|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 194/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2007/C 194/02 |
||
|
2007/C 194/03 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni ikkonċernata (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ ( 1 ) |
|
|
|
Rettifikazzjonijiet |
|
|
2007/C 194/15 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE |
|
|
(2) Test b'relevanza għaż-ZEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/1 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-21 ta'Awwissu 2007
(2007/C 194/01)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3508 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
154,98 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4417 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,68105 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3645 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6248 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
90,28 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,9985 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5842 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,668 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
260,39 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6965 |
|
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,8454 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,2727 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
33,779 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,8370 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6820 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4297 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5518 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9269 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0615 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 274,55 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,9727 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,2534 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3292 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 751,55 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7244 |
|
PHP |
Peso Filippin |
63,217 |
|
RUB |
Rouble Russu |
34,9220 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,385 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/2 |
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2007/C 194/02)
Numru XA: XA 84/07
Stat Membru: L-Olanda
Reġjun: Provinċji ta' (Drenthe, Gelderland, Groningen, Flevoland, Friesland, Brabant tat-Tramuntana, l-Olanda tat-Tramuntana, Overijssel, Utrecht, Zeeland, l-Olanda tan-Nofsinhar, Limburg tan-Nofsinhar)
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Provinciale subsidieverordeningen (omschrijving steun: De infrastructuur voor de ontwikkeling/aanpassing van landbouw, onderdeel bedrijfsverplaatsingen).
Bażi ġuridika:
|
— |
Artikel 11, derde lid, Wet inrichting landelijk gebied; |
|
— |
Provinciewet: artikel 105, artikel 145, artikel 158; |
Provinciale subsidieverordeningen:
|
— |
Drenthe: artikel 3 van de Subsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied |
|
— |
Gelderland: artikel 2 van de Subsidieregeling vitaal Gelderland 2007 |
|
— |
Groningen: artikel 9 van de Uitvoeringsregeling subsidies inrichting landelijk gebied 2006 |
|
— |
Flevoland: artikel 2 van de Subsidieregeling inrichting landelijk gebied Flevoland |
|
— |
Friesland: artikel 2 van de Kadersubsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied provincie Fryslân 2007 |
|
— |
Noord-Brabant: artikel 2 van de Subsidieverordening inrichting landelijk Gebied 2007 |
|
— |
Noord-Holland: artikel 3 van de Subsidieverordening inrichting landelijk gebied Noord-Holland 2007 |
|
— |
Overijssel: artikel 6.10 en artikel 8.3 van het Uitvoeringsbesluit subsidies Overijssel |
|
— |
Utrecht: artikel 3 van de Subsidieverordening inrichting landelijk gebied provincie Utrecht 2006 |
|
— |
Zeeland: artikel 2 van de PMJP Subsidieregeling Inrichting Landelijk Gebied Zeeland |
|
— |
Zuid-Holland: artikel 7.8 van de Algemene subsidieverordening Zuid-Holland |
|
— |
Zuid-Limburg: artikel 2 van de Subsidieverordening inrichting landelijk gebied Limburg |
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: L-għajnuna hija ffinanzjata mill-ammont żejjed (78 miljun EUR) skond il-miżura 125 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13.
Intensità massima ta' l-għajnuna: Fir-rigward ta' l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: 10 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għax-xiri ta' art agrikola ġdida (minbarra art għal finijiet ta' konstruzzjoni), kif stabbilit fl-Artikolu 4(8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u mhux aktar mill-ekwivalenti għal:
in-numru ta' ettari ta' art agrikola fis-sit l-antik trasferiti mill-impriża agrikola lill-Uffiċju għal Ġestjoni ta' l-art agrikola, immultiplikata bi 3 000 EUR, b'żieda ma':
6 % tal-prezz tax-xiri għal art agrikola fis-sit il-ġdid.
Fir-rigward ta' l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: 100 % ta' l-ispejjeż, kif riferut fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, li jirriżultaw direttament mit-trasferiment tal-bini tal-farms.
Data ta' implimentazzjoni: Il-ħlasijiet ma jsirux qabel jiġi approvat il-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13.
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sa u tinkludi l-31 ta' Diċembru 2013.
