ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
28 ta' Lulju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 176/01

Applikazzjoni Uniformi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (Klassifikazzjoni tal-prodotti)

1

2007/C 176/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4367 — APW/APSA/Nordic Capital/Capio) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2007/C 176/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li taħtar il-membri u l-membri supplenti Maltin tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti

3

 

Kummissjoni

2007/C 176/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

2007/C 176/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiki Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti mogħtija fl-414-il laqgħa tiegħu fl-4 ta' Settembru 2006 dwar Abbozz ta' Deċiżjoni Preliminari fil-Każ COMP/F/38.456 — Bitume (L-Olanda)

6

2007/C 176/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijet Dominanti mogħtija fil-laqgħa Nru 415 fil-11 ta' Settembru 2006 dwar Abbozz ta' Deċiżjoni rigward il-Każ COMP/F/38.456 — Bitume (L-Olanda)

7

2007/C 176/07

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/F/38.456 — Bitume (L-Olanda) (imfassal skond l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2001/462/KE, KEFA tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2001, dwar il-mandat ta' l-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċeduri ta' kompetizzjoni — ĠU L 162 tad-19.6.2001, p.21)

8

2007/C 176/08

Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għall-2007-2013 — Mappa ta' l-Għajnuna Statali Nazzjonali Reġjonali: L-Olanda ( 1 )

10

2007/C 176/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar il-kummerċ ta' l-inbid

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 176/10

Avviż ta' stedina permanenti għall-offerti għall-iffissar ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taz-zokkor abjad (Nru 1/2007)

15

2007/C 176/11

F-Loudes: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati — Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly) — Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

21

2007/C 176/12

F-Périgueux: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati — Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Périgueux u Pariġi — Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

24

 

Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2007/C 176/13

Avviż ta' konkors ġenerali EPSO/AD/97/07

27

2007/C 176/14

Avviż għall-konkors ġenerali EPSO/AST/42/07

27

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 176/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4667 — Syral/Tate&Lyle assets) ( 1 )

28

2007/C 176/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4695 — Alstom/SBB Cargo/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

29

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/1


APPLIKAZZJONI UNIFORMI TAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA (NM)

(Klassifikazzjoni tal-prodotti)

(2007/C 176/01)

Noti ta' spjega adottati skond il-proċedura definita fl-Artiklu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u l-Istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1).

In-“Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej” (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 57

Taħt “Ġenerali”, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan it-test ġdid li ġej:

“Iċ-ċereali jibqgħu kklassifikati f'dan il-Kapitlu, għalkemm ikunu għaddew minn trattament bis-sħana għal finijiet ta' preservazzjoni, li tista' tikkawża li l-ħbub parzjalment ġelatinizzati u ġieli jinfaqgħu. Il-ġelatinizzazzjoni parzjali (preġelatinizzazzjoni) isseħħ matul il-proċess tat-tnixxif u tikkonċerna biss kwantità żgħira mill-ħbub. Din it-trasformazzjoni tal-lamtu mhijiex l-għan ta' l-ipproċessar bis-sħana, iżda biss effett tagħha.. Dak it-trattament m'għandux jitqies bħala ‘ipproċessat mod ieħor’ fis-sens ta' Nota 1.(B) għall-Kapitlu 10 tan-Nomenklatura Magħquda.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU C 50, 28.2.2006, p. 1.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4367 — APW/APSA/Nordic Capital/Capio)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 176/02)

Fis-16 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4367. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2007

li taħtar il-membri u l-membri supplenti Maltin tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti

(2007/C 176/03)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu minn post għall-ieħor fil-Komunitá (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati preżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri,

Billi:

(1)

permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta' Marzu 2007 (2) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti għall-perijodu mit-22 ta' Marzu 2007 sal-21 ta' Marzu 2009, bl-eċċezzjoni tal-membri u l-membri supplenti Maltin;

(2)

għandhom jiġu maħtura l-membri u l-membri supplenti Maltin għall-postijiet li għandhom jimtlew;

IDDEĊIEDA:

Artikolu uniku

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti għall-perijodu li jiskadi fil-21 ta' Marzu 2009:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Membri

Membri supplenti

Is-Sur Frank MICALLEF

Is-Sur Mark MUSU'

Is-Sinjura Shirley SULTANA

 

II.   RAPPREŻENTANTI TA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA

Membri

Membri supplenti

Is-Sinjura Margaret MAGRIN

Is-Sur Kevin BONELLO

Is-Sur John BENCINI

 

III.   RAPPREŻENTANTI TA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Membri

Membri supplenti

Is-Sur Tonio FARRUGIA

Is-Sur Emanuel SAID

Is-Sur Lawrence MIZZI

 

Magħmul fi Brussell,23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament modifikat l-aħħar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill (KE) Nru 1945/93 (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 92,27.4.2007, p. 7.


Kummissjoni

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-27 ta' Lulju 2007

(2007/C 176/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3651

JPY

Yen Ġappuniż

162,12

DKK

Krona Daniża

7,4408

GBP

Lira Sterlina

0,67200

SEK

Krona Żvediża

9,2272

CHF

Frank Żvizzeru

1,6525

ISK

Krona Iżlandiża

84,36

NOK

Krona Norveġiża

8,0400

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

28,027

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

251,91

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6968

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,8039

RON

Leu Rumen

3,1699

SKK

Krona Slovakka

33,503

TRY

Lira Turka

1,7916

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5839

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4456

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6792

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7568

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0658

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 258,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6864

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,3233

HRK

Kuna Kroata

7,2898

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 552,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,7219

PHP

Peso Filippin

62,249

RUB

Rouble Russu

34,9160

THB

Baht Tajlandiż

40,650


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiki Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti mogħtija fl-414-il laqgħa tiegħu fl-4 ta' Settembru 2006 dwar Abbozz ta' Deċiżjoni Preliminari fil-Każ COMP/F/38.456 — Bitume (L-Olanda)

(2007/C 176/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-kwalifikazzjoni tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehema fit-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prodott u ż-żona ġeografika milqutin bil-prattika restrittiva fl-abbozz ta' deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel, partikolarment, ma' l-evalwazzjoni li s-sistema sħiħa ta' laqgħat preparatorji u konġunti, bejn il-gruppi tal-fornituri tal-bitum u l-grupp ta' kostrutturi tat-toroq fl-Olanda tagħmel parti minn pjan ġenerali uniku u b'hekk tikkostitwixxi infrazzjoni unika ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat kemm tal-fornituri tal-bitum u kif ukoll tal-kostrutturi tat-toroq.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' dawk indirizzati mid-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati u l-proposta biex jingħalqu l-proċedimenti kontra Volker Wesssels Stevin Infra BV u Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans BV.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li Shell, fi ħdan il-grupp tal-fornituri tal-bitum u KWS, fi ħdan il-grupp tax-xerrejja tal-bitum, għandhom responsabbiltà speċjali minħabba r-rwol tagħhom bħala instigaturi u mexxejja tal-kartell.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet li saru fil-qafas ta' l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002, kif ukoll li Wintershall AG m'għandhiex tkun koperta bit-talba għall-immunità ta' BP.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li jingħalqu l-proċedimenti kontra ExxonMobil.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu kont tal-punti l-oħra kollha li qamu matul id-diskussjoni.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijet Dominanti mogħtija fil-laqgħa Nru 415 fil-11 ta' Settembru 2006 dwar Abbozz ta' Deċiżjoni rigward il-Każ COMP/F/38.456 — Bitume (L-Olanda)

(2007/C 176/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti bażiċi tal-multi.

2.

Il-Kumitat Konsulattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq iż-żieda ta' l-ammont bażiku sabiex jiġi assigurat effett ta' deterrent suffiċjenti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq iż-żieda ta' l-ammont bażiku minħabba ċirkostanzi aggravanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti tat-tnaqqis tal-multa bbażati fuq l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-2002 dwar in-nuqqas ta' impożizzjoni jew it-tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/8


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/F/38.456 — Bitume (L-Olanda)

(imfassal skond l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2001/462/KE, KEFA tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2001, dwar il-mandat ta' l-uffiċjali tas-smigħ f'ċerti proċeduri ta' kompetizzjoni — ĠU L 162 tad-19.6.2001, p.21)

(2007/C 176/07)

L-Abbożż ta' Deċiżjoni jqajjem l-osservazzjonijiet li ġejjin.

L-istqarrija ta' l-oġġeżżjonijiet identifikat ksur ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE sew fuq in-naħa tal-bejgħ kif ukoll fuq dik tax-xiri. Għal ċertu numru ta' snin, il-bejgħ u x-xiri tal-bitumju użat għall-kisi tat-toroq fl-Olanda kien isir bis-saħħa ta' ftehim li kien jopera bejn il-fornituri tal-bitumju, ix-xerrejja l-aktar kbar (l-impriżi l-kbar tal-bini tat-toroq fl-Olanda) u bejn dawn iż-żewġ gruppi ta' impriżi. Skond l-istqarrija ta' l-oġġezzjonijiet, il-ftehim kellu bħala għan li jiffissa l-elementi tal-prezz (il-prezz gross u t-tnaqqis) tal-bitumju u biex tinqasam il-provvista. Biex jitħaffef u jiġi kkontrollat ir-rispett ta' dawn il-ftehimiet, kien isir skambju ta' informazzjoni dwar il-prezz, il-volum tal-fornimenti u s-sehem fis-suq.

Fid-19 ta' Ottubru 2004, ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-fornituri tal-bitumju (AB Nynäs Petroleum, Nynäs Belgium AB, BP p.l.c., BP Nederland B.V, BP Refining & Petrochemicals GmbH, Esha Holding B.V., Smid & Hollander B.V., Esha Port Services Amsterdam B.V. Exxon Mobil Corporation, ExxonMobil Petroleum, Chemicals B.V.B.A., Esso Nederland B.V., Koninklijke Nederlandsche Petroleum Maatschappij N.V., “Shell” Transport and Trading Company p.l.c., Shell Petroleum N.V., Shell Nederland Verkoopmaatschappij B.V., Kuwait Petroleum Corporation, Kuwait Petroleum International, Kuwait Petroleum (Nederland) B.V., Sideron Industrial Development B.V., Klöckner Bitumen B.V., Total S.A, Total Nederland) kif ukoll lix-xerrejja tal-bitumju (Ballast Nedam N.V., Ballast Nedam Infra B.V., Dura Vermeer Groep N.V., Dura Vermeer Infra B.V., Vermeer Infrastructuur B.V., Heijmans N.V. Heijmans Infrastructuur B.V., Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans B.V., Koninklijke BAM Groep N.V., BAM NBM Wegenbouw B.V., HBG Civiel B.V., Koninklijke Volker Wessels Stevin N.V., Volker Wessels Stevin Infra B.V. et Koninklijke Wegenbouw Stevin B.V. N.V., Wintershall AG).

