-soluzzjoni għal politika ta' l-iżvilupp ta' suċċess. L-element ewlieni ta' governanza tajba hija l-għarfien li l-aħjar deċiżjonijiet jittieħdu fl-eqreb livell possibbli maċ-ċittadin; |
|
— |
jemmen li m'huwiex biżżejjed li nitkellmu dwar “ir-rwol ewlieni li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet lokali sabiex jinkisbu l-MDGs”; il-governanza teħtieġ li l-livelli kollha ta' l-awtorità ta' pajjiż jiggvernaw skond il-prinċipji tat-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u r-rispett għas-sussidjarjetà. Bħala konsegwenza, |
|
— |
jemmen li huwa essenzjali, taħt dawn iċ-ċirkostanzi, partikularment għall-pajjiżi li għandhom fruntiera mal-Mediterran (li ħafna minnhom huma kkunċernati mill-istrateġija ta' l-Afrika), li jtenni r-rakkomandazzjonijiet li għamel fl-Opinjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 fl-okkażjoni ta' l-10 anniversarju ta' l-isħubija Ewro-Mediterranja u mtennija fil-konklużjonijiet tas-Seminar ta' Valencia fl-10 ta' April 2007, għat-twaqqif ta' forum Ewro-Mediterran ta' l-awtoritajiet lokali. |
|
— |
jiġbed l-attenzjoni lejn l-appoġġ finanzjarju li jistħoqqilha l-governanza lokali: l-allokazzjoni ta' massimu ta' 15 % li, taħt l-10 regolament ta' l-EDF, jista' jiġi identifikat għall-appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-kooperazzjoni teknika u l-governanza (fejn din għadha ma ntgħażlitx bħala qasam ta' konċentrazzjoni) jidher inadegwat b'mod ċar; dan il-massimu għandu jogħla almenu sa 25 %, sabiex jiġu koperti d-dimensjonijiet nazzjonali u lokali. |
|
— |
jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea, b'konformità ma' l-objettivi tal-ftehim ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni deċentralizzata, sabiex tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju u sabiex taħdem mal-Kumitat fuq it-twaqqif ta' skambju ta' kooperazzjoni deċentralizzata bil-għan li jiġi ffaċilitat u kkoordinat b'iktar effikaċja l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni deċentralizzata mwettqa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-kontrapartijiet tagħhom fil-pajjiżi li għadhom fit-triq ta' l-iżvilupp. |
I. Rakkomandazzjonijiet ta' politika
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsilll, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Governanza u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp — Lejn approċċ armonizzat fl-Unjoni Ewropea
COM(2006) 421 finali — SEC (2006)1020, SEC(2006) 1021, SEC(2006) 1022
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
japprova l-ideat ġenerali ppreżentati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni:
|
|
2. |
jixtieq jikkonferma mill-ġdid il-prinċipju li esprima fir-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-opinjoni ta' inzjattiva proprja tiegħu dwar ir-rwol tal-kooperazzjoni deċentralizzata fl-iżvilupp tar-riforma tal-politika (CdR 224/2005), jiġifieri li governanza aħjar hija rikonoxximent li l-aħjar deċiżjonijiet jittieħdu mill-iktar qrib possibbli mal-livell taċ-ċittadini; |
|
3. |
jikkunsidra bħala riżultat li l-implimentazzjoni effettiva tal-governanza demokratika ma tfissirx ir-restrizzjoni tal-prinċipji ppreżentati mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet fuq il-livell nazzjonali jew intergovernattiv iżda l-indirizzar ta' kwistjonijiet tad-deċentralizzazzjoni u d-demokrazija fuq il-livell lokali; għalhekk jirrakkomanda l-ippjanar mhux biss għall-interazzjoni bejn is-setturi varji tal-ħajja nazzjonali, iżda t-tfittxija wkoll għall-koordinazzjoni tajba bejn il-livelli nazzjonali u lokali tal-gvern; |
|
4. |
jemmen li m'huwiex biżżejjed li jiġi diskuss bil-kliem ir-“rwol ewlieni li jistgħu jaqdu l-awtoritatjiet lokali fil-kisba tal-MDGs”; il-governanza teħtieġ il-livelli kollha ta' l-awtorità f'pajjiż sabiex jiggverna skond il-prinċipji tat-trasparenza, il-parteċipazzjoni pubblika u r-rispett għas-sussidjarjetà. Għalhekk l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
|
|
5. |
jirrakkomanda l-preparazzjoni għad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fir-relazzjonijiet mal-gvernijiet ta' pajjiżi benefiċjarji, meta jitqiesu l-livelli sotto-nazzjonali tal-gvern, b'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-proprjetà proposta fl-istrateġija għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea. |
Fir-rigward ta' l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, partikularment dawk fil-pajjiżi AKP u Afrikani
Il-pajjiżi AKP
|
6. |
jirrakkomanda l-ewwel u qabel kollox l-għotja ta' l-effett komplet lill-Artikolu 4 l-ġdid tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou u li tiġi pprovduta konsultazzjoni adattata ta' l-awtoritajiet lokali deċentralizzati dwar l-aġġustamenti tal-programmi ta' l-għajnuna ta' l-UE nnegozjati mal-gvern tal-pajjiż ikkonċernat; |
|
7. |
