ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 192/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4768 — CRH/Cementbouw) ( 1 ) |
|
2007/C 192/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4773 — 3i/Eltel) ( 1 ) |
|
2007/C 192/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4468 — Candover Partners/Hilding Anders) ( 1 ) |
|
2007/C 192/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4705 — Blackstone/Klöckner Pentaplast) ( 1 ) |
|
2007/C 192/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4733 — Apax Partners Worldwide LLP/Electro-Stocks Grup SL) ( 1 ) |
|
2007/C 192/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4710 — Rasperia/Raiffeisen-Holding/Uniqa/Strabag) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 192/07 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2007/C 192/08 |
||
2007/C 192/09 |
||
2007/C 192/10 |
||
2007/C 192/11 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 192/12 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 192/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4876 — GDFI/Energie Investimenti) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2007/C 192/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4857 — 3i/Accord) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4768 — CRH/Cementbouw)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/01)
Fi 10 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4768. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4773 — 3i/Eltel)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/02)
Fi 7 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4773. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4468 — Candover Partners/Hilding Anders)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/03)
Fi 15 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32006M4468. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4705 — Blackstone/Klöckner Pentaplast)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/04)
Fi 28 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4705. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4733 — Apax Partners Worldwide LLP/Electro-Stocks Grup SL)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/05)
Fi 10 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4733. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4710 — Rasperia/Raiffeisen-Holding/Uniqa/Strabag)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/06)
Fi 12 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M1710. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/4 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-17 ta'Awwissu 2007
(2007/C 192/07)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3454 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
152,74 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4409 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,67920 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3590 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6245 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
92,87 |
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0375 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5842 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,663 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
260,20 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6975 |
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,8337 |
RON |
Leu Rumen |
3,2769 |
SKK |
Krona Slovakka |
33,740 |
TRY |
Lira Turka |
1,8636 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7213 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4416 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5081 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9727 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0660 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 278,74 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,0198 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,2184 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3330 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 747,67 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7298 |
PHP |
Peso Filippin |
63,039 |
RUB |
Rouble Russu |
34,7740 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,903 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/5 |
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2007/C 192/08)
Numru XA: XA 10/07
L-Istat Membru: L-Olanda
Ir-Reġjun: Provincie Limburg
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Subsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied Limburg
— Paragrafu 1.5: It-titjib ta' l-għarfien u ta' l-innovazzjoni fl-agrikultura
— Paragrafu 1.6: Il-gruppi ta' esperti dwar l-agrikultura
— Paragrafu 1.7: L-elaborazzjoni tal-proġetti bl-iskambju ta' l-esperti
— Paragrafu 1.8: It-tqabbil tal-prodott mas-suq (PMC's)
— Paragrafu 1.10: Il-produzzjoni ta' l-agrikultura sostenibbli bbażata fuq il-ħamrija
— Paragrafu 1.11: Riċerka dwar l-użu ta' “fertilizzant ġdid” minflok il-fertilizzant artifiċjali
— Paragrafu 1.12: L-analiżi dwar il-kooperazzjoni fil-kwalità tal-pajżaġġ u l-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodotti lokali
