|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
435 Sessjoni Plenarja ta' l-25 U T-26 ta' Marzu 2007 |
|
|
2007/C 168/01 |
||
|
2007/C 168/02 |
||
|
2007/C 168/03 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Aġenda Territorjali |
|
|
2007/C 168/04 |
||
|
2007/C 168/05 |
||
|
2007/C 168/06 |
||
|
2007/C 168/07 |
||
|
2007/C 168/08 |
||
|
2007/C 168/09 |
||
|
2007/C 168/10 |
||
|
2007/C 168/11 |
||
|
2007/C 168/12 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Politika Komuni dwar il-Portijiet ta' l-UE |
|
|
2007/C 168/13 |
||
|
2007/C 168/14 |
||
|
2007/C 168/15 |
||
|
2007/C 168/16 |
||
|
2007/C 168/17 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar It-trasport fiż-żoni urbani u metropolitani |
|
|
2007/C 168/18 |
||
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
435 Sessjoni Plenarja ta' l-25 U T-26 ta' Marzu 2007
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/1 |
Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-iżvilupp tal-katina tal-valur u tal-provvista f'kuntest globali u Ewropew
(2007/C 168/01)
Nhar is-6 ta' Lulju 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'konformità ma' l-Artikolu 29 paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq proprja dwar L-iżvilupp tal-katina tal-valur u tal-provvista f'kuntest Ewropew u globali.
Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata fis-26 ta' Ottubru 2006
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur van Iersel. Il-ko-rapporteur kien is-Sur Gibellieri
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b' 130 vot favur, vot wieħed kontra u 4 astensjonijiet.
Parti I — Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
A. |
Il-KESE jeħtieġ attenzjoni ffokata ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, flimkien ma' approċċi interattivi fil-livell ta' l-UE u dak nazzjonali, dwar il-kunċett ta' l-iżvilupp tal-katina tal-valur u tal-provvista jew, aħjar, dik ta' l-industrija li taħdem f'netwerk u l-interazzjoni korporattiva. |
|
B. |
Dawn il-proċessi dinamiċi jsejħu għall-adattar u l-adattabilità fil-ġestjoni ta' l-aspetti kollha tal-kumpaniji inkluż id-definizzjoni u l-ħolqien tal-prodott, il-marketing u l-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani. Dawn il-kompiti sikwit jiġu esternalizzati (outsourced). In-netwerking ifisser li l-kumpaniji qegħdin isiru iktar u iktar imsensla madwar id-dinja u li l-manifattura u s-servizzi kull ma jmur qegħdin isiru iktar integrati. |
|
Ċ. |
Hemm differenzi sostanzjali bejn kif il-kumpaniji jintlaqtu minn din is-sitwazzjoni, skond il-qies tagħhom, il-pożizzjoni tagħhom fil-ktajjen/netwerks tal-provvista u s-setturi li fihom joperaw. Kumpaniji kbar multinazzjonali huma ġeneralment f'pożizzjoni tajba fl-istadji kollha ta' dan il-proċess tan-netwerking. Għall-kuntrarju, il-provvedituri ż-żgħar u ta' daqs medju, li jintervjenu fl-istadji inizjali jew intermedjarji (l-ewwel, it-tieni, it-tielet ... provveditur), ta' sikwit jiffaċċjaw ostakli, kif qegħdin ippreżentati f'Parti II. F'dan id-dokument, dawn jissejjħu bħala IICs (kumpaniji inizjali u intermedjari — terminu maħluq speċifikament għall-finijiet ta' din l-opinjoni) (1). |
|
D. |
Il-maġġoranza kbira ta' l-impjiegi fis-settur privat jinstabu fil-kumpaniji “inqas kbar” (ara punt Ċ). Minn fosthom, huma d-ditti l-iktar innovattivi u kreattivi li għandhom importanza deċiżiva fl-ekonomija f'netwerk. Il-volum ta' dan l-iżvilupp tant huwa sinifikattiv li ma kellux biss impatt konsiderevoli fil-livell mikroekonomiku, iżda wkoll f'termini makroekonomiċi. |
|
E. |
Il-KESE jħoss li huwa neċessarju li jitjieb l-ambjent li fih joperaw l-IICs. Din l-opinjoni (ara sezzjonijiet 3 u 4 f'Parti II) tidentifika l-isfidi ewlenin u tippreżenta numru ta' proposti ta' politika bħal:
|
|
F. |
In-nuqqas ta' tifsira stabbilita ta' l-IICs jagħmilha diffiċli li tinftiehem l-importanza sħiħa tagħhom fil-bidliet industrijali u l-proċessi tal-globalizzazzjoni. Hemm ħafna iktar xi jsir sabiex tiżdied il-kuxjenza dwar ir-rwol li jaqdu. Jekk il-proposti kollha jew xi wħud minnhom taħt il-punt E jridu jiġu implimentati, għandhom jintlaqgħu numru ta' prerekwiżiti mill-kumpaniji nfushom, oħrajn mil-leġislaturi u hemm iktar minn kumbinazzjoni tat-tnejn li huma. Fi kwalunkwe każ, implimentazzjoni ta' dan it-tip trid titwettaq b'kooperazzjoni stretta mal-partjiet kollha rilevanti. Bl-istess ħsieb, il-kumitati tad-djalogu settorjali li joperaw fil-livelli Ewropej u nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jipprovdu orjentazzjoni komuni kredibbli għal dawk responsabbli mill-politika. |
Parti II — Raġunijiet
1. Introduzzjoni
|
1.1 |
Il-konsiderazzjoni tal-bidu tal-ktajjen tal-provvista bħala fenomenu modern huwa żbaljat, għax dawn eżistew f'xi forma jew oħra, mill-bidu nett tal-produzzjoni organizzata. |
|
1.2 |
Huwa xieraq li wieħed jinnota, madankollu, li f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin żviluppa interess qawwi fil-ktajjen tal-provvista bħala prodott ta' l-ambjent b'saħħtu li tnissel mill-progress teknoloġiku u l-globalizzazzjoni, u l-effetti kollha relatati tagħhom fuq is-swieq. Dan is-suġġett huwa diskuss b'mod estensiv f'pubblikazzjonijiet u konferenzi numerużi madwar id-dinja. Is-sekwenza lineari konvenzjonali ġiet sostitwita b'netwerks kumplessi u proċessi tal-manifattura integrati li ta' sikwit joperaw f'kumpaniji u pajjiżi multipli. |
|
1.3 |
Illum, il-ktajjen tal-valur u tal-provvista qegħdin, kull ma jmur, isiru iktar imsensla u issa jeżisti netwerk ġenwinament globali f'ħafna oqsma. Dan jiġġustifika l-użu tat-terminu “netwerks” minflok “ktajjen” fejn ta' l-ewwel huwa, bla dubju ta' xejn, iktar effimeru minn dak ta' warajh. |
|
1.4 |
In-netwerks tal-ħolqien tal-valur (jew, sempliċiment, “netwerks tal-valur”) infushom qegħdin isiru iktar globali u estensivi. Parti minn dan il-proċess huwa netwerk ta' valur pan-Ewropew, imtejjeb bit-tkabbir reċenti ta' l-UE. |
|
1.5 |
Issa huwa magħruf li t-titjib tagħhom stess m'għadux suffiċjenti sabiex jilqa' l-bżonnijiet tal-kumpaniji. Dak li jkun mirbuħ mill-programmi introspettivi fi ħdan il-kumpaniji, filwaqt li huma ta' għajnuna u mixtieqa, ma jagħtuhomx is-setgħa li jaħtfu l-opportunitàjiet imnissla minn sistema tal-kummerċ li hija ġenwinament globali. Il-kumpaniji għandhom iħarsu 'l barra minnhom infushom jekk iridu jkomplu jgħixu fid-dinja moderna. |
|
1.6 |
B'hekk, il-ġestjoni tan-netwerks u l-loġistika sar ta' preġju, hekk kif il-kumpaniji qegħdin jonfqu ammonti li qegħdin jiżdiedu ta' ħin u flus sabiex jassiguraw dħul mis-simplifikazzjoni u mill-koordinazzjoni tax-xibka dejjem iktar ikkumplikata ta' attivitajiet u servizzi li huma kruċjali għall-operazzjonijiet industrijali u kummerċjali moderni. |
|
1.7 |
In-natura tar-responsabilità maniġerjali u tal-ħiliet rekwiżiti tal-forza tax-xogħol fil-livelli kollha tbiddlet kompletament, għax issa hemm bżonn ta' deċiżjonijiet u attitudnijiet li jassiguraw l-aħjar livelli ta' kooperazzjoni bejn ix-xerrejja, il-provvedituri u l-kumpaniji. |
|
1.8 |
Dan huwa l-iktar stat modern għall-kategoriji kollha tal-kumpaniji kbar, ta' daqs medju u żgħar, minkejja d-differenzi u l-interazzjoni ta' bejn is-setturi. Madankollu, jidher li kumpaniji kbar multinazzjonali huma f'qagħda aħjar minn ta' l-IICs fil-proċessi attwali (2). |
|
1.9 |
Fil-fatt, żewġ terzi ta' l-impjegati fis-settur privat fl-Ewropa jaħdmu għal kumpaniji żgħar u ta' daqs medju. Ħafna minn dawn huma IICs. Għalhekk, il-benesseri ta' dan it-tip ta' kumpaniji m'għandux dimensjoni mikroekonomika biss, iżda impatt makroekonomiku wkoll. |
|
1.10 |
Minkejja li s-suġġett ta' din l-opinjoni huwa l-iżvilupp tal-katina tal-valur u tal-provvista, l-enfasi qiegħda primarjament fuq l-IICs innovattivi (ta' livell tekniku u kwalità għoljin) bil-potenzjal li jikbru u joperaw fuq livell internazzjonali jew dawk li huma diġà preżenti fis-suq globali (3). |
|
1.11 |
Konsegwentement, għandhom jiġu żviluppati u mtejjba modi u mezzi sabiex jinħoloq ambjent b'saħħtu u sostenibbli sabiex dawn it-tip ta' kumpaniji jkunu jistgħu jikbru u jisfruttaw l-potenzjal tagħhom. |
|
1.12 |
Minkejja li l-ktajjen/netwerks tal-provvista jvarjaw minn settur għal ieħor, huwa meqjus bħala xieraq li tintwera l-analiżi mwettqa f'din il-karta b'enfasi fuq settur wieħed. L-Appendiċi 2 ta' din l-opinjoni hija għalhekk iddedikata għall-preżentazzjoni ta' każ fis-settur awtomotiv, li juri b'mod siewi xi wħud mill-kwistjonijiet fir-riskju. Dan is-settur intgħażel minħabba l-kumplessità eċċezzjonali tan-netwerks/ktajjen tal-provvista, kif muri fl-Appendiċi 1. |
|
1.13 |
Kumpaniji Ewropej ta' sikwit qegħdin jagħżlu li jesternalizzaw wieħed jew bosta mill-ħolqiet fil-ktajjen tal-provvista. Sussegwentement huma jimportaw ir-riżultat ta' dan u jżidu l-valur fuqu qabel ma jgħadduh għan-netwerk tal-valur. Huwa importanti li jinħolqu kondizzjonijiet li jassiguraw, matul il-proċess, iż-żamma ta' l-ogħla livelli possibbli tal-qligħ, ta' l-impjieg u ta' l-għarfien fl-Ewropa. Dan huwa kruċjali għax l-għarfien kull ma jmur qiegħed isir fattur tal-produzzjoni bid-dritt tiegħu li huwa mmexxi fin-netwerks li joħolqu l-valur prinċipalment minn fondi mingħajr fruntiera iktar milli sempliċiment fondi transkonfinali (4). |
|
1.14 |
Din il-karta tiddiskuti l-mod kif l-UE tista' tikkontribwixxi aħjar sabiex jinżammu l-partijiet importanti (dawk ta' valur miżjud) tal-katina tal-provvista fl-Ewropa (5). |
2. In-netwerks tal-valur u l-bidliet industrijali
|
2.1 |
Il-bidliet industrijali huma strettament relatati mal-ħolqien tal-valur fis-soċjetà tan-netwerk, li jinvolvi rwol sinifikanti għas-servizzi, bħall-konsulenza, l-inġinerija, il-loġistika u l-marketing. Jekk tiġi ridotta l-integrazzjoni vertikali, il-ħolqien tal-valur fl-ipproċessar ta' sikwit jaqleb għall-provveditur. Dan il-proċess isir iktar multidimensjonali għax ħafna minn dawn il-provvedituri jagħmlu parti wkoll min-netwerks globali, li joħloq interdependenzi ġodda bejn il-provvedituri. |
|
2.2 |
Iżda t-terminu “globali” xi jrid ifisser eżatt? Flimkien mar-rwol ovvju li jaqdu l-Istati Uniti u l-Ġappun, reġjuni oħra dinjija waslu b'leħħa ta' berqa fix-xena tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, fosthom in-nazzjonijiet BRIC (il-Brażil, ir-Russja, l-Indja, iċ-Ċina). Madankollu għandu jkun innutat li jeżistu żewġ tipi ta' sħubija ta' dan il-grupp, fejn l-influwenza, b'mod partikulari dik ta' l-Indja u taċ-Ċina “qiegħda iġġib tibdil radikali fil-katina sħiħa tal-provvista u l-oqsma ta' l-ekonomija li joħolqu l-valur” (6). |
|
2.3 |
Fid-dawl ta' dan, l-UE għandha ssaħħaħ il-ħila tagħha li tikkompeti billi żżid il-valur, għax il-kompetizzjoni bbażata biss fuq il-kalkoli ta' l-ispejjeż m'hijiex realistika u ma tilqax il-valuri soċjali u tas-sostenibilità ta' l-Unjoni. |
|
2.4 |
