ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
4 ta' Awwissu 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 183/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 170, 21.7.2007

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2007/C 183/02

Kawża C-6/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Medipac — Kazantzidis AE vs Venizeleio-Pananeio (PE.S.Y. KRITIS) (Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 93/42/KEE — Akkwist minn sptar ta' apparat mediku li għandu l-marka CE — Miżuri ta' sigurtà — Kuntratt pubbliku ta' provvista — Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/36/KEE — Prinċipju ta' trattament ugwali u l-obbligu ta' trasparenza)

2

2007/C 183/03

Kawża C-127/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 89/391/KEE — Artikolu 5(1) — Obbligu ta' min iħaddem li jassigura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aspetti kollha marbuta max-xogħol — Responsabbiltà ta' min iħaddem)

3

2007/C 183/04

Kawża C-148/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 79/923/KEE — Kwalità ta' l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski — Indikazzjoni ta' siti ta' ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski — Programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis — Iffissar ta' parametri ta' kontroll)

3

2007/C 183/05

Kawża C-173/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 23 KE, 25 KE u 133 KE — Ftehim ta' Kooperazzjoni KEE-Alġerija — Taxxa għall-ħarsien ta' l-ambjent imposta fuq il-pajpijiet tal-gass installati fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija — Taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju doganali)

4

2007/C 183/06

Kawża C-246/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberster Patent- und Markensenat — L-Awstrija) — Armin Häupl vs Lidl Stiftung & Co. KG. (Liġi dwar it-trade marks — Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/104/KEE — Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark — Kunċett ta' data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni)

4

2007/C 183/07

Kawża C-259/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Rechtbank te Rotterdam — l-Olanda) — proċedura kriminali kontra Omni Metal Service (Regolament (KEE) Nru 259/93 — Skart — Kejbils magħmula mir-ramm u mill-PVC — Esportazzjoni lejn iċ-Ċina għall-finijiet ta' rkupru — Intestatura GC 020 — Skart imħallat — Kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li jidhru fil-Lista Ħadra Ta' Skart — Nuqqas ta' inklużjoni ta' l-iskart imħallat fl-imsemmija lista — Konsegwenzi)

5

2007/C 183/08

Kawża C-342/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-ħabitat naturali — Fawna u flora selvaġġa — Kaċċa tal-lupu)

5

2007/C 183/09

Kawża C-358/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/54/KE — Suq intern ta' l-enerġija elettrika — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

6

2007/C 183/10

Kawża C-366/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Optimus-Telecomunicações, SA vs Fazenda Pública (Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Direttiva 69/335/KEE, kif emendata mid-Direttiva 85/303/KEE — Artikolu 7(1) — Dazju kapitali — Eżenzjoni — Kundizzjonijiet — Sitwazzjoni fl-1 ta' Lulju 1984)

6

2007/C 183/11

Kawża C-422/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/30/KE — Trasport bl-ajru — Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità — Adozzjoni mill-Istat Membru, matul it-terminu għat-traspożizzjoni, ta' dispożizzjonijiet li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-Direttiva)

7

2007/C 183/12

Kawża C-424/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Sonja Hosman-Chevalier (Appell — Rimunerazzjoni — Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta' xogħol li sar għal Stat ieħor)

7

2007/C 183/13

Kawża C-428/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal -21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Kunċett ta' ħlas mhux dovut ta' rifużjoni — Ħlas ta' rifużjoni fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni mhux kompluta — Possibbiltà li tiġi kompluta d-dokumentazzjoni dwar il-ħlas ta' rifużjoni wara l-iskadenza tal-perijodi stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' proċedura għal irkupru mibdija sussegwentement)

8

2007/C 183/14

Kawża C-434/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l -14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Stichting Regionaal Opleidingen Centrum Noord-Kennemerland/West-Friesland (Horizon College) vs Staatssecretaris van Financiën (Is-Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13A(1)(i) u (2) — Għalliem impjegat minn stabbiliment edukattiv ipprovdut, bi ħlas, lil stabbiliment edukattiv ieħor)

8

2007/C 183/15

Kawża C-445/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Werner Haderer vs Finanzamt Wilmersdorf (Sitt Direttiva VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13A(1)(j) — Tagħlim mogħti minn għalliema privatament, u li jkopri l-edukazzjoni ta' l-iskola jew ta' l-università — Tagħlim mogħti fil-kuntest ta' korsijiet organizzati minn ċentri ta' tagħlim għall-adulti — Nuqqas ta' rabta kuntrattwali diretta ma' l-istudenti)

9

2007/C 183/16

Kawża C-453/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Finanzgericht Berlin-Brandenburg — il-Ġermanja) — Volker Ludwig vs Finanzamt Luckenwalde (Sitt Direttiva — VAT — Kunċett ta' tranżazzjonijiet ta' negozjar ta' kreditu)

10

2007/C 183/17

Kawża C-56/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Euro Tex Textilverwertung GmbH vs Hauptzollamt Duisburg (Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Polonja — Kunċett ta' prodotti li joriġinaw — Ħwejjeġ użati)

11

2007/C 183/18

Kawża C-64/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Obvodní soud pro Prahu 3 — ir-Repubblika Ċeka) — Telefónica O2 Czech Republic a.s., preċedentement Český Telecom as vs Czech On Line as (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Qafas regolamentari komuni — Impriża dominanti — Obbligu li ssir interkonnessjoni ma' operaturi oħra — Analiżi minn qabel tas-suq — Effett dirett — Direttiva 97/33)

11

2007/C 183/19

Kawża C-82/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Skart — Skart perikoluż — Direttivi 75/443/KEE u 91/689/KEE — Obbligu li jiġu mħejjija u kkomunikati pjanijiet għall-immaniġġjar ta' l-iskart)

12

2007/C 183/20

Kawża C-158/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — l-Olanda) — Stichting ROM-projecten vs Staatssecretaris van Economische Zaken (Fondi Strutturali — Rifużjoni ta' għajnuna Komunitarja fil-każ ta' irregolarità — Nuqqas ta' pubblikazzjoni u ta' komunikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' l-għotja ta' l-għajnuna — Nuqqas ta' konoxxenza tal-benefiċjarju — Bona fide — Ċertezza legali — Effettività — Artikolu 10 KE)

12

2007/C 183/21

Kawżi magħquda C-231/06 sa 233/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles — Il-Belġju) — Office national des pensions (ONP) vs Emilienne Jonkman, (C-231/06), Hélène Vercheval (C-232/06), u Noëlle Permesaen (C-233/06) vs Office national des pensions (Trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa — Skema statutorja ta' pensjoni — Direttiva 79/7/KEE — Air hostesses — Għoti ta' pensjoni ugwali għal dik ta' stewards — Ħlas f'daqqa ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni — Ħlas ta' interessi — Prinċipju ta' effettività — Obbligi ta' Stat Membru derivanti minn deċiżjoni preliminari)

13

2007/C 183/22

Kawża C-321/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Id-Direttiva 2002/14/KE — Informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

14

2007/C 183/23

Kawża C-333/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolamen (KE) Nru 261/2004 — Trasport bl-ajru — Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu u kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjira — Kumpens u assistenza tal-passiġġieri — Adozzjoni ta' sanzjonijiet)

14

2007/C 183/24

Kawża C-339/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/116/KE — Anness tad-Direttiva 82/471/KEE — Għalf — Candida guilliermondii — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

15

2007/C 183/25

Kawża C-392/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/15/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu impost)

15

2007/C 183/26

Kawża C-170/07: Rikors imressaq fit-30 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

16

2007/C 183/27

Kawża C-221/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fit-2 ta' Mejju 2007 — Krystyna Zablocka-Weyhermüller gegen Land Baden vs Württemberg

17

2007/C 183/28

Kawża C-225/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Landau/Isar (Il-Ġermanja) fis-7 ta' Mejju 2007 — kawża kriminali kontra Rainer Günther Möginger

17

2007/C 183/29

Kawża C-237/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-14 ta' Mejju 2007 — Dieter Janacek vs Freistaat Bayern

18

2007/C 183/30

Kawża C-238/07 P: Appell imressaq fl-14 ta' Mejju 2007 minn Derya Beyatli kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-455/04: Derya Beyatli u Armagan Candan vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

18

2007/C 183/31

Kawża C-246/07: Rikors imressaq fit-22 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

19

2007/C 183/32

Kawża C-249/07: Rikors imressaq fit-23 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda

19

2007/C 183/33

Kawża C-252/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid-29 ta' Mejju 2007 — Intel Corporation Inc. vs CPM United Kingdom Limited

20

2007/C 183/34

Kawża C-253/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Mejju 2007 — Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club vs Commissioners of HM Revenue and Customs

20

2007/C 183/35

Kawża C-255/07: Rikors imressaq fit-30 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

21

2007/C 183/36

Kawża C-256/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-31 ta' Mejju 2007 — Mitsui & Co. Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

21

2007/C 183/37

Kawża C-257/07: Rikors imressaq fil-31 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

22

2007/C 183/38

Kawża C-258/07: Rikors imressaq fil-31 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

22

2007/C 183/39

Kawża C-259/07: Rikors imressaq fil-31 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

22

2007/C 183/40

Kawża C-260/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial ta' Barcelona (Spanja) fl-31 ta' Mejju 2007 — Pedro IV Servicios S.L. vs Total España S.A.

23

2007/C 183/41

Kawża C-266/07: Rikors imressaq fil-5 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

24

2007/C 183/42

Kawża C-274/07: Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja

24

2007/C 183/43

Kawża C-284/07: Rikors imressaq fit-12 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

24

2007/C 183/44

Kawża C-289/07: Rikors imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall

25

2007/C 183/45

Kawża C-290/07 P: Appell imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fid-29 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-366/00: Scott S. A, sostnuta mir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

25

2007/C 183/46

Kawża C-291/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Regeringsrätten (l-Iżvezja) fil-15 ta' Ġunju 2007 — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetstrådet vs Skatteverket

27

2007/C 183/47

Kawża C-293/07: Rikors imressaq fit-18 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

27

2007/C 183/48

Kawża C-61/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

28

2007/C 183/49

Kawża C-140/06: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

28

2007/C 183/50

Kawża C-297/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

28

2007/C 183/51

Kawża C-322/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda

29

2007/C 183/52

Kawża C-356/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

29

2007/C 183/53

Kawża C-358/06: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

29

2007/C 183/54

Kawża C-394/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

29

2007/C 183/55

Kawża C-397/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-24 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Estonja

29

2007/C 183/56

Kawża C-422/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-1 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

30

2007/C 183/57

Kawża C-490/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

30

2007/C 183/58

Kawża C-509/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2007 — Akzo Nobel NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

30

2007/C 183/59

Kawża C-15/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2007 (Talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — 01081 Telecom AG vs Bundesrepublik Deutschland, fil-presenża ta': E-Plus Mobilfunk GmbH & Co. KG

30

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2007/C 183/60

Kawża T-246/99: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Ġunju 2007 — Tirrenia di Navigazione et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mogħtija mill-Istat — Trasport marittimu — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Għajnuna ġdida — Għajnuna eżistenti)

31

2007/C 183/61

Kawża T-65/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 — Nuova Gela Sviluppo vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Għeluq ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja — Rikors għal annullament — Rikors għal kumpens — Klawżola ta' arbitraġġ)

31

2007/C 183/62

Kawża T-473/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Ġunju 2007 — Asturias Cuerno vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance ta' l-espatrijazzjoni — Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Servizzi mwettqa għal organizzazzjoni internazzjonali — Allowance ta' installazzjoni — Allowance ta' kuljum)

32

2007/C 183/63

Kawża T-182/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 — L-Olanda vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali — Ċaħda mill-Kummissjoni ta' abbozz ta' digriet li jantiċipa t-tnaqqis tal-limitu Komunitarju stabbilit ta' emissjonijiet ta' partiċelli minn ċerti vetturi ġodda bil-magni diesel — Obbligu ta' diliġenza u ta' motivazzjoni — Speċifiċità tar-rispett mill-Istat Membru notifikatur tal-valuri limiti Komunitarji ta' konċentrazzjoni tal-partiċelli fl-arja ċirkostanti)

32

2007/C 183/64

Kawża T-346/06 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Ġunju 2007 — IMS vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji — Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni — Direttiva 98/37/KE — Ammissibbiltà — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar ta' l-interessi)

33

2007/C 183/65

Kawża T-163/07: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2007 — SC Gerovital Cosmetics vs L-UASI — SC Farmec (GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan)

33

2007/C 183/66

Kawża T-189/07: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2007 — Frosch Touristik vs L-UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE)

34

2007/C 183/67

Kawża T-191/07: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2007 — Anheuser-Busch vs L-UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER)

34

2007/C 183/68

Kawża T-200/07: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol Sp. z o.o. vs L-UASI

35

2007/C 183/69

Kawża T-201/07: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Ġunju 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol Sp. z o.o. vs L-UASI

35

2007/C 183/70

Kawża T-202/07: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol Sp. z o.o. vs L-UASI

36

2007/C 183/71

Kawża T-207/07: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ġunju 2007 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni

36

2007/C 183/72

Kawża T-208/07: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 — BOT Elektrownia Belchatów et vs Il-Kummissjoni

37

2007/C 183/73

Kawża T-209/07: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2007 — Gaedertz vs L-UASI — Living Byte Software (Global Remote)

38

2007/C 183/74

Kawża T-210/07: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2007 — RSA Security Ireland vs Il-Kummissjoni

39

2007/C 183/75

Kawża T-211/07: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2007 — AWWW vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol

39

2007/C 183/76

Kawża T-212/07: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ġunju 2007 — Harman International Industries vs L-UASI — Becker (Barbara Becker)

40

2007/C 183/77

Kawża T-215/07: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ġunju 2007 — Donnici vs Il-Parlament Ewropew

40

2007/C 183/78

Kawża T-181/02: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2007 — Neue Erba Lautex vs Il-Kummissjoni

41

2007/C 183/79

Kawża T-378/02: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Mejju 2007 — Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni

41

2007/C 183/80

Kawża T-266/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni vs TH Parkner

41

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2007/C 183/81

Kawża F-21/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 — da Silva vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Ħatra fi grad — Pożizzjoni ta' direttur ippubblikat qabel l-1 ta' Mejju 2004 — Emenda tar-Regolament tal-Persunal — Artikoli 2 u 5(5) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Klassifikazzjoni fi grad skond id-dispożizzjonijiet ġodda inqas favorevoli — Prinċipju skond liema kull uffiċjal huwa eliġibbli li jiżviluppa l-karriera tiegħu)

42

2007/C 183/82

Kawża F-38/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 — Bianchi vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (Servizz pubbliku — Persunal temporanju — Kuntratt għal perijodu stabbilit — Nuqqas ta' tiġdid — Inkompetenza — Obbligu ta' motivazzjoni — Żball manifest ta' evalwazzjoni)

42

2007/C 183/83

Kawża F-54/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta' Ġunju 2007 — Davis et vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Koeffiċjenti tal-korrezzjoni — Irtirar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004 — Applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni kkalkulati skond l-għoli tal-ħajja medju fil-pajjiż ta' residenza tal-pensjonanti — Skema tranżitorja — Tneħħija tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni għad-drittijiet għal pensjoni miksuba wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004)

43

2007/C 183/84

Kawża F-45/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2007 — Wolfgang A. Mandt vs Il-Parlament Ewropew

43

2007/C 183/85

Kawża F-55/07: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2007 — Tiralongo vs Il-Kummissjoni

43

2007/C 183/86

Kawża F-56/07: Rikors imressaq fil-11 ta' Ġunju 2007 — Gerochristos vs Il-Parlament

44

2007/C 183/87

Kawża F-57/07: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 — Wiedmann vs Il-Parlament

45

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/1


(2007/C 183/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 170, 21.7.2007

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 155, 7.7.2007

ĠU C 140, 23.6.2007

ĠU C 129, 9.6.2007

ĠU C 117, 26.5.2007

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Medipac — Kazantzidis AE vs Venizeleio-Pananeio (PE.S.Y. KRITIS)

(Kawża C-6/05) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 93/42/KEE - Akkwist minn sptar ta' apparat mediku li għandu l-marka CE - Miżuri ta' sigurtà - Kuntratt pubbliku ta' provvista - Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/36/KEE - Prinċipju ta' trattament ugwali u l-obbligu ta' trasparenza)

(2007/C 183/02)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Medipac — Kazantzidis AE

Konvenut: Venizeleio-Pananeio (PE.S.Y. KRITIS)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari- Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista (ĠU L 199, p. 1) u tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, p. 1) — Rifjut ta' offerta li tikkonċerna prodotti li għandhom il-marka CE — Il-kwalità ta' l-imsemmija prodotti mhijiex tajba biżżejjed fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta' l-użu speċjali li għalih huma ntiżi — Proċedura ta' provvista ta' prodotti mediko-tekniċi lil sptar

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ta' trattament ugwali u l-obbligu ta' trasparenza jipprekludu lil awtorità kontraenti li bdiet proċedura ta' sejħa għal offerti għall-provvista ta' apparat mediku u li ppreċiżat li dan l-apparat għandu jkun konformi mal-farmakopea Ewropea u jkollu l-marka CE milli tirrifjuta, direttament u mingħajr ma tiġi segwita l-proċedura ta' sigurtà prevista fl-Artikoli 8 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Settembru 2003 għal raġunijiet relattivi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-materjali proposti jekk huma jirrispettaw din il-kundizzjoni teknika rikjesta. Jekk l-awtorità kontraenti tikkunsidra li dawn il-materjali huma kapaċi jikkompromettu s-saħħa pubblika, hija obbligata tinforma b' dan lill-korp nazzjonali kompetenti sabiex tiġi applikata din il-proċedura ta' sigurtà.