— Paragrafu 1.13: L-applikazzjoni ta' l-għarfien biex ikun hemm titjib fil-kwalità ambjentali
— Paragrafu 1.15: Mudell ta' farm sostenibbli, farms tal-ħalib
— Paragrafu 1.16: Bioenerġija
— Paragrafu 1.18: Farms ta' dimostrazzjoni awtosuffiċjenti fl-enerġija
Bażi ġuridika: Artikel 11, lid 3 Wet Inrichting Landelijk Gebied, juncto subsidieverordening inrichting Landelijk Gebied
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
— |
paragrafu 1.5: 250 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.6: 1 000 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.7: 600 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.8: 3 000 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.10: 1 980 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.11: 300 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.12: 30 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.13: 200 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.15: 150 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.16: 745 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
— |
paragrafu 1.18: 90 000 EUR għall-perjodu 2007-2013 |
(Dawn l-ammonti huma stima tas-sehem massimu tal-fondi disponibbli li se jmur għall-bdiewa. Ħafna minn dawn il-paragrafi fil-fatt, jiffurmaw il-bażi biex tingħata l-għajnuna lil dawk li mhumiex bdiewa (intraprendituri oħra li jaqgħu taħt ir-regola de minimis u dawk li mhumiex intraprendituri)
Intensità massima ta' l-għajnuna:
— |
paragrafu 1.5: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 50 000 EUR fis-sena għal kull struttura. |
— |
paragrafu 1.6: massimu ta' 80 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 63 000 EUR fis-sena għal kull grupp ta' esperti. |
— |
paragrafu 1.7: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 3 250 EUR fis-sena għal kull impriża. |
— |
paragrafu 1.8: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 25 000 EUR għal kull proġett. |
— |
paragrafu 1.10: massimu ta' 90 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 900 EUR għal kull ettaru. |
— |
paragrafu 1.11: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 100 000 EUR għal kull proġett. |
— |
paragrafu 1.12: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 5 000 EUR għal kull studju esplorattiv. |
— |
paragrafu 1.13: massimu ta' 60 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 23 000 EUR għal kull proġett. |
— |
paragrafu 1.15: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 50 000 EUR għal kull proġett. |
— |
paragrafu 1.16: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 50 000 EUR għal kull proġett. |
— |
paragrafu 1.18: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 30 000 EUR għal kull proġett |
Data ta' l-implimentazzjoni: L-għotjiet tal-flus se jingħataw biss wara li s-Subsidieverordening inrichting Landelijk Gebied Limburg tkun ġiet approvata mill-Ministeru għall-Agrikultura, l-Ambjent u l-Kwalità ta' l-Ikel skond l-Artikolu 11(3) tal-Wet In richting Landelijk Gebied u mhux qabel ma din l-Ordinanza dwar is-Sussidju tkun ġiet notifikata skond ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' l-għajnuna individwali: Mill-2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 inklużi
Għan ta' l-għajnuna:
— |
Paragrafu 1.5: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġi organizzat taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a), u/jew il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor għal skambju ta' għarfien sabiex ikun hemm ideat ġodda u innovattivi. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c). |
— |
Paragrafu 1.6: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġi organizzat taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a), u/jew l-ingaġġ ta' esperti biex jagħtu parir dwar titjib fil-ħiliet u l-impriża. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c). |
— |
Paragrafu 1.7: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew il-kiri ta' għarfien espert barrani biex ifassal pjanijiet ta' negozju u studji ta' fattibiltà. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c). |
— |
Paragrafu 1.8: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew il-kiri ta' għarfien espert barrani biex jiġu żviluppati ideat innovattivi. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), immirat lejn il-formazzjoni tat-tqabbil tal-prodott mas-suq. |
— |
Paragrafu 1.10: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li l-produzzjoni ta' l-agrikultura bbażata fuq il-ħamrija ssir aktar sostenibbli u jtejbu l-bijodiversità. |
— |
Paragrafu 1.11: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li jintużaw l-opportunitajiet għall-ipproċessar u li jintuża d-diġestat minflok il-fertilizzant artifiċjali. |
— |
Paragrafu 1.12: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li jespoloraw l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi. |
— |
Paragrafu 1.13: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li jiżviluppaw l-għarfien espert u l-istudji dwar proġetti ta' l-agrikultura bbażata fuq il-ħamrija. |
— |
Paragrafu 1.15: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huma marbuta ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c) li għandhom l-għan li jinvestigaw forom ġodda ta' organizzazzjoni għall-farms tal-ħalib sostenibbli. |
— |