L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna hu li tittejjeb l-istruttura ta' l-agrikoltura f'reġjuni fi ħdan in-Natura 2000 u żoni nazzjonali oħrajn ta' netwerk ekoloġiku billi jiġu trasferiti impriżi tal-bhejjem mill-viċinanza immedjata ta' dawk iż-żoni naturali ta' ċertu valur għal siti aktar 'il bogħod jew xi mkien ieħor, ħalli jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' l-ammonja u d-depożiti relatati ma' l-ammonja f'dawk iż-żoni naturali. F'dak il-qafas, l-impriżi agrikoli li jinstabu fil-viċinanza immedjata taż-żoni tan-Natura 2000 u fiż-żoni nazzjonali ta' netwerk ekoloġiku jiġu mħeġġa mill-awtoritajiet biex jistabbilixxu ruħhom xi mkien ieħor. L-impriżi agrikoli jbigħu l-art agrikola kollha tas-sit l-antik lill-Uffiċju għall-Ġestjoni ta' l-Art Agrikola bil-valur tas-suq ħieles (valur tas-suq rappreżentattiv) u jixtru art ġdida xi mkien ieħor.
L-għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna huma l-ispejjeż imġarrba mill-impriża agrikola għax-xiri ta' art agrikola ġdida (minbarra art għall-finijiet ta' kostruzzjoni). L-għajnuna tkopri 10 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' dak l-investiment u mhux aktar mill-ekwivalenti għal:
in-numru ta' ettari ta' art agrikola trasferiti mill-impriża agrikola lill-Uffiċju għall-Ġestjoni ta' l-Art Agrikola, immultiplikata bi 3 000 EUR, u b'żieda ma':
6 % tal-prezz tax-xiri ta' l-istess numru ta' ettari ta' art agrikola fis-sit il-ġdid.
L-għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: L-ispejjeż eliġibbli jinkludu biss l-ispejjeż involuti fit-trasferiment tal-bini tal-farms. Dawn jistgħu jkopru:
100 % tal-valur valutat tal-bini tal-farms li jridu jitbattlu;
l-ispejjeż għat-twaqqigħ tal-bini tal-farms li jridu jitbattlu;
l-ispejjeż notarili;
l-ispejjeż tar-reġistru ta' l-artijiet;
l-ispejjeż mġarrba f'konnessjoni max-xogħol mill-esperti (konsulenza) (aġenti immobiljari, accountants);
spejjeż tat-tneħħija
Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli primarji kollha li jipproduċu prodotti riferuti fl-Anness I tat-Trattat tal-KE
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Indirizz ta' l-internet: http://www.regiebureau-pop.nl/nl/info/4/57/provinciale-subsidieverordeningen/
Tagħrif ieħor: Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 11(3) tal-Liġi dwar l-istruttura taż-żoni rurali, l-istati provinċjali tad-diversi provinċji għandhom jistabilixxu ordinanzi ta' sussidju (provinċjali) ma' l-ambitu tal-miżuri li, skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, huma eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-EAFRD. Skond l-Artikolu 11(3) tal-Liġi dwar l-istruttura taż-żoni rurali, dawk l-ordinanzi ta' sussidju għandhom jiġu approvati mill-Ministru ta' l-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Kwalità ta' l-Ikel. Dan ma jistax isir qabel ma l-Kummissjoni Ewropea tkun approvat il-Programm ta' Żvilupp Rurali Olandiż. L-ordinanzi provinċjali ta' sussidju (jew parti minnhom) li jimplimentaw il-Programm ta' Żvilupp Rurali Olandiż għall-perjodu 2007-13 għad għandu jiġi approvat mill-Ministru għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Kwalità ta' l-Ikel.
Numru XA: XA 85/07
Stat Membru: L-Olanda
Reġjun: —
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Modernisering landbouwbedrijven, onderdeel jonge landbouwers).