L-impriżi kellhom aċċess għad-dokumentazzjoni ta' l-inkjesta tal-Kummissjoni fil-forma ta' kopja fuq CD-ROM li ntbagħtitilhom fid-19 ta' Ottubru 2004, kif ukoll CD-ROM ieħor mibgħut fil-21 ta' April 2005.

Id-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet tat lill-impriżi xahrejn biex iwieġbu. Il-Kummissjoni rċeviet diversi talbiet għal estensjoni ta' dan il-perjodu ta' żmien, imnebbħin minn kwistjonijiet li kellhom x'jaqsmu ma' l-aċċess għad-dokumentazzjoni. Dawn it-talbiet jindikaw diversi problemi fejn jidħol l-aċċess, b'mod partikolari fejn tidħol il-kunfidenzjalità ta' ċerti informazzjoni. B'hekk, jien kelli nissospendi l-iskandenza ffissata tal-proċedura għal madwar erba' xhur sabiex tingħata garanzija li d-dritt tas-smigħ ikun rispettat bis-sħiħ.

Dawk li lejhom kienet indirizzata d-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet wieġbu fiż-żmien mitlub, ħlief għal ċerti impriżi li ddikjaraw stat ta' falliment u la wieġbu d-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u lanqas talbu li jieħdu sehem fis-smigħ.

Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 tal-Kummissjoni (1), il-biċċa l-kbira tal-partijiet l-oħra talbu smigħ formali li sar bejn il-15 u s-16 ta' Ġunju 2005.

Is-smigħ wera l-ħtieġa li tiġi ċċarata interpretazzjoni mogħtija fid-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġeżżjonijiet dwar l-iffissar tal-prezzijiet (l-għamla tal-prezz gross). Għal dan il-għan, intbagħtet ittra lill-partijiet kollha, li ġġib id-data tal-25 ta' Jannar 2006. Il-partijiet kellhom il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kjarifiki sakemm ma kinux għamlu dan diġà. Il-biċċa l-kbira ta' l-impriżi li kienu fasslu l-kummenti tagħha dwar dawn il-preċiżazzjonijiet wieġbu li dawn ma jbiddlu xejn mit-tweġiba tagħhom inizjali għad-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet.

Il-partijiet kollha kellhom ukoll aċċess fl-14 ta' Lulju 2005 u fil-25 ta' Mejju 2006 għal dokumenti ġodda fil-fajl tal-Kummissjoni, li ntbagħtulhom wara s-smigħ.

L-ittra ta' l-24 ta' Mejju 2006 ppermettiet ukoll lill-partijiet li jkollhom aċċess għal partijiet oħra mid-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni, li din kellha l-intenzjoni li tuża għad-deċiżjoni finali. Uħud mill-partijiet ikkritikaw in-nuqqas ta' ċarezza dwar jekk dan it-tagħrif kumplimentari kienx se jintuża biex isaħħaħ ċerti konklużżjonijiet fid-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet Wara li eżaminajt id-dokumenti, jiena nqis li l-partijiet kienu b'mod raġjonevoli fil-pożizzjoni li jobsru l-konklużjonijiet li l-Kummissjoni setgħet tasal għalihom mid-dokumenti in kwistjoni, tant hu hekk li l-ittra tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Mejju 2006 ppreċiżat li d-dokumenti se jkunu użati biex jikkorroboraw id-deskrizzjoni ta' l-avvenimenti fid-deċiżjoni finali. Dan sar skond il-ġurisprudenza TAC (T-191/98).

Fid-dawl tat-tweġibiet li ngħataw mill-partijiet għad-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet li saru waqt is-smigħ, il-ksur li tqies li kien hemm fl-abbozz ta' deċiżjoni finali tnaqqas in parti meta mqabbel ma dak li kien hemm fid-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet.

L-ewwelnett, l-oġġeżżjonijiet dwar ExxonMobil twarrbu minħabba nuqqas ta' provi suffiċjenti. Waqt is-smigħ deher li ċerti oġġeżżjonijiet miġjuba minn Kuwait Petroleum u Nynäs fil-konfront ta' ExxonMobil, kellhom jiġu vverifikati. Fit-tweġibiet tagħhom bil-miktub għal mistoqsijiet kumplimentari tal-Kummissjoni, is-soċjetajiet imsemmija ma kinux fil-pożizzjoni li jsostnu l-oġġezzjonijiet tagħhom dwar il-kwistjoni preċiża li jkunu jafu jekk Exxon Mobil kinitx taf bil-ftehim u jekk hi pparteċipatx fih. L-abbozz ta' deċiżjoni mhux destinat għal ExxonMobil.

It-tieni, twarrbet l-oġġezzjoni dwar skambju ta' informazzjoni illeċita dwar it-tqassim ta' l-approprjazzjonijiet u l-mod li bih għandha tiġi ttrattata konkurrenza ġdida li tista' tasal.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni fl-istess ħin ippreċiżat l-abbożż ta' deċiżjoni fuq żewġ punti oħra li ssemmew għall-ewwel fid-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet.

L-analiżi tal-prezzijiet u tat-tnaqqis li kien hemm fid-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet u li swiet bħala prova kumplimentari biex tinkixef l-eżistenza tal-ftehimiet, twarrbet. L-eżistenza ta' dawn il-ftehimiet dwar prezzijiet u tnaqqis madanakollu hija indikata mil-laqgħat tal-grupp.

It-tul taż-żmien ta' l-infrazzjoni tnaqqset u bħalissa tkopri l-perjodu bejn l-1 ta' April 1994 u l-15 ta' April 2002 (minflok it-18 ta' April 1992 sal-31 ta' Diċembru 2002).

Jiena nqis ukoll li l-abbozz ta' deċiżjoni ma jirrigwardjax l-oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet kellhom il-possibbiltà li jsemmgħu leħinhom. Jiena nqis li f'dan il-każ, id-dritt ta' smigħ ġie rispettat.

Brussell, l-4 ta' Settembru 2006.

Serge DURANDE


(1)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/10


Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għall-2007-2013 — Mappa ta' l-Għajnuna Statali Nazzjonali Reġjonali: L-Olanda

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 176/08)

Għajnuna Statali N 249/07 — L-OLANDA

Mappa ta' l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali mill-Istat 1.1.2007-31.12.2013 (1)

(Approvata mill-Kummissjoni fis-27.6.2007)

NUTS II-III

Isem tar-Reġjun/

Commune (distretti eliġibbli)

Limitu ta' l-għajnuna għall-investiment reġjonali (2)

(applikabbli għal intrapriżi kbar)

 

 

1.1.2007-31.12.2013

1.   

Reġjuni eliġibbli għal għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE għall-perjodu kollu bejn l-2007 u l-2013

NL11

Groningen

 

NL111

Oost-Groningen

15 %

Menterwolde (Zuidbroek; Uiterburen; Heiligelaan; Westeind; W A Schottenweg; Verspreide huizen Zuidbroek; Muntendam met Oude Verlaat; Tussenklappen; Tripscompagnie; Borgercompagnie (gedeeltelijk); Verspreide huizen Muntendam), Pekela (Boven-Pekela; Verspreide huizen Nieuwe Pekela), Scheemda (Scheemda; Eexta; Eexta-Zuid; Heiligerlee; Scheemdermeer; Napels; Nieuw-Scheemda; 't Waar; Hamrikkerweg; Scheemderzwaag), Stadskanaal (Mussel; Verspreide huizen Mussel; Kopstukken; Vledderveen; Alteveer; Verspreide huizen Alteveer; Ceresdorp; Industriegebied; Dideldom; Buitengebied-Zuid), Veendam, Vlagtwedde (Ter Apel; Ter Apelkanaal; Ter Apel 't Heem; Verspreide huizen Ter Apel en Ter Apelkanaal; Agobuurt; Jipsingboermussel en Zandberg), Winschoten.

NL112

Delfzijl en omgeving

10 %

Appingedam, Delfzijl (Delfzijl-Centrum; Delfzijl-Noord; Delfzijl-West; Fivelzigt; Tuikwerd; Meedhuizen; Uitwierde; Verspreide huizen Eemskanaal (ten Zuiden); Industrieterrein; Verspreide huizen in het Noorden; Farsum; Bierum; Verspreide huizen Bierum; Spijk; Holwierde; Godlinze; Losdorp; Krewerd).

NL113

Overig Groningen

10 %

Eemsmond (Uithuizermeeden; Verspreide huizen Uithuizermeeden; Oosternieland; Roodeschool; Oosteinde; Hooilandseweg; Hefwal; Oudeschip; Oldenzijl; Eemshavengebied), Groningen, Haren (Paterswolde (gedeeltelijk); Verspreide huizen ten Westen, Noord-Willemskanaal); Hoogezand-Sappemeer, Leek (Diepswal; Centrum Leek en omgeving; Rodenburg en omgeving; Nienoordsrand; Buitengebied ten oosten van Leek; Buitengebied ten zuiden van Leek; Drostinnewijk; Buitengebied ten noorden van Zevenhuizen; Bebouwde kom Tolbert; Sint Maheerdt; Buitengebied Tolbert; Bebouwde kom Midwolde; Pasop; Buitengebied Midwolde; Bebouwde kom Lettelbert; Bebouwde kom Oostwold; Buitengebied-Oostwold; Bebouwde kom Enumatil; Buitengebied Enumatil; Overschild; Verspreide huizen Overschild; Rengerslaan; Knijpslaan; Verspreide huizen ten zuiden van Kolham; Harkstede; Borgweg (gedeeltelijk); Verspreide huizen in het Westen).

NL12

Friesland

 

NL121

Noord-Friesland

10 %

Franekeradeel (Franeker Binnenstad; Professorenbuurt; Oostelijk en zuidelijk industrieterrein; Vliet, Tuinen westelijke industrieweg; Kaatsersbuurt en Sexbierumerplan; C. van Saarloosstraat e.Ooster; Noordelijk Burg. J. Dijkstraweg; Plan Arkens; Watertoren, Bloementerp en Zevenhuize; Verspreide huizen Franeker; Zweins; Herbaijum; Verspreide huizen Herbaijum), Harlingen, Leeuwarden, Menaldumadeel (Dronrijp; Verspreide huizen Dronrijp; Deinum; Verspreide huizen Deinum; Blessum; Boksum; Verspreide huizen Boksum).

NL122

Zuidwest-Friesland

15 %

Sneek.

NL123

Zuidoost-Friesland

15 %

Heerenveen (Kanaal; Leeuwarderstraatweg; Businesspark Friesland; Nijehaske; Noord; Mobilisatieweg; Centrum; Het Meer; de Greiden; Midden; de Heide; de Akkers; ten Woude; Nieuweschoot; Zuid), Opsterland (Gorredijk; Verspreide huizen Gorredijk; Langezwaaag; Luxwoude; Verspreide huizen Luxwoude; Terwispel; Verspreide huizen Terwispel; Beetsterzwaag; Olterterp; Ureterp; Verpsr. huizen Ureterp), Skarsterlân (Jonkersland; Blaauwhof, Centrum; Westermeer; Zuiderveld; Skipsleat; Wylderhoarne; Sewei/De Ekers; Woudfennen; Haskerhorne, Verspreide huizen Haskerhorne; Oudehaske; Verspreide huizen Haskerhorne; Oudehaske; Verspreide huizen Oudehaske; Nijehaske; Broek; Verspreide huizen Broek; Goingagrijp), Smallingerland (Centrum; De Wiken; De Singels; De Drait; De Wiken-Oost; De Venen; De Folgeren; De Swetten; De Bouwen; Noordoost; De Haven; Buitengebied Drachten; Fennepark; Bedrijvenpark; Vrijburg; Burmaniapark; Opeinde; Drachtstercompagnie).