Paragrafu 1.16: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), li jimmiraw lejn l-istudji dwar l-ġenerazzjoni ta' l-enerġija mill-bijomassa. |
— |
Paragrafu 1.18: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), li għandhom l-għan li jħarsu lejn l-awtosuffiċjenza fl-enerġija fuq il-livell individwali tal-farms |
Settur(i) kkonċernat(i): L-iskema ta' għajnuna tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (farms) attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Provincie Limburg |
Limburglaan 10 |
Postbus 5700 |
6202 MA Maastricht |
Nederland |
Indirizz web: www.limburg.nl
Tagħrif ieħor: —
Nru ta' l-għajnuna: XA 38/07
Stat Membru: L-Olanda
Reġjun: —
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna ta' kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Investeringen op het terrein van energiebesparing. Titel 5, § 1, van het Openstellingsbesluit LNV-subsidies
Bażi ġuridika: De artikelen 2, 4 en 7 van de Kaderwet LNV-subsidies en de artikelen 1:3, 1:8, 1:15 en 1:16 van de Regeling LNV-subsidies
Nefqa kull sena ppjanata fil-qafas ta' l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: 8 300 000,00 EUR |
|
2008: 14 500 000,00 EUR |
|
2009: 8 900 000,00 EUR |
|
2010: 4 800 000,00 EUR |
Intensità massima ta' l-għajnuna: 25 %
Data ta' implimentazzjoni: L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu mill-14 ta' Mejju sal-25 ta' mejju 2007. Fis-snin ta' wara, l-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu f'data li trid tiġi indikata fil-Gazzetta Uffiċjali
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali:
L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ewlieni: biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. L-għan sekondarju: biex jiġi ppreżervat u mtejjeb l-ambjent naturali. Is-sussidju huwa bbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Huwa eliġibbli l-investiment immirat lejn l-iffrankar ta' l-enerġija
Settur(i) ekonomiċi kkonċernati: Stabbilimenti agrikoli, b'mod partikolari istabbilimenti ta' l-ortikoltura tas-serra
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
De Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit |
Bezuidenhoutseweg 73 |
2500 EK Den Haag |
Nederland |
Websajt: www.minlnv.nl/loket
Informazzjoni oħra: Din l-iskema ta' għajnuna hija s-segwitu għal għotja ta' darba nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea skond in-Nru XA 99/06
XA Number: XA 70/07
Stat Membru: Spanja
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Ayudas para compensar los daños extraordinarios causados por la sequía en las explotaciones ganaderas extensivas
Bażi ġuridika: Orden APA/…/2007, de … de mayo, por la que se establecen las bases reguladoras y se aprueba la convocatoria de ayudas para compensar pérdidas extraordinarias producidas por la sequía en pastos en la campaña 2005/2006
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema ta' għajnuna: 3,5 miljun EUR għas-sena 2007
Intensità massima ta' l-għajnuna: Is-somma ta' l-għajnuniet li jista' jirċievi kull benefiċjarju, tal-kumpens imħallas mill-aġenziji ta' assigurazzjoni, u ta' kwalunkwe għajnuna li tkun ġiet irċevuta mill-amministrazzjoni tal-Komunità Awtonoma, ma għandhiex taqbeż 80 % mit-telf irreġistrat fuq l-azjenda, kif inhu stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Għall-kalkolu ta' l-għajnuniet, titqies l-informazzjoni fl-Indiċi tal-Veġetazzjoni taż-żoni milquta, fil-perjodu bejn l-1 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju 2006. Iż-żoni eliġibbli jkunu dawk fejn l-indiċi tal-veġetazzjoni kienet inqas mill-kwantità li tirriżulta meta titnaqqas 0,8 darba d-devjazzjoni standard mill-indiċi medju. Dan huwa ekwivalenti għal ħsarat ta' aktar minn 30 % tal-produzzjoni normali.
L-ammonti ta' l-għajnuniet huma dawn li ġejjin:
B'hekk, jekk matul il-perjodu kollu meqjus (15-il perjodu ta' 10 ijiem), l-indiċi tal-veġetazzjoni kien inqas mill-kwantità li tirriżulta meta titnaqqas 0.8 darba d-devjazzjoni standard mill-indiċi medju, l-għajnuna tiġi 48 EUR kull bhima għall-baqar u ż-żwiemel, u 7,2 EUR kull bhima għan-nagħaġ u l-mogħoż.
L-għajnuna għal kull benefiċjarju tiġi kkalkolata billi jitqies in-numru ta' perjodi ta' għaxart ijiem li fihom ġie rreġistrat il-livell imsemmi ta' nixfa.
Ladarba l-għajnuniet ikunu ġew ikkalkolati, ENESA (l-aġenzija statali għall-assigurazzjoni agrikola) titlob lil AGROSEGURO (grupp konġunt għall-assigurazzjoni agrikola) biex tiċċertifika l-kumpensi li jkunu rċevew l-aġenziji ta' assigurazzjoni. Barra minn hekk, titlob lill-Komunitajiet Awtonomi milquta biex jiċċertifikaw l-għajnuniet li jkunu taw għall-ħsarat. It-total ta' l-għajnuniet ma għandux jaqbeż it-80 % tat-telf irreġistrat fl-azjenda. Jekk dan il-limitu jinqabeż, l-għajnuna kkalkolata skond din l-Ordni titnaqqas u tiġi aġġustata għal dan il-perċentwal
Data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuniet jistgħu jingħataw mid-dħul fis-seħħ ta' l-Ordni, matul perjodu ta' mhux aktar minn 6 xhur
Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li jagħti kumpens lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem għat-telf ekonomiku mġarrab fl-azjendi milquta, minħabba li kellhom jissuplimentaw l-għalf tal-bhejjem wara t-telf ta' mergħat ikkaġunat min-nixfa.