jemmen li huwa essenzjali li l-informazzjoni dwar il-proċeduri u l-impatt ta' din il-konsultazzjoni jsiru disponibbli għall-assoċjazzjonijiet tar-rappreżentanti eletti lokali fil-pajjiżi kkonċernati; |
|
8. |
jilqa' f'dan ir-rigward it-tqassim tal-linji ta' gwida lid-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni, sabiex titqajjem il-kuxxjenza tagħhom tad-dimensjoni lokali ta' l-attivitajiet ta' l-UE, partikularment fil-qasam tal-governanza, skond ir-rakkomandazzjoni li għamel fl-opinjoni tiegħu CdR 224/2005; iżda jiddispjaċieh li ma rċeviex dawk id-dokumenti għall-informazzjoni; |
|
9. |
jemmen li l-istruttura tal-“profil tal-governanza” għandha tiġi riveduta peress li tagħti skop żgħir għall-prinċipju ta' proprjetà u toffri ftit li xejn ta' tjieba fil-promozzjoni tal-governanza demokratika fuq il-livell lokali: iktar minn dimensjoni fiha nnifisha hija frammentata u maqsuma fost uħud mid-disgħa titoli (1); għall-kuntrarju, id-dimensjoni tad-deċentralizzazzjoni ta' wħud mit-titoli (stat tad-dritt, governanza ekonomika, eċċ.) jistħoqqilha li tiġi kkunsidrata separatament; |
|
10. |
jirrakkomanda, sadattant, li l-“inizjattiva governattiva”, riżerva finanzjarja disinjata sabiex taġġixxi bħala inċentiv għall-“bidla reali u l-progress deċisiv fil-governanza demokratika”, tiġi wżata primarjament sabiex tiżviluppa l-konnessjoni bejn il-livelli nazzjonali u lokali tal-gvern, filwaqt li żżomm il-prinċipji ta' ġustizzja, trasparenza u parteċipazzjoni pubblika, u li l-gvernijiet m'għandhomx jibbenefikaw sakemm m'humiex impenjati li jagħtu lill-awtoritajiet lokali l-fondi li jaqblu mar-responsabilitajiet mogħtija lilhom; |
|
11. |
jiġbed l-attenzjoni lejn l-appoġġ finanzjarju li jistħoqqilha l-governanza lokali: il-massimu 15 % allokazzjoni baġitarja li, skond l-10 regolament EDF, jista' jiġi identifikat għall-appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-kooperazzjoni u l-governanza teknika (fejn din ma ġietx magħżula bħala żona ta' konċentrazzjoni) jidher inadegwat b'mod ċar; dan il-massimu għandu jogħla sa minn ta' l-inqas 25 %, sabiex ikopri d-dimensjonijiet nazzjonali u lokali. |
L-Afrika
|
12. |
jilqa' l-fatt li r-rapporti ġenerati mill-Mekkaniżmu Afrikan ta' Evalwazzjoni bejn Pajjiżi Pari (APRM), disinjat u mmexxi mill-pajjiżi Afrikani nnifishom bħala parti min-NEPAD, jista' jiġi wżat bħala bażi għall-profil tal-governanza; |
|
13. |
jixtieq jara li l-attenzjoni u l-appoġġ li l-UE lesta li tagħti lil dan l-eżerċizzju nazzjonali ta' evalwazzjoni proprja jikkontribwixxu għaż-żieda fil-parteċipazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali u l-progress fid-deċentralizzazzjoni u t-tnedija ta' programm nazzjonali ta' azzjoni sabiex tindirizza l-punti dgħajfa osservati; |
|
14. |
itenni li sabiex il-pubbliku jara d-deċentralizzazzjoni tal-poteri bħala progress ġenwin, huwa importanti ħafna li tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-awtoritajiet lokali. Azzjoni f'dan il-qasam tista' tieħu forom varji, per eżempju:
|
|
15. |
jirrakkomanda l-involviment ta' l-organizzazzjonjiet li jiġbru flimkien ir-rappreżentanti eletti lokali u jirrappreżentaw il-preokupazzjonijiet tagħhom fil-korpi li jissorveljaw id-djalogu politiku bejn l-UE u l-pajjiżi kkonċernati, partikularment is-samit EU-Afrika ppjanat għat-tieni nofs ta' l-2007. |
Fir-rigward ta' reġjuni oħra tad-dinja
|
16. |
bi pjaċir jinnota li fl-Amerika Latina, id-deċentralizzazzjoni tidher li hija fattur fil-modernizzazzjoni ta' l-Istat; u jixtieq ikun informat dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm ta' governanza mħabbar għall-2008 għar-reġjun ta' l-Asja; |
|
17. |
jilqa' l-fatt li l-“faċilità għall-governanza” mħabbra fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tidher fl-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), u jitlob li jkun involut fl-implimentazzjoni tal-programm ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali f'pajjiżi msieħba u ta' l-UE lilhinn miż-żoni transkonfinali, li l-programm inter-reġjonali (IRP) 2007-2010 jipprovdi għalihom mill-2008; |
|
18. |
huwa ddiżappuntat, madankollu, li l-ftehimiet varji ffirmati bejn l-UE u kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati mill-politika Ewropea ta' viċinat ftit li xejn jagħtu attenzjoni lid-dimensjoni lokali tal-governanza; |
|
19. |
jemmen li huwa essenzjali, f'dawn iċ-ċirkustanzi, partikularment għall-pajjiżi li għandhom fruntieri mal-Mediterran (li ħafna minnhom huma kkonċernati wkoll mill-istrateġija ta' l-Afrika), li jtennu r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-opinjoni tiegħu CdR 142/2005 tat-13 ta' Ottubru 2005 fl-okkażjoni ta' l-10 anniversarju ta' l-isħubija Ewro-Mediterranja u mtennija fil-konklużjonijiet tas-seminar ta' Valencia fl-10 ta' April 2007 (CdR 59/2007) għat-twaqqif ta' forum Mediterran għall-awtoritajiet lokali. |
Fir-rigward ta' l-awtoritajiet lokali fl-UE
|
20. |