NL13

Drenthe

 

NL131

Noord-Drenthe

15 %

Assen, Noordenveld (Roden; Roden West; Industrieterrein Roden; Nieuw-Roden; Buitengebied Roden zuid; Buitengebied Roden-West; Lieveren; Roderesch; Steenbergen; Norg; Verspreide huizen Norg; Langelo; Verspreide huizen Langelo; Peest; Verspreide huizen Peest; Eelde; Oosterbroek en vliegveld; Verspreide huizen Eelde; Eelderwolde; Verspreide huizen Eelderwolde), Midden-Drenthe (Wijster; Verspreide huizen Wijster).

NL132

Zuidoost-Drenthe

15 %

Coevorden (Coevorden-Centrum; Lootuinen; Poppenhare; Binnenvree Buitenvree Pikveld; De Heege; Klooster; Ballast; De Loo; Verspreide huizen Coevorden; Holwert; Hare; Leeuwerikenveld; De Heegte en De Mars; Klinkenvlier; Ossehaar; Steenwijksmoer; Verspreide huizen Steenwijksmoer; Nieuwe Krim; Verspreide huizen Nieuwe Krim; Verspreide huizen Wijerswold; Verspreide huizen Vlieghuis en Padhuis; Stieltjeskanaal; Verspreide huizen Stieltjeskanaal), Emmen (Noordbarge; Zuidbarge; Weerdinge; Westenesch; Emmerschans; Barger-Oosterveld; Verspreide huizen overig dorpsgebied Emmen; Emmen Centrum; Emmermeer; Emmen-Oude Roswinkelerstraat; Emmen over het spoor; Angelslo; Emmenhout; Bargeres; Bargermeer industrieterrein; Rietlanden; Delftlanden; Nieuw-Dordrecht; Verspreide huizen Nieuw-Dordrecht; Oranjedorp; Vastenow; Nieuw-Amsterdam-Centrum; Verspreide huizen Nieuw-Amsterdam; Barger-Erfscheidenveen; Langs de Vaart; Klazienaveen-Noord; Klazienaveen-Zuid; Schoonebeek; Verspreide huizen Schoonebeek; Oosterse Bos en Middendorp; Westerse Bos; Zandpol; Industrieterrein De Vierslagen; Ermerveen; Veenoord; Verspreide huizen Veenoord).

NL133

Zuidwest-Drenthe

15 %

De Wolden (Echten; Verspreide huizen Echten; Koekange; Koekange Noord; Koekange Zuid; Koekangerveld; Verspreide huizen Koekange), Hoogeveen (Centrum; Noord; Bentinckspark; Krakeel; Wolfsbos; Zuid; Venesluis; West; Oost; Steenbergerweiden; Kinholt; Grittenhof; Schoonvelde-West; Schoonvelde-Oost; Schutlanden-Oost; Schutlanden-West; Kattouw; Trasselt; Erflanden; Industriegebied Toldijk; Industriegebied Noord A; Industriegebied Noord B; Industriegebied Buitenvaart; Hollandscheveld kern; Verspreide huizen Hollanscheveld-West; Verspreide huizen Hollanscheveld-Oost; Noordscheschut Kern; Verspreidehuizen Noordsche Schut; Nieuwlande Kern; Verspreide huizen Nieuwlande; Stuifzand Kern; Verspreide huizen Stuifzand; Verspreide huizen Alteveer; Verspreide huizen Nijstad), Meppel (Centrum; Watertoren; Haveltermade; Koedijkslanden; Ezinge; Oosterboer; Industrieterrein Oevers en omgeving; Industrieterrein-Noord; Bedrijvenpark Blankenstein; Verspreide huizen Meppel; Berggierslanden; Kern Rogat; Verspreide huizen Rogat).

NL42

Limburg (NL)

 

NL423

Zuid-Limburg

10 %

Maastricht (excl. Borgharen; Itteren; Meerssenhoven; Heer), Beek, Heerlen, Nuth, Sittard-Geleen.

2.   

Reġjuni eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE għall-perjodu 2007-2008, b'intensità ta' l-għajnuna ta' 10 %

NL11

Groningen

NL111

Oost-Groningen

Menterwolde (Noordbroek; Stootshorn; Verspreide huizen Noordbroek; Meeden; Beneden-Veensloot en Boven-Veensloot; Verspreide huizen Meeden).

NL113

Overig Groningen

Haren (Haren; Oosterhaar; Voorveld; Harenermolen; Glimmen; Hemmen; Noordlaren; Onnen; Essen; Verspreide huizen op de hondsrug; Verspreide huizen Onnen Es; Verspreide huizen ten oosten van de Hondsrug); Slochteren (Slochteren; Kolham; 's-Gravenschans en Ruiten; Froombosch; Verspreide huizen ten oosten van Slochteren; Verspreide huizen in de Hooilandspolder; Schildwolde; Hellum; Meenteweg; Verspreide huizen ten noorden van het Siep; Verspreide huizen in De Zanden; Siddeburen; Oudeweg en Hoofdweg en Oosterwolderweg; Steendam; Tjuchem; Verspreide huizen in het Sidderbuursterveen; Verspreide huizen ten noorden van Siddeburen; Scharmer; Hamweg; Verspreide huizen ten oosten van Hamweg).

NL12

Friesland

NL122

Zuidwest-Friesland

Gaasterlean Sleat, Wymbriseradiel, Bolsward.

NL123

Zuidoost-Friesland

Heerenveen (Aengwirden; Skoaterwald; De Knipe; Hoornsterwaag; Jubbega De Streek; Jubbega 3e Sluis; Nieuwehorne; Oudehorne; Katlijk; Gersloot; Luinjeberd; Terband; Tjalleberd; Oranjewoud; Bontebok; Mildam; Oudeschoot); Weststellingwerf, Skasterlan (Buitengebied Joure; Vegelinsoord; Haskerdijken; Nieuwebrug; Terkaple; Akmarijp; Snikzwaag; Verspreide huizen Vegelinsoord; Verspreide huizen Haskerdijken; Langweer; Schasterbrug; Boornzwaag; Legemeer; Verspreide huizen Schasterbrug; Sint Nicolaasga; Doniaga; Tjerkgaast; Idskenhuizen; Teroele; Dijken; Verspreide huizen Sint Nicolaasga; Verspreide huizen Tjerkgaats; Verspreide huizen Idskenhuizen; Ouwsterhaule; Ouwster-Nijega; Oldeouwer; Sint Johannesga; Rotsterhaule; Rohel; Rotsergaast; Rottum; Verspreide huizen Sint Johannesga; Verspreide huizen Rotserhaule; Verspreide huizen Rotstergaast).

NL13

Drenthe

NL131

Noord-Drenthe

Noordenveld (Nietap; Leutingewolde; Foxwolde; Roderwolde; Sandebuur; Buitengebied Roden Noord; Een; Zuidvelde; Westervelde; Veenhuizen; Verspreide huizen Huis ter Heide; Verspreide huizen Een-West; Verspreide huizen Een; Verspreide huizen Zuidvelde; Verspreide huizen Westervelde; verspreide huizen Veenhuizen; Peize; Altena; Peizermade; Verspreide huizen Peizernoord); Aa en Hunze, Tynaarlo (Zuidlaren; Zuid-Es; verspreide huizen Zuidlaren; De Groeve; Verspreide huizen De Groeve; Zuidlaarderveen; Verspreide huizen Zuidlaarderveen; Midlaren; Verspreide huizen Midlaren; Westlaren; Westlaren Noord; Verspreide huizen Westlaren; Westlaren West; Schuilingsoord; verspreide huizen Schuilingsoord; Paterswolde; Verspreide huizen Paterswolde; Vries; Verspreide huizen Vries; Donderen; Verspreide huizen Donderen; Bunne; Winde; Verspreide huizen Winde; verspreide huizen Bunne; Yde; De Punt; Verspreide huizen De Punt; Verspreide huizen Yde; Tynaarlo; Verspreide huizen Tynaarlo; Zeegse; Oudemolen; Taarlo; Verspreide huizen Zeegse; Verspreide huizen Oudemolen; Verspreide huizen Taarlo; Zeijen; Verspreide huizen Zeijen).

NL23

Flevoland

NL230

Flevoland

Lelystad, Urk.

NL42

Limburg (NL)

NL422

Midden-Limburg

Echt-Susteren.

NL423

Zuid-Limburg

Kerkrade, Landgraaf.


(1)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(2)  Għal proġetti ta' investiment b'nefqa eliġibbli li ma teċċedix 50 miljun EUR, dan il-limitu jiżdied b'10 punti perċentwali għal kumpanniji ta' daqs medju u b'20 punt perċentwali għal kumpanniji żgħar kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). Għal proġetti kbar ta' investiment b'nefqa eliġibbli li teċċedi 50 miljun EUR, dan il-limitu huwa soġġett għal aġġustament skond il-paragrafu 67 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar il-kummerċ ta' l-inbid

(2007/C 176/09)

B'ittra tas-7 ta' Frar 2007, l-Istati Uniti ta' l-Amerika nnotifikaw lill-Komunità li, skond l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar il-kummerċ fl-inbid (1), daħlet fis-seħħ il-bidla f-istatus legali rigward is-“semi-ġeneriċi” msemmija fl-istess Artikolu. Il-leġiżlazzjoni rilevanti ta' l-Istati Uniti hija t-“Tax Relief and Health Care Act of 2006 — Section 422”, li l-President ta' l-Istati Uniti ffirmaha u saret att tal-liġi fl-20 ta' Diċembru 2006.

Skond l-Artikolu 17(2) tal-Ftehim, l-Artikolu 4 tal-Ftehim rigward il-prattiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid u l-Artikolu 9 rigward iċ-ċertifikazzjoni ta' l-inbid u kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ għaldaqstant saru applikabbli fil-Komunità mill-1 ta' April 2007.