2)

Awtorità kontraenti, li tkun irreferiet każ lill-korp nazzjonali kompetenti bl-għan li tiġi applikata l-proċedura ta' sigurtà prevista fl-Artikoli 8 u 18 tad-Direttiva 93/42, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003, fir-rigward ta' apparat mediku li għandu l-marka CE, hi obbligata tissospendi l-proċedura ta' sejħa għal offerti sa l-eżitu ta' din il-proċedura ta' sigurtà, billi r-riżultat ta' din il-proċedura hu vinkolanti fuq din l-awtorità. Jekk l-applikazzjoni ta' tali proċedura ta' sigurtà twassal għal dewmien li jista' jikkomprometti l-operat ta' sptar pubbliku u, b'dan il-mod, is-saħħa pubblika, l-awtorità kontraenti għandha d-dritt tadotta l-miżuri provviżorji kollha neċessarji, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità, sabiex tkun tista' tixtri l-materjali neċessarji biex dan l-isptar ikun jista' opera kif xieraq.


(1)  ĠU C 69 tad-19.3.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-127/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 89/391/KEE - Artikolu 5(1) - Obbligu ta' min iħaddem li jassigura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aspetti kollha marbuta max-xogħol - Responsabbiltà ta' min iħaddem)

(2007/C 183/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M.-J.Jonczy u N.Yerrell, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq [rappreżentanti: C.Gibbs, aġent, D.Anderson QC u D.Barr, barrister]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, p. 1) — leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-obbligu ta' min iħaddem li jassigura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aspetti kollha marbuta max-xogħol.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 143 tal-11.6.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-148/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/923/KEE - Kwalità ta' l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski - Indikazzjoni ta' siti ta' ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski - Programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis - Iffissar ta' parametri ta' kontroll)

(2007/C 183/04)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Doherty u D. Recchia, aġenti]

Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan u N. Travers, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkompluta ta' l-Artikoli 3, 4, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta' Ottubru 1979, dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-kultivazzjoni tal-molluski (ĠU L 281, p. 47) — Nuqqas milli jiġu indikati ċerti siti ta' ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski, milli jiġu stabbiliti programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis u milli jiġu ffissati parametri ta' kontroll

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli:

tindika s-siti kollha ta' ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta' Ottubru 1979, dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-kultivazzjoni tal-molluski;

tiffissa l-valuri kollha meħtieġa dwar l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski indikati jew li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/923, konformement l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, u

tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tistabbilixxi l-programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-ilmijiet li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/923, konformement ma' l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva,

l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2)

L-Irlanda hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 19.3.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-173/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 23 KE, 25 KE u 133 KE - Ftehim ta' Kooperazzjoni KEE-Alġerija - Taxxa għall-ħarsien ta' l-ambjent imposta fuq il-pajpijiet tal-gass installati fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija - Taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju doganali’)

(2007/C 183/05)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u J. Hottiaux, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Bgraguglia, aġent u A. Cingolo, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 23, 25, 26 u 133 KE u ta' l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, iffirmat fis-26 ta' Settembru 1978 u approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2210/27 tat-28 ta' Settembru 1978 (ĠU L 263, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa għall-ħarsien ta' l-ambjent (“tributo ambientale”) fuq il-pajpijiet tal-gass installati fit-territorju tar-reġjun ta' Sqallija

Dispożittiv

1)

Billi daħħlet fis-seħħ taxxa ambjentali li tolqot il-metanu li jiġi mill-Alġerija, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 23 KE, 25 KE, u 133 KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, iffirmat f'Alġiers fis-26 ta' April 1976 u approvat f'isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2210/78, tas-26 ta' Settembru 1978.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155 tal-25.6.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberster Patent- und Markensenat — L-Awstrija) — Armin Häupl vs Lidl Stiftung & Co. KG.

(Kawża C-246/05) (1)

(Liġi dwar it-trade marks - Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/104/KEE - Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark - Kunċett ta' “data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni’)

(2007/C 183/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Patent- und Markensenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Armin Häupl

Konvenuta: Lidl Stiftung & Co. KG.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Patent- und Markensenat — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 10(1) u 12(1) tad-Direttiva 89/104/KEE: L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Nuqqas ta' użu ġenwin ta' trade mark — Raġunijiet li l-impriża m'għandiex kontroll fuqhom u li ma jħalluhiex tiftaħ supermarkits fit-territorju nazzjonali, meta l-istrateġija normali tagħha hi li ma tbigħx il-prodotti ta' din it-trade mark ħlief fis-supermarkits tagħha stess — Il-kunċett tad-data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni

Dispożittiv

1)

Id-“data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni” fis-sens ta' l-Artikolu 10(1) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandha tiġi ddeterminata f'kull Stat Membru skond ir-regoli tal-proċedura fir-rigward tar-reġistrazzjoni li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat.

2)

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu “raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu” ta' trade mark dawk l-ostakli li għandhom relazzjoni diretta biżżejjed mat-trade mark li jirrendu l-użu tagħha impossibbli jew mhux raġonevoli u li huma indipendenti mill-volontà tal-proprjetarju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-elementi ta' fatt tal-kawża prinċipali fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet.


(1)  ĠU C 193 tas-6.8.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Rechtbank te Rotterdam — l-Olanda) — proċedura kriminali kontra Omni Metal Service

(Kawża C-259/05) (1)

(“Regolament (KEE) Nru 259/93 - Skart - Kejbils magħmula mir-ramm u mill-PVC - Esportazzjoni lejn iċ-Ċina għall-finijiet ta' rkupru - Intestatura GC 020 - Skart imħallat - Kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li jidhru fil-Lista Ħadra Ta' Skart - Nuqqas ta' inklużjoni ta' l-iskart imħallat fl-imsemmija lista - Konsegwenzi’)

(2007/C 183/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank te Rotterdam

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Omni Metal Service

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank te Rotterdam — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, p. 1) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 (ĠU L 349, p. 1) — Fdalijiet ta' kejbils ta' dijametru ta' 15-il ċentimetru komposti minn materjali differenti li għandhom jew m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala skart ta' tagħmir elettroniku fis-sens ta' l-Interstatura GC 020 tal-Lista Ħadra Ta' Skart li tidher fl-Anness II ta' l-imsemmi regolament — Possibbiltà tat-trasport ta' dan l-iskart mingħajr proċedura ta' notifika jew il-bżonn tat-trasportazzjoni separata tagħhom.

Dispożittiv

1)

L-intestatura GC 020 tal-Lista Ħadra ta' Skart li tidher fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix il-wajers tal-kejbil ħlief meta dawn jiġu minn tagħmir elettroniku.

2)

Ir-Regolament Nru 259/93, kif emendat mir-Regolament Nru 2557/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza fejn skart kompost huwa kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li huma mniżżla t-tnejn fuq il-Lista Ħadra ta' Skart imsemmija fl-Anness II ta' dan ir-regolament, m'għandhiex bħala konsegwenza li s-sistema stabbilita mill-imsemmi regolament, safejn tirrigwarda l-iskart li jidher fuq din il-lista, tapplika fir-rigward ta' tali skart kompost.


(1)  ĠU C 243 ta' l-1.10.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-342/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-ħabitat naturali - Fawna u flora selvaġġa - Kaċċa tal-lupu)

(2007/C 183/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. van Beek u I. Koskinen, aġenti]

Konvenuta: Ir-Reppublika tal-Finlandja [rappreżentant: E. Bygglin, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 12(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p.7) — Kaċċa tal-lupu.

Dispożittiv

1)

Meta awtorizzat il-kaċċa tal-lupu bħala miżura preventiva mingħajr ma ġie stabbilit li din hija ta' natura li tipprevjeni ħsara serja skond l-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat [ħabitat] naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12(1) u 16(1)(b) ta' din id-Direttiva

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Findlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 281 tat-2.11.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-358/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/54/KE - Suq intern ta' l-enerġija elettrika - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2007/C 183/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54 KE, tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE — Dikjarazzjonijiet li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta' żmaltiment u ta' ġestjoni ta' l-iskart (ĠU L 176, p.37)

Dispożittiv

1)

Peress li ma adottax, fit-terminu preskritt, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54 KE, tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92 KE, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi li huwa għandu abbażi ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296 tas-26.11.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Optimus-Telecomunicações, SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-366/05) (1)

(Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Direttiva 69/335/KEE, kif emendata mid-Direttiva 85/303/KEE - Artikolu 7(1) - Dazju kapitali - Eżenzjoni - Kundizzjonijiet - Sitwazzjoni fl-1 ta' Lulju 1984)

(2007/C 183/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Optimus-Telecomunicações, SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Intervenjenti: Ministério Público

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 4(2), 7(1), 8 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 156, p.23) — Impożizzjoni fuq kumpannija b'responsabbiltà limitata tat-taxxa tal-boll għal operazzjoni ta' żieda fil-kapital tal-kumpannija effettwata fi flus kontanti, meta fl-1 ta' Lulju 1984 din it-tip ta' operazzjoni kienet eżentata minn din it-taxxa.

Dispożittiv

1)

Fil-każ ta' Stat bħar-Repubblika Portugiża, li aderixxa mal-Komunitajiet Ewropej b'effett mill-1 ta' Jannar 1986, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' dan l-Istat jew f'Att Komunitarju ieħor, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1985, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita fih tapplika għall-operazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 69/335 li, fl-1 ta' Lulju 1984, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju kapitali jew li kienu suġġetti għal dan id-dazju b'rata mnaqqsa ta' 0.50 % jew inqas.

2)

Fil-każ ta' Stat bħar-Repubblika Portugiża, li aderixxa mal-Komunitajiet Ewropej b'effett mill-1 ta' Jannar 1986, l-Artikoli 7(1) u 10 tad-Direttiva 69/335, kif emendata mid-Direttiva 85/303, jipprojbixxu l-introduzzjoni, wara l-1 ta' Jannar 1986, ta' taxxa tal-boll fuq operazzjoni ta' żieda fil-kapital ta' kumpannija li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 69/335 li, fl-1 ta' Lulju 1984, kienet eżenti mid-dazju msemmi skond id-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 330 ta' l-24.12.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-422/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/30/KE - Trasport bl-ajru - Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità - Adozzjoni mill-Istat Membru, matul it-terminu għat-traspożizzjoni, ta' dispożizzjonijiet li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-Direttiva)

(2007/C 183/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Benyon u M. Huttunen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M.Wimmer u A.Hubert, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10, u ta' l-Artikolu 249(3), tat-Trattat KE — Miżuri meħuda mill-Istat Membru matul il-perijodu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 85, p. 40) li huma kapaċi jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat preskritt mid-direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-titjiriet ta' bil-lejl ta' xi ajruplani bil-ġett subsoniċi ċivili

Dispożittiv

1)

Bl-adozzjoni tad-Digriet Irjali ta' l-14 ta' April 2002 li jirregola t-titjiriet ta' bil-lejl ta' xi ajruplani bil-ġett subsoniċi ċivili, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/30/KE, tas-26 ta' Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità kif ukoll mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10 KE moqri flimkien mat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 249 KE.

2)

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 48 tal-25.2.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Sonja Hosman-Chevalier

(Kawża C-424/05 P) (1)

(Appell - Rimunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar għal Stat ieħor’)

(2007/C 183/12)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Kraemer u M. Velardo, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Sonja Hosman-Chevalier (rappreżentanti: J.-R. García-Gallardo Gil-Fournier, A. Sayagués Torres u D. Dominguez Pérez, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-13 ta' Settembru 2005, Hosman-Chevalier vs Il-Kummissjoni (kawża T-72/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rifjut li jingħata l-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni u l-benefiċċju għall-istallazzjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10 ta' l-14.1.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal -21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-428/05) (1)

(Rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Kunċett ta' “ħlas mhux dovut ta' rifużjoni’ - Ħlas ta' rifużjoni fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni mhux kompluta - Possibbiltà li tiġi kompluta d-dokumentazzjoni dwar il-ħlas ta' rifużjoni wara l-iskadenza tal-perijodi stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' proċedura għal irkupru mibdija sussegwentement)

(2007/C 183/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3), ta' l-Artikolu 47(2) u ta' l-Artikolu 48(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (ĠU L 351 p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97 tat-18 ta' Marzu 1997 (ĠU L 77, p.12) — Kunċett ta' “ħlas mhux dovut ta' rifużjoni” — Irkupru tar-rifużjonijiet mogħtija fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' trasport mhux komplut, filwaqt li d-dokument komplut ġie ppreżentat biss wara l-iskadenza tat-termini

Dispożittiv

Rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala “mħallsa indebitament”, fis-sens ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/98, tas-17 ta' Marzu 1998, jekk il-benefiċjarju, fil-kuntest ta' proċedura ta' rkupru ta' din ir-rifużjoni, jippreżenta l-provi meħtieġa biex jiġġustifika d-dritt tiegħu għal din ir-rifużjoni. Hija r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jistabbilixxu terminu raġonevoli li jippermetti lill-imsemmi benefiċjarju jippreżenta dawn il-provi.


(1)  ĠU C 36 tal-11.2.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l -14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Stichting Regionaal Opleidingen Centrum Noord-Kennemerland/West-Friesland (Horizon College) vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-434/05) (1)

(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(i) u (2) - Għalliem impjegat minn stabbiliment edukattiv ipprovdut, bi ħlas, lil stabbiliment edukattiv ieħor)

(2007/C 183/14)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stichting Regional Opleidingen Centrum Noord-Kennemerland/West-Friesland (Horizon College)

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Portata ta' l-eżenzjoni prevista fiha — Għalliem impjegat minn stabbiliment edukattiv ipprovdut, bi ħlas, lil stabbiliment edukattiv ieħor.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini “edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, skola jew edukazzjoni ta' l-università, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid” ma jkoprux il-fatt li għalliem jiġi pprovdut lil stabbiliment edukattiv, bi ħlas, fis-sens ta' din l-istess dispożizzjoni, f'liema stabbiliment dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment, anki jekk l-istabbiliment li jipprovdi dawn is-servizzi hu huwa stess entità regolata mid-dritt pubbliku li għandha għan edukattiv jew organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat, bħala li għandha għanijiet simili.

2)

L-Artikolu 13A(1)(i) tas-Sitt Direttiva 77/388, li għandu jinqara flimkien ma' l-Artikolu 13A(2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li għalliem jiġi pprovdut, bi ħlas, lil stabbiliment edukattiv fejn dan l-għalliem jipprovdi, temporanjament, servizzi ta' tagħlim taħt ir-responsabbiltà ta' dan l-istabbiliment jista' jikkostitwixxi tranżazzjoni eżentata mill-VAT meta s-servizzi pprovduti huma “relatati mill-qrib” ma' l-edukazzjoni fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, jekk tali sekondar huwa l-mezz li bih wieħed jibbenefika aħjar mill-edukazzjoni kkunsidrata bħala s-servizz prinċipali, taħt il-kundizzjoni, madankollu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika:

li dan is-servizz prinċipali kif ukoll il-provvista li hija relatata mill-qrib miegħu jkunu pprovduti minn entitajiet imsemmija fl-imsemmi Artikolu 13A(1)(i), fid-dawl, meta jkun il-każ, ta' kundizzjonijiet eventwalment implementati mill-Istat Membru kkonċernat b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 13A(2)(a),

li din il-provvista tkun ta' natura jew ta' kwalità tali li, mingħajr rikors għal tali servizz, ma jistax jiġi ggarantit li l-edukazzjoni pprovduta mill-istabbiliment benefiċjarju u, għaldaqstant, l-edukazzjoni li jibbenefikaw minnha l-istudenti ta' dawn l-istabbilimenti, ikollha valur ekwivalenti, u

li tali provvista mhijiex essenzjalment intiża sabiex jinkiseb dħul addizzjonali mit-twettiq ta' tranżazzjoni li hija f'kompetizzjoni diretta ma' l-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT.


