ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
7 ta' Awwissu 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 184/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4736 — Altor Fund II/Wrist Group) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 184/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 184/03

Kultura (2007-2013) — Sejħa għal proposti — EACEA/22/07 — Appoġġ għal korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura

3

2007/C 184/04

Kultura (2007-2013) — Sejħa għal proposti — EACEA/23/07 — Appoġġ għal azzjonijiet kulturali: proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (kapitolu 1.1), miżuri ta' kooperazzjoni (kapitolu 1.2.1)

5

2007/C 184/05

Programm kultura (2007-2013) — Sejħa għal proposti — EACEA/26/07 — Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta' evalwazzjoni jew ta' stima ta' l-impatt fil-qasam tal-linji politiċi kulturali — Netwerks (kapitolu 3.2)

7

2007/C 184/06

Programm kultura (2007–2013) — Sejħa għal proposti — EACEA/25/07 — Appoġġ għal azzjonijiet kulturali: traduzzjoni litterarja (kapitolu 1.2.2)

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 184/07

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom (HPT) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 184/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4852 — Groupe Arnault/CNP/Go Voyages) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2007/C 184/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4861 — KESA/EMH) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 184/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

15

2007/C 184/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

19

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4736 — Altor Fund II/Wrist Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 184/01)

Fi 31 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4736. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/2


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-6 ta'Awwissu 2007

(2007/C 184/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3818

JPY

Yen Ġappuniż

162,88

DKK

Krona Daniża

7,4426

GBP

Lira Sterlina

0,68015

SEK

Krona Żvediża

9,2192

CHF

Frank Żvizzeru

1,6385

ISK

Krona Iżlandiża

88,09

NOK

Krona Norveġiża

7,9425

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

28,067

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

251,32

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6968

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7886

RON

Leu Rumen

3,1768

SKK

Krona Slovakka

33,38

TRY

Lira Turka

1,7715

AUD

Dollaru Awstraljan

1,613

CAD

Dollaru Kanadiż

1,455

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8183

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8153

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0924

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 276,02

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8274

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,4478

HRK

Kuna Kroata

7,3022

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 850,74

MYR

Ringgit Malażjan

4,79

PHP

Peso Filippin

62,734

RUB

Rouble Russu

35,197

THB

Baht Tajlandiż

41,385


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/3


KULTURA (2007-2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/22/07

Appoġġ għal korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura

(2007/C 184/03)

1.   Bażi legali

Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Dicembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (1) (aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).

2.   Għanijiet u deskrizzjoni

Il-Programm huwa parti mill-impenn kontinwu ta' l-Unjoni Ewropea biex issaħħaħ il-qasam kulturali li l-Ewropej jaqsmu bejniethom u li huwa bbażat fuq wirt kulturali komuni, permezz ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kulturali bejn dawk li joħolqu l-kultura, il-partijiet kulturali involuti u l-istituzzjonijiet kulturali tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-Programm, bil-ħsieb li tiġi mħeġġa l-feġġa taċ-ċittadinanza Ewropea.

Il-Programm jipprovdi għal intervent mill-Komunità sabiex bih jingħata appoġġ lil korpi li jaħdmu għal kooperazzjoni fil-qasam kulturali li jipprovdu rappreżentanza fuq livell Komunitarju, jiġbru jew ixerrdu informazzjoni għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni kulturali trans-Ewropea, jingħaqdu u jikkooperaw fuq livell Ewropew għal korpi attivi fil-qasam tal-kultura, jipparteċipaw fi proġetti ta' koperazzjoni kulturali jew jaġixxu bħala ambaxxaturi għall-kultura Ewropea.

3.   Objettiv tas-sejħa għal proposti

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, din is-sejħa għal proposti għandha l-għan li tagħti għotjiet operattivi sabiex jiġi ko-finanzjat infiq assoċjat mal-programm ta' ħidma permanenti ta' korpi li jkollhom għan ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam tal-kultura jew għan li jagħmel parti mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

Dan l-appoġġ għandu jieħu l-forma ta' ftehim qafas ta' sħubija jew ftehim ta' għotjiet operattivi annwali. Madankollu, għall-kategoriji Festa u Network — Pjattaformi ta' djalogu strutturat definiti taħt punt 5.1, l-appoġġ se jieħu forma ta' għotjiet operattivi immirati.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “l-Aġenzija Eżekuttiva”) hija responsabbli li twettaq is-sejħiet għal proposti.

4.   Baġit disponibbli u t-tul tal-proġett

Il-baġit totali immarkat għall-ko-finanzjament ta' l-għotjiet operattivi fl-2008 u għal kategoriji kollha, jammonta għal minimu ta' EUR 5 miljuni (3).

Il-ftehim ta' qafas ta' sħubija se jkollhom madwar Formula tal-baġit disponibbli. L-għotjiet annwali se jkollhom madwar Formula tal-baġit disponibbli b'minimu ta' 20 % garantiti mill-baġit disponibbli.

5.   IL-kriterji ta' l-eliġibbiltà u l-kriterji ta' l-għażla

L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu korpi li m'għandhomx l-għan li jagħmlu qligħ li ilhom joperaw għal mill-inqas sentejn. Dawn għandhom ikunu wkoll organizzazzjonijiet kulturali indipendenti, pubbliċi jew privati, bi stejtus legali, u li l-attività tagħhom tkun fil-qasam kulturali.

Fil-kuntest tas-sejħa preżenti, “awtoritajiet pubbliċi” internazzjonali, nazzjonali, jew lokali, bħal komuni, provinċji jew reġjuni, kif ukoll individwi, m'humiex eliġibbli.

L-applikanti eliġibbli għandhom għallinqas jikkorrispondu ma' waħda mill-kategoriji definiti taħt punt 6.1 ta' l-ispeċifikazzjonijiet, li huma parti integrali ta' din is-sejħa għal proposti, jiġifieri;

Kategorija Ambaxxatur,

Kategorija Netwerk,

Kategorija Festival.

L-applikanti eliġibbli għandu jkollhom post legali reġistrat f'wieħed mill-pajjiżi li jkun qed jieħu sehem fil-Programm (4). L-applikanti eliġibbli għandu jkollhom ukoll il-kapaċità finanzjarja u l-kapaċità operattiva sabiex ikomplu l-proġetti ta' koperazzjoni.

6.   Kriterji ta' l-aġġudikazzjoni

L-aġġudikazzjoni ta' għotja ma tiddependix biss fuq l-eżaminazzjoni tal-kriterji ta' l- eliġibbiltà, l-esklużjoni u ta' l-għażla. Id-deċiżjoni se tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni.

Il-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni huma dawn:

1)

kemm il-Programm ta' ħidma jista' jiġġenera valur miżjud Ewropew reali kif ukoll id-dimensjoni Ewropea ta' l-attivitajiet proposti;

2)

ir-relevanza tal-programm ta' ħidma u ta' l-attivitajiet sussegwenti għall-għanijiet speċifiċi tal-Programm;

3)

kemm l-attivitajiet proposti huma mfasslin u jistgħu jitwettqu b'suċċess b'livell għoli ta' eċċellenza;

4)

kemm il-programm ta' ħidma propost u l-attivitajiet sussegwenti jistgħu jipproduċu riżultati li jistgħu jitwasslu għand l-akbar firxa ta' nies possibbli, kemm direttament kif ukoll indirettament;

5)

kemm ir-riżultati ta' l-attivitajiet proposti ser jiġu komunikati u promossi bix-xieraq;

6)

kemm l-attivitajiet jistgħu jiġġeneraw livell xieraq ta' sostenibbiltà (riżultati fuq żmien twil u kooperazzjoni) kif ukoll li jservu ta' multiplikaturi għal promoturi possibbli oħrajn.

