|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 178 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti ta’ l-Awdituri |
|
|
2007/C 178/01 |
||
|
|
Rettifika |
|
|
2007/C 178/02 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti ta’ l-Awdituri
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 178/1 |
RAPPORT SPEĊJALI Nru 3/2007 dwar
il-ġestjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2000-2004)flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sottoparagrafu, KE)
(2007/C 178/01)
WERREJ
|
I-VII |
SOMMARJU |
|
1-16 |
INTRODUZZJONI |
|
1 |
Sfond |
|
2-9 |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati |
|
10-13 |
Sinteżi tal-bidliet prinċipali bejn ERF I u ERF II |
|
14-16 |
L-ambitu, l-objettivi u l-approċċ tal-verifika |
|
17-25 |
IT-TQASSIM TAL-FONDI LILL-ISTATI MEMBRI KIEN TAJJEB? |
|
17-19 |
Il-bażi użata għat-tqassim ta’ l-ammonti |
|
20-22 |
Dejta statistiċi użati bħala bażi għall-allokazzjoni kienu inkompleti u mhux affidabbli |
|
23 |
Differenzi fl-interpretazzjoni fost l-Istati Membri joħolqu tibdil fil-bażi |
|
24-25 |
Reviżjonijiet ta' dejta validata qabel ma ġewx ikkunsidrati b'mod sħiħ għat-tqassim fil-ġejjini jew ma ġewx dokumentati adegwatament |
|
26-39 |
IL-ĠESTJONI MILL-KUMMISSJONI U MILL-ISTATI MEMBRI KIENET TAJBA? |
|
26 |
Ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-ERF ġew ippubblikati tard |
|
27-33 |
Effiċjenza baxxa tal-proċedura ta' allokazzjoni |
|
34-36 |
Interpretazzjoni differenti tar-regoli ta' l-ERF mill-Istati Membri |
|
37 |
Eżempji pożittivi tal-ġestjoni ta' l-ERF |
|
38-39 |
Il-monitoraġġ u l-azzjoni ta' rimedju mill-Kummissjoni kellhom riżultati insuffiċjenti |
|
40-44 |
X'KIEN L-IMPATT TA' L-ERF FUQ L-ISFORZI NAZZJONALI FIL-QASAM TA' L-AŻIL? |
|
45-50 |
KONKLUŻJONI |
|
51-54 |
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
Anness I—Paragun tar-regolamenti tal-Komunità għall-perijodu 2000-2004 tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF I) u għall-perijodu 2005-2010 (ERF II)
Anness II—Tqassim tal-fondi għal kull Stat Membru (2000-2004)
Anness III—Proċedura ta' allokazzjoni ta' l-ERF ta' ammonti provviżorji lill-Istati Membri Ir-risposti tal-Kummissjoni
Ir-risposti tal-Kummissjoni
SOMMARJU
|
I. |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF jew il-Fond) ġie mwaqqaf f'Settembru 2000 għal perijodu inizjali ta' ħames snin li ntemmu fl-2004, b'referenza finanzjarja li tammonta għal 216 miljun euro. Il-Fond inħoloq fi żmien meta kien hemm żieda fl-attività ta' l-UE fil-qasam ta' l-ażil u l-emigrazzjoni li kien qed jinbidel malajr. |
|
II. |
L-għan ta' l-ERF kien li jsostni u jinkoraġġixxi l-isforzi magħmula mill-Istati Membri meta jilqgħu refuġjati u persuni mċaqalqa minn pajjiżhom u meta jġorru l-konsegwenzi li jġib miegħu dan l-ilqugħ. Il-ġestjoni tal-Fond kienet maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni kellha r-responsabilità ġenerali għall-implimentazzjoni korretta tal-Fond, filwaqt li l-Istati Membri kellhom ir-responsabilità li jġestu l-miżuri attwali. Miżuri li jistgħu jiġu ffinanzjati kienu maqsuma fi tliet gruppi: kundizzjonijiet għall-ilqugħ, integrazzjoni, u ripatrijazzjoni tar-refuġjati u persuni mċaqalqa minn pajjiżhom. |
|
III. |
Il-Qorti wettqet verifika tal-ġestjoni ta' l-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2000 sa 2004), u ffukat fuq is-segwenti:
|
|
IV. |
It-tqassim tal-fondi kien prinċipalment ibbażat fuq in-numru ta' persuni minn pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat, kif definit mill-ERF, li daħlu fl-Istati Membri. L-Uffiċċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) kien responsabbli mill-ġbir ta' dejta statistika dwar il-figuri ta' l-ażil mill-Istati Membri. Ma kienu jeżistu ebda regoli armonizzati tal-gruppi mmirati kif definiti mir-regoli ta' l-ERF, u l-Istati Membri applikaw interpretazzjonijiet differenti. Għalhekk il-bażi użata għall-allokazzjonijiet ERF ma kinitx konsistenti, komparabbli u affidabbli. Instabu diskrepanzi sinifikanti fid-dejta statistika ta' bażi. F'xi każijiet id-dejta ġiet mibdula minħabba l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri lejn armonizzazzjoni akbar. |
|
V. |
Il-proċedura annwali ta' allokazzjoni kollha kienet ikkumplikata u l-effiċjenza tagħha dubjuża. |
|
VI. |
L-Istati Membri kellhom responsabilità unika għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-proġetti, filwaqt li l-Kummissjoni kellha tassigura li l-Istati Membri kellhom sistemi ta' tmexxija u kontroll li jaħdmu tajjeb. Għalkemm instabu nuqqasijiet u xi miżuri korrettivi ġew mittieħda mill-Kummissjoni, l-problemi misjuba fl-Istati Membri ma kinux għadhom ġew solvuti kollha. |
|
VII. |
Il-verifika tal-Qorti wriet li x'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' ERF I, b'mod partikolari r-regoli ta' eliġibilità, kienu miftuħa għal differenzi sinifikanti ta' interpretazzjoni. Il-Qorti tirrakkomanda li jittieħed kont tas-sejbiet tagħha u tat-tibdiliet magħmula diġà f'ERF II, li miżuri xierqa jittieħdu sabiex jassiguraw illi l-ERF ikun immirat b'mod aktar ċar u preċiż għall-futur. |
|
VIII. |
Dwar il-kwistjoni ta' l-impatt ta' l-ERF fuq l-iffinanzjar nazzjonali l-informazzjoni kienet limitata kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-Kummissjoni. Fid-dawl tal-proġetti miżjura, xi tibdiliet pożittivi fl-isofrzi nazzjonali ġew innutati, prinċipalment għar-rigward ta' l-ittestjar ta' proġetti innovattivi u l-integrazzjoni tar-riżultati tagħhom fl-istrateġiji nazzjonali. |
INTRODUZZJONI
Sfond
|
1. |
It-Trattat ta' Amsterdam jikkunsidra t-twaqqif b'mod progressiv ta' qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (1). Skond dan, f'Ottubru 1999 f'Tampere fil-Finlandja l-Kunsill Ewropew qabel fuq programm komprensiv, li jiffissa linji ta' gwida politiki u objettivi operazzjonali, inkluż it-twaqqif ta' sistema Ewropea għall-ażil komuni. |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati
|
2. |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF jew il-Fond) ġie stabbilit f'Settembru 2000 għal perijodu inizjali ta' ħames snin li ntemmu fl-2004 (2). |
|
3. |
L-ERF ġie maħluq sabiex jippromwovi bilanċ fl-isforzi magħmula mill-Istati Membri meta jilqgħu refuġjati u persuni mċaqalqa minn pajjiżhom u meta jġorru l-konsegwenzi li jġib miegħu dan l-ilqugħ (3). Dan kellu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u għandu jassigura l-qsim ġust tal-piżijiet bejniethom. |
|
4. |
Il-Fond kellu jappoġġa miżuri li jimmiraw li jiksbu kundizzjonijiet ta' ilqugħ xierqa, kif ukoll biex jintegra r-refuġjati u lill-persuni imċaqalqa fis-soċjetà ta' Stat Membru. Barra dan, l-ERF kellu jalloka riżorsi biex għinu r-refuġjati u lill-persuni mċaqlqa fir-ripatrijazzjoni, inkluża għajnuna sabiex jieħdu deċiżjoni informata biex immorru lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom. |
|
5. |
Referenza finanzjarja b'ammont ta' 216 miljun euro kienet allokata lill-ERF. L-approprijazzjonijiet finali ammontaw għal 243 miljun euro, inklużi 49 miljun euro provduti għal miżuri ta'emerġenza imma li ma ġewx użati. Sa tmiem Diċembru 2006 il-Kummissjoni tistma illi kienu ġew imħallsa 141 miljun euro. It-tabella segwenti turi l-approprijazzjonijiet u l-impenji għas-snin 2000-2004. |
Approprijazzjonijiet u impenji 2000-2004
|
(miljun euro) |
||||||||||||
|
|
2000-2004 |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
||||||
|
Approprijazzjonijiet |
Impenji |
Approprijazzjonijiet |
Impenji |
Approprijazzjonijiet |
Impenji |
Approprijazzjonijiet |
Impenji |
Approprijazzjonijiet |
Impenji |
Approprijazzjonijiet |
Impenji |
|
|
Nefqa amministrattiva ta' l-ERF |
3,64 |
2,19 |
0,66 |
0,12 |
0,73 |
0,65 |
0,73 |
0,53 |
0,81 |
0,21 |
0,72 |
0,67 |
|
Nefqa operattiva ta' l-ERF |
189,02 |
189,00 |
42,27 |
42,27 |
42,27 |
42,27 |
45,08 |
44,99 |
34,19 |
34,19 |
25,28 |
25,28 |
|
Miżuri ta' nefqa amministrattiva t'emerġenza ta' l-ERF |
0,96 |
0,16 |
0,18 |
0,18 |
0,20 |
0,23 |
||||||
|
Miżuri ta' nefqa operattiva t'emerġenza ta' l-ERF |
49,03 |
9,82 |
9,82 |
9,82 |
9,80 |
9,78 |
||||||
|
Total |
242,65 |
191,19 |
52,91 |
42,39 |
53,00 |
42,92 |
55,81 |
45,52 |
45,00 |
34,40 |
36,01 |
25,95 |
|
Sours: Is-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni. |
||||||||||||
|
6. |
Il-ġestjoni ta' l-ERF kienet maqsuma (5) bejn il-Kummissjoni (Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà — DĠ JLS) u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni kellha r-responsabilità ġenerali għall-implimentazzjoni korretta tal-Fond, filwaqt li l-Istati Membri kellhom ir-responsabilità li jmexxu l-miżuri reali. Kull Stat Membru kien ħatar awtorità nazzjonali li trattat il-komunikazzjoni kollha mal-Kummissjoni u kien responsabbli għall-għażla ta' proġetti individwali u għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni finanzjarja tagħhom. |
|
7. |
Persuni mmirati mill-ERF kienu ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li kellhom l-istatus ta' refuġjati kif definit mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra (6) kif ukoll persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali jew temporanja. Persuni li qed ifittxu ażil li kienu applikaw għal status ta' refuġjati u persuni li d-dritt tagħhom għall-protezzjoni temporanja kien qed jiġi eżaminat fi Stat Membru kienu eliġibbli wkoll. |
|
8. |
Skond id-DĠ JLS, in-numru ta' applikanti għall-ażil, refuġjati u persuni taħt il-protezzjoni ammonta għal madwar 303 000 fl-1996, li żdied għal 475 000 fl-1999 u naqas għal 374 000 fl-2003. |
|
9. |
Għajnuna Komunitarja ġiet mogħtija mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati permezz ta' azzjonijiet kofinanzjati. Il-kofinanzjament kien stabbilit sa massimu ta' 50 % ta' l-ispiża totali tal-miżura. Dan ġie miżjud għal massimu ta' 75 % għall-pajjiżi koperti mill-Fond ta' Koeżjoni. Il-pagamenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri twettqu taħt forma ta’ iffinanzjar minn qabel, pagamenti interim u pagamenti finali. |
Sinteżi tal-bidliet prinċipali bejn ERF I u ERF II
|
10. |
Sa dan it-tant ġiet imnedija t-tieni fażi tal-programm (ERF II), li tkopri l-perijodu 2005 sa 2010 (7). |
|
11. |
Il-paragun segwenti jenfasizza biss id-differenzi prinċipali bejn ERF I u ERF II. Dan la hu analiżi u lanqas evalwazzjoni ta' dawk il-bidliet. Paragun dettaljat bejn ERF I u ERF II huwa mogħti f'Anness 1. Objettivi u kompiti:
Dispożizzjoni ta' l-implimentazzjoni u t-tmexxija:
Il-ġestjoni finanzjarja u s-superviżjoni:
Monitoraġġ, evalwazzjoni u rapporti:
|
|
12. |
Reviżjoni tar-regoli ta' l-ERF II uriet li r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati f'dan ir-rapport, ma ġewx segwiti f'ERF II. |
|
13. |
Il-Kummissjoni pproponiet ukoll programm ta' qafas għall-perijodu 2007 sa 2013 li kieku jinkludi l-ERF. |
L-iskop, l-objettivi u l-approċċ tal-verifika
|
14. |
Il-Qorti wettqet verifika tal-ġestjoni ta' l-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2000 sa 2004). L-objettivi tal-verifika kienu li tasal għall-konklużjoni fuq id-domandi li ġejjin:
|
|
15. |
Fil-kuntest ta' din il-verifika u r-Rendikonti ta' Assigurazzjoni annwali għall-2003 u 2004 (8), is-servizzi relevanti tal-Kummissjoni (DĠ JLS u Eurostat) fi Brussell u l-Lussemburgu ġew ivverifikati. Barra dan, awtoritajiet nazzjonali responsabbli u benefiċjarji finali ġew miżjura fl-Istati Membri li ġejjin: l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. |
|
16. |
Skond ir-regoli ta' l-ERF (9), il-Kummissjoni kellha tippreżenta rapport finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa l-1 ta' Settembru 2005. Il-Qorti ma setgħetx tieħu in konsiderazzjoni r-riżultati tar-rapport finali, għaliex dan ġie finalizzat wara li ntemmet il-verifika tal-Qorti. |
IT-TQASSIM TAL-FONDI LILL-ISTATI MEMBRI KIEN TAJJEB?
