ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
4 ta' Awwissu 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kunsill

2007/C 182/01

Opinjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat ta' l-Awstrija, 2006-2010

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 182/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

5

2007/C 182/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4628 — Salzgitter/Vallourec) ( 1 )

6

2007/C 182/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4739 — Halder/NPM Capital/ANP) ( 1 )

6

2007/C 182/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4783 — Bain Capital/Bavaria Yachtbau) ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 182/06

Rata tal-kambju ta' l-euro

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 182/07

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol ( 1 )

9

2007/C 182/08

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ ( 1 )

12

2007/C 182/09

Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 182/10

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4798 — BP/Associated British Foods/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 182/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

20

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kunsill

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Lulju 2007

dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat ta' l-Awstrija, 2006-2010

(2007/C 182/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' linji politiċi ekonomiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2007 il-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat ta' l-Awstrija, li jkopri l-perijodu bejn l-2006 u l-2010. Wara l-elezzjonijiet ġenerali ta' Ottubru 2006, ġie ffurmat gvern ġdid f'Jannar 2007, li fid-29 ta' Marzu 2007, ippreżenta lill-Parlament il-baġit parallel għall-2007/2008. Fl-istess jum, ġie ppreżentat il-programm ta' stabbiltà aġġornat, tliet xhur u nofs wara t-terminu perentorju għall-Awstrija tal-15 ta' Diċembru li jinsab fil-kodiċi tal-kondotta.

(2)

Ix-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PGD ser jonqos minn livell għoli ċikliku ta' 3,1 % fl-2006 għal 2

Formula

% fil-medja matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Stmat fl-isfond ta' l-informazzjoni disponibbli attwalment, dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir kemmxejn kawti sa l-2008, peress li data riċenti turi tkabbir aktar robust. Għas-snin l-aktar imbiegħda tal-perijodu tal-programm, il-previżjoni tidher plawsibbli, anke jekk ir-rati ta' tkabbir huma kemmxejn għola mir-rata potenzjali ta' tkabbir medja kkalkulata mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru realistiċi.

(3)

Għall-2006, id-defiċit ġenerali tal-gvern ammonta għal 1,1 % tal-PGD, kontra mira ta' 1,7 % tal-PGD stabbilit fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. Dan it-titjib fil-valuri jirriżulta mill-iżviluppi ċikliċi aħjar milli mistenni. Għalkemm il-proporzjon bejn id-dħul u l-PGD naqas xi ftit meta mqabbel mas-sena ta' qabel, irriżulta ogħla b'iktar minn punt perċentwali wieħed iktar mill-mira. Tkabbir tal-PGD ogħla milli mistenni kkontribwixxa għat-tnaqqis fil-proporzjon bejn in-nefqa u l-PGD meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Madankollu, il-proporzjon bejn in-nefqa u l-PGD żdied b'iktar minn

Formula

punt perċentwali fuq il-mira, li jindika li l-eżekuzzjoni baġitarja ma kinitx stretta daqs kemm kien ippjanat.

(4)

L-għan prinċipali ta' l-istrateġija baġitarja huwa li jintlaħaq baġit ibbilanċjat fuq iċ-ċiklu, li jaħsad il-benefiċċji ta' riforma amministrattiva waqt li jissaħħaħ l-infiq f'bosta kategoriji. Meta mqabbel ma' l-aġġornament ta' qabel, dan ta' l-aħħar huwa rifless fil-posponiment tal-konsolidazzjoni baġitarja għas-snin imbiegħda tal-perijodu tal-programm. L-aġġornament juri l-pożizzjoni ġenerali tal-gvern għat-titjib minn żbilanċ minn 1,1 % tal-PGD fl-2006 għal bilanċ favorevoli ta' 0,4 % fl-2010. Il-konsolidazzjoni, li tmur lura għall-aħħar sentejn tal-perijodu tal-programm, hija ppjanata li tkun ibbażata fuq in-nefqa, fejn il-fatturi prinċipali huma t-trażżin fl-infiq soċjali u t-tneħħija gradwali ta' xi nfiq speċifiku. Meta mqabbel mal-programm ta' qabel, l-aġġornament il-ġdid imur lura aktar mill-aġġustament ippjanat kontra xenarju makroekonomiku li hu aktar favorevoli.

(5)

Il-posponiment ta' l-aġġustament baġitarju huwa rifless ukoll fil-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett minn miżuri ta' darba u oħrajn temporanji) kkalkulat skond il-metodoloġija komuni miftiehma, li titjieb biss gradwalment ħafna minn defiċit ta' madwar 1 % tal-PGD fl-2006 u jvarja għal bilanċ favorevoli żgħir biss sat-tmiem tal-perijodu tal-programm. Skond il-programm, il-profil ta' l-aġġustament huwa effettwat mix-xiri ta' tagħmir militari bejn l-2007 u l-2009, li, b'differenza mill-previżjonijiet tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni, jitqies bħala miżura ta' darba li żżid id-defiċit. Bħal fl-aġġornament ta' qabel tal-programm ta' stabbiltà, l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) għall-pożizzjoni baġitarja ppreżentata fil-programm hija pożizzjoni bbilanċjata f'termini strutturali. Madankollu, il-programm għandu l-mira li kważi jilħaq l-MTO sa l-2009 u biex jaqbżu xi ftit fl-2010, aktar milli biex jiksbu diġà fl-2008 bħal fl-aġġornament ta' qabel. Peress li l-MTO jitlob aktar mill-punt ta' referenza minimu (stmat f'defiċit ta' madwar 1

Formula

% tal-PGD), il-kisba tiegħu għandha tissodisfa l-mira li jiġi pprovdut marġni ta' sigurtà kontra l-okkorrenza ta' defiċit eċċessiv. L-MTO jinsab fil-firxa indikata għall-Istati Membri taż-żona ta' l-euro u l-ERM II fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-kodiċi ta' kondotta u jirrifletti b'mod adegwat il-proporzjon tad-dejn u t-tkabbir potenzjali medju fil-produzzjoni għal perijodu fit-tul.