Bażi ġuridika:
|
— |
Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 1:20, artikel 2:1, artikel 2:2, artikel 2:37, artikel 2:42, artikel 2:44, artikel 2:45; |
|
— |
Openstellingsbesluit LNV-subsidies. |
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-għajnuna hija ffinanzjata mill-fondi supplimentari ( 76,60 miljun EUR) skond il-miżura 121 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-2013
Intensità massima ta' l-għajnuna: 40 % tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, billi jiġi kkunsidrat l-ammont massimu ta' għajnuna msemmi fl-Artikolu 4(9) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 (400 000 EUR għal kull tliet snin fiskali għal kull impriża)
Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2:45 ta' l-iskema ta' sussidju tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Ambjent u Kwalità ta' l-Ikel, il-benefiċjarji ta' l-għajnuna destinata għal investiment għandhom jikkonkludu ftehim bil-miktub għal self fuq perjodu ta' żmien ta' mhux anqas minn tliet snin; l-għajnuna ma tkunx aktar mill-ammont ta' dak is-self (suġġett għall-massimu ta' 100 000 EUR)
Data ta' implimentazzjoni: L-iskema tas-sussidju tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Ambjent u Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007. Il-ħlasijiet ma jsirux qabel jiġi approvat il-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-2013
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sa u jinkludi l-31 ta' Diċembru 2013
L-għan ta' l-għajnuna: L-għan huwa li jiġi inkoraġġit l-investiment fit-titjib u l-modernizzazzjoni tal-kumpaniji, bil-ħsieb li l-produzzjoni issir aktar effiċjenti, jiġu magħmulin prodotti ġodda u aħjar u/jew tiżdied il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-proċessi ta' produzzjoni u tal-prodotti. Dan il-komponent huwa maħsub biss għall-bdiewa żgħażagħ, li f'ħafna każijiet ma jkollhomx mezzi finanzjarji biżżejjed biex jagħmlu aktar investiment sabiex iżommu l-kumpanija sostenibbli u vijabbli
L-għajnuna hija konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-ispejjeż ta' l-investiment
Settur(i) konċernat(i): L-impriżi primarji agrikoli kollha li jipproduċu prodotti li jissemmew fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministerie van Landbouw Natuur en Voedselkwaliteit |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EK Den Haag |
|
Nederland |
Indirizz virtwali: www.minlnv.nl/loket
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 86/07
Stat Membru: L-Olanda
Reġjun: —
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Modernisering landbouwbedrijven, onderdeel verduurzaming land- en tuinbouw).
Bażi ġuridika:
|
— |
Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 1:20, artikel 2:1, artikel 2:2, artikel 2:37; |
|
— |
Openstellingsbesluit LNV-subsidies. |
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-għajnuna hija ffinanzjata mill-fondi supplimentari (76,60 miljun EUR) skond il-miżura 121 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13
Intensità massima ta' l-għajnuna: 40 % tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, billi jiġi kkunsidrat l-ammont massimu ta' għajnuna msemmi fl-Artikolu 4(9) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 (400 000 EUR għal kull tliet snin fiskali għal kull impriża)
Data ta' implimentazzjoni: L-iskema tas-sussidju tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Ambjent u Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwal: Sa u jinkludi l-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: L-għan huwa li jiġi inkoraġġit l-investiment fit-titjib u l-modernizzazzjoni tal-kumpaniji, bil-ħsieb li tiżdied il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-proċessi ta' produzzjoni u tal-prodotti. L-investiment jista' jiġi mmirat ukoll lejn il-produzzjoni ta' prodotti ġodda jew aħjar u/jew lejn produzzjoni aktar effiċjenti.
L-għajnuna hija konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-ispejjeż ta' l-investiment
Settur(i) konċernat(i): L-impriżi primarji agrikoli kollha li jipproduċu prodotti msemmija fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministerie van Landbouw Natuur en Voedselkwaliteit |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EK Den Haag |
|
Nederland |
Indirizz ta' l-internet: www.minlnv.nl/loket
Informazzjoni oħra: —
XA Number: XA 87/07
L-Istat Membru: Franza
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Aides à l'assistance technique dans le secteur de l'élevage.
Bażi legali: Code Rural, partie législative, articles L 621-1 à L 621-11.
Projet d'arrêté du Ministre de l'Agriculture et de la Pêche.