Ta' min wieħed jinnota li l-qafas ta' l-assigurazzjoni agrikola jinkludi assigurazzjoni li tkopri r-riskju ta' nixfa fil-mergħat u tagħti garanzija kontra t-telf fil-każ ta' nixfa estrema, jiġifieri ħsarat ta' aktar minn 50 % tal-produzzjoni (fejn l-indiċi tal-veġetazzjoni jkun inqas mill-kwantità li tirriżulta meta titnaqqas darba d-devjazzjoni standard mill-indiċi tal-veġetazzjoni medju).
F'ċerti muniċipalitajiet, instab li saru ħsarat ta' aktar minn 30 % tal-produzzjoni, li ma ġewx koperti mill-poloz ta' l-assigurazzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkunu stabbiliti għajnuniet maħsubin biex jagħmlu tajjeb għal dan it-telf.
Dawn l-għajnuniet huma stabbiliti skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, li jirreferi għal “Għajnuna għal telf imġarrab minħabba fenomeni klimatiċi negattivi”, u jaqdu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11(2) sa (6), (9) u (10)
Settur benefiċjarju: Dawn l-għajnuniet huma ddestinati għas-settur tat-trobbija estensiva tal-bhejjem fil-Komunitajiet Awtonomi ta' l-Andalusija, l-Aragona, il-Gżejjer Baleari, il-Katalonja, Kastilja-La Mancha, Kastilja-León, Extremadura u Murcia
Awtorità li tagħti l-għajnuna:
Entidad Estatal de Seguros Agrarios (ENESA) |
Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación |
C/ Miguel Ángel, 23 — 5a planta |
E-28010 Madrid |
Indirizz ta' l-internet: enesa@mapya.es
XA Number: XA 71/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Il-Katalonja
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones para la incentivación de la mejora de la eficiencia energética en invernaderos agrícolas
Bażi ġuridika: Orden ARP/501/2006, de 25 de octubre, por la que se aprueban las bases reguladoras de las subvenciones para la incentivación de la mejora de la eficiencia energética en invernaderos agrícolas, y se convocan las correspondientes al año 2006 (DOGC 4751 de 31.10.2006)
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema ta' għajnuna, jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Sena 2006: 450 000 EUR
Intensità massima ta' l-għajnuna: Il-perċentwal tas-sussidju massimu għal kull applikazzjoni se jkun ta' 30 % ta' l-investiment eliġibbli u se jkun jista' jogħla f'dawn iċ-ċirkostanzi:
5 % meta min iressaq talba huwa bidwi żagħżugħ
2 % meta min iressaq talba hija mara
Data ta' l-implimentazzjoni:
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali:
Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna huwa li tgħin l-investment f'azjendi agrikoli sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fis-serer. (Artikolu 4).
Huma eliġibbli l-investmenti relatati mat-titjib ta' l-istallazzjonijiet, is-sistemi ta' tisħin u materjal, kif ukoll kwalunkwe titjib li jinvolvi ffrankar u titjib kwantifikabbli ta' l-effiċjenza enerġetika fis-serer.