(6)

Ir-riskji għall-previżjonijiet baġitarji fil-programm jidhru ġeneralment ibbilanċjati għall-2007 u l-2008, iżda għall-2009 u l-2010, r-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti, minkejja suppożizzjonijiet makroekonomiċi plawsibbli. Tabilħaqq, il-proporzjoni bejn in-nefqa u l-PGD huwa previst li jaqa' sinifikattivament fl-aħħar sentejn. It-tneħħija ta' xi nfiq speċifiku, b'mod partikolari fuq tagħmir militari, u t-tfaddil fl-infiq fuq benefiċji tal-qgħad u fuq il-pensjonijiet, bħala riżultat tar-riforma tal-pensjoni ta' l-2004, għandhom jikkontribwixxu għan-nuqqas bejn in-nefqa u l-PGD fis-snin l-aktar imbiegħda. Min-naħa l-oħra, ser isir infiq addizzjonali fuq l-edukazzjoni, l-R&Ż u l-infrastruttura tul il-perijodu tal-programm, waqt li ż-żidiet mistennija fl-effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika jibqgħu inċerti. Finalment, il-programm ta ħjiel tal-possibblità ta' tnaqqis ulterjuri fit-taxxi ffinanzjat mit-tfaddil fl-infiq ippjanat.

(7)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni ta' riskju, il-pożizzjoni baġitarja fil-programm tista' ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura li jintlaħaq l-MTO sa l-2010, kif previst fil-programm. Il-previżjoni tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tistma li d-defiċit strutturali ser jitwessa' fl-2007 u l-2008. Iżda, marġni ta' sigurtà suffiċjenti biex jagħmel tajjeb għall-ksur tal-limitu tad-defiċit tat-3 % tal-PGD bil-flutwazzjonijiet makroekonomiċi normali jinżamm tul il-perijodu tal-programm. Ir-ritmu ta' l-aġġustament lejn l-MTO implikat mill-programm huwa insuffiċjenti u għandu jissaħħaħ, speċjalment fl-2007 u l-2008, biex ikun konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li jispeċifika li, għall-Istati Membri taż-żona ta' l-euro u ta' l-ERM II, it-titjib annwali fil-bilanċ strutturali għandu jkun ta' 0,5 % tal-PGD bħala punt ta' referenza u li l-aġġustament għandu jkun ogħla fi żminijiet ekonomiċi tajbin u jista' jkun aktar baxx fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B'mod partikolari, bejn l-2007 u l-2009 huwa ppjanat biss titjib limitat fil-bilanċ strutturali, meta l-Awstrija hija mistennija tesperjenza żminijiet tajbin. Din il-konklużjoni hija kkonfermata anke jekk wieħed iqis ix-xiri ta' tagħmir militari biex jikkostitwixxi miżura ta' darba li żżid id-defiċit, kif jagħmel il-programm.

(8)

Id-dejn gross tal-gvern huwa stmat li naqas għal 62,2 % tal-PGD fl-2006, xorta iktar mis-60 % tal-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PGD fit-Trattat. Il-programm jipprevedi li l-proporzjon tad-dejn ser jaqa' taħt il-valur ta' referenza sa' l-2008 u biex jonqos iktar għal 56,8 % tal-GPD sa l-aħħar sena tal-perijodu tal-programm. Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' riskju, il-proporzjon tad-dejn jidher li qed jonqos b'mod suffiċjenti lejn il-valur ta' referenza fil-parti bikrija tal-perijodu tal-programm u huwa ppjanat li jilħqu sa l-2007.

(9)

L-impatt baġitarju għat-tul tat-tixjiħ fl-Awstrija huwa inqas sew mill-medju ta' l-UE, bl-infiq fuq il-pensjonijiet mistenni li jonqos bħala parti mill-GPD tul perijodu fit-tul, bħala konsegwenza tat-trażżin ta' l-infiq sinifikanti mistenni mir-riforma tal-pensjoni ta' l-2004. Il-pożizzjoni baġitarja inizjali, b'bilanċ primarju strutturali, tikkontribwixxi għat-tnaqqis l-impatt baġitarju fit-tul ta' popolazzjoni li qed tixjiħ. Bilanċ favorevoli primarju dejjem jiżdied matul perijodu medju, kif kien imħabbar fil-programm, kif ukoll żieda fir-rata ta' l-impjieg ta' ħaddiema akbar fl-età ser jikkontribwixxu għall-kontroll tar-riskji tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. B'mod ġenerali, l-Awstrija tidher li qiegħda f'riskju baxx fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(10)

Il-programm ta' stabbiltà fih valutazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tar-rapport ta' Settembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma fl-istrateġija fiskali għall-perijodu medju. Barra minn hekk, dan jipprovdi xi informazzjoni dwar l-ispejjeż jew it-tfaddil baġitarju diretti tar-riformi ewlenin previsti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-implikazzjonijiet għall-finanzi pubbliċi ta' l-azzjonijiet deskritti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma huma ġeneralment konsistenti mal-previżjonijiet baġitarji tiegħu. Il-miżuri fil-qasam tal-finanzi pubbliċi previsti fil-programm ta' stabbiltà jidhru konsistenti ma' dawk previsti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. B'mod partikolari, tfaddil mistenni mir-riforma amministrattiva u r-rinfunzar ta' l-infiq fuq R&Ż huma mressqa fiż-żewġ programmi.