7.   Data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet

5 ta' Novembru 2007

8.   Iktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet li jikkompletaw is-sejħa għal proposti EACEA/22/07 huma parti integrali tagħha. L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet u għandhom jiġi ppreżentati bl-użu ta' formoli ta' applikazzjoni fornuti għal dan il-għan.

L-ispeċifikazzjonijiet, u l-pakkett ta' l-applikazzjoni u l-formoli kollha relevanti huma disponibbli fil-websajt ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura Aġenzija Eżekuttiva EAK:

http://eacea.cec.eu.int/index.htm


(1)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni 2005/56/KE tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija ta' l-azzjoni komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35).

(3)  Ċifra EU 27.

(4)  Is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea; il-Pajjiżi taż-ŻEE (l-Iżlanda, il-Lichenstein, in-Norveġja); il-pajjiżi kandidati (il-Kroazja u t-Turkija; l-FYROM, soġġett għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' dan il-pajjiż fil-Programm); il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (l-Albanija, il-Bożnja-Ħerżegovina, il-Montenegro u s-Serbja inkluż il-Kosovo (taħt ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244)), soġġett għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' kull wieħed minn dawk il-pajjiżi fil-Programm Kultura.


7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/5


KULTURA (2007-2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/23/07

Appoġġ għal azzjonijiet kulturali: proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (kapitolu 1.1), miżuri ta' kooperazzjoni (kapitolu 1.2.1)

(2007/C 184/04)

1.   Bażi legali

Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007 sa 2013) (1) (aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).

2.   Objettivi u deskrizzjoni

Il-Programm huwa parti mill-impenn kontinwu ta' l-Unjoni Ewropea biex issaħħaħ il-qasam kulturali li l-Ewropej jaqsmu bejniethom u li huwa bbażat fuq wirt kulturali komuni, permezz ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kulturali bejn dawk li joħolqu l-kultura, il-partijiet kulturali involuti u l-istituzzjonijiet kulturali tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-Programm, bil-ħsieb li tiġi mħeġġa l-feġġa taċ-ċittadinanza Ewropea.

Il-Programm jinkludi s-settur kulturali bħala wieħed sħiħ u għandu l-għan li jistimola sinerġiji li jwasslu għal kooperazzjoni kulturali sostenibbli fuq livell Ewropew, billi tiġi promossa l-mobbiltà transnazzjonali tal-persuni li jaħdmu fis-settur kulturali, iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta' xogħol u prodotti artistiċi u kulturali u djalogu interkulturali.

3.   Għan ta' din is-sejħa għal proposti

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, din is-sejħa għall-proposti timmira li tagħti għotjiet Komunitarji, wara proċess ta' għażla, ta' żewġ tipi ta' azzjonijiet minn kwalunkwe qasam artistiku u kulturali:

Proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (Kapitolu 1.1),

Miżuri ta' kooperazzjoni (Kapitolu 1.2.1) (2).

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'l-Aġenzija Eżekuttiva') hija s-servizz responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din is-sejħa għall-proposti.

PROĠETTI TA' KOOPERAZZJONI multi-annwali (KAPITOLU 1.1)

Se jiġi pprovdut kofinanzjament Komunitarju għal proġetti li jinkludu numru ta' attivitajiet kulturali multi-annwali li jimmiraw li jiksbu kooperazzjoni sostenibbli u strutturata bejn l-operaturi kulturali. Fin-natura tagħhom, il-proġetti jistgħu jkunu maqsumin skond is-settur jew inkella jkunu jinvolvu aktar minn settur wieħed u għandhom isegwu objettiv ġenerali komuni, ibbażat fuq ftehim ta' kooperazzjoni  (3).

Kull proġett ta' kooperazzjoni għandu jinvolvi mill-inqas sitt operaturi kulturali minn sitt pajjiżi differenti li jipparteċipaw fil-Programm.

Miżuri ta' kooperazzjoni (KAPITOLU 1.2.1)

Se jiġi pprovdut kofinanzjament Komunitarju għal azzjonijiet kulturali maqsumin skond is-settur jew li jinvolvu aktar minn settur wieħed fuq perjodu ta' żmien iqsar jew fuq skala iżgħar, li għandhom l-għan li jesploraw modi ta' kooperazzjoni għal terminu itwal fost l-operaturi kulturali.

Kull miżura ta' kooperazzjoni għandha tinvolvi mill-inqas tliet operaturi kulturali minn tliet pajjiżi differenti li jipparteċipaw fil-Programm.

4.   Baġit u tul tal-proġett

4.1   Baġit

Il-baġit totali alloka ammonti ta' madwar EUR 17.5 miljun għal proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (kapitolu 1.1) u EUR 10.0 miljun għal miżuri ta' kooperazzjoni (kapitolu 1.2.1).

Il-kofinanzjament Komunitarju ma jistax jaqbeż 50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli ta' l-azzjoni ffinanzjata.

Għal proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (kapitolu 1.1), il-kofinanzjament komunitarju għandu jkun bejn EUR 200 000 u EUR 500 000 kull sena.

Għal miżuri ta' kooperazzjoni (kapitolu 1.2.1), il-kofinanzjament komunitarju għandu jkun bejn EUR 50 000 u EUR 200 000.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

4.2   Tul ta' Żmien tal-Proġett

Il-proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (kapitolu 1.1) għandhom jieħdu minn tlieta sa ħames snin.

Il-miżuri ta' kooperazzjoni (kapitolu 1.2.1) għandhom jieħdu mhux aktar minn 24 xahar.

5.   Kriterji ta' eliġibbiltà u kriterji ta' għażla

Applikanti eliġibbli għandhom ikunu korp pubbliku jew privat bi stejtus legali, li l-attività prinċipali tagħhom tkun fil-qasam kulturali.

Persuni fiżiċi m'humiex eliġibbli biex japplikaw għall-għotja.

L-applikanti għandhom jirreġistraw is-sede legali tagħhom f'wieħed mill-pajjiżi li qed jieħu sehem fil-Programm (4).

L-applikanti għandu jkollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex itemmu l-azzjoni ffinanzjata u għandhom ikunu involuti kemm fit-tfassil kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħha. Huma għandu jkollhom riżorsi finanzjarji stabbli u biżżejjed biex jagħmlu kontribut finanzjarju reali u sinjifikanti billi jipprovdu mill-inqas 50 % tal-baġit totali ta' l-azzjoni ffinanzjata.

L-azzjonijiet li għalihom jingħata l-kofinanzjament għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li jorbtu l-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kultura (5) u għandhom iqisu l-objettivi stabbiliti fil-punt 2 u l-kondizzjonijiet definiti fil-punt 3.

Il-perijodu ta' eliġibbiltà ta' proġetti ta' kooperazzjoni multi-annwali (kapitolu 1.1) għandu jibda qabel l-1 ta' Diċembru 2008 u għandu jintemm mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru, 2013.