(1)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/15


Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB), Bruxelles

Държавен фонд „Земеделие“ — Разплащателна агенция, Sofia

Státní zemědělský intervenční fond, Praha

Direktoratet for FødevareErhverv, København

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE), Bonn

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA), Tartu

Οργανισμός πληρωμών και ελέγχου κοινοτικών ενισχύσεων προσανατολισμού και εγγυήσεων (OΠEKEΠE), Αθήνα

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA), Madrid

Office National Interprofessionnel des Grandes Cultures (ONIGC), Paris

Intervention Operations, Subsidies and Storage Division (OFI), County Wexford

Agenzia per le erogazioni in agricoltura (AGEA), Roma

Κυπριακός οργανισμός αγροτικών πληρωμών (KOAΠ), Nicosia

Lauku Atbalsta Dienests (LAD), Riga

Nacionalinė mokėjimo agentūra (NMA), Vilnius

Ministère de l'agriculture, Luxembourg

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH), Budapest

Agenzija ta' Pagamenti (AP), Valletta

Hoofdproductschap Akkerbouw (HPA), Den Haag

Agrarmarkt Austria (AMA), Wien

Agencja Rynku Rolnego (ARR), Warszawa

Ministério das Finanças, Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo, Direcção de Serviços de Licenciamento, Lisboa

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, București

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Ljubljana

Pôdohospodárska platobná agentúra, Bratislava

Maaseutuvirasto Mavi, Helsinki

Statens jordbruksverk (SJV), Jönköping

Rural Payments Agency (RPA), Newcastle-upon-Tyne

Avviż ta' stedina permanenti għall-offerti għall-iffissar ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taz-zokkor abjad

(Nru 1/2007)

(2007/C 176/10)

I.   SUĠĠETT

1.

Għandha tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti sabiex jiġu determinati r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha għajr Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe, dawn iż-żoni ta' Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja u Ħerzegovina, is-Serbja (1), il-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Matul il-perjodu tal-validità ta' din is-sejħa permanenti, għandhom jinħarġu sejħiet parzjali għall-offerti.

2.

L-istedina permanenti għall-offerti għandha ssir skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 tal-Kummissjoni (2), u skond ir-Regolament (KE) Nru 900/2007 tal-Kummissjoni (3).

II.   SKADENZI

1.

L-istedina permanenti għandha tibqa' miftuħa sal-25 ta' Settembru 2008. Sakemm iddum fis-seħħ, jinħarġu stediniet parzjali.

2.1.

Iż-żmien li matulu jistgħu jitressqu l-offerti b'risposta għall-ewwel stedina parzjali jibda fl-1 ta' Awissu 2007 u jiskadi fl-10:00, ħin ta' Brussell, fid-9 ta' Awsissu 2007.

2.2.

Għal kull waħda mill-istediniet parzjali għall-offerti, iż-żmien li fih jistgħu jitressqu l-offerti jibda mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-jum li fih jiskadi ż-żmien ta' l-istedina parzjali ta' qabel.

2.3.

Iż-żmien għat-tressiq ta' l-offerti jiskadi fl-10:00, ħin ta' Brussell, fid-data:

it-30 ta' Awissu 2007,

it-13 u s-27 ta' Settembru 2007,

il-11 u l-25 ta' Ottubru 2007,

it-8 u t-22 ta' Novembru 2007,

is-6 u l-20 ta' Diċembru 2007,

l-10 u l-31 ta' Jannar 2008,

l-14 u t-28 ta' Frar 2008,

it-13 u s-27 ta' Marzu 2008,

l-10 u l-24 ta' April 2008,

it-8 u d-29 ta' Mejju 2008,

it-12 u s-26 ta' Ġunju 2008,

l-10 u l-24 ta' Lulju 2008,

is-7 u t-28 ta' Awissu 2008,

il-11 u l-25 ta' Settembru 2008.

3.

Suġġett għall-emenda jew sostituzzjoni ta' dan l-avviż, it-termini tiegħu japplikaw għal kull stedina parzjali li ssir matul iż-żmien ta' validitá ta' din l-istedina permanenti għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

Dan l-avviż jistieden kull min huwa interessat li, għal kull stedina parzjali għall-offerti, jagħmel offerti għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taz-zokkor imsemmijin fl-ewwel Titolu I hawn fuq.

2.1.

L-offerti bil-miktub jeħtiġilhom jaslu għand l-aġenzija kompetenti ta' Stat Membru mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fil-punt 2 tat-Titolu II, u jeħtiġilhom jintbagħtu bil-feks jew bil-posta elettronika sakemm l-aġenzija kompetenti tilqa' dawn il-forom ta' trażmissjoni, f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin:

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Bruxelles

Tel. (32-2) 287 24 11

Fax (32-2) 287 25 24

Държавен фонд „Земеделие“ — Разплащателна агенция

бул. „Цар Борис III“ 136

BG-1618 София (Sofia)

Tel. (359-2) 81 87 202

Fax (359-2) 81 87 167

Státní zemědělský intervenční fond

Oddělení vývozních subvencí

Ve Smečkách 33

CZ-110 00 Praha 1

Tel. (420) 222 871 458

Fax (420) 222 871 563

Direktoratet for FødevareErhverv, København

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

Tel. (45) 33 95 80 00

Fax (45) 33 95 80 18

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Referat 323

D-53168 Bonn

Tel. (49) 228 6845-0

Fax (49) 228 6845 — 36 24 oder 37 94

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA), Tartu

Narva maantee 3

EE-51009 Tartu

Tel. (372) 737 12 00

Fax (372) 737 12 01

E-mail: pria@pria.ee

Οργανισμός πληρωμών και ελέγχου κοινοτικών

ενισχύσεων προσανατολισμού και εγγυήσεων (OΠEKEΠE), Αθήνα

Αχαρνών 241, Αθήνα

Telex: (30) 210 221 734 — 221 735 — 221 738

Fax (30) 210 867 05 03

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA),

Subdirección General de Regulación de Mercados

C/ Almagro, 33

E-28010 Madrid

Tel. (34) 913 47 4918, 4917 y 4800

Fax (34) 913 47 4707

E-mail: sg.regulacionmercados@fega.mapya.es

ONIGC — Office National Interprofessionnel des Grandes Cultures

Service des Instruments de Régulation

12, rue Henri Rol-Tanguy

TSA 20002

F-93555 Montreuil-sous-Bois Cedex

Tel. (33) 1 73 30 22 82 (chef du bureau certificats)

(33) 1 73 30 22 67 (secrétariat service)

Fax (33) 1 73 30 24 60

E-mail: philippe.candar@onigc.fr

Intervention Operations

OFI, Subsidies and Storage Division

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Johnstown Castle Estate

County Wexford

Ireland

Tel. (353-53) 916 34 00

Fax (353-53) 914 28 43

Site web: www.agriculture.gov.ie

Agenzia per le erogazioni in agricoltura

Area Autorizzazioni Pagamenti

Ammassi Distillazione Vini ed altri aiuti

Via Torino, 45

I-00184 Roma

Tel. (39) 06 49 49 95 58 — (39) 06 49 49 96 48

Fax (39) 06 49 49 97 61

Κυπριακός Οργανισμός Αγροτικών Πληρωμών,

Μιχαήλ Κουτσόφτα 20 (Εσπερίδων και Μιχαήλ Κουτσόφτα)

CY-2000 Nicosia

Tel. (357) 22 55 77 77

Fax (357) 22 55 77 55

E-mail: commissioner@capo.gov.cy

Lauku Atbalsta Dienests

Republikas laukums 2

LV-1981 Riga

Tel. (371) 702 75 42

Fax (371) 702 71 20

E-mail: lad@lad.gov.lv

Nacionalinė mokėjimo agentūra

Užsienio prekybos departamentas

Blindžių g. 17

LT-08111 Vilnius

Tel. (370) 5 252 69 11; 252 69 03

Fax (370) 5 252 69 17

Office des licences

21, rue Philippe II

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Tel. (352) 478 23 70

Fax (352) 46 61 38

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út 22-24.

H-1095 Budapest

Tel. (36-1) 219 45 00; (36-1) 219 89 00

Fax (36-1) 475 21 14

Agenzija ta' Pagamenti — Trade Mechanisms Unit

Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

Barriera Wharf

Valletta CMR 02

Malta

Tel. (356) 2295 2227/2225/2115

Fax (356) 2295 2224

Hoofdproductschap Akkerbouw

Stadhoudersplantsoen 12

2517 JL Den Haag

Nederland

Tel. (31-70) 370 87 08

Fax (31-70) 346 14 00/370 84 44

E-mail: hpa@hpa.agro.nl

Agrarmarkt Austria

Dresdner Straße 70

A-1200 Wien

Tel. (43-1) 33 151 209

Fax (43-1) 33 151 303

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Administrowania Obrotem Towarowym z Zagranicą

Dział Cukru

Nowy Świat 6/12

PL-00-400 Warszawa

Tel. (48-22) 661 75 90

Fax (48-22) 661 71 58

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais

sobre o Consumo

Direcção de Serviços de Licenciamento

Edifício da Alfândega

Rua Terreiro do Trigo

P-1149-060 Lisbon

Tel. (351-21) 881 42 63

Fax (351-21) 881 42 61

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură

Bulevardul Carol I, nr 17

RO-030161 București, sector 2

Tel. (40-21) 305 48 74

Fax (40-21) 305 48 80

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska Cesta 160

SLO-1000 Ljubljana

Tel. (386-1) 478 92 28

Fax (386-1) 479 92 06

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova 12

SK-815 26 Bratislava

Tel. (421-2) 592 66 397

Fax (421-2) 592 66 361

E-mail: katarina.racova@apa.sk

Maaseutuvirasto Mavi

Markkinatukiosasto

PL 256

FIN-00101 Helsinki

Tel. (358) 2077 2007

Fax (358) 2077 25508

Statens jordbruksverk

S-55182 Jönköping

Tel. (46-36) 15 50 00

Fax (46-36) 16 76 86

The Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle-upon-Tyne NE4 7YH

United Kingdom

Tel. (44-19) 12 26 50 79

Fax (44-19) 12 26 51 01

3.

L-offerti jkunu validi biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

L-offerti għandhom jindikaw:

i)

il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta (Nru 1/2007) u l-istedina parzjali;

ii)

l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT ta' l-offerent;

iii)

il-kwantità ta' zokkor abjad li trid tiġi esportata;

iv)

l-ammont tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, għal kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad, espress f'euro sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

v)

l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għall-kwantità ta' zokkor imsemmija f'punt iii), espress fil-valuta ta' l-Istat Membru fejn titressaq l-offerta.

b)

qabel ma jiskadi iż-żmien għat-tressiq ta' l-offerti, il-garanzija msemmija fit-Titolu IV, jew prova li din il-garanzija tkun saret, tkun waslet f'wieħed mill-indirizzi msemmija fit-Titolu III (2.1), magħżul mill-offerent biex iressaq l-offerta tiegħu;

ċ)

il-kwantità li għandha tiġi esportata ma tkunx inqas minn 250 tunnellata ta' zokkor abjad;

d)

l-offerta jkun fiha dikjarazzjoni ta' l-offerent li biha jintrabat li, jekk l-offerta tintgħażel, fiż-żmien imsemmi fit-Titolu V (6.2), japplika għal liċenzja jew liċenzji ta' l-esportazzjoni għall-kwantitajiet ta' zokkor abjad li għandu jiġi esportat;

e)

l-offerti jinkludu dikjarazzjoni ta' l-offerent li l-prodott għall-esportazzjoni huwa zokkor abjad ta' kwalità aċċettabbli, tajba u adatta għas-suq, li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 1701 99 10;

f)

l-offerti jinkludu dikjarazzjoni ta' l-offerent li jekk l-offerta tiegħu tirnexxi:

i)

jikkompleta l-garanzija bil-ħlas ta' l-ammont imsemmi fit-Titolu VI(3), meta ma jkunx inqeda l-obbligu ta' l-esportazzjoni msemmi fit-Titolu V(6.1),

ii)

fi żmien 30 jum wara l-iskadenza tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni kkonċernata, jinnotifika l-aġenzija li tkun ħarġet il-liċenzja bil-kwantità jew il-kwantitajiet li għaliha/hom ma tkunx intużat il-liċenzja.