(11)

L-istrateġija baġitarja fil-programm hija parzjalment konsistenti mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika inklużi fil-linji gwida integrati għall-perijodu 2005-2008.

(12)

Fir-rigward tal-ħtiġiet tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data kollha meħtieġa u l-biċċa l-kbira tad-data fakultattiva (2).

B'mod ġenerali, il-Kunsill iqis li, f'kuntest ta' prospetti ta' tkabbir robust, il-programm jipprevedi progress bil-mod lejn l-MTO permezz ta' aġġustament relattivament ikkonċentrat fil-parti ta' l-aħħar tal-perijodu li huwa bbażat fuq trażżin tan-nefqa mhux speċifikat bis-sħiħ. Minkejja li l-Awstrija għaddejja minn żmien tajjeb u ma laħqitx l-MTO tagħha, id-defiċit strutturali mhuwiex mistenni li jitjieb qabel l-2009. Hemm riskji għall-kisba tal-miri baġitarji wara l-2008 u jista' jkun li l-MTO ma tintlaħaqx sa l-aħħar tal-perijodu tal-programm. Id-dejn tal-Gvern ser javviċina l-valur ta' referenza tal-PGD ta' 60 % fl-2007 u jkompli jonqos fis-snin sussegwenti.

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kunsill jistieden lill-Awstrija biex tisfrutta l-kondizjonijiet ekonomiċi tajbin u d-defiċit aktar baxx minn dak immirat fl-2006 biex l-aġġustament fl-2008 ikun sostanzjat u msaħħaħ u biex tkompli l-konsolidazzjoni fiskali lejn l-MTO wara dan, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni rigoruża tat-trażżin ta' l-infiq u bl-użu ta' dħul mhux mistenni mit-taxxa għall-konsolidazzjoni.

Tqabbil tal-previżjonijiet ewlenin makroekonomiċi u baġitarji

 

 

2005

2006

2007

2008

2009

2010

PGD f'termini reali

(% bidla)

SP Mar 2007

2,0

3,1

2,7

2,3

2,5

2,6

COM Mejju 2007

2,0

3,1

2,9

2,5

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

1,7

1,8

2,4

2,5

m.a.

m.a.

Inflazzjoni ta' l-HICP

(%)

SP Mar 2007

2,1

1,5

1,6

1,7

1,7

1,8

COM Mejju 2007

2,1

1,7

1,8

1,7

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

2,3

2,1

1,7

1,5

m.a.

m.a.

Differenza fil-produzzjoni

(% ta' PGD potenzjali)

SP Mar 2007  (3)

– 1,1

– 0,3

0,1

– 0,1

0,1

0,3

COM Mejju 2007 (7)

– 1,1

– 0,2

0,5

0,8

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005  (3)

– 0,7

– 1,1

– 0,9

– 0,5

m.a.

m.a.

Bilanċ ġenerali tal-gvern

(% tal-PGD)

SP Mar 2007

– 1,6

– 1,1

– 0,9

– 0,7

– 0,2

0,4

COM Mejju 2007

– 1,6

– 1,1

– 0,9

– 0,8

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

– 1,9

– 1,7

– 0,8

0,0

m.a.

m.a.

Bilanċ primarju (8)

(% tal-PGD)

SP Mar 2007

1,3

1,9

2,0

2,1

2,6

3,1

COM Mejju 2007

1,3

1,6

1,8

1,7

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

1,1

1,2

2,0

2,7

m.a.

m.a.

Bilanċ aġġustat ċiklikament

(% tal-PGD)

SP Mar 2007  (3)

– 1,1

– 1,0

– 0,9

– 0,7

– 0,2

0,2

COM Mejju 2007

– 1,1

– 1,0

– 1,1

– 1,2

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

– 1,6

– 1,2

– 0,4

0,2

m.a.

m.a.

Bilanċ strutturali (4)

(% tal-PGD)

SP Mar 2007  (5)

– 1,1

– 1,0

– 0,8

– 0,4

– 0,2

0,2

COM Mejju 2007 (6)

– 1,1

– 1,0

– 1,1

– 1,2

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

– 1,6

– 1,2

– 0,4

0,2

m.a.

m.a.

Dejn gross tal-Gvern

(% tal-PGD)

SP Mar 2007

63,5

62,2

61,2

59,9

58,5

56,8

COM Mejju 2007

63,5

62,2

60,6

59,2

m.a.

m.a.

SP Nov. 2005

63,4

63,1

61,6

59,5

m.a.

m.a.

Sors:

Stability programme (SP); Commission services' spring 2007 economic forecasts (COM); Commission services' calculations


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:

http://europa.eu.int/comm/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm

(2)  Madankollu, data fakultattiva dwar l-impjieg u s-sigħat maħduma kif ukoll il-pagi fis-settur pubbliku mhumiex provduti.

(3)  Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programm bit-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,3 %, 2 %, 2,4 %, 2,4 % u 2,3 % rispettivament fil-perijodu 2006-2010.

(4)  Bilanċ aġġustat ċiklikament (bħal fir-ringieli ta' qabel) esklużi l-miżuri ta' darba u oħrajn temporanji.

(5)  Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji li jżiedu d-defiċit kif kienu interpretati fil-programm (xiri ta' ajruplani militari ta' 0,2 % ta' PGD fl-2007, 0,4 % fl-2008 u 0,1 % fl-2009).

(6)  Il-previżjoni tar-rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni ma jqis ix-xiri ta' ajruplani militari bħala ta' darba.

(7)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,3 %, 2,0 %, 2,2 % u 2,2 % rispettivament fil-perijodu 2005-2008.