Il-bażi użata għat-tqassim ta’ l-ammonti
|
17. |
Il-fondi ta' l-ERF kienu mqassma annwalment u kienu magħmula minn ammont żgħir fiss u ammont akbar varjabbli. L-ammont fiss naqas minn 500 000 euro għal kull Stat Membru fl-2000 għal 100 000 euro fl-2004. |
|
18. |
Il-parti varjabbli ta' l-allokazzjoni annwali kienet imqassma lill-Istati Membri proporzjonalment skond in-numru ta' ċittadini minn pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat milqugħa (10) matul it-tliet snin qabel is-sena tal-programm. 65 % ta' din l-allokazzjoni kienet ibbażata fuq in-numru ta' persuni li qed ifittxu l-ażil, filwaqt li 35 % ta' l-allokazzjoni kienet ibbażata fuq in-numru ta' refuġjati (11). It-tqassim tal-fondi għas-snin 2000 sa 2004 huwa muri f'Anness II, id-deskrizzjoni tal-proċedura ta' allokazzjoni hija murija f'Anness III. |
|
19. |
L-allokazzjoni annwali tal-parti varjabbli kellha tkun ibbażata fuq il-figuri l-aktar reċenti stabbiliti mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) (12), li kienu provduti mill-Istati Membri. |
Dejta statistiċi użati bħala bażi għall-allokazzjoni kienu inkompleti u mhux affidabbli
|
20. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill provdiet għal perijodu transitorju, li fih dejta mogħtija mill-Istati Membri setgħet tiġi użata jekk l-istatistiċi tal-Eurostat kienu inkompleti. Dan il-perijodu ta' tranżizzjoni kellu jkun limitat għal ERF 2000 u 2001, imma kien estiż għal ERF 2002 u 2003. |
|
21. |
Il-Kummissjoni damet sa'l-2005, wara diversi snin ta' azzjonijiet preparatorji, biex tressaq proposta dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-emigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (13). Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li hemm tħassib partikolari dwar l-ammonti kbar ta’ dejta li huma nieqsa mill-ġbir tad-dejta. Hemm ukoll problemi serji relatati ma’ nuqqas ta’ armonizzazzjoni — kemm f’dak li għandu x'jaqsam mas-sorsi ta’ dejta użati kif ukoll mad-definizzjonijiet mogħtija lill-istatistiċi (14). |
|
22. |
Punt ieħor huwa li l-affidabilità tad-dejta hija dubjuża sakemm jiġu vverifikati fil-livell ta' l-Istat Membru la mill-Kummissjoni u lanqas mill-Istat Membru. |
Differenzi fl-interpretazzjoni fost l-Istati Membri joħolqu tibdil fil-bażi
|
23. |
Id-definizzjoni ta' gruppi mmirati ġiet interpretata b'mod differenti mill-Istati Membri u tul is-snin f'xi Stati Membri ġiet mibdula. F'xi każijiet, id-dejta ġew mibdula minħabba l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri lejn id-direzzjoni ta' armonizzazzjoni akbar.
— Għal bosta pajjiżi, in-numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil kien jindika n-numru ta' individwi; min-naħa l-oħra f'xi pajjiżi, per eżempju fir-Renju Unit u fi Franza, dan kien jindika n-numru ta' każijiet (każ wieħed jista jinkludi membri tal-familja flimkien ma' l-applikant prinċipali) (15). — Xi Stati Membri (l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Finlandja u l-Awstrija) ma għamlux distinzjoni bejn l-ewwel applikazzjonijiet u applikazzjonijiet repetuti. — Għall-Ġermanja, il-figura għall-applikazzjonijiet ta' ażil ta' l-1999 kienet tindika n-numru ta' każijiet, imma l-figuri ta' Awwissu 2002 kienu jindikaw in-numru ta' individwi (16). — Fi Franza kienu nnutati diskrepanzi kbar bejn il-figuri mogħtija fl-2002 u fl-2003. Il-figuri ta' l-2003 ta' l-ERF għal applikazzjonijiet ta' ażil kienu jinkludu persuni li jibbenefikaw minn ażil territorjali, kategorija ġdida li mhix inkluża fl-2002. |
Reviżjonijiet ta' dejta validata qabel ma ġewx ikkunsidrati bis-sħiħ għat-tqassim fil-ġejjieni jew ma ġewx adegwatament dokumentati
|
24. |
Tul il-perijodu sħiħ ta' ERF I, xi wħud mill-figuri li kienu ġew validati f'sena ġew mibdula fis-snin ta' wara. Bħala eżempju, bejn l-2002 u l-2003 seħħet reviżjoni importanti tad-dejta fi Franza, għal liema n-numru ta' persuni dikjarati ġie miżjud b'17 606 (in-numru totali ta' persuni ddikjarati għal Franza għall-ERF 2003, total kumulattiv għas-snin 1999 sa 2001: 238 947). Ir-reviżjoni ta' statistiċi uffiċjali minnha nnifisha hija prattika komuni u mhix tant ikkritikata. Minkejja dan, meta l-Kummissjoni tirrevedi l-istatistiċi ex-post, għandha tikkunsidra l-informazzjoni reveduta mhux biss għat-tqassim kurrenti imma wkoll għat-tqassim tas-sena ta' qabel. Fil-każ ta' l-Italja, il-Kummissjoni naqqset l-allokazzjoni b'mod sinifikanti għall-2004 (0,7 miljun euro) meta mqabbla mas-sena 2003 (2,4 miljun euro), prinċipalment għaliex hija ma kinitx kapaċi tivvalida l-istatistiċi tas-snin ta' qabel dwar in-numru ta' persuni ddikjarati mill-Italja għall-perijodu ta' referenza 2001. F'numru ta' każijiet, fejn l-allokazzjoni ta' fondi kienet ibbażata fuq statistiċi modifikati, ma kien hemm l-ebda dokumentazzjoni disponibbli fuq ir-raġunijiet għalfejn t-tibdiliet saru jew fid-DĠ JLS jew fil-Eurostat. |
|
25. |
Id-diffikultajiet imġarrba setgħu ġew evitati li kieku l-ERF kien ġie bbażat fuq dejta affidabbli u armonizzata mill-bidu. Għal ERF II id-definizzjoni ta' gruppi mmirati ma nbidlitx b'mod sinifikanti (17) u l-allokazzjoni ta' fondi tkompli tiġi bbażata fuq statistiċi maħruġa mill-Eurostat (18) u dawk l-istatistiċi għadhom ma ġewx armonizzati. |
IL-ĠESTJONI MILL-KUMMISSJONI U MILL-ISTATI MEMBRI KIENET TAJBA?
Ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-ERF ġew ippubblikati tard
|
26. |
Peress li l-ERF kien programm ġdid, kien ikun aħjar kieku l-Istati Membri ngħataw linji ta' gwida ċari dwar il-ġestjoni sa mill-bidu tal-programm. Il-Kummissjoni ppubblikat ir-regoli dwar l-eliġibilità ta' l-infiq (19) f'April 2001, sitt xhur wara li ġie imniedi l-ERF. Madanakollu, il-Kummissjoni ppubblikat ir-regoli dettaljati għas-sistemi ta' tmexxija u kontroll aktar minn 18-il xahar wara li kien ġie stabbilit l-ERF. |
Effiċjenza baxxa tal-proċedura ta’ allokazzjoni
|
27. |
Il-proċedura ta’ allokazzjoni kienet ikkumplikata fil-ħsieb u fil-prattika soġġetta għal dewmien u ineffiċjenzi. Il-proċedura ta’ allokazzjoni għal ERF I imniżżla fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE kienet is-segwenti:
|
|
28. |
Fil-kuntest tat-tqassim tar-riżorsi lil kull Stat Membru, m'huwiex ċar xi rwol kienet intiża li jkollha t-talba għall-kofinanzjament. Kif spjegat f'paragrafu 18 hawn fuq, allokazzjonijiet kienu bbażati esklussivament fuq iċ-ċifri tal-persuni li qed ifittxu ażil u tar-refuġjati. |
|
29. |
Fil-prattika l-iskeda għall-allokazzjoni u l-pagament kienet soġġetta għal dewmien sinifikanti. F'kull sena kien hemm żewġ deċiżjonijiet, u mhux deċiżjoni waħda, mill-Kummissjoni dwar il-kofinanzjament: l-ewwel deċiżjoni bbażata fuq l-abbozz tal-baġit għas-sena li ġejja, u deċiżjoni reveduta bbażata fuq il-baġit li kien adottat finalment. Dawn id-deċiżjonijiet ġew tipikament meħuda bosta ġimgħat wara l-passi relevanti fil-proċedura tal-baġit. Għal ERF 2003 l-eżempju hawn taħt juri l-iskeda għall-Istati Membri kollha fil-prattika.