Il-ktajjen u n-netwerks tal-provvista qegħdin jespandu, u l-proċessi industrijali qegħdin jiġu kkaratterizzati iżjed u iżjed mill-frammentazzjoni tal-linji tal-produzzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-prodotti permezz tat-teknoloġiji u l-ispeċificità (customisation). Il-produtturi jistgħu jistandardizzaw il-parti tal-qalba tal-prodotti u, fl-istess ħin iħallu post għall-ispeċifiċità. Dan huwa magħruf bħala “speċifiċità tal-massa”(mass customisation). |
|
2.5 |
Dawn il-fatturi huma stimolati mill-interazzjoni ta' bejn l-industrija tal-manifattura u s-servizzi (7), li twassal sabiex jiċċajpru l-linji ta' distinzjoni ta' bejn is-setturi. It-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) jikkontribwixxu għal din is-sitwazzjoni billi jżidu l-interoperabilità u s-servizzi pprovduti elettronikament. |
|
2.6 |
Il-kumpaniji Ewropej għandhom jimmiraw lejn il-ħolqien ta' netwerks tal-provvista li jipproċessaw “prodotti estiżi” (sistema ta' prodotti u servizzi) li jidentifikaw niche markets (swieq li jipprovdu għal domanda speċifika) ta' valur miżjud. Saħansitra l-fabbriki stess issa saru prodotti kumplessi li jistgħu jkunu negozjati. |
|
2.7 |
Iċ-ċikli ġodda teknoloġiċi qegħdin jitfgħu dejjem aktar enfasi fuq il-ġestjonar tar-riżorsi umani f'kull livell u jenfasizzaw l-urġenza tat-tagħlim tul il-ħajja bħala komponent essenzjali tal-kompetittività u l-possibiltà ta' l-impjieg. |
|
2.8 |
Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti qiegħed jiqsar u jinbidel minħabba l-interazzjoni li qiegħda tiżdied bejn is-servizzi u l-manifattura u peress li l-kompetizzjoni u l-kooperazzjoni (ta' qabel il-kompettitiva) f'ħafna oqsma qegħdin isiru globali. |
|
2.9 |
L-istruttura tal-kumpaniji u r-relazzjoni dinamika ta' bejn il-kumpaniji huma influwenzati bil-kbir minn dawn il-bidliet li għadhom qegħdin iseħħu. Kostantament dawn jeħtieġu li jiġu adattati u riorganizzati. L-ispeċjalizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, l-ispeċifiċità u l-iżvilupp tas-servizzi relatati mal-manifattura kull ma jmur qegħdin iwasslu għall-esternalizzazzjoni. Għall-kuntrarju, l-esternalizzazzjoni tista' tirriżulta fi speċjalizzazzjoni u deċentralizzazzjoni addizzjonali. |
|
2.10 |
Il-konċentrazzjoni permezz ta' l-għaqdiet u ta' l-akkwisti qiegħda sseħħ b'mod parallel ma' dawn il-proċessi; iktar ma wieħed jitbiegħed mill-konsumatur, iktar tinstab il-konċentrazzjoni u l-konsolidazzjoni. |
|
2.11 |
L-outsourcing u l-offshoring qegħdin jitwettqu fuq skala globali (8). Ekonomiji li għadhom qegħdin jiżviluppaw fl-Istati Membri l-ġodda kif ukoll fl-Ażja huma involuti ħafna f'dan il-proċess, kull waħda toffri l-vantaġġi finanzjari tagħha u l-potenzjal tagħha tas-suq. L-Ażja qiegħda ssir iċ-ċentru aċċettat minn kulħadd tal-produzzjoni u tal-provvista tas-servizzi bi prezz baxx. Fiċ-Ċina u l-Indja qiegħda tiġi żviluppata teknoloġija indipendenti. Proċessi bħal dawn jistgħu jinvolvu r-rilokazzjoni ta' l-attivitajiet, b'telf reali ta' impjiegi. Dan jista' joħloq sens ta' ambjent prekarju fost l-impjegati. Min-naħa l-oħra, ir-rilokazzjoni tista' wkoll iżżid l-impjieg f'kumpaniji fl-Ewropa (9). |
|
2.12 |
Żviluppi komplikati li jinħolqu minn transazzjonijiet bla għadd, għaqdiet u akkwisti li qegħdin jitwettqu madwar id-dinja juru li r-rilokazzjoni, bħala riżultat tal-bidliet fil-produzzjoni u fil-linji tas-servizzi, m'hijiex proċess lineari jew b'direzzjoni waħda biss. L-ispiża tal-produzzjoni tirrappreżenta parti waħda biss mit-totalità tal-konsiderazzjonijiet. Qegħdin jiġu kkunsidrati numru ta' fatturi oħra, li ma jiffurmawx is-suġġett ta' din l-opinjoni. Dawn jinkludu loġistika kumplessa, spejjeż għoljin għat-trasport, tħassib ambjentali, oqsfa regolatorji, il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali u d-disponibilità ta' materji primi kif ukoll it-teknoloġija u l-kompetenza speċifika. Meta jitqiesu dawn il-konsiderazzjonijiet kollha, xi drabi jista' jkun ta' benefiċċju għall-manifattura u s-servizzi li jirritornaw fl-Ewropa. |
|
2.13 |
Mill-banda l-oħra, ir-rilokazzjoni tista' tikkonċerna wkoll attivitajiet innovattivi, li jistgħu jfissru telf ta' għarfien għall-Ewropa. Fil-verità, ir-rilokazzjoni tista' tgħawwar il-ħila għall-innovazzjoni ta' l-industriji Ewropej fuq perijodu fit-tul jekk ma jissaħħux l-għarfien u r-riċerka fl-UE. F'din il-perspettiva n-numru dejjem jiżdied ta' l-inġiniera fl-Indja u ċ-Ċina (45 % ta' l-inġiniera fid-dinja) huwa punt li jirrivela ħafna. |
|
2.14 |
Barra minn dan, il-fatt li żgħażagħ bi kwalifiki tajbin qegħdin iħallu lill-Ewropa jew juru preferenza li jaħdmu f'kumpaniji kbar (10) jista' jirriżulta f'nuqqas ta' nies ikkwalifikati fl-IICs Ewropej. |
|
2.15 |
Kumpaniji kbar huma ta' sikwit f'qagħda aħjar li jiffaċċjaw l-isfidi msemmija hawn fuq. Ġeneralment, għandhom aċċess relattivament faċli għall-banek u s-swieq kapitali, huma involuti f'kull tip ta' interazzjoni u interoperabilità ma' kumpaniji oħra, għandhom aċċess għal medda wiesa' ta' swieq u huma fuq quddiem fil-proċess ta' l-outsourcing. Madankollu, huma inqas flessibbli minn kumpaniji iżgħar. |
3. L-isfidi għall-IICs
|
3.1 |
L-indikaturi kollha juru li l-proċess tal-frammentazzjoni tal-produzzjoni, ta' l-ispeċifikazzjoni (customisation) u tan-netwerks globali ser ikompli. Fil-biċċa l-kbira ta' l-oqsma, kumpaniji kbar multinazzjonali jaġixxu bħala mexxejja strateġiċi, iżda ħafna mix-xogħol huwa magħmul minn numru jiżdied ta' IICs. |
|
3.2 |
Xi drabi, l-IICs, minkejja l-potenzjal għoli, minħabba n-neċessità li jadottaw approċċi fil-perijodu l-qasir, ikollhom jaħdmu ħafna sabiex jaċċessaw swieq ġodda, huma ta' spiss dipendenti fuq ordnijiet regolari minn ċerta klijenti kbar u ta' sikwit m'għandhomx aċċess daqshekk tajjeb għas-swieq kapitali. Barra minn hekk, huma esposti ħafna għar-riskju ta' diżordni fil-katina tal-provvista, relatati mat-tnaqqis fl-ispejjeż li huma mitluba kostantament mill-klijenti l-kbar. Fil-punti segwenti, l-enfasi qiegħda fuq l-ikbar sfidi li jiffaċċjaw dawn l-intrapriżi. |
L-identifikazzjoni ta' l-attitudni adattata
|
3.3 |
Ħafna mit-titjib fil-kondizzjonijiet tal-qafas ta' kumpaniji relattivament żgħar u ta' daqs medju sempliċiment jiddependi fuq attitudnijiet fis-soċjetà u fi ħdan il-kumpaniji nfushom. F'xi Stati Membri u xi reġjuni l-attitudnijiet lejn dan it-tip ta' kumpaniji huma iktar pożittivi milli f'oħrajn. L-iskambju ta' l-aħjar prassi għalhekk għandha tkun imħeġġa. |
Il-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni fost l-IICs
|
3.4 |
L-IICs għandhom jitħeġġu sabiex ikunu miftuħin għall-kooperazzjoni u sabiex jiżviluppaw proġetti konġunti. Dawn it-tipi ta' kooperazzjoni u proġetti jistgħu jsaħħu l-pożizzjonijiet tas-suq u jappoġġjaw in-negozji tal-provvedituri mal-klijenti l-kbar. Jistgħu jgħinu wkoll sabiex jitpattew l-effetti ta' ħsara tal-lock-in/lock-out. |
|
3.5 |
Għandu jitħeġġeġ l-użu tas-software open source (sors miftuħ) (11) u l-aċċess liberu għat-tekonoloġiji ta' l-inġinerija u l-istandards. L-interfacing effettiv ta' l-IICs ma' l-istituti tar-riċerka huwa importanti ferm. |
|
3.6 |
Il-clustering u n-netwerks madwar il-kumpaniji u ż-żoni industrijali ewlenin u f'ambjenti industrijalizzati ħafna u ta' livell għoli tat-teknoloġija jistgħu jkunu ta' appoġġ qawwi għal dak il-għan, (12) għax iħeġġu l-iskemi kollaborattivi bejn il-kumpaniji. Attitudnijiet miftuħa lejn universitajiet u istituti teknoloġiċi ġara, flimkien ma' approċċ adattat minn awtoritajiet lokali u reġjonali, huma kruċjali. ‛Żoni industrijali' madwar ċentri teknoloġiċi, parks tax-xjenza u universitajiet jistgħu jkunu ta' benefiċċju kbir għall-kumpaniji żgħar. |
L-Ambjent Finanzjarju
|
3.7 |
Il-banek u l-partijiet finanzjari ġenerali għandhom jitħeġġu sabiex jadottaw attitudni iktar pożittiva lejn it-teħid tar-riskju. L-evidenza statistika turi li fid-dinja finanzjarja Amerikana hemm attitudni iktar pożittiva lejn ir-riskju u din tipproduċi riżultati sinifikanti. Aċċess miftuħ għas-swieq kapitali fl-Ewropa huwa, f'kwalunkwe każ neċessarju — iktar u iktar billi f'ħafna każijiet il-piż finanzjarju fil-proċessi tal-produzzjoni għandhom tendenza jiċċaqalqu mill-kumpaniji l-kbar għall-provvedituri iżgħar. |
|
3.8 |
Fl-industrija awtomotiva, per eżempju, l-outsourcing ħoloq problema finanzjarja għal ħafna kumpaniji, għax kemm il-proċess ta' l-iżvilupp kif ukoll il-perijodu tal-ħlas tal-qligħ huma twal — dawn sikwit jieħdu minn 3 sa 5 snin għall-perijodu ta' l-iżvilupp u minn 5 sa 7 snin għall-perijodu għall-ħlas tal-qligħ. Fl-Istati Uniti, din il-problema hija parzjalment solvuta permezz ta' aċċess aktar faċli għall-kapital privat u, f'ħafna pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, permezz ta' regoli ġenerużi tat-taxxa u ta' l-għajnuna Statali. F'dan il-qasam, il-kondizzjonijiet fl-Ewropa għandhom bżonn jitjiebu mingħajr dewmien, partikularment fir-rigward ta' l-IICs u l-bżonnijiet tagħhom sabiex jiffinanzjaw ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) għall-innovazzjoni teknoloġika. Apparti l-miżuri mill-gvernijiet, il-banek — inkluż l-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li jaħdem b'kooperazzjoni stretta ma' l-imsieħba bankarji madwar l-Ewropa — u l-ekwità privata għandhom jaqdu r-rwol tagħhom ukoll. |
|
3.9 |
Il-KESE jinnota b'interess kbir li l-orjentazzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-implimentazzjoni tal-Programm ta' Lisbona: l-iffinanzjar tat-tkabbir ta' l-SME — Inżidu l-Valur Ewropew” (13). Pont iktar konvenjenti huwa meħtieġ bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-ekwità privata, fuq naħa, u l-SMEs fuq naħa oħra. |
L-effetti lock-in/ lock-out
|
3.10 |
Id-dipendenza fuq il-klijenti l-kbar hija problematika, partikularment fir-reġjuni mono-industrijali, meta l-IICs huma imsakkrin 'il ġewwa jew 'il barra (locked in jew locked out) mill-ktajjen tal-provvista. Meta jikkoopera ma' kumpaniji kbar, il-provveditur ta' sikwit ikollu jagħmel użu mit-teknoloġija meħtieġa. Il-provvista lil klijent wieħed kbir biss tista' ġġiegħel lil provveditur li juża teknoloġija speċifika waħda. |
|
3.11 |
L-istess jista' jiġri lill-provvedituri li huma msakkrin barra mill-katina (locked out) minħabba li m'għandhomx l-għodda meħtieġa sabiex jaċċessaw is-swieq addizzjonali u jipparteċipaw fi ktajjen jew netwerks tal-provvista oħra. |
|
3.12 |
Il-kumpaniji l-kbar, madankollu, ma jridux ikunu dipendenti kompletament fuq provveditur wieħed, minkejja li dan kultant jiġri. F'numru ta' każijiet, il-produtturi l-kbar tal-karozzi jippreferu provvedituri uniċi, partikularment fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' komponenti ġodda u sistema għall-prodott finali. Is-sitwazzjoni normali, madankollu, hija li l-kompetizzjoni ta' bejn il-provvedituri hija qawwija. |
|
3.13 |
F'ċertu każijiet, l-iktar fl-industrija awtomotiva, ġiet innotata li l-ispejjeż għall-iżvilupp teknologiku ġew mgħoddija lill-provveditur, li kien ukoll mitlub jaqsam l-għarfien mal-kompetituri. Din tista' tkun ta' problema, speċjalment għal provvedituri li m'humiex monopolistiċi. |