(8)  Data dwar il-bilanċ primarju fil-programm u fil-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni mhumiex direttament komparabbli minħabba f'trattament differenti tal-FISIM. Data fil-programm issegwi d-definizzjonijiet meħtieġa mill-kodiċi ta' kondotta. Biex tkun komparabbli ma data fil-programm, id-data tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ primarju teħtieġ li tkun aġġustata b'madwar 0,1-0,2 % tal-PGD.

Sors:

Stability programme (SP); Commission services' spring 2007 economic forecasts (COM); Commission services' calculations


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/5


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.5.2007

Għajnuna Nru

N 854/06

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Soutien de l'Agence de l'innovation industrielle au programme de R&D TVMSL

Il-bażi legali

Régime N121/06 de soutien de l'Agence de l'innovation industrielle

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Għotja rimborsabbli

L-Estimi

Baġit globali: 37,571 miljun EUR

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.5.2006-1.5.2010

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet, It-tagħmir elettriku u ottiku

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Agence de l'innovation industrielle

195, boulevard Saint-Germain

F-75007 Paris

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4628 — Salzgitter/Vallourec)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/03)

Fis-26 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4628. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4739 — Halder/NPM Capital/ANP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/04)

Fi 19 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4739. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4783 — Bain Capital/Bavaria Yachtbau)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/05)

Fi 31 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4783. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/8


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-3 ta' Awwissu 2007

(2007/C 182/06)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3694

JPY

Yen Ġappuniż

163,24

DKK

Krona Daniża

7,4421

GBP

Lira Sterlina

0,6733

SEK

Krona Żvediża

9,2137

CHF

Frank Żvizzeru

1,6501

ISK

Krona Iżlandiża

85,65

NOK

Krona Norveġiża

7,9305

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

28,043

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

250,55

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6969

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7868

RON

Leu Rumen

3,1653

SKK

Krona Slovakka

33,37

TRY

Lira Turka

1,745

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5985

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4473

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7212

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7858

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0783

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 263,68

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6814

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,3636

HRK

Kuna Kroata

7,3102

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 698,45

MYR

Ringgit Malażjan

4,7409

PHP

Peso Filippin

62,102

RUB

Rouble Russu

35,013

THB

Baht Tajlandiż

40,826


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/9


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/07)

Għajnuna Nru

XE 14/07

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Magyarország egész területe

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

HEFOP 1.1. A munkanélküliség megelőzése és kezelése (Programme HEFOP 1.1 Prévention et traitement du chômage) — Aide à la participation au marché du travail (aide à l'emploi)

Bażi Legali

A 2002–2006. évi Humánerőforrás Operatív Program 1.1. intézkedése: a munkanélküliség megelőzése és kezelése keretében nyújtható támogatások felhasználásának részletes szabályairól szóló 5/2006. (VIII. 11.) MeHVM-SZMM együttes rendelet

Nefqa annwali ppjanata

Ammont globali annwali

25,79 miljun EUR

Self garantit

 

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond ma' l-Artikoli 4(2)-(5), 5 u 6 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

28.3.2007

Tul ta' żmien

Sal-31.12.2007

Għan ta' l-għajnuna

Art. 4 Ħolqien tax-xogħol

 

Art. 5 Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità

Iva

Art. 6 Reklutaġġ ta' ħaddiema b'diżabilità

 

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Kwalunkwe settur eliġibbli għall-għajnuna għax-xogħol (1)

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħmel l-għotja

Nemzeti Fejlesztési Ügynökség

Humán Erőforrás Programok Irányító Hatósága

H-1066 Budapest

Mozsár utca 16.

Indirizz postali:

H-1133 Budapest

Mozsár utca 56.

Informazzjoni oħra

L-iskema ta' l-għajnuna hija kkofinanzjata taħt:

L-Att IV ta' l-1991 dwar il-promozzjoni tax-xogħol u dwar il-provvediment għal min ma jaħdimx

Digriet Konġunt Nru 6/2005 (III. 23.) TNM-FMM-FVM-GKM-KvVM-PM-TNM dwar ir-regoli dettaljati dwar l-użu ta' l-approprjazzjonijiet tal-baġit li jirrigwardaw għajnuna mogħtija mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea;

Digriet Nru 6/1996 (VII. 16.) MüM dwar l-għajnuna għall-promozzjoni tax-xogħol u dwar l-għajnuna li tista' tiġi pprovduta mill-Fond tas-Suq tax-Xogħol għall-ġestjoni ta' kriżijiet tax-xogħol.

Għajnuna soġġetta għal notifika minn qabel lill-Kummissjoni

B'konformità ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament

Iva


Nru ta' l-Għajnuna

XE 16/07

Stat Membru

Is-Slovenja

Reġjun

Slovenia

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna

Programi Zaposlovanja

Bażi legali

8. člen Pravilnika o izvajanju ukrepov aktivne politike zaposlovanja (Uradni list RS, št. 5/07) ter Kataloga ukrepov aktivne politike zaposlovanja

Nefqa annwali ppjanata taħt din l-iskema

Ammont globali annwali

25 miljun EUR

Self garantit

 

Intensità massima ta' l-għajnuna

Konformi ma' l-Artikoli 4(2)-(5), 5 u 6 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

20.4.2007

Dewmien

sal-31.12.2008

Għan

Artikolu 4 — Il-Ħolqien ta' l-Impjiegi

Iva

Artikolu 5 — Ir-reklutaġġ ta' ħaddiema fi żvantaġġ u ħaddiema diżabbli

Iva

Artikolu 6 — L-impjieg ta' ħaddiema bi bżonnijiet speċjali

Iva

Setturi ekonomiċi

Is-setturi Komunitarji kollha eliġibbli għal għajnuna għall-impjiegi (2),

(ħlief il-bini ta' bastimenti, it-trasport, il-minjieri ta' faħam u kumpanija li jinsabu f'diffikultà)

Iva

Il-manifattura kollha

Iva

Is-servizzi kollha (2)

Iva

Oħrajn

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħmel l-għotja

Ministrstvo za delo, družino in socialne zadeve

Direktorat za trg dela in zaposlovanje

Kotnikova 5

SLO-1000 Ljubljana

(386-1) 369 76 56

zoran.kotolenko@gov.si

Informazzjoni oħra

Jekk l-iskema ta' l-għajnuna hija kofinanzjata minn fondi Komunitarja, jekk jogħġbok inkludi s-sentenza li ġejja:

 

L-iskema ta' l-għajnuna hija kofinanzjata taħt (referenza).

