ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 173 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 173/01 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
Inizjattivi ta' l-Istati Membri |
|
2007/C 173/02 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kunsill |
|
2007/C 173/03 |
Lista ta' ħatriet magħmula mill-Kunsill (ix-xahar ta': April, Mejju u Ġunju 2007) (il-qasam soċjali) |
|
|
Kummissjoni |
|
2007/C 173/04 |
||
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
26.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 173/1 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 173/01)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
16.5.2007 |
Għajnuna Nru |
N 187/07 |
Stat Membru |
L-Iżvezja |
Reġjun |
Norra Sverige |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ändring av den regionalt differentierade energiskatten på el för servicesektorn |
Il-bażi legali |
Lagen (1994:1776) om skatt på energi (11 kap. 3 och 4 §§) |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Il-ħarsien ta' l-ambjent |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis tar-rata tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit globali: 990 miljun SEK |
L-intensità |
44 % |
It-tul ta' żmien |
1.1.2008-31.12.2011 |
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' servizz |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Skatteverket S-171 94 Solna |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
27.6.2007 |
|||
Għajnuna Nru |
N 257/07 |
|||
Stat Membru |
Spanja |
|||
Reġjun |
País Vasco |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Programa de ayudas destinadas a la promoción de la producción teatral en la Comunidad Autónoma del País Vasco |
|||
Il-bażi legali |
Orden de 28 de marzo de 2007, de la Consejera de Cultura de la Comunidad Autónoma del País Vasco, por la que se regula el régimen de concesión de subvenciones a la producción teatral |
|||
It-tip tal-miżura |
Miżura li mhix għajnuna |
|||
L-għan |
Kultura |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Miżura li mhix għajnuna |
|||
L-Estimi |
— |
|||
L-intensità |
— |
|||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2007 |
|||
Setturi ekonomiċi |
— |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
III Atti preparatorji
Inizjattivi ta' l-Istati Membri
26.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 173/3 |
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni
(2007/C 173/02)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29 tat-Trattat jipprovdi li l-objettiv ta' l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandu jintlaħaq bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le, inkluż il-korruzzjoni u l-frodi. |
(2) |
L-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-bidu tal-millennju l-ġdid dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità organizzata tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika komprensiva ta' l-UE kontra l-korruzzjoni. |
(3) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' April 2005 dwar politika komprensiva ta' l-UE kontra l-korruzzjoni, li tirreferi għall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Mejju 2003 dwar Politika Komprensiva ta' l-UE kontra l-korruzzjoni, il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-importanza tar-rwol u l-ħidma ta' l-Istati Membri fl-iżvilupp ta' politika komprensiva u li tolqot diversi aspetti kontra l-korruzzjoni kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fi sħubija ma' l-atturi rilevanti kollha kemm mis-soċjetà ċivili kif ukoll min-negozju. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew laqa' l-iżvilupp fil-programm ta' l-Aja (2) (punt 2.7) ta' kunċett strateġiku fir-rigward tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni transkonfini fil-livell ta' l-UE u talab lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżviluppaw ulterjorment dan il-kunċett u jagħmlu operattiv. |
(5) |
Il-kapijiet u r-rappreżentanti prinċipali tal-korpi tal-pulizija nazzjonali ta' l-Istati Membri ta' l-UE għall-monitoraġġ u l-ispezzjoni u dawk ta' l-aġenziji tagħhom ta' kontra l-korruzzjoni b'mandat usa' ltaqgħu f'Novembru 2004 fi Vjenna fil-konferenza AGIS dwar it-titjib tal-kooperazzjoni operattiva fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea. Huma enfasizzaw l-importanza tat-titjib ulterjuri tal-kooperazzjoni tagħhom, inter alia, permezz ta' laqgħat annwali, u laqgħu l-idea ta' netwerk Ewropew ta' kontra l-korruzzjoni bbażat fuq l-istrutturi eżistenti. B'segwitu għall-konferenza ta' Vjenna, dawn l-Imsieħba Ewropej kontra l-Korruzzjoni (EPAC) iltaqgħu f'Budapest f'Novembru 2006 għas-sitt laqgħa annwali tagħhom, fejn b'maġġoranza enormi, ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jappoġġaw l-inizjattiva dwar l-istabbiliment ta' netwerk aktar formali kontra l-korruzzjoni. |
(6) |
Sabiex jibnu fuq l-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet u l-aġenziji li ser jiffurmaw parti min-netwerk Ewropew ta' kontra l-korruzzjoni jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet membri ta' l-EPAC. |
(7) |
It-titjib tal-kooperazzjoni internazzjonali huwa ġeneralment (3) rikonoxxut bħala kwistjoni ċentrali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-ġlieda kontra kull forma ta' korruzzjoni għandha tittejjeb permezz ta' kooperazzjoni effettiva, l-identifikazzjoni ta' opportunitajiet, il-kondiviżjoni ta' l-aħjar prattika u l-iżvilupp ta' standards professjonali għolja. L-istabbiliment ta' netwerk ta' kontra l-korruzzjoni fil-livell ta' l-UE huwa kontribut importanti għat-titjib ta' tali kooperazzjoni. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Objettiv
Sabiex il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-aġenziji għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa tittejjeb, għandu jiġi stabbilit netwerk ta' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ in-“netwerk”). Il-Kummissjoni Ewropea, l-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu assoċjati b'mod sħiħ ma' l-attivitajiet tan-netwerk.