|
3.14 |
L-effetti lock-in u lock-out għandhom tendenza li jikbru skond kif jikber in-numru ta' applikazzjonijiet ta' l-ICT, minkejja li l-effett lock-in/lock-out ċertament m'hijiex kwistjoni biss ta' l-IT. Il-liċenzji huma ta' sikwit diffiċli sabiex jinkisbu. In-nuqqas ta' standardizzazzjoni u ta' interoperabilità, fuq naħa, u l-użu rari tat-teknoloġija ta' l-open source, mill-banda l-oħra, jimpedixxu l-investiment. |
|
3.15 |
Hawnhekk ukoll (ara punt 3.6), il-kooperazzjoni u l-clustering jistgħu jgħinu jegħlbu n-nuqqasijiet li jinħolqu mill-proċessi hawn fuq imsemmija, notevolment fir-reġjuni mono-industrijali. |
Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
|
3.16 |
Il-proprjetà intellettwali hija kruċjali (14). Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprejtà intellettwali tinvolvi sfidi partikulari għall-IICs, li ħafna minnhom huma kumpaniji żgħar u ta' daqs medju. Diġà ssemmew il-problemi li jiffaċċjaw dawn il-kumpaniji fl-iffinanzjar għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u l-affarijiet m'għandhomx għalfejn jiġu agħar permezz tal-ħolqien ta' sitwazzjoni li tirriżulta fil-kompetituri tagħhom jaħsdu l-qligħ. |
|
3.17 |
Il-brevetti għandhom rwol essenzjali x'jaqdu. Il-KESE esprima t-tħassib tiegħu f'ħafna opinjonijiet dwar “it-tfixkil ripetut fir-rigward ta' l-introduzzjoni tal-brevetta komunitarja”, li għamlet xi ftit ħsara lill-kredibilità tal-politika ta' l-UE dwar ir-riċerka u ma rnexxilhiex tħeġġeġ “lir-riċerka innovattiva maħluqa sabiex ittejjeb l-kompetittività”. (15) Minħabba li din il-kwistjoni daqshekk importanti ma ġietx indirizzata, dan wassal sabiex il-protezzjoni ta' l-innovazzjoni tkun tiswa ħafna flus (notevolment meta mqabbla ma' l-Istati Uniti u l-Ġappun), saħansitra xi kultant bi prezz għoli wisq għall-IICs. |
|
3.18 |
Il-problema tal-prezz għoli tal-proċeduri tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa iżjed aggravat b'nuqqas ta' effikaċja li ta' sikwit tinħoloq minn nuqqas ta' infurzar. Fir-relazzjonijiet kummerċjali maċ-Ċina, l-iffalsifikar għandu jiġi indirizzat bħala kwistjoni ta' prijorità. Bħala riżultat ta' din il-problema ta' ffalsifikar, bosta kumpaniji ta' livell teknoloġiku għoli ma jridux iżidu l-investimenti tagħhom fiċ-Cina jew saħansitra li jneħħuhom (16). |
|
3.19 |
Appendiċi 2 juri l-gravità ta' l-abbuż tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-iffalsifikar fil-komponenti awtomotivi. |
Naħtfu l-opportunitajiet ġodda — l-importanza tal-ħiliet u ta' l-intraprenditorija
|
3.20 |
L-IICs speċjalizzati għandhom l-assi tagħhom stess. Opportunitajiet ġodda jinħolqu mill-qabża minn operazzjonijiet fuq skala kbira għad-deċentralizzazzjoni u l-approċċi magħmulin apposta, sakemm il-ħiliet korrespondenti huma żviluppati wkoll. |
|
3.21 |
Il-fatt li madwar l-Ewropa l-maġġoranza ta' gradwati żgħażagħ jippreferu jaħdmu għal kumpaniji kbar huwa punt ta' tħassib. Hemm ħtieġa ċara sabiex jitħeġġu n-nies ħalli jaħdmu fl-IICs billi jtejjbu l-prospetti tal-karriera. Il-problema għall-IICs hija speċjalment qawwija meta n-numru globali ta' gradwati m'huwiex suffiċjenti, eż. fid-dixxiplini ta' l-inġinerija. |
|
3.22 |
Dawk hekk imsejjħin “sistemi ta' formazzjoni doppja” — tagħlim u xogħol — li jitwettqu attwalment f'xi Stati Membri bħall-Ġermanja, l-Awstrija u l-Lussemburgu (“duale Ausbildung”) jistgħu jkunu ta' valur kbir għall-IICs. |
|
3.23 |
It-titjieb tal-kwalifiki u l-ħiliet ta' l-impjegati huwa essenzjali. In-nies infushom kif ukoll l-intrapriża jistgħu jikkontribwixxu għall-istandards li qegħdin jogħlew (17). F'dan ir-rigward, it-titjib ta' l-ambjent tal-post tax-xogħol jista' jkun ta' benefiċċju. Kunċetti moderni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, inkluż ir-reviżjoni sistematika ta' l-iskemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, jistgħu jgħinu sabiex jinħolqu l-impjiegi. Dawn il-punti jridu jiġu indirizzati fil-qafas ta' l-approċċi settorjali, inkluż id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali. |
|
3.24 |
B'żieda mal-korrelazzjoni diretta bejn is-sistemi effiċjenti ta' l-edukazzjoni u l-kwalità tal-ħiliet ta' l-impjegati, l-importanza tat-trijanglu ta' l-edukazzjoni/l-innovazzjoni/ir-riċerka ma tistax tiġi stmata żżejjed. B'konnessjoni ma' dan, l-inizjattiva l-ġdida ta' l-UE “Ir-reġjuni għall-bidla ekonomika” tista' tkun ta' l-ikbar għajnuna għax tenfasizza d-dimensjoni reġjonali u l-impatt tar-riċerka, l-ħiliet teknoloġiċi u l-clusters ekonomiċi (18). |
|
3.25 |
Sabiex jiġi sfruttat kompletament il-vantaġġ ta' l-opportunitajiet offruti lill-IICs permezz tat-titjib fil-ħiliet u l-intraprenditorija, l-importanza tad-dimensjoni territorjali ma tistax tiġi injorata. Il-globalizzazzjoni, li tfisser internazzjonalizzazzjoni dejjem tikber, iġġib magħha l-ħtieġa għar-rinfurzar korrespondenti tal-qrubija reġjonali. Dan jista' jitwettaq permezz ta':
|
|
3.26 |
Kemm l-intraprenditorija kif ukoll l-kreattività u l-flessibilità huma importanti ferm, fi kliem ieħor il-ħila ta' l-adattar rapidu għal ċirkostanzi li jinbidlu. Il-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju ta' sikwit għandhom iktar kapaċità li jirrispondu għall-isfidi mill-kumpaniji l-kbar. Dawn il-fatturi jistgħu tabilħaqq jgħinu lil ta' l-ewwel jipprofittaw mill-frammentazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tan-netwerks (19). |
4. Proposti għall-politika
|
4.1 |
Sabiex titjieb l-effiċjenza tal-katina tal-valur u tal-provvista huwa essenzjali li jinħoloq ambjent kummerċjali f'saħħtu għall-IICs. Il-KESE huwa tal-fehma li hemm żewġ strumenti ewlenin li ser jappoġġjaw il-preżenza ta' l-IICs Ewropej fin-netwerks madwar id-dinja: il-politika industrijali l-ġdida (inkluż l-approċċ settorjali tagħha) u l-FP7 (is-Seba' Programm ta' Qafas). |
Politika Industrijali
|
4.2 |
L-IICs għandhom ikunu involuti b'mod iktar sistematiku fil-qafas tal-politika industrijali. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu stħarriġ minn qabel u bi preċiżjoni ikbar dwar l-impatt fuq kumpaniji ta' livell tekniku għoli tal-leġislazzjoni mistennija f'oqsma bħall-iżvilupp tekniku u t-twaqqif ta' l-istandards. L-“industrija” hija wisq drabi llimitata għall-kumpaniji l-kbar. L-IICs — ta' sikwit maqbużin — għandhom jiġu kkonsultati separatament. |
|
4.3 |
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta' l-ICT għall-IICs. Jaqbel kompletament ma' l-għanijiet li identifikat il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni, bit-titolu “Intejjbu l-Fiduċja u l-Kunfidenza fis-Swieq Elettroniċi ta' bejn l-Intrapriżi” (20). |
|
4.4 |
Il-Kummissjoni waqqfet ukoll e-Business Support Network (eBSN — netwerk Ewropew ta' appoġġ għall-kummerċ online) għall-SMEs. Il-KESE jaqbel ma' l-għan ewlieni ta' l-eBSN, li huwa li jgħaqqad flimkien l-esperti tal-kummerċ online fl-Ewropa sabiex jaqsmu l-esperjenza u l-prassi tajba. |
|
4.5 |
Aspett essenzjali tal-politika industrijali ta' l-UE huwa d-djalogu miftuħ dwar id-direzzjonijiet tal-ġejjieni minn perspettiva settorjali, kif inhu prevvist fil-pjattaformi attwali tat-teknoloġija Ewropea. Minkejja li l-fruntieri bejn is-setturi qegħdin jisparixxu, approċċ speċifiku għas-settur għadu adattat f'dan il-qasam u joffri opportunitajiet milqugħa għall-IICs. |
|
4.6 |
Ma tistax tkun enfasizzata żżejjed, l-importanza ta' l-innovazzjoni. Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni sabiex tiżviluppa swieq favur l-innovazzjoni billi tniedi inizjattiva ġdida li tmexxi s-suq immirata lejn l-iffaċilitar tal-ħolqien u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi ġodda innovattivi f'oqsma promettenti (21). |
|
4.7 |
Huwa importanti li l-IICs jipparteċipaw fil-pjattaformi teknoloġiċi. Wieħed jispera li jinstabu modi u mezzi oħra sabiex jitneħħa t-tfixkil f'dan il-qasam. Għandha titwaqqaf Aġenda ta' Riċerka Strateġika li tinkludi l-IICs. Madankollu, id-dgħjufiji tradizzjonali ta' ħafna minn dawn id-ditti, bħan-nuqqas ta' fiduċja reċiproka, ħin, rappreżentanti disponibbli u, ta' sikwit, ta' enfasi strateġika huma wkoll viżibli fl-esperjenza ta' kuljum ta' dawk il-pjattaformi. |
|
4.8 |
Sabiex jiddefinixxi Aġenda ta' Riċerka Strateġika, il-Grupp ta' Livell Għoli għall-Manifattura (22) għamel analiżi li fiha ideat simili dwar il-bidliet fir-rigward tal-prodotti ġodda ta' valur miżjud u t-taħlita tal-manifattura u s-servizzi, fuq naħa, u fir-rigward ta' forom innovattivi tal-produzzjoni fuq in-naħa l-oħra (23). |
|
4.9 |
B'żieda ma' dan, l-effetti lock-in u lock-out fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista, ta' sikwit ifixklu l-parteċipazzjoni effettiva fil-pjattaformi meta l-IICs — anke dawk b'potenzjal konsiderevoli — ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'sistemi interoperabbli. |
|
4.10 |
Il-KESE huwa tal-fehma li viżjoni strateġika għandha tiġi żviluppata għall-IICs, li tista' tgħinhom jegħlbu d-diffikultajiet li jirriżultaw minn lock-in jew lock-out. L-għan għandu jkun l-interoperabilità. Dan jista' jitwettaq permezz ta':
|
|
4.11 |
Skond il-KESE, l-istess għan jista' jiġi promoss permezz tal-ħolqien ta' fora Ewropej għall-kooperazzjoni bejn l-IICs sabiex tinġabar il-kreattività u l-innovazzjoni ma' l-Ewropa kollha. |
|
4.12 |
Kwistjoni ewlenija hija l-iffaċilitar ta' l-aċċess għas-swieq finanzjarji. |
|
4.12.1 |
Il-KESE jikkunsidra li l-banek u l-partijiet finanzjarji oħra kkonċernati, bħall-fondi għall-kapital riskjuż, għandhom jitħeġġu sabiex jadottaw attitudni iktar pożittiva lejn it-teħid tar-riskju, billi per eżempju jinvestu f'IICs b'livell għoli ta' teknoloġija. |
|
4.12.2 |
Eżempju speċifiku jkun li l-IICs jingħataw aċċess iktar faċli u indaqs għas-swieq kemm kapitali kif ukoll dawk ta' l-ekwità privata fl-adattar tad-dewmien li jista' jirriżulta minn perijodi twal ta' żvilupp u ħlas lura, li jistgħu jikkawżaw il-problemi. F'dan il-kuntest, ir-rwol tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew ta' l-Investment (EIF) għandhom jiġu rinfurzati sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal strumenti ta' self ta' riskju, kapital riskjuż u skemi ta' garanzija (26). |
|
4.12.3 |
Il-KESE jemmen li l-istituzzjonijiet finanzjarji bħall-EIB jistgħu jaqdu rwol ta' appoġġ usa', speċjalment f'konsorzja li jinkludu banek lokali, li għandhom għarfien tajjeb tal-kumpaniji fil-qasam tagħhom. |
|
4.12.4 |
Fid-dawl tal-politika industrijali ġdida u tas-sħubiji ta' riċerka industrijali l-EIB bħalissa qiegħed jaħdem fuq strument ġdid konġunt ma' DG RTD, imsejjaħ l-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju (Risk Sharing Finance Facility — RSFF). L-għan tiegħu huwa li jtejjeb l-aċċess għall-iffinanzjar tad-dejn, notevolment għar-riċerka fis-settur privat u attivitajiet relatati ma' profil b'riskju ogħla mill-medja, li m'huwiex kopert mis-suq. |