Il-perijodu ta' eliġibbiltà tal-miżuri ta' kooperazzjoni (kapitolu 1.2.1) għandu jibda qabel l-1 ta' Diċembru 2008 u għandu jintemm mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2010.

6.   Kriterji ta' l-aġġudikazzjoni

L-aġġudikazzjoni ta' għotja ma tiddependix biss fuq l-analiżi tal-kriterji ta' eliġibbiltà, ta' esklużjoni u ta' għażla. Id-deċiżjoni se tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni.

Il-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni huma dawn:

1)

kemm il-proġett jista' jiġġenera valur miżjud Ewropew,

2)

ir-rilevanza ta' l-attivitajiet għall-objettivi speċifiċi tal-Programm,

3)

kemm l-attivitajiet proposti huma mfasslin u jistgħu jitwettqu b'suċċess b'livell għoli ta' eċċellenza,

4)

il-kwalità ta' l-isħubija bejn il-koordinatur u l-ko-organizzaturi,

5)

kemm l-attivitajiet jistgħu jipproduċu riżultati li jilħqu l-objettivi tal-Programm,

6)

kemm ir-riżultati ta' l-attivitajiet proposti ser jiġu komunikati u promossi bix-xieraq,

7)

kemm l-attivitajiet jistgħu jiġġeneraw livell xieraq ta' sostenibbiltà.

7.   Data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet

31 ta' Ottubru 2007 (data bħala marka tal-posta jew timbru tas-servizz tal-courier)

8.   Iktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet li jiġu flimkien mas-sejħa għal proposti EACEA/23/07 huma parti integrali tagħha. L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet u għandhom jiġi ppreżentati bl-użu ta' formoli ta' applikazzjoni fornuti għal dan il-għan.

L-ispeċifikazzjonijiet, il-pakkett ta' applikazzjoni u l-formoli rilevanti kollha huma disponibbli fil-websajt ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura:

http://eacea.ec.europa.eu/


(1)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(2)  Azzjonijiet li jkopru t-traduzzjoni lettararja huma s-suġġett ta' sejħa għal proposti separata EACEA/25/07.

(3)  Dokument komuni b'forma legali valida f'wieħed mill-pajjiżi li qed jieħu sehem fil-Programm u ffirmat mill-operaturi kulturali kollha involuti.

(4)  Is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea; il-Pajjiżi taż-ŻEE (l-Iżlanda, il-Lichenstein, in-Norveġja); il-pajjiżi kandidati (il-Kroazja u t-Turkija; l-FYROM, soġġett għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' dan il-pajjiż fil-Programm); il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (l-Albanija, il-Bożnja-Ħerżegovina, il-Montenegro u s-Serbja inkluż il-Kosovo (taħt ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244)), soġġett għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' kull wieħed minn dawk il-pajjiżi fil-Programm.

(5)  L-Artikolu 151 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.


7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/7


PROGRAMM KULTURA (2007-2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/26/07

Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta' evalwazzjoni jew ta' stima ta' l-impatt fil-qasam tal-linji politiċi kulturali — Netwerks (kapitolu 3.2)

(2007/C 184/05)

1.   Bażi legali

Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007 sa 2013) (1) (aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).

2.   Objettivi u deskrizzjoni

Il-Programm hu parti mill-impenn kontinwu ta' l-Unjoni Ewropea biex tkattar l-ispazju kulturali komuni fost l-Ewropej u huwa bbażat fuq wirt kulturali komuni permezz ta' l-iżvilupp ta' kooperazzjoni kulturali bejn dawk li joħolqu l-kultura, dawk li jieħdu sehem fiha u l-istituzzjonijiet kulturali tal-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm. Dan qed isir bil-għan li tiġi mħeġġa l-feġġa taċ-ċittadinanza Ewropea.

Il-programm jinkludi fih il-qasam kulturali kollu u għandu l-għan li jistimula sinerġiji li jwasslu għal kooperazzjoni kulturali sostennibbli fuq livell Ewropew, billi jippromwovi l-mobilità transnazzjonali ta' persuni li jaħdmu fil-qasam kulturali, iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta' xogħlijiet u prodotti artistiċi u kulturali u djalogu interkulturali.

3.   Għan ta' din is-sejħa għal proposti

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, din is-sejħa għal proposti timmira li taġġudika, wara proċess ta' għażla, għotjiet komunitarji li jkopru sa massimu ta' 3 Proġetti ta' Kollegament bin-Netwerks (Kapitolu 3.2).

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-Aġenzija Eżekuttiva') hi responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din is-sejħa għall-proposti.

Azzjoni 3 tal-Programm tipprovdi għal intervent komunitarju, appoġġ għal “analiżi fil-qasam ta' kooperazzjoni kulturali Ewropea u żvilupp tal-politika kulturali Ewropea” (artikolu 4, paragrafu 1).

L-għan ta' dan l-appoġġ għandu jkun li jżid il-volum u l-kwalità ta' l-informazzjoni u tad-dejta sabiex tiġi żviluppata dejta komparattiva u analiżi tal-kooperazzjoni kulturali fuq livell Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-mobilità ta' dawk li joħolqu u dawk li jipparteċipaw fil-kultura, iċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet u prodotti artistiċi u kulturali u djalogu interkulturali.

F'dan il-kuntest, din is-sejħa għal proposti timmira li tappoġġja n-netwerking ta' tipi varji ta' entitajiet involuti (dipartimenti kulturali ta' awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, osservatorji kulturali, universitajiet speċjalizzati f'affarijiet kulturali eċċ.) li għandhom esperjenza diretta u prattika fl-evalwazzjoni u fl-istima ta' l-impatt fil-qasam politiku kulturali fuq iż-żewġ suġġetti li ġejjin:

Suġġett 1: linji politiċi kulturali fl-iżvilupp u fl-attrazzjoni soċjo-ekonomika lokali/reġjonali,

Suġġett 2: sinerġiji/pontijiet bejn l-edukazzjoni u l-kultura b'iffukar qawwi fuq il-kreattività u l-innovazzjoni.

Kull Netwerk għandu jinvolvi għallinqas tliet organizzazzjonijiet minn tliet pajjiżi differenti li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm.

4.   Baġit u tul tal-proġett

4.1   Baġit

Il-baġit totali allokat jammonta għal madwar 0,6 miljun EUR.

Il-ko-finanzjament komunitarju ma jistax jaqbeż 200 000 EUR u 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli totali ta' l-azzjoni ffinanzjata.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

4.2   Tul tal-Proġett

It-tul tal-Proġetti “Netwerks” għandu jvarja minn tnax-il xahar (12) għal massimu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar.

5.   Kriterji ta' eliġibbiltà u kriterji ta' l-għażla

Applikanti eliġibbli għandhom ikunu korp pubbliku jew privat bi stejtus legali f'wieħed mill-pajjiżi li jkun qiegħed jieħu sehem fil-Programm (2) u għandu jkun jista' juru li huwa għandu esperjenza ta' mill-inqas ħames snin f'dak li jirrigwarda l-istima jew valutazzjoni ta' l-impatt fil-qasam ta' linji politiċi kulturali.

Persuni naturali m'humiex eliġibbli biex japplikaw għall-għotja.