(1)  ĠU C 74, 25.3.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Werner Haderer vs Finanzamt Wilmersdorf

(Kawża C-445/05) (1)

(“Sitt Direttiva VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(j) - Tagħlim mogħti minn għalliema privatament, u li jkopri l-edukazzjoni ta' l-iskola jew ta' l-università - Tagħlim mogħti fil-kuntest ta' korsijiet organizzati minn ċentri ta' tagħlim għall-adulti - Nuqqas ta' rabta kuntrattwali diretta ma' l-istudenti’)

(2007/C 183/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Werner Haderer

Konvenuta: Finanzamt Wilmersdorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Eżenzjoni għat-tagħlim mogħti privatament minn għalliema — Tagħlim mogħti fil-kuntest ta' kors organizzat minn ċentri ta' tagħlim għall-adulti

Dispożittiv

F'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-attivitajiet ta' individwu li jaġixxi bħala għalliem estern, li jikkonsistu fl-għoti ta' lezzjonijiet li fihom jgħin lill-istudenti bix-xogħol ta' l-iskola u kif ukoll ta' korsijiet taċ-ċeramika u tal-fuħħar fiċ-ċentri ta' tagħlim għall-adulti, jistgħu jibbenifikaw biss mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud prevista fl-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima fil-każ li tali attivitajiet jikkonsistu f'lezzjonijiet mogħtija minn għalliem li jaħdem għal rasu, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u li jirrigwardaw l-edukazzjoni ta' l-iskola u ta' l-università. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Finanzgericht Berlin-Brandenburg — il-Ġermanja) — Volker Ludwig vs Finanzamt Luckenwalde

(Kawża C-453/05) (1)

(Sitt Direttiva - VAT - Kunċett ta' tranżazzjonijiet ta' negozjar ta' kreditu)

(2007/C 183/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Volker Ludwig

Konvenuta: Finanzamt Luckenwalde

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht des Landes Brandenburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13(B)(d)(1) tad-Direttiva 77/388/KE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1), kif emendata — Kunċett ta'“tranżazzjonijiet ta' negozjar ta' kreditu” — Rifjut ta' eżenzjoni ta' kummissjoni mħallsa minn impriża ta' konsulenza għall-amministrazzjoni ta' beni lil konsulent għall-amministrazzjoni ta' beni, li huwa sub-aġent ta' l-istess impriża, bħala rimunerazzjoni għall-konklużjoni ta' kuntratt ta' kreditu, fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-konsulent u l-partijiet fil-kuntratt ta' kreditu

Dispożittiv

1)

Iċ-ċirkustanza fejn persuna taxxabbli tanalizza s-sitwazzjoni patrimonjali ta' klijenti prospettivi tagħha sabiex jingħataw krediti, ma tostakolax ir-rikonoxximent ta' negozjar ta' kreditu eżentat mit-taxxa fis-sens ta' l-Artikolu 13B(d)(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jekk, fid-dawl ta' l-elementi ta' interpretazzjoni msemmija qabel, in-negozjar ta' kreditu offert mill-imsemmija persuna taxxabbli għandu jiġi kkunsidrat bħala servizz prinċipali li għalih is-servizz ta' konsulenza patrimonjali huwa anċillari, b'tali mod li dan ta' l-aħħar huwa intaxxat bl-istess mod bħall-ewwel servizz. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk dan huwiex il-każ fil-kawża mressqa quddiemha.

2)

Iċ-ċirkustanza fejn persuna taxxabbli mhijiex marbuta kuntrattwalment ma l-ebda mill-partijiet f'kuntratt ta' kreditu għall-konklużjoni ta' liema hija kkontribwixxiet u ma jkollhiex kuntatt dirett ma' waħda minn dawn il-partijiet ma tostakolax lill-imsemmija persuna taxxabbli milli tipprovdi servizz ta' negozjar ta' kreditu eżentat fis-sens ta' l-Artikolu 13B(d)(1) tas-Sitt Direttiva 77/338.


(1)  ĠU C 60 tal-11.3.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Euro Tex Textilverwertung GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-56/06) (1)

(“Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Polonja - Kunċett ta' ‘prodotti li joriġinaw’ - Ħwejjeġ użati’)

(2007/C 183/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Tex Textilverwertung GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Duisburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(b) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra — Protokoll Nru 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-“prodotti li joriġinaw” u għall-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 348, p. 2), kif emendat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, tat-30 ta' Ġunju 1997 (ĠU L 221, p. 1) — Kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” — Determinazzjoni ta' l-oriġini tal-ħwejjeġ użati li kienu s-suġġett ta' xogħolijiet ta' għażla u ta' allinjament fit-territorju tal-Komunità

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1)(b) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, tat-30 ta' Ġunju 1997, ma jippermettix li ssir distinzjoni bejn ix-xogħlijiet sempliċi u dawk aktar kumplessi ta' allinjament, peress li xogħlijiet ta' allinjament bħal dawk deskritti fid-deċiżjoni tar-rinviju jaqgħu taħt il-kunċett ta' xogħlijiet sempliċi ta' allinjament skond l-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 86 tat-8.4.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Obvodní soud pro Prahu 3 — ir-Repubblika Ċeka) — Telefónica O2 Czech Republic a.s., preċedentement Český Telecom as vs Czech On Line as

(Kawża C-64/06) (1)

(Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Qafas regolamentari komuni - Impriża dominanti - Obbligu li ssir interkonnessjoni ma' operaturi oħra - Analiżi minn qabel tas-suq - Effett dirett - Direttiva 97/33)

(2007/C 183/18)

Lingwa tal-kawża: Ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 3

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telefónica O2 Czech Republic as, preċedentement Český Telecom as

Konvenuta: Czech On Line as

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Obvodní soud pro Prahu 3 (ir-Repubblika Ċeka) — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill, 2002/19/KE, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-“Aċċess”) (ĠU L 108 p.7), kif ukoll id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2002/21/KE, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”) (ĠU L 108 p.33) — Obbligu impost mill-awtorità nazzjonali regolatorja fuq impriża li għandha saħħa sinjifikanti fuq is-suq tat-telekomunikazzjonijet li tikkonkludi kuntratt ta' interkonnessjoni tan-netwerks ma' operatur ieħor, skond proċedura amministrattiva li l-biċċa l-kbira tagħha seħħet qabel l-adeżjoni ma l-UE u li ma kinitx ippreċeduta minn proċedura ta' analiżi tas-suq

Dispożittiv

Skond id-dispożizzjonijiet tranżitorji tad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill, 2002/19/KE, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' “l-Aċċess”) u tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2002/21/KE, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”), Český telekomunikační úřad kellha d-dritt li teżamina l-obbligu ta' impriża tat-telekomunikazzjoni li għandha saħħa sinjifikanti fuq is-suq, fis-sens tad-Direttiva 97/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 dwar l-interkonnessjoni fit-Telekomunikazzjonijiet fir-rigward li jiġi żgurat servizz universali u interoperabbli permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' open network provision (ONP), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill, 98/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1998, li tikkonkludi ftehim ta' interkonnessjoni tan-netwerk tagħha ma' dak ta' operatur ieħor, wara l-1 ta' Mejju 2004, fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/33, kif emendata.


(1)  ĠU C 121 ta' 20.5.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-82/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Skart - Skart perikoluż - Direttivi 75/443/KEE u 91/689/KEE - Obbligu li jiġu mħejjija u kkomunikati pjanijiet għall-immaniġġjar ta' l-iskart)

(2007/C 183/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia u G. Fiengo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991 (ĠU L 78, p. 32) u ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta' Diċembru 1991, fuq skart perikoluż (ĠU L 377, p. 20) — Obbligu ta' komunikazzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġjar ta' l-iskart

Dispożittiv

1)

Billi ma ħejjietx:

il-pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart għall-provinċja ta' Rimini, skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991,

il-pjanijiet għall-immaniġġjar ta' l-iskart dwar il-postijiet jew l-istallazzjonijiet xierqa għar-rimi ta' l-skart għar-reġjun ta' Lazio, skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156,

il-pjanijiet għall-immaniġġjar ta' l-iskart għar-reġjunijiet ta' Friuli-Venezia-Giulia u tal-Puglia, kif ukoll għall-provinċja ta' Bolzano-Alto-Adige u għall-provinċja ta' Rimini, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta' Diċembru 1991, fuq skart perikoluż,

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond dawn id-direttivi.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — l-Olanda) — Stichting ROM-projecten vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-158/06) (1)

(Fondi Strutturali - Rifużjoni ta' għajnuna Komunitarja fil-każ ta' irregolarità - Nuqqas ta' pubblikazzjoni u ta' komunikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' l-għotja ta' l-għajnuna - Nuqqas ta' konoxxenza tal-benefiċjarju - Bona fide - Ċertezza legali - Effettività - Artikolu 10 KE)

(2007/C 183/20)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting ROM-projecten

Konvenuta: Staatssecretaris van Economische Zaken

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het bedrijfsleven — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1753, tas-16 ta' Ottubru 1995, rigward l-għoti ta' għajnuna mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) għal programm ta' ħidma fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja SME favur żoni eliġibbli skond l-Objettivi 1 u 2 fl-Olanda — Dispożizzjoni assoluta u preċiża li toħloq effetti diretti kontra l-benfiċjarju finali — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 38(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta' Ġunju 1999, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, p1) — Nuqqas ta' rkupru, minħabba irregolarità, għal benefiċjarju li ma ġiex infurmat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

Meta l-kundizzjonijiet ta' l-għotja ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità lil Stat Membru jinsabu fid-Deċiżjoni ta' l-għotja iżda qatt ma jkunu la ppubblikati u lanqas ikkomunikati minn dan l-Istat Membru lill-benefiċjarju finali ta' l-għajnuna, id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li ssir applikazzjoni tal-prinċipju ta' ċertezza legali bil-għan li tiġi eskluża r-rifużjoni minn naħa ta' dan il-benefiċjarju ta' l-ammonti mħallsa bi żball, bil-kundizzjoni li tiġi stabbilita l-bona fide ta' l-imsemmi benefiċjarju. F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jista' jinżamm finanzjarjament responsabbli ta' l-ammonti mhux irkuprati sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-Komunità li tikseb ir-rifużjoni ta' l-ammont ta' l-għajnuna.


(1)  ĠU C 60 tal-11.3.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles — Il-Belġju) — Office national des pensions (ONP) vs Emilienne Jonkman, (C-231/06), Hélène Vercheval (C-232/06), u Noëlle Permesaen (C-233/06) vs Office national des pensions

(Kawżi magħquda C-231/06 sa 233/06) (1)

(Trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa - Skema statutorja ta' pensjoni - Direttiva 79/7/KEE - Air hostesses - Għoti ta' pensjoni ugwali għal dik ta' stewards - Ħlas f'daqqa ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni - Ħlas ta' interessi - Prinċipju ta' effettività - Obbligi ta' Stat Membru derivanti minn deċiżjoni preliminari)

(2007/C 183/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Office national des pensions (ONP), Noëlle Parmesaen (C-233/06)

Konvenuti: Emilienne Jonkman (C-231/06), Hélène Vercheval (C-232/06), Office national des pensions

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de travail de Bruxelles — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta' Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (ĠU L 6, p. 24) — Possibbiltà għal mara li ġiet eskluża mis-sistema ta' pensjonijiet iktar favorevoli, li tiġi rreġistrata magħha b'effett retroattiv, bil-kundizzjoni li jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-perijodu ta' reġistrazzjoni kkonċernat f'pagament wieħed flimkien ma' l-imgħaxijiet fuq l-arretrati

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta' Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali, meta Stat Membru jadotta liġi li jkollha l-iskop li tippermetti lil persuni ta' sess iddeterminat, oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni, li jibbenifikaw għat-tul kollu ta' l-irtirar tagħhom mill-iskema ta' pensjoni applikabbli għall-persuni tas-sess l-ieħor,

ma tipprekludix l-imsemmi Stat Membru milli jissuġġetta din l-affiljazzjoni għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni li jikkonsistu fid-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni matul il-perjodu li fih kien hemm id-diskriminazzjoni u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-kategorija l-oħra ta' persuni matul l-istess perjodu, miżjuda bl-interessi biex tiġi kkumpensata l-iżvalutazzjoni monetarja,

tipprekludi, min-naħa l-oħra, lill-imsemmi Stat Membru milli jeħtieġ li l-imsemmi ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni jkun miżjud b'interessi oħrajn milli dawk li huma intiżi sabiex jikkumpensaw l-iżvalutazzjoni monetarja,

tipprekludi wkoll li jkun meħtieġ li l-imsemmi ħlas isir f'daqqa, meta din il-kundizzjoni tagħmel ir-regolarizzazzjoni msemmija impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli. B'mod partikolari, dan huwa l-każ meta s-somma li trid titħallas taqbeż il-pensjoni annwali tal-persuna kkonċernata.

2)

Wara li tingħata deċiżjoni preliminari li minnha jirriżulta nuqqas ta' kumpatibbiltà ta' liġi nazzjonali mad-dritt Komunitarju, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru in kwistjoni għandhom jadottaw il-miżuri ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw l-osservanza tad-dritt Komunitarju, billi b'mod partikolari jassiguraw ruħhom li, fl-inqas żmien possibbli, id-dritt nazzjonali jsir konformi mad-dritt Komunitarju u li d-drittijiet ta' l-individwi taħt id-dritt Komunitarju jkunu jistgħu jiġu invokati.

3)

Meta tiġi kkonstatata diskriminazzjoni li tmur kontra d-dritt Komunitarju, sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu t-trattament ugwali, il-qorti nazzjonali hija obbligata li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali diskriminatorja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tagħha mil-leġiżlatur, u li tapplika għall-membri tal-grupp żvantaġġat l-istess skema li tibbenefika minnha l-kategorija l-oħra.


(1)  ĠU C 190 tat-12.8.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-321/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Id-Direttiva 2002/14/KE - Informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2007/C 183/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u G. Rozet, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14/KE, tal-11 ta' Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni ta' l-impjegati (ĠU L 80, p. 29)

Dispożittiv

1)

Peress li m'adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/14/KE, tal-11 ta' Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond din id-Direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212 tat-02.09.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-333/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolamen (KE) Nru 261/2004 - Trasport bl-ajru - Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu u kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjira - Kumpens u assistenza tal-passiġġieri - Adozzjoni ta' sanzjonijiet)

(2007/C 183/23)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Vidal Puig u K. Simonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentanti: A. Kruse, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, p. 1) — Adozzjoni ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi

Dispożittiv

1)

Billi naqas milli jadotta sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ir-Renju ta'l-Iżvezja naqas milli obbligi li huwa għandu abbażi ta' l-Artikolu 16 ta' dan ir-regolament.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta' l-Iżvezja għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 224 tas-16.9.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-339/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/116/KE - Anness tad-Direttiva 82/471/KEE - Għalf - Candida guilliermondii - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2007/C 183/24)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: C. Cattabriga, agent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia u S. Fiorentino, agents]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE tat-23 ta' Diċembru 2004, li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE rigward l-inklużjoni tal-Candida guillermondii (ĠU L 379, p. 81)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE tat-23 ta' Diċembru 2004, li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE rigward l-inklużjoni tal-Candida guillermondii, ir-Repubblika Taljana naqset mill-twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 224 tas-16.9.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-392/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/15/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu impost)

(2007/C 183/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' adozzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, p. 35)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-teminu impost, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/16


Rikors imressaq fit-30 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-170/07)

(2007/C 183/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Hottiaux, K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi introduċiet il-ħtieġa ta' kontroll tekniku fuq il-vetturi użati importati qabel l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom filwaqt li ħtieġa bħal din ma tapplikax għal vetturi nazzjonali li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 28 KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 28 KE jipprojbixxi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti bejn l-Istati. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, fin-nuqqas ta' armonizzazjoni, “kull liġi kummerċjali ta' l-Istati Membri li tista' tostakola direttament jew indirettament, bħala fatt jew potenzjalment, l-iskambji komunitarji hija kkunsidrata miżura ta' effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva”.

Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva tammonta għal ksur ta' l-Artikolu 28 KE fejn din mhijiex iġġustifikata, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 30 KE jew skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' ħtieġa obbligatorja imposta fl-interess ġenerali.

Il-liġi Pollakka “Prawo o ruchu drogowym” (Kodiċi tat-traffiku) timponi l-obbligu li jseħħ kontroll tekniku qabel l-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura fil-Polonja. Sakemm il-karozzi ġodda huma eżentati minn obbligu bħal dan, fil-prattika huma biss il-karozzi użati importati minn Stati membri oħra li huma ssuġġettati għall-kontroll tekniku obbligatorju qabel l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fil-Polonja. Konsegwentement, il-ħtieġa ta' kontroll bħal din tammonta għal miżura diskriminatorja tal-vetturi importati minn Stati Membri oħra fir-rigward ta' vetturi nazzjonali. Il-konklużjoni msemmija hawn hija wkoll ikkonfermata mill-fatt li l-awtoritajiet Pollakki jimponu, sabiex iwettqu kontroll tekniku, taxxa li hija għall-inqas darbtejn għola mit-taxxa għall-kontroll perjodiku ta' vettura nazzjonali ta' l-istess kategorija. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki ma tawx spjegazzjoni raġjonevoli għal distinzjoni bħal din. Fid-dawl tal-ġurisprudenza kollha, regoli nazzjonali li jimponu spejjeż addizzjonali fuq l-oġġetti importati pparagunat ma' oġġetti simili nazzjonali, jammontaw għal restrizzjoni għall-iskambji intrakomunitarji skond l-Artikolu 28 KE.

Sabiex jiġġustifika miżura bħal din, Stat Membru jrid juri li din hija neċessarja u proporzjonata għal dan l-iskop. Skond l-Artikolu 30 miżura bħal din m'għandhiex tammonta għal mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarju jew ta' restrizzjoni moħbija fl-iskambji bejn Stati Membri.

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li l-istat tal-vettura jirriżulta mill-użu tagħha fit-toroq mill-mument li l-aħħar kontroll tekniku jrid jiġġustifika, fid-dawl tal-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, il-kontroll imwettaq fil-mument tar-reġistrazzjoni, permezz tal-konstatazzjoni li l-vettura ma kinitx involuta f'inċident u tinsab f'kundizzjoni teknika tajba. L-Istati Membri b'hekk jistgħu jissuġġettaw il-vetturi għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni bil-kundizzjoni li ħtieġa bħal din ma tammontax għal diskriminazzjoni arbitrarja, jiġifieri li tkun tirrigwarda kemm il-vetturi importati minn Stati Membri oħra, kemm vetturi nazzjonali, li jinsabu f'sitwazzjoni simili. Meta min-naħa l-oħra regoli nazzjonali ma jeħtiġux kontroll tekniku għall-vetturi nazzjonali ddikkjarati għall-finijiet ta' reġistrazzjoni, li huma fl-istess stat ta' vetturi importati minn Stati Membri oħra, regoli bħal għandhom jitqiesu li huma diskriminatorji.

Barra minn hek, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-leġiżlazzjoni Pollakka li tillimita l-iskambji intrakomunitarji ma tistax tkun iġġustifikata bħala forma ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni meta ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' neċessità u ta' proporzionalità.

L-ewwel lok, jekk il-vettura ġiet approvata permezz tal-kontroll tekniku ta' l-istat tekniku f'wieħed mill-Istati Membri, il-prinċipju ta' ekwivalenza u ta' għarfien reċiproku li jirriżulta mill-Artikolu 3, nru 2, tad-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE jobbliga lill-Istati Membri kollha jirrikonoxxu ċ-ċertifikat maħruġ f'dan il-każ bħal li kieku kien maħruġ minn Stati bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-argument ta' l-awtoritajiet Pollakki dwar l-invalidità tal-kontrolli perjodiċi li jseħħu fi Stat Membru ieħor. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, in-notament fid-dokumenti ta' reġistrazzjoni li seħħet reġistrazzjoni ġdida tal-vettura mhijiex intiża li tinvalida ċ-ċertifikati kollha ta' kontroll tekniku tal-vettura, anzi r-reġistrazzjoni ġdida tal-vettura m'għandhiex x'taqsam ma' l-istat tekniku tagħha. Fit-tieni lok, kontroll selettiv ikun aktar proporzjonat fid-dawl tal-protezzjoni tas-saħħa fit-triq fejn kellha tirrigwarda esklużivament dawk il-vetturi importati minn Stati Membri oħra li għalihom hemm ħjiel fondat li jkunu theddida għas-sigurtà fit-triq jew ambjentali. Fit-tielet lok, il-Kummissjoni ma taqbilx ma' l-argument tal-Gvern Pollakk li l-kontrolli tekniċi huma neċessarji fir-rigward ta' l-identifikazzjoni tal-vetturi u għall-ġlieda kontra l-kriminalità. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-implementazzjoni ta' kontrolli tekniċi dettaljati li l-ispiża tagħhom titla' għal kważi d-doppju ta' dawk tal-kontrolli tekniċi perjodiċi, mhux neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-kategorija, is-subkategorija, l-użu jew it-tip ta' vettura. Bħala regola, informazzjoni bħal din diġà tidher fid-dokumenti tal-vettura li jiġu ppreżentati lil awtoritajiet Pollakki ta' reġistrazzjoni. Fir-raba' lok, il-Kummissjoni tirrifjuta l-argument ta' l-awtoritajiet Pollakki li jirrigwarda l-Konvenzjoni ta' Vjenna. Skond il-Kummissjoni, in-nuqqas ta' leġiżlazzjoni xierqa fuq livell internazzjonali m'għandu l-ebda effett fuq l-influwenza fuq l-obbligi tar-Repubblika tal-Polonja fil-konfront tal-Komunità.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fit-2 ta' Mejju 2007 — Krystyna Zablocka-Weyhermüller gegen Land Baden vs Württemberg

(Kawża C-221/07)

(2007/C 183/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krystyna Zablocka-Weyhermüller

Konvenuta: Land Baden-Württemberg

Domandi preliminari

Ir-restrizzjonijiet għal benefiċċji stabbiliti fil-liġi Ġermaniża tas-sigurtà soċjali fl-Artikolu 64e tal-Bundesversorgungsgesetz (Liġi Federali dwar il-pensjonijiet tal-gwerra — BVG), applikabbli għal dawk intitolati li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fil-Polonja bħala Stat Membru ġdid ta' l-UE, huma konformi mad-dritt Komunitarju ta' livell għola, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-libertà ta' moviment?


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Landau/Isar (Il-Ġermanja) fis-7 ta' Mejju 2007 — kawża kriminali kontra Rainer Günther Möginger

(Kawża C-225/07)

(2007/C 183/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Landau/Isar.

Konvenut fil-kawża prinċipali

Rainer Günther Möginger

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(2), 7(1)(b), 8(2) u (4), u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/26/KE, tat-2 ta' Ġunju 1997 (iktar 'il quddiem id-“Direttiva”),

għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor meta, fit-territorju ta' l-ewwel Stat Membru, il-possessur tal-liċenzja tas-sewqan kien ġie suġġett għal deċiżjoni ta' revoka jew ta' annullament ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-istess Stat Membru, u meta l-perijodu ta' projbizzjoni temporanja għall-ksib ta' liċenzja ġdida, imposta f'din id-deċiżjoni, ma jkunx għadu skada qabel id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan min-naħa ta' l-Istat Membru l-ieħor?

2)

F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda,

l-imsemmija Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-ewwel Stat Membru jistgħu jinjoraw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku meta l-possessur ta' liċenzja tas-sewqan, fil-każ speċifiku ta' abbuż ta' dritt, jiġi pprojbit milli jagħmel użu mil-liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor ta' l-UE, b'mod partikolari meta, minkejja li ġew sodisfatti r-rekwiżiti previsti mid-dritt Komunitarju, minn analiżi taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha jirriżulta li l-għan tar-regoli tad-Direttiva ma ntlaħaqx, u meta jeżisti element suġġettiv li jikkonsisti fir-rieda li jinkiseb vantaġġ previst mid-dritt Komunitarju fil-forma tar-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru ieħor ta' l-UE, billi jinħolqu arbitrarjament il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan,

b'mod partikolari

fil-każ li, skond l-informazzjoni li jkollu l-ewwel Stat Membru, il-possessur tal-liċenzja, fid-data tal-ħruġ ta' din ta' l-aħħar, kellu r-residenza normali tiegħu fit-territorju ta' l-imsemmi Stat Membru u mhux fit-territorju ta' l-Istat Membru li kien ħareġ il-liċenzja tas-sewqan, u

fil-każ li, skond l-informazzjoni li jkollu l-ewwel Stat Membru, għandu jiġi kkunsidrat, fuq il-bażi ta' ċirkustanzi oġġettivi li jistgħu jiġu mistħarrġa ġudizzjarjament, li l-possessur tal-liċenzja tas-sewqan ma kellu l-ebda possibbiltà li jikseb legalment liċenzja tas-sewqan fl-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU L 237, paġ. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-14 ta' Mejju 2007 — Dieter Janacek vs Freistaat Bayern

(Kawża C-237/07)

(2007/C 183/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dieter Janacek

Konvenuta: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996, dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li lil terza persuna, li sostniet ħsara għal saħħitha, jingħata dritt suġġettiv għat-tfassil ta' pjan għall-azzjoni anki meta, indipendentement mill-pjan għall-azzjoni, din il-persuna hija fil-pożizzjoni li tinvoka d-dritt tagħha għall-ħarsien minn effetti ta' ħsara għas-saħħa minħabba li jintlaħaq il-valur limitu ta' emissjoni stabbilit għall-partiċelli rqaq ta' trab PM10, billi tagħmel rikors sabiex tikseb l-intervent ta' awtorità kompetenti?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv: terza persuna, li hija esposta għal effetti ta' ħsara għas-saħħa prodotti minn partiċelli rqaq ta' trab PM10, għandha dritt għat-tfassil ta' pjan għall-azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu fuq medda qasira, sabiex jiżguraw osservanza stretta tal-valur limitu ta' emmissjoni stabbilit għall-partiċelli rqaq ta' trab PM10?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv, f'liema miżura, permezz tal-miżuri stabbiliti fil-pjan għall-azzjoni, għandu jitnaqqas ir-riskju li jintlaħaq il-valur limitu u għandu jiġi limitat t-tul tiegħu? Il-pjan għall-azzjoni jista', permezz ta' programm gradwali, ikun limitat għal miżuri li, minkejja li ma jiggarantixxux ir-rispett tal-valur limitu, jikkontribwixxu madankollu għat-titjib fuq medda qasira fil-kwalità ta' l-arja?


(1)  ĠU L 296, p. 55.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/18


Appell imressaq fl-14 ta' Mejju 2007 minn Derya Beyatli kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-455/04: Derya Beyatli u Armagan Candan vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-238/07 P)

(2007/C 183/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Derya Beyatli (rappreżentant: A. Demetriades, Δικηγόρος)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tirrevoka d-digriet ikkontestat

tannulla d-deċiżjoni ta' l-appellata tal-5 ta' Mejju 2004

tordna lill-appellata tħallas l-ispejjeż ta' dan l-appell

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-digriet kkontestat għandu jiġi rrevokat abbażi tar-raġunijiet segwenti:

 

Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' dritt billi naqset milli tirrikjedi provi permezz ta' miżuri istruttorji għall-ftuħ ta' arkivji mhux biss ta' l-EPSO iżda wkoll tar-Rappreżentanza tal-Komunità Ewropea f'Ċipru u/jew il-Kummissjoni b'mod ġenerali;

 

B'riżultat ta' l-ommissjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza, l-appellata ma pprovdietx il-korrispondenza kollha rilevanti bejn ir-Rappreżentanza tal-Komunità Ewropea f'Ċipru u/jew il-Kummissjoni u/jew l-EPSO. Għaldaqstant, id-drittijiet ta' l-appellant fir-rigward ta' smigħ xieraq ġew miksura fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/19


Rikors imressaq fit-22 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-246/07)

(2007/C 183/31)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Tufvesson, agents)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ppropona b'mod unilaterali iż-żieda ta' sustanza, il-PFOS (s-sulfonati tal-perfluworooktan), fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma, dwar it-Tniġġiż Organiku Persistenti, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligu li huwa għandu skond l-Artikoli 10 u 300(1) tat-Trattat KE.

tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Iżvezja pproponiet biss iz-zieda ta' sustanza waħda, il-PFOS (s-sulfonati tal-perfluworooktan), fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma, dwar it-Tniġġiż Organiku Persistenti.

Il-Kummissjoni ssostni li l-proposta unilaterali ta' l-Iżvezja rriżultat f'diviżjoni fir-rappreżentazzjoni Komunitarja fuq livell internazzjonali. L-Iżvezja aġixxiet b'mod unilaterali fir-rigward tal-PFOS għalkemm kienet konxja tal-fatt li l-Komunità kienet qed tiżviluppa leġiżlazzjoni applikabbli għal din is-sustanza. L-aġir ta' l-Iżvezja wassal sabiex jostakola lill-Komunità u l-Istati Membri milli jippreżentaw proposta komuni sabiex tiġi kkompletata l-Konvenzjoni ta' Stokkolma. Għaldaqstant l-Iżvezja ma rkonoxxietx l-obbligi li hija għandha skond l-Artikoli 10 u 300(1) tat-Trattat KE


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/19


Rikors imressaq fit-23 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda

(Kawża C-249/07)

(2007/C 183/32)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S.B. Noë, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta' l-Olanda, billi introduċa sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal gajdri u mussels li joriġinaw b'mod leġittimu minn Stati Membri oħrajn, li jappartjenu għall-ispeċi li jinsabu fl-Olanda u li jiġu mkabbra fl-ilma ta' mal-kosta Olandiża, naqas mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 28 u 30 KE;

tikkundanna lir-Renju ta' l-Olanda jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-projbizzjoni li tinsab fil-leġiżlazzjoni Olandiża li jitkabbru, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, gajdri u mussels li joriġinaw b'mod leġittimu minn Stati Membri oħrajn tostakola l-kummerċ intrakomunitarju u l-aċċess għas-suq tal-gajdri u l-mussels li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni ma tistax tiġi ġġustifikata.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid-29 ta' Mejju 2007 — Intel Corporation Inc. vs CPM United Kingdom Limited

(Kawża C-252/07)

(2007/C 183/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Intel Corporation Inc.

Konvenuta: CPM United Kingdom Limited

Domandi preliminari

1.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu 4(4)(a) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru, (1) meta:

(a)

it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni kbira għal ċerti tipi speċifiċi ta' prodotti jew servizzi,

(b)

dawn il-prodotti jew servizzi huma differenti jew differenti b'mod sostanzjali mill-prodotti jew servizzi tat-trade mark sussegwenti,

(ċ)

it-trade mark preċedenti hija unika fir-rigward ta' kwalunkwe prodotti jew servizzi,

(d)

it-trade mark preċedenti tiġi f'moħħ il-konsumatur medju meta dan jiltaqa' mat-trade mark sussegwenti użata għas-servizzi tat-trade mark sussegwenti,

dawn il-fatti huma suffiċjenti, fihom infushom, sabiex tiġi stabbilita (i) “rabta” fis-sens tal-punti 29 u 30 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Ottubru 2003, Adidas-Salomon AG v. Fitnessworld Trading Ltd (C-408/01, Ġabra p. I-12537) u/jew (ii) vantaġġ inġust u/jew detriment fis-sens ta' dak l-artikolu?

2.

Jekk le, liema fatturi għandha l-qorti nazzjonali tieħu in kunsiderazzjoni meta tiġi sabiex tiddeċiedi x'inhuwa suffiċjenti? Speċifikament, fl-evalwazzjoni ġenerali sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx “rabta”, x'importanza għandha tingħata lill-prodotti u servizzi koperti mit-trade mark sussegwenti?

3.