In-nefqa eliġibbli hija dik elenkata fl-Artikolu 4(4)(a) u (b), jiġifieri, dik relatata mal-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib ta' l-istallazzjonijiet, kif ukoll dik relatata max-xiri jew it-twellija bil-possibilità ta' xiri ta' tagħmir u makkinarju meħtieġa biex titjieb l-effiċjenza tas-serer
Settur(i) benefiċjarju/i: Produzzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, għajr il-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 u l-prodotti tal-kodiċijiet NM 4502, 4503 y 4504 (prodotti tas-sufra)
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Departamento de Agricultura, Ganadería y Pesca |
Generalitat de Catalunya |
Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614 |
E-08007 Barcelona |
Indirizz ta' l-internet: https://www.gencat.net/diari_c/4751/06297022.htm
Tagħrif ieħor: —
XA Number: XA 74/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Castilla-La Mancha
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Ayudas para paliar los daños ocasionados en el viñedo afectado por las heladas acaecidas en los primeros meses de 2006
Bażi ġuridika: Orden de 15.3.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se declaran como fenómeno climático adverso asimilable a desastre natural las heladas acaecidas en los dos primeros meses de 2006 en determinados municipios de Castilla-La Mancha y Orden de 17.4.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se establecen las bases reguladoras de la concesión de ayudas para paliar los daños ocasionados en el viñedo afectado por las heladas acaecidas en los primeros meses de 2006
Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew l-ammont komplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: 1 600 000 EUR fuq medda ta' erba' snin
Intensità massima ta' l-għajnuna: 47 % tal-ħsarat
Data ta' l-implimentazzjoni: Is-16 ta' Ġunju 2007
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' l-Ordni
Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tal-prodott minħabba l-fenomenu klimatiku negattiv, kif ukoll li tikkontribwixxi għall-ispejjeż imġarrba mill-agrikultur b'konsegwenza ta' dan (spejjeż tat-trasferiment ta' dwieli, taż-żbir u tar-riġenerazzjoni ta' partijiet inġazzati tad-dwieli), skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament 1857/2006
Settur(i) konċernati: produzzjoni veġetali: vinji
Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
Consejería de Agricultura |
C/ Pintor Matías Moreno, no 4 |
E-45004 Toledo |
Indirizz ta' l-internet: Proviżjonalment:
www.jccm.es/agricul/paginas/ayudas/agricultura/vinedo.htm
Ladarba tkun ippubblikata:
www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3
Numru XA: XA 77/07
Stat Membru: L-Olanda
Reġjun: —
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Beroepsopleiding en voorlichting voor primaire landbouwondernemingen, onderdeel collectieve adviezen)
Bażi ġuridika:
— |
Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 1:20; artikel 2:1; artikel 2:3, eerste lid, aanhef en onderdeel a, |
— |
Openstellingsbesluit LNV-subsidies |
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: L-għajnuna hija ffinanzjata mill-ammont żejjed (11,32 miljun EUR) skond il-miżura 111 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13
Intensità massima ta' l-għajnuna: Għal ażjendi agrikoli, 50 % ta' l-ispejjeż tas-servizz ta' konsulenza, sa massimu ta' 1 500 EUR kull sena kull farm
Data ta' implimentazzjoni: L-iskema ta' sussidji tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Natura u Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007. Il-ħlasijiet ma jsirux qabel jiġi approvat il-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: Sal-31 ta' Diċembru 2013
L-għan ta' l-għajnuna: L-iskema ta' għajnuna tapplika għas-servizzi ta' konsulenza kollettiva li humiex kontinwi jew rikkurrenti (bħal fil-każ tal-konsulenza ta' rutina tat-taxxa, tas-servizzi legali regolari jew tal-pubbliċità).
Fl-ambitu ta' dan il-qafas, parir fl-iżvilupp tal-farm jista' jinkiseb fl-oqsma li ġejjien biss:
L-iskema ta' għajnuna hija konformi ma' l-Artikolu 15(2)(c), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha li jipproduċu prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit |
Postbus 20401 |
2500 EK Den Haag |
Nederland |
Indirizz ta' l-internet: www.minlnv.nl/loket
Tagħrif ieħor: —
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/11 |
Aġġornament tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) [ĠU C 247 tat-13.10.2006, p. 1, ĠU C 153 tas-6.7.2007, p. 5, ĠU C 182 ta' l-4.8.2007, p. 18]
(2007/C 192/09)
Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.
L-ITALJA
Permess ta' reżidenza temporanju
— |
Irċevuta speċjali tal-Poste Italiane Spa għal talba ta' tiġdid tal-permess ta' reżidenza. |
L-użu ta' din l-irċevuta huwa biss possibbli flimkien mal-passaport taċ-ċittadin barrani u l-permess ta' reżidenza li jkun skada. Din l-irċevuta tibqa' valida sat-30 ta' Ottubru 2007.