— F'April 2002 u 2003 l-abbozz tal-baġit preliminari kien ġie adottat mill-Kummissjoni. — L-abbozz tal-baġit għall-2003 ġie stabbilit mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2002. — Fid-19 ta' Settembru 2002 il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni preliminari tal-fondi lill-Istati Membri. — Wara l-allokazzjoni preliminari tal-fondi, l-Istati Membri kellhom jissottomettu t-talba tagħhom għall-ko-finanzjament. — Il-baġit finali għall-2003 ġie adottat fid-19 ta' Diċembru 2002. — Fl-20 ta' Diċembru 2002 il-Kummissjoni approvat id-deċiżjoni dwar il-ko-finanzjament, li kienet ibbażata fuq l-allokazzjonijiet preliminari komunikati lill-Istati Membri f'Settembru 2002. — Fit-12 ta' Frar 2003 il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni finali tal-fondi lill-Istati Membri. — Fi Frar u f'Marzu 2003 saret is-sottomissjoni u l-analiżi tat-talbiet għall-ko-finanzjament riveduti. — Fl-20 ta' Marzu 2003 il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni reveduta dwar il-kofinanzjament, li kienet ibbażata fuq il-baġit finali adottat, li żiedet l-allokazzjonijiet ta' l-Istati Membri bi 3 miljun euro. |
|
30. |
Il-Kummissjoni għamlet pagamenti lill-Istati Membri biss wara l-approvazzjoni tat-tieni, deċiżjoni reveduta tal-Kummissjoni dwar il-kofinanzjament. |
|
31. |
Dan id-dewmien fil-pagamenti tal-Kummissjoni ħoloq dewmien fil-pagamenti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji finali, peress li bosta Stati Membri setgħu biss iħallsu ladarba huma kienu rċevew is-sehem tagħhom tal-Fond. Riżultat ta' dan l-Istati Membri ltaqgħu ma' diffikultajiet biex josservaw il-limiti taż-żmieni għall-proġetti ffinanzjati mill-ERF. |
|
32. |
B'mod ġenerali, il-proġetti bdew qabel ġew riċevuti l-ewwel pagamenti mill-Istati Membri. F'dawk il-każijiet il-benefiċjarji finali kellhom jiffinanzjaw minn qabel l-infiq tagħhom: infiq mġarrab qabel l-approvazzjoni tat-talba ta' l-Istat Membru għall-kofinanzjament ma kienx eliġibbli għall-finanzjament taħt ERF I. Din ir-regola ffavoriet organizzazzjonijiet li kienu finanzjarjament aktar b'saħħithom u skoraġġiet organizzazzjonijiet iżgħar milli jagħmlu aktar applikazzjonijiet. |
|
33. |
F'ERF II sar xi tibdil f'dawn l-arranġamenti:
|
Interpretazzjoni differenti tar-regoli ta' l-ERF mill-Istati Membri
|
34. |
Il-verifika kixfet differenzi fir-rigward ta' l-interpretazzjoni tal-miżura ta' ripatrijazzjoni, li hija indikativament deskritta bħala li tipprovdi informazzjoni u pariri dwar programmi ta' ritorn volontarju u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini. Tista tkun tinkludi wkoll “taħriġ ġenerali jew vokazzjonali u għajnuna biex dawn jissetiljaw ruħhom mill-ġdid” (20). Il-Kunsill irrikonoxxa li huwa meħtieġ sostenn prattiku biex jinħolqu jew jiġi mtejba kundizzjonijiet li jagħmluha possibbli li r-refuġjati u l-persuni li ma jkunux jistgħu jiġu ripatrijati lura f'pajjiżhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata biex iħallu t-territorju ta' l-Istati Membri u jmorru lura lejn darhom, jekk huma jkunu jixtiequ dan (21). F'xi Stati Membri l-miżura ta' ripatrijazzjoni kienet fil-parti l-kbira użata biex tħallas il-passaġġi ta' l-ivjaġġar tal-persuni li qed ifittxu ażil. |
|
35. |
Differenzi prinċipali ta' interpretazzjoni kienu jeżistu fl-Istati Membri dwar min seta' japplika għall-assistenza ta' ripatrijazzjoni. Il-Ġermanja u l-Iżvezja applikaw l-interpretazzjoni aktar stretta tal-gruppi ta' eliġibilità, u ffinanzjaw biss lil refuġjati rikonoxxuti li kellhom il-permess li jgħixu f'wieħed mill-Istati Membri imma li kienu ddeċidew li jirritornaw lura lejn pajjiżhom. B'kuntrast, ir-Renju Unit u l-Italja użaw prinċipalment il-miżura ta' ripatrijazzjoni biex jiffinanzjaw persuni li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma ntlaqatx jew ġiet irrifjutata, minn barra dawk li ġew mogħtija permess indefinit biex jibqgħu jew status ta' refuġjati. Il-finanzjament ta' persuni li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma ntlaqatx kien kofinanzjat mill-Fond, anke meta d-deċiżjoni biex jirritornaw lura f'pajjiżhom ma' kinitx waħda volontarja (22). Dan l-element volontarju (20) huwa enfasizzat fir-regoli ta' l-ERF u ġie rinforzat f'ERF II (23). |
|
36. |
Bl-istess mod, id-definizzjoni ta' persuni eliġibbli li r-ritorn lejn il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom jista jiġi ffinanzjat mhix adegwata, kif muri hawn taħt. Fir-Renju Unit, persuni li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma ntlaqatx u li ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali bħar-Repubblika Ċeka u l-Polonja, li kienu fitxew l-ażil qabel l-adeżjoni ma' l-UE, rriżultaw bħala l-akbar numru ta' persuni li l-passaġġi ta' l-ivjaġġar tagħhom biex imorru lura f'pajjiżhom ġew iffinanzjati mill-ERF fl-2003 (jiġifieri 332 persuna mir-Repubblika Ċeka u 125 persuna mill-Polonja). L-Istati Membri individwali jistgħu japplikaw politika fuq il-merti individwali tat-talbiet kollha għal ażil, għalhekk mhux ibbażati fuq il-pajjiż ta’ oriġini. |
Eżempji pożittivi tal-ġestjoni ta' l-ERF
|
37. |
Minkejja problemi fit-twaqqif u l-ġestjoni ta' l-ERF, kien hemm bosta eżempji ta' sistemi ta' ġestjoni tajba. Il-Ġermanja u l-Iżvezja introduċew sistema dettaljata ta' tmexxija, li tinkludi proċeduri, formoli u rapporti li kienu jippermettu lill-awtorità nazzjonali li tmexxi numru kbir ta' proġetti. Barra dan, monitoraġġ mill-qrib tal-proġetti assigura appoġġ fil-ħin lill-benefiċjarji finali. |
Il-monitoraġġ u azzjoni ta' rimedju mill-Kummissjoni kellhom riżultati insuffiċjenti
|
38. |
L-Istati Membri huma responsabbli mis-selezzjoni, l-ġestjoni finanzjarja u l-amministrazzjoni tal-proġetti. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata sabiex tipprovdi lill-Istati Membri bil-libertà neċessarja sabiex jimplimentaw il-programm skond il-bżonnijiet tagħhom. Fl-ewwel każ, l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu r-responsabbiltà għall-kontroll finanzjarju ta' azzjoni. B'mod partikolari, huma għandhom jassiguraw illi l-fondi jiġu użati skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Minkejja dan, il-Kummissjoni nnifisha hija responsabbli li tassigura illi l-Istati Membri għandhom sistemi ta' ġesjtoni u ta' kontroll li jaħdmu mingħajr problemi sabiex jaċċertaw illi l-fondi Komunitarji jiġu wżati b'mod effiċjenti u korrett. |
|
39. |
B'mod ġenerali, l-Kummissjoni wettqet żjarat ta' monitoraġġ għall-ERF I imma ma setgħetx tassigura dejjem prattiċi ta' ġestjoni tajba fil-Pajjiżi Membri kollha. Skond l-ERF II (24), il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, inklużi li tivvaluta l-impatt ta' l-azzjonijiet u l-komplimentarjetà tagħhom ma' istrumenti oħra tal-Komunità. Fir-Renju Unit, il-Qorti sabet nuqqasijiet serji (e.ż. sekwenza tal-verifika inadegwata dwar l-għażla tal-proġett, monitoraġġ insuffiċjenti tal-proġetti). Qabel il-verifika tal-Qorti kmieni fl-2005, il-Kummissjoni kienet wettqet żjara waħda ta' monitoraġġ fl-2002 u verifika ex-post waħda fl-2003. Madanakollu, diversi nuqqasijiet osservati għandhom ma ġewx solvuti.Kif diġà nstab mill-Kummissjoni waqt żjara ta' monitoraġġ fl-Awstrija, ċerti kompiti ċentrali tal-ġestjoni ta' l-azzjonijiet ta' l-ERF kienu ġew iddelegati mill-awtorità nazzjonali lil kumpanija privata. Dan m'huwiex konformi mar-Regolament Finanzjarju għal dak li jirrigwarda d-delega tal-kompiti lil terzi partijiet. L-azzjoni korrettiva rrakkomandata mill-Kummissjoni ġiet implimentata tard.L-Italja għamlet sejħa pubblika waħda għall-offerti f'erba' snin. Barra minn hekk, din kienet ristretta għall-muniċipalitajiet, u b'hekk eskludiet applikanti potenzjali oħra milli jieħdu sehem fl-ERF. |
X'KIEN L-IMPATT TA' L-ERF FUQ L-ISFORZI NAZZJONALI FIL-QASAM TA' L-AŻIL?