4.

L-offerta flimkien mal-provi u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt 3 jeħtiġilhom ikunu miktuba fl-ilsien uffiċjali, jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali, ta' l-Istat Membru li fih titressaq.

5.

Ma għandha titqies l-ebda offerta li ma tkunx tressqet skond dan l-avviż, jew li jkun fiha kundizzjonijiet differenti minn dawk imsemmija f'dan l-avviż.

6.

Ladarba tkun tressqet, offerta ma tistax tiġi rtirata.

7.

Offerta tista' tistipula li għandha titqies li tressqet biss jekk tiġi/jiġu sodisfatta/i waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jew it-tnejn li huma:

a)

jeħtieġ li ssir deċiżjoni dwar l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni fil-jum li fih jiskadi ż-żmien għat-tressiq ta' l-offerti;

b)

l-offerta, jekk ikollha suċċess, tirrelata għall-kwantità sħiħa offruta jew għal parti speċifika minnha.

IV.   GARANZIJA

1.1.

Kull offerent għandu jiddepożita garanzija ta' 11 EUR għal kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad li għandu jiġi esportat skond din l-istedina għall-offerti.

1.2.

Bla ħsara għal VI(3), fil-każ ta' l-offerenti magħżula u fil-waqt ta' l-applikazzjoni msemmija fit-Titolu V(6.2), il-garanzija msemmija fil-punt I.1 għandha tikkostitwixxi l-garanzija għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni.

2.1.

Il-garanzjia msemmija fil-punt 1.1, bl-għażla ta' l-offerent, għandha tiġi ddepożitata jew fi flus kontanti, jew bħala garanzija mogħtija minn bank approvat mill-Istat Membru kkonċernat u espressa fil-valuta ta' dak l-Istat Membru. Din il-garanzija għandha ssir favur l-organizzazzjoni kompetenti kkonċernata.

2.2.

Madankollu, fil-każ ta' offerta mressqa lill-organizzazzjoni kompetenti fil-Ġermanja, il-garanzija għandha ssir favur ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Għal offerta mressqa lill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, il-garanzija tista' tingħata wkoll minn istituzzjoni finanzjarja approvata mill-Istat Membru kkonċernat. Il-garanzija jeħtiġilha tkun miktuba bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istat Membru li fih titressaq l-offerta.

3.1.

Il-garanzija msemmija fil-punt 1.1 għandha tiġi rilaxxata:

a)

lill-offerenti li ma jintgħażlux, għall-ammont li għalih ma tkunx saret allokazzjoni;

b)

lill-offerenti li jintgħażlu u li ma jkunux applikaw għal liċenzja ta' l-esportazzjoni fiż-żmien stipulat fit-Titolu V(6.2), sa livell ta' 10 EUR għal kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad.

ċ)

lill-offerenti li jintgħażlu, għall-kwantità li għaliha, fit-tifsira ta' l-Artikolu 31(b) u l-Artikolu 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni (4), jkunu qdew l-obbligu ta' esportazzjoni li joħroġ mil-liċenzja msemmija fit-Titolu V(6.1) skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu, il-parti rilaxxabbli tal-garanzija għandha titnaqqas, skond ma jkun applikabbli, bid-differenza bejn l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni ffissata għall-istedina parzjali kkonċernata u l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni ffissata għall-istedina parzjali li jkun imiss, meta l-ammont ta' l-aħħar ikun ogħla minn dak ta' qabel.

Għajr f'każijiet ta' force majeure, il-parti tal-garanzija jew il-garanzija li ma tkunx rilaxxata għandha tiġi ċeduta fir-rigward tal-kwantità taz-zokkor li għaliha l-obbligi korrispondenti ma jkunux inqdew.

4.

Fil-każijiet ta' force majeure, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu azzjoni għar-rilaxx tal-garanzija skond kif tqis li jkun meħtieġ wara li tikkunsidra ċ-ċirkustanzi li tinvoka l-parti kkonċernata.

V.   ALLOKAZZJONI TA' KUNTRATTI

1.

Wara li jkunu ġew eżaminati l-offerti li jkunu waslu, tista' tiġi definita kwantità massima għall-istedina parzjali kkonċernata.

2.

Tista' tittieħed deċiżjoni li ma ssir l-ebda allokazzjoni skond stedina parzjali speċifika għall-offerti.

3.1

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel allokazzjoni skond stedina parzjali speċifika għall-offerti, għandha tiddetermina l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u fid-dawl tal-qagħda korrenti u l-iżvilupp previdibbli tas-swieq Komunitarji u dinjija taz-zokkor.

3.2.

Bla ħsara għat-Titolu V(4), għandu jingħata kuntratt lil kull offerent li l-offerta tiegħu tikkwota rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni daqs jew anqas mill-ammont massimu.

4.

Fejn kwantità massima tkun ġiet determinata għal stedina parzjali għall-offerti, il-kuntratt għandu jingħata lill-offerent li jkun ikkwota l-iktar rifużjoni ta' l-esportazzjoni baxxa. Jekk il-kwantità massima ma tkunx koperta għal kollox b'dik l-allokazzjoni, għandhom isiru allokazzjonijiet lil offerenti oħrajn sakemm tintuża l-kwantità massima, abbażi ta' l-ammont tar-rifużjoni, bi tluq mill-aktar baxxa.

5.1.

Fil-każ li allokazzjoni lil offerent partikolari skond il-punt 4 tkun twassal biex jinqabeż l-ammont massimu, l-allokazzjoni tiġi llimitata għall–kwantità li tkun għadha disponibbli.

5.2

Meta żewġ offerenti, jew aktar, jikkwotaw l-istess rifużjoni, u allokazzjonijiet lilhom ilkoll ikunu jwasslu biex tinqabeż il-kwantità massima, il-kwantità disponibbli għandha tiġi allokata lill-offerenti skond wieħed mill-metodi li ġejjin:

a)

permezz ta' qsim fost l-offerenti proporzjonalment mal-kwantitajiet totali f'kull waħda mill-offerti tagħhom;

b)

permezz ta' tqassim fost l-offerenti b'referenza għal tunnellaġġ massimu li għandu jiġi ddeterminat għal kull wieħed minnhom, jew

ċ)

billi tittella' lotterija.

6.1

Kull offerent li jirnexxi għandu jkollu d-dritt jirċievi, fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt 6.2, liċenzja ta' l-esportazzjoni li tkopri l-kwantità allokata, li tindika r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni kkwotata fl-offerta.

6.2

Kull offerent li jirnexxi għandu jkun obbligat li jiddepożita, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, applikazzjoni għal liċenzja ta' l-esportazzjoni fir-rigward tal-kwantità allokata lilu, fejn l-applikazzjoni ma tkunx revokabbli b'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 120/89 (5).

L-applikazzjoni għandha ssir mhux iktar tard minn:

a)

l-aħħar jum tax-xogħol qabel id-data ta' l-istedina parzjali għall-offerti li jkollha ssir il-ġimgħa ta' wara;

b)

jekk ma tkunx se ssir stedina parzjali għall-offerti dik il-ġimgħa, l-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta' wara.

Kull offerent li jirnexxi għandu jkun obbligat jesporta l-kwantità offruta u, jekk dan l-obbligu ma jinqediex, għandu jħallas, meta jkun meħtieġ, l-ammont imsemmi fit-Titolu VI(3).

6.3

Dan id-dritt u dawn l-obbligi mhumiex trasferibbli.

7.1

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat għandha tinnotifika minnufih lill-applikanti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għall-offerti. Għandha wkoll tibgħat dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet lil dawk li l-offerti tagħhom jirnexxu.

7.2

Dikjarazzjonijiet ta' allokazzjoni għandhom jindikaw talanqas:

a)

il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta;

b)

il-kwantità ta' zokkor abjad li għandha tiġi esportata;

ċ)

l-ammont, espress f'euro, tar-rifużjoni li għandha tingħata għal kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad tal-kwantità msemmija f'(b).

VI.   LIĊENZJI TA' L-ESPORTAZZJONI

1.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-perjodu ta' validità tal-liċenzji, għandu japplika l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

2.

Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa b'rabta ma' stedina parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ sa tmiem il-ħames xahar kalendarju wara dak li fih tkun inħarġet l-istedina parzjali.

3.

Għajr f'każijiet ta' force majeure, id-detentur tal-liċenzja għandu jħallas lill-entità kompetenti ammont speċifikat fir-rigward tal-kwantità li għaliha ma jinqediex l-obbligu ta' esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja ta' l-esportazzjoni msemmija fit-Titolu V(6.1) li għaliha tkun saret applikazzjoni fejn il-garanzija msemmija fit-Titolu VI(1.1) tkun anqas mid-differenza bejn ir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fis-seħħ fl-aħħar jum tal-validità tal-liċenzja, u r-rifużjoni indikata fil-liċenzja.

L-ammont li għandu jitħallas imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs id-differenza msemmija fl-ewwel paragrafu u l-garanzija msemmija fit-Titolu IV(1.1).