L-AWSTRIJA
Tibdil fil-lista ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006
— |
Sichtvermerke; wurden bis 31. Dezember 1992 von Inlandsbehörden, aber auch von Vertretungsbehörden in Form eines Stempels ausgestellt; |
— |
Aufenthaltstitel in Form einer grünen Vignette bis Nr. 790.000 |
— |
Aufenthaltstitel in Form einer grün-weißen Vignette ab Nr. 790.001 |
— |
Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend der Gemeinsamen Maßnahme 97/11/JI des Rates vom 16. Dezember 1996, Amtsblatt L 7 vom 10. Januar 1997 zur einheitlichen Gestaltung der Aufenthaltstitel — In Österreich ausgegeben ab 1. Januar 1998 |
— |
Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend der Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaats-angehörige — In Österreich ausgegeben ab 1. Januar 2005 |
— |
Aufenthaltstitel “Niederlassungsnachweis” im Kartenformat ID1 entsprechend der Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige — In Österreich ausgegeben im Zeitraum 1. Januar 2003 bis 31. Dezember 2005 |
— |
Aufenthaltstitel “Niederlassungsbewilligung”, “Familienangehöriger”, “Daueraufenthalt-EG”, “Daueraufenthalt-Familienangehöriger” und “Aufenthaltsbewilligung” im Kartenformat ID1 entsprechend der Gemeinsamen Maßnahmen aufgrund der Verordnung (EG) Nr. 1030/2002 des Rates vom 13. Juni 2002 zur einheitlichen Gestaltung des Aufenthaltstitels für Drittstaatsangehörige — In Österreich ausgegeben ab 1. Januar 2006 |
— |
Aufenthaltstitel “Daueraufenthaltskarte” für Angehörige von freizügigkeits-berechtigten EWR-Bürgern gem. § 54 NAG 2005 |
— |
Aufenthaltstitel “Lichtbildausweis für EWR Bürger” gem. § 9 Abs. 2 NAG 2005 |
— |
“Bestätigung über den Antrag auf Verlängerung des Aufenthaltstitels” in Form einer Vignette aufgrund § 24/1 NAG 2005 |
— |
Anmeldebescheinigung für EWR Bürger/-innen und Schweizer Bürger/-innen gem. § 51 bis 53 u. 57 NAG 2005 in Form eines A4 Blattes |
— |
Konventionsreisepass ausgestellt ab 1. Januar 1996 |
— |
Lichtbildausweis für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb und blau, ausgestellt vom Bundesministerium für auswärtige Angelegenheiten |
— |
Lichtbildausweis im Kartenformat für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb, blau, grün, braun, grau und orange, ausgestellt vom Bundesministerium für auswärtige Angelegenheiten. |
(1) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/13 |
Aġġornament tal-lista ta' postijiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) [ĠU C 247 tat-13.10.2006, p. 25, ĠU C 153 tas-6.7.2007, p. 9]
(2007/C 192/10)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postjiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.
IL-POLONJA
Postazzjoni ġdida ta' qsim il-fruntiera:
|
Pieńsk-Deschka: għall-użu tal-persuni (bil-mixi jew fuq rota), miftuħ mill-1 ta' Ġunju 2007 (miftuħ 24/7), |
|
Świnoujście-Garz: għall-użu tal-persuni (bil-mixi jew fuq rota kif ukoll karozzi tal-linja), miftuħ mit-8 ta' Ġunju 2007 (miftuħ 24/7). |
(1) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/14 |
Il-bilanċ ta' l-alkoħol etiliku ta' l-UE25 għas-sena 2006
[Stabbilit fl-4 ta' Lulju 2007 Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003]
(2007/C 192/11)
|
Il-bilanċ ta' l-alkoħol etiliku (1) ta' l-UE25 għas-sena 2006 [Stabbilit fl-4 ta' Lulju 2007 Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2336/2003 (2)] |
Ettolitri ta' alkoħol pur |
|||
1. |
Stokk inizjali |
11 643 277 |
|||
|
|||||
|
|||||
2. |
Produzzjoni |
34 436 778 |
|||
|
28 020 079 |
||||
|
6 416 698 |
||||
3. |
Importazzjoni |
5 672 894 |
|||
|
1 995 420 |
||||
|
0 |
||||
|
3 677 474 |
||||
4. |
Ir-riżorsi totali |
51 752 948 |
|||
5. |
Esportazzjoni |
469 922 |
|||
6. |
Konsum intern |
39 910 125 |
|||
|
-Ta' oriġini agrikolu |
-Mhux ta' oriġini agrikolu |
Total |
||
Użu fl-ikel |
8 398 039 |
0 |
8 398 039 |
||
Użu industrijali |
7 784 181 |
5 676 054 |
13 460 235 |
||
Fjuwil |
16 735 061 |
76 004 |
16 811 065 |
||
Oħrajn |
1 083 202 |
157 584 |
1 240 786 |
||
7. |
Stokk finali |
11 372 902 |
|||
|
|||||
|
|||||
Sorsi: Komunikazzjonijiet mill-Istati Membri/Eurostat COMEXT |
(1) Jinkludi biss prodotti koperti bil-kodiċijiet tan-NM 2207 10, 2207 20, 2208 90 91 u 2208 90 99.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol (alkoħol etiliku) ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).