|
40. |
Il-mira tal-Qorti kienet li tanalizza jekk il-ħolqien ta' l-ERF kinitx irriżultat f'bidla fl-infiq nazzjonali fil-qasam ta' l-ażil. Madanakollu, l-informazzjoni kienet limitata, kemm fl-Istati Membri l-oħra u fil-Kummissjoni. Dan kien parzjalment minħabba l-fatt illi l-parti l-kbira ta' l-Istati Membri ma kellhomx linji tal-baġit speċifiċi għan-nefqa għar-refuġjati jew għal dawk li jfittxu ażil fil-baġits nazzjonali tagħhom. Għalhekk ma kienx possibbli li tinġibed konklużjoni finali fuq dan il-punt. |
|
41. |
L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu (25) m'eżaminatx l-addizzjonalità tal-Fond, imma ffokat minflok fuq sa fejn l-Istati Membri kienu kkofinanzjaw il-proġetti individwali ta' l-ERF. Ir-rapport finali ma ġiex eżaminat għax ma kienx għadu ġie adottat fiż-żmien meta kienet imwettqa l-verifika. |
|
42. |
Xi indikaturi ta' l-impatt ta' l-azzjonijiet fir-rigward ta' persuni kkonċernati mit-tliet miżuri kienu disponibbli, imma dawn ma ġewx immonitorjati sistematikament. Similarment, il-Kummissjoni użat id-dejta ta' l-Eurostat dwar ir-refuġjati għal skopijiet ta’ analiżi, imma ma qabblithomx sistematikament ma' dejta rċevuta mingħand l-Istati Membri. |
|
43. |
Fid-dawl tal-proġetti li hija żaret, il-Qorti tista' tgħid illi l-ERF ipproduċa xi tibdiliet pożittivi fl-isforzi nazzjonali, l-aktar fir-rigward ta' l-ittestjar ta' proġetti innovattivi u l-integrazzjoni tar-riżultati tagħhom fi strateġiji nazzjonali. |
Proġett ta' suċċess wieħed tar-Renju Unit kien jikkonċerna skema ta' kosulenza fuq bażi individwali għar-refuġjati, fejn konsulenti voluntiera, li huma ċittadini tal-pajjiż ospitanti jassitu lir-refuġjati sabiex jadattaw ruħhom u jintegraw fis-soċjetà tal-pajjiż li jkun qed joffrilhom l-ażil. Skema ta' integrazzjoni personali ġiet iddiżinjata li kienet tinkludi taħriġ dwar il-lingwa, introduzzjoni mal-belt ta' residenza u man-nies barra mill-komunità tar-refuġjati, tagħlim dwar kif jiġu mmaniġjati kwistjonijiet amministrattivi u assitenza sabiex wieħed isib xogħol. Il-proġett issa qed jiġi ffinanzjat mill-fondi nazzjonali.
|
44. |
F'każijiet oħrajn l-ERF kellu impatt pożittiv fuq il-politika nazzjonali dwar l-ażil, minħabba illi huwa wassal għall-ħolqien ta' programmi nazzjonali ex-novo. Il-Programm Nazzjonali Taljan għall-Ażil sar possibbli grazzi għall-ko-finanzjament ta' l-ERF, u għandu l-mira li jirċieivi u jassisti lil dawk li jfittxu ażil u lir-refuġjati fit-territorju nazzjonali. Dan ġie mibdi mill-Ministeru għall-Intern, l-UNHCR u l-Assoċċjazzjoni Nazzjonali tal-Muniċipalitajiet Taljani (ANCI). |
KONKLUŻJONI
|
45. |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati alloka r-riżorsi tiegħu skond id-dejta ta' l-istatistika. Il-Qorti sabet li dawn id-dejta ma kinux kompleti, komparabbli u affidabbli. Il-Kummissjoni damet sa l-2005, wara diversi snin ta’ azzjonijiet preparatorji sabiex tipproponi regolament dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istatistiċi (ara l-paragrafi 20 sa 22). |
|
46. |
Ċerti regoli ta' l-implimentazzjoni kienu ppubblikati tard mill-Kummissjoni, u ħallew lill-Istati Membri mingħajr istruzzjonijiet ċari fil-fażi tal-bidu ta' l-ERF. Il-proċess amministrattiv ikkumplikat għall-allokazzjoni tal-fondi wassal għal dewmien fil-pagamenti fl-Istati Membri (ara paragrafi 26 sa 33). |
|
47. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill kienet nieqsa mill-kjarezza fid-definizzjoni tat-termini prinċipali ta' l-ERF (per eżempju, l-gruppi mmirati eliġibbli jew il-miżuri li jistgħu jiġu finanzjati, ara paragrafi 34 sa 36). Il-Kummissjoni ma gwidatx dejjem lill-Istati Membri sabiex tgħinhom jevitaw l-ambigwitajiet fl-interpretazzjoni tar-regoli. Għalkemm ma ġie osservat l-ebda użu ħażin sistematiku tar-regoli, dawn ma kinux applikati b'mod ugwali mill-Istati Membri). |
|
48. |
Il-Kummissjoni ma setgħetx dejjem tassigura prattiċi ta' ġestjoni tajba fil-Pajjiżi Membri (ara paragrafu 39). |
|
49. |
Kien hemm dejta limitati disponibbli fuq l-impatt ta' l-ERF fuq l-isforzi nazzjonali fil-qasam ta' l-ażil (ara paragrafi 40 sa 42). |
|
50. |
Ir-riżultat tar-rapport finali ma setax jiġi mittieħed in konsiderazzjoni għaliex dan ma kienx ġie adottat fiż-żmien meta l-verifika kienet imwettqa (ara paragrafi 16 sa 41). |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
51. |
Il-Kummissjoni għandha tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tarmonizza id-dejta statistika. Filwaqt li tarmonizza d-dejta statistika, l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri li jippermettu l-verifika tad-dejta. |
|
52. |
Il-Kummissjoni rrevediet id-dejta statistika. Meta l-Kummissjoni tirrevedi l-istatistiċi ex post, hija għandha tikkunsidra l-informazzjoni reviżjonata meta tkun qed tqassam il-fondi. |
|
53. |
Jekk il-Kummissjoni ma tistgħax tiggarantixxi illi l-istatistiċi huma affidabbli u li l-allokazzjoni tal-fondi tkun proporzjonata man-numru ta' refuġjati u ta' persuni li jfittxu l-ażil li ġew milqugħa, metodi oħra sabiex jiġu allokati l-fondi, bħall-ammonti fissi, għandhom jiġu kkunsidrati. |
|
54. |
Il-verifika tal-Kummissjoni wriet illi xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-ERF I, b'mod partikolari r-regoli ta' l-eliġibilità, kienu miftuħa għal differenzi ta' interpretazzjoni sinifikanti. Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill għandha tikkunsidra, fid-dawl tas-sejbiet tal-Qorti u tat-tibdiliet diġà magħmula fl-ERF II, jekk huma jixtiequ lill-ERF ikun aktar immirat b'mod iktar ċar u preċiż għall-futur. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-21 ta' Marzu 2007.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) Artikolu 61 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KE tat-28 ta' Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ĠU L 252, 6.10.2000).
(3) Premessa 2 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(4) Approprijazzjonijiet previsti għall-bżonnijiet t'emerġenza imma mhux użati bejn l-2000 u l-2004.
Sours: Is-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni.
(5) Kif definit fl-Artikolu 53 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002).
(6) Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Refuġjati, Ġeneva, 28 ta' Lulju 1951, Nazzjonijiet Uniti, Serje tat-Trattat, Volum 189, p. 137. Adottata fit-28 ta' Lulju 1951 mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Plenipotenzjarji fuq l-Istatus ta' Refuġjati u Persuni mingħajr Stat imressqa taħt ir-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 429 (V) ta' l-14 ta' Diċembru 1950 dħul fis-seħħ 22 ta'April 1954, skond l-Artikolu 43.
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE tat-2 ta' Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu 2005 sa 2010 (ĠU L 381, 28.12.2004). Id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-ERF.
(8) Kapitolu 6, pp. 200-202, tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 293, 30.11.2004); Kapitolu 6, pp. 165-166, 176 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 301, 30.11.2005).
(9) L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(10) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(11) L-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(12) L-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(13) Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistiċi Komunitarji dwar l-emigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali COM (2005) 375 finali Brussell, 14 ta' Settembru 2005, 2005/0156 (COD).
(14) Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistiċi Komunitarji dwar l-emigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali COM (2005) 375 finali Brussell, 14 ta' Settembru 2005, 2005/0156 (COD), p. 4.
(15) Rapport Annwali CIREA (Ċentru għall-Informazzjoni, Diskussjoni u Skambju dwar l-Ażil) għall-1999 u l-2000.
(16) Rapport annwali CIREA għall-1999 u għall-2000 u Statistiċi maħruġa kull xahar dwar ir-rapport ta' l-ażil — Awwissu 2002.
(17) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/904/KE.
(18) L-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2004/904/KE.
(19) L-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(20) Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(21) Preambolu 7 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.
(22) Il-Kunsill Ewropew dwar ir-Refuġjati u l-Persuni Eżiljati jiddistingwi bejn ritorn volontarju, mandatarju jew sfurzat: huwa importanti li ssir distinzjoni bejn ripatrijazzjoni ta' persuni li bil-libertà kollha jagħżlu li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jmorru lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini jew ta' residenza tas-soltu tagħhom u dawk li m'għandhomx bażi legali biex jibqgħu u jaċċettaw li jmorru lura. Kunsill Ewropew dwar ir-Refuġjati u l-Persuni Eżiljati, Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-12-13 ta'Ottubru 2005, p. 4.
(23) L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2004/904/KE.
(24) Artikolu 27 tad-Deċiżjoni 2004/904/KE.
(25) Id-DĠ Ġustizzja u Affarijiet Interni, Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, Rapport Finali, Diċembru 2003.
ANNESS 1
Paragun tar-regolamenti tal-Komunità għall-perijodu 2000-2004 tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF I) u għall-perijodu 2005-2010 (ERF II)
INTRODUZZJONI
Dan il-paragun huwa bbażat fuq id-dokumenti li ġejjin:
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KE tat-28 ta' Settembru 2000; |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/275/KE ta' l-20 ta' Marzu 2001; |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/307/KE tat-18 ta' Diċembru 2001; |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE tat-2 ta' Diċembru 2004; |
|
— |
Memorandum ta' Spjegazzjoni u proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill SEC 2004/161 li twaqqaf il-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu 2005-2010; |
|
— |
Evalwazzjoni ta' l-Impatt Estiża. Karta ta' xogħol tal-Persunal tal-Kummissjoni, SEC (2004) 161, 12.2.2004. |
Il-paragun li ġej jenfasizza biss id-differenzi prinċipali bejn l-ERF I u l-ERF II. La hija analiżi u lanqas evalwazzjoni ta' dawk it-tibdiliet.