L-applikanti għandu jkollhom il-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex iwettqu l-azzjoni sat-tmiem tagħha u għandhom ikunu involuti kemm fit-tfassil kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħha. Għandu jkollhom riżorsi finanzjarji stabbli u suffiċjenti sabiex jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja reali u sinjifikanti billi jipprovdu għallinqas 50 % tal-baġit totali ta' l-azzjoni ffinanzjata.

Azzjonijiet li għalihom jingħata ko-finanzjament għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li huma l-bażi ta' l-azzjoni komunitarja fil-qasam tal-kultura (3) u għandhom iqisu l-objettivi stabbiliti fil-punt 2 u l-kundizzjonijiet definiti fil-punt 3.

6.   Kriterji ta' l-aġġudikazzjoni

L-aġġudikazzjoni ta' għotja ma tiddependix biss fuq l-analiżi tal-kriterji ta' l-eliġibbiltà, ta' l-esklużjoni u ta' l-għażla. Id-deċiżjoni hija stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni.

Il-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni jistgħu jkunu deskritti kif ġej:

1)

kemm l-attivitajiet proposti huma mfasslin u jistgħu jitwettqu b'suċċess b'livell għoli ta' eċċellenza;

2)

il-kwalità tas-sħubija bejn il-koordinaturi u l-koorganizzaturi;

3)

kemm il-proġett jista' tassew jiġġenera valur miżjud Ewropew;

4)

kemm ir-riżultati ta' l-attivitajiet proposti jistgħu jiġu komunikati u promossi b'mod xieraq — Strateġija ta' disseminazzjoni u użu;

5)

kemm l-attivitajiet jistgħu jiġġeneraw livell xieraq ta' sostennibbiltà.

7.   Data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet

1 ta' Ottubru 2007 (data bħala timbru postali jew timbru tas-servizz tal-courier)

8.   Iktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet relatati ma' din is-sejħa għall-proposti EACEA/26/07 huma parti integrali tas-sejħa għall-proposti. L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet u għandhom jiġu sottomessi billi jintużaw il-formoli ta' l-applikazzjoni provduti għal dan il-għan.

L-ispeċifikazzjonijiet, il-pakkett ta' l-applikazzjoni u l-formoli kollha rilevanti huma disponibbli fuq il-websajt ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura:

http://eacea.ec.europa.eu/


(1)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(2)  Is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, iż-ŻEE, il-pajjiżi kandidati l-Kroazja, it-Turkija u l-FYROM soġġetti għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fil-Programm Kultura ġdid fl-2007 u l-pajjiżi tal-Balkani fil-Punent (l-Albanija, l-Bożnija-Ħerżegovina, il-Montenegro u s-Serbja inkluż il-Kosovo (taħt ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti), soġġetti għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fil-Programm.

(3)  Artikolu 151 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.


7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/9


PROGRAMM KULTURA (2007–2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/25/07

Appoġġ għal azzjonijiet kulturali: traduzzjoni litterarja (kapitolu 1.2.2)

(2007/C 184/06)

1.   Bażi legali

Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007 sa 2013) (1) (aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).

2.   Objettivi u deskrizzjoni

Il-Programm hu parti mill-impenn kontinwu ta' l-Unjoni Ewropea biex tkattar l-ispazju kulturali komuni fost l-Ewropej u huwa bbażat fuq wirt kulturali komuni permezz ta' l-iżvilupp ta' kooperazzjoni kulturali bejn dawk li joħolqu l-kultura, dawk li jieħdu sehem fiha u l-istituzzjonijiet kulturali tal-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm. Dan qed isir bil-għan li tiġi mħeġġa l-feġġa taċ-ċittadinanza Ewropea.

Il-programm jinkludi fih il-qasam kulturali kollu u għandu l-għan li jistimula sinerġiji li jwasslu għal kooperazzjoni kulturali sostennibbli fuq livell Ewropew, billi jippromwovi l-mobilità transnazzjonali ta' persuni li jaħdmu fil-qasam kulturali, iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta' xogħlijiet u prodotti artistiċi u kulturali u djalogu interkulturali.

3.   Għan ta' din is-sejħa għal proposti

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, din is-sejħa għal proposti timmira li taġġudika għotjiet Komunitarji, wara żewġ proċessi ta' għażla (2), għal proġetti ta' Traduzzjoni Litterarja.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-Aġenzija Eżekuttiva') hi responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din is-sejħa għall-proposti.

4.   Baġit disponibbli u tul tal-proġett

4.1   Baġit

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa ta' madwar 1,7 miljun EUR.

L-iffinanzjar komunitrju ma għandux ikun inqas minn 2 000 EUR u ma għandux jaqbeż is-60 000 EUR. Għandu jkopri l-ispejjeż tat-traduzzjoni diment li dawn l-ispejjeż ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % ta' l-ispejjeż operattivi totali.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

4.2   Tul tal-Proġett

It-tul massimu ta' proġett ta' traduzzjoni litterarja huwa ta' 18-il xahar (tmintax).

5.   Kriterji ta' eliġibbiltà u kriterji ta' l-għażla

Applikanti eliġibbli jridu jkunu stamperiji pubbliċi jew privati jew grupp ta' stampaturi li l-uffiċċju reġistrat tagħhom huwa stabbilit legalment f'wieħed mill-pajjiżi li jkun qiegħed jipparteċipa fil-Programm (3).

Persuni naturali m'humiex eliġibbli biex japplikaw għall-għotja.

L-applikanti għandhom juru l-kapaċità operattiva u finanzjarja biex iwettqu l-proġett sat-tmiem tiegħu u għandhom jipprovdu evidenza ta' sorsi stabbli u suffiċjenti ta' fondi kif ukoll evidenza tal-kompetenzi professjonali, kwalifiki u esperjenza biex iżommu l-attività tagħhom għall-perjodu kollu li matulu jkun qiegħed isir il-proġett.

Xogħlijiet eleġibbli huma xogħlijiet fittizji irrispettivament mill-istil litterarju tagħhom (novelli, ħrejjef, stejjer qosra, reċti teatrali, poeżiji, komiks, eċċ.);

Awturi eliġibbli huma awturi li huma ċittadini jew residenti ta' pajjiż li jkun qiegħed jipparteċipa fil-Programm;

Lingwi eliġibbli huma l-lingwi uffiċjali (4) tal-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm u lingwi antiki, bħal-Latin u l-Grieg antik.

Il-perjodu ta' eliġibbiltà għandu jibda qabel it-30 ta' Ġunju 2008, u għandu jintemm sal-31 ta' Diċembru 2009, għall-proċedura ta' l-ewwel għażla.

Il-perjodu ta' eleġibbiltà għandu jibda qabel il-31 ta' Diċembru 2008 u għandu jintemm sat-30 ta' Ġunju 2010 għall-proċedura tat-tieni għażla.

6.   Kriterji ta' l-aġġudikazzjoni

L-aġġudikazzjoni ta' għotja ma tiddependix biss fuq l-analiżi tal-kriterji ta' eliġibbiltà, ta' l-esklużjoni u ta' l-għażla. Id-deċiżjoni hija stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni.