Fil-kuntest ta' l-Artikolu 4(4)(a), x'inhuwa meħtieġ sabiex tiġi sodisfatta l-kundizzjoni ta' detriment għall-karattru distintiv? Speċifikament, (i) huwa meħtieġ li t-trade mark preċedenti tkun unika, (ii) l-ewwel użu konfliġġenti huwa suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit detriment għall-karattru distintiv u (iii) l-element ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti jeħtieġ effett fuq l-imġieba ekonomika tal-konsumatur?


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Mejju 2007 — Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club vs Commissioners of HM Revenue and Customs

(Kawża C-253/07)

(2007/C 183/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club

Konvenuti: Commissioners of HM Revenue and Custom

Domandi preliminari

1)

Għal dak li jikkonċerna l-eżenzjoni li tinsab fl-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva (1), il-kelma “persuni” fil-kuntest ta' “persuni li jieħdu parti fl-isport” tinkludi persuni ġuridiċi u assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika, jew hija limitata għal individwi, fis-sens ta' persuni naturali jew bnedmin?

2)

Jekk il-kelma “persuni” fil-kuntest ta' “persuni li jieħdu parti fl-isport” tinkludi persuni ġuridiċi u assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika, l-espressjoni “ċertu servizzi […] marbuta mill-qrib ma' sport” tippermetti lil Stat Membru jillimita biss l-eżenzjoni għal individwi li qed jieħdu sehem fl-isport?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/21


Rikors imressaq fit-30 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-255/07)

(2007/C 183/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Kukovec, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004 (1), fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi u billi, fi kwalunkwe każ, ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, p. 114.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-31 ta' Mejju 2007 — Mitsui & Co. Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-256/07)

(2007/C 183/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitsui & Co. Deutschland GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf

Domandi preliminari

1)

Il-ħlasijiet magħmula lix-xerrej mill-bejjiegħ-manifattur, kif seħħ fil-kawża prinċipali, fil-kuntest ta' ftehim ta' garanzija, u permezz ta' liema x-xerrej ġie rrimborżat għall-ispejjeż ta' tiswija li kellu jħallas lix-xerrejja tiegħu stess, inaqqsu l-valur doganali, skond l-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1), tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, iddikjarat abbażi tal-prezz miftiehem bejn il-bejjiegħ-manifattur u x-xerrej?

2)

Il-ħlasijiet magħmula lix-xerrej mill-bejjiegħ-manifattur bħala rimborż ta' l-ispejjeż ta' garanzija msemmija fl-ewwel domanda jikkostitwixxu modifika tal-valur tat-tranżazzjoni skond l-Artikolu 145(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) li jiffissa ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002 (3), li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 2787/2000 u (KE) 993/2001 (ĠU L 68/11)?

3)

F'każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda: l-Artikolu 145(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 2787/2000 u (KE) 993/2001, għandu jiġi applikat għall-importazzjonijiet li d-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom ġew aċċettati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002, li jemenda r-Regolament li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 2787/2000 u (KE) 993/2001?

4)

F'każ ta' risposta pożittiva għat-tielet domanda: l-Artikolu 145(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002, li jemenda r-Regolament li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 2787/2000 u (KE) 993/2001 huwa validu?


(1)  ĠU L 302, p. 1.

(2)  ĠU L 253, p. 1.

(3)  ĠU L 68, p. 11.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/22


Rikors imressaq fil-31 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-257/07)

(2007/C 183/37)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u K. Nyberg, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE (1), tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, jew li fi kwalunkwe każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni bihom, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-imsemmija Direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva għalaq fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/22


Rikors imressaq fil-31 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-258/07)

(2007/C 183/38)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u K. Nyberg, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet

tiddikjara illi, meta naqas li jadotta l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18 /KE (1) tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jew fi kwalunkwe każ naqas milli jinforma lill-Kummissjoni b'dan, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva;

tordna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu għall-implementazzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/22


Rikors imressaq fil-31 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-259/07)

(2007/C 183/39)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u K. Nyberg, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li, billi m'adottax, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE (1) tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE (2) u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE (3) tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku, jew billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli twettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-imsemmija Direttiva;

tordna lir-Renju ta' l-Iżvezja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 257, 1.10.2005, p. 127.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial ta' Barcelona (Spanja) fl-31 ta' Mejju 2007 — Pedro IV Servicios S.L. vs Total España S.A.

(Kawża C-260/07)

(2007/C 183/40)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial ta' Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pedro IV Servicios S.L.

Konvenuta: Total Espana S.A.

Domandi preliminari

Meta l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83 (1) jipprovdi li, “b'deroga għall-paragrafu 1(c), jekk il-ftehim jirrigwarda stazzjon tal-petrol li l-fornitur kien kera jew ta l-użu ta'dritt jew ta' fatt lill-bejjiegħ mill-ġdid, l-obbligi ta' xiri esklużiv u l-projbizzjoni ta' kompetizzjoni previsti minn dan it-titolu jistgħu jiġu imposti fuq il-bejjiegħ mill-ġdid għall-perijodu kollu li fih huwa effettivament jiġġestixxi l-pompa tal-petrol”, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għal każ li fih il-fornitur/min jikri inizjalment huwa s-sid ta' l-art u ta' l-installazzjonijiet, jew, bil-kontra, fis-sens li r-referenza għall-kiri ta' l-istazzjon tal-petrol tapplika għal dawk it-titoli kollha li legalment jagħtu lill-fornitur drittijiet biss fuq l-istazzjon tal-petrol, fejn dan ikun jista' jikriha lill-istess sid ta' l-art mingħajr ma jkollu josserva l-limiti ta' żmien li l-leġiżlazzjoni tipprovdi għal ftehim ta' xiri esklużiv?

Jekk, fil-każ in eżami japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790 (2) tat-22 ta' Diċembru 1999, meta l-Artikolu 5 jipprovdi li l-eżenzjoni mhijiex applikabbli jekk il-ftehim ta' xiri esklużiv huwa għal aktar minn ħames snin, anke jekk “il-limitu ta' żmien (…) m'għandux japplika fejn l-oġġetti jew is-servizzi tal-kuntratt inbiegħu mill-bejjiegħ minn bini u art li huma l-propjetà tal-fornitur jew imwellija [mikrija] lill-fornitur minn partijiet terzi li m'humiex konnessi max-xerrej, sakemm id-dewmien ta' l-obbligu li ma jikkompetix ma jaqbiżx il-perjodu ta' okkupazzjoni tal-bini u art mix-xerrrej”, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta tirreferi għall-kirja, din tirreferi għall-każ li fih il-fornitur li jikri huwa inizjalment sid ta' l-art u ta' l-installazzjonijiet jew, bil-kontra, jekk ir-referenza għall-kiri ta' l-istazzjon tal-petrol tapplika għal dawk it-titoli kollha li legalment jagħtu lill-fornitur drittijiet biss fuq l-istazzjoni tal-petrol, fejn dan ikun jista' jikriha lill-istess sid ta' l-art mingħajr ma jkollu josserva l-limiti ta' żmien li l-leġiżlazzjoni tipprovdi għal fethim ta' xiri esklużiv?

Jekk, fil-każ fejn l-Artikolu 81(1)(a) KE jipprovdi l-projbizzjoni li jiġu ffissati indirettament il-prezzijiet ta' xiri jew ta' bejgħ, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, fit-tmien premessa, jipprovdi li “dispożizzjonijiet oħra li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, u b'mod partikolari dawk li jillimitaw il-libertà tal-bejjigħ mill-ġdid li jistabbilixxi l-prezzijiet tiegħu jew kundizzjonijiet oħra ta' bejgħ mill-ġdid jew li jagħżel il-klijenti tiegħu, ma jistgħx jiġi eżentati minn dan ir-Regolament”, minħabba li l-fissazzjoni tal-prezz ta' bejgħ mill-ġdid ma jidhirx fost ir-restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni l-oħra li huma awtorizzati skond l-Artikolu 11 ta' l-istess Regolament, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu kwalunkwe tip ta' limitazzjoni tal-libertà tal-bejjiegħ mill-ġdid li jistabbilixxi l-prezz ta' bejgħ lill-pubbliku bħal, per eżempju, iċ-ċirkustanza li l-fornitur jiffissa l-marġni ta' distribuzzjoni ta' l-operatur ta' l-istazzjoni tal-petrol, billi jistabbilixxi l-prezz tal-karburanti li jipprovdi lill-bejjiegħ mill-ġdid b'kundizzjonijiet aktar vantaġġużi stabbiliti ma' stazzjonijiet tal-petrol oħra il jistgħu jistabbilixxu ruħhom f'Barcellona, mingħajr ma dan il-prezz ikun bl-ebda mod għola mill-prezz medju ffissat minn fornituri rilevanti oħra fis-suq, filwaqt li jiżdied bil-marġni minimu li huwa kkunsidrat xieraq u billi b'dan il-mod jikseb il-[prezz ta' bejgħ lill-pubbliku], li l-fornitur ma jimponix espliċitatament, iżda li jirrakkomanda l-applikazzjoni tiegħu?

Jekk, fil-każ fejn l-Artikolu 81(1)(a) KE jipprovdi l-projbizzjoni li jiġu ffissati indirettament il-prezzijiet ta' xiri jew ta' bejgħ, u l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament [tal-Kummissjoni] KE Nru 2790 tat-22 ta' Diċembru 1999 jinkludi, fost ir-restrizzjonijiet li jkollhom effetti antikompetittivi serji, l-impożizzjoni tal-prezz ta' bejgħ mill-ġdid, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu kwalunkwe tip ta' limitazzjoni tal-libertà tal-bejjiegħ mill-ġdid li jistabbilixxi l-prezz ta' bejgħ lill-pubbliku bħal, per eżempju, iċ-ċirkustanza li l-fornitur jiffissa l-marġni ta' distribuzzjoni ta' l-operatur ta' l-istazzjoni tal-petrol, billi jistabbilixxi l-prezz tal-karburanti li jipprovdi lill-bejjiegħ mill-ġdid b'kundizzjonijiet aktar vantaġġużi stabbiliti ma' stazzjonijiet tal-petrol oħra il jistgħu jistabbilixxu ruħhom f'Barcellona, mingħajr ma dan il-prezz ikun bl-ebda mod għola mill-prezz medju ffissat minn fornituri rilevanti oħra fuq is-suq, filwaqt li jiżdied bil-marġni minimu li huwa kkunsidrat xieraq u billi b'dan il-mod jikseb il-[prezz ta' bejgħ lill-pubbliku], li l-fornitur ma jimponix espliċitatament, iżda li jirrakkomanda l-applikazzjoni tiegħu?

Din il-proċedura hija sospiża sakemm tingħata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq id-domandi preliminari.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta' Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim ta' xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftehma (ĠU L 336, p. 21).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/24


Rikors imressaq fil-5 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-266/07)

(2007/C 183/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u J.-B. Laignelot, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Portugall

Talbiet

tiddikjara li, meta ppermettiet l-inċinerazzjoni ta' skart ta' l-isptar f'impjanti ta' inċinerazzjoni mingħajr permess validu, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/76/KE (1) ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart jew, sussidjarjament, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/12/KE (2) tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart;

tordna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE, moqri flimkien ma' l-Artikolu 20(2) ta' dik id-Direttiva, l-inċineratur in kwistjoni huwa inċineratur ġdid għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE, b'mod li d-Direttiva hija applikabbli għall-inċineratur tal-Parque da Saúde f'Liżbona. Dan l-inċineratur seta' jibda jiffunzjona biss wara li jikseb permess billi josserva l-kundizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva. L-awtoritajiet Portugiżi ma rrispettawx dan ir-rekwiżit.

Fi kwalunkwe każ, anki jekk għandu jiġi kkunsidrat bħala quod non li l-inċineratur in kwistjoni għandu jiġi kklassifikat bħala “inċineratur eżistenti” għall-iskop tad-Direttiva 2000/76/KE u li, konsegwentement, din id-Direttiva ma kinitx applikabbli għalih, peress li l-funzjonament tiegħu kien suġġett għall-kundizzjoni li jikseb permess minn qabel skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/12/KE.


(1)  ĠU 2000 L 332, p. 91.

(2)  ĠU 2006 L 114, p. 9.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/24


Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-274/07)

(2007/C 183/42)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Steiblytė, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma rnexxilhiex tassigura fil-prattika li l-awtoritajiet li jimmaniġġaw l-emerġenzi jingħataw, safejn huwa teknikament possibbli, tagħrif dwar il-lok ta' min jagħmel is-sejħa għal kull min isejjaħ in-numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza 112 min-networks pubbliċi tat-telefon, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE (1) dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali);

tordna lir-Repubblika tal-Litwanja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skada fl-24 ta' Lulju 2003.


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/24


Rikors imressaq fit-12 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-284/07)

(2007/C 183/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li billi m'adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE (1) tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE dwar ix-xiri pubbliku [il-kuntratti pubbliċi], ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/51/KE ċċitata iktar 'il fuq;

sussidjarjament, tiddikjara li, f'kull każ, billi ma kkomunikat lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet hekk adottati, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq;

tordna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 257, p. 127.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/25


Rikors imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall

(Kawża C-289/07)

(2007/C 183/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Portugall

Talbiet

prinċipalment, tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004 (1), li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, ir-Repubblika tal-Portugall naqset mill-obbligi imposta fuqha skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 71(1) ta' l-imsemmija Direttiva 2004/17/KE;

sussidjarjament, tiddikjara li, f'kull każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni d-dispożizzjoni adottati f'dan is-sens, ir-Repubblika tal-Portugall naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-imsemmija dispożizzjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Portugall tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-31 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 134, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/25


Appell imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fid-29 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-366/00: Scott S. A, sostnuta mir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-290/07 P)

(2007/C 183/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Flett, Aġent)

Partijiet oħra fil-kawża: Scott SA, Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza kkontestata

tagħti deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta' dan l-appell. Fin-nuqqas ta' dan, għal kwalunkwe kwistjoni li fir-rigward tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-istat tal-proċedimenti ma jippermettix sentenza finali, il-Kummissjoni titlob bir-rispett lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrinvija l-każ lill-Qorti tal-Prim'Istanza għal valwazzjoni mill-ġdid.

tordna li r-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza; u tordna li r-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel erba' motivi ta' appell jirrigwardaw żbalji fid-dritt fis-sentenza kkontestata dwar id-drittijiet proċedurali ta' partijiet terzi u l-obbligi proċedurali tal-Kummissjoni fi proċedimenti ta' għajnuna mill-Istat:

 

L-ewwel motiv ta' appell jirrigwarda l-esklużjoni mill-fajl amministrattiv ta' l-osservazzjonijiet addizzjonali ta' Scott ta' l-24/12/1999, mibgħuta 13-il xahar wara t-terminu stabbilit.

 

It-tieni motiv ta' appell jirrigwarda l-konklużjoni, fis-sentenza kkontestata, li l-Kummissjoni kellha obbligu proċedurali li tagħti lil Franza opportunità ulterjuri sabiex tippreżenta l-allegati stimi.

 

It-tielet motiv ta' appell jirrigwarda l-konklużjoni, fis-sentenza kkontestata, li l-Kummissjoni kellha obbligu proċedurali li tagħti lil Scott opportunità ulterjuri sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

 

Ir-raba' motiv ta' appell jirrigwarda l-konklużjoni, fis-sentenza kkontestata, li l-Kummissjoni kellha obbligu proċedurali li tuża “espert estern”.

Fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza kkontestata la tistabbilixxi u lanqas tapplika l-istandard legali korrett: il-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali? Minbarra dan, is-sentenza kkontestata ma setgħetx leġittimament tieħu deċiżjoni fuq dawn il-kwistjonijiet peress li r-rikors ta' Scott ma kienx jinkludi motivi ta' annullament bħal dawn. F'kull każ; il-Kummissjoni ssostni li ma kien hemm l-ebda ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali. L-ebda rekwiżit ta' dan it-tip ma huwa pprovdut mir-Regoli tal-Proċedura; u s-sentenza kkontestata ma setgħetx “tagħti” tali drittijiet jew timponi obbligi bħal dawn fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet żbaljati li jinsabu fis-sentenza kkontestata. Fl-aħħar nett, ma kien hemm l-ebda ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali:

 

L-osservazzjonijiet addizzjonali ta' Scott, inizjalment esklużi, reġgħu ġew ippreżentati minn Franza fil-21/2/2000, inklużi fil-fajl amministrattiv, u evalwati fid-deċiżjoni kkontestata.