I. OBJETTIVI U KOMPITI
|
|
Il-programm 2000-2004 |
Il-programm 2005-2010 |
||||||||||||||||||
|
Objettiv |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati huwa strument finanzjarju, illi l-objettiv prinċipali tiegħu huwa li jsostni u jinkoraġġixxi l-isforzi magħmula mill-Istati Membri f'li jirċievu u f'li jġorru l-konsegwenzi tal-fatt li jirċievu refuġjati u persuni li jkunu ġew imċaqalqa. |
|||||||||||||||||||
|
Perijodu ta' żmien |
5 snin, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2004. |
6 snin, mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2010. |
||||||||||||||||||
|
Gruppi mmirati |
Ħames gruppi mmirati:
(Artikolu 3, 2000/596/KE) |
Erba' gruppi mmirati:
(Artikolu 3, 2004/904/KE) |
||||||||||||||||||
|
Programmar |
L-ebda programmi multi-annwali, approprijazzjonijiet annwali. |
Programmi multi-annwali għal żewġ perijodi ta' tliet snin. Għal kull fażi ta' programmar, l-Istati Membri jridu jippreżentaw programmi multi-annwali lill-Kummissjoni. (Artikolu 15, 2004/904/KE) |
||||||||||||||||||
|
Azzjonijiet |
Hemm tliet tipi differenti ta' miżuri mittieħda mill-Istati Membri: kundizzjoni ta' lqugħ, integrazzjoni u ripatrijazzjoni. Ilqugħ:
Integrazzjoni
Ripatrijazzjoni
(Artikolu 4, 2000/596/KE) |
Kombinazzjoni ta' l-azzjonijiet (ilqugħ, integrazzjoni, ritorn volontarju) hija permessa. |
||||||||||||||||||
|
Azzjonijiet li possibilment jistgħu jiġu ffinanzjati huma f'partijiet minnhom iktar speċifiċi. |
||||||||||||||||||||
|
Hemm azzjonijiet eliġibbli relatati mal-kundizzjonijiet ta' l-ilqugħ u l-proċeduri ta' l-ażil (akkommodazzjoni, servizzi mediċi u psikoloġiċi, assitenza soċjali, edukazzjoni u taħriġ fil-lingwa). |
||||||||||||||||||||
|
Hemm aktar azzjonijiet eliġibbli relatati ma' l-integrazzjoni (azzjonijiet sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivili u kulturali; l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u d-diplomi; azzjonijiet sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni ta' dawn il-persuni li jinvolvu l-awtoritajiet nazzjonali, il-pubbliku ġenerali u l-assoċċjazzjonijet tar-refuġjati, il-gruppi volontarji u l-imsieħba soċjali). |
||||||||||||||||||||
|
Azzjonijiet eliġibbli li għandhom x'jaqsmu mar-ritorn volontarju jinkludu: l-informazzjoni u s-servizzi ta' pariri, l-informazzjoni dwar il-pajjiżi jew ir-reġjun ta' oriġini, taħriġ ġenerali jew vokazzjonali, azzjonijiet li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-ritorn volontarju. |
||||||||||||||||||||
|
|
Enfasi speċjali hija mpoġġija fuq is-sitwazzjoni speċifika tal-persuni vulnerabbli. (Artikoli 4 sa 7, 2004/904/KE) |
|||||||||||||||||||
|
Azzjonijiet tal-Komunità |
L-azzjonijiet eliġibbli jikkonċernaw l-oqsma li ġejjin: l-istudji, l-iskambji ta' esperjenzi u passi sabiex tiġi promossa l-koperazzjoni, evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri u assistenza teknika. (Artikolu 5, 2000/596/KE) |
Azzjonijiet komunitarji jpoġġu enfasi fuq azzjonijiet trans-nazzjonali jew azzjonijiet fl-interess tal-Komunità b'mod ġenerali. (Artikolu 8, 2004/904/KE) |
||||||||||||||||||
II. DISPOŻIZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI U DWAR IL-ĠESJTONI
|
|
Il-programm 2000-2004 |
Il-programm 2005-2010 |
|
Implimentazzjoni |
L-Istati Membri ser ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet sostnuti mill-Fond. Awtorità responsabbli (amministrazzjoni pubblika) għandha tiġi maħtura sabiex tikkomunika mal-Kummissjoni. |
L-Istat Membru jaħtar awtorità responsabbli. Din għandha tkun korp ta' ħidma ta' l-Istat Membru jew korp pubbliku nazzjonali. Il-kompiti ta' implimentazzjoni kollha jew xi wħud minnhom jistgħu jiġu delegati lil korp ta' l-amministrazzjoni pubblika jew minn korp regolat mill-liġi privata iggvernat mill-liġi ta' l-Istat Membru u li jkollu missjoni ta' servizz pubbliku. |
|
|
Ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtorità responsabbli huma deskritti f'iktar dettall. |
|
|
L-ebda kundizzjonijiet minimi għall-awtorià reponsabbli. (Artikolu 7, 2000/596/KE) |
Ġew imwaqqfa kundizzjonijiet minimi għall-awtorita responsabbli. (Artikoli 12 sa 13, 2004/904/KE) |
|
|
Talba għal ko-finanzjament |
L-Istati Membru jressaq talba għal ko-finanzjament kull sena. (Artikolu 8, 2000/596/KE) |
Skond l-iprogrammar multi-annwali, l-Istat Membru għandu jipproponi abbozz ta' programm multi-annwali bbażat fuq il-linji gwida provduti mill-Kummissjoni. (Artikolu 15, 2004/904/KE) |
III. ĠESTJONI FINANZJARJA
|
|
Il-programm 2000-2004 |
Il-programm 2005-2010 |
|
Dispożizzjoni finanzjarja |
216 miljun euro. (Artikolu 2, 2000/596/KE) |
114 miljun euro għall-perijodu 2005-2006, f. L-approprijazzjonijiet annwali ser jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja. (Artikolu 2, 2004/904/KE) |
|
Struttura ta' finanzjament |
Il-kontribuzzjoni mill-Fond m'għandiex taqbeż il-50 % ta' l-ispiża kollha tal-miżura. Il-proporzjon jista' jiżdied għal 75 % fl-Istati Membri li għalihom japplika l-Fond ta' Koeżjoni. (Artikolu 13, 2000/596/KE) |
Il-kontribuzzjoni mill-Fond m'għandhiex teċċedi l–50 % ta' l-ispiża totali ta' azzjoni speċifika. Imma din tista' tiżdied għal 60 % għal azzjonijiet partikolari innovattivi u għal 75 % fi Stati Membri li għalihom japplika l-Fond ta' Koeżjoni. Il-kontribuzzjoni m'għandhiex teċċedi t–80 % ta' l-ispiża totali ta' azzjonijiet Komunitarji speċifiċi. (Artikolu 20, 2004/904/KE) |
|
Assistenza teknika u ammnistrattiva |
Somma li ma taqbiżx il–5 % ta' l-allokazzjoni totali ta' Stat Membru tista' tiġi mwarrba għall-assistenza teknika u amministrattiva. (Artikolu 12, 2000/596/KE) |
Minbarra s–7 % ta' l-ammont annwali mwarrab għall-assistenza teknika u amministrattiva, 30 000 euro oħra huma miżjuda. (Artikolu 18, 2004/904/KE) |
|
Tqassim annwali |
Fl-ERF I l-ammont sħiħ kien jinżel: 500 000 euro għas-sena 2000 u 100 000 euro għas-sena 2004. (Artikolu 10, 2000/596/KE) |
Ammont fiss ta' 300 000 euro, li abolixxa l-element ta' nżul fl-ERF I. Għajnuna speċjali ta' 500 000 euro għall-Istati Membri l-ġodda għall-ewwel tlett snin tal- fażi II. (Artikolu 17, 2004/904/KE) |
|
Pagamenti |
Pagamenti inizjali u parzjali u l-bilanċ. |
Il-pagament ta' finanzjament minn qabel, it-tieni pagament ta' finanzjament minn qabel u l-bilanċ. |
|
Hekk kif id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi adottata, jiġi magħmul pagament inizjali ta' 50 % ta' l-ammont. |
Pagament minn qabel ta' 50 % ta' l-ammont għandu jiġi magħmul fi żmien sittin ġurnata wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' kofinanzjament. |
|
|
Pagament parzjali sa 30 % jiġi magħmul ladarba l-Istat Membru jgħid illi huwa jkun realment nefaq in-nofs tal-pagament inizjali. |
It-tieni pagament ta' finanzjament minn qabel għandu jiġi magħmul mhux aktar tard minn tlett xhur wara li l-Kummissjoni tkun approvat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali ta' xogħol u dikjarazzjoni ta' nefqa li tammonta għal minn l-anqas 70 % ta' l-ammont tal-pagament inizjali. L-ammont m'għandux jaqbeż il–50 % ta' l-ammont totali jew il-bilanċ ta' l-ammont għal proġetti selezzjonati bit-tnaqqis ta' l-ewwel pagament ta' finanzjament minn qabel. |
|
|
|
Il-bilanċ għandu jitħallas fi żmien tlett xhur mill-approvazzjoni tal-kontijiet imressqa mill-Istati Membri u tar-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm. (Artikolu 17, 2000/596/KE) |
Il-bilanċ għandu jitħallas mhux aktar tard minn tlett xhur wara li l-Kummissjoni tkun approvat ir-rapport ta'implimentazzjoni finali tal-programm annwali u d-dikjarazzjoni tan-nefqa finali. (Artikolu 23, 2004/904/KE) |
|
Ir-riżorsi għall-attivitajiet tal-Komunità |
Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, sa 5 % tar-riżorsi disponibbli tal- Fond jistgħu jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet innovattivi jew azzjonijiet ta' interess għall-Komunità b'mod ġenerali. Barra minn hekk, il-Fond jista' jipprovdi sa 100 % tal-finanzjament. (Artikolu 5, 2000/596/KE) |
Sa 7 % tar-riżorsi disponibbli tal-Fond jistgħu jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet tal-Komunità, l-enfasi tiġi mpoġġija fuq azzjonijiet trans-nazzjonali jew azzjonijiet ta'interess għall-Komunità b'mod ġenerali li jikkonċernaw il-politika dwar l-ażil u l-miżuri applikabbli għar-refuġjati u għall-persuni mċaqalqa. L-ERF jista' jipprovdi sa 80 % tal-finanzjament. (Artikolu 8, 2004/904/KE) |
IV. MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U RAPPORTI
|
|
Il-programm 2000-2004 |
Il-programm 2005-2010 |
||||||||||||||||||
|
Kontrolli |
Il-kontrolli ser ikopru mill-anqas 20 % tan-nefqa eliġibbli totali. (Artikolu 5, 2002/307/KE) |
Il-kontrolli ser ikopru mill-anqas 10 % tan-nefqa eliġibbli totali għal kull programm ta'implimentazzjoni annwali. (Artikolu 25, 2004/904/KE) |
||||||||||||||||||
|
Monitoraġġ u evalwazzjoni |
L-awtorità responsabbli għandha tieħu miżuri sabiex timmonitorja u tevalwa l-azzjonijiet. (Artikolu 20, 2000/596/KE) |
Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fond b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri. (Artikolu 27, 2004/904/KE) |