Il-kriterji ta' l-aġġudijkazzjoni jistgħu jkunu deskritti kif ġej:

kemm il-proġett jista' tassew jiġġenera valur miżjud Ewropew;

ir-relevanza ta' l-attivitajiet għall-objettivi speċifiċi tal-Programm;

kemm l-attivitajiet proposti huma mfasslin u jistgħu jitwettqu b'suċċess b'livell għoli ta' eċċellenza;

kemm l-attivitajiet jistgħu jipproduċu riżultati li jilħqu l-objettivi tal-Programm;

kemm ir-riżultati ta' l-attivitajiet proposti jistgħu jiġu komunikati u promossi b'mod xieraq.

7.   Data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet

L-Ewwel Għażla:

 

1 ta' Ottubru 2007 (data bħala timbru postali jew timbru tas-servizz tal-courier)

It-Tieni Għażla:

 

1 ta' April 2008 (data bħala timbru postali jew timbru tas-servizz tal-courier)

8.   Iktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet relatati ma' din is-sejħa għall-proposti EACEA/25/07 huma parti integrali tas-sejħa għall-proposti. L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet u għandhom jiġu sottomessi billi jintużaw il-formoli ta' l-applikazzjoni provduti għal dan il-għan.

L-ispeċifikazzjonijiet, il-pakkett ta' l-applikazzjoni u l-formoli kollha rilevanti huma disponibbli fuq il-websajt ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura:

http://eacea.ec.europa.eu/


(1)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(2)  Ara Sezzjoni 7 — Dati ta' għeluq għas-sottomissjoni.

(3)  Is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, iż-ŻEE, il-pajjiżi kandidati l-Kroazja, it-Turkija u l-FYROM soġġetti għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fil-Programm Kultura ġdid fl-2007 u l-pajjiżi tal-Balkani fil-Punent (l-Albanija, l-Bożnija-Ħerżegovina, il-Montenegro u s-Serbja inkluż il-Kosovo (taħt ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti), soġġetti għall-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fil-Programm.

(4)  Kif definit bil-Kostituzzjoni jew bil-liġijiet bażiċi tal-pajjiż rispettiv.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/11


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom (HPT) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2007/C 184/07)

Il-Kummissjoni ddeċidiet b'inizjattiva tagħha stess li tibda reviżjoni temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjoni li hija l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') (1). Ir-reviżjoni hija limitata għall-eżaminazzjoni ta' l-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika ta' jekk ċerti tipi ta' prodotti jagħmlu parti mill-ambitu tal-miżuri ta' pallet trucks ta' l-idejn.

1.   Il-Prodott

Il-prodott li dwaru qed issir reviżjoni huwa pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri xażi u hajdroliks, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ('il-prodott ikkonċernat'), bħalissa kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

2.   Il-miżuri attwali

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv ta' l-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 (2) dwar l-importazzjoni ta' pallet trucks ta' l-idejn u partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

3.   Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni

L-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni tindika li ċerti prodotti (li jissejħu highlifters, stackers, scissorslifts u weighing trucks), li jistgħu allegatament jaqgħu taħt l-ambitu tal-prodott, jidher li huma distinti mill-HPT, fost oħrajn minħabba l-funzjoniiet speċifiċi tagħhom (tqandil, stivar jew użin) u l-użu finali tagħhom. Biex isiru dawn il-funzjonijiet, jidher li hemm differenzi fis-saħħa u l-kostruzzjoni tal-forċi, il-ħajdroliks, ix-xażi, ir-roti eċċ. Il-fatturi li jissemmew jiddefinixxu d-differenzi fl-applikazzjoni — u jidher li ma hemm ebda skambju fl-użu bejn dawn il-prodotti u l-HPT. Għalhekk, huwa xieraq li ssir reviżjoni tal-każ sakemm hija kkonċernata l-kjarifika ta' l-ambitu tal-prodott ikkonċernat, bil-konklużjoni minn hemm li possibilment ikollha effetti retroattivi mid-data ta' l-impożizzjoni tal-miżuri rilevanti.

4.   Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat għall-eżaminazzjoni ta' l-ambitu tal-prodott.

(a)   Kwestjonarji

Biex tinkiseb l-informazzjoni li hija tara bżonnjuża għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kwestjonarji lill-industrija Komunitarja, lil importaturi magħrufin, lil produtturi esportaturi magħrufin fil-pajjiż ikkonċernat u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta' appoġġ għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a).

(b)   Ġbir ta' informazzjoni u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza li tappoġġjah. Dan it-tagħrif u dokumenti ta' prova għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(b).

5.   Skadenzi taż-żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, ħalli jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom, iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

(b)   Seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum.

6.   Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza

Il-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku u n-numri tat-telefon u tal-faks tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata” (3) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata 'GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI'.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 5/16

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05.

7.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

8.   Skeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta' data personali

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (4).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1.

(3)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4852 — Groupe Arnault/CNP/Go Voyages)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 184/08)

1.

Fil-31 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Groupe Arnault SAS (“Groupe Arnault”, ta' Franza) u Compagnie Nationale à Portefeuille (“CNP”, tal-Belġju) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Go Voyages SA (“Go Voyages”, ta' Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Groupe Arnault: kumpanija holding li topera permezz tas-sussidjarji tagħha (Christian Dior Couture u LVMH) fis-settur tal-prodotti ta' lussu;

għall-impriża CNP: kumpanija holding finanzjarja, b'ishma f'firxa wiesgħa ta' setturi;

għall-impriża Go Voyages: aġenzija tal-vjaġġi fuq l-internet speċjalizzata fil-bejgħ bl-imnut ta' biljetti ta' l-ajru.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru. (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4852 — Groupe Arnault/CNP/Go Voyages, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4861 — KESA/EMH)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 184/09)

1.

Fil-31 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KESA Electricals plc (“KESA”, tar-Renju Unit) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Electrodomésticos Menaje del Hogar S.A. (“EMH”, ta' Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal KESA: il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti elettriċi ta' konsum (apparat li jintuża fid-djar, prodotti awdjo-viżivi, prodotti tat-telekommunikazzjoni u tal-media), kif ukoll ta' servizzi relatati;

għal EMH: il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti elettriċi ta' konsum (apparat li jintuża fid-djar, prodotti awdjo-viżivi, prodotti tat-telekommunikazzjoni u tal-media).

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4861 — KESA/EMH fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/15


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 184/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

“ČESKÝ KMÍN”

KE Nru.: CZ/PDO/005/0382/20.10.2004

DPO ( X )IĠP ( )

Din is-sinteżi tistipula l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a

CZ-160 68 Praha 6 – Bubeneč

Tel:

(420) 220 38 31 11

Feks:

(420) 224 32 47 18

Indirizz elettroniku:

posta@upv.cz

2.   Grupp:

Isem:

ČESKÝ KMÍN – sdružení

Indirizz:

Keřkov 86

CZ-582 22 Přibyslav

Tel:

(420) 569 48 21 71

Feks:

(420) 569 48 21 71

Indirizz elettroniku:

ceskykmin@quick.cz

Magħmula minn:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( X )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.8 Ħwawar, ħlewwa — żrieragħ, Carum carvi L. — fructus, varjetà bijennali.

4.   Speċifikazzjoni

(sinteżi tal-ħtiġijiet skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Isem   4.1: “Český kmín”

4.2   Deskrizzjoni: Dehra: l-akenju huwa matur, żviluppat, tawwali, bid-daqqiet fil-wiċċ, mgħawweġ moderatament, b'saħħtu, mhux milqut minn mard, ma juri l-ebda sinjal ta' tħassir, anke f'każ li l-pediċin ma jkunx separat mill-akenju.