|
4.13 |
Il-politika tat-taxxa hija r-responsabilità ta' l-Istati Membri. Madankollu, ikun opportun li kieku jiġu diskussi miżuri tat-taxxa mixtieqa fil-livell Ewropew immirati li jirrinfurzaw il-pożizzjoni ta' l-intrapriża Ewropea fin-netwerks għall-valur u għall-provvista madwar id-dinja kollha. |
|
4.14 |
L-UE għandha tintegra fl-għanijiet tal-politika kummerċjali tagħha l-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali ta' kumpaniji żgħar u ta'daqs medju, fid-dawl ta' l-attitudnijiet, ta' sikwit inġusti u mhux ta' min jorbot fuqhom, tas-swieq (kbar), li għadhom qegħdin jiżviluppaw fir-rigward tal-kumpaniji Ewropej. |
|
4.15 |
Ir-riżorsi umani huma kruċjali. Iżjed minn qatt qabel, is-sistemi edukattivi huma pilastru indispensabbli tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli. L-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja huma responsabilità konġunta ta' individwi, kumpaniji, imsieħba soċjali u awtoritajiet pubbliċi (27). |
|
4.16 |
Diskussjonijiet settorjali bejn l-imsieħba soċjali għandhom jinkludu approċċi speċifikati għall-ġestjoni tar-riżorsi umani, inkluż l-iżvilupp ta' skemi għat-taħriġ iddisinnati sabiex jagħtu l-kwalifiki professjonali meħtieġa. Għandhom iqisu wkoll id-dimensjoni reġjonali tal-bidliet industrijali u l-inizjattiva ta' l-UE “Ir-reġjuni għall-bidla ekonomika” (28). |
FP7
|
4.17 |
Fil-qafas ta' l-FP7, li huwa relatat ma' l-għanijiet tal-politika ġdida industrijali, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-konnessjonijiet mal-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, inkluż l-użu adattat ta' l-istrument ġdid RSFF li ġie żviluppat b'mod konġunt ma' l-EIB (29). F'proġetti avvanzati ta' l-ICT sponsorjati mill-FP7, il-parteċipazzjoni ta' l-IICs hija kritika sabiex ittihom il-faċilità li jingħaqdu ma' netwerks avvanzati u li jidħlu f'kooperazzjoni. |
|
4.18 |
Fil-fehma tal-KESE, l-FP7 jista' jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' politika permanenti għall-innovazzjoni li tinvolvi konnessjoni mill-qrib bejn iċ-ċentri ta' l-għarfien (unversitajiet, istituti tat-teknoloġija, skejjel għat-taħriġ vokazzjonali) u attività industrijali. Il-ktajjen jew in-netwerks tal-valur u tal-provvista huma essenzjali għal politika bħal din, billi l-programm huwa mmirat li jgħin l-iżvilupp ta' “prodotti estiżi” ġodda (magħrufa wkoll bħala “prodotti/servizzi” jew “servizzi integrati mal-prodott”) u proċessi ġodda. L-għan ta' dan kollu huwa li jinħoloq ambjent ta' netwerk uniku vijabbli fl-Ewropa, li huwa ta' benefiċċju għall-IICs ukoll. |
|
4.19 |
Il-KESE jinnota li minħabba l-burokrazija huwa diffiċli li kumpaniji żgħar u ta' daqs medju jiddaħħlu fil-programmi tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D). Il-proċeduri ta' l-għażla li jieħdu minn ta' l-inqas sena huma twal wisq għal dawn il-kumpaniji. |
|
4.20 |
Huwa ferm mixtieq li jinħolqu l-kondizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp ta' netwerk b'saħħtu ta' l-intrapriżi bi strutturi trasparenti relatati flimkien. Il-KESE jisħaq li l-FP7 għandu jgħin sabiex jiġu żviluppati disinni u operazzjonijiet ta' netwerks ottimizzati b'mod sistematiku f'ambjent industrijali dinamiku u kumpless. |
|
4.21 |
B'mod simili, għandu jitħeġġeġ il-ħolqien ta' strutturi tal-loġistika u tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista fil-livelli kemm strateġiċi kif ukoll operazzjonali. |
|
4.22 |
Fil-każ ta' industriji inqas teknoloġiċi li huma marbutin fiżikament ma' l-Ewropa, il-programmi ta' riċerka jistgħu jappoġġjaw qligħ kontinwu fil-produttività u l-effiċjenza sabiex iżommu l-vantaġġ kompettitiv. |
|
4.23 |
Fost il-ħafna aspetti li l-intrapriżi jridu jqisu sabiex jisfruttaw bis-sħiħ il-programmi ta' riċerka ta' l-UE, hemm l-importanza tat-twaqqif ta' netwerks adegwati. Minkejja li attwalment ma jagħmlux parti mill-kuntest ta' l-IICs fl-Ewropa, il-kooperazzjoni ta' qabel il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tista' tkun utli, u l-istess għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet kooperattivi. |
|
4.24 |
Għalhekk, l-FP7 jimmira li jikkontribwixxi għal industrija ta' netwerk orjentata lejn l-għarfien, ibbażata fuq standards Ewropej, li huma elementi importanti għall-kooperazzjoni, il-konnessjoni u l-interoperabilità. |
|
4.25 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-FP7 joffri opportunità kbira sabiex titjieb l-effiċjenza tan-netwerks tal-valur u tal-provvista u jsejjaħ lill-partijiet ikkonċernati sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu. Dan ma japplikax biss għat-teknoloġiji li jtejbu l-interkonnettività (l-iktar ICT) iżda wkoll għal tekonoloġiji oħra li jiffaċilitaw — bħan-nanoteknoloġija. |
|
4.26 |
B'mod parallel għall-iżviluppi fil-politika industrijali, il-kuntesti u l-azzjonijiet reġjonali u lokali huma importanti wkoll fl-FP7, b'mod partikulari fir-rigward tal-kooperazzjoni ta' l-IICs ma' kumpaniji kbar, universitajiet ġara, istituti teknoloġiċi u ċentri vokazzjonali tat-taħriġ (30). |
Brussel, il-25 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) Għalhekk, din l-opinjoni ma tirreferix għall-intrapriżi zgħar u ta' daqs medju skond it-tifsira tal-Kummissjoni Ewropea u l-maġġoranza ta' l-Istati Membri (“SMEs”). L-iżgħar kumpaniji huma referiti bħala provvedituri li jista' jkollhom mijiet ta' impjegati, filwaqt li l-provvedituri ta' daqs medju jista' jkollhom sa eluf ta' impjegati. It-tnejn li huma jokkupaw pożizzjoni inizjali u intermedjarja fil-ktajjen tal-valur; fi kliem ieħor, m'humiex il-provvedituri — normalment ikbar — finali. Dawn il-kumpaniji m'humiex imfissra f'termini ta' data korporattiva li tista' titkejjel (bejgħ, impjieg) iżda f'termini tal-pożizzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur u l-provvista. Il-provvedituri tal-materji primi, li għandhom tendenza jkunu kumpaniji kbar, ma jaqgħux taħt l-iskop ta' din l-opinjoni minkejja li jokkupaw l-istadju tal-ftuħ fil-proċessi tal-produzzjoni.
(2) Ara Nota Ċ u Nota 1.
(3) Ara Nota 1.
(4) Ara, fuq dawn il-linji, The Three Rounds of Globalisation Ashutosh Sheshabalaya (awtur), The Globalis, ed. il-Ħamis 19 ta' Ottubru 2006
(http://www.theglobalist.com/DBWeb/printStoryId.aspx?StoryId=5687).
(5) L-iskop ta' din l-opinjoni jibni fuq opinjonijiet preċedenti u attwali: “Is-servizzi u l-industrija tal-manifattura Ewropea: Interazzjonijiet u impatti fuq l-impjieg, il-kompetittività u l-produttività” (CCMI/035 — CESE 1146/2006 — ĠU C 318, 23.12.2006); “L-Innovazzjoni, l-impatt fuq il-bidliet industrijali u r-rwol ta' l-EIB” CCMI/038, xogħol li għadu għaddej) “Il-gvernanza territorjali tal-bidliet industrijali: ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali u l-kontribut tal-Programm ta' Kompetittività u l-Innovazzjoni” (CCMI/031 — CESE 1144/2006 — ĠU C 318, 23.12.2006); “Il-politika Ewropea dwar il-loġistika” (TEN/240, CESE 210/2007 għadu mhux ippubblikat fil-ĠU); “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fis-sigurtà tal-katina tal-provvista — it-trasport tal-merkanzija” (TEN/249 — CESE 1580/2006; ĠU C 325, 30.12.2006); “Is-settur kbir tal-bejgħ — tendenzi u impatti fuq il-bdiewa u l-konsumaturi” (NAT/262 — CESE 381/2005 — ĠU C 255, 14.10.2005).
(6) Ibid.
(7) Dan is-suġġett ġie trattat b'mod estensiv fl-opinjoni tal-KESE dwar “Is-servizzi u l-industrija tal-manifattura Ewropea: Interazzjonijiet u impatti fuq l-impjieg, il-kompetittività u l-produttività” (CCMI/035 — CESE 1146/2006 — ĠU C 318, 23.12.2006).
(8) Is-CCMI eżaminat fid-dettall ir-rilokazzjoni tal-kumpaniji, l-iskop u l-effetti tagħha, l-isfidi u l-opportunitajiet. Ir-riżultat ta' dan ix-xogħol (l-opinjoni, ir-rapport ta' l-informazzjoni, l-istudju estern, il-konferenza) huwa ppreżentat f'pubblikazzjoni bl-isem ta' “Ir-Rilokazzjoni — Sfidi u Opportunitajiet”.
(ISBN: 92-830-0668-2; (http://www.eesc.europa.eu/documents/publications/index_en.asp?culture=EN&id=141&details=1).
(9) L-Offshoring Research Network, — konsorzju transatlantiku ta' 6 istituti ta' riċerka, reċentement wettaq l-aħħar studju tiegħu biennali dwar l-iżviluppi fir-rilokazzjonijiet kummerċjali. L-Erasmus Strategic Renewal Centre bbażat f'Rotterdam għamel riċerka għall-kumpaniji Olandiżi u kkonkluda hekk: “It-trasferiment ta' l-attivitajiet kummerċjali ma kellu l-ebda impatt fuq in-numru ta' impjiegi fil-kumpaniji Olandiżi f'57 % mill-implimentazzjonijiet offshore”. F'39 % ta' l-attivitajiet ta' trasferiment vera madankollu fisser telf fl-impjieg, u impjiegi ġodda ġew maħluqa fl-Olanda f'4 % biss tat-trasferimenti. Ir-riċerka turi li medja ta' 37.8 impjieg ġdid qegħdin jinħolqu fil-lok offshore u medja ta' 3,5 qegħdin jintilfu fl-Olanda. Fi kliem ieħor, għal kull impjieg li jintilef fl-Olanda, 10,8 ġodda qegħdin jinħolqu fil-lok barranija.
(10) Ara Nota 3.22.
(11) Ara studju riċenti dwar l-impatt tas-software open source (sors miftuħ) fis-settur ta' l-ICT fl-UE, ippubblikat minn MERIT għall-Kummissjoni Ewropea (DG ENTR) fis-26.1.2007 (rapport finali ppreparat fl-20.11.2006):
(http://ec.europa.eu/enterprise/ict/policy/doc/2006-11-20-flossimpact.pdf
(12) Eżempju wieħed fost ħafna huwa r-reġjun Eindhoven-Leuven, fejn l-interazzjoni bejn l-universitajiet u l-kumpaniji (iffokati fuq il-kumpanijia ewlenijia multinazzjonali Philips) toħloq ambjent benefiċċjali għal ħafna SMEs tal livell teknoloġiku għoli.
(13) COM(2006) 349 final, li qiegħda tiġi analizzata mill-Kumitat fil-qafas ta' l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu bl-isem “Il-potenzjal ta' l-Intrapriża, speċjalment dik ta' l-SMEs (l-Istrateġija ta' Lisbona)” (INT/324, ħidma għadha għadejja). Dan ir-rapport jagħmel parti mix-xogħol bħala risposta għal talba mill-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Marzu 2006 lill-KESE (punt 12 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza) sabiex tħejji rapport sommarju bħala appoġġ għall-Isħubija għat-tkabbir u l-impjieg fl-ewwel parti ta' l-2008.
(14) Ara punt 16 fl-Anness 2, li jirreferi għall-abbuż/falsifikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-provvista awtomotiva.
(15) Ara l-opinjonijiet CESE 89/2007 (għadhom mhux ippubblikati fil-ĠU) punt 1.1.4, u CESE 729/2006 (ĠU C 195, 18.08.06), punt 3.3.4.
(16) NRC Handelsblad, gazzetta ewlenija Olandiża, l-4 ta' Novembru 2006.
(17) “L-għarfien għandu jkun identifikat, akkwistat, maħżun, żviluppat u maqsum sabiex jiżdiedu l-valur u l-effikaċja ta' kumpanija. Dan ifisser li l-kumpaniji għandhom jiżviluppaw f” organizzazzjonijiet ta' tagħlim “u l-postijiet tax-xogħol għandhom jinbidlu f'ambjent ta' xogħol għal tagħlim kontinwu”. Għal dan il-għan, il-proġett KNOWMOVE “żviluppa u għamel testijiet ta' l-approċċi tal-ġestjoni ta' l-għarfien li jistgħu jidentifikaw, jorganizzaw u jaħżnu l-esperjenzi ta' ħaddiema ta' età ikbar u eżempji ta' prassi tajba f'repositorju lest sabiex jintuża minn kull impjegat fil-kumpanija.”