Artikolu 2
Kompożizzjoni tan-netwerk
In-netwerk għandu jikkonsisti f'awtoritajiet u aġenziji ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea bil-kompitu tal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-membri għandhom jinħatru mill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas organizzazzjoni waħda, iżda mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Europol u l-Eurojust jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet tan-netwerk.
Artikolu 3
Kompiti tan-network
1. In-netwerk għandu b'mod partikolari jkollu l-kompiti li ġejjin:
1) |
għandu jikkostitwixxi forum għall-iskambju ma' l-UE kollha ta' informazzjoni dwar miżuri u esperjenza effettivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; |
2) |
għandu jiffaċilita l-istabbiliment u ż-żamma attiva ta' kuntatti bejn il-membri tiegħu; |
Għal dawn il-finijiet, inter alia, għandha tinżamm aġġornata lista ta' punti ta' kuntatt u għandha titħaddem websajt.
2. Il-membri tan-netwerk għandhom, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, jiltaqgħu kemm ikun meħtieġ, iżda ta' l-inqas darba fis-sena.
Artikolu 4
Kamp ta' applikazzjoni
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja u dik tal-pulizija bejn l-Istati Membri għandha tkun irregolata mir-regoli rilevanti. L-istabbiliment ta' netwerk għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tali regoli, u mingħajr preġudizzju għar-rwol tas-CEPOL.
Artikolu 5
Organizzazzjoni tan-netwerk
1. In-netwerk għandu jorganizza lilu nnifsu, filwaqt li jibni fuq il-kollaborazzjoni informali eżistenti bejn l-EPAC.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha tal-membri jew tar-rappreżentanti maħtura minnhom. L-istess regola għandha tapplika għall-Europol u għall-Eurojust.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi …
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU
(2) Il-Programm ta' l-Aja fit-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1).
(3) Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, adottata mir-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 58/4 tal-31 ta' Ottubru 2003.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kunsill
26.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 173/5 |
Lista ta' ħatriet magħmula mill-Kunsill
(ix-xahar ta': April, Mejju u Ġunju 2007) (il-qasam soċjali)
(2007/C 173/03)
Kumitat |
Tmiem il-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja/Ħatra |
Membru/Membru/Supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Affiljazzjoni |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema |
13.9.2008 |
Is-Sur Andreas KARIDIS |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Greċja |
Is-Sinjura Polixeni EDREMITI-MALAKASI |
Ministeru ta' l-Impjiegi |
7.5.2007 |
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema |
13.9.2008 |
Is-Sur Tomáš ŠEFRANKO |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Slovakkja |
Is-Sur Michal IŠTVÁN |
Ministeru għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja |
16.5.2007 |
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema |
13.9.2008 |
Is-Sinjura Zora BAROCHOVÁ |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Slovakkja |
Is-Sur Juraj DŽUPA |
Ministeru għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja |
16.5.2007 |
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema |
13.9.2008 |
Is-Sur Tom MORAN |
Riżenja |
Membru |
Min Iħaddem |
Renju-Unit |
Is-Sur Neil CARBERRY |
Ministeru ta' l-Impjiegi |
16.5.2007 |
|
Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti |
21.3.2009 |
Is-Sinjura Celien VANMOERKERKE |
Riżenja |
Membru |
Ħaddiema |
Belġju |
Is-Sinjura Estelle CEULEMANS |
— |
25.5.2007 |
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
18.10.2007 |
Is-Sinjura Daiga ERMSONE |
Riżenja |
Supplenti |
Min Iħaddem |
Latvja |
Is-Sinjura Kristīne DOLGIHA |
Latvian Employers' Confederation |
16.4.2007 |
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
18.10.2007 |
Is-Sur Liam DOHERTY |
Riżenja |
Membru |
Min Iħaddem |
Irlanda |
Is-Sur Brendan McGINTY |
IBEC |
16.5.2007 |
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
18.10.2007 |
Is-Sur Tom MORAN |
Riżenja |
Membru |
Min Iħaddem |
Renju-Unit |
Is-Sinjura Marion SEGURET |
CBI |
16.5.2007 |
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
18.10.2007 |
Is-Sur Neil BENTLEY |
Riżenja |
Supplenti |
Min Iħaddem |
Renju-Unit |
Is-Sur Neil CARBERRY |
CBI |
16.5.2007 |
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
18.10.2007 |
Is-Sinjura Mireille JARRY |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Franza |
Is-Sur Joël BLONDEL |
Ministère du Travail, des relations sociales et de la solidarité |
25.6.2007 |
|
Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
18.10.2007 |
Is-Sur Robert PICCOLI |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Franza |
Is-Sinjura Mireille JARRY |
Ministère du Travail, des relations sociales et de la solidarité |
25.6.2007 |
Kummissjoni
26.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 173/7 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-25 ta' Lulju 2007
(2007/C 173/04)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3743 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
165,55 |
DKK |
Krona Daniża |
7,441 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,66905 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2103 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,666 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
82,2 |
NOK |
Krona Norveġiża |
7,951 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5842 |