ifakkar, l-ewwelnett, fl-opinjoni preċedenti tiegħu (CdR 224/2005) li ssejjaħ għall-kunsiderazzjoni adattata ta' dawn l-awtoritajiet fil-politika Ewropea għall-iżvilupp, u jispera li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom fuq il-livelli internazzjonali u Ewropej ser ikunu jistgħu jkollhom djalogu effettiv ma' l-istituzzjonijiet Ewropej; |
|
21. |
bi ħsiebu jaqdi l-parti tiegħu kompletament fl-istituzzjonijiet Ewropej bħala l-korp li jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali li jħarsu u jwasslu l-governanza demokratika liċ-ċittadini; jispera li jkun involut fid-djalogu politiku ta' l-UE mar-reġjuni varji tad-dinja, partikularment fl-Afrika, u jemmen li s-samit UE-Afrika ġejjieni għandu jipprovdi l-ewwel opportunità; |
|
22. |
jixtieq b'mod partikulari li jkun involut fid-djalogu ma' l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi kkonċernati, sabiex jinġabru l-ideat dwar l-implimentazzjoni tad-deċentralizzazzjoni u l-prassi attwali għat-tħeġġiġ tal-progress mal-governanza demokratika; jikkunsidra li għal din ir-raġuni meta l-ftehim ta' Cotonou jerġa' jiġi rivedut, l-awtoritajiet deċentralizzati għandhom jingħataw l-istess attenzjoni bħall-gruppi ta' interess soċjali u ekonomiku fil-mekkaniżmu istituzzjonali, u li l-ftehim għandu jkollu mekkaniżmu simili għal dak ipprovdut attwalment taħt il-Protokoll 1.4 fir-rigward tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; |
|
23. |
itenni li l-awtoritajiet lokali Ewropej jixtiequ jaqsmu l-esperjenza u l-għarfien tagħhom mal-kontrapartijiet tagħhom fir-reġjuni l-oħra tad-dinja; diġà qegħdin iwettqu dan, l-iktar fl-inizjattivi relatati mal-paċi bħall-inizjattiva “bliet tad-diplomazija”, iżda l-politika tal-governanza għandha tibbenefika wkoll mill-għajnuna tagħhom b'diversi modi:
|
|
24. |
isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea, skond l-objettivi tal-ftehim ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni deċentralizzata, sabiex tipprovdi l-appoġġ tekniku u finanzjarju u sabiex taħdem mal-Kumitat għat-twaqqif ta' skambju tal-kooperazzjoni deċentralizzat bil-għan li jiffaċilitaw u jikkoordinaw b'mod iktar effettiv l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni deċentralizzata mwettqa minn awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE u l-kontrapartijiet tagħhom fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Dan l-iskambju tal-kooperazzjoni jista' jieħu l-forma ta' servizz online fejn il-bżonnijiet u t-talbiet għall-għajnuna jistgħu jitqabblu ma' l-espressjonijiet ta' l-interessi jew l-offerti korrispondenti. |
Brussell, 7 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Governanza u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp — Lejn approċċ armonizzat fl-Unjoni Ewropea |
|
Referenzi |
COM(2006) 421 finali — 2006/1020 (SEC) 2006/1021 (SEC) 2006/1022 (SEC) |
|
Bażi legali |
L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265, tat-Trattat tal-KE |
|
Bażi għal proċedura |
|
|
Data tar- referral mill-Kunsill |
30.8.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-President |
20.11.2006 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Kooperazzjoni Deċentralizzata (RELEX) |
|
Rapporteur |
Is-Sinjura Juliette Soulabaille, Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Corps Nuds (FR/PES); |
|
Nota ta' analiżi |
30.11.2006 |
|
Analiżi fil-kummissjoni |
25.1.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
29.3.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Adottata b'unanimità. Proċeduri semplifikati, Artikolu 26 |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
7 ta' Ġunju 2007 |
|
Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat |
CdR 224/2005 fin (2), il-Kooperazzjoni deċentralizzata fir-riforma tal-politika ta' l-iżvilupp ta' l-UE. Rapporteur: Is-Sinjura Juliette Soulabaille (FR/PES) adottata fil-plenarja tas-16 ta' Novembru 2005 CdR 142/2005 fin (3), opinjoni tal-KtR dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fl-10 Anniversarju ta' l-Isħubija Mediterranja: Programm ta' ħidma li jilqa' l-isfidi tal-ħames snin li ġejjin (COM(2005) 139 finali). Rapporteur: Is-Sinjura Terron i Cusi, (ES/PES); adottata fil-plenarja tat-13 ta' Ottubru 2005 CdR 327/2003 fin, (4)L-Isħubija Ewro-Mediterranja u l-awtoritajiet lokali u reġjonali: il-bżonn għall-koordinazzjoni u strument speċifiku għall-kooperazzjoni deċentralizzata: Rapporteurs: Is-Sur Jacques Blanc (FR/EPP) u s-Sur Gianfranco Lamberti (IT/EPP) |
(1) 1) Governanza politika/demokratika, 2) governanza politika/stat tad-dritt: sistema ta' infurzar ġudizzjarju u tal-liġi, 3) kontroll tal-korruzzjoni, 4) effikaċja tal-gvern, 5) governanza ekonomika, 6) sigurtà interna u esterna, 7) governanza soċjali, 8) kuntest internazzjonali u reġjonali, 9) kwalità ta' sħubija.
(2) ĠU C 115, 16.5.2006, p. 42.
(4) ĠU C 121, 30.4.2004, p. 18.