VII.   TILWIM

Kull tilwima li tista' tinqala' bejn l-offerent li jirnexxi u l-awtorità kompetenti li tkun tressqiltilha l-offerta:

1)

taqa' fil-kompetenza esklussiva:

fil-każ tal-BIRB, tal-qrati ta' Brussell minghajr appell ulterjuri,

fil-każ tad-Държавен фонд “Земеделие” — Разплащателна агенция, tal-qrati ta' Sofja,

fil-każ tas-SZIF, tal-qrati ta' Praga,

fil-każ tad-“Direktoratet for Fødevare Erhverv”, tal-qrati ta' Kopenħagen,

fil-każ tal-BLE, tal-qrati ta' Bonn,

fil-każ tal-PRIA, tal-qorti amminstrattiva ta' Tartu (Tartu halduskohus),

fil-każ ta' l-OΠEKEΠE, tal-qrati ta' Ateni,

fil-każ tal-FEGA, tal-qrati ta' Madrid,

fil-każ tal-FIRS, tat-Tribunal de Grande Instance ta' Pariġi, anke f'każijiet li jinvolvu l-introduzzjoni ta' partijiet terzi u meta jkun hemm għadd ta' konvenuti,

fil-każ ta' l-AGEA, tal-qrati ta' Ruma,

fil-każ tal-KOAΠ, tal-qrati ta' Ċipru,

fil-każ tal-LAD, tal-qrati ta' Riga,

fil-każ ta' l-“Užsienio Prekybos Departamentas”, tal-qrati ta' Vilnjus,

fil-każ ta' l-“Office des Licences”, tal-qorti amministrattiva tal-Lussemburgu,

fil-każ ta' l-MVH, tal-qrati ta' Budapest,

fil-każ ta' l-AP, ta' l-uffiċċju intern għall-arbitrazzjoni

fil-każ ta' l-HPA, tal-“College van Beroep voor het Bedrijfsleven”f'The Hague,

fil-każ ta' l-AMA, tal-qrati ta' Vjenna,

fil-każ ta' l-ARR, tal-“Wojewódzki Sąd Administracyjny' ta' Varsavja”

fil-każ tal-Ministério das Finanças, tal-qorti “da Comarca” ta' Liżbona,

fil-każ ta' l-“Agentia de Plati si Interventie pentru Agricultura”, tal-Qorti ta' l-Appell ta' Bukarest,

fil-każ ta' l-“Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja”, tal-qrati ta' Ljubljana,

fil-każ tal-PPA, tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka, it-Taqsima ta' l-Agrikoltura u l-Kummerċ

fil-każ tal-“Maaseutuvirasto Markkinatukiosasto”, tal-qorti Uudenmaan lääninoikeus;

2)

tkun regolata:

fil-każ ta' l-ISIA, skond il-liġi Irlandiża,

fil-każ ta' l-RPA, skond il-liġi Ingliża,

fil-każ ta' l-SJV, skond il-liġi Żvediża.


(1)  Inkluż il-Kosovo, taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999

(2)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26.

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/21


F-Loudes: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati

Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly)

Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

(2007/C 176/11)

1.   Daħla: Għal raġunijiet ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, Franza imponiet obbligi ta' servizz pubbliku, li jibdew mill-14 ta' Jannar 2008, għas-servizzi bl-ajru skedati li joperaw bejn Le Puy-en-Velay (Loudes) u Pariġi (Orly). L-istandards rikjesti minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 174 tas-27.7.2007.

Jekk l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun beda jew wasal biex jibda, fl-14 ta' Diċembru 2007, jopera servizzi bl-ajru skedati fuq din ir-rotta skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jkun talab kumpens finanzjarju, Franza ddeċidiet, fil-qafas tal-proċedura prevista mill-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li tillimita l-aċċess tar-rotta għal trasportatur wieħed biss u tikkonċedi wara s-sejħa għall-offerti d-dritt ta' operar ta' dawn is-servizzi mill-14 ta' Jannar 2008.

2.   Awtorità li taġġudika: Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay/Loudes, Aérodrome de Loudes, -43320 Loudes. Tél. (33) 471 08 61 87. Fax (33) 471 08 66 40. E-mail: aerodrome-departemental@wanadoo.fr.

3.   Għan tal-konsultazzjoni: L-għoti ta' servizzi bl-ajru skedati, mill-14 ta' Jannar 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Kuntratt ta' delega ta' servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur, is-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes u l-Istat, skond l-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat.

Id-delegat se jirċievi d-dħul. Is-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes u l-Istat se jħallsuh kontribut li jammonta għad-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) għall-operar tas-servizz u d-dħul kummerċjali mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) li rċieva dan ta' l-aħħar, fil-limiti tal-kumpens massimu li għalih id-delegat impenja ruħu u bi tnaqqis, jekk ikun il-każ, tal-penali msemmija fl-Artikoli 9-4 ta' dan l-avviż.

5.   Tul tal-kuntratt: It-tul tal-kuntratt (ftehim ta' delega ta' servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin, li jiddekorru mill-14 ta' Jannar 2008.

6.   Parteċipazzjoni fil-konsulatazzjoni: Is-sejħa hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha fil-pussess ta' liċenzja tat-tħaddim valida maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi ta' l-ajru].

7.   Proċedura li taġġudika u l-kriterji għall-għażla tal-kandidati: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-Artikoli L. 1411-1 u sussegwenti tal-kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali (code général des collectivités territoriales) marbuta mad-delegi ta' servizz pubbliku kif ukoll it-testi adottati għal raġunijiet ta' applikazzjoni tagħhom (partikolarment id-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 adottat għal raġunijiet ta' applikazzjoni tal-Liġi Nru 97/210 tal-11 ta' Marzu 1997 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra x-xogħol illegali) u d-Digriet Nru 2005-473 tas-16 ta' Mejju 2005 dwar, partikolarment, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' kumpensi finanzjarji mill-Istat kif ukoll tliet Ordnijiet tas- 16 ta' Mejju 2005 adottati għall-applikazzjoni tiegħu.

7-1.   Fajl ta' l-applikazzjoni: Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jitħejja bil-Franċiż. Jekk hu neċessarju, min jagħmel l-offerta għandu jittraduċi għall-Franċiż id-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi u miktuba b'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mal-verżjoni Franċiża, min jagħmel l-offerta jista' wkoll jehmeż verżjoni f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li ma tkunx awtentika.

Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jkun fih

ittra ta' applikazzjoni, iffirmata mid-direttur jew mir-rappreżentant tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh is-setgħa li jiffirma

memorandum informattiv dwar l-impriża, li jagħti xhieda tal-kapaċitajiet professjonali u finanzjarji ta' l-applikant fis-settur tat-trasport bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe referenza fil-qasam. Dan il-memorandum għandu jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità ta' l-applikant li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti; l-applikant jista', jekk hekk jixtieq, jimxi fuq il-mudell ta' formola DC5 użat fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi,

il-fatturat kumplessiv u l-fatturat marbut mal-provvista tas-servizzi kkonċernati matul l-aħħar tliet snin jew, jekk l-applikant hekk jixtieq, il-bilanċi u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' l-aħħar tliet snin. Jekk l-applikant ma jistax jipprovdi dan it-tagħrif, huwa għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu,

nota metodoloġika dwar kif l-applikant bisħiebu jressaq l-offerta tiegħu għall-fajl tal-konsultazzjoni, f'każ li jitħalla jippreżenta offerta mis-syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes, fin-nota għandu jkun speċifikat,

ir-riżorsi tekniċi u umani li l-applikant se jassenja għall-operar tar-rotta,

in-numru, il-kwalifika u l-assenjazzjoni tal-persunal u, jekk ikun il-każ, ir-reklutaġġ li l-applikant bi ħsiebu jagħmel,

it-tipi ta' ajruplani użati u, jekk ikun il-każ, id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom,

kopja tal-liċenzja tat-tħaddim tat-trasportatur ta' l-ajru ta' min jagħmel l-offerta,

jekk il-liċenzja tat-tħaddim inħarġet minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, min jagħmel l-offerta għandu wkoll jipprovdi dan it-tagħrif

l-Istat li ħareġ il-liċenzja tal-piloti,

il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kuntratti tax-xogħol,

dettalji tas-sħubija fl-organu tas-sigurtà soċjali,

id-dispożizzjonijiet adottati għall-konformità ma' l-Artikoli L. 341-5 u l-Artikoli D. 341-5 u sussegwenti tal-Kodiċi tax-Xogħol marbuta ma' l-issekondar temporanju ta' impjegati għall-provvista ta' servizzi fuq it-territorju nazzjonali

iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet maħruġa fuq l-unur previsti mill-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 u mill-Ordni tal-31 ta' Jannar 2003 adottata għal raġunijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Digriet imsemmi qabel, li jagħtu xhieda li l-applikant onora l-obbligi fiskali u soċjali tiegħu, partikolarment f'dawk li huma

it-taxxa fuq il-kumpaniji,

it-taxxa fuq il-valur miżjud,

il-kontributi għas-sigurtà soċjali, inċidenti tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol u għall-allowances għall-familji

it-taxxa ta' l-avjazzjoni ċivili,

it-taxxa ta' l-ajruport,

it-taxxa fuq it-tniġġis akustiku ta' l-ajru,

it-taxxa tas-solidarjetà

għall-applikanti minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-amministrazzjonijiet u mill-organi tal-pajjiż ta' l-oriġini

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur ta' assenza ta' kundanna mniżżla fil-bullettin Nru 2 għar-reati msemmija fl-Artikoli L. 324-9, L. 324-10, L. 341-6, L. 125-1 u L. 125-3 tal-Kodiċi tax-Xogħol

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur u/jew kwalunkwe prova ta' konformità ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema diżabbli prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol

estratt “K bis” ta' tniżżil fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti

skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, ċertifikat ta' assigurazzjoni li ilu sa 3 xhur maħruġ li jkopri r-responsabblità ċivili [lijabilità] f'każ ta' inċident, b'mod partikolari għar-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-21 ta' April 2004, partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu

f'każ ta' miżura kawtelatorja jew ta' proċedura kollettiva, kopja tas-sentenza jew sentenzi maqtugħa għal dan ir-rigward (jekk is-sentenza mhijiex bil-Franċiż, jeħtieġ li tinhemeż traduzzjoni ċċertifikata).

7-2.   Proċeduri għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet: L-applikazzjonijiet se jintgħażlu b'referenza għal dawn il-kriterji, imsemmija fl-Artikolu L. 1411-1(3) tal-Kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali

il-garanziji professjonali u finanzjarji ta' l-applikanti,

il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti tas-servizz imsemmi,

konformità min-naħa tal-kandidati ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema b'diżabilità prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol.

8.   Kriterji għall-għoti tal-kuntratt: It-trasportaturi li l-applikazzjoni tagħhom tkun aċċettata se jkunu sussegwentement mistiedna jressqu l-offerta tagħhom skond il-proċedura stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti li wara se tintbagħtilhom.

Skond l-Artikolu L. 1411-1(3) tal-Kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali, l-offerti ppreżentati se jiġu liberament innegozjati mill-awtorità responsabbli tas-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-għażla fost is-sottomissjonijiet għandha ssir b'kunsiderazzjoni ta' l-adegwatezza tas-servizz, partikolarment il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu kwotati lejn l-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ.

9.   Informazzjoni addizzjonali essenzjali:

9-1.   Kumpens finanzjarju: L-offerti mressqa minn dawk li jagħmlu l-offerti għandhom jindikaw espliċitament is-somma massima li se tintalab bħala kumpens għall-operar tar-rotta għal perjodu ta' tliet snin li jiddekorri mill-14 ta' Jannar 2008, bi tqassim annwali. Is-somma eżatta tal-kumpens miftiehma fl-aħħar se tiġi stabbilita ex post kull sena, skond l-ispejjeż u d-dħul effettivament iġġenerati mis-servizz, fil-limiti tas-somma indikata fl-offerta. Dan il-limitu massimu ma jistax jinbidel ħlief jekk ikun hemm bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet tas-servizz.