 

Fid-dawl ta' l-erba' talbiet għal informazzjoni u l-inġunzjoni għal informazzjoni, il-Kummissjoni ma kinitx fl-obbligu li tagħti lil Franza opportunità ulterjuri li tippreżenta l-allegati stimi.

 

Scott kellha opportunità suffiċjenti sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, u b'mod partikolari pparteċipat fir-risposta għall-inġunzjoni għal informazzjoni.

 

Kemm Franza kif ukoll Scott kellhom opportunità suffiċjenti sabiex jippreżentaw evalwazzjoni fid-data tal-konċessjoni, iżda m'għamlux dan.

Il-ħames sat-tmien motivi ta' appell jiġbru flimkien dak li l-Kummissjoni ddefiniet għall-konvenjenza bħala “kwistjonijiet preliminari”, u jikkonċernaw żbalji fid-dritt fis-sentenza kkontestata rigward: in-nuqqas fir-rikors ta' Scott ta' motivi għal annullament relatati ma' l-allegati stimi; il-kriterji ta' eżami mill-ġdid mjill-Qorti tal-Prim'Istanza (huwa meqjus li l-Kummissjoni m'għandiex marġni ta' diskrezzjoni); il-fatt li s-sentenza kkontestata hija bbażata fuq spekulazzjoni minflok fuq provi; u l-inverżjoni ta' l-oneru tal-prova f'kawżi rigward għajnuna mill-Istat u f'kawżi quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Id-disa' u l-għaxar motivi ta' appell jikkonċernaw żbalji fid-dritt sostantivi rigward il-fabbrika.

Id-disa' motiv ta' appell jikkonċerna l-metodu ta' evalwazzjoni ta' l-ammont ta' għajnuna mill-Istat f'trasferimenti in natura. Kuntrarjament għall-konklużjonijiet tas-sentenza kkontestata, fin-nuqqas ta' evalwazzjoni fid-data ta' konċessjoni jew sejħa miftuħa għall-offerti, il-Kummissjoni hija leġittimament intitolata li tuża l-ispejjeż minflok il-valur. Dan kien b'mod partikolari raġjonevoli f'dan il-każ għaliex il-fabbrika kienet magħmula skond il-ħtiġijiet speċifiċi ta' Scott. Ir-raġunament tas-sentenza kkontestata dwar l-allegat prezz tal-bejgħ 11-il sena wara l-għoti huwa bbażat fuq allegati irregolaritajiet proċedurali u żbalji oħra fid-dritt; u f'kull każ huwa żbaljat sostantivament.

L-għaxar motiv ta' appell jikkonċerna allegati żbalji mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-metodu bbażat fuq l-ispejjeż. Il-konklużjonijiet tas-sentenza kkontestata huma bbażati fuq allegati irregolaritajiet proċedurali u żbalji oħra fid-dritt. L-istima konservattiva ta' l-ispejjeż magħmula mill-Kummissjoni kienet l-iktar waħda baxxa possibbli; u ma hemmx bażi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġuni li l-għajnuna mill-Istat setgħet kienet ogħla.

Il-ħdax sat-tlettax-il motiv ta' appell jikkonċernaw żbalji fid-dritt sostantivi li jikkonċernaw l-art.

Il-ħdax-il motiv ta' appell jikkonċerna r-rifjut, fis-sentenza kkontestata, ta' l-evalwazzjonijiet konservattivi f'Orléans Council Minutes tas-27/5/1994 li ġew meqjusa bħala “sunt qasir ħafna mingħajr spjegazzjoni detalljata” .

It-tnax-il motiv ta' appell jikkonċerna l-metodu għall-evalwazzjoni ta' l-ammont ta' trasferimenti in natura ta' għajnuna mill-Istat, u huwa simili għad-disa' motiv ta' appell. F'każ ta' nuqqas ta' evalwazzjoni fid-data tal-konċessjoni jew sejħa miftuħa għall-offerti, il-Kummissjoni hija leġittimament intitolata li tuża l-ispejjeż minflok il-valur. Dan kien raġjonevoli b'mod partikolari f'dan il-każ għaliex it-tielet xiri ta' art kien magħmul skond il-ħtiġijiet partikolari ta' Scott. Ir-raġunament tas-sentenza kkontestata dwar l-allegata verifika tat-taxxa huwa bbażat fuq allegati irregolaritajiet proċedurali u żbalji oħra fid-dritt; u f'kull każ huwa sostanzjalment żbaljat.

It-tlettax-il motiv ta' appell jikkonċerna allegati żbalji mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-metodu bbażat fuq l-ispejjeż. Il-konklużjonijiet tas-sentenza kkontestata huma bbażati fuq allegati irregolaritajiet proċedurali u żbalji oħra fid-dritt. Il-Kummissjoni użat il-valur ta' l-art l-iktar baxx possibbli, kif sostnew kemm Franza kif ukoll Scott. Il-fatti u l-provi in sostenn tal-Kummissjoni huma: id-dokument ta' l-offerta; l-allegati stimi ta' Galtier u Commissaire aux Apports; il-minuti tal-Kunsill ta' Orléans tas-27/05/1994; u l-prezz medju tat-tliet xirjiet ta' biċċiet ta' art. Ma hemmx bażi għal annullament tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġuni li l-għajnuna mill-Istat setgħet kienet ogħla.

L-erbatax-il motiv ta' appell jikkonċerna l-inġunzjoni għal informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-art, il-metodu bbażat fuq l-ispejjeż għall-evalwazzjoni ta' l-ammont ta' għajnuna mill-Istat, u t-tliet xirjiet ta' biċċiet ta' art. Din hija kwistjoni proċedurali, iżda hija trattata fit-tmiem għaliex hija marbuta mat-tlettax il-motiv ta' appell.

Permezz tal-ħmistax-il motiv ta' appell, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla s-sentenza minħabba d-distorsjoni mill-Qorti tal-Prim'Istanza tas-sens ċar tal-provi quddiema, b'mod partikolari għaliex il-Qorti tal-Prim'Istanza ssostitwit ir-raġunament tagħha minflok dak tad-deċiżjoni kkontestata.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Regeringsrätten (l-Iżvezja) fil-15 ta' Ġunju 2007 — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetstrådet vs Skatteverket

(Kawża C-291/07)

(2007/C 183/46)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten (l-Iżvezja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetstrådet.

Konvenuta: Skatteverket.

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(2)(e) u l-Artikolu 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva VAT (1), kif ukoll l-Artikolu 56(1)(c), u l-Artikolu 196 tad-Direttiva tal-Kunsill (2) 2006/112/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-applikazzjoni tagħhom, l-utenti ta' provvista ta' servizzi ta' konsulenza mingħand persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, li fl-istess ħin iwettaq attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet barra mis-settur kopert mid-Direttiva, għandu jiġi kkunsidrat bħala persuna taxxabbli, anke jekk l-imsemmija provvista ma tintużax ħlief għal dawn ta' l-aħħar?


(1)  ĠU 1977, L 145, p. 1.

(2)  ĠU L 347, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/27


Rikors imressaq fit-18 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-293/07)

(2007/C 183/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Parti Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u D. Recchia)

Parti Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tal-parti rikorrenti

tirrikonoxxi li, meta ma adottatx il-miżuri kollha sabiex tistabbilixxi u tapplika sistema legali koerenti, speċifika u sħiħa, li tista' tassigura ġestjoni vijabbli u protezzjoni effettiva taż-żoni magħżula bħala żoni ta' protezzjoni speċjali, fil-kuntest ta' l-għanijiet ta' preservazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (1), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 4(1) u (2) ta' din id-Direttiva, li tinqara flimkien ma' l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 4(4) tagħha, kif emendata mill-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

tordna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Filwaqt li tibbaża ruħha fuq numru kbir ta' ilmenti, mistoqsijiet parlamentari u petizzjonijiet, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubbika Ellenika ma tapplikax b'mod korrett id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 79/409/KEE li tipprovdi l-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi ppreżervat u evitat it-tniġġis jew id-deterjorazzjoni tal-ħabitat ta' l-għasafar selvaġġi.

Skond il-Kommissjoni, il-ksur tad-Direttiva jikkonsisti fin-nuqqas ta' protezzjoni taż-żoni ta' protezzjoni speċjali (ŻPS) iżda wkoll fl-eżistenza ta' attivitajiet li jistgħu jheddu l-integrità taż-ŻPS u li iwasslu għal konsegwenzi negattivi fuq l-għanijiet ta' preservazzjoni taż-ŻPS u ta' l-ispeċi li għalihom dawn iż-żoni ġew stabbiliti.

L-argument ta' l-awtoritajiet Ellenici skond liema l-qafas leġiżlattiv eżistenti jiżgura b'manjiera sodisfaċenti l-protezzjoni ta' l-ispeċi kollha ta' għasafar selvaġġi u tal-ħabitat rispettivi tagħhom, huwa miċħud mill-Kummissjoni li tallega li l-imsemmi qafas ma jikkostitwixxix qafas speċifiku u effettiv għall-protezzjoni taż-ŻPS kollha.


(1)  ĠU L 103 tal-25 ta' April 1979, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-61/06) (1)

(2007/C 183/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 86 tat-8.4.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/28


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-140/06) (1)

(2007/C 183/49)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 108 tas-6.5.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-297/06) (1)

(2007/C 183/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 212 tat-2.9.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda

(Kawża C-322/06) (1)

(2007/C 183/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 224 tas-16.9.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-356/06) (1)

(2007/C 183/52)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249 ta' l-14.10.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/29


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-358/06) (1)

(2007/C 183/53)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294 ta' l-14.10.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-394/06) (1)

(2007/C 183/54)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294 tat-2.12.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-24 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Estonja

(Kawża C-397/06) (1)

(2007/C 183/55)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 281 tat-18.11.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/30


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-1 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-422/06) (1)

(2007/C 183/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 326 tat-30.12.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-490/06) (1)

(2007/C 183/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2007 — Akzo Nobel NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-509/06) (1)

(2007/C 183/58)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 56 ta' l-10.3.2007.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2007 (Talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — 01081 Telecom AG vs Bundesrepublik Deutschland, fil-presenża ta': E-Plus Mobilfunk GmbH & Co. KG

(Kawża C-15/07) (1)

(2007/C 183/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 69 ta' 24.3.2007.


Qorti tal-Prim' Istanza

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Ġunju 2007 — Tirrenia di Navigazione et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/99) (1)

(“Għajnuna mogħtija mill-Istat - Trasport marittimu - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Għajnuna ġdida - Għajnuna eżistenti’)

(2007/C 183/60)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tirrenia di Navigazione SpA, li qabel kienet Tirrenia di Navigazione SpA u Adriatica di Navigazione SpA (Napoli, l-Italja); Caremar SpA (Napoli); Toremar SpA (Livorno, l-Italja); Siremar SpA (Palermo, l-Italja); u Saremar SpA (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Tizzano u G. Roberti, u wara G. Roberti, A. Franchi u G. Bellitti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C.Triantafyllou, V. Di Bucci u E. De Persio, aġenti)

Il-partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Navigazione Libera del Golfo SpA (Napoli) (rappreżentanti: S. Ravenna u A. Abate, avukati); Aliscafi Società Navigazione Alta Velocità SpA (Aliscafi SNAV) (Messina, l-Italja) (rappreżentanti B. Castaldo u C. Forte, avukati); Traghetti Pozzuoli Srl (Napoli); Alilauro SpA (Napoli); u Linee Lauro Srl (Pozzuoli, l-Italja) (rappreżentant: E. Amato, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Awwissu 1999 li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-impriżi tal-Gruppo Tirrenia di Navigazione (ĠU 1999, C 306, p. 2).

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-partijiet intervenjenti Navigazione Libera del Golfo SpA, Linee Lauro Srl, Traghetti Pozzuoli Srl u Alilauro SpA.

3)

L-intervenjenti Aliscafi Società Navigazione Alta Velocità (Aliscafi SNAV) SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20 tat-22.1.2000.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 — Nuova Gela Sviluppo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/04) (1)

(“FEŻR - Għeluq ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens - Klawżola ta' arbitraġġ’)

(2007/C 183/61)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Gela Sviluppo Soc. Cons. pa, li qabel kienet Gela Sviluppo Soc. Cons. pa (Gela, l-Italja) (rappreżentant: P. Menchetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Prinċipalment, l-annullament ta' deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2003 dwar l-għeluq ta' l-għajnuna FEŻR 98.05.26.001, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-għajnuna, l-irtirar mill-għajnuna u l-irkupru tal-bilanċ finali ta' l-għajnuna, kif ukoll l-annullament tal-punt 6.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SEC (1999) 1316, tad-9 ta' Settembru 1999, dwar linji gwida għall-għeluq finanzjajru ta' interventi operattivi (1994-1999) tal-Fondi Strutturali, u, sussidjarjament, il-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti u l-eżekuzzjoni tal-ftehim tat-13 ta' Settembru 1999 konkluż bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nuova Gela Sviluppo Soc. Cons. pa, hija kundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106 tat-30.4.2004.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Ġunju 2007 — Asturias Cuerno vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-473/04) (1)

(“Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Servizzi mwettqa għal organizzazzjoni internazzjonali - Allowance ta' installazzjoni - Allowance ta' kuljum’)

(2007/C 183/62)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cristina Asturias Cuerno (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. García-Gallardo Gil-Fournier u A. Sayagués Torres, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn J. Rivas Andrés, J. Gutiérrez Gisbert u M. Canal Fontcuberta, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Awwissu 2004, li tiċħad l-appell tar-rikorrenti tas-27 ta' April 2004 u li tirrifjutalha l-allowance ta' espatrijazzjoni prevista mill-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll l-allowances li huma marbuta ma' dik l-allowance.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar u tal-25 ta' Awwissu 2004 huma annullati.

2)

Ir-rikorrenti għandha dritt għall-allowance ta' espatrijazzjoni prevista mill-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għall-allowance ta' installazzjoni prevista mill-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Anness.

3)

Għall-kumplament, ir-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 45 tad-19.2.2005.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 — L-Olanda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-182/06) (1)

(“Approssimazzjoni tal-liġijiet - Dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali - Ċaħda mill-Kummissjoni ta' abbozz ta' digriet li jantiċipa t-tnaqqis tal-limitu Komunitarju stabbilit ta' emissjonijiet ta' partiċelli minn ċerti vetturi ġodda bil-magni diesel - Obbligu ta' diliġenza u ta' motivazzjoni - Speċifiċità tar-rispett mill-Istat Membru notifikatur tal-valuri limiti Komunitarji ta' konċentrazzjoni tal-partiċelli fl-arja ċirkostanti’)

(2007/C 183/63)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H. Sevenster u M de Grave, agents)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, A. Alcover San Pedro u H. van Vliet, agents)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2006/372/KE tat-3 ta' Mejju 2006, dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Renju ta' l-Olanda skond l-Artikolu 95(5) KE, li jistabbilixxi l-limitu ta' emissjonijiet ta' partiċelli minn vetturi li għandhom magna diesel (ĠU L 142, p. 16)

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta' l-Olanda huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212 tat-2.9.2006.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Ġunju 2007 — IMS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/06 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Direttiva 98/37/KE - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar ta' l-interessi)

(2007/C 183/64)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Industria Masetto Schio Srl (IMS) (Schio, l-Italja) (rappreżentanti: F. Colonna u T. Romolotti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Lawunmi, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' l-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3914 tas-6 ta' Settembru 2006, dwar miżura ta' projbizzjoni, adottata mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward ta' ċerti preses mekkaniċi bit-trade mark IMS.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni ta' l-Opinjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3914 tas-6 ta' Settembru 2006, dwar miżura ta' projbizzjoni, adottata mill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward ta' ċerti preses mekkaniċi bit-trade mark IMS, hija sospiża sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi l-kawża prinċipali.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/33


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2007 — SC Gerovital Cosmetics vs L-UASI — SC Farmec (GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan)

(Kawża T-163/07)

(2007/C 183/65)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SC Gerovital Cosmetics (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: D. Boştinşă, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Farmec S.A. (Cluj-Napoca, ir-Rumanija)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-Deċiżjoni tas-27 ta' Frar 2007 tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 271/2006-2 — GEROVITAL H3; u sussegwentement

l-annullament tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 fil-proċeduri għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' l-UASI numru ta' referenza 872C 0000986 034, CTM 986034 GEROVITAL H3;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: It-trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-elementi verbali “GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan” għall-prodotti u servizzi fil-Klassi 3 u 42 — applikazzjoni Nru 986 034

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Farmec S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: It-trade mark Nazzjonali figurattiva “Gerovital H3 PROF. DR. ANA ASLAN” għal ċerti prodotti fil-Klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Iddikjarat it-trade mark invalida kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 52 u 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.