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/57 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika
(2007/C 197/10)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jindika li, minkejja l-fatt li minn meta ħarġet il-Komunikazzjoni fit-8 ta' Novembru 2006 l-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika bidlet l-indirizz tagħha, jiġifieri il-Kummissjoni abbandunat l-aproċċ li jibda mill-aktar livell għoli (top-down) favur il-prinċipju ta' approċċ li jibda mill-aktar livell baxx (bottom-up) applikat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, qatt ma kien hemm notifika uffiċjali ta' dan mill-Kummissjoni. Madankollu, din l-Opinjoni tinnota dan l-iżvilupp, |
|
— |
jisħaq li l-Kumitat tar-Reġjuni jista' jikkontribwixxi b'mod attiv fil-monitoraġġ tal-programmi operattivi fil-kuntest ta' Interreg IV u Urbact II, filwaqt li jkollu rwol konsultattiv fil-Kumitati ta' Monitoraġġ rispettivi, |
|
— |
isejjaħ sabiex tintlaħaq sinerġija bejn il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona u l-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika, filwaqt li jinżammu l-kwalitajiet speċifiċi ta' kull waħda. Il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona hija opportunità sabiex tiġi trasmessa l-esperjenza sabiex issaħħaħ il-politika ta' koeżjoni u tippromovi l-aġenda ta' Lisbona, |
|
— |
jiffoka fuq il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni fil-livell Ewropew, li huma elementi fundamentali għas-suċċess ta' l-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika. F'dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu rwol ewlieni x'jaqdi, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, |
|
— |
isejjaħ sabiex l-inizjattiva tiġi organizzata b'tali mod li tippermetti li jiġu identifikati l-aħjar prattiċi li qed iseħħu fir-reġjuni u jinħoloq mekkaniżmu sempliċi sabiex dawn jiġu disseminati mar-reġjuni l-oħra. L-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidlaic Ekonomika trid isservi ta' stimolu, u katalist għal inizjattivi u ideat tajbin kif kien il-każ f'numru ta' inizjattivi oħra tal-Komunità fil-passat. |
I. Rakkomandazzjonijiet politiċi
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika”
(COM(2006) 675 finali)
Il-KUMITAT TAR-REĠJUN
Kummenti ġenerali
|
1. |
jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrendi l-miżuri ta' żvilupp reġjonali u lokali aktar effettivi permezz ta' l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika”, billi tagħti importanza kbira lill-esperjenzi territorjali ta' suċċess u tippromovi ċ-ċirkolazzjoni, il-qsim u l-adattament għal kuntesti oħra, permezz ta' miżuri ta' netwerking. Dawn għandhom jingħataw impuls ġdid bħala strumenti tal-politika komunitarja għall-immodernizzar ekonomiku u t-titjib fil-kompetittività; |
|
2. |
jirrikonxxi li l-inizjattiva tmiss fil-qalba r-rwol istituzzjonali tal-Kumitat tar-Reġjuni u għalhekk iħoss, f'dan ir-rigward, li l-potenzjal ta' azzjoni u ta' parteċipazzjoni tal-Kumitat għandhom jiġu sfruttati u jitlob li tingħata importanza xierqa lir-rwol tiegħu ta' rappreżentant unitarju tas-sistemi reġjonali u lokali ta' l-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
jenfasizza li l-Kumitat tar-Reġjuni waqqaf Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, magħmula mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom ir-rwol li jivvalutaw u jaċċentwaw l-implimentazzjon ta' l-istrateġija fil-livell lokali; |
|
4. |
josserva li dik li qiegħda tiġi kkunsidrata, hija l-unika inizjattiva ddedikata b'mod speċifiku għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni tematika bejn il-partijiet interessati lokali u reġjonali, mingħajr kundizzjonijiet ġeografiċi: fil-fatt m'huwiex neċessarju li dawn il-partijiet interessati jappartjenu għall-istess żona tal-fruntiera jew dik transnazzjonali. Għat-territorji dan huwa potenzjalment l-aktar strument flessibbli għall-integrazzjoni Ewropea, iżda wieħed li jeħtieġ li jkun abbinat ma' politika reġjonali li qiegħda ssir dejjem aktar effiċjenti, komprensiva u ambizzjuża; |
|
5. |
jaqbel ma' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssegwi permezz ta' “Reġjuni lejn Bidla Ekonomika”, skambju u ċirkolazzjoni ġenwina ta' prattika tajba fil-qasam ta' l-iżvilupp u l-koeżjoni, bejn it-territorji Ewropej, fil-perspettiva ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Għal dan il-għan, jindika l-importanza li jiġu involuti b'mod effettiv u dirett l-awtoritajiet li jmexxu l-programmi operattivi reġjonali fin-netwerks promossi mill-inizjattiva; |
|
6. |
jinnota li l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” tal-Kummissjoni Ewropea tirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarjetà u l-inizjattiva ġiet konċepita bħala proċess ta' tagħlim, ta' inter-relazzjonijiet u ta' ġbir ta' l-aħjar li joħroġ mil-livell reġjonali u lokali permezz ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni territorjali għall-iskop li jintlaħqu l-miri ta' Lisbona u ta' Göteborg. Madankollu, jikkunsidra li sabiex il-politika reġjonali Ewropea tirnexxi, jeħtieġ li l-aspett lokali u reġjonali jissaħħaħ mil-lat politiku; |
|
7. |
għaldaqstant jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea li tiddiskuti l-progress u t-temi ta' l-inizjattiva, waqt konferenza annwali bi sħab mal-Kumitat tar-Reġjuni. |
Ir-rwol tar-reġjuni u ta' l-ibliet
|
8. |