Kulur: kannella jgħajjat jew skur.

Togħma: mħawra.

Riħa: tipika, l-ebda irwejjaħ strambi.

Umdità: massima 13 %.

Żjut aromatiċi: minimu 2,8 %.

Irmied totali: massimu 8 %.

Taħlit indiġenu: massimu 2,5 %.

Taħlit barrani tal-ħaxix mhux detrimentali: massimu 2 %

Impuritajiet minerali Massimu 1,5 %; “ramel” massimu eventwali 1 %.

4.3   Żona ġeografika: Ir-Repubblika Ċeka, fuq ħamrija loamy u mrammla-taflija, il-kontenut tat-tafla: 10 sa 30 %, b'livell li jvarja fit-taħlita taċ-ċagħaq. Skond il-klassifikazzjoni tal-ħamrija, tinkludi ħamrija kannella ewtrofika, ħamrija kannella bil-ħamrija kruda, ħamrija kannella bil-podzols depożitati tal-qigħan (ledge deposits) u ħamrija kannella aċida tqila.

4.4   Prova ta' l-oriġini: Il-produtturi kollha jżommu reġistri dwar l-art ġestita. Iż-żamma tar-reġistrazzjoni dwar il-ħlewwa normalment tibda biż-żamma ta' reġistrazzjoni tax-xiri reġistrat ta' diversi żrieragħ ċertifikati. Barra dan huma jżommu reġistrazzjoni ta' miżuri agrikoli li jkunu ttieħdu (it-tħejjija tal-ħamrija, iż-żrigħ, il-fertilizzazzjoni, il-ħaxix ħażin, il-mard u l-kontroll ta' insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara, l-applikazzjoni ta' tħejjijiet kontra l-istress). Permezz taż-żamma tar-reġistri huma jqisu t-tibdil fin-newba fil-qafas tax-xejriet tal-produzzjoni ta' l-għelejjel. Fil-ħsad ta' prodott naturali jżommu reġistrazzjoni dwar il-kwantità tal-produzzjoni li tkun ġiet maħsuda, l-umdità u l-kontenut tat-taħlit qabel ma jitnixxef ta' l-aħħar u wkoll qabel ma jitnaddaf fil-livell mixtieq qabel it-tindif proprju, li jsir jew fil-post tiegħu stess jew fl-impjanti ta' servizz. Ir-reġistrazzjoni kemm tal-kwantità kif ukoll tal-kwalità ssir dejjem. L-ispezzjonijiet isiru minn persunal tas-servizz agronomiku fuq il-postijiet ta' tindif.

Il-kontijiet ta' l-ispezzjonijiet jinżammu fil-Kotba tat-Tindif. Il-klijenti finali, il-kumpaniji ta' l-ipproċessar u tal-kummerċ iżommu ir-reġistri sħaħ max-xiri tal-produzzjoni, li jrid ikollhom il-karatteristiċi fiżiċi u l-kimiċi mixtieqa (ara 4.2), mikrobijoloġiċi normali, u ma jistax ikun fihom sustanzi li jikkontaminaw li ma jkunux mixtieqa. Tali karatteristiċi jiġu vverifikati aktar minnn darba mill-proċessuri fil-laboratorji tagħhom, jew fiċ-ċentri akkreditati tal-laboratorji. Sakemm il-produzzjoni ma tilqax il-ħtiġijiet, ma tinxtarax u ma tistax titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni. Dan ifisser li kwalunkwe ħlewwa li ma tilqax il-kundizzjonijiet ta' speċifikazzjoni mhux se tidħol fis-suq taħt il-prefiss “Ċek”. Kull waħda mill-fażijiet tiġi ffajljata wkoll bl-istess mod eżatt. Kull pakkett ta' prodott jiġi elenkat f'dokument bid-dejta obbligatorja dwar il-produttur, li tinkludi l-indirizz. L-ispezzjoni dwar il-konformità ma' l-Ispeċifikazzjoni, titwettaq mill-ispettorati kompetenti lokali ta' awtorità kompetenti ta' Státní zemědělské a potravinářské inspekce/l-Awtorità Ċeka dwar l-Agrikoltura u l-Ispezzjoni tal-Prodotti Alimentari.

4.5   Metodu tal-produzzjoni: Hemm diversi kundizzjonijiet neċessarji għat-tkabbir speċifiku tal-ħlewwa, li jiġu rispettati mill-produtturi tal-ħlewwa, u b'hekk jintlaħqu riżultati tajbin ħafna. Esperjenza tradizzjonali twila fil-produzzjoni hija essenzjali. Ħtiġijiet bażiċi għal produzzjoni “Český kmín” li jkollha suċċess huma t-tip ġust tal-ħamrija (loamy u mrammla-taflija, il-kontenut tat-tafla: 10 sa 30 %, b'livell li jvarja fit-taħlita taċ-ċagħaq. Skond il-klassifikazzjoni tal-ħamrija, tinkludi ħamrija kannella ewtrofika, ħamrija kannella bil-ħamrija kruda, ħamrija kannella bil-podzols depożitati tal-qigħan (ledge deposits) u ħamrija kannella aċida tqila), il-kundizzjonijiet tal-klima (ara 4.6) u l-kundizzjonijiet addizzjonali kif ġejjin:

Ir-rispett rigoruż ta' dawn il-kundizzjonijiet essenzjali huwa r-rekwiżit fondamentali biex jinkiseb “Český kmín” ta' l-aqwa kwalità.

4.6   Rabta: Il-ħlewwa ilha titkabbar mill-ewwel nofs tas-Seklu 19 fil-kundizzjonijiet ta' l-għelieqi tal-pajjiżi Ċeki. Kienet titkabbar taħt l-identifikazzjoni ta' diversi produtturi, bħal Havelkův, Hokešův u diversi produtturi oħra prinċipali. It-titjib xjentifiku ilu tradizzjoni mill-1910, u għalhekk, il-varjetà ta' “Moravský”, liċenzjata fl-1941, u l-varjetà “Český”, liċenzjata fl-1952, ġew żviluppati minn varjetajiet reġjonali, iżda b'żerriegħa ta' daqs żgħir. Il-liċenzjar tal-varjetà Ekonom fl-1964, li għandha żerriegħa akbar, kellha aktar suċċess. Dawn il-varjetajiet kolha kienu jwaqqgħu l-weraq u ma kienux jixirqu għall-ħsad bil-magni, u għalhekk ġew imwarrba ftit ftit mill-produzzjoni. Bidla essenzjali saret permezz tal-liċenzjar tal-varjetà Rekord fl-1978, li tat produzzjoni għolja b'kontenut aromatiku għoli, u li ma titlifx żerriegħa matul il-ħsad. Il-varjetà ġiet issupplimentata permezz tal-liċenzjar ta' varjetajiet oħra: Prochan fl-1990 u Kepron fl-1994. Dawn it-tliet varjetajiet jikkostitwixxu linja unika b'saħħitha, ta' kwalità għolja u li għandha kontenut għoli ta' essenza. It-titjib intensiv tal-prodott qanqal involviment intensiv tax-xjenza u r-riċerka f'dan il-qasam ukoll. Għalhekk, il-persunal ta' l-istituti tar-riċerka u l-universitajiet agrikoli ġew involuti f'din il-kwistjoni wkoll.