Ir-rikorrenti tikkunsidra li t-trade mark figurattiva Rumena li ġiet parzjalment assenjata lilha — fir-rigward ta' prodotti speċifiċi pprovduti fil-kuntratt ta' konċessjoni — mill-proprjetarju tar-reġistrazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali tat-trade marks hija trade mark preċedenti magħruf sew li tgawdi minn reputazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed. B'hekk, hija ssostni li hija intitolata għall-prijorità u esklussività għall-finijiet ta' reġistrazzjoni.

Barra minn hekk, kuntrarjament għad-drittijiet tal-parti l-oħra fil-proċeduri ta' kanċellazzjoni u ta' appell (minn hawn 'il quddiem, “Farmec”), ir-rikorrenti ssostni li għandha aktar drittijiet fuq it-trade mark, kemm fir-rigward tal-gamma ta' prodotti kożmetiċi li hija intitolata tipproduċi kif ukoll fir-rigward tal-kompożizzjoni tagħhom. Fuq il-bażi tal-preżunzjoni li ż-żewġ kumpanniji jgawdu minn drittijiet indaqs u distinti fuq it-trade mark GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan f'dak li jirrigwarda l-intensità tal-protezzjoni, skond ir-rikorrenti l-aspett ta' anterjorità/preċedenza imsemmi minn Farmec m'għandux ikollu piż.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li d-drittijiet tagħha ta' proprjetà jkunu affettwati b'mod serju jekk hija ma tkunx tista' takkwista l-għarfien internazzjonali u l-protezzjoni tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' konċessjoni, anki jekk hija ssostni li tgawdi mid-drittijiet u l-protezzjoni kollha fir-Rumanija.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/34


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2007 — Frosch Touristik vs L-UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE)

(Kawża T-189/07)

(2007/C 183/66)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Frosch Touristik GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Lauf, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: DSR touristik GmbH

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI) tat-22 ta' Marzu 2007 — Każ R 1084/2004-4 — kollha kemm hi u tirreferi lura l-każ lill-UASI sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li fil-konfront tagħha ntalbet dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “FLUGBÖRSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 39 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 81 406).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Applikant għad-dikjarazzjoni ta' invalidità: DSR touristik GmbH.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 51(1)(a), 7(1)(ċ) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94. (1)


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/34


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2007 — Anheuser-Busch vs L-UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER)

(Kawża T-191/07)

(2007/C 183/67)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Anheuser-Busch, Inc. (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Budějovický Budvar, národní podnik

It-talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell ta' l-UASI ta' l-20 ta' Marzu 2007 (R 299/2006-2);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell ta' l-UASI ta' l-20 ta' Marzu 2007 (R 299/2006-2), safejn din tikkonċerna l-prodotti “xarbiet mhux alkoħoliċi”;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk din tintervjeni, lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem l-UASI jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BUDWEISER” għall-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 32 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 24 646)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Budějovický Budvar, národní podnik

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni internazzjonali “BUDWEISER” (trade mark verbali) għal prodotti fil-klassi 32, ir-reġistrazzjoni internazzjonali “Budweiser Budvar” (trade mark figurattiva) għal prodotti fil-klassijiet 31 u 32, kif ukoll ir-reġistrazzjoni internazzjonali “Budweiser Budvar” (trade mark figurattiva) għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ilqugħ ta' l-oppożizzjoni u ċaħda ta' reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ksur tad-dritt li wieħed jinstemgħa, applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), kif ukoll ksur ta' l-Artikolu 43(2) ta' l-istess regolament; sussidjarjament, ksur ta' l-Artikolu 73 ta' l-imsemmi regolament minħabba nuqqas ta' motivazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2007 — Agencja Wydawnicza “Technopol” Sp. z o.o. vs L-UASI

(Kawża T-200/07)

(2007/C 183/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza “Technopol” Sp. z o.o. (rappreżentanti: D. Rzążewska, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kollha kemm hi d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Marzu 2007, Nru R 1276/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “222” għal prodotti li jinsabu fil-klassi 16.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ir-reġistrazzjoni għandha tiġi miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ir-rikors għandu jiġi miċħud.

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1) peress li, skond ir-rikorrenti, l-isem “222” la huwa deskrittiv u l-anqas mhuwa nieqes minn karattru distintiv għall-prodotti indikati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, ĠU L 11, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/35


Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Ġunju 2007 — Agencja Wydawnicza “Technopol” Sp. z o.o. vs L-UASI

(Kawża T-201/07)

(2007/C 183/69)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza “Technopol” Sp. z o.o. (rappreżentanti: D. Rzążewska, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kollha kemm hi d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Marzu 2007, Nru R 1277/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “333” għal prodotti li jinsabu fil-klassi 16.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ir-reġistrazzjoni għandha tiġi miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ir-rikors għandu jiġi miċħud.

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1) peress li, skond ir-rikorrenti, l-isem “333” la huwa deskrittiv u l-anqas mhuwa nieqes minn karattru distintiv għall-prodotti indikati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, ĠU L 11, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2007 — Agencja Wydawnicza “Technopol” Sp. z o.o. vs L-UASI

(Kawża T-202/07)

(2007/C 183/70)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza “Technopol” Sp. z o.o. (rappreżentanti: D. Rzążewska, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kollha kemm hi d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Marzu 2007, Nru R 1278/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “555” għal prodotti li jinsabu fil-klassi 16.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ir-reġistrazzjoni għandha tiġi miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ir-rikors għandu jiġi miċħud.

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1) peress li, skond ir-rikorrenti, l-isem “555” la huwa deskrittiv u l-anqas mhuwa nieqes minn karattru distintiv għall-prodotti indikati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, ĠU L 11, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ġunju 2007 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/07)

(2007/C 183/71)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eurallumina (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: L. Martin Alegi, R. Denton u E. Cormack, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Jew:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tordna li l-eżenzjoni preżenti awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KEE hija legali sal-31 ta' Diċembru 2006 u li kull somma mogħtija mill-Istat Taljan m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala għajnuna illegali mogħtija mill-Istat, jew minn ta' l-anqas m'għandiex tiġi rkuprata; jew

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi u tiddikjara li l-eżenzjoni preżenti awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KEE hija legali sal-31 ta' Diċembru u u li kull somma mogħtija mill-Istat Taljan m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala għajnuna illegali mogħtija mill-Istat, jew minn ta' l-anqas m'għandiex tiġi rkuprata; jew

tordna li l-irkupru m'għandux ikun ta' iktar minn EUR 3 għal kull tunnellata.

Jew:

tannulla l-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tad-deċiżjoni kkontestata safejn dawn jirrigwardaw lil Eurallumina; jew

tordna li l-eżenzjoni preżenti awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KEE hija legali sal-31 ta' Diċembru u li kull somma mogħtija mill-Istat Taljan m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala għajnuna illegali mogħtija mill-Istat, jew minn ta' l-anqas m'għandiex tiġi rkuprata; jew

tannulla l-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tad-deċiżjoni kkontestata safejn dawn jirrigwardaw lil Eurallumina u tordna li l-eżenzjoni preżenti awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KEE hija legali sal-31 ta' Diċembru u li kull somma mogħtija mill-Istat Taljan m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala għajnuna illegali mogħtija mill-Istat, jew minn ta' l-anqas m'għandiex tiġi rkuprata; jew

tordna li l-irkupru m'għandux ikun ta' iktar minn EUR 3 għal kull tunnellata.

Sussidjarjament, timmodifika l-Artikoli 5 u 6 tad-deċiżjoni kkontestata safejn dawn jirrigwardaw lil Eurallumina b'tali mod li skond l-eżenzjoni preżenti sal-31 ta' Diċembru 2006, kull somma mogħtija mill-Istat Taljan m'għandhiex tiġi rkuprata; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 286 finali tas-7 ta' Frar 2007 li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa mogħtija minn Franza, l-Irlanda u l-Italja fir-rigward ta' żejt tqil karburanti li jintuża fil-produzzjoni ta' l-alumina b'effett mill-1 ta' Jannar 2004 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) KE u li parti minn din l-għajnuna kienet inkompatibbli mas-suq komuni.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-kontinwazzjoni ta' l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għall-produzzjoni ta' l-alumina f'Sardinja anke wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1) fl-1 ta' Jannar 2004 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat, minħabba li l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva u l-Anness II tagħha espliċitament jipprovdu li din l-eżenzjoni, li kienet approvata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/224/KE (2), tibqa' valida sal-31 ta' Diċembru 2006. Għalhekk, skond ir-rikorrenti, id-Direttiva 2003/96/KE espliċitament tikkonvalida l-eżenzjoni speċifika mid-dazju tas-sisa mogħtija lir-rikorrenti sal-31 ta' Diċembru 2006.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li anke jekk l-eżenzjoni approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KE hija, prima facie, miżura selettiva, din hija ġġustifikata min-natura u l-loġika in ġenerali' tar-regoli Komunitarji u tas-sistema tat-taxxa Taljana, u għaldaqstant, mhijiex għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li anke jekk l-eżenzjoni approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KE tiġi kkunsidrata bħala għajununa mill-Istat, din tikkwalifika għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni ta' l-Artikolu 87(1) KE tar-regoli dwar l-għajnuna għall-ambjent. (3)

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, billi ddeċidiet li l-applikazzjoni għall-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni ta' l-alumina, fost l-oħrajn, f'Sardinja kienet għajnuna mill-Istat li tista' tiġi rkuprata b'effett mill-1 ta' Jannar 2004, kisret il-prinċipji ta' l-aspettattivi leġittimi, taċ-ċertezza legali, tal-preżunzjoni tal-validità, ta' lex specialis, ta' effet utile u ta' amministrazzjoni tajba u dan peress li r-rikorrenti kellha aspettattivi leġittimi li l-eżenzjoni approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KE sal-31 ta' Diċembru 2006 kienet att Komunitarju legalment validu u li kull miżura li ttieħded mill-awtoritajiet Taljani u mir-rikorrenti sabiex jimplementaw u jibbażaw ruħhom fuq din id-Deċiżjoni ma kellhiex twassal għal riżultat illegali.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU 2003 L 283, p. 51).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa u l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa fuq ċerti żjut minerali meta jintużaw għal skopijiet speċifiċi (ĠU 2001 L 84, p. 23).

(3)  Linji gwidi tal-Komunità dwar l-għajnuna ta' l-istat għall-ħarsien ta' l-ambjent (ĠU 2001 C 37, p. 3), b'mod partikolari l-paragrafu 51(1)(a) u (b).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/37


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 — BOT Elektrownia Belchatów et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/07)

(2007/C 183/72)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BOT Elektrownia Bełchatów S.A (Rogowiec, il-Polonja) BOT Elektrownia Turów S.A. (Bogatynia, il-Polonja), BOT Elektrownia Opole S.A. (Brzezie, il-Polonja), Elektrownia “Kozienice” S.A. (Świerże Górne, il-Polonja), Elektrownia Połaniec S.A. — Grupa Electrabel Polska (Połaniec, il-Polonja), Elektrownia “Rybnik” S.A. (Rybnik, il-Polonja), Elektrownia Skawina S.A. (Skawina, il-Polonja), Elektrownia “Stalowa Wola” S.A. (Stalowa Wola, il-Polonja), Południowy Koncern Energetyczny S.A. (Katowice, il-Polonja), Zespół Elektrowni Dolna Odra S.A. (Nowe Czarnowo, il-Polonja), Zespół Elektrowni Ostrołęka S.A. (Ostrołęka, il-Polonja) u Zespół Elektrowni Pątnów-Adamów-Konin S.A. (Konin, il-Polonja) (rappreżentanti: B. Krużewski, M. Ciemiński, J. Młot-Schönthaler, N. Dodoo u S. Boullart, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitijiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta ta' emenda tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra għall-perijodu 2008-2012 innotifikat lill-Polonja skond id-Direttiva 2003/87/KE (1).

In sostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni żbaljat meta adottat deċiżjoni li sostanzjalment tnaqqas, inter alia, il-kwantità totali ta' kwoti ta' emissjoni tas-CO2 li installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jemettu.

F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-forom sostanzjali stabbiliti mid-Direttiva 2003/87/KE billi hija i) adottat illegalment id-deċiżjoni kkontestata wara li skada l-perijodu ta' tliet xhur stabbilit mill-Artikolu 9(3) tad-Direttiva, u ii) illegalment naqqset id-dritt tar-rikorrenti li jiġu kkonsultati qabel l-adozzjoni mill-Polonja ta' pjan definittiv ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra għall-perijodu 2008-2012.

Barra minn dan, ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Kummissjoni abbużat mill-poteri mogħtija lilha mid-Direttiva 2003/87/KE billi hija i) adottat rata wisq baxxa ta' żieda fil-PGD għall-Polonja u relazzjoni tat-tnaqqis ta' emissjoni wisq stretta, li wasslu għal allokazzjoni ta' stima baxxa ħafna tal-kwota totali ta' emissjonijiet għall-Polonja; u ii) fixklet l-għan proprju tad-direttiva bħala strument effettiv fl-ispiża sabiex jintlaħqu l-obbligi ta' emissjoni ta' gassijiet serra tal-partijiet tal-Protokoll ta' Kyoto billi jitnaqqas il-livell nazzjonali ta' emissjoni għall-2008-2012 ħafna lil hinn minn dak li kien mitlub mill-Polonja sabiex twettaq l-għan ta' Kyoto.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jikkontestaw li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-prinċipji ta' ċertezza legali, proporzjonalità, trattament ugwali u l-obbligu ta' kooperazzjoni instituzzjonali kif ukoll l-obbligu ta' motivazzjoni.


(1)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU 2003 L 275, p. 32).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2007 — Gaedertz vs L-UASI — Living Byte Software (Global Remote)

(Kawża T-209/07)

(2007/C 183/73)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrent: Johann-Christoph Gaedertz (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. M. Gerstenberg)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Living Byte Software GmbH

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta' April 2007, R 272/2005-4;

tannulla t-trade mark Komunitarja “Global Remote” Nru 1466499;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: it-trade mark figurattiva “Global Remote” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1466499).

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: Living Byte Software GmbH.

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: ċaħda tat-talba għad-dikjarazzjoni ta' invalidità.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: b'mod partikolari, il-ksur ta'l-Artikoli 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark Komunitarja li tagħha qed tintalab id-dikjarazzjoni ta' invalidità hija nieqsa mill-karattru distintiv neċessarju u hija ta' natura purament deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/39


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2007 — RSA Security Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/07)

(2007/C 183/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RSA Security Ireland Ltd (Shannon, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Daly, Solicitor u B. Conway, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, kif innotifikata lir-rikorrenti mill-Kummissarji tat-Taxxi fit-30 ta' Marzu 2007, peress li ma tikklassifikax il-prodott tar-rikorrenti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja taħt in-Nomenklatura Magħquda b'riferenza għall-karatteristiċi u kwalitajiet oġġettivi tal-prodott;

tiddikjara li l-klassifikazzjoni doganali tal-prodott għandha tiġi stabbilita skond il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott, jiġifieri bħala unità ta' magna awtomatika għal ipproċessar ta' data, u għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat skond it-termini tal-Kapitolu 8471 tan-Nomenklatura Magħquda; jew, alternattivament

tiddikjara li l-prodott għandu jiġi kklassifikat b'riferenza għall-karatteristiċi essenzjali tiegħu bħala magna għall-ipproċessar tad-data jew apparat skond il-Kapitolu 8470 tan-Nomenklatura Magħquda;

tiddikjara li skond ir-regoli aċċettati ta' klassifikazzjoni ta' prodotti għall-iskopijiet ta' dwana Komunitarja, il-karatteristika essenzjali tal-prodott mhijiex dik ta' apparat ta' sigurtà jew mezz ta' aċċess għal data kemm jekk miżmuma fuq magna awtomatika għal ipproċessar ta' data jew le;

tordna r-rimborż lir-rikorrenti ta' dawk id-dazji doganali li tħallsu minnha fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-prodott fil-Komunità sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni flimkien mal-ħlas ta' l-interessi lir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrenti kienet innotifikata biha permezz ta' messaġġ elettroniku tat-30 ta' Marzu 2007 mill-Kummissarji tat-Taxxi, b'risposta għal applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja obbligatorja ppreżentata mir-rikorrenti fir-rigward ta' apparat ta' sigurtà li jista' jitwaħħal ma' magna awtomatika għal ipproċessar ta' data msejħa “SID 800 Product”.