Nefqa annwali ppjanata fil-kuntest ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża benefiċjarja: 26 miljun EUR/sena
Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 %
Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema ta' l-għajnuniet ser tkun implimentata mid-data tal-konferma tan-notifika mill-Kummissjoni, b'riżerva għad-disponibbilità tal-fondi korrispondenti
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: 7 snin
Għan ta' l-għajnuna: Din l-iskema ta' l-għajnuna taqa' fl-ambitu ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
L-Office national interprofessionnel de l'élevage et de ses productions ser iwaqqaf, għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem, programmi għall-għajnuniet bl-għan li tingħata assistenza teknika u puntwali lir-raħħala, imsejsa, skond il-programmi, fuq l-oqsma segwenti:
Ħarsien kontra l-mard ta' l-annimali, is-sigurtà alimentari u t-traċċabilità, partikolarment permezz tal-provvediment tal-“pakkett iġjene” (applikazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel applikabbli għall-prodotti ta' ikel ġejjin mill-anninali)
tnaqqis tat-tbatija fix-xogħol, titjib fl-ergonomija tax-xogħol u d-disinn tal-bini,
titjib fi prassi favorevoli għall-ambjent u il-benessri ta' l-annimali,
assistenza fil-qasam tat-titjib ġeneriku,
frammentazzjoni tas-swieq, b'mod partikolari t-tnedija u s-sostenn ta' kampanji ta' kwalità
Dawn il-programmi ta' għajnuniet ser jiffinanzjaw servizzi ta' konsulenza minn gruppi ta' produtturi jew organizazzjonijiet oħra li joffru għajnuna lir-raħħala, fil-qafas tal-protokolli kollettivi u jipprovdu, fil-kuntest ta' dawn l-oqsma, għajnuniet individwali speċifiċi għat-trobbija tal-bhejjem. Dawn ikunu jinvolvu wkoll programmi ta' konsulenza li jippermettu l-iżvilupp u s-segwitu ta' dawn il-protokolli.
Din l-iskema ta' għajnuniet tippermetti il-finanzjament ta' sostenn tekniku u konsulenza pprovduta f'dan il-kuntest, limitatament għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta' dan is-servizz. Ir-raħħala ma huma ser jingħataw l-ebda għajnuna.
Ser jiġi żgurat li l-ebda raħħala li l-impriża tagħhom ma tissodisfax il-kriterji Komunitarji ta' l-impriża żgħira u ta' daqs medju (SME), ma jibbenifikaw minn servizz ta' assistenza teknika sussidjata. B'riżerva li dawn l-għajnuniet ikunu konċessi bħala servizzi sussidjati, aċċessibbli għar-raħħala kollha, mingħajr il-ħtieġa li jkunu assoċjati ma' organizazzjonijiet ta' produtturi jew strutturi oħra
Settur ikkonċernat: Settur tat-trobbija tal-bhejjem
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli:
|
Office National Interprofessionnel de l'Élevage et de ses Productions |
|
80, avenue des Terroirs de France |
|
F-75 607 Paris Cedex 12 |
Indirizz ta' l-Internet: www.office-elevage.fr
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 88/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Il-muniċipalità ta' Ljubljana
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v Mestni občini Ljubljana 2007-2013
Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za programe kmetijstva v Mestni občini Ljubljana (II. Poglavje)
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
|
2007:136 314 EUR |
|
|
2008:140 000 EUR |
|
|
2009: 145 000 EUR |
|
|
2010: 145 000 EUR |
|
|
2011: 160 000 EUR |
|
|
2012: 160 000 EUR |
|
|
2013: 170 000 EUR |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
|
1. |
Investimenti fil-farms għall-produzzjoni primarja:
|
|
2. |
Għall-preservazzjoni tal-bini tradizzjonali:
|
|
3. |
Għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
|
|
4. |
Biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
|
|
5. |
Sabiex jiġi pprovdut support tekniku fil-qasam agrikolu:
|
Id-data ta' l-implimentazzjoni: Tibda f'Mejju 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs.