Ir-Repubblika Ċeka għandha kundizzjonijiet speċifiċi biex tkabbar il-ħlewwa minħabba l-kundizzjonijiet naturali u tal-ħamrija fi ħdan il-kuntest tat-tkabbir tradizzjonali fil-kundizzjonijiet ta' l-għelieqi, li għandu 150 sena. Il-ħlewwa titkabbar fuq ħamrija loamy u mrammla-taflija, il-kontenut tat-tafla: 10 sa 30 %, b'livell li jvarja fit-taħlita taċ-ċagħaq. Tali ħamrija għandha l-proporzjon ta' l-ilma kapillari u dak gravitazzjonali favorevoli għat-tkabbir tal-ħlewwa, li tirrikjedi biżżejjed xita matul l-perjodu ta' l-iżvilupp intensiv ta' l-għeruq u r-rożetta tal-weraq, fl-ewwel sena, eventwalment fil-perjodu li jwassal għall-fjuri fit-tieni sena. Il-kundizzjonijiet tal-klima fil-kundizzjonijiet muntanjużi, li jiffurmaw tranżizzjoni mill-kosta tal-baħar għal klima kontinentali, huma konformi bis-sħiħ mat-tkabbir ta' kwalità għolja tal-ħlewwa. Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi tar-Repubblika Ċeka, b'mod partikolari t-temperaturi u x-xita matul is-sena, huma differenti mill-kundizzjonijiet f'pajjiżi oħra. Imqabbla mal-klima kontinentali, il-kundizzjonijiet għat-tkabbir tal-ħlewwa fir-Repubblika Ċeka huma favorevoli aktar għax ir-ritmu tat-tkabbir tal-prodott huwa aktar kajman minħabba t-temperaturi aktar baxxi u n-nixfiet fuq perjodu qasir (ftit nixfa) huma ukoll anqas probabbli. Id-differenza prinċipali bejn ir-Repubblika Ċeka u l-klima ta' ħdejn il-baħar tinsab fin-natura ta' l-istaġun tax-xitwa (il-livell tar-riserva tax-xita huwa ogħla fir-rebbiegħa), u barra dan, fil-fatt li n-nixfiet fuq perjodu qasir huma aktar probabbli minħabba l-ammont aktar baxx ta' xita fix-xhur tas-sajf. Il-ġbir flimkien ta' tali kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima kif ukoll it-tradizzjoni twila, l-esperjenza u l-metodologija sofistikata biex titkabbar il-ħlewwa fir-Repubblika Ċeka għandu impatt fuq il-proprjetajiet speċifiċi tat-tkabbir taċ-'Český kmín', speċjalment il-produzzjoni għolja ta' żerriegħa tal-ħlewwa b'kontenut għoli taż-żejt aromatiku fuq livell ta' 3-5 %. Iż-żerriegħa tiġi maħsuda meta tkun aktar matura. Madankollu, il-kontenut fil-komponenti ta' l-aroma ta' l-essenza tal-ħlewwa huwa speċifiku ħafna. Il-komponent prinċipali ta' l-aroma fil-ħlewwa li titkabbar f'żoni speċifiċi huwa l-carvone. Imqabbel ma' l-oħrajn, fejn id-D-limonen tipprevali fl-aroma, il-konċentrazzjoni tal-carbone hija ogħla minn 50 %, normalment 60 %. Il-konċentrazzjoni tal-carvone hija dik li tgħolli l-kwalità taż-żejt aromatiku tal-ħlewwa. Il-carvone għandu effetti ta' fejqan, antisettiċi u dewmien, li jintużaw f'għadd ta' industriji. Il-Codex Ċeka fiha l-Carvi etheroleum, artikolu nazzjonali li jamministra l-kwalità ta' l-essenza tal-ħlewwa prodotta permezz tad-distillazzjoni bil-fwar, fejn il-konċentrazzjoni tal-carvone mixtieqa tkun talanqas 50 %. Biex jintlaħaq tali valur, tkun meħtieġa materja prima (iż-żerriegħa tal-ħlewwa) b'konċentrazzjoni akbar ta' carvone. Tali valur fiċ-'Český kmín' huwa madwar 20 % ogħla.

Huwa għalhekk li l-ħlewwa li toriġina minn dawk iż-żoni — “Český kmín” hija apprezzata u mfittxa ħafna. Il-biċċa l-kbira mill-produzzjoni tal-ħlewwa tiġi esportata kemm għal żoni kontinentali u anke għal żoni viċin il-baħar.

Fir-Repubblika Ċeka, ingħata Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni bin-numru 193, lid-Denominazzjoni ta' l-Oriġini taċ-ČESKÝ KMÍN.

4.7   Korp ta' Spezzjoni:

Isem:

Státní zemědělská a potravinářská inspekce

Indirizz:

Květná 15

CZ-603 00 Brno

Tel:

(420) 543 54 01 11

Feks:

(420) 543 54 02 02

Indirizz elettroniku:

sekret.k.@szpi.gov.cz

4.8   Tikkettjar: —


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/19


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 184/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 510/2006 (1) . Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

“CHODSKÉ PIVO”

EK č. CZ/PGI/005/00363/22.9.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tistipula l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a

CZ-160 68 Praha 6 – Bubeneč

Tel.:

(420) 220 38 31 11

Feks:

(420) 221 32 47 18

Indirizz elettroniku:

posta@upv.cz

2.   Grupp:

Isem

Chodovar, spol. s r.o.

Indirizz:

Pivovarská 107

CZ-348 13 Chodová Planá

Tel.:

(420) 374 79 41 81

Feks:

(420) 374 79 41 83

Indirizz elettroniku:

chodovar@chodovar.cz

Magħmula minn:

produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

Din l-applikazzjoni tidderoga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għax fiż-żona hemm produttur wieħed biss. Il-ħtiġijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (2) huma mwettqa.

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 2.1 — birer

4.   Speċifikazzjoni

(sinteżi tal-ħtiġijiet skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1   Isem: “Chodské pivo”

4.2   Deskrizzjoni: Biex tiġi prodotta ċ-“Chodské pivo” jintużaw biss materji primi naturali: malt, ħops, ilma, ħmira.

Fiċ-“Chodské pivo” jintużaw biss l-varjetajiet ta' l-aroma tal-ħops Ċeki biss (Žatecký poloraný červeňák, Sládek) u l-varjetajiet tal-ħops li jagħtu togħma morra (např. Premiant).

Il-fermentazzjoni tradizzjonali fuq żewġ stadji wara t-tferrigħ tal-malt tagħti ċ-“Chodské pivo”, togħma rikka ta' malt, ħjiel ta' togħma morra, togħma qawwija u ragħwa.

4.3.   Żona ġeografika: Ir-reġjun storiku ta' Chodsko jinsab fit-territorju ta' dak li llum huwa r-reġjun ta' Plzeň, jiġifieri ż-żona fit-tul kollu tal-fruntiera mal-Bavarja — minn Všerubský Pass sa Dyleň fil-muntanji u l-uplands tal-Foresta tal-Boemja. Il-fruntieri ġew definiti skond ir-reġistri ta' l-art tal-muniċipaltajiet fi ħdan iż-żona.