Ir-rikorrenti tgħid li d-deċiżjoni kif innotifikata fl-ewwel istanza lill-Kummissarji tat-Taxxi u b'hekk lir-rikorrenti stess naqset milli tikklassifika l-prodott tar-rikorrenti b'riferenza għall-karatteristiċi u kwalitajiet oġġettivi tiegħu, u stabbilixxiet il-klassifikazzjoni tariffarja b'mod li jikkostitwixxi żball fundamentali fid-dritt.

Ir-rikorrenti tkompli billi tgħid li l-klassifikazzjoni tariffarja korretta tal-prodott b'riferenza għall-karatteristiċi essenzjali tiegħu għandha tkun dik ta' magna awtomatika għal ipproċessar ta' data skond il-Kapitolu 8471 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) peress li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti tan-Nota 5(B) tal-Kapitolu 8471 għal tali klassifikazzjoni, jew huwa minnu nnifsu magna awtomatika għal ipproċessar ta' data.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tgħid li l-klassifikazzjoni tariffarja korretta tal-prodott b'riferenza għall-karatteristiċi oġġettivi tiegħu hija dik ta' magna għall-ipproċessar tad-data skond il-Kapitolu 8470 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tgħid li l-aġir tal-Kummissjoni fl-iproċessar ta' l-applikazzjoni tagħha għal informazzjoni tariffarja obbligatorja tal-prodott abbażi tal-karatteristiċi tal-prodott bħala unità ta' magna awtomatika għal ipproċessar ta' data jammonta għal nuqqas ta' applikazzjoni tajba tal-liġi u abbuż ta' poter.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU 1992, L 302, p. 1).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/39


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2007 — AWWW vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol

(Kawża T-211/07)

(2007/C 183/75)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrenti: AWWW GmbH ArbeitsWelt — Working World (Göttingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Schreier, M. Kappuhne, avukati)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tal-proċedura mħaffa ristretta ta' l-għoti ta' l-appalt Nru 2007/S 13-014125 ippubblikata fil-ĠU S 13 fid-19 ta' Jannar 2007 fir-rigward ta' servizzi ta' informazzjoni u analiżi tal-kwalità tax-xogħol u l-impjieg, fuq ir-relazzjonijiet industrijali u fuq ir-ristrutturazzjoni fuq livell Ewropew, forniti mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-imsemmija proċedura ta' għoti ta' kuntratt ma tmexxietx b'mod ġust mill-konvenuta.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li, l-motivi għaċ-ċaħda ta' l-offerta tagħha ma kienux motivati suffiċjentement. B'mod partikolari, is-siltiet tar-rapport ta' evalwazzjoni mibgħuta lir-rikorrenti, allegatament ma jispjegawx b'mod xieraq ir-raġuni għalfejn il-kuntratt ingħata lil kandidat ieħor.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-ittra tal-konvenuta ta' l-15 ta' Mejju 2007 fiha vizzji ta' forma peress li l-Anness B tar-rapport ta' evalwazzjoni, allegatament ma kienx iffirmat mill-persuni responsabbli għall-evalwazzjoni ta' l-offerti.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/40


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ġunju 2007 — Harman International Industries vs L-UASI — Becker (Barbara Becker)

(Kawża T-212/07)

(2007/C 183/76)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Barbara Becker (Miami, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1), li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tal-15 ta' Frar 2005.

tordna li l-applikazzjoni Nru 2 939 072 għal trade mark Komunitarja tiġi miċħuda fit-totalità tagħha

tordna li l-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ispejjeż.inkorsi quddiem il-Bord ta' Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Barbara Becker

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Komunitarja “Barbara Becker” għall-prodotti fil-klassi 9 — applikazzjoni Nru 2 939 072

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Harman International Industries, Inc

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade marks verbali Komunitarji “BECKER” u “BECKER ONLINE PRO” għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Laqgħet l-appell u ċaħdet l-oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (“RTMK”)

Ir-rikorrenti tallega li l-Bord applika b'mod ħażin l-Artikolu 8(1)(b) RTMK meta sab li ma kienx hemm xebħ kunċettwali bejn it-trade mark tar-rikorrenti “BECKER” u s-sinjal li għalih applikat “Barbara Becker”, u għaldaqstant li ma kienx hemm probabbilità ta' konfużjoni. Minbarrra dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord għamel żball ta' dritt fl-applikazzjoni tiegħu ta' l-Artikolu 8(5) RTMK meta kkonstata li ma kienx hemm ness bejn is-sinjal li għalih applikat “Barbara Becker” u t-trade mark Komunitarja fiha nfisha.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/40


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ġunju 2007 — Donnici vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-215/07)

(2007/C 183/77)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Beniamino Donnici (rappreżentanti: M.Sanino, G.Roberti, I.Perego, P.Salvatore, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007, dwar il-verifika tas-setgħat tar-rikorrent;

tiddikjara l-Artikolu 3(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew bħala illegali skond l-Artikolu 241 tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża tiddikjara li l-mandat bħala Membru tal-Parlament Ewropew ta' l-Onorevoli Beniamino Donnici huwa invalidu, li l-elezzjoni tiegħu kienet ikkomunikata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, u tikkonferma l-validità tal-mandat ta' l-Onorevoli Achille Ochetto.

F'dan ir-rigward, jiġi enfasizzat li l-Consiglio di Stato, b'sentenza definittiva li saret res judicata, annulla l-proklama bħala Membru tal-Parlament Ewropew ta' l-Onorevoli Achille Ochetto.

In sostenn tal-pretensjonijiet tiegħu, ir-rikorrent jgħid li l-Parlament Ewropew:

ma kienx kompetenti biex jiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat bħala Membru tal-Parlament Ewropew mogħti lill-Onorevoli Beniamino Donnici;

kiser l-Artikolu 12 ta' l-Att ta' l-1976, liema liġi ma tippermettilux li jqiegħed in diskussjoni d-deċiżjonijiet mogħtija mill-awtorità nazzjonali fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom;

applika ħażin l-Artikolu 3(5) tar-Regoli tal-Proċedura, li fil-konfront tiegħu tqajmet eċċezzjoni ta' illegalità sa fejn dan mhuwiex konformi ma' l-Att ta' l-1976. L-istess Regoli tal-Proċedura, bħala sors ta' dritt derivat, ma jistgħux minnhom innifishom jagħtu lill-Parlament Ewropew kompetenzi li mhumiex diġà stabbiliti mill-Att;

qies b'mod żbaljat li setgħa jiddikjara l-ksur ta' l-Artikolu 6 ta' l-Att ta' l-1976 u barra minn hekk kiser il-prinċipju ta' res judicata billi “applika ħażin” is-sentenzi, issa definittivi, deċiżi fuq il-kwistjoni mill-qrati nazzjonali;

ma mmotivax b'mod xieraq id-deċiżjoni kkontestata u b'mod partikolari ma spjegax liema huma r-raġunijiet li wassluh sabiex ma jieħux in kunsiderazzjoni l-parir kuntrarju mogħti f'dan ir-rigward mis-Servizz Legali tiegħu.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2007 — Neue Erba Lautex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-181/02) (1)

(2007/C 183/78)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President ta' l-Ewwel Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 202 ta' l-24.8.2002.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Mejju 2007 — Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/02) (1)

(2007/C 183/79)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 8.3.2003.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni vs TH Parkner

(Kawża T-266/06) (1)

(2007/C 183/80)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294 tat-2.12.2006.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/42


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 — da Silva vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/06) (1)

(Uffiċjali - Ħatra fi grad - Pożizzjoni ta' direttur ippubblikat qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Emenda tar-Regolament tal-Persunal - Artikoli 2 u 5(5) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Klassifikazzjoni fi grad skond id-dispożizzjonijiet ġodda inqas favorevoli - Prinċipju skond liema kull uffiċjal huwa eliġibbli li jiżviluppa l-karriera tiegħu)

(2007/C 183/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joao da Silva (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, H. Kraemer u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2005 li taħtar lir-rikorrent bħala direttur safejn din tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad A*14 minnflok il-grad A2 indikat fin-notifika ta' pożizzjoni battala ppubblikata fl-2003, u min-naħa l-oħra, it-tqegħid lura tar-rikorrent fil-grad A*15(ex A2) kif ukoll ir-rikostituzzjoni tal-karriera tiegħu b'effett retroattiv.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-18 ta' Mejju 2005, safejn din tirrigwarda l-klassifikazzjoni tas-Sur da Silva bħala direttur fil-grad A*14 skala 2, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tas-Sur da Silva.

3)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa ordnat ibati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 108 tas-6.5.2006 p. 31.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/42


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 — Bianchi vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

(Kawża F-38/06) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal temporanju - Kuntratt għal perijodu stabbilit - Nuqqas ta' tiġdid - Inkompetenza - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

(2007/C 183/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Irène Bianchi (Turin, L-Italja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avocat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentanti: M. Dunbar, assistit minn G. Vandersanden, avocat)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ li ma ġġeddidx il-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 143 tas-17.6.2006, p. 37.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta' Ġunju 2007 — Davis et vs Il-Kunsill

(Kawża F-54/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Koeffiċjenti tal-korrezzjoni - Irtirar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004 - Applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni kkalkulati skond l-għoli tal-ħajja medju fil-pajjiż ta' residenza tal-pensjonanti - Skema tranżitorja - Tneħħija tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni għad-drittijiet għal pensjoni miksuba wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004)

(2007/C 183/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Davis et (Bolton, Ir-Renju Unit) u tlieta oħra [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati]

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti]

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu d-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti, inkwantu l-parti tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni miksuba wara t-30 ta' April 2004 mhijiex suġġetta għal koeffiċjent tal-korrezzjoni u inkwantu l-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikat għall-parti tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni miksuba qabel it-30 ta' April 2004 huwa differenti minn dak li għalih hija suġġetta r-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali li jaħdmu fir-Renju Unit jew fid-Danimarka.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 154 1.7.2006 p. 28.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2007 — Wolfgang A. Mandt vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-45/07)

(2007/C 183/84)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Wolfgang A. Mandt (Kreuztal, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Kolb)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta' Frar 2007 li tnaqqas il-pensjoni ta' armel tar-rikorrent b'50 %,

tikkundanna lill-konvenut iħallas retroattivament lir-rikorrent, mill-1 ta' April 2006, 50 % iżjed tal-pensjoni ta' armel tal-mejta martu Gisela Neumann u jkompli jħallas dan l-ammont kull xahar.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew naqqas b'50 % l-pensjoni ta' armel li r-rikorrent jibbenefika minna bħala armel ta' Gisela Neumann, billi invoka n-nuqqas ta' rikonoxximent tas-sentenza Belġjana ta' divorzju maqtugħha fl-1995 li tirrigwarda l-mejta martu fir-rigward ta' l-ewwel raġel tagħha, li saret res judicata.

Ir-rikors sar kontra n-nuqqas ta' rikonoxximent ta' din is-sentenza u kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/22003 tas-27 ta' Novembru 2003. Ir-rikorrent isostni li huwa l-uniku “konjuġi sopravissut”, għaliex iż-żwieġ tiegħu mal-mejta huwa legalment validu (Artikolu 18 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal).


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/43


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2007 — Tiralongo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/07)

(2007/C 183/85)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giuseppe Tiralongo (Ladispoli, L-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u S. Frazzani, avvocati )

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

jordna lill-Kummissjoni tipprovdi l-informazzjoni u tipproduċi d-dokumenti relattivi għar-reklutaġġ u għat-tiġdid suċċessiv tal-kuntratt ma' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (iktar 'il quddiem l-“OLAF”) tas-Sinjura X, kif ukoll isejjaħ lil din ta' l-aħħar bħala xhud;

jadotta l-miżuri kollha ta' organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji neċessarji għall-finijiet li jiġi evalwat il-ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni;

jikkundanna l-Kummissjoni tħallas is-somma ta' 460 000 EUR, jew somma oħra li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu li hija ġusta, bħala kumpens għad-dannu materjali kkawżat lir-rikorrent;

jikkundanna l-Kummissjoni tħallas is-somma ta' 100 000 EUR, jew somma oħra li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu li hija ġusta, bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrent;

jordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, membru tal-persunal temporanju ma' l-OLAF sat-30 ta' April 2005, jitlob kumpens għad-dannu li skondu jirriżulta minn sensiela ta' aġir illegali li wettqet il-Kummissjoni fil-kuntest tat-tiġdid tal-kuntratt tiegħu. Dan l-aġir illegali jirrigwarda b'mod partikolari: i) il-ksur tar-reġoli applikabbli u tal-ġurisprudenza rilevanti fir-rigward tas-servizz pubbliku; ii) il-ksur tal-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi; iii) il-ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/44


Rikors imressaq fil-11 ta' Ġunju 2007 — Gerochristos vs Il-Parlament

(Kawża F-56/07)

(2007/C 183/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Gerochristos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E.Boigelot, avocat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament tas-26 ta' Settembru 2006 li taħtar lir-rikorrent bħala uffiċjal taħt prova fil-grupp tal-funzjoni ta' l-amministraturi bil-klassifikazzjoni fil-grad AD6, skala 3;

tannulla d-Deċiżjoni sussegwenti tal-Parlament li tinżamm somma ta' EUR 994.95 mis-salarju bażiku tar-rikorrent u li din is-somma tingħatalu lura fl-iqsar terminu ta' żmien li jsegwi d-deċiżjoni ta' annullament għal intervent;

tordna lill-konvenut sabiex iħallas, bħala kumpens għal danni legali u materjali u għall-ħsara lill-karriera tar-rikorrent, is-somma ta' EUR 25 000, bla ħsara għad-dritt ta' żieda u/jew tnaqqis matul il-proċeduri;

tordna lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO A/18/04 (1), li l-avviż tagħha kien ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta' Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (2), kien membru tal-persunal temporanju fil-grad AST 8 fiż-żmien meta ġie rreklutat bħala uffiċjal fil-grad AD 6.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka, primarjament, il-ksur tad-dmir ta' motivazzjoni previst fl-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il-quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), peress li l-amministrazzjoni qatt ma tagħtu spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għalfejn ġie kklassifikat fil-grad AD 6 kif ukoll dwar id-deċiżjoni li tinżamm is-somma ta' EUR 994.95 mis-salarju bażiku tiegħu.

It-tieni nett, ir-rikorrent, minn naħa, jinvoka l-ksur ta' l-Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal, ta' l-Artikoli 2 u 8 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dispożizzjonijiet ta' l-avviż tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, iqajjem eċċezzjoni ta' illegalità ta' l-Artikolu 13(1) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li l-amministrazzjoni applikat b'mod ħażin il-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni, b'mod partikolari peress li sab ruħu ppenalizzat meta mqabbel mal-membri tal-persunal temporanji u l-uffiċjali li kienu bbenefikaw minn klassifikazzjoni iktar vantaġġuża skond l-Artikolu 5(2) u (4) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal jew ta' xi dispożizzjonijiet adottati mill-Bureau tal-Parlament fit-13 ta' Frar 2006.

Ir-raba' nett, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta' l-aspettattivi leġittimi, b'mod partikolari peress li l-avviż tal-kompetizzjoni kien intiż sabiex jistabbilixxi lista ta' reklutaġġ ta' amministraturi fil-grad A7/A6.

Il-ħames nett, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u tad-dmir tal-premura.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li meta żammet is-somma msemmija iktar 'il fuq mis-salarju bażiku tiegħu, l-amministrazzjoni kisret l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal.


(1)  ĠU C 94 A tal-21.4.2004 p. 1.

(2)  ĠU L 124 tas-27.4.2004, p. 1.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/45


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 — Wiedmann vs Il-Parlament

(Kawża F-57/07)

(2007/C 183/87)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Wiedmann (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Ġunju 2006 li nnominat lir-rikorrent bħala uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej, sa fejn tistabbilixxi il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD6, skala 1;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża F-12/06 (1).


(1)  ĠU UE C 86 tat-8.4.2006, p. 48.