Il-ħlasijiet annwali jsiru permezz ta' ħlasijiet bin-nifs u ta' bilanċ. Il-ħlas tal-bilanċ isir biss wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tat-trasportatur marbuta mar-rotta in kwistjoni u wara verifika li s-servizz ġie operat skond il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 9-2 hawn taħt.

F'każ ta' tmiem tal-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu, għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli d-dispożizzjonijiet tal-punt 9-2 biex isir il-ħlas tal-bilanċ lit-trasportatur tal-kumpens finanzjarju dovut lilu, filwaqt li l-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu jitnaqqas fi proporzjon ta' kemm effettivament idum jopera s-servizz.

9-2.   Verifika ta' l-operar tas-servizz u tal-kontijiet tat-trasportatur: L-operar tas-servizz u l-kontabilità tal-kosti tat-trasportatur rigward ir-rotta in kwistjoni għandhom ikunu eżaminati talanqas darba fis-sena, bi qbil mat-trasportatur.

9-3.   Emendi u tmiem tal-kuntratt: It-trasportatur, jekk iqis li bidliet imprevedibbli tal-kundizzjonijiet ta' l-operar jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-somma massima tal-kumpens finanzjarju, jista' jressaq talba motivata lill-partijiet firmatarji l-oħra li għandhom xahrejn biex jieħdu deċiżjoni. Il-kuntratt għalhekk ikun jista' jiġi emendat permezz ta' klawżola addizzjonali.

Kull waħda mill-partijiet tista' ttemm il-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'każ ta' ksur gravi ta' l-obbligi tal-kuntratt, it-trasportatur jitqies li temm il-kuntratt mingħajr ma jkun ta avviż jekk ma jissoktax is-servizz b'mod konformi ma' l-obbigi msemmija fi żmien xahar mid-data tat-tqegħid fil-mora.

9-4.   Penali jew sanzjonijiet oħra previsti mill-kuntratt: In-nuqqas, min-naħa tat-trasportatur, milli jagħti l-avviż previst mill-punt 9-3 huwa suġġett għal ammenda amministrattiva, skond l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jew għal penali kkalkolat abbażi tan-numru ta' xhur li fihom naqas milli jagħti avviż u tan-nuqqasijiet operattivi fis-servizz matul is-sena in kwistjoni, mingħajr ma jinqabeż il-kumpens finanzjarju massimu tal-punt 9-1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, f'każ ta' ksur parzjali ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, jitnaqqas il-kumpens finanzjarju massimu previst mill-punt 9-1.

Dan it-tnaqqis iqis, jekk ikun il-każ, in-numru tat-titjiriet kanċellati minħabba raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur, tan-numru tat-titjiriet li seħħu b'kapaċità anqas minn dik meħtieġa u tan-numru tat-titjiriet li seħħu mhux konformi ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku f'dak li huma waqfiet qosra f'ajruporti jew tariffi applikati.

10.   Tressiq ta' l-applikazzjonijiet: Il-fajls ta' l-applikazzjonijiet għandhom ikunu magħluqa f'envelopp issiġillat b'fuqu: “Délégation de service public pour l'exploitation d'une ligne aérienne –Candidature – À n'ouvrir qu'en commission”. Dawn għandhom jaslu sas-14:00, ħin lokali, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Settembru 2007, bil-posta rreġistrata u b'konferma tal-wasla għand id-destinatarju, b'din ta' l-aħħar tixhed id-data, jew inkella jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, lil dan l-indirizz

Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay/Loudes, Aérodrome de Loudes, F-43320 Loudes.

11.   Proċedura sussegwenti: Is-Syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes se jibgħat, sa mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2007, lill-applikanti magħżula fajl tal-konsultazzjoni li jkun fih partikolarment regolament tal-konsultazzjoni kif ukoll abbozz ta' ftehim.

L-applikanti magħżula għandhom iressqu l-offerta tagħhom sa mhux aktar tard mill-10 ta' Ottubru qabel 12:00, ħin lokali.

L-offerta torbot lill min jissottomettiha għal tul ta' żmien ta' 280 jum li jiddekorru minn meta titressaq.

12.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Il-validità tas-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jippreżenta, sa l-14 ta' Diċembru 2007, programm għall-operar tar-rotta kkonċernata mill-14 ta' Jannar 2008, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jirċievi l-ebda kumpens finanzjarju.

13.   Talbiet għal tagħrif supplimentari: L-applikanti li jeħtieġu aktar tagħrif għandhom, permezz ta' ittra jew feks biss, jikkuntattjaw lill-President tas-syndicat mixte de gestion aérodrome départemental Le Puy-en-Velay / Loudes, li l-indirizz u n-numru tal-faks tiegħu jinsabu fil-paragrafu 2.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/24


F-Périgueux: Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati

Operar ta' Servizzi ta' l-Ajru Skedati bejn Périgueux u Pariġi

Avviż ta' sejħa pubblika kompetittiva ppubblikat minn Franza skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 b'għan ta'delega ta' servizz pubbliku

(2007/C 176/12)

1.   Daħla: Għal raġunijiet ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, Franza imponiet obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru skedati li joperaw minn Périgueux u Pariġi. L-istandards rikjesti minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 29 tas-27 ta' April 2007.

Jekk l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun beda jew wasal biex jibda, fit-3 ta' Novembru 2007, jopera servizzi bl-ajru skedati fuq din ir-rotta skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jkun talab kumpens finanzjarju, Franza ddeċidiet, fil-qafas tal-proċedura prevista mill-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li tillimita l-aċċess tar-rotta għal trasportatur wieħed biss u tikkonċedi wara s-sejħa għall-offerti d-dritt ta' operar ta' dawn is-servizzi mit-3 ta' Diċembru 2007.

2.   Awtorità li taġġudika: Commune de Périgueux, place de l'Hôtel de Ville, BP 9063, F-24019 Périgueux Cedex. Tél. (33) 553 02 82 00. Fax (33) 553 07 09 52. E-mail: contact@ville-perigueux.fr.

3.   Għan tal-konsultazzjoni: L-għoti ta' servizzi bl-ajru skedati sa mhux aktar tard mit-3 ta' Diċembru 2007 f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt: Kuntratt ta' delega ta' servizz pubbliku konkluż bejn it-trasportatur delegat u l-persuna/i pubblika/ċi li tiddelega/jiddelegaw.

Id-delegat se jirċievi d-dħul. Il-persuna/i pubblika/ċi li tiddelega/jiddelegaw se tħallsu/jħallsuh kontribut li jammonta għad-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) għall-operar tas-servizz u d-dħul kummerċjali mingħajr taxxa (VAT, taxxi speċifiċi tat-trasport bl-ajru) li rċieva dan ta' l-aħħar, fil-limiti tal-kumpens massimu li għalih id-delegat impenja ruħu u bi tnaqqis, jekk ikun il-każ, tal-penali msemmija fl-Artikoli 9-4 ta' dan l-avviż.

5.   Tul tal-kuntratt: It-tul tal-kuntratt (ftehim ta' delega ta' servizz pubbliku) huwa ta' tliet snin.

6.   Parteċipazzjoni fil-konsulatazzjoni: Is-sejħa hija miftuħa għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha fil-pussess ta' liċenzja tat-tħaddim valida maħruġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi ta' l-ajru].

7.   Proċedura li taġġudika u l-kriterji għall-għażla tal-kandidati: Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-Artikoli L. 1411-1 u sussegwenti tal-kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali (code général des collectivités territoriales) marbuta mad-delegi ta' servizz pubbliku kif ukoll it-testi adottati għal raġunijiet ta' applikazzjoni tagħhom (partikolarment id-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 adottat għal raġunijiet ta' applikazzjoni tal-Liġi Nru 97/210 tal-11 ta' Marzu 1997 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra x-xogħol illegali).

7-1.   Fajl ta' l-applikazzjoni: Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jitħejja bil-Franċiż. Jekk hu neċessarju, min jagħmel l-offerta għandu jittraduċi għall-Franċiż id-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi u miktuba b'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mal-verżjoni Franċiża, min jagħmel l-offerta jista' wkoll jehmeż verżjoni f'lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni Ewropea, iżda li ma tkunx awtentika.

Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jkun fih

ittra ta' applikazzjoni, iffirmata mid-direttur jew mir-rappreżentant tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jagħtuh is-setgħa li jiffirma

memorandum informattiv dwar l-impriża, li jagħti xhieda tal-kapaċitajiet professjonali u finanzjarji ta' l-applikant fis-settur tat-trasport bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe referenza fil-qasam. Dan il-memorandum għandu jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità ta' l-applikant li jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti; l-applikant jista', jekk hekk jixtieq, jimxi fuq il-mudell ta' formola DC5 użat fil-qasam ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi

il-fatturat kumplessiv u l-fatturat marbut mal-provvista tas-servizzi kkonċernati matul l-aħħar tliet snin jew, jekk l-applikant hekk jixtieq, il-bilanċi u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' l-aħħar tliet snin. Jekk l-applikant ma jistax jipprovdi dan it-tagħrif, huwa għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu

nota metodoloġika dwar kif l-applikant bisħiebu jressaq l-offerta tiegħu għall-fajl tal-konsultazzjoni, f'każ li jitħalla jippreżenta offerta mill-Ville de Périgueux, fin-nota għandu jkun speċifikat

ir-riżorsi tekniċi u umani li l-applikant se jassenja għall-operar tar-rotta,

in-numru, il-kwalifika u l-assenjazzjoni tal-persunal u, jekk ikun il-każ, ir-reklutaġġ li l-applikant bi ħsiebu jagħmel,

it-tipi ta' ajruplani użati u, jekk ikun il-każ, id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom,

kopja tal-liċenzja tat-tħaddim tat-trasportatur ta' l-ajru ta' min jagħmel l-offerta,

jekk il-liċenzja tat-tħaddim inħarġet minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, min jagħmel l-offerta għandu wkoll jipprovdi dan it-tagħrif

l-Istat li ħareġ il-liċenzja tal-piloti,

il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kuntratti tax-xogħol,

dettalji tas-sħubija fl-organu tas-sigurtà soċjali,

id-dispożizzjonijiet adottati għall-konformità ma' l-Artikoli L. 341-5 u l-Artikoli D. 341-5 u sussegwenti tal-Kodiċi tax-Xogħol marbuta ma' l-issekondar temporanju ta' impjegati għall-provvista ta' servizzi fuq it-territorju nazzjonali

iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet maħruġa fuq l-unur previsti mill-Artikolu 8 tad-Digriet Nru 97-638 tal-31 ta' Mejju 1997 u mill-Ordni tal-31 ta' Jannar 2003 adottata għal raġunijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Digriet imsemmi qabel, li jagħtu xhieda li l-applikant onora l-obbligi fiskali u soċjali tiegħu, partikolarment f'dawk li huma

it-taxxa fuq il-kumpaniji,

it-taxxa fuq il-valur miżjud,

il-kontributi għas-sigurtà soċjali, inċidenti tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol u għall-allowances għall-familji

it-taxxa ta' l-avjazzjoni ċivili,

it-taxxa ta' l-ajruport,

it-taxxa fuq it-tniġġis akustiku ta' l-ajru,

it-taxxa tas-solidarjetà

għall-applikanti minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunx Franza, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-amministrazzjonijiet u mill-organi tal-pajjiż ta' l-oriġini

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur ta' assenza ta' kundanna mniżżla fil-bullettin Nru 2 għar-reati msemmija fl-Artikoli L. 324-9, L. 324-10, L. 341-6, L. 125-1 u L. 125-3 tal-Kodiċi tax-Xogħol

dikjarazzjoni maħruġa fuq l-unur u/jew kwalunkwe prova ta' konformità ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema diżabbli prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol

estratt “K bis”voir caractere avant ta' tniżżil fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti

skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, ċertifikat ta' assigurazzjoni li ilu sa 3 xhur maħruġ li jkopri r-responsabblità ċivili [lijabilità] f'każ ta' inċident, b'mod partikolari għar-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-21 ta' April 2004, partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu

f'każ ta' miżura kawtelatorja jew ta' proċedura kollettiva, kopja tas-sentenza jew sentenzi maqtugħa għal dan ir-rigward (jekk is-sentenza mhijiex bil-Franċiż, jeħtieġ li tinhemeż traduzzjoni ċċertifikata).