4.4   Prova ta' l-oriġini: Jitwettqu kontrolli sabiex tiġi garantita l-awtentiċità ta' l-oriġini u jiżguraw li l-birer kollha li jidhru fis-suq bin-nominazzjoni “Chodské pivo” ġew prodotti verament fiż-żona ġeografika deskritta. Barra dan, fuq kull prodott ikun hemm informazzjoni obbligatorja dwar il-produttur, li tinkludi l-indirizz.

Is-subuffiċċju tas-SZPI (L-Awtorità Ċeka dwar l-Agrikoltura u l-Ispezzjoni tal-Prodotti Alimentari) jimmonitorja kemm il-proċeduri u anke l-adegwatezza tal-metodi ta' kontroll individwali u l-verifiki dwar ir-riżultati ta' metodi individwali biex jiżgura li jintlaħqu l-ħtiġijiet.

Ix-xiri kollu ta' materji primi jsir biss fuq bażi ta' kuntratt, sabiex il-birrerija tkun taf l-oriġini ġeografika tal-materja prima, kif ukoll it-teknoloġija u l-proċessi li jintużaw biex jipproduċu l-materja prima. Jinżammu reġistri preċiżi tal-fornituri tal-materja prima u tax-xerrejja tal-prodotti finali. Jiġi rreġistrat ukoll l-użu ta' lottijiet individwali tal-materja prima għall-produzzjoni ta' lottijiet individwali ta' birra.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni:

Ilma:

L-uniċi sorsi ta' l-ilma li jintużaw għandhom konċentrazzjoni ta' minerali eċċezzjonalment baxxa — livell ta' kemm hu tqil l-ilma: madwar 1,6 ° — minħabba l-ġeoloġija taż-żona, u b'mod partikolari l-preżenza tal-granit massif. Dan l-ilma għandu influwenza distinta fuq it-togħma aħħarija tal-birra li tiġi prodotta. L-ilma b'konċentrazzjoni baxxa ta' minerali ma jipproduċix reazzjoni kimika mal-materja prima l-oħra u jinfluwenza b'mod pożittiv lit-togħma rikka tal-malt fil-birer prodotti.

Il-metodu tal-malting

Il-malt imkabbar lokalment jintuża biex jiġu prodotti l-birer ċari u skuri; jiġi mħejji bil-metodu tradizzjonali fejn ix-xgħir jiġi mferrex mnebbet fuq qiegħan apposta biex jixxotta u mbagħad jitnixxef ġewwa l-fran. Ix-xgħir għall-malting (Hordeum vulgare sub. Distichum) joriġina minn żona definita identika għaż-żona ta' produzzjoni ta' “Chodské pivo” u hija elenkata fir-Reġistru tal-Varjetajiet Awtorizzati.

It-tħejjija għat-tferrigħ tal-malt:

Jintuża proċess ta' maxx doppju: L-ewwel maxx jitqiegħed fir-ram u gradwalment jissaħħan għal 70-75 °C. Wara s-sakkarifikazzjoni, jissaħħan sa ma jibda jagħli u jitħalla jagħli għal 20 minuta.

Il-maxx imgħolli jiżdied mal-kumplament tal-maxx. It-temperatura imbagħad tinġieb għal 65 °C. Wara li t-temperatura tistabbilizza ruħha, it-tieni maxx jitqiegħed fir-ram. It-tieni maxx jissaħħan ukoll għal 70-75 °C u jitħalla jissakkarifika. Jitgħalla għal 20 minuta u jiġi trasferit f'bittija kbira għall-maxx. Jiġi mgħaffeġ f'75-78 °C.

Fermentazzjoni primarja u l-lagering:

Il-fermentazzjoni primarja ssir f'temperatura ta' 6-9 °C. It-temperatura tat-tferrigħ tal-malt li jkun qed jifferementa tiġi ċċekkjata darbtejn kuljum. Tintuża t-tisfija tal-fermentazzjoni kiesħa ta' ħmira tal-birrerija li tiffermenta fil-qiegħ (W 95 — it-tip ta' ħmira li tifferementa fil-qiegħ li tintuża normalment). L-estratt li jirriżulta jiġi monitorjat kuljum għal erbat ijiem qabel ma jitqiegħed f'bettija u, wara li jinkisbu l-valuri meħtieġa, il-birra ħadra titneħħilha l-ixkuma u titqiegħed f'bettija. Il-birra ħadra tissawwab għal ġewwa tankijiet tal-lagering, li fihom tlesti l-fermentazzjoni. Matul din it-tieni fermentazzjoni, il-pressjoni fit-tank tal-lagering tinżamm 0,70-0,90 KPa It-temperatura tkun ta' 2-6 °C.

Il-metodu ta' l-ibbottiljar u ppakkjar:

Il-birra tiġi bbottiljata mingħajr karbonazzjoni artifiċijali. Is-CO2 kollu fil-birra huwa prodott naturali tal-proċess ta' fermentazzjoni.

4.6   Rabta: It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-birra tmur lura għas-seklu 12. L-istorja u l-importanza tagħha huma kkonfermati fid-dokument 1341 ta' Ġwanni tal-Lussemburgu, ir-Re tal-Boemja, dwar il-produzzjoni tal-birra fir-reġjun ta' Chodsko u mill-fatt li ċ-“Chodské pivo” kienet tiġi fornuta fi Praga u fil-Bavarja biex tiġi kkonsmata mill-qorti rjali. Dan ir-reġjun fuq il-fruntiera mal-Bavarja huwa storikament rikonoxxut għall-produzzjoni tal-birra; fl-1945 kien għad hemm aktar minn 60 birreriji li jaħdmu.

Iċ-“Chodské pivo” jintgħaraf mill-kulur dehbi distint tal-birer ċari, togħma rikka ta' malt, ħjiel ta' togħma morra u togħma qawwija. Dawn il-proprjetajiet huma kkonferiti minn proċess tal-produzzjoni tal-birra tradizzjonali li jinvolvi fermentazzjoni fuq żewġ stadji wara t-tferrigħ tal-malt, maturazzjoni twila, l-għażla tal-prodotti li jintużaw, l-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-lokalità (ilma eċċezzjonalment ħafif) u l-kundizzjonament fil-flixken u l-bittiji mingħajr karbonazzjoni artifiċjali.

Iż-żona magħżula u l-ambjent speċifiku tagħha huma distinti partikolarment mis-sorsi ta' l-ilma b'konċentrazzjoni baxxa ħafna ta' minerali u mill-xgħir tal-malt li jitkabbar u jintuża biex isir il-malt lokalment skond il-proċeduri deskritti hawn fuq. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, fermentazzjoni u lagering isir fiż-żona magħżula.

Fl-aħħar ftit snin, iċ-“Chodské pivo” ssemma fil-ġurnali reġjonali u subreġjonali fuq medja ta' madwar darba kull xahrejn u, matul dan il-perjodu, il-birrerija rċeviet ħafna premjijiet nazzjonali u internazzjonali għall-prodotti tagħha.

4.7   Korp ta' Spezzjoni:

Isem:

Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Plzni

Indirizz:

Jiráskovo nám. 8

CZ-308 58 Plzeň

Tel.:

(420) 377 43 34 11

Feks:

(420) 377 45 52 29

Indirizz elettroniku:

plzen@szpi.gov.cz

4.8   Tikkettjar: —


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 396, 23.12.2006, p. 1.

(3)  Il-“kontenut” jirreferi għall-frazzjoni tal-massa.