||||||||||||||||||
|
Arranġamenti għas-segwitu |
Regoli dettaljati għall-eliġibilità tan-nefqiet u rapporti dwar l-implimentazzjoni. (2001/275/KE) |
|
||||||||||||||||||
|
Rapporti mill-Istati Membri |
L-awtorità responsabbli
L-ebda evalwazzjoni separata ta' l-impatt tal-programm. (Artikolu 20, 2000/596/KE) |
L-awtorità responsabbli
L-Istati Membri għandhom jissottomettu:
(Artikolu 28, 2004/904/KE) |
||||||||||||||||||
|
Ir-reċipjenti tar-rapporti sottomessi mill-Kummissjoni u t-tipi ta' rapporti |
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
(Artikolu 20, 2000/596/KE) |
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill- Parlament, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni:
(Artikolu 28, 2004/904/KE) |
ANNESS II
TQASSIM TAL-FONDI GĦAL KULL STAT MEMBRU (2000-2004)
|
(euro) |
||||||
|
|
ERF 2004 |
ERF 2003 |
ERF 2002 |
ERF 2001 |
ERF 2000 |
Total ERF 2000-2004 |
|
Awstrija |
2 230 280 |
2 007 650 |
1 938 106 |
1 454 754 |
912 382 |
8 543 173 |
|
Belġju |
2 131 527 |
2 381 192 |
2 729 083 |
1 869 725 |
1 233 201 |
10 344 727 |
|
Finlandja |
392 633 |
524 730 |
671 256 |
673 606 |
651 387 |
2 913 612 |
|
Franza |
4 041 961 |
5 067 825 |
4 133 681 |
3 156 228 |
2 255 055 |
18 654 750 |
|
Ġermanja |
8 113 022 |
9 935 792 |
10 324 675 |
8 391 364 |
6 218 899 |
42 983 751 |
|
Greċja |
459 296 |
439 481 |
535 611 |
629 043 |
652 057 |
2 715 489 |
|
Irlanda |
919 091 |
981 675 |
965 573 |
709 110 |
632 205 |
4 207 654 |
|
Italja |
741 665 |
2 396 268 |
3 460 943 |
2 741 881 |
1 956 105 |
11 296 861 |
|
Lussemburgu |
171 648 |
299 703 |
411 195 |
481 073 |
528 972 |
1 892 591 |
|
Olanda |
2 972 103 |
3 239 737 |
4 175 006 |
3 642 650 |
2 984 949 |
17 014 444 |
|
Portugall |
123 370 |
304 394 |
457 006 |
518 816 |
534 238 |
1 937 823 |
|
Spanja |
665 287 |
786 229 |
933 064 |
837 462 |
745 291 |
3 967 333 |
|
Żvezja |
2 691 652 |
2 869 672 |
3 326 823 |
2 555 672 |
1 808 621 |
13 252 440 |
|
Renju Unit |
10 877 221 |
8 923 101 |
8 764 928 |
4 819 118 |
2 902 640 |
36 287 008 |
|
Pajjiżi ta' l-adeżjoni |
3 626 695 |
|
|
|
|
3 626 695 |
|
Azzjoni Komunitarja |
2 113 550 |
2 113 550 |
2 254 050 |
1 709 500 |
1 264 000 |
9 454 650 |
|
Total |
42 271 000 |
42 271 000 |
45 081 000 |
34 190 000 |
25 280 000 |
189 093 000 |
|
Sors: Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għall-perijodi 2000 sa l-2004. |
||||||
ANNESS III
Proċedura t’allokazzjoni ta’ l-ERF ta’ ammonti provviżorji lill-Istati Membri 2000-2001
Proċedura t’allokazzjoni ta’ l-ERF ta’ ammonti provviżorji lill-Istati Membri 2002-2003
Proċċedura t'allokazzjoni ta' l-ERF ta' ammonti provviżorji lill-Istati Membri 2004
IR-RISPOSTI TAL-KUMMISSJONI
SOMMARJU
|
I. |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam fl-1 ta' Mejju 1999, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF) ġie mwaqqaf f'Settembru 2000 u jirrappreżenta l-ewwel att tad-dritt Komunitarju adottat fil-qasam ta' l-ażil u l-immigrazzjoni fuq il-bażi ta' dan it-Trattat ġdid (Artikolu 63 TKE). Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati huwa għalhekk strument finanzjarju innovattiv, intiż li jsostni u jinkuraġġixxi l-isforzi ta' l-Istati Membri biex jilqgħu refuġjati u persuni mċaqalqa minn pajjiżhom u jsostnu l-konsegwenzi li jġib miegħu dan l-ilqugħ, f'kuntest Ewropew ikkaratterizzat ħafna bl-urġenza. |
|
II. |
Il-Kummissjoni tiżgura responsabbiltà ġenerali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Komunità (skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat) iżda l-bażi ġuridika ta' l-ERF tindika li “l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond”. |
|
IV. |
Il-ġbir tad-data statistika għall-kalkolu ta' l-allokazzjonijiet baġitarji għal kull Stat Membru għandu l-għan li jalloka l-fondi skond il-ħtiġiet reali. Il-bażi ġuridika tipprevedi li tintuża d-data dwar ir-refuġjati u l-persuni mċaqalqa minn pajjiżhom ta' l-aħħar tliet snin iżda din id-data l-ħin kollu tinbidel. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tħabbat wiċċha ma' problema kumplessa li hija qed issolvi progressivament iżda li ser tibqa' dejjem hemm b'mod residwu. Fl-aħħarnett, fuq il-perjodu 2000-2004, il-Kummissjoni tikkunsidra li hija adottat attitudni ekwa għall-allokazzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri, hekk kif tikkonferma l-evalwazzjoni esterna indipendenti. |
|
V. |
Il-proċedura ta' adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta' kofinanzjament favur l-Istati Membri, modifikata matul in-negozjati tal-bażi ġuridika ta' l-ERF I, hija żvantaġġjata minħabba l-inkumpatibilità relattiva bejn il-kalendarju tal-proċedura baġitarja ta' l-Unjoni u l-kalendarju ta' l-ERF I għall-fażi ta' pprogrammar. Biex tiġi rispettata l-bażi ġuridika u fuq kollox biex jiġi permess lill-Istati Membri li jantiċipaw l-azzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni għażlet li tadotta deċiżjoni proviżorja fl-aħħar tas-sena preċedenti fuq il-bażi ta' l-abbozz ta' baġit preliminari u li tadotta deċiżjoni emendata wara l-vot tal-baġit definittiv. |
|
VI. |
Skond il-bażi ġuridika ta' l-ERF, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri. Il-miżuri korrettivi disponibbli għall-Kummissjoni fil-qafas tal-ġestjoni maqsuma, is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew il-korrezzjonijiet finanzjarji, ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jiġu implimentati sabiex ikun rispettat id-dritt ta' rispons ta' l-Istati Membri u l-effetti tagħhom jibdew jidhru biss wara perjodu ta' żmien medju. L-aġġornament tar-Regolament finanzjarju, li daħal fis-seħħ fil-bidu ta' l-2007, jenfasizza b'mod iktar ċar ir-responsabbiltajiet ta' l-atturi differenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni maqsuma. |
|
VII. |
Il-Kummissjoni tqis li d-differenzi fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet juru l-filosofija ta' l-ERF li tibbaża fuq orjentazzjonijiet komuni u adattament ta' l-azzjonijiet għall-għanijiet u l-ħtiġiet nazzjonali. Fid-dawl tal-mezzi limitati ta' l-ERF, ma kienx possibbli li jiġu koperti l-għanijiet kollha b'mod uniformi f'kull Stat Membru u l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe interpretazzjoni konformi ta' l-orjentazzjonijiet ġenerali hija awtorizzata. Bl-adozzjoni tal-programm qafas “solidarjetà u ġestjoni tal-flussi migratorji”, l-Unjoni se jkollha erba' strumenti finanzjarji b'għanijiet u skopijiet ta' applikazzjoni li huma iktar dettaljati u li jippermettu li jirrispondu għal parti l-kbira tat-tħassib li esprimiet il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
VIII. |
Rigward l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-ERF 2000-2004, il-Kummissjoni ppubblikat, minn meta saret verifika tal-Qorti, evalwazzjoni fuq il-bażi ta' studju li sar minn esperti indipendenti li tagħti opinjoni pożittiva ħafna dwar it-twettiq tal-Fond minkejja l-finanzi limitati matul dawn il-ħames snin. |
INTRODUZZJONI
|
2. |
Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF) jirrappreżenta l-ewwel att tad-dritt tal-Komunità adottat fil-qasam ta' l-ażil u l-immigrazzjoni. |
|
6. |
L-għażla tal-ġestjoni maqsuma bħala mod ta' implimentazzjoni ta' l-ERF kellha l-għan li tenfasizza li l-appoġġ mogħti minn dan l-istrument għandu jkun iktar effikaċi u mmirat aħjar jekk l-azzjonijiet kofinanzjati jkunu skond is-sitwazzjoni u l-ħtiġiet stabbiliti fuq il-livell ta' kull Stat Membru. Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni hija mgħejuna minn Kumitat, b'rappreżentanti ta' l-Istati Membri, partikolarment għall-adozzjoni tar-regoli li jiggvernaw l-eliġibilità ta' l-infiq. |
|
10-11. |
Il-Kummissjoni setgħet tipproponi lill-Kunsill biex jadotta ċertu titjib mixtieq mill-Qorti tal-Ġustizzja u espress fir-rapporti annwali tas-snin preċedenti. Fuq il-bażi ta' proposti tal-Kummissjoni, il-Kunsill aċċetta modifikazzjonijiet ġuridiċi għall-perjodu 2005-2010 li jiffaċilitaw il-modalitajiet ta' applikazzjoni. Id-definizzjoni tal-gruppi koperti setgħet tiġi speċifikata għall-ERFII wara l-adozzjoni ta' Direttivi Komunitarji ġodda fil-qasam ta' l-ażil. |
|
13. |
Il-Kummissjoni ppreżentat strumenti finanzjarji ġodda għall-perjodu 2007-2013 fi ħdan il-programm qafas solidarjetà u ġestjoni tal-flussi migratorji. Id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-istrumenti finanzjarji jiċċaraw parti kbira tal-problemi ppreżentati mill-Qorti ta' l-Awdituri f'dan ir-rapport. |
|
16. |
L-evalwazzjoni finali ta' l-ERF 2000-2004 ssegwi serje twila ta' analiżi kemm fuq il-livell ta' l-Istati Membri kif ukoll tas-servizzi tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni talbet lil konsulenti esterni biex jevalwaw it-totalità ta' l-ERF fuq il-perjodu 2000-2004. Ir-rapport ta' studju tal-konsulenti kien disponibbli f'Marzu 2006 u fih 1 125 paġna. Madankollu l-Kummissjoni tagħraf li r-rapport finali, li kien ippubblikat f'Diċembru 2006, kellu jasal għand l-istituzzjonijiet l-oħrajn qabel Settembru 2005. |
IT-TQASSIM TAL-FONDI LILL-ISTATI MEMBRI KIEN TAJJEB?