(http://www.clepa.be/htm/main/promo % 20banner/CLEPA % 20events/maintopics_KnowMove % 20 % 20Final % 20Event.htm, li tippreżenta l-konferenza “L-Assigurazzjoni tat-Tkabbir, l-Innovazzjoni u l-Impjieg f'Industrija Awtomotiva li qiegħda tinbidel”, organizzata mill-CLEPA bħala parti mill-fażi finali tad-disseminazzjoni ta' KNOWMOVE).
(18) Din l-inizjattiva għall-perijodu 2007-2013 ġiet adottata fit-8 ta' Novembru 2006 mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-objettiv tal-“Koeżjoni Territorjali”. (http://ec.europa.eu/regional_policy/cooperation/interregional/ecochange/index_en.cfm).
(19) Ara, per eżempju, Hidden Champions, Lessons from 500 of the World's Best Unknown Companies, ta' Hermann Simon (Harvard Business School Press, 1996). Hidden Champions jagħti deskrizzjoni tal-mexxejja dinjin, l-iktar Ġermaniżi, fis-swieq tagħhom, bħall-magni tat-tikkettjar tal-fliexken, ferroviji mudelli, tqegħid tal-ħamrija u kaxxi għall-wirjiet tal-mużewijiet.
(20) COM(2004) 479 finali.
(21) Ara l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjonij bl-isem “Nipprattikaw l-għarfien: Strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-UE”. (COM(2006 502 finali), “Ewropa moderna, favur l-innovazzjoni” (COM(2006) 697 finali) u “Riformi ekonomiċi u kompetittività: il-messaġġi prinċipali mir-Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea 2006” (COM(2006) 697 finali). Min-naħa tagħha s-CCMI qiegħda tabbozza opinjoni ta' inizjattiva proprja bl-isem ta' “L-Innovazzjoni: l-impatt fuq il-bidliet industrijali u r-rwol ta' l-EIB” (CCMI/038)
(22) Il-Grupp ta' Livell Għoli bl-isem ta' Manufuture huwa l-awtorità li tmexxi l-Pjattaforma għat-Teknoloġija Ewropea Manufuture, imnieda f'Diċembru 2004 bl-għan li jipproponi strateġija bbażata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, bil-ħila li tħaffef ir-rata tat-trasformazzjoni industrijali fl-Ewropa, li tassigura impjieg ta' valur miżjud għoli u li tirbaħ parti maġġuri tal-prodott tal-manifattura dinjija fl-ekonomija tal-ġejjieni mmexxija mill-għarfien. Għal iżjed informazzjoni:
(http://www.manufuture.org/platform.html.
(23) Fir-rapport tiegħu ppubblikat f'Settembru 2006 (disponibbli biss bl-Ingliż), il-Grupp ta' Livell Għoli Manufuture isostni li, minħabba d-domanda għal prodotti speċifikati b'ħin qasir għat-twassil, l-intrapriża għandha tiċċaqlaq mill-ħolqien u l-bejgħ ta' prodotti fiżiki għal sistema ta' provvista ta' prodotti u servizzi li b'mod konġunt huma kapaċi li jissodisfaw id-domandi tal-konsumaturi, filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż globali taċ-ċiklu tal-ħajja u l-impatti ambjentali (ara punt 4, paġna 15). L-innovazzjoni fil-produzzjoni tilqa' mudelli ġodda ta' l-intrapriża, modi ġodda ‛għall-inġinerija tal-manifattura' u ħila li tisfrutta x-xjenzi u t-teknoloġiji rivoluzzjonarji (sommarju eżekuttiv, paġna 9). “Il-manifattura f'netwerk u integrata tissostiwixxi lis-sekwenza lineari konvenzjonali b'netwerks kumplessi tal-manifattura li ta' sikwit joperaw f'kumpaniji u pajjiżi multipli (punt 5, paġna 15).”
(24) Eżempju eżistenti huwa d-Digital Business Eco-systems.
(25) Żewġ eżempji ta' suċċess huma l-magna djanostika universali, li tagħmel il-garaxxijiet interoperabbli, u l-GSM, li s-suċċess tiegħu huwa grazzi għall-fatt li l-industrija qablet mill-bidu nett fuq il-format bażiku, l-istandards u metodi ta' skambju.
(26) Għandu jittejjeb l-aċċess għal finanzi għall-SMEs permezz ta' l-opportunitajiet ġodda offruti mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) f'termini ta' kapital riskjuż u garanziji, ġestjonat mill Fond Ewropew ta' l-Investiment (EIF), kif ukoll permezz ta' l-inizjattiva l-ġdida żviluppata bi sħab bejn l-EIF u DG REGIO (JEREMIE) sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fiż-żoni taż-Żvilupp Reġjonali.
(27) Il-fondi strutturali (primarjament il-Fond Soċjali Ewropew) u programmi (bħat-Tagħlim tul il-Ħajja 2007-2013) japprovaw approċċ strateġiku lejn it-tisħiħ tal-kapital uman u fiżiku. B'żieda ma' dan, il-Fond Ewropew għall-Aġġustament tal-Globalizzazzjoni (EGF) huwa ddisinnat sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għat-taħriġ mill-ġdid u t-tfittxija għall-impjieg minn ħaddiema li spiċċaw bla xogħol bħala riżultat ta' bidliet kbar strutturali fit-tendenzi tal-kummerċ dinji.
(28) Ara Nota 13.
(29) Sabiex jiġu żviluppati prodotti finanzjarji iktar orjentati lejn ir-riskju, l-EIB qiegħed jaħdem fuq strument finanzjarju ġdid b'mod konġunt mal-Kummissjoni (DG RTD), imsejjaħ il-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju (Risk Sharing Finance Facility — RSFF). L-għan tiegħu huwa li jtejjeb l-aċċess għall-iffinanzjar tad-dejn, notevolment għar-riċerka fis-settur privat u attivitajiet relatati ma' profil b'riskju ogħla mill-medja, li m'huwiex kopert faċilment mis-suq. L-RSFF ser ikun disponibbli għal benefiċċjarji eliġibbli irrispettivament mill-qies u s-sjieda tagħhom. Din il-Faċilità ser tappoġġja wkoll l-inizjattivi ta' riċerka Ewropea bħall-Infrastrutturi ta' Riċerka, Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropea (ETP), Inizjattivi Teknologiċi Konġunti jew proġetti mnedin taħt Eureka.
(30) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-gvernanza territorjali tal-bidliet industrijali: ir-rwol ta' l-imsieħba soċjali u l-kontribut tal-Programm ta' Kompetittività u l-Innovazzjoni” (CCMI/031 — CESE 1144/2006; ĠU C 318, 23.12.2006), b'mod partikulari is-sezzjonijiet tiegħu 1 (“Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet”) u 4 (“L-approċċ territorjali integrat u sistemi ta' prospettiva għall-innvoazzjoni u r-riċerka lokali u reġjonali”).
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Iż-żoni metropolitani Ewropej: Implikazzjonijiet Soċjo-Ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”
(2007/C 168/02)
Nhar is-7 ta' Novembru 2006, il-Ministeru Federali għat-trasport, il-kostruzzjoni u l-iżvilupp urban talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f'isem il-Presidenza Ġermaniża, sabiex ifassal opinjoni dwar: “Iż-żoni metropolitani Ewropej: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”.
Is-Sezzjoni speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-20 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur van Iersel.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007(seduta tal-25 ta' April 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni mingħajr voti kontra u 125 voti favur 5 astensjonijiet.
Din l-opinjoni hija segwitu ta' l-opinjoni ECO/120 dwar “Iż-żoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa” (1). Iż-żewġ opinjonijiet jiffurmaw totalità koerenti.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Matul l-aħħar 50 sena, l-Ewropa nbidlet u l-globalizzazzjoni qiegħda taċċellera dan it-tibdil b'konsegwenzi konsiderevoli għaċ-ċentri ta' gravità ta' l-Ewropa li huma ż-żoni metropolitani. (2) Dawn iż-żoni huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jilqgħu l-isfidi u jisfruttaw l-opportunitajiet li huma r-riżultat ta' dan it-tibdil. |
|
1.2 |
Il-KESE jemmen li l-evoluzzjoni taż-żoni metropolitani kif ukoll l-inizjattivi nazzjonali f'dan il-qasam għandhom ikunu s-suġġett ta' studju u ta' linji gwida fil-Kunsill u fil-Kummissjoni. Diskussjoni strutturata sew fil-livell Ewropew għandha tqiegħed l-approċċi nazzjonali f'perspettiva komuni, li tista' tħeġġeġ ukoll lill-atturi reġjonali. |
|
1.3 |
Il-KESE huwa tal-fehma li dibattitu strutturat aħjar dwar u bejn iż-żoni metropolitani fl-Ewropa għandu jikkontribwixxi sabiex iħeġġeġ lil dawn ir-reġjuni sabiex jinvolvu lilhom infushom b'suċċess fl-aġenda ta' Lisbona-Gothenburg, li jista' jiġi rifless fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma. |
|
1.4 |
Il-KESE jinnota li dawn l-aħħar snin kienu xhieda ta' dibattitu intens. Ir-rabta bejn il-metropoli l-kbar u l-istrateġija ta' Lisbona tqiegħed l-enfasi aktar minn qatt qabel fuq l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta' dawn il-metropoli l-kbar. Dan huwa pass 'il quddiem. |
|
1.5 |
F'bosta pajjiżi u reġjuni, l-awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat u s-soċjetà ċivili qegħdin jippruvaw joħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni metropolitani u sabiex jiżguraw il-kompetittività tagħhom fl-Ewropa u fid-dinja. B'mod partikolari għandu jingħata attenzjoni l-iżvilupp li sar fil-Ġermanja. Studji universitarji u oħrajn imwettqa fil-livell federali jikkontribwixxu għall-oġġettività tad-diskussjoni. Konferenzi interministerjali dwar iż-żoni metropolitani involvew lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali. |
|
1.6 |
Il-politika urbana tal-Kummissjoni kif ukoll l-abbozz ta' Aġenda Territorjali tal-Kunsill huma sinjali ta' progress. Huma joffru qafas għal politika urbana ambizzjuża. L-Aġenda tenfasizza ċerti karatteristiċi speċifiċi tal-metropoli l-kbar. Il-KESE jinnota madankollu li l-abbozz ta' Aġenda Territorjali għadu inċert wisq f'dan il-qasam. |
|
1.7 |
Minkejja li jeżistu strutturi u approċċi differenti minn pajjiż għal ieħor l-isfidi u l-ambizzjonijiet tar-reġjuni urbani l-kbar huma fil-biċċa l-kbira l-istess. |
|
1.8 |
Il-punti dgħajfin ta' żvilupp ekwilibrat taż-żoni metropolitani huma n-nuqqas ta' identità u ta' gvernanza xierqa. L-entitajiet amministrattivi eżistenti spiss huma antiki ħafna u jfixklu aġġustament progressiv. |
|
1.9 |
Sabiex iż-żoni metropolitani jkollhom suċċess l-impenji f'diversi livelli — nazzjonali, reġjonali u urban — huma indispensabbli. Dan ifisser li l-awtoritajiet diċentralizzati jeħtieġu leġitimazzjoni, li tħaffef ukoll l-inizjattivi tas-settur privat u tal-korpi mhux governattivi. |
|
1.10 |
Il-KESE jinnota mill-ġdid in-nuqqas ta' data soċjo-ekonomika u ambjentali komparabbli fil-livell Ewropew dwar iż-żoni metropolitani. Iqis li, minħabba li dan irid isir fil-livell Ewropew u nazzjonali, il-monitoraġġ annwali tal-prestazzjonijiet tar-reġjuni metropolitani Ewropej, mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali, huwa neċessarju għat-titjib ta' l-għarfien dwar is-sitwazzjoni dwar kull waħda minnhom u sabiex titħaffef il-mobilizzazzjoni ta' l-atturi metropolitani kkonċernati. |
2. Rakkomandazzjonijiet
|
2.1 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħejji Green Paper dwar iż-żoni metropolitani bħala komplement għall-Aġenda Territorjali u l-Linji Gwida Strateġiċi dwar il-koeżjoni sabiex jitħeġġeġ id-dibattitu Ewropew abbażi ta' analiżi objettiva. |
|
2.2 |
Il-KESE jitlob li l-isfidi u l-ambizzjonijiet tal-metropoli l-kbar kif ukoll l-għarfien u l-esperjenzi ta' l-Istati Membri jiġu amalgamati sabiex jipprovdu perspettiva komuni u Ewropea u li l-prattiki tajba għandhom jixxerdu. |
|
2.3 |
Il-KESE huwa tal-fehma li huwa neċessarju li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni politika sabiex l-Eurostat jiġi inkarigat mill-produzzjoni annwali ta' data affidabbli u komparabbli dwar iż-żoni metropolitani kollha ta' l-Unjoni Ewropea u li jiġu allokati finanzi supplementari lill-Eurostat sabiex ikun jista' jwettaq dan il-kompitu ġdid. |
|
2.4 |
Sabiex l-Eurostat ikun jista' jwettaq dan il-kompitu kemm jista' jkun malajr, il-KESE jissuġġerixxi li jitwettaq studju pilota minn ESPON jew organizzazzjoni oħra kompetenti bil-għan li jiġu ttestjati l-metodi differenti maħsuba għad-delimitazzjoni taż-żoni metropolitani bi kriterji komuni u sabiex tiġi proposta lista ristretta ta' data li tista' tiġi prodotta mingħajr dewmien għaż-żoni metropolitani b'aktar minn miljun abitant għall-perijodu 1995-2005, b'mod partikolari permezz tad-data dettaljata li teżisti mis-sondaġġi Ewropej dwar il-forza tax-xogħol (3). |