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-programmi ta' zvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Ljubljana, bl-inklużjoni tal-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p.3, 16.12.2006):
Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Investiment fil-kumpaniji agrikoli,
Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,
Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/iċi kkonċernat(i): Agrikoltura: Kultivazzjoni ta' l-uċuħ u trobbija tal-bhejjem
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Mestna občina Ljubljana |
|
Mestni trg 1 |
|
Ljubljana |
Websajt: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200741&dhid=89365
Tagħrif ieħor: —
Firma tal-persuna responsabbli għall-muniċipalità ta' Ljubljana
Direttriċi
Vanja Rangus
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/7 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni ikkonċernata (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/03)
|
Għajnuna numru |
XT 50/07 |
|||||||||
|
Stat Membru |
L-Olanda |
|||||||||
|
Reġjun |
— |
|||||||||
|
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpannija li tirċievi għajnuna individwali |
Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Beroepsopleiding en voorlichting voor agro-MBK ondernemingen (niet zijnde primaire landbouwondernemingen), onderdeel kennisvergaring d.m.v. het volgen van opleidingen en trainingen) |
|||||||||
|
Bażi legali |
|
|||||||||
|
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpannija |
L-għajnuna hija ffinanzjata permezz ta':
|
|||||||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
25 %, 35 % u 50 % ta' l-ispejjeż tat-taħriġ (skond id-daqs kbir, żgħir jew medju ta' l-intrapriża, u skond jekk it-tip ta' taħriġ huwiex speċifiku jew ġenerali), b'massimu ta' 1 500 EUR fis-sena għal kull intrapriża. Din il-parti m'hijiex disponibbli għall-2007; l-intensità massima ta' l-għajnuna hija determinata matul il-proċess ta' applikazzjoni fuq il-bażi tad-deċiżjoni li tistieden applikazzjonijiet għal sussidji mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Kwalità ta' l-Ikel |
|||||||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
L-iskema ta' sussidji tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007, iżda m'hijiex disponibbli għal din il-parti |
|||||||||
|
Tul ta' żmien |
Sat-30 ta' Ġunju 2008 inklużivament (skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001) u sal-31 ta' Diċembru 2008 inklużivament meta jitqies il-perjodu ta' aġġustament (skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001) |
|||||||||
|
Għan |
L-għarfien miksub għandu jgħin lid-destinatarji jtejbu l-prestazzjoni tagħhom u tal-kumpannija tagħhom. F'dan il-kuntest it-taħriġ jirrigwarda:
Is-sussidji ma jingħatawx għal taħriġ li jifforma parti minn programmi standard jew minn skemi ta' taħriġ għal taħriġ f'livell intermedjarju jew ogħla fl-agrikoltura jew fil-forestrija. L-għajnuna tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1) — (3), (5) u (7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 |
|||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Limitata għal setturi speċifiċi |
Iva |
||||||||
|
Kummenti: Intrapriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju (li mhumiex intrapriżi agrikoli primarji) |
|||||||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit |
|||||||||
|
||||||||||
|
Għajnuna Nru |
XT 64/07 |
|||||
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||
|
Reġjun |
Campania |
|||||
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
ILMAS S.P.A. — Codice Fiscale: 0596270018 |
|||||
|
Bażi legali |
Protocollo integrativo dell'accordo di programma per l'attuazione coordinata dell'intervento nell'area di crisi industriale della NGP S.P.A. di Acerra (NA); D.G.R. n. 1953 del 30.11.2006 |
|||||
|
Tip ta' miżura |
Għajnuna individwali |
|||||
|
L-Estimi |
Baġit annwali: —; Baġit globali: 0,899528 miljun EUR |
|||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament |
|||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
4.6.2007 |
|||||
|
Tul ta' l-iskema |
30.6.2008 |
|||||
|
L-objettiv ta' l-għajnuna |
Taħriġ ġenerali |
|||||
|
Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Manifatturi oħra: Manifattura ta' l-ajruplani u attivitajiet oħra |
|||||
|
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|
Għajnuna Nru |
XT 71/07 |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||
|
Reġjun |
Freistaat Bayern |
|||||
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Förderung der Ausbildung von Dorfhelferinnen |
|||||
|
Bażi legali |
Bayerisches Agrarwirtschaftsgesetz (BayAgrarWiG) vom 8. Dezember 2006 2 Zuwendungsbescheide an sozial tätige Dienstleistungsunternehmen mit Ausbildung ihrer Einsatzkräfte |
|||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
|
L-Estimi |
Baġit annwali: 0,077 miljun EUR; Baġit globali: — |
|||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament |
|||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.1.2007 |
|||||
|
Tul ta' l-iskema |
31.12.2013 |
|||||
|
L-objettiv ta' l-għajnuna |
Taħriġ ġenerali |
|||||
|
Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati |
L-Agrikoltura & Foresterija |
|||||
|
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4778 — Ericsson/LHS)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/04)