jinnota li l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” trid tiġi kkunsidrata bħala komplementari għall-forom preżenti ta' kooperazjoni interreġjonali, iktar u iktar għaliex din ta' l-aħħar ġiet imsaħħa fil-kuntest tal-mira ġdida “Kooperazzjoni Territorjali Ewropea” tal-politika reġjonali. F'dan il-kuntest, hemm bżonn li jiġi żgurat li anki fil-futur is-sostenn għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, l-ibliet u awtoritajiet oħra Ewropej, li beda fil-qafas ta' Interreg III C, ikompli f'livell adegwat; |
|
9. |
jikkunsidra li hemm bżonn li jiġu ċċarati l-proċeduri ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-ibliet, la darba ż-żewġ livelli istituzzjonali jissemmew u jiġu kkunsidrati fid-dokumenti disponibbli tal-Kummissjoni, imma mbagħad issir riferenza principalment għan-netwerks reġjonali. Għalhekk, iħoss li għandu jenfasizza f'dan ir-rigward li kemm ir-reġjuni kif ukoll l-ibliet huma eliġibbli kemm għall-programm “Interreg IV C” kif ukoll għall “Urbact 2007-2013”, għalkemm irid jiġi rikonoxxut li fl-ewwel programm ir-reġjuni għandhom rwol tat-tmexxija mentri l-ibliet għandhom dan ir-rwol fit-tieni wieħed. Jemmen ukoll li jkun eżerċizzju utli u kostruttiv li awtoritajiet u istituzzjonijiet dinamiċi fir-reġjuni u l-ibliet jiġu mħeġġa sabiex jipparteċipaw bħala msieħba; |
|
10. |
jappella lill-Kummissjoni sabiex tkun aktar trasparenti milli kienet fil-passat. Il-programm ta' ħidma tan-netwerks li diġà qegħdin joperaw ta' l-anqas irid ikun fuq l-internet, flimkien mas-sintesi tad-diversi laqgħat illi jsiru,u r-riżultati, l-aqwa prassi attwali u d-dettalji ta' kuntatt ta' l-imsieħeb ewlieni tan-netwerk, sabiex dawk interessati jkollhom aċċess għar-riżultati u jkunu jistgħu jużawhom. Ikun utli wkoll li l-Kummissjoni tikkunsidra li toħloq sit ta' l-internet fejn kull min ikun interessat ikun jista' jfittex għal imsieħba u informazzjoni relevanti oħra. |
L-alternattiva rapida
|
11. |
jinnota li wara l-laqgħat u d-diskussjonijiet li saru fit-13 ta' Jannar u s-16 ta' Marzu 2007 fil-Kummissjoni COTER kif ukoll l-abbozz ta' l-Opinjoni li ġie adottat waqt din il-laqgħa, il-Kummissjoni Ewropea aġġornat u ppreċiżat il-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta' l-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika. B'mod partikolari jisħaq li joħroġ ċar, anke jekk dan għadu ma ġiex formalizzat f'xi dokument uffiċjali tal-KE, li l-għażla ta' l-operazzjonijiet għall-alternattiva rapida ser iseħħu permezz ta' approċċ li jibda mill-aktar livell baxx. Barraminhekk l-implimentazzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet ser tikkonforma mal-funzjonament tal-programmi operattivi Interreg IVC u Urbact II u mar-regolamenti rispettivi ta' implimentazzjoni. B'dan il-mod għandu jiġi assigurat l-aċċess b'kundizzjonijiet paritarji għar-reġjuni u l-ibliet kollha Ewropej u t-trasparenza komplessiva mixtieqa għall-inizjattiva; |
|
12. |
jirrakkomanda wkoll li jiġu ppubblikati b'mod parallel is-sejħiet għal turija ta' interess fuq is-siti ta' l-internet tal-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni u li tintbagħat komunikazzjoni lill-uffiċċji tar-reġjuni fi Brussell kif ukoll lir-rappreżentanti għall-affarijiet reġjonali tar-rappreżentazzjonijiet permanenti għall-UE fl-Istati Membri, sabiex tixxandar l-informazzjoni u sabiex jiġi żgurat li titwassal kemm jista' jkun malajr lir-reġjuni u l-muniċipalitajiet. Fl-aħħarnett, in-netwerk INFO RELAYS li huwa mħaddem mill-Kummissjoni fi kważi kull reġjun ta' l-UE, huwa disponibbli, kif inhu disponibbli wkoll il-promozzjoni ta' netwerk li jipprovdi informazzjoni u promozzjoni li twaqqaf bħala appoġġ għas-CSFs (oqfsa ta' sostenn Komunitarju) fl-Istati Membri; |
|
13. |
jipproponi, barraminhekk, li tiġi definita proċedura sabiex il-Kumitat tar-Reġjuni jkun jista' jipparteċipa b'mod attiv (konsultazzjoni fuq stedina/proposta tal-Kummissjoni?) fit-tħejjija tal-Programmi Operattivi, jew inkella li tiġi stabbilita ħolqa ta' komunikazzjoni sabiex r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat jaslu direttament għand i-lkorpi responsabbli mit-tfassil tagħhom. |
L-importanza tan-netwerks fl-inizjattiva
|
14. |
jifhem li l-Kummissjoni tħoss il-bżonn li twessa' n-netwerks li diġà jeżistu u tagħmilhom aktar ġenerali u li l-aproċċ tematiku jieħu preċedenza fuq dak ġeografiku (ara punt 3); iqis però li dawn iż-żewġ aproċċi filfatt jikkomplementaw lil xulxin u jeħtieġ li dan napprofittaw minnu: peress li hemm bżonn li tiġi mħarsa u riflessa d-diversità, id-dimensjoni territorjali trid tiġi kkunsidrata fil-fażi ta' l-għażla tat-temi. Barra minn hekk, hemm il-mira kruċjali li tinħoloq sinerġija bejn in-netwerks varji, li tirrifletti l-komplementarjetà kemm fuq il-livell tematiku kif ukoll dak territorjali. F'dan il-kuntest, ifakkar li trid tingħata attenzjoni speċjali liż-żoni inqas b'saħħithom u dawk marġinali; |
|
15. |
jisħaq fuq il-bżonn li jingħata aktar spazju lill-inizjattivi lokali. Bħala rappreżentanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni ma jistgħux ma jilqgħux dawn il-miżuri u jaħdmu sabiex dan il “ftuħ” ma jispiċċax f'“għeluq” fil-livell nazzjonali. Il-Kumitat tar-Reġjuni bi ħsiebu jaġixxi sabiex l-inizjattiva li qiegħda tiġi kkunsidrata tappoġġja u tagħraf effettivament in-netwerks tar-reġjuni u l-ibliet li huma interessati li jaħdmu flimkien, sabiex jippromovu l-aħjar innovazzjonijiet għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali; |