 

L-iskema ta' l-għajnuna hija kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew.

Għajnuna soġġetta għal notifika lill-Kummissjoni

Konformi ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament

Iva


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u kwalunkwe setturi oħra soġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna totali mill-Istat fi ħdan is-settur.

(2)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini ta' bastimenti u setturi oħra soġġetti għal regoli speċjali fir-regolamenti u d-direttivi li jikkontrollaw l-għajnuna statali kollha fis-settur.


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/12


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/08)

Għajnuna numru

XT 49/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Emilia Romagna

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Contribuzioni ad iniziative per la formazione nelle aziende agricole della provincia di Reggio Emilia.

Bażi Legali

Delibera della giunta camerale n. 22 del 13.4.2007

Nefqa annwali prevista fl-iskema

Skema ta' l-għajnuna

Ammont globali annwali

100 000 EUR

Self garantit

 

Għajnuna individwali

Ammont globabli ta' l-għajnuna

 

Self garantit

 

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Iva, 50 %

Data ta' l-implimentazzjoni

1.7.2007

Tul taż-żmien ta' l-iskema

31.12.2007

Għan ta' l-għajnuna

L-għajnuna hija intiża sabiex tappoġġa pjanijiet ta' taħriġ ta' natura ġenerali għall-azjendi agrikoli tal-provinċja ta' Reggio Emilia bil-għan:

li żżid il-kompetenzi professjonali tal-bdiewa u l-kollaboraturi tagħhom għar-riorjentazzjoni kwalitattiva tal-produzzjoni, għall-applikazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni kompatibbli mal-ħarsien ambjentali, mat-titjib tat-territorju, ma' l-iġjene u l-benessri ta' l-annimali;

li tipprovdi lill-bdiewa u l-kollaboraturi tagħhom l-għarfien meħtieġ sabiex jiġġestixxu azjenda agrikola li trendi f'termini ekonomiċi

Is-settur ekonomiku kkonċernat

Limitat għal setturi speċifiċi

Iva

Agrikoltura

Iva

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Camera di commercio, industria, artigianato e agricoltura di Reggio Emilia

Piazza della Vittoria

I-42100 Reggio Emilia


Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

XT 60/07

Stat Membru

IS-Slovenja

Reġjun:

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju

Program ukrepov za spodbujanje podjetništva in konkurenčnosti za obdobje 2007-2013, usposabljanje

Bażi legali

Program ukrepov za spodbujanje podjetništva in konkurenčnosti za obdobje 2007-2013

Ukrep 1.3.2 – Vavčersko usposabljanje

Ukrep 3.2.3b – Menedžerski pristopi k odličnosti poslovanja podjetij

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpannija

Skema ta' għajnuna

Ammont annwali globali

0,89 miljun EUR

TOTAL

6,26 miljun EUR

Self garantit

 

Għajnuna individwali

Ammont annwali globali

 

Self garantit

 

Intensità massima ta' l-għajnuna

Konformi ma' l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Iva

 

Taħriġ speċifiku

Taħriġ ġenerali

Intrapriżi kbar

25 %

SMEs

45 %

80 %

Data ta' l-implimentazzjoni

26.4.2007

Tul ta' żmien

Sal- 31.12.2013

Għan

Taħriġ ġenerali

Iva

Taħriġ speċifiku

Iva

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għat-taħriġ

Le

Limitat għal setturi speċifiċi.

Esklużi:

Il-produzzjoni u/jew l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli u tas-sajd elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE

It-trasport marittimu

Kumpanniji f'diffikultà

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministrstvo za gospodarstvo

Direktorat za podjetništvo in konkurenčnost

Kotnikova 5

SLO-1000 Ljubljana

(386-1) 478 33 11

gp.mg@gov.si

Għotjiet kbar individwali ta' għajnuna

B'konformità ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament

Iva


Għajnuna Nru

XT 61/07

L-Istat Membru

Franza

Reġjun

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali

Aides à la formation des actifs hors secteurs de la production agricole et de la sylviculture

Bażi ġuridika

Loi no 2004-391 du 4 mai 2004 sur la formation tout au long de la vie

Code général des collectivités territoriales et notamment son article L1511-2

Programmes de développement rural 2007-2013

Nefqa annwali maħsuba fil-qafas ta' l-iskema ta' għajnuna jew ammont totali ta' għajnuna individwali allokata lill-impriża benefiċjarja

Skema ta' għajnuna

Ammont totali annwali

9 miljuni EUR fi nfiq annwali

Self garantit

 

Għajnuna individwali

Ammont totali ta' għajnuna

 

Self garantit

 

Intensità massima ta' l-għajnuna

L-intensità tvarja skond it-tipi ta' taħriġ u l-post fejn ikunu jinsabu l-impriżi:

Taħriġ speċifiku: 35 % għall-SMEs; + 5 % għal SMEs f'reġjuni li jistgħu jibbenefikaw minn għajnunjiet għal skopijiet reġjonali; 45 % għal SMEs fid-DOM (départements d'outre-mer)

Taħriġ ġenerali: 70 % għall-SMEs; 75 % għal SMEs f'reġjuni li jistgħu jibbenefikaw minn għajnunjiet għal skopijiet reġjonali, 80 % għal SMEs fid-DOM.