|
1. |
Fit-13 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Telefonaktiebolaget LM Ericsson (“Ericsson”, l-Isvezja) tikseb fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' LHS AG (“LHS”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4778 — Ericsson/LHS, fl-indirizz li ġej:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4847 — Ineos/Champagne Céréales/Thywissen/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ZEE)
(2007/C 194/05)
|
1. |
Fit-13 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ineos Enterprises Limited (“Ineos”, tar-Renju Unit), Champagne Cereales (“Champagne”, ta' Franza) u C.Thywissen GmbH (“Thywissen”, tal-Ġermanja) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' kumpanija bħala negozju konġunt (“JV”, ta' Franza) permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4847 — Ineos/Champagne Céréales/Thywissen/JV f'dan l-indirizz:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4877 — Groupama/Nuova Tirrena)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/06)
|
1. |
Fit-13 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Groupama S.A. (“Groupama”, Franza) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta' Nuova Tirrena S.p.A. (“Nuova Tirrena”, l-Italja), permezz ta' l-akkwist ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numri tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4877 — Groupama/Nuova Tirrena, fl-indirizz li ġej:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4834 — ALSTOM/Ecotècnia)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/07)
|
1. |
Fl-14 ta' Awissu 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ALSTOM España IB, S.L. (“ALSTOM España”), sussidjarja ta' ALSTOM S.A. (“ALSTOM”, Franza) li hi ikkontrollata mill-grupp Bouygues (“Bouygues”, Franza), tikseb fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' Ecotècnia, Societat Cooperativa Catalana Limitada (“Ecotècnia”, Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4834 — ALSTOM/Ecotècnia, fl-indirizz li ġej:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4845 — Santander/ABM AMRO assets)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/08)
|
1. |
Fl-14 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Banco Santander Central Hispano, S.A. (“Santander”, Spanja) takkwista, fl-ambitu ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali ta' l-impriża ABN AMRO Holding N.V. (“ABN AMRO assets”, l-Olanda) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fit-29 ta' April 2007. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M. 4845 — Santander/ABM AMRO assets f'dan l-indirizz:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4844 — Fortis/ABN AMRO assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/09)
|
1. |
Fl-14 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Fortis N.V. u Fortis S.A./N.V. (flimkien “Fortis”, il-Belġju) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' partijiet ta' ABN AMRO Holding N.V. (“ABN AMRO assets”, l-Olanda), permezz ta' offerta pubblika mħabbra fid-29 ta' Mejju 2007. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4844 — Fortis/ABN AMRO assets, f'dan l-indirizz:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4843 — RBS/ABN AMRO assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/10)
|
1. |
Fl-14 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Royal Bank of Scotland Group Plc (“RBS”, ir-Renju Unit) takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll ta' partijiet ta' ABN AMRO Holding N.V. (“ABN AMRO assets”, l-Olanda) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fid-29 ta' Mejju 2007. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4843 — RBS/ABN AMRO assets, f'dan l-indirizz:
|
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/17 |
Avviż mill-Gvern tar-Rumanija dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 194/11)
Skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi, ir-Rumanija tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li l-unika Awtorità Kompetenti stabbilità bil-Legea petrolului Nru 238/2004 (Liġi dwar il-Petroljum), hija l-Agenţia Naţională pentru Resurse Minerale (l-Aġenzija Nazzjonali għar-Riżorsi Minerali), korp speċjali ta' l-amministrazzjoni pubblika ċentrali, b'personalità ġuridika, attur fi ħdan il-Gvern.
Ir-Rumanija b'dan tinnotifika lill-partijiet interessati li d-dispożizzjonijiet u l-kriterji, li għandhom jintużaw meta jingħataw awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi, fis-sinifikat ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE għall-valutazzjoni ta' l-offerti, kif ukoll li il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji rikjesti mill-partijiet li jagħmlu offerta huma stiupati fin-Normele metodologice (Normi metodoloġiċi) għall-applikazzjoni tal-Legea petrolului Nru 238/2004 (Liġi dwar il-Petroljum), approvada permezz tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 2075/2004, ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României (Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija) Nru 1170 ta' l-10 ta' Diċembru 2004, il-Parti I, kif emendata u ssupplimentata bid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 350/2007, ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României Nru 272 ta' l-24 April 2007, il-Parti I.