|
16. |
jisħaq fuq il-fatt li t-tema tas-sostenibbiltà tan-netwerks, li tinvolvi kemm il-possibbilità li l-iskambji li jkunu bdew jinżammu ħajjin għal żmien twil biżżejjed (li ġġib magħha problemi ta' riżorsi), kif ukoll il-kapaċità li tiffaċilita l-parteċipazzjoni u l-interazzjoni bejn l-istituzzjonijiet (parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet istituzzjonali involuti) u bejn it-territorji (l-involviment tal-kuntesti reġjonali u lokali varji Ewropej u ta' l-imsieħba territorjali li fil-fatt jistgħu jibbenefikaw mill-iskambju ta' esperjenza). |
L-għażla tat-temi ta' referenza ewlenin
|
17. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni li tiggarantixxi l-parteċipazzjoni tat-tipi differenti ta' awtoritajiet reġjonali u lokali b'mod li jirriflettu d-diversità, l-oriġinalità u l-valur tas-soluzzjonijiet differenti ta' żvilupp li jiġu adottati. L-inizjattivi li għandhom jiġu żviluppati fil-qafas ta' “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” u ta' l-azzjonijiet rapidi għandhom jikkunsidraw dawn l-esperjenzi differenti u l-interazzjoni bejn id-dimensjoni reġjonali u dik lokali fir-rigward tat-temi magħżula. Il-Kumitat tar-Reġjuni jista' jiżvolġi rwol effettiv tar-rappreżentazzjoni ta' l-integrazzjoni bejn dawn iż-żewġ dimensjonijiet, kemm fid-definizzjoni tal-linji ta' gwida tematiċi ġenerali ta' l-inizjattiva u tal-proċeduri ta' implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll fit-tfassil u l-applikazzjoni ta' programmi ta' referenza diretta (“Interreg IV C” u “Urbact 2007-2013”); |
|
18. |
jibza' li l-proċeduri ta' l-għażla univoka tat-temi prijoritarji, anke jekk huma wesgħin biżżejjed u evidentement rilevanti għall-aġenda mġedda ta' Lisbona, jistgħu jirriżultaw riġidi (1) wisq, bħal per eżempju fil-każ tar-rwol ta' l-industrija fl-iżvilupp reġjonali, li ma jinstabx fost it-temi li ġew proposti s'issa. Għalhekk irid jiġi preċiżat u definit proċess li permezz tiegħu dawn it-temi jistgħu jitwessgħu jew jiġu riveduti, filwaqt li tiġi garantita trasparenza sħiħa tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'sinerġija u kollaborazzjoni mar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Barra minn hekk, l-awtonomija tar-reġjuni u ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tmexxija tan-netwerks tagħhom trid tibqa' mhux mittiefsa anke jekk dawn ser ikunu ffukati fuq it-temi magħżula mill-Kummissjoni. Il-Kumitat jistaqsi wkoll dwar il-koerenza bejn xi wħud mit-temi li ġew individwati u l-prijoritajiet definiti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2). F'dan il-kuntest, għandha tiġi speċifikata b'mod partikolari, l-eliġibilità ta' temi direttament relatati mal-Fond Soċjali Ewropew. |
Il-qafas finanzjarju ta' l-inizjattiva
|
19. |
jirrikonoxxi li, ġeneralment, sabiex isir użu aktar effiċjenti u effettiv tar-riżorsi finanzjarji marbuta mal-politika ta' koeżjoni, huwa indispensabbli mhux biss impenn min-naħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, imma wkoll rwol iktar dirett tal-Kummissjoni Ewropea, billi jiġu identifikati għal dan il-għan, fuq bażi volontarja, possibbilitajiet ġodda ta' interazzjoni, skambju u ħidma komuni bejn ir-reġjuni, l-awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni; |
|
20. |
barraminhekk iħoss li tkun utli, definizzjoni aktar preċiża tal-qafas ta' referenza finanzjarja marbut ma''l-inizjattiva, speċjalment meta wieħed iqis li r-riżorsi jridu jiġu minn sorsi differenti: ir-riżorsi residwi li jistgħu jkunu baqgħu mill-programmi 2000-2006, iż-żewġ Programmi Operattivi (f'perċentwali li għadu ma ġiex iffissat fil-baġits rispettivi tagħhom), il-programmi reġjonali prinċipali u r-riżorsi għall-assistenza teknika tal-Kummissjoni li huma disponibbli direttament. F'dan il-kuntest, ir-riżorsi finanzjarji marbuta maż-żewġ PO “Interreg IV C” u “Urbact 2007-20013” jistgħu jkunu biss l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni fil-qasam tal-programmi prinċipali. Dawn ta' l-aħħar huma s-sors prinċipali tal-finanzjament ta' l-inizjattiva. Fuq kollox hemm bżonn li jiġi definit l-ammont ta' ko-finanzjament nazzjonali filwaqt li jiġu meqjusa l-limiti imposti mill-ħtieġa għal stabbiltà baġitarja fl-Istati Membri. |
Proċeduri ta' implimentazzjoni u parteċipazzjoni fl-inizjattiva
|
21. |
iqis li l-inizjattiva trid tkun strutturata b'mod li tiffaċilita l-identifikazzjoni ta' l-aħjar prattiċi fil-livell reġjonali u li toħloq mekkaniżmi sempliċi sabiex dawn il-prattiċi jinqasmu mar-reġjuni l-oħra ta'l-UE. Fil-qosor, l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” trid taġixxi ta' stimolu u katalizzatur ta' l-ideat u l-inizjattivi tajbin, bħalma għamlu fil-passat inizjattivi oħra Komunitarji; |
|
22. |
jinsisti fuq l-importanza tad-dimostrazzjoni u tad-disseminazzjoni sabiex jassigura l-validità ta' l-inizjattiva. Sabiex tikseb il-finanzi, l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” trid tiġġustifika lilha nfisha permezz tad-dinamiżmu tagħha, b'mod partikolari billi turi li hija kapaċi li tinserixxi b'mod effettiv l-aħjar proġetti fil-programmazzjoni prinċipali (“main stream”) tal-politika ta' koeżjoni; |
|
23. |
jilqa', fil-qafas tal-politika ta' komunikazzjoni ta' l-inizjattiva, l-informazzjoni, li nħarġet mid-DĠ għall-Politika Reġjonali waqt il-laqgħa tal-COTER tal-31 ta' Jannar 2006, dwar l-inklużjoni ta' membru mill-Kumitat tar-Reġjuni fil-kummissjoni ta' aġġudikazzjoni tal-premji annwali għall-innovazzjoni marbuta mar-“Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika”; |