|
20-22. |
Il-Kummissjoni qasmet ir-riżorsi baġitarji abbażi ta' data disponibbli, fi djalogu kostanti ma' l-Istati Membri. Fis-sena 2000 ma kien hemm l-ebda definizzjoni statistika komuni tal-gruppi koperti u l-metodoloġija għall-ġbir ta' l-istatistika dwar it-talbiet għall-ażil. L-eżerċizzji annwali tal-ġbir tad-data ta' l-Istati Membri ma kinux speċifikament relatati mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni. L-armonizzazzjoni f'dan il-qasam (definizzjoni tat-termini, proċedura tal-ġbir tad-data) ħadet iktar żmien milli kien mistenni. Il-Kummissjoni introduċiet strumenti biex titjieb il-kwalità u l-affidabilità tal-ġbir tad-data. Dan il-proċess tjieb bil-mod il-mod bejn l-2000 u l-2004 u għadu għaddej. Dan jirrifletti l-kumplessità tas-sistemi ta' l-ażil u d-differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini ta' kif l-applikazzjonijiet għall-ażil u d-deċiżjonijiet huma definiti u mgħaduda. Id-disponibilità tad-data statistika meħtieġa għall-allokazzjoni tal-Fond tnaqqset minħabba nuqqas ta' leġiżlazzjoni statistika speċifika li tobbliga lill-Istati Membri jfornu data dwar l-ażil lill-Eurostat. Ċertament fl-ewwel snin ta' dan il-ġbir tad-data, ħafna mid-data kienet għadha mhijiex fornita b'mod sistematiku u fil-ħin mill-Istati Membri. Il-metodu proviżorju għalhekk kellu jibqa' jintuża għal żmien itwal milli kien mistenni. Sadattant, f'Settembru 2005 il-Kummissjoni ressqet proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-emigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM (2005) 375 finali). Din il-proposta tirrappreżenta pass 'il quddiem importanti lejn l-armonizzazzjoni ta' l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-emigrazzjoni l-ażil u għandha ttejjeb iktar is-sitwazzjoni. Il-Kummisjoni ma kelliex il-mandat biex tivverifika s-sistemi ta' l-ażil jew id-data statistika prodotta. |
|
23. |
Uħud mid-differenzi fl-interpretazzjoni statistika huma spjegati bil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti mingħajr ma l-kwistjoni ta' l-affidabilità tad-data ma titqiegħed fid-dubju. Il-Kummissjoni tagħraf li l-ġbir tad-data statistika kienet żvantaġġjata minħabba diversi fatturi iżda, finalment, hija għamlet sforz biex tistabbilixxi bażi ta' tqassim ekwu ta' l-approprjazzjonijiet baġitarji, hekk kif tikkonferma l-evalwazzjoni esterna indipendenti ta' l-ERF I. |
|
24. |
F'xi każijiet, il-Eurostat iddikkjara li ma setax jikkummenta fuq jew jivverifika data alternattiva proposta għall-allokazzjoni ta' l-ERF mill-Istati Membri. Dan seħħ biss meta l-Istati Membri ma rnexxielhomx ifornu metadata xierqa, meta d-diżaggregazzjonijiet skond ix-xahar u/jew iċ-ċittadinanza ma ġewx forniti (li jfisser li l-konsistenza interna tad-data ma setgħetx tiġi ttestjata) jew meta kien hemm diskrepanzi mhux spjegati mad-data fornita preċedentement. Għall-kalkolu ta' l-allokazzjonijiet baġitarji bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis li hija diġà qed tieħu f'kunsiderazzjoni l-varjabilità ta' l-istatistiċi minħabba li l-allokazzjonijiet huma deċiżi fuq il-bażi ta' l-aħħar tliet snin: b'hekk, l-effett tar-reviżjonijiet ex post jittieħdu f'kunsiderazzjoni mingħajr diffikultajiet matul iż-żmien. Il-Kummissjoni tqis li mhux possibbli li ssir reviżjoni a posteriori tal-fondi allokati għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li fil-proċess ta' l-istabbiliment ta' l-istatistiċi biex jintużaw għall-allokazzjoni għall-ewwel sentejn ta' l-ERF I ir-riżultat ta' l-iskambji ta' l-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni kellu jkun dokumentat aħjar. Madankollu, saru sforzi, bħal fil-każ ta' l-Italja, biex isiru aġġustamenti fl-aħjar mod possibbli. Il-proċeduri ta' komunikazzjoni fis-seħħ bejn il-Eurostat u l-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti statistiċi dwar l-ażil jirriflettu prattika aċċettata adottata għal oqsma oħra ta' statistiċi. Dan huwa proċess trasparenti u joffri opportunitajiet xierqa għall-Istati Membri biex jivverifikaw u jivvalidaw/jirrevedu d-data nazzjonali tagħhom. |
|
25. |
Meta nħolqot l-ERF kienet għadha ma teżistix data statistika armonizzata fuq il-livell ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill u lill-Parlament biex jadottaw metodu prammatiku u ekwu. |
IL-ĠESTJONI MILL-KUMMISSJONI U MILL-ISTATI MEMBRI KIENET TAJBA?
|
26. |
Huwa inevitabbli li jkun hemm dewmien fil-bidu ta' programm ġdid biex jiġu adottati r-regoli ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li kien hemm ċertu dewmien (1) ikkawżat mill-konsultazzjonijiet neċessarji ma' l-Istati Membri u mill-iskadenzi għat-traduzzjoni. Madankollu l-Kummisjoni ħadmet mill-qrib ma' l-Istati Membri matul it-tfassil tar-regoli ta' implimentazzjoni, għalhekk id-dewmien biex jiġu ffinalizzati t-testi ma kkontribwiex għad-diffikultajiet ta' l-Istati Membri fl-amministrazzjoni tal-programm. |
|
27. |
L-ERF tfassal fuq il-prinċipju ta' allokazzjonijiet tal-fondi u ta' pprogrammar fuq il-livell ta' l-Istati Membri, it-tnejn li huma fuq bażi annwali. Għalhekk, kien loġiku li l-Kummissjoni kellha tgħaqqad flimkien l-antiċipazzjoni ta' l-ipprogrammar fuq il-livell ta' l-Istati Membri man-neċessità li taġġusta l-fondi kollha ma' l-ammonti vvutati mill-awtorità tal-baġit. Il-prinċipji ta' pprogrammar ġew ottimizzati għall-fażijiet segwenti ta' l-ERF 2005-2013 iżda l-loġika baqgħet l-istess. Meta jitqies id-dewmien ta' eżami, li mhux possibbli jitnaqqas, u ta' adozzjoni tal-programmi annwali, il-Kummisjoni m'għandha l-ebda possibbiltà oħra ħlief li titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu pprogrammar fuq id-data baġitarja proviżorja u jaġġustaw il-programmi tagħhom skond id-data definittiva. |
|
28. |
B'konformità mal-bażi ġuridika, it-talba ta' kofinanzjament tippermetti lill-Istati Membri li jippreċiżaw l-ipprogrammar annwali ta' l-azzjonijiet fost il-miżuri differenti possibbli ta' l-ERF billi jiġġustifikawhom skond il-bżonnijiet nazzjonali u t-talba mhijiex limitata għar-repetizzjoni ta' l-allokazzjonijiet baġitarji globali. |
|
29. |
Il-Kummissjoni tqis li l-eżempju tas-sena 2003 juri li l-kumpatibilità bejn il-kalendarju tal-proċedura baġitarja ta' l-Unjoni u l-kalendarju tal-programmazzjoni ta' l-ERF I hija diffiċli. Il-kalendarju inizjali propost mill-Kummissjoni kien modifikat matul in-negozjati tal-bażi ġuridika. Qabel id-deċiżjonijiet individwali ta' kofinanzjament mill-Istati Membri jkun hemm deċiżjoni ta' l-allokazzjoni tal-fondi fost l-Istati Membri kollha, bit-trażmissjoni u l-analiżi tal-programmi annwali ta' l-Istati Membri u bil-konultazzjoni tal-Kumitat ta' l-Istati Membri. Kull wieħed minn dawn il-passi jirrappreżenta ħafna ġimgħat ta' dewmien. |
|
31-33. |
Taħt l-ERF II, il-Kummissjoni tista' tqassam sa 100 % tal-fondi għat-tieni prefinanzjament mogħti lill-Istati Membri. B'konsegwenza ta' dan, l-Istat Membru għandu l-possibilità li jqassam sa 100 % lill-benefiċjarju finali, bla ħsara lill-proċeduri ta' pagament ta' l-Istat Membru stess. L-iskedar il-ġdid tal-pagamenti se jkun ta' benefiċċju għall-organizzazzjonijiet kollha, hu x'inhu d-daqs tagħhom. |
|
34-35. |
L-użu ta' strument finanzjarju fil-ġestjoni maqsuma kellu l-għan ewlieni li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw il-miżuri ġenerali għall-ħtiġiet nazzjonali. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-varjetà bejn l-għanijiet ta' Stat Membru u ieħor, fir-rispett tal-bażi ġuridika bħala prova ta' l-użu korrett ta' l-ERF mill-Istati Membri u bħala garanzija ta' effikaċja. L-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, abbażi ta' rapport ta' esperti esterni, rigward il-perjodu 2000-2004 ta' l-ERF, enfasizzat kemm huwa effikaċi dan il-metodu u kemm huwa kkunsidrat pożittiv. Il-Kummissjoni tqis li l-azzjonijiet ta' ripatrijazzjoni setgħu jikkofinanzjaw it-titjiriet lura. Fil-fatt, il-lista ta' l-azzjonijiet preżentati fil-bażi ġuridika, li turi l-kunċett ta' informazzjoni u parir preliminari, hija mogħtija biss bħala indikazzjoni. F'ċerti Stati Membri, l-azzjonijiet ta' ripatrijazzjoni setgħu ġew limitati fil-bidu biex jitwettqu l-esperimenti pilota qabel ġeneralizzazzjoni eventwali. Il-kofinanzjament tar-ritorni volontarji ta' l-applikanti għall-ażil rifjutati huwa eliġibbli skond il-bażi ġuridika ta' l-ERF, u d-dikjarazzjoni ta' l-ECRE (European Council on Refugees and Exiles) turi pożizzjoni li m'għandhiex rabta ma' l-iskop u l-metodi ta' applikazzjoni ta' l-ERF. |
|
36. |
B'mod ġenerali, il-Kummissjoni ma tqisx li d-definizzjoni tal-persuni eliġibbli għal ripatrijazzjoni hija nieqsa mir-rilevanza. Il-kofinanzjament tar-ripartijazzjoni ta' kull ċittadin minn pajjiż terz, inklużi l-pajjiżi li jinsabu fil-proċess ta' l-adeżjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-atti ta' adeżjoni, huwa konformi ma' l-ERF. Għalhekk ma setax ikun li jkunu previsti differenzi fit-trattament bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, huma jew mhumiex fil-proċess ta' adeżjoni meta jkunu gruppi koperti mill-miżuri kofinanzjati mill-ERF (lqugħ, integrazzjoni jew ritorn). |
|
37. |
L-eżempji pożittivi kkwotati mill-Qorti tal-Ġustizzja jenfasizzaw li d-dispożizzjonijiet ġuridiċi kif ukoll il-gwida tal-Kummissjoni setgħu jippermettu lill-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan li joħolqu sistema solida ta' kontroll. |
|
39. |
Il-Kummissjoni tqis li l-attivitajiet ta' monitoraġġ huma mifruxin għar-relazzjonijiet kollha ma' l-Istati Membri u mhux biss għaż-żjarat fuq il-post. Per eżempju, il-laqgħat tal-kumitat ta' l-Istati Membri ppermettew li tingħata gwida speċifika dwar ir-regoli differenti ta' l-ERF. Skond il-limiti tar-riżorsi u minkejja li din id-dispożizzjoni ma kinitx imposta fuqha fil-bażi ġuridika ta' l-ERF I, il-Kummissjoni stabbilixxiet programm ta' żjarat fuq il-post biex tassisti lill-Istati Membri. Minħabba l-importanza tat-tħaddim difettuż osservat mill-Kummissjoni fir-Renju Unit, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ JLS ħabbar riżerva fuq din is-sitwazzjoni partikolari fir-rapporti annwali tiegħu fl-2004 u l-2005. Il-Kummissjoni pproponiet lir-Renju Unit il-prinċipju, li huwa aċċetta, ta' korrezzjoni finanzjarja ta' 5 %, għas-snin 2000 u 2001, li tirrifletti r-responsabbiltà ta' l-Istat Membru fit-tħaddim difettuż osservat. Il-proċedura ta' l-għeluq tas-snin 2002 sa 2004 għadha għaddejja. Il-firxa eċċessiva tal-ħidmiet iddelegati fl-Awstrija kienet identifikata mill-Kummissjoni waqt żjara ta’ monitoraġġ u ġiet irrappurtata immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali. It-tip ta’ ħidmiet iddelegati kien aġġustat waqt il-proċedura kuntrattwali l-ġdida meta s-servizzi kienu qegħdin jiġġeddu. Wara s-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Italja, il-Kummissjoni ppjanat żewġ azzjonijiet: missjoni ta' kontroll ex post fuq l-ERF 2000-2004 u żjara ta' monitoraġġ fuq is-sistemi ta' kontroll għall-ERF II. Il-missjoni ta' kontroll ex post għaddejja mill-fażi finali u hija teżamina fid-dettall il-kondizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-ERF inkluża l-konformità tal-proċeduri tas-sejħiet għall-proposti mad-dispożizzjonijiet tal-bażi ġuridika. B'mod ġenerali, waqt l-għeluq tal-programmi annwali u, jekk ikun hemm bżonn, matul iż-żjarat ta' monitoraġġ tagħha, il-Kummissjoni ser tiżgura li t-tħaddim difettuż eventwali identifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja jkun irranġat. |
X'KIEN L-IMPATT TA' L-ERF FUQ L-ISFORZI NAZZJONALI FIL-QASAM TA' L-AŻIL?