3. Raġunijiet
|
3.1 |
Fl-opinjoni tiegħu ta' l-2004, il-KESE ġibed l-attenzjoni għall-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi taż-żoni metropolitani (4) li, skondtu, kienu fil-biċċa l-kbira sotto-valutati. |
|
3.2 |
L-għan ta' dik l-opinjoni kien li l-istituzzjonijiet komunitarji jiġu sensibilizzati għall-iżvilupp kontinwu, u xi drabi impressjonanti, tal-konċentrazzjoni tal-popolazzjoni u l-attivitajiet ekonomiċi fiż-żoni metropolitani fl-Ewropa u fid-dinja. |
|
3.3 |
Fl-opinjoni ta' l-2004, il-KESE kien talab sabiex l-iżvilupp tal-metropoli Ewropej jidher fuq l-aġenda komunitarja. Il-KESE kien minn ta' l-ewwel li enfasizza r-rabta diretta bejn ir-rwol tal-metropoli u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Iż-żoni metropolitani huma l-laboratorji ta' l-ekonomija dinjija. Huma l-muturi ta' l-ekonomija u ċ-ċentri tal-kreattività u l-innovazzjoni. |
|
3.4 |
Fl-istess waqt, il-metropoli jiġbru konċentrazzjoni ta' l-isfidi ewlenin li l-Ewropa trid tegħleb fis-snin li ġejjin. B'mod partikolari huma jesperjenzjaw il-fenomeni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u tas-segregazzjoni territorjali b'effetti fuq l-impjiegi u l-kriminalità (internazzjonali) (5). |
|
3.5 |
L-importanza tal-metropoli hija msaħħa bin-numru ta' skambji ta' tipi differenti bejniethom, fl-Ewropa u fil-livell dinji. In-netwerks li fihom jipparteċipaw il-metropoli jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' l-intergazzjoni Ewropea. |
|
3.6 |
Fl-opinjoni ta' l-2004, il-KESE nnota li hemm nuqqas ta' studji komparattivi li jippreżentaw b'mod sodisfaċjenti s-saħħiet, id-dgħjufijat, ix-xkiel u l-opportunitajiet tagħhom. |
|
3.7 |
Huwa għalhekk li fl-2004, il-KESE saħaq dwar il-ħtieġa ta' definizzjoni taż-żoni metropolitani Ewropej u dwar il-produzzjoni ta' data rilevanti u komparabbli, kif ukoll l-evalwazzjoni ta' l-indikaturi ewlenin ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, għal kull metropoli |
|
3.8 |
L-ekonomija ta' l-għarfien u s-soċjetà f'netwerk ikabbru l-faxxinu tal-metropoli għall-persuni u l-attivitajiet. F'ċerti Stati Membri hemm dibattitu ħaj fil-livell nazzjonali u reġjonali dwar il-politika li għandha tiġi implimentata fir-rigward tal-metropoli l-kbar u l-gvernanza tagħhom. Dawn id-diskussjonijiet huma ġieli segwiti minn xi azzjoni konkreta mill-aktar livell baxx jew mill-ogħla livell. |
4. Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni fl-2004
|
4.1 |
Fl-2004, il-KESE stieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq studji integrati bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarji kollha kkonċernati u sabiex tippreżenta regolarment rapporti dwar is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika taż-żoni metropolitani u l-pożizzjoni tagħhom fil-livell Ewropew. B'hekk tkun possibbli evalwazzjoni aħjar tas-saħħiet u d-dgħjufijat tal-metropoli l-kbar sabiex jitfissru aħjar il-politiki u jkun iffaċilitat it-tixrid tal-prattiċi tajbin. |
|
4.2 |
Fir-reazzjoni tagħha għas-suġġerimenti tal-KESE, il-Kummissjoni ddikjarat li taqbel mal-kostatazzjoni doppja magħmula mill-KESE dwar ir-rwol ċentrali taż-żoni metropolitani għat-twettiq ta' l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona u dwar in-nuqqas ta' data affidabbli u komparabbli fil-livell Ewropew dwar dawn l-entitajiet territorjali (6). |
|
4.3 |
Minkejja din l-opinjoni konġunta, approċċ aktar immirat u integrat fir-rigward taż-żoni metropolitani mill-Kummissjoni għadu ma ġiex implimentat. Politika urbana qiegħda tiġi gradwalment implimentata, iżda f'dan il-qafas m'hemmx distinzjoni bejn “bliet u żoni metropolitani”. L-informazzjoni mogħtija mill-Istituti ta' l-istatistika hija inkompleti u, peress li tinħareġ skond definizzjonijiet nazzjonali, mhiex komparabbli fil-livell Ewropew. |
5. Dibattiti u inizjattivi fil-livell nazzjonali
|
5.1 |
Riċentament ġew imnedija bosta inizjattivi fil-livell nazzjonali u reġjonali li jirriflettu sew l-evoluzzjoni tal-metropoli. Dawn l-inizjattivi spiss jinkludu firxa ta' miżuri għall-appoġġ ta' żvilupp aktar armonjuż fir-rigward ta' l-infrastrutturi, l-organizzazzjoni tat-territorju, l-ekonomija u l-aspetti soċjali kif ukoll l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni bejn il-metropoli nfushom. Xi eżempji ta' l-inizjattivi meħuda f'diversi pajjiżi jidhru hawn taħt. Din id-deskrizzjoni mhix eżawstiva. |
|
5.1.1 |
Mill-1993 fil-Ġermanja hemm għaddejja diskussjoni approfondita dwar iż-żoni metropolitani. Saru studji u dibattiti universitarji bl-għan li titfassal, b'mod xieraq u oġġettiv, lista ta' funzjonijiet li għandhom il-metropoli l-kbar u li jidentifikawhom b'referenza għal din il-lista. |
|
5.1.1.1 |
L-analiżi Ġermaniża wasslet għal qabża mill-approċċ tradizzjonali, bil-mappa nazzjonali tal-bliet, muniċipalitajiet u Länder għal approċċ differenti li jippreżenta mappa ġdida tal-Ġermanja b'“Leitbilder” jew immaġini prinċipali ġodda. Abbażi tal-linji gwida u tal-programmi ta' azzjoni fil-qasam tal-politika ta' l-organizzazzjoni territorjali (datati mill-1992 u mill-1995), li kienu enfasizzaw l-importanza u r-rwoli taż-żoni metropolitani, il-Ġermanja, permezz tad-deċiżjoni tat-30 ta' Ġunju 2006 tal-Konferenza Interministerjali tal-Ministri tal-Bund u tal-Länder għall-organizzazzjoni tat-territorju, għandha ħdax-il reġjun metropolitan. L-ewwel Konferenza Interministerjali f'dan il-qasam seħħet fl-2003. |
|
5.1.1.2 |
Il-mappa tar-reġjuni metropolitani Ġermaniżi turi nuqqas bejn l-organizzazzjoni amministrattiva eżistenti u l-limiti ġeografiċi tar-reġjuni metropoli. Per eżempju, ir-reġjun metropoli ta' Nürnberg fih il-belt ta' Nürnberg u serje ta' muniċipalitajiet urbani u rurali ġirien. Oħrajn ikopru, parzjalment, bosta Länder, per eżempju Frankfurt/Rhin/Main u Ħamburg. Oħrajn huma parti minn Land, bħal per eżempju Munich u Ruhrgebeit. F'numru ta' każijiet teżisti diġà reġjonalizzazzjoni skond temi, per eżempju fil-qasam tal-kultura, ta' l-isport, tas-sostenibbiltà, tal-pajsaġġi. Fil-każijiet kollha, it-territorju jinkludi bliet, importanti jew żgħar, u żoni rurali. B'hekk huwa possibbli li ssir delimitazzjoni tajba tat-territorju taż-żoni metropolitani in kwistjoni. |
|
5.1.1.3 |
M'hemmx miżuri speċifiċi nazzjonali previsti (għalissa). Iż-żoni metropolitani ġew mistiedna jiddefinixxu l-ispeċifitajiet proprji għalihom u sabiex jenfasizzawhom. L-objettiv huwa l-iżvilupp ta' żoni metropolitani Ġermaniżi li jkunu entitajiet awtonomi fil-kuntest Ewropew u internazzjonali. Huwa minnu li l-politiki nazzjonali bħal, per eżempju, il-politika ferrovjarja jew ta' l-ajru, jistgħu jappoġġaw l-ambizzjonijiet ta' dawn iż-żoni. |
|
5.1.1.4 |
Sabiex jingħata appoġġ lill-leġittimità ta' dan l-approċċ il-ġdid, iż-żoni metropolitani huma mistiedna sabiex jistabbilixxu sistemi ta' rappreżentazzjoni demokratika, kull waħda skond l-ispeċifitajiet u l-viżjoni tagħhom. Huma ħielsa li jiddefinixxu l-proċeduri, permezz ta' elezzjonijiet diretti bħal fil-każ tar-reġjun ta' Stuttgart, jew permezz ta' rappreżentazzjoni indiretta tal-bliet u tal-muniċipalitajiet bħal fil-każ tar-reġjun ta' Nürnberg. |
|
5.1.1.5 |
L-objettivi politiċi li għandhom jiġu diskussi u mwettqa fil-qafas ta' dawn iż-żoni metropolitani — li għandhom karatteristiċi differenti — huma dawn li ġejjin: il-garanzija tal-massa kritika neċessarja għall-kompetittività, il-ħolqien tal-kondizzjonijiet għal gvernanza effettiva, il-kjarifika tad-diviżjoni tar-responsabbiltajiet, l-iżvilupp ta' organizzazzjoni territorjali poliċentrika, is-sejbien ta' bilanċ sodisfaċenti bejn l-urbanizzazzjoni u l-protezzjoni ta' l-ispazji rurali, l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tat-trasport u l-assigurazzjoni tal-mobilità, l-appoġġ għall-innovazzjoni u r-raggruppamenti ekonomiċi, il-ġestjoni tar-'riskji' teknoloġiċi u r-riskji naturali, il-kisba tar-riżorsi neċessarji għall-investimenti pubbliċi, it-titjib ta' l-aċċessibbiltà internazzjonali, l-assigurazzjoni tal-promozzjoni tar-reġjun. |
|
5.1.2 |
Fir-Renju Unit, l-interess għat-tisħiħ ta' l-iżvilupp tal-metropoli beda fil-bidu tas-seklu. Fl-2004 ġiet ippubblikata memorandum tal-Gvern dwar il-kompetittività taż-żoni metropolitani għajr Londra (7). L-għan kien li jinħolqu l-kondizzjonijiet għat-tisħiħ ta' l-awtonomija tas-“city-regions” f'kuntest internazzjonali. Iżda l-proċess previst ġie mwaqqaf, b'mod partikolari minħabba referendum negattiv dwar il-ħolqien ta' assembleja reġjonali fir-reġjun ta' Newcastle. |
|
5.1.2.1 |
Attwalment id-diskussjoni fir-Renju Unit hija dwar it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-livell nazzjonali u l-livell reġjonali u minn naħa l-oħra bejn il-bliet u l-muniċipalitajiet fir-reġjuni l-aktar popolati li ġew identifikati bħala żoni metropolitani futuri. L-idea li jinħolqu xi “city-regions” għad għandha rilevanza. Minkejja l-ambigwità tad-dibattitu li għaddej, dalwaqt ser tiġi ppubblikata White Paper dwar is-suġġett u qiegħda titħejja forma ġida ta' organizzazzjoni territorjali bbażata fuq kriterji rikonoxxuti, simili għal dik fil-Ġermanja. |
|
5.1.2.2 |
Għandha ssir distinzjoni bejn politika ta' diċentralizzazzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-metropoli. Ta' l-aħħar huwa kkaratterizzat minn flessibbiltà u alleanzji bejn muniċipalitajiet bil-ħsieb li jittejbu l-opportunitajiet u jiġu ffaċċjati l-isfidi flimkien. Eżempju tajjeb huwa l-iżvilupp fit-tramuntana ta' l-Ingilterra (Manchester, Liverpool, Leeds, Sheffield, Newcastle u York) ta' inizjattiva li tibda mill-aktar livell baxx li jisimha n-“Northern Way”. Dan l-iżvilupp huwa kkarratterizzat minn numru ta' ftehimiet fi ħdan iż-żona metropolitana. |
|
5.1.2.3 |
Approċċ mill-aktar livell għoli b'risposta għal inizjattivi lokali u reġjonali huwa kkunsidrat bħala indispensabbli għaliex bosta deċiżjonijiet strateġiċi jistgħu jittieħdu biss bi ftehim komuni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jidhru fi tliet Aġendi: Aġenda tal-Kompetittività bl-għan li jingħata appoġġ lir-reġjuni bl-aħjar prestazzjoni u liar-reġjuni bl-inqas prestazzjoni, Aġenda tal-Koeżjoni Soċjali favur il-popolazzjonijiet żvantaġġati, u Aġenda ta' l-Ambjent li tinkludi b'mod partikolari l-miżuri għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u għall-konservazzjoni tar-riżorsi naturali. F'dawn it-tliet oqsma, iż-żoni metropolitani huma kkunsidrati bħala l-aħjar livell ġeografiku sabiex jiġu implimentati dawn il-politiki. |
|
5.1.3 |
Fi Franza, id-dibattitu ilu għaddej mill-1960. Sa reċentement ttieħdu ftit wisq miżuri konkreti għaliex id-dimensjoni politika tad-dibattitu kienet sotto-valutata. B'mod aktar ġenerali, dan in-nuqqas ta' dimensjoni politika kien jidher ċar madwar l-Ewropa kollha. |
|
5.1.3.1 |
Fl-2004, id-DIACT (8) nieda talba għal proġetti metropolitani bl-għan li tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn il-bliet il-kbar u jingħata appoġġ lill-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni metropolitani. Ħmistax-il proġett metropolitan, imħejjija mill-awtoritajiet lokali, intgħażlu minn ġurija magħmula mid-diretturi tal-ministeri kkonċernati u esperti. Il-proġetti ġew ikkomunikati fl-2006. Fl-2007, kuntratti metropolitani ser jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-Istat għall-implimentazzjoni ta' miżuri strutturali. Permezz ta' din l-inizjattiva, id-DIACT jagħraf l-importanza tar-reġjuni metropolitani bħala li jaqdu rwol importanti fil-kompetittività tar-reġjuni. |
|
5.1.4 |
Fl-Italja kif ukoll fi Spanja, ir-reġjonalizzazzjoni qiegħda tagħmel progress. Dan l-iżvilupp li ma jikkonċernax direttament liż-żoni metropolitani joħloq għaldaqstant opportunitajiet (legali) ġodda għall-gvernanza tal-metropoli. |