Sorsi: Komunikazzjonijiet mill-Istati Membri/Eurostat COMEXT
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/15 |
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja
(2007/C 192/12)
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, (“pajjiżi kkonċernati”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal analiżi skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (2).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba kienet ippreżentata fit-23 ta' Mejju 2007 mill-Kumitat tad-Difiża ta' l-iSteel Butt-Welding Fittings Industry ta' l-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar.
2. Il-Prodott
Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċċessorji ta' tubi u pajpijiet (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew l-azzar (ma jinkludix l-istainless steel) bl-akbar dijametru ta' barra li ma jaqbiżx 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew xi użi oħra, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja ('il-prodott ikkonċernat') klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90. Dawn il-kodiċi NM huma mogħtija biss għall-informazzjoni.
3. Il-miżuri attwali
Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' l-anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1514/2002 (3).
4. Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal rikorrenza ta' dumping u ħsara għall-industrija tal-Komunità.
L-allegazzjoni ta' repetizzjoni ta' dumping fir-rigward taż-żewġ pajjiżi kkonċernati hi bbażata fuq paragun ta' valur normali kostrutt flimkien mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lill-pajjiż terz, l-Istati Uniti ta' l-Amerika.
Fuq bażi ta' dan, il-marġinu ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.
L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' aktar dumping dannuż. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-volum ta' l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied imqabbel mal-volum attwali minħabba l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.
Barra minn dan, l-applikant allega li t-tneħħija tal-ħsara hi prinċipalment minħabba l-eżistenza ta' miżuri u li kull repetizzjoni ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati se twassal probabbilment għal repetizzjoni ta' ħsara lill-industrija tal-Komunità jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Il-proċedura
Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' dumping u ħsara
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli jew le li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-issoktar jew r-rikorrenza ta' dumping u ħsara.
(a) It-teħid ta' kampjuni
Fid-dawl tan-numru apparenti ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i) It-teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Korea
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan huwa l-każ, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportanti kollha, jew rappreżentati tagħhom, huma hawnhekk mitluba li jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom fi żmien il-limitu stabbilit f'punt 6(b)(i) u fil-format indikat f'punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum f'kilogrammi tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'kilogrammi tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq lokali waqt il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007; |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum tal-bejgħ f'kilogrammi tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007; |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-volum tal-produzzjoni f'kilogrammi tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007; |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat; |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun; |
Billi tipprovdi l-informazzjoni msemmija hawn fuq, il-kumpanija taċċetta l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi meqjusa li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 8 hawn taħt.
Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn dan, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
(ii) It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom huma permezz ta' dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fi żmien il-limitu stabbilit fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt; |
— |
id-dħul totali f'euro tal-kumpanija tul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007, |
— |
l-għadd totali ta' impjegati; |
— |
l-attivitajiet eżatti tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat; |
— |
il-volum f'kilogrammi u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007 tal-prodott ikkonċernat importat li joriġina mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat; |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi l-informazzjoni msemmija hawn fuq, il-kumpanija taċċetta l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi meqjusa li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 8 hawn taħt.
Biex tikseb it-tagħrif li hi tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' l-importaturi, il-Kummissjoni tista', barra minn hekk, tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
(iii) Teħid ta' kampjuni għall-produtturi Komunitarji
Fid-dawl ta' l-għadd kbir ta' produtturi Komunitarji li qed jappoġġaw it-talba, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tapplika t-teħid ta' kampjuni.