CZK |
Krona Ċeka |
28,121 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
246,46 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6966 |
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,7857 |
RON |
Leu Rumen |
3,1283 |
SKK |
Krona Slovakka |
33,188 |
TRY |
Lira Turka |
1,71 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5536 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4276 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,7522 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7072 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,074 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 256,04 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,385 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,3871 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2904 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 513 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7049 |
PHP |
Peso Filippin |
61,912 |
RUB |
Rouble Russu |
35,006 |
THB |
Baht Tajlandiż |
41,195 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
26.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 173/8 |
Notifika skond l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE
Abbozz ta' Att Polakk dwar organiżmi modifikati ġenetikament, inkluż derogi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 173/05)
1. |
Fit-13 ta' April 2007, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni, abbażi ta' l-Artikoli 95.5 tat-Trattat tal-KE, bl-Artikoli 111 u 172 ta' abbozz ta' att intitolat “Liġi dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament (GMOs)”, li fih dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (1). |
2. |
L-abbozz ta' l-att għandu l-għan li jirregola l-attivitajiet relatati mal-GMOs b'mod komprensiv. L-għan tiegħu hu li jimplimenta d-Direttiva 90/219/KEE tal-Kunsill tat-23 ta' April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament u d-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (2). Barra minn hekk, jistipula ħtiġijiet għall-koltivazzjoni ta' l-uċuh ta' l-art modifikati ġenetikament u kif jistgħu jgħixu flimkien ma' uċuh konvenzjonali u organiċi. |
3. |
L-Artikolu 95,5 tat-trattat tal-KE jistipula li: “Aktar minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali ibbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x'taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta' xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-addozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall- introduzzjoni tagħhom.” L-Artikolu 95, paragrafu 6, jgħid li “Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-disposizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern”. |
4. |
L-Artikolu 111,2, punti 5 u 6 ta' l-abbozz ta' att Polakk jeħtieġ li applikazzjoni għal rilaxx intenzjonat tkun akkumpanjata minn
|
5. |
Skond l-Artikolu 172, paragrafu 1, ta' l-abbozz ta' l-att Polakk, il-koltivazzjoni ta' pjanti modifikati ġenetikament għandha tkun ipprojbita soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 172. Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jipprovdi li fuq talba ta' parti interessata, il-ministru ta' l-agrikoltura jista' joħroġ deċiżjoni dwar t-twaqqif ta' żona għat-tkabbir ta' GMOs wara konsultazzjoni mal-ministru ta' l-ambjent u l-kunsill ta' l-awtorità distrettwali (gmina) tat-territorju li fih huwa ppjanat li jitkabbru l-GMOs. |
6. |
Id-dispożizzjonijiet notifikati għandhom l-għan li jintroduċu projbizzjoni ġenerali dwar il-koltivazzjoni ta' GMOs bil-possibbiltà li jiksbu awtorizzazzjoni fuq bażi ta' każ każ. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu proċedura ta' awtorizzazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Polakki u jrendu l-koltivazzjoni ta' GMOs soġġetta għall-kunsens ta' bdiewa fil-qrib. |
7. |
Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jikkosititwixxu derogi mid-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2001/18/KE, partikolarment fir-rigward ta' l-Artikolu 22 li jistipula li “l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew jirrifjutaw it-tpoġġija fis-suq ta' GMOs, bħal jew fi prodotti, li josservaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva”, u l-Artikolu 19, li jistipula li “jekk kunsens bil-miktub biss ġie mogħti għat-tpoġġija fis-suq ta' GMO bħal jew fi prodott jista' dak il-prodott jiġi użat mingħajr notifika ulterjuri fil-Komunità sakemm il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' użu u ambjenti u/jew żoni ġeografiċi stipulati f'dawn il-kondizzjonijiet jiġu strettament segwiti.” |
8. |
Il-Polonja targumenta li:
|
9. |
In-notifika preżenti se tipproċedi, filwaqt li tqis kif jixraq id-Direttiva (KE) 2001/18 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u skond l-Artikolu 95,5 tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni għandha sitt xhur biex teżamina d-dispożizzjonijiet notifikati li jidderogaw mid-Direttiva 2001/18/KE u tista' testendi l-perjodu sa sitt xhur oħra, jekk dan huwa ġġustifikat bil-kumplessità tal-fatti tal-każ u ma jeżisti l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem. |
10. |
Kwalunkwe kumment dwar in-notifika preżenti għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. Kwalunkwe kumment imressaq wara dawn it-30 jum mhux se jiġi kkunsidrat. |
11. |
Aktar dettalji dwar in-notifika Polakka jistgħu jinkisbu minn:
|
(1) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
(2) ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/174/KE (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 20).