|
5.1.4.1 |
Fl-Italja, liġi li għaddiet fl-1990 stabbiliet approċċ li jibda mill-ogħla livell li jidentifika 14-il żona metropolitana. Din ma ġietx implimentata. Liġi ġdida fl-1999 awtorizzat inizjattivi mill-aktar livell baxx għall-ħolqien ta' żoni metropolitani. Assembleja waħda biss li tiġbor 20 muniċipalità u li għandha baġit ġiet stabbilita fir-reġjun ta' Bolonja. Fl-aħħar nett, riforma kostituzzjonali fl-2001 awtorizzat l-istabbiliment ta' tliet żoni metropolitani madwar Ruma, Napli u Milan. L-implimentazzjoni ta' din ir-riforma tnediet mill-ġdid dan l-aħħar. |
|
5.1.4.2 |
Fi Spanja, id-dibattitu territorjali huwa kondizzjonat mill-awtonomija reġjonali. Il-komunitajiet awtonomi għandhom kompetenzi esklużivi f'dan il-qasam. B'hekk, huma responsabbli għaż-żoni metropolitani. Fl-istess waqt, għaddej proċess ta' tisħiħ ta' l-ibliet il-kbar flimkien ma' prova ta' saħħa bejn il-gvern ċentrali, il-muniċipalitajiet awtonomi u ż-żoni metropolitani bħal Madrid, Barċellona u Valenzja. Mudell differenti huwa Bilbao li huwa suċċess mil-lat tal-metropolitanizzazzjoni bi sħubija pubblika-privata. |
|
5.1.4.3 |
L-identifikazzjoni taż-żoni metropolitani mhix limitata biss għall-pajjiżi l-kbar u lanqas għall-pajjiżi nfushom. L-eżempji taż-żoni metropolitani taċ-ċentru ta' l-Ewropa, jiġifieri Vjenna-Bratislava-Brnö-Gjör, reġjuni li jinsabu f'erba' pajjiżi(!), u Kopenħagen-Malmö (id-Danimarka u l-Isvezja) huma fost dawk l-aktar magħrufa. It-tnejn li huma sejrin 'il quddiem. Fl-Olanda bħalissa għaddejja diskussjoni approfondita dwar il-gvernanza l-aktar xierqa għar-Randstad sabiex titneħħa l-frammentazzjoni amministrattiva li qiegħda timblokka l-iżvilupp infrastrutturali, spazjali u soċjo-ekonomiku tiegħu. |
|
5.1.5 |
Fl-Istati Membri l-ġodda hemm żviluppi komparabbli għal dawk fil-pajjiżi msemmija hawn fuq. Fil-Polonja, il-gvern identifika numru ta' żoni metropolitani jew “city-regions”. Eżempju ta' dan huwa r-reġjun ta' Katowice li dan l-aħħar kiseb l-istatut speċifiku ta' żona metropolitana. Madankollu, l-iżvilupp urbanistiku u metropolitan bħala regola qiegħed isir b'mod mhux ikkontrollat u, b'hekk, b'mod arbitrarju minħabba n-nuqqas ta' gvernanza reġjonali xierqa. Huwa għalhekk li ċerti metropoli qegħdin iduru lejn il-prattiki u l-għarfien tal-pajjiżi b'tradizzjoni ta' politika deċentralizzata. |
|
5.1.6 |
Il-Kmamar tal-Kummerċ u ta' l-Industrija bħala rappreżentanti viżibbli u attivi fid-dinja ta' l-intrapriża fil-livell lokali u reġjonali huma wkoll involuti fil-proċess tal-metropolitanizzazzjoni, b'mod partikolari il-Kmamar tal-kapitali u tas-“city-regions”. Huma jipparteċipaw f'kull qasam għall-faxxinu u għall-iżvilupp ekonomiku u kulturali tat-territorji tagħhom b'konsiderazzjoni tal-ħtiġiet tal-kwalità tal-ħajja u tar-rispett għall-ambjent. |
6. Tendenzi fil-livell Ewropew
|
6.1 |
Fil-livell ta' l-UE l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona hija l-objettiv prinċipali tal-Kummissjoni Barroso. Il-Kummissarji kollha huma involuti. Id-DĠ REGIO poġġa l-Istrateġija ta' Lisbona fiċ-ċentru tal-“istil ġdid” tal-politika reġjonali, bl-iżvilupp urban fuq quddiem nett. |
|
6.1.1 |
“Lisbona” u l-iżvilupp urban saru prijoritajiet fir-reġjuni kollha li jibbenefikaw minn programmi komunitarji. Dawn il-programmi mhumiex indirizzati espliċitament għaż-żoni metropolitani. Għal dawn iż-żoni, il-programm URBACT huwa fost l-aktar programmi rilevanti (9). |
|
6.1.2 |
Apparti d-DĠ REGIO jeżistu programmi speċifiċi, amministrati minn Direttorati-Ġenerali oħra, per eżempju id-DĠ Riċerka, id-DĠ Ambjent u d-DĠ Trasport, li spiss huma importanti għall-metropoli, minħabba li, huma wkoll jinsabu bbażati aktar minn qatt qabel fuq l-objettivi ta' “Lisbona”. Il-metropoli nfushom mhumiex ikkonċernati direttament, iżda l-programmi kollha li għandhom l-għan li jsaħħu l-prestazzjoni tal-bliet japplikaw ukoll għall-metropoli. |
|
6.1.3 |
F'Ġunju 2006, grupp ta' ħidma tal-Kunsill ippubblika l-ewwel abbozz għal aġenda territorjali (10). It-tendenzi fl-urbanizzazzjoni tas-soċjetà Ewropea huma deskritti sew f'dan id-dokument. Madankollu għad mhemmx distinzjoni ċara bejn l-ibliet u ż-żoni metropolitani. |
|
6.2 |
Bosta laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ministri għall-Organizzazzjoni tat-Territorju kienu dedikati għall-isfidi ta' l-ibliet (il-kbar) (11). L-organizzazzjoni tat-territorju hija kompetenza ta' l-Unjoni skond it-Trattat attwali fil-qafas tat-Titolu dwar l-Ambjent fl-Artikolu 175(2) (12). |
|
6.3 |
Il-Parlament Ewropew (13) jenfasizza li l-ibliet u l-agglomerazzjonijiet jew iż-żoni urbani jiġbru 78 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni u jirrappreżentaw post fejn huma kkonċentrati d-diffikultajiet kif ukoll post fejn wieħed jibni l-futur. Huwa jikkunsidra li dawn huma atturi ċentrali ta' l-iżvilupp reġjonali u tat-twettiq ta' l-objettivi ta' Lisbona u ta' Gothenburg. |
|
6.3.1 |
Il-Parlament Ewropew jitlob li d-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni li jaħdmu direttament jew indirettament fuq il-kwistjonijiet urbani sabiex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom sabiex jiġu identifikati l-problemi konkreti tar-realtà urbanistika f'kull qasam ta' azzjoni u jippreżentaw flimkien l-effetti pożittivi tal-politiki implimentati. Huwa jipproponi l-ħolqien ta' task-force bejn is-servizzi u jitlob li jiġi stabbilit djalogu territorjali. |
|
6.4 |
Il-Kumitat tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni ta' l-istituzzjonijiet Ewropej b'aktar insistenza fuq l-isfidi li huma kkonfrontati minnhom r-reġjuni urbani. Il-konklużjonijiet huma bbażati fuq l-istess tħassib u l-istess prinċipji ta' dawk tal-PE u tal-KESE. |
|
6.4.1 |
Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza r-realtajiet tar-“reġjuni funzjonali” u tal-kooperazzjoni bejn l-imsieħba lil hinn mill-fruntieri amministrattivi — nazzjonali, reġjonali u lokali — li għandhom ikunu favorizzati mill-politiki komunitarji permezz ta' inċentivi speċjali, bħall-promozzjoni ta' proġetti ta' żvilupp strateġiku ta' żoni kbar. Huwa partikolarment importanti li jinħolqu netwerks ġodda ta' kooperazzjoni u li jissaħħu n-netwerks eżistenti bejn iż-żoni metropolitani u ż-żoni urbani, b'mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni li teżisti bħalissa permezz ta' l-inizjattiva Interreg III, li ser tidħol fis-seħħ matul il-perijodu 2007-2013 permezz ta' l-objettiv tal-kooperazzjoni territorjali. (14) |
|
6.5 |
Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu ta' Marzu u ta' Settembru 2006, in-netwerk METREX (15) enfasizza li huwa neċessarju li ż-żoni metropolitani jiġu definiti u jiġu rikonoxxuti bħala elementi ċentrali ta' l-Aġenda Territorjali ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa talab għall-produzzjoni ta' data komparabbli fil-livell Ewropew dwar iż-żoni metropolitani kif ukoll li titħejja Green Paper mill-Kummissjoni bbażata fuq tliet elementi ewlenin: il-kompetittività ekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-protezzjoni ta' l-ambjent. Huwa jikkunsidra li bosta problemi importanti, bħall-bidla fil-klima, it-tixjiħ demografiku jew l-immigrazzjoni, li l-Ewropa trid tiffaċċja, ma jistgħux jiġu riżolti b'mod effettiv u integrat, ħlief bl-għajnuna tal-metropoli. Fl-aħħar, huwa jikkunsidra li ż-żoni metropolitani jistgħu jaqdu rwol ewlieni fit-twettiq ta' l-objettivi ta' Lisbona, b'mod partikolari sabiex tkun żgurata l-kompetittività ta' l-Ewropa fix-xena dinjija. |
|
6.6 |
In-numru ta' reġjuni rappreżentati fi Brussel kiber sostanzjalment fl-aħħar 15-il sena (16). Fil-konferenzi organizzati minnhom, l-iżvilupp u l-prestazzjoni taż-żoni metropolitani spiss huma fost is-suġġetti l-aktar diskussi. |
|
6.7 |
Filfatt, grupp ta' reġjuni, rappreżentat fi Brussel, twaqqaf taħt l-isem “Ir-Reġjuni ta' Lisbona”. |
|
6.8 |
Matul dawn l-aħħar snin ġew prodotti numru importanti ta' informazzjoni, data, indikaturi u rapporti dwar ir-reġjuni Ewropej fil-qafas tal-programm ESPON. Madankollu, minħabba l-fatt li l-limiti amministrattivi reġjonali huma differenti ħafna minn dawk taż-żoni metropolitani, ir-riżultati ta' din il-ħidma ta' kwalità għolja ma jipprovdux lil dawk responsabbli mill-iżvilupp, mill-organizzazzjoni u mill-ġestjoni taż-żoni metropolitani bl-informazzjoni u l-analiżi neċessarji għat-tfassil ta' politiki l-aktar adattati sabiex jintuża l-potenzjal kollu disponibbli fil-metropoli. |
|
6.9 |
Id-DĠ għall-politika reġjonali u l-Eurostat nedew il-proġett Audit urban sabiex jipprovdu indikaturi affidabbli u komparabbli dwar ċertu numru ta' bliet (17). Il-KESE jilqa' l-isforzi li saru sabiex tiġi prodotta data dwar iż-żoni urbanistiċi. Madankollu, il-karatteristiċi ta' l-informazzjoni prodotta ma jippermettux użu wiesa' tagħha (18). |
7. Dibattitu intens li għaddej attwalment
|
7.1 |
Il-KESE jinnota li d-dibattitu dwar iż-żoni metropolitani sar ħafna aktar intens fis-snin riċenti għal żewġ raġunijiet. Min-naħa waħda, il-multiplikazzjoni tal-metropoli madwar id-dinja wriet li organizzazzjoni urbana ġdida kienet qiegħda tiġi stabbilita b'rittmu mgħaġġel ħafna (19). Min-naħa l-oħra, ir-rikonoxximent tar-rabta bejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-metropoli l-kbar u l-Istrateġija ta' Lisbona kkontribwixxa għal dan id-dibattitu. |
|
7.2 |
Fl-Istati Membri kollha, kbar u żgħar, avvanzati u inqas avvanzati, seħħew diskussjonijiet politiċi u soċjali dwar l-aħjar approċċ. |
|
7.3 |
Dawn id-diskussjonijiet seħħew l-ewwel f'kuntest nazzjonali. Madankollu, f'bosta każijiet, l-awtoritajiet jirrikonoxxu li d-dimensjoni ta' ċerti metropoli mhix limitata għat-territorju nazzjonali. L-eżempji ta' Kopenħagen-Malmö u ta' Vjenna-Bratislava diġà ssemmew, iżda għandhom jissemmew xi żoni metropolitani identifikati mill-awtoritajiet Franċiżi bħal Metz-Lussemburgu-Saarbrücken u Lille-Kortrijk. Madwar l-Unjoni kollha qiegħed jiżdied in-numru ta' reġjuni transkonfinali li għandhom potenzjal li jsiru żona metropolitana. |
|
7.4 |
Minkejja l-intensifikazzjoni tad-dibattitu matul isnin, il-KESE jinnota li dawn l-istrutturi ġodda għadhom fil-bidu tagħhom. |
|
7.5 |
Il-maġġoranza l-kbira ta' l-ibliet u ż-żoni metropolitani li jridu juru l-importanza tagħhom fil-livell Ewropew u globali jippreżentaw is-sitwazzjoni tagħhom bl-użu ta' ċifri nazzjonali jew reġjonali mingħajr ma huma stess ikunu konxji tad-daqs veru tat-territorju li għalih huma jirreferu. Din hija waħda mill-konsegwenzi tad-differenza bejn iż-żona metropolitana u r-reġjun(i) amministrattiv(i) li tiegħu/tagħhom huma jagħmlu parti. |
|
7.6 |
Minkejja d-differenzi fl-approċċi u fl-istrutturi nazzjonali u reġjonali, il-KESE jinnota konverġenza ċara fir-rigward tal-problemi. Fost is-suġġetti l-aktar diskussi huma:
|
|
7.7 |
Il-popolazzjonijiet mhux dejjem għandhom is-sensazzjoni li jappartjenu għal metropoli. Iż-żoni metropolitani Ewropej għandhom nuqqas ta' leġittimità politika. L-istrutturi amminstrattivi ta' dari m'għadhomx biżżejjed — huma għandhom l-għeruq f'eri storiċi tal-passat — iżda l-gvernijiet nazzjonali huma sensittivi ħafna għar-reżistenza kontra strutturi ġodda mill-atturi kkonċernati, b'mod partikolari l-entitajiet politiċi u amministrattivi territorjali eżistenti. B'kuntrast, l-isfidi li huma kkonfrontati minnhom iż-żoni metropolitani huma enormi. Sabiex dawn jintgħelbu u jiġu ġestiti sew l-iżviluppi, jeħtieġ kważi kullimkien organizzazzjoni ġdida tal-gvernanza, bl-għan ta' strateġija integrali. |
Brussel, il-25 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) ĠU C 302, 7.12.2004, p. 101.