Dawn ir-rati jiżdiedu b'10 % jekk it-taħriġ jingħata lil ħaddiema żvantaġġjati kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001

Data ta' l-implimentazzjoni

2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' għajnuna jew ta' l-għajnuna individwali

Sat-30.6.2008

L-għan ta' l-għajnuna

L-għajnuna hija maħsuba biex tgħolli l-livell ta' taħriġ ta' l-impjegati fis-setturi ta' attività kollha fiż-żoni rurali, bl-eċċezzjoni ta' dawk fis-setturi tal-produzzjoni agrikola u tal-forestrija, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali u jassisti lill-impjegati fl-eżerċizzju ta' ħidmiethom.

L-għajnuna tingħata sal-limitu massimu msemmi fuq l-ispejjeż tat-taħriġ ġenerali jew speċifiku, inkluż:

a)

l-ispejjeż tal-persunal ta' min iħarreġ;

b)

spejjeż ta' l-ivjaġġar ta' min iħarreġ u tal-parteċipanti;

ċ)

spejjeż kurrenti oħra bħal spejjeż fuq materjali u forniment;

d)

deprezzar ta' l-għodod u t-tagħmir, proporzjonalment ma' l-użu tagħhom esklussivament għall-proġett tat-taħriġ ikkonċernat;

e)

l-ispiża tas-servizzi konsultattivi rigward il-proġett ta' taħriġ;

f)

l-ispejjeż tal-persunal tal-parteċipanti fit-taħriġ sa l-ammont tat-total ta' l-ispejjeż l-oħra eliġibbli msemmija f'(a) sa (e). Jistgħu jkunu kkunsidrati biss is-siegħt li matulhom il-parteċipanti attwalment jieħdu sehem fit-taħriġ, wara li jitnaqqsu s-sigħat produttivi jew l-ekwivalenti tagħhom

Settur ekonomiku kkonċernat

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għat-taħriġ

Iva,

bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni primarja u ta' l-agrikoltura.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministère de l'agriculture et de la pêche

Direction générale de la forêt et des affaires rurales

Mission Europe et régions

78, rue de Varenne

F-75349 Paris 07 SP

Indirizz fuq il-web: http://www.agriculture.gouv.fr — riżorsi, Bulettin Uffiċjali.

Rimarki

Is-sistema preżenti hija parti mill-miżuri 111 u 331 tal-programmi ta' żvilupp rurali 2007-2013 sa fejn dawn ma jkunux jikkonċernaw is-setturi tal-produzzjoni agrikola u tal-forestrija.

L-għajnuniet mogħtija taħt is-sistema preżenti jistgħu għalhekk ikunu kofinanzjati mill-FEADER. Jistgħu jkunu ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, jew minn entitajiet jew għaqdiet pubbliċi jew relatati.

Il-verifika ta' l-ammonti totali tiġi aċċertata permezz tas-sistema ta' l-IT ta' l-għajnuniet FEADER: OSIRIS


Għajnuna Nru

XT 63/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaanderen

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

PSA Hesse-Noord Natie

Bażi legali

Decreet van 31.1.2003

Tip ta' miżura

Għajnuna individwali

L-Estimi

Baġit annwali: —; Baġit globali: 0,892 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.6.2007

Tul ta' l-iskema

1.9.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Servizzi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Agentschap Economie

Koning Albert II-laan 35, bus 12

B-1030 Brussel


Għajnuna Nru

XT 65/07

Stat Membru

Ċipru

Reġjun

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Πολυεπιχειρησιακά Προγράμματα Συνεχιζόμενης Κατάρτισης — Διοργάνωσης ΑνΑΔ (Polyepiheirisiaka Programmata Synehizomenis Katartisis — Diorganosis AnAD)

Bażi legali

Οι περί Ανάπτυξης Ανθρώπινου Δυναμικού Νόμοι του 1999 έως 2007. Νόμος 125(Ι) του 1999, άρθρο 21, όπως αντικαταστάθηκε και ισχύει με το Ν. 21(Ι)/2007

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 0,12 miljun CYP; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.7.2007

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għat-taħriġ

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Αρχή Ανάπτυξης Ανθρώπινου Δυναμικού Κύπρου/Arhi Anaptyksis Anthropinoy Dynamikoy Kyproy

Αναβύσσου 2/Anabyssoy 2

2025 Στρόβολος,/2025 Strobolos

Τ.Θ. 25431/T.Th. 25431

CY-1392 Λευκωσία/CY-1392 Leykosia


Għajnuna Nru

XT 66/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Navarra

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Ayudas para la organización de actividades formativas en materia de Comercio Exterior para el año 2007

Bażi legali

Resolución 2916/2007, de 6 de junio, del Director General de Industria y Comercio (Boletín Oficial de Navarra número 76 de 20.6.2007).