Biex jippermettu lill-Kummissjoni tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Komunità huma għalhekk mitluba li jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien iffissat fil-punt 6(b)(i) u fil-format indikat fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt; |
— |
id-dħul totali f'euro tal-kumpanija tul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat; |
— |
il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità tul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007, |
— |
il-volum ta' bejgħ f'termini ta' kilogrammi tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità tul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007; |
— |
il-volum ta' produzzjoni f'kilogrammi tal-prodott ikkonċernat tul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-30 ta' Ġunju 2007, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat; |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi l-informazzjoni msemmija hawn fuq, il-kumpanija taċċetta l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 8 hawn taħt.
(iv) L-għażla finali tal-kampjuni
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tal-kampjun għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjuni għandhom iwieġbu għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw ma' l-investigazzjoni.
Jekk ma jkunx hemm kooperazzjoni biżżejjed, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Konklużjoni bbażata fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Kwestjonarji
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja u lil kull assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Korea li huma parti mill-kampjun, lill-esportaturi/produtturi fill-Malasja, lil kull assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi li huma parti mill-kampjun, lil kull assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fit-talba jew li kkooperat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati.
(c) Ġbir ta' informazzjoni u s-smigħ ta' seduti
Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza li tappoġġjah. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(iii).
5.2. Proċedura għall-valutazzjoni ta' l-interess Komunitarju
B'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ fejn il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara tkun ikkonfermata, tittieħed deċiżjoni dwar jekk li jinżammu l-miżuri kontra d-dumping ikunx kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni l-industrija Komunitarja, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u ta' l-utenti, bil-kundizzjoni li huma jippruvaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, billi jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex huma għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Kull tagħrif ippreżentat skond l-Artikolu 21 se jitqies biss jekk ikun sostnut b'evidenza fattwali fil-waqt tal-preżentazzjoni.
6. Skadenzi taż-żmien
(a) Il-limiti ġenerali ta' żmien
(i) Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju
Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali għandha titlob kwestjonarju malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
(ii) Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, ħalli jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor
Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom, iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.
Il-kumpaniji magħżula għal kampjun għandhom iwieġbu l-kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).
(iii) Seduti ta' smigħ
Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.
(b) Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni
(i) |
L-informazzjoni speċifikata fil-punt 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(ii) |
Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(iii) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun. |
7. Is-sottomissjonijiet, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza, bil-miktub
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-fax tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitata” (6) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate General for Trade |
Directorate H |
Office J-79 4/23 |
B-1049 Brussels |
Fax (32-2) 295 65 05 |
8. In-Nuqqas ta' kooperazzjoni
Fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. L-iskeda ta' l-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
10. Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Hekk kif din ir-reviżjoni ta' skadenza tingħata bidu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu għal-livell tal-miżuri attwali li qed jiġu emendati imma se jwasslu għal dawk il-miżuri li qed jiġu revokati jew miżmuma skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li temenda (jiġifieri żżid jew tnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir b'mod indipendenti mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f'dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.
11. L-ipproċessar ta' data personali
Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (7).
(1) ĠU C 286, 23.11.2006, p. 8.
(2) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(3) ĠU L 228, 24.8.2002, p. 1.
(4) Għal aktar tagħrif dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253 tal-11.10.1993, p. 1).
(5) Għal aktar tagħrif dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.
(6) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145,31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/20 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4876 — GDFI/Energie Investimenti)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/13)
1. |
Fl-10 ta' Awwissu 2003 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża GDF International S.A.S. (“GDFI”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Gaz de France S.A. tikseb, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll uniku ta' l-impriża Energie Investimenti S.p.A. (“Energie Investimenti”, l-Italja), permezz ta' xiri ta' ishma. Bħalissa, il-GDFI teżerċita kontroll konġunt fuq Energie Investimenti. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4876 — GDFI/Energie Investimenti, fl-indirizz li ġej:
|
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4857 — 3i/Accord)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 192/14)
1. |
Fid-9 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kirk Newco plc, kumpanija li l-kontroll aħħari tagħha huwa f'idejn it-3i Group plc kif ukoll f'fondi ġestiti minn 3i Investments plc (“3i”, tar-Renju Unit), takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll kollu ta' Accord Limited kif ukoll tal-grupp ta' kumpaniji kkontrollati minnha (“Accord”, tar-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2)għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (Nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta. taħt in-numru ta' riferenza COMP/M.4857 — 3i/Accord, f'dan l-indirizz.
|