7-2.   Proċeduri għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet: L-applikazzjonijiet se jintgħażlu b'referenza għal dawn il-kriterji, imsemmija fl-Artikolu L. 1411-1(3) tal-Kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali

il-garanziji professjonali u finanzjarji ta' l-applikanti,

il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz pubbliku u trattament ugwali ta' l-utenti tas-servizz imsemmi,

konformità min-naħa tal-kandidati ma' l-obbligu li timpjega ħaddiema b'diżabilità prevista mill-Artikolu L. 323-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol.

8.   Kriterji għall-għoti tal-kuntratt: It-trasportaturi li l-applikazzjoni tagħhom tkun aċċettata se jkunu sussegwentement mistiedna jressqu l-offerta tagħhom skond il-proċedura stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti li wara se tintbagħtilhom.

Skond l-Artikolu L.1411-1(3) tal-Kodiċi ġenerali ta' l-awtoritajiet lokali, l-offerti ppreżentati se jiġu liberament innegozjati mill-awtorità responsabbli tal-Ville de Périgueux.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, l-għażla fost is-sottomissjonijiet għandha ssir b'kunsiderazzjoni ta' l-adegwatezza tas-servizz, partikolarment il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu proposti lill-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ.

9.   Informazzjoni addizzjonali essenzjali:

9-1.   Kumpens finanzjarju: L-offerti mressqa minn dawk li jagħmlu l-offerti għandhom jindikaw espliċitament is-somma massima li se tintalab bħala kumpens għall-operar tar-rotta għal perjodu ta' tliet snin li jiddekorri minn mhux aktar tard mit-3 ta' Diċembru 2007, bi tqassim annwali. Is-somma eżatta tal-kumpens miftiehma fl-aħħar se tiġi stabbilita ex post kull sena, skond l-ispejjeż u d-dħul effettivament ġġenerati mis-servizz, fil-limiti tas-somma indikata fl-offerta. Dan il-limitu massimu ma jistax jinbidel ħlief jekk ikun hemm bidla imprevedibbli fil-kundizzjonijiet tas-servizz.

Il-ħlasijiet annwali jsiru permezz ta' ħlasijiet bin-nifs u ta' bilanċ. Il-ħlas tal-bilanċ isir biss wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tat-trasportatur marbuta mar-rotta in kwistjoni u wara verifika li s-servizz ġie operat skond il-kundizzjonijiet previsti fil-punt 9-2 hawn taħt.

F'każ ta' tmiem tal-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu, għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli d-dispożizzjonijiet tal-punt 9-2 biex isir il-ħlas tal-bilanċ lit-trasportatur tal-kumpens finanzjarju dovut lilu, filwaqt li l-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu jitnaqqas fi proporzjon ta' kemm effettivament idum jopera s-servizz.

9-2.   Verifika ta' l-operar tas-servizz u tal-kontijiet tat-trasportatur: L-operar tas-servizz u l-kontabilità tal-kosti tat-trasportatur rigward ir-rotta in kwistjoni għandhom ikunu eżaminati talanqas darba fis-sena, bi qbil mat-trasportatur.

9-3.   Emendi u tmiem tal-kuntratt: It-trasportatur, jekk iqis li bidliet imprevedibbli tal-kundizzjonijiet ta' l-operar jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-somma massima tal-kumpens finanzjarju, jista' jressaq talba motivata lill-partijiet firmatarji l-oħra li għandhom xahrejn biex jieħdu deċiżjoni. Il-kuntratt għalhekk ikun jista' jiġi emendat permezz ta' klawżola addizzjonali.

Kull waħda mill-partijiet tista' ttemm il-kuntratt qabel l-iskadenza normali tiegħu jekk jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'każ ta' ksur gravi ta' l-obbligi tal-kuntratt, it-trasportatur jitqies li temm il-kuntratt mingħajr ma jkun ta avviż jekk ma jissoktax is-servizz b'mod konformi ma' l-obbigi msemmija fi żmien xahar mid-data tat-tqegħid fil-mora.

9-4.   Penali jew sanzjonijiet oħra previsti mill-kuntratt: In-nuqqas, min-naħa tat-trasportatur, milli jagħti l-avviż previst mill-punt 9-3 huwa suġġett għal ammenda amministrattiva, skond l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, jew għal penali kkalkolat abbażi tan-numru ta' xhur li fihom naqas milli jagħti avviż u tan-nuqqasijiet operattivi fis-servizz matul is-sena kkonċernata, mingħajr ma jinqabeż il-kumpens finanzjarju massimu tal-punt 9-1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu R.330-20 tal-Kodiċi ta' l-Avjazzjoni Ċivili, f'każ ta' ksur parzjali ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, jitnaqqas il-kumpens finanzjarju massimu previst mill-punt 9-1.

Dan it-tnaqqis iqis, jekk ikun il-każ, in-numru tat-titjiriet kanċellati minħabba raġunijiet li għalihom ikun responsabbli t-trasportatur, tan-numru tat-titjiriet li seħħu b'kapaċità anqas minn dik meħtieġa u tan-numru tat-titjiriet li seħħu mhux konformi ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku f'dak li huma waqfiet qosra f'ajruporti jew tariffi applikati.

10.   Tressiq ta' l-applikazzjonijiet: Il-fajls ta' l-applikazzjonijiet għandhom ikunu magħluqa f'envelop issiġillat b'fuqu; “voir caractere avant Délégation de service public pour l'exploitation d'une ligne aérienne –CANDIDATURE – À n'ouvrir qu'en commissionvoir caractere avant”. Dawn għandhom jaslu sa 12:00, ħin lokali, sa mhux aktar tard mit-3 ta' Settembru 2007, bil-posta rreġistrata u b'konferma tal-wasla għand id-destinatarju, b'din ta' l-aħħar tixhed id-data, jew inkella jitwasslu bl-idejn u tingħata rċevuta, lil dan l-indirizz

Mairie de Périgueux, place de l'Hôtel de Ville, BP 9063, F-24019 Périgueux Cedex.

11.   Proċedura sussegwenti: Il-Ville de Périgueux se tibgħat lill-applikanti magħżula fajl tal-konsultazzjoni li jkun fih partikolarment regolament tal-konsultazzjoni kif ukoll abbozz ta' ftehim.

L-offerta se timpenja lill min jissottomettiha għal tul ta' żmien ta' 280 jum li jiddekorru minn meta titressaq.

12.   Validità tas-sejħa għall-offerti: Il-validità tas-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jippreżenta, sat-3 ta' Novembru 2007, programm għall-operar tar-rotta in kwistjoni, f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti u mingħajr ma jirċievi l-ebda kumpens finanzjarju.

13.   Talbiet għal tagħrif supplimentari: L-applikanti li jeħtieġu aktar tagħrif għandhom jikkuntattjaw lis-sur Jean-Paul Lacot – Directeur général des services – Mairie de Périgueux – place de l'Hôtel de Ville – 24019 Périgueux cedex – tel: +33 (0)5 53 02 82 00.


Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/27


AVVIŻ TA' KONKORS ĠENERALI EPSO/AD/97/07

(2007/C 176/13)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qiegħed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja: EPSO/AD/97/07 — Tradutturi (AD5) għal-lingwa Żvediża.

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat esklussivament bl-Iżvediż fil-Ġurnal Uffiċjali C 158 A tal-11 ta' Lulju 2007.

It-tagħrif sħiħ jinsab fuq is-sit ta' l-EPSO: http://europa.eu/epso


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/27


AVVIŻ GĦALL-KONKORS ĠENERALI EPSO/AST/42/07

(2007/C 176/14)

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjonijiet miftuħa: EPSO/AST/42/07 — Assistenti (AST1) bl-Irlandiż bħala l-lingwa ewlenija tagħhom, fil-qasam tas-Segretarjat.

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 157 A ta' l-10 ta' Lulju 2007 bl-Ingliż u l-Irlandiż biss.

Id-dettalji kollha jistgħu jinkisbu mill-websajt ta' l-EPSO http://europa.eu/epso


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4667 — Syral/Tate&Lyle assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 176/15)

1.

Fit-18 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża Syral SAS (“Syral”, Franza), ikkontrollata mit-Tereos group (“Tereos”, Franza) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' partijiet mill-impriża Tate&Lyle Food and Industrial Ingredients Europe group (“Tate&Lyle”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Syral: Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' ħlewwa tal-lamtu (starch sweeteners) magħmula mill-qamħirrun u l-qamħ, koprodotti taċ-ċereali u alkoħol;

għall-impriża Tate&Lyle: Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' ħlewwa tal-lamtu (starch sweeteners) magħmula mill-qamħirrun u l-qamħ, koprodotti taċ-ċereali u alkoħol.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali fuq dan il-punt hi riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubbblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4667 — Syral/Tate&Lyle assets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 176/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4695 — Alstom/SBB Cargo/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 176/16)

1.

Fl-20 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alstom Schienenfahrzeuge AG (“Alstom”, l-Iżvizzera, parti mill-grupp Alstom), u SBB Cargo AG (“SBB”, l-Iżvizzera), akkwistaw il-kontroll totali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill ta' l-impriża Alstom Rail Service (“ARS”, l-Iżvizzera), billi xtraw l-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Alstom: Apparat għat-trasport bil-ferroviji,

SBB: Servizzi ta' trapsort bil-ferroviji,

ARS: Servizzi ta' manutenzjoni għat-trapsort bil-ferroviji.

3.

Fl-eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KEE) nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali fuq dan il-punt hi riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M. 4695 — Alstom/SBB Cargo/JV fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.