Ley Foral 11/2005, de 9 de noviembre, de Subvenciones

Resol 2916:http://www.cfnavarra.es/bon/076/F0709526.htm

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 0,09 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.12.2006

Tul ta' l-iskema

30.11.2007

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Servizzi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Gobierno de Navarra

Departamento de Industria y Tecnología, Comercio y Trabajo

Parque Tomás Caballero, 1

Edificio «Fuerte del Príncipe II»

E-31005 Pamplona


Għajnuna Nru

XT 67/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Lombardia

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Contributi alle micro, piccole e medie imprese (MPMI) per il sostegno dell'innovazione e dell'imprenditorialità nel settore dei servizi alle imprese

Bażi legali

Legge regionale 2 febbraio 2007, n. 1 «Strumenti di competitività per le imprese e per il territorio della Lombardia»

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 2 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

16.7.2007

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ speċifiku

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Servizzi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Giunta regionale della Lombardia

Via Fabio Filzi, 22

I-20124 Milano


Għajnuna Nru

XT 68/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaams Gewest

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Ad hoc opleidingssteun aan de NV HJ Heinz Belgium (dossier 2007G00023)

Bażi legali

Decreet betreffende het economisch ondersteuningsbeleid van 31 januari 2003 (Décret relatif à la politique d'aide économique du 31 janvier 2003)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 0,94211 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.3.2007

Tul ta' l-iskema

7.3.2010

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali; Taħriġ speċifiku

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Manifatturi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Agentschap Economie

Afdeling Economisch Ondersteuningsbeleid

Koning Albert II-laan 35, bus 12

B-1030 Brussel


4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/18


Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(2007/C 182/09)

Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar- Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1), hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill- Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament mensili fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.

SPANJA

Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006, p. 19:

L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza PRE/1282/2007 ta' l-10 ta' Mejju dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.

a)

Għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja, l-ammont li għandu jkollhom disponibbli jrid jirrappreżenta, f'euro, 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (57.06 euro għall-2007) jew l-ekwivalenti f'munita barranija mmultiplikati bin-numru ta' ġranet li jkunu se jqattgħu fi Spanja u bin-numru ta' persuni dipendenti li jkunu qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (513.54 euro għall-2007) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija għal kull persuna, irrispettivament minn kemm ikun bi ħsiebhom idumu.

b)

Għar-ritorn tagħhom lejn l-istat ta' l-oriġini jew għat-tranżitu minn pajjiż terz, il-barranin irid ikollhom biljett f'isimhom, mhux trasferibbli u b'data fissa jew biljetti għall-mezzi ta' trasport li jkunu qed jippjanaw li jużaw.

Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar 'il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta' kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji ta' l-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b'mod ċar l-ammont ta' kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/19


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4798 — BP/Associated British Foods/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 182/10)

1.

Fil-25 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-BP plc (“BP”, ir-Renju Unit) u l-Associated British Foods Plc (“ABF”, ir-Renju Unit) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-kumpanija l-ġdida Vivergo Fuels Limited (“Vivergo”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-BP: kumpanija ta' l-enerġija, attiva madwar id-dinja kollha fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' żejt u gass, fir-raffinament, il-manifattura u l-promozzjoni ta' prodotti ta' żejt u petrokimika, u fl-iżvilupp ta' enerġiji li jiġġeddu;

għall-ABF: Kumpanija diversifikata ta' ikel, ingredjenti u bejgħ, attiva fuq livell mondjali.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4798 — BP/Associated British Foods/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 182/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 182/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

“OLOMOUCKÉ TVARŮŽKY”

Nru tal-KE: CZ/PGI/005/0399/19.10.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a

CZ-160 68 Praha 6 – Bubeneč

Tel:

(420) 220 383 111

Faks:

(420) 224 324 718

Posta elettronika:

posta@upv.cz

2.   Grupp:

Isem:

A. W. spol. s r. o.

Indirizz:

Palackého 4

CZ-789 83 Loštice

Tel:

(420) 583 401 211

Faks:

(420) 583 445 127

Posta elettronika:

awlostice@tvaruzky.cz

Kompożizzjoni:

Prodotturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( ).

Din hija eċċezzjoni għall-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, billi jeżisti produttur wieħed biss fir-reġjun. Il-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 huma sodisfatti.

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3: Ġobon

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Olomoucké tvarůžky”

4.2.   Deskrizzjoni: Id-denominazzjoni “Olomoucké tvarůžky” tfisser ġobon xkumat, li jsir fuq saff ta' dlik, b'togħma u riħa karatteristiċi, riħa “ta' tvarůžky” skond it-taħdit tradizzjonali. Din it-togħma u riħa qawwija, taħraq u tassew unika, joriġinaw fil-proteoliżi profonda li tinħoloq matul iż-żmien li fih isir dan il-ġobon taħt l-effetti tal-mikroflora tal-wiċċ. It-togħma u r-riħa tal-ġobon jiddependu mill-grad ta' sajran, dawn ivarjaw bejn ħfief u penetranti ħafna. Il-wiċċ tal-ġobon huwa mgħotti b'tidlik dehbieni fl-oranġjo u l-korp huwa ta' konsistenza ratba għal semiratba b'qalba konsiderevolment aktar ratba. Il-kontenut ta' xaħam mhuwiex ogħla minn 1 % u l-materjal niexef ivarja bejn 34 % u 38 %. Bħala regola ġenerali, il-ġobon huwa f'forma ta' rombli, qagħaq jew stikek normalment bejn 20 u 30 gramma ta' massa kull biċċa, jew anki f'biċċiet b'forom irregolari. L-Olomoucké tvarůžky huwa ġobon tal-mejda.

4.3.   Żona ġeografika: Ir-reġjun ta' Haná, bil-belt ta' Olomouc bħala ċ-ċentru storiku, ġeografiku u ekonomiku tiegħu.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-proċess ta' fabbrikazzjoni kollu ta' l-Olomoucké tvarůžky, minn meta tasal il-materja prima mixtrija (baqta morra xkumata) sa meta l-ġobon jiġi ppakkjat jitwettaq b'mod konċentrat, jiġifieri, fl-istess post fiż-żona ġeografika definita ta' Haná. Dan huwa rekwiżit indispensabbli bbażat fuq il-metodu bijoteknoloġiku ta' produzzjoni; il-fatt li kull fażi sussegwenti tal-proċess ta' fabbrikazzjoni għandha natura sostanzjalment bijoloġika jeskludi prattikment kwalunkwe trasport u/jew manipolament tal-ġobon mhux ippakkjat barra mill-impjant ta' produzzjoni.