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/18 |
Pubblikazzjoni, rigward it-tħassir ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 194/12)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni rigward it-tħassir ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Applikazzjoni għall-kanċellazzjoni skond l-Artikolu 12(2)
“LÖWENSTEINER MINERALQUELLE”
Nru KE: DE/PDO/017/0922/23.7.2003
IĠP
DOP
1. L-isem irreġistrat li qed tintalab il-kanċellazzjoni tiegħu:
“Löwensteiner Mineralquelle”
2. L-Istat Membru jew Pajjiż terz:
Il-Ġermanja
3. It-Tip ta' Prodott:
Ilma minerali
4. Il-Persuna jew Entità li qed tapplika:
|
Isem: |
Teusser Mineralbrunnen Karl Rössle GmbH & Co. KG |
|
Indirizz: |
D-74245 Löwenstein-Teusserbad |
In-natura ta' l-interess eliġibbli għall-applikazzjoni:
L-applikant huwa l-produttur waħdieni ta' l-isem protett
5. Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni:
L-applikant iddeċieda li ma jibqax juża l-isem bħala Denominazzjoni ta' l-Oriġini Protetta, u għaldaqstant jixtieq jinħeles mill-ispejjeż tal-kontroll.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/19 |
Pubblikazzjoni, rigward it-tħassir ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 194/13)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni rigward it-tħassir ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Applikazzjoni għall-kanċellazzjoni skond l-Artikolu 12(2)
“BAD NIEDERNAUER QUELLE”
Nru KE: DE/PDO/017/0743/23.7.2003
IĠP
DOP
1. L-isem irreġistrat li qed tintalab il-kanċellazzjoni tiegħu:
“Bad Niedernauer Quelle”
2. L-Istat Membru jew Pajjiż terz:
Il-Ġermanja
3. It-Tip ta' Prodott:
Ilma minerali
4. Il-Persuna jew Entità li qed tapplika:
|
Isem: |
Bad Niedernauer Römerquelle |
|
Indirizz: |
D-72108 Bad Niedernau |
In-natura ta' l-interess eliġibbli għall-applikazzjoni:
L-applikant huwa l-produttur waħdieni tad-denominazzjoni protetta
5. Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni:
L-applikant iddeċieda li ma jibqax juża l-isem bħala Denominazzjoni ta' l-Oriġini Protetta, u għaldaqstant jixtieq jinħeles mill-ispejjeż tal-kontroll.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/20 |
Pubblikazzjoni, rigward it-tħassir ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 194/14)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni rigward it-tħassir ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Applikazzjoni għall-kanċellazzjoni skond l-Artikolu 12(2)
“KISSLEGGER MINERALQUELLE”
Nru KE: DE/PDO/017/0897/23.7.2003
IĠP
DOP
1. L-isem irreġistrat li qed tintalab il-kanċellazzjoni tiegħu:
“Kißlegger Mineralquelle”
2. L-Istat Membru jew Pajjiż terz:
Il-Ġermanja
3. It-Tip ta' Prodott:
Ilma minerali
4. Il-Persuna jew Entità li qed tapplika:
|
Isem: |
Mineralbrunnen Überkingen Teinach AG |
|
Indirizz: |
D-73337 Bad Überkingen |
In-natura ta' l-interess eliġibbli għall-applikazzjoni:
L-applikant huwa l-produttur waħdieni ta' l-isem protett
5. Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni:
L-applikant iddeċieda li ma jibqax juża l-isem bħala Denominazzjoni ta' l-Oriġini Protetta, u għaldaqstant jixtieq jinħeles mill-ispejjeż tal-kontroll.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
Rettifikazzjonijiet
|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 194/21 |
Corrigendum għall-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ
(Il-“Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea” C 119, 30 ta' Mejju 2007)
(2007/C 194/15)
Fil-paġna 10, l-Għajnuna Nru XT 41/07 għandha tinqara hekk:
|
1. |
għal “Ammont annwali globali”: |
flok:
“208,65 million EUR”,
aqra:
“208 646,3 EUR”;
|
2. |
għal “Total”: |
flok:
“1 251,88 EUR”,
aqra:
“1 251 877,8 EUR”.