|
24. |
jisħaq li l-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni huma essenzjali sabiex tixxandar l-inizjattiva. Il-konferenzi annwali programmati għandhom jiffukaw fuq il-preżentazzjoni ta' l-aħjar prattiċi u l-possibbilità ta' l-applikazzjoni tagħhom fir-reġjuni u fl-ibliet Ewropej. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa lest li jikkoopera mal-Kummissjoni fuq dan il-punt, b'mod partikolari fejn jidħol l-iskambju ta' informazzjoni mal-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona. Għandha tingħata aktar informazzjoni fuq l-inizjattiva sa mill-fażi ta' preparazzjoni. Xi wħud mid-dokumenti ta' referenza, bħall-“iStaff Working Document” li fihom it-temi proposti (3) bħalissa jinsabu biss fil-lingwa Ingliża: huwa suġġerit li jiġu maqluba anke fil-lingwi l-oħra Komunitarji; |
|
25. |
jilqa' l-organizzazzjoni ta' tliet konferenzi mill-Kummissjoni marbutin ma' l-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika, u jirrakkomanda li jkun hemm inizjattivi oħra ta' komunikazzjoni u djalogu (laqgħat, konferenzi, fora reali jew virtwali, eċċ.) barra minn dawk li hemm indikati, u fuq kollox li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, promozzjoni u disseminazzjoni jiddaħħlu fi Pjan ta' Komunikazzjoni Koordinata, li jippermetti, wara li l-attivitajiet jiġu mqassma fuq skema li tkopri diversi snin, li jinħoloq qafas ta' koordinazzjoni li fih jidħol il-kontribut mistenni min-naħa tad-dipartimenti ta' l-informazzjoni tal-Kummissjoni u tas-suġġetti l-oħra involuti, u li fosthom, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu rwol speċjali, li jkun lest li jipprovdi d-dettalji neċessarji dwar dan; |
|
26. |
jipproponi li l-fondi addizzjonali jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet li jmexxu l-programmi ta' Objettiv 3, sabiex l-inizjattiva tagħmilha possibbli li tiġi valorizzata l-azzjoni ta' kooperazzjoni territorjali tan-netwerks fl-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona, b'mod partikolari favur iċ-ċittadini, fil-qafas tal-“Pjan D” tal-Kummissjoni Ewropea (4); |
|
27. |
jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li torganizza konferenzi tematiċi perjodikament fil-qafas ta' din l-inizjattiva u li tintegra l-ideat li huma partikolarment utli għall-politika strutturali fil-programmi prinċipali tal-fondi strutturali permezz ta' l-alternattiva rapida; |
|
28. |
jistaqsi dwar iż-żmien neċessarju għall-bidu ta' l-inizjattiva. Ta' min wieħed jinnota li mhux ser tkun qiegħda taħdem kompletament qabel it-tieni nofs ta' l-2007. Effettivament, il-Kummissjoni, qiegħda tiddikjara l-intenzjoni li tibda xi proġetti rapidi b'xi riżorsi li jistgħu jkunu baqgħu mill-programmi li għaddejjin bħalissa (“Interreg III C” u “Urbact” attwali), sabiex il-programmi l-ġodda jkunu jistgħu jibdew aktar kmieni. Għaldaqstant ikun utli li li jiġu preċiżati t-termini ta' żmien li huma previsti komplessivament; |
|
29. |
jipproponi l-parteċipazzjoni, bi rwol konsultattiv ta' membru tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Programm “Interreg IV C” u tal-Programm “Urbact 2007-2013”, sabiex jiġi żgurat li tinżamm interazzjoni miftuħa u kollaborazzjoni xierqa fit-tħaddim ta' “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” u b'għarfien tar-rwol ta' rappreżentanza ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell Ewropew li għandu l-Kumitat tar-Reġjuni; |
|
30. |
jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet ikollhom djalogu regolari ma' l-assoċjazzjonijiet fejn huma involuti ċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili, ħalli b'hekk jagħtu spinta lid-demokrazija parteċipattiva; |
|
31. |
jistieden il-Kummissjoni li tagħti aktar informazzjoni dwar il-mod ta' kif qiegħda titmexxa din l-inizjattiva. Huwa importanti li jiġu ppreċiżati l-proċeduri li bihom id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jikkollaboraw mar-reġjuni u ma' l-ibliet u bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni; |
|
32. |
jagħmel sejħa sabiex il-Kumitat ta' Monitoraġġ jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta' operazzjonijiet innovattivi taħt programm operazzjonali li jitmexxa fil-kuntest ta' netwerk li jinvolvi r-reġjun; |
|
33. |
jenfasizza li l-iskop ta' l-inizjattiva huwa li l-aħjar ideat li joħorġu min-netwerks jidħlu fil-programmazzjoni prinċipali. Għaldaqstant, jistaqsi b'liema mod ser jingħażlu l-aħjar prattiċi u mbagħad kif ser jiġu monitorati fil-fażi ta' rapportaġġ analitiku; jipproponi li, minflok ma jkun hemm biss il-preżentazzjoni ta' kandidaturi volontarji min-naħa tar-reġjuni l-ibliet u ta' l-awtoritajiet lokali l-oħra, ikun hemm ukoll il-possibbilità li jipproponu lill-Kummissjoni, permezz ta' proċedura kodifikata sempliċi u flessibbli, suġġerimenti u proposti bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom li jkunu ta' interess partikolari u ta' valur potenzjali għall-bini jew ftuħ ta' netwerks, fil-qafas tat-temi definiti fl-inizjattiva; |
|
34. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li tiċċara kif ser tkun organizzata u ffinanzjata l-assistenza teknika għall-inizjattiva, li hija importanti ħafna sabiex l-aħjar prattiċi jiġu valorizzati b'mod effettiv; b'mod partikolari, hemm bżonn ta' appoġġ metodoloġiku sabiex jiġu vvalutati l-innovazzjonijiet veri u jiġu identifikati dawk li jistgħu jiġu trasferiti jew żviluppati. Għalhekk jipproponi li l-Kummissjoni għandha tassumi dan ir-rwol bi sħab ma' assessuri esterni għal kull miżura tematika, soġġetta għad-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' Monitoraġġ; |
|
35. |
jistaqsi jekk it-titlu li ngħatat l-inizjattiva huwiex preċiż u komplut. Jistaqsi wkoll jekk it-titlu “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” huwiex fil-fatt l-aktar wieħed adattat, jew jekk għal kuntrarju hemmx ir-riskju li jkun konfuż ma' inizjattivi oħra (bħal Reġjuni ta' l-Għarfien (Regions of Knowledge) jew il-grupp ta' Lisbona). Filwaqt li l-Kumitat jirrikonoxxi li wara kollox, it-terminu globali “reġjuni” huwa ppreferut fis-sens li jinkorpora l-livelli lokali u reġjonali kollha, iqis li kien ikun aħjar, meta wieħed iqis l-impatt komunikattiv, li l-inizjattiva ssemmiet “Reġjuni u Bliet Lejn Bidla Ekonomika”. |
Il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona
|
36. |
jindika li l-Kumitat tar-Reġjuni nieda “il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona”, li huwa jqis bħala strument operattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandu l-iskop li jaċċentwa l-kontribut ta' dawn il-livelli amministrattivi lejn l-Istrateġija ta' Lisbona u li jżid is-sens ta' appropprjazzjoni ta' din l-Istrateġija fil-livell lokali. Il-pjattaforma interattiva bdiet taħdem mill-2006. Bħalissa qegħdin jieħdu sehem 100 reġjun. L-iskop prinċipali tal-pjattaforma huwa li jgħin lir-reġjuni sabiex ikunu f'pożizzjoni aħjar fir-rigward tat-tendenzi ta' mmodernizzar li qegħdin iseħħu fl-Ewropa u li joħroġu mill-perspettiva strettament nazzjonali. L-għodod tal-Pjattaforma huma l-monitoraġġ (evalwazzjoni tal-bżonnijiet), l-analiżi komparattiva (trasparenza fuq il-pjan Ewropew) kif ukoll l-iskabju bejn il-gruppi ta' ħidma u l-interattività (l-iskambji on-line); |
|
37. |
jawgura lill-Kummissjoni li l-ħidma titmexxa bl-aktar mod sempliċi, minkejja r-riskju ta' komplikazzjonijiet. Jirrakkomanda li jkun hemm sinerġija u komplimentarjetà mal-politika reġjonali. Dan jimplika li hemm bżonn li jinstabu punti ta' kuntatt bejn l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” u il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona tal-Kumitat tar-Reġjuni; |
|
38. |
jipproponi, b'mod partikolari, li titħaffef, bl-aktar mod opportun u effettiv, l-interazzjoni bejn l-inizjattiva u l-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Lisbona, minħabba li din ta' l-aħħar tiżvolġi r-rwol ta' post ta' diskussjoni u qsim ta' esperjenzi bejn ir-reġjuni u l-ibliet Ewropej. Dan bl-iskop li jiġi ffaċilitat u rinforzat fl-ideat u l-proposti, il-proċess ta' għażla tan-netwerks interreġjonali tar-'Reġjuni lejn Bidla Ekonomika', b'mod partikolari għall-alternattiva rapida. Fl-istess ħin, il-Pjattaforma għandha żżomm u tagħti importanza lir-rwol tagħha ta' monitoraġġ ta' l-aspetti ta' gvernanza u ta' orjentament politiku fir-rigward tal-pjanifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Għal dan il-għan, Il-Kumitat tar-Reġjuni, huwa dispost li jistabbilixxi l-kooperazzjoni neċessarja fil-livell istituzzjonali u operattiv mal-Kummissjoni u mal-programmi “Interreg IVC” u “Urbact 2007-2013”; |
Ir-rwol ta' rappreżentazzjoni, ta' kooperazzjoni u ta' appoġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni
|
39. |
jipproponi bħala konklużjoni, li jaqdi rwol ta' rappreżentazzjoni, ta' kooperazzjoni u ta' appoġġ, li jista' jkun deċiżiv, fuq il-bażi ta' dak li ġie indikat hawn fuq u tar-rwol sinifikanti li jista' jkollu l-Kumitat tar-Reġjuni, fid-dawl tar-responsabbiltajiet istituzzjonali tiegħu, lejn it-twettiq ta' l-inizjattiva “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika”. B'mod partikolari, ifakkar l-elementi speċifiċi msemmija f'din l-opinjoni, li jippermettu lill-Kumitat tar-Reġjuni li jwettaq dan ir-rwol:
|
|
40. |
jirrakkomanda li l-progress u l-indikazzjonijiet tematiċi ta' l-inizjattiva jiġu diskussi u evalwati waqt konferenza annwali konġunta. |
Brussell, 7 ta' Ġunju 2007.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
II. Proċedura
|
Titolu |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” |
|
Referenzi |
COM(2006) 675 finali |
|
Bażi legali |
Konsultazzjoni fakultattiva, Artikolu 265(1) |
|
Bażi għall-proċedura |
|
|
Data tar-referral tal-Kunsill/ Data ta' l-ittra tal-Kummissjoni |
8.11.2006 |
|
Data tad-deċiżjoni tal-President |
9.1.2007 |
|
Kummissjoni kompetenti |
Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali (COTER) |
|
Rapporteur |
Alvaro Ancisi, Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Ravenna, (IT/PPE) |
|
Nota ta' analiżi |
16.1.2007 |
|
Analiżi fil-kummissjoni |
16.3.2007 |
|
Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni |
16.3.2007 |
|
Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni |
Unanimità |
|
Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
6-7.6.2007 |
|
Opinjoni preċedenti tal-Kumitat |
|
(1) Ara Commission Staff Working Document — SEC(2006) 1432 tat- 8.11.2006.
(2) Ara. Regolament (KE) Nru. 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 1783/1999, l-Artikoli 4, 5 u 6.
(3) Ibidem.
(4) Hawnhekk qiegħed isir riferiment għall-pjan tal-Kummissjoni Ewropea Niddibattu l-Ewropa, Demokrazija-Djalogu-Dibattitu: Il-futur ta' l-Ewropa, imniedi fl-2005.