Id-dokumentazzjoni tal-produzzjoni fiha entrati dwar il-fornituri ta' kull lott ta' materja prima, reġistri ta' l-operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni u listi ta' xerrejja ta' kull konsenja. Fuq kull pakkett tal-prodott hemm imniżżel l-isem u l-indirizz tal-produttur. Dan kollu jiggarantixxi t-traċċabilità tal-prodott. Il-proċess ta' produzzjoni kollu jitwettaq taħt is-sorveljanza permanenti ta' l-organi ta' kontroll awtorizzati.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-ġobon “Olomoucké tvarůžky” huwa prodott mill-baqta morra xkumata li titfarrak, elementi ta' l-istruttura interna kbar u iebsin, livell għoli ta' aċidità u attività bijoloġika. Il-produzzjoni ta' l-Olomoucké tvarůžky tibda meta tinxtara l-baqta. Wara, il-batqa titfarrak u titħallat mal-melħ tal-mejda. Il-baqta maħduma b'dan il-mod titqiegħed f'kontenituri. B'hekk tinkiseb, permezz tal-kompressjoni u billi l-arja ma titħalliex tidħol, l-omoġenizzazzjoni tal-karatteristiċi mixtieqa tal-baqta. Wara t-taħlit u t-titħin tal-massa tal-baqta mal-komponenti meħtieġa għas-sajran (kulturi lattiċi li ma jagħmlux ħsara) u r-regolaturi ta' l-aċidità, il-massa omoġenja tal-baqta tinsab lesta biex titqiegħed fil-forom.

It-taħlita tingħata il-forma mixtieqa. Il-prodotti semilesti li jirriżultaw jitqiegħdu fuq gradilji li jiġu trasferiti fil-kmamar apposta biex il-prodott isir. Permezz tal-komponenti ta' sajran u t-temperatura kkontrollata u l-umdità ta' l-ambjent wiċċ il-prodotti semilesti jsir. B'dan tintemm l-ewwel fażi tas-sajran. It-tlaħliħa sussegwenti tal-ġobon toħloq il-kundizzjonijiet għat-tieni fażi tas-sajran, li matulha tipprolifera fil-wiċċ mikroflora proteolitika aerobika li l-attività enzimatika tagħha tiġġenera d-dlik isfar dehbieni u lill-Olomoucké tvarůžky jgħonih b'dik it-togħma unika u tipika tiegħu. Ġaladarba jintlaħaq il-grad ta' sajran mixtieq, l-Olomoucké tvarůžky jitqiegħed f'pakketti għall-konsumatur u dawn f'settijiet ta' pakketti

4.6.   Rabta: Il-produzzjoni ta' l-Olomoucké tvarůžky fir-reġjun ġeografiku ta' Haná hija dokumentata mill-bidu tas-seklu 15 u 16.

Jixhed ir-reputazzjoni eċċellenti ta' l-Olomoucké tvarůžky, fost oħrajn, il-premju mogħti fl-ewwel wirja Awstrijaka ta' prodotti tal-ħalib li saret fi Vjenna fl-1872 u mill-artikli f'bosta pubbikazzjonijiet speċjalizzati minn, pereżempju, J. Kux, u d-Dott. Klenze, Mair-Waldburg, il-Profs. Laxa, u s-Sur Kněz, eċċ.

L-Olomoucké tvarůžky, imsejjaħ ukoll mill-pubbliku syrečky, tvarůžky, tvargle, olomoucké, eċċ., huwa, fl-istess ħin, wieħed mill-ġobnijiet nazzjonali l-aktar magħrufa u huwa prodott ta' oriġini Ċeka. Il-popolarità u r-rikonoxximent huma indiskutibbli. Dan jixhduh il-kważi 18 000 link fl-Internet u l-programmi tar-radju u tat-televiżjoni. Skond ir-riżultati minn riċerka ppubblikata mir-rivista Readers' Digest — Għażla ta' Frar 2005, l-Olomoucké tvarůžky huwa r-raba' ġobon misjur l-aktar ikkonsmat. L-Olomoucké tvarůžky jista' jinxtara f'kważi l-ħwienet kollha ta' l-ikel u bosta restoranti jinkluduh fil-menù tagħhom. Teżisti varjetà ineżawrjenti ta' riċetti tat-tisjir dwar il-preparazzjoni tiegħu, kif ukoll kotba tat-tisjir iddedikati speċjalment għal dan it-tip ta' ġobon. Bħala speċjalità lokali, huwa jissemma fil-gwidi turistiċi u fl-informazzjoni dwar iż-żona, kif ukoll jissemma fost l-ispeċjalitajiet gastronomiċi fil-paġni tal-web uffiċjali tar-Repubblika Ċeka. Huwa wkoll possibbli li ssib informazzjoni dwar l-Olomoucké tvarůžky f'bosta enċiklopediji, pereżempju Otto, Universum, Wikipedia jew Vševěd. L-Olomoucké tvarůžky għandu saħansitra mużew f'Loštice, il-post fejn tradizzjonalment jiġi prodott.

4.7.   Organu ta' Spezzjoni:

Isem:

Krajská veterinární správa pro Olomoucký kraj

Indirizz:

Tř. Míru 101

CZ-779 00 Olomouc

Tel:

(420) 585 700 730

Faks:

(420) 585 700 746

Posta elettronika:

kvsm@svscr.cz

4.8.   Tikkettar: —


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.