|
41. |
L-ERF huwa l-ewwelnett ibbażat fuq kunċett tas-solidarjetà fost l-Istati Membri li jippermetti lill-Unjoni taqsam il-piż finanzjarju marbut ta' l-ilqugħ, l-integrazzjoni u r-ripatrijazzjoni tar-refuġjati u tal-persuni mċaqalqa. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KE ma fihiex referenza għal obbligu ta' nefqa pubblika, u dan jikkonferma l-fatt li l-ERF I mhuwiex ikkonċernat biż-żieda. |
|
42. |
Anke jekk il-Kummissjoni ma wettqitx paragun sistematiku, hija ppubblikat dokument ta' ħidma tas-servizzi (2) f'Diċembru 2006 li jiġbor fil-qosor diversi xhur ta' analiżi ta' l-azzjonijiet ta' l-ERF fuq il-livell ta' l-Istati Membri. Il-konklużjonijiet ta' dan id-dokument jibbażaw fuq evalwazzjoni magħmula minn esperti indipendenti li taw opinjoni pożittiva ħafna fuq dak li wettaq il-fond minkejja l-limiti finanzjarji tiegħu matul dawn il-ħames snin. |
|
43. |
L-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni wriet ukoll li:
|
KONKLUŻJONI
|
45. |
Il-Kummissjoni tqis li hija żgurat tqassim ekwu ta' l-appoprjazzjonijiet baġitarji ta' l-ERF bejn l-2000 u l-2004 minkejja l-limiti statistiċi. L-għan finali tal-ġbir tad-data statistika huwa li jkun hemm evalwazzjoni korretta tal-piż finanzjarju fuq il-livell ta' l-Istati Membri, biex jippermetti tqassim ġust, fuq il-livell ta' l-Unjoni, ta' l-ispiża ta' l-azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ERF. Il-kwalità tad-data statistika qed titjieb progressivament. |
|
46. |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ċerti modalitajiet ta' applikazzjoni ta' l-ERF ġew ippubblikati wara dewmien notevoli. Il-modalitajiet ta' applikazzjoni ġew ippreżentati u diskussi fi ħdan il-Kumitat ta' l-Istati Membri sew qabel l-adozzjoni tagħhom. Il-proċedura ta' allokazzjoni tal-fondi ma kinitx ideali taħt l-ERF I u diġà saru ċerti simplifikazzjonijiet. Il-Kummissjoni tqis li l-proċedura attwali hija l-unika li tista' tiżgura l-implimentazzjoni l-iktar bikrija ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-ERF fl-Istati Membri, fuq il-bażi ta' programm annwali dettaljat approvat minn qabel mill-Kummissjoni. |
|
47. |
Filwaqt li taċċetta li tkompli bl-isforzi ta' spjegazzjoni u ta' taħriġ fl-Istati Membri dwar ir-regoli ta' l-ERF, il-Kummissjoni tqis li d-differenzi bejn l-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet nazzjonali ma jixhdux diverġenzi ta' interpretazzjoni tal-bażi ġuridika iżda huma r-riżultat ta' adattament ta' l-azzjonijiet skond il-ħtiġiet nazzjonali. |
|
48. |
Il-Kummissjoni assumiet rwol ta' parir u monitoraġġ fl-Istati Membri anke jekk dan ir-rwol ta' l-aħħar ma jinsabx stipulat fil-bażi ġuridika. L-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet tagħmel madankollu parti mir-responsabbiltà primarja ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' twettaq biss rwol ta' kontroll, saħansitra ta' sanzjoni iżda ma tista' fl-ebda każ tirrimedja direttament hi stess għan-nuqqasijiet jew it-tħaddim difettuż tas-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri. Kull darba li jkun neċessarju, il-Kummissjoni tieħu l-miżuri ta' korrezzjonijiet b'rati fissi fil-każijiet previsti mill-bażi ġuridika. |
|
49-50. |
Il-Kummissjoni ppubblikat, b'dewmien li hija tirrikonoxxi, il-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni ta' l-ERF għall-perjodu 2000-2004. Madankollu hemm evalwazzjonijiet annwali fuq il-livell ta' kull Stat Membru. B'baġit limitat, l-ERF ta benefiċċju lil popolazzjoni kbira (600 000 ruħ). F'ħafna Stati Membri, huwa ppermetta li li tiġi mmodifikata jew msaħħa l-leġiżlazzjoni u l-prassi fil-qasam ta' l-ażil. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
51. |
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni għal armonizzazzjoni akbar ta' l-istatistiċi. Hija ħa tipprova tiddefinixxi, flimkien ma' l-Istati Membri, il-modalitajeit ta' validazzjoni iktar preċiża tad-data. Il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ madankollu li jiġi aċċettat ir-riskju residwu tan-nuqqas ta' kwalità tad-data fid-dawl tan-natura stess ta' l-informazzjoni miġbura. Ir-Regolament propost mill-Kummissjoni f'Settembru 2005 rigward l-istatistiċi fil-qasam ta' l-ażil u l-immigrazzjoni għandu jippermetti li dil-kwistjoni tiġi riżolta sa minn meta tidħol fis-seħħ fuq il-ġbir tad-data ta' l-istatistiċi fil-qasam ta' l-ażil u l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom. L-ERF il-ġdid (2008-2013) ser jinkludi azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi. |
|
52. |
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni dwar in-neċessità li jintużaw l-istatistiċi riveduti iżda hija tqis li jekk tuża d-data l-iktar attwalizzata ta' l-aħħar tliet snin biex talloka l-approprjazzjonijiet ta' sena ta' referenza, hija tkun diġà qed tieħu in kunsiderazzjoni r-reviżjonijiet ex post tad-data tas-snin preċedenti. Din il-proċedura hija konformi mal-bażi ġuridika u l-annwalità tal-baġit tal-Komunità. |
|
53. |
Il-metodu attwali li jikkonċerna l-istatistiċi użati għall-allokazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet huwa r-riżultat ta' diskussjonijiet fil-fond u diffiċli mal-Kunsill matul in-negozjati tal-bażi ġuridika. L-allokazzjoni b'rata fissa diġà tintuża parzjalment (limitu minimu għal kull Stat Membru). Il-Kummissjoni tqis li hija ma tistax tintrabat iktar 'il quddiem f'din id-direzzjoni u li l-approprjazzjonijiet ma jistgħux jiġu totalment allokati fuq bażi ta' rata fissa mingħajr ma jitqiegħed fid-dubju l-għan fundamentali ta' l-ERF li jikkonsisti f'taqsim fuq il-livell ta' l-Unjoni tar-responsabbiltà tal-ġestjoni tar-rifuġjati u tal-persuni mċaqalqa. |
|
54. |
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni dwar il-ftuħ ta' diskussjoni mal-Kunsill u l-Parlament dwar iċ-ċarezza u l-preċiżjoni tar-regoli ta' eliġibilità iżda hija tenfasizza li l-negozjati għall-adozzjoni tal-bażi ġuridika ta' l-ERF għall-perjodu 2008-2013 diġà kienu l-okkażjoni għal dibattitu fil-fond fuq l-azzjonijiet u l-gruppi koperti eliġibbli. Il-problematika tal-persuni eliġibbli għal miżura ta' ripatrijazzjoni ser tkun riżolta mad-dħul fis-seħħ tal-Fond Ewropew għar-Ritorn. |
(1) Id-Deċiżjoni 2000/596/KE li twaqqaf il-Fond Ewropew għar-Refuġjati ġiet adottata fit-28 ta' Settembru 2000. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2001) 736 dwar l-eliġibilità ta' l-infiq u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni fil-kuntest ta' l-azzjonijiet kofinanzjati mill-ERF fl-20 ta' Marzu 2001. Il-Kummisjoni adottat id-Deċiżjoni C(2001) 4372 dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll kif ukoll il-proċess għall-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji fit-18 ta' Diċembru 2001.
(2) SEC(2006) 1636, Evalwazzjoni finali tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2000-2004.
Rettifika
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 178/24 |
RETTIFIKA
Rettifika għar-Rapport Speċjali Nru 2/2007 dwar in-nefqa ta' l-Istituzzjonijiet fuq il-bini flimkien mar-risposti ta' l-Istituzzjonijiet
( Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 148 tat-2 ta’ Lulju 2007 )
(2007/C 178/02)
Paġna 11, nota tal-qiegħ 31:
Minflok:
Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
Aqra:
Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).