(2) Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn “metropoli” u “żoni metropolitani”: ġeneralment “metropoli” tinftiehem bħala belt jew agglomerazzjoni kbira ħafna. Min-naħa l-oħra “żona metropolitana” hija t-totalità ta' belt kbira ħafna jew ta' bliet importanti poliċentriċi mdawwra minn muniċipalitajiet u żoni rurali oħra. B'hekk, iż-żoni metropolitani għandhom superfiċi ħafna akbar minn dik ta' metropoli.
(3) L-ewwel studju ta' suċċess dwar l-14-il żona metropolitana fil-Majjistral ta' l-Ewropa. Referenza ssir għall-istudju GEMACA li diġà twettaq fil-qafas tal-programm INTERREG II C fl-2000.
(4) Opinjoni dwar “Iż-żoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”, ĠU C 302, 7.12.2004, pġ. 101.
(5) Opinjoni tal-KESE dwar “L-immigrazzjoni fi ħdan l-UE u l-politiki dwar l-integrazzjoni: il-kollaborazzjoni bejn il-gvernijiet nazzjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili”, ĠU C 318, 23.12.2006, pġ. 128.
(6) Referenza għar-reazzjoni tal-Kummissjoni, DG REGIO, dwar l-Inizjattiva għal Opinjoni tal-KESE dwar “Iż-żoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”ĠU C 302, 7.12.2004, pġ. 101.
(7) Competitive Cities: Where do the core cities stand? (“Bliet kompetittitivi: fejn jinsabu l-ibliet prinċipali?”“Core cities” tfisser il-metropoli 'l barra minn Londra, b'mod partikolari dawk tal-Majjistral tal-pajjiż).
(8) DIACT: Délégation Interministérielle à l'Aménagement et à la Compétitivité des Territoires (Delegazzjoni Interministerjali għall-Ippjanar Territorjali u għall-Kompetittività Reġjonali) (eż DATAR).
(9) Il-Kummissjoni qiegħda tfassal gwida dwar kwistjonijiet urbani.
(10) The Territorial State and Perspectives of the European Union Document, towards a stronger European Territorial cohesion in the light of the Lisbon and Gothenburg ambitions, (“L-Istat u l-Perspettivi Territorjali ta' l-Unjoni Ewropea: lejn koeżjoni msaħħa tat-territorju Ewropew fid-dawl ta' l-għanijiet ta' Lisbona u ta' Gotheburg), abbozz preliminari, 26 ta' Ġunju 2006.
(11) L-ewwel Kunsill informali tal-ministri għall-ippjanar territorjali u għall-affarijiet interni, fejn l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw l-ibliet ġew diskussi fil-fond, inżamm f'Rotterdam f'Novembru 2004. Dan kien segwit mill-Kunsill Informali tal-Lussemburgu f'Mejju 2005 dwar” L-Istat u l-Perspettivi Territorjali ta' l-UE. Il-Kunsill informali li jmiss ser jinżamm f'Leipzig f'Mejju 2007.
“Artikolu 175
1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiddeċiedi dwar liema azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità sabiex tilħaq l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 174.
2. B'deroga għall-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet prevista fil-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 95, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jadotta:
|
a) |
dispożizzjonijiet ta' natura primarjament fiskali; |
|
b) |
miżuri li jolqtu:
|
|
ċ) |
miżuri li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-għażla ta' Stat Membru bejn fonti differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta' l-enerġija.” |
(13) Parlament Ewropew: Riżoluzzjoni tat-13.10.2005 dwar id-dimensjoni urbana fil-kuntest tat-tkabbir — ĠU C 233E, 28.9.2006, pġ. 127.
(14) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-politika ta' koeżjoni u l-ibliet: il-kontribuzzjoni ta' l-ibliet u l-agglomerazzjonijiet għat-tkabbir u għall-impjiegi fir-reġjuni”, ĠU C 206, 29.08.2006, pġ. 17.
(15) METREX, The Network of European Metropolitan Regions and Areas, (In-Netwerk tar-Reġjuni u ż-Żoni Metropolitani ta' l-Ewropa) hija assoċjazzjoni li tiġbor fiha kważi ħamsin reġjun urban kbir.
(16) Minn 20 fl-1990 għal 199 fl-2006.
(17) B'distinzjoni bejn 3 livelli ġeografiċi: iċ-ċentru tal-belt, iż-żona urbana usa' u l-kwartieri infra-urbani. Skond dawk responsabbli għall-proġett, iż-żona urbana usa' tikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għar-reġjun urbani funzjonali.
(18) Fil-fatt, huma relattivament ftit l-indikaturi li huma provduti għaż-żona urbana usa' għall-istess sena. Il-limiti ġeografiċi taż-żoni urbana usa' huma definiti skond kriterji nazzjonali; dan iwassal sabiex il-komparabbiltà ta' l-indikaturi fil-livell Ewropew ma tkunx tista' tiġi garantita. Dawn il-limitazzjonijiet għadhom qatt ma ġew ippubblikati. L-indikaturi ma jirreferux għas-snin riċenti (l-2001 hija s-sena l-aktar reċenti). Il-mezzi li attwalment jiddisponi minnhom l-Eurostat sabiex iwettaq dan il-proġett importanti li jkopri 27 pajjiż, 258 belt, 260 żona urbana usa' u 150 indikatur huma insuffiċjenti ħafna.
(19) Il-popolazzjoni urbana tad-dinja taqbeż it-3 biljun persuna. Il-popolazzjoni ta' 400 metropoli hija akbar minn miljun persuna filwaqt li seklu ilu kien hemm biss 16-il metropola b'popolazzjoni b'aktar minn miljun.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/16 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Aġenda Territorjali
(2007/C 168/03)
Nhar is-7 ta' Novembru 2006, il-Ministeru Federali tat-Trasport, il-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp Urban talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f'isem il-Presidenza Ġermaniża, sabiex ifassal opinjoni dwar L-Aġenda Territorjali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-20 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Pariza.
Matul l- 435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u 26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April 2007 ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'unanimità.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jixtieq jirringrazzja lill-Presidenza Ġermaniża u jifirħilha tax-xogħol ta' preparazzjoni u ta' l-isforzi tagħha sabiex tiżgura t-trasparenza u l-konsultazzjoni dwar l-Aġenda Territorjali. |
|
1.2 |
Il-KESE jqis li sar iż-żmien li niċċaqalqu mil-fażi attwali ta' koordinazzjoni informali fi ħdan il-Kunsill u nidħlu f'fażi ġdida bażata fuq kooperazzjoni politika aktar mill-qrib. Fuq il-bażi tax-xogħol li diġà sar u tal-kontribuzzjonijiet ġodda ppjanati minn ESPON, irid jittieħed pass ieħor lejn l-integrazzjoni, billi l-Kummissjoni tingħata mandat ċar li bih tkun tista' teżerċita d-dritt ta' l-inizjattiva. |
|
1.3 |
Il-KESE jikkonsidra li d-diskussjonijiet dwar l-Aġenda Territorjali fil-Kunsill għandhom iwasslu għal deċiżjonijiet ta' politika aktar preċiżi u sabiex dan iseħħ, hemm bżonn li l-Kummissjoni Ewropea tkun involuta aktar, għaliex il-Kummissjoni qiegħda fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiżgura li l-approċċi differenti lejn il-koeżjoni territorjali fl-Unjoni Ewropea huma koerenti u kompatibbli ma' xulxin. |
|
1.4 |
Il-mira tal-koeżjoni territorjali fil-livell ta' l-UE jitlob li l-Kummissjoni jkollha unità speċifika u robusta li tanalizza, tivvaluta u tippreżenta proposti ta' politika li jikkonfermaw il-valur miżjud ta' approċċ Ewropew lejn il-koeżjoni territorjali. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jipproponi li tiġi żgurata l-kontinwità meta tintemm il-Presidenza Ġermaniża. Il-Kummissjoni għandha tistudja, tissintetizza u timplimenta l-Aġenda Territorjali permezz ta' programm ta' azzjoni li jirrispetta l-kompetenzi fl-ippjanar ta' l-ispazji ta' l-Istati Membri u tar-reġjuni. |
|
1.6 |
Ir-raba' rapport dwar il-koeżjoni li bħalissa qiegħed jiġi mfassal mill-Kummissjoni Ewropea għandu janalizza l-impatt tal-fondi Komunitarji fuq it-territorju u jistabbilixxi rabtiet bejn il-politika ta' koeżjoni u l-iskopijiet ta' l-Aġenda Territorjali. Il-KESE jikkonsidra li l-programmi ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri għandhom jissaħħu, meta t-Trattat Kostituzzjonali jiġi adottat. |
|
1.7 |
Il-bilanċ bejn il-livelli differenti ta' amministrazzjoni li jaħdmu fil-kamp — lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarju — irid ikun żgurat għall-gvernanza ta' l-Aġenda Territorjali u s-soċjetà ċivili organizzata, li trid tiġi kkonsultata minn qabel, għandha tiġi involuta wkoll f'din il-ħidma. |
|
1.8 |
Il-KESE jipproponi li l-Kunsill tal-Ministri juża l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, filwaqt li jipprovdi linji gwida preċiżi, bħala l-ewwel pass sabiex l-Aġenda Territorjali twassal dawn il-kwistjonijiet taħt il-metodu komunitarju, wara l-approvazzjoni tat-Trattat Kostituzzjonali. |
|
1.9 |
Il-KESE jittama li fil-futur qrib l-UE tadotta t-Trattat Kostituzzjonali, li jinkludi l-iskopijiet tal-koeżjoni territorjali u jipproponi li, fuq il-bażi tal-kunsens reali li jeżisti dwar l-Aġenda Territorjali, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Informali ta' Leipzig għandhom jirrakkomandaw li tiġi implimentata b'mod gradwali flok ma jisħqu fuq il-fatt li mhix obbligatorja. |
|
1.10 |
Il-KESE, għalhekk, isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi li l-Kunsill tal-Ministri jkompli bl-implimentazzjoni ta' l-Aġenda Territorjali fuq il-bażi legali attwali. |
2. Konsultazzjoni mill-presidenza Ġermaniża
|
2.1 |
Nhar is-7 ta' Novembru 2006, il-Ministru Federali tat-Trasport, il-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp Urban talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f'isem il-Presidenza Ġermaniża, sabiex ifassal opinjoni esplorattiva dwar l-Aġenda Territorjali. |
|
2.2 |
Matul il-laqgħa informali tal-ministri dwar il-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp urban li ser tinżamm f'Leipzig nhar l-24 u l-25 ta' Mejju 2007, il-Ministri Ewropej ser jadottaw dokument ta' politika bit-titlu L-Aġenda Territorjali ta' l-UE (ATUE) (1) li huwa bbażat fuq studju bit-titlu L-Istat Territorjali u l-Perspettivi ta' l-Unjoni Ewropea (2). Dan id-dokument ta' bażi janalizza l-isfidi prinċipali fl-ippjanar ta' l-ispazji li qiegħda tiffaċċja l-UE u juża eżempji sabiex jindika kif il-potenzjal tad-diversità territorjali Ewropea jista' jintuża aħjar għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli. L-ATUE fih rakkomandazzjonijiet għall-użu aktar effettiv tad-diversità territorjali Ewropea u proposti għal programm ta' azzjoni għall-ippjanar ta' l-ispazji. |
|
2.3 |
Sa mill-1995, il-KESE ddikkjara l-appoġġ tiegħu għal kooperazzjoni aktar mill-viċin fil-politika ta' l-ippjanar ta' l-ispazji f'dawn id-dokumenti:
Opinjonijiet aktar riċenti wkoll jappoġġjaw involviment aktar mill-qrib u aktar konsiderazzjoni tad-dimensjoni territorjali fl-integrazzjoni Ewropea. Dawn jinkludu:
|
3. L-Aġenda Territorjali — insarrfu l-kliem f'azzjoni
|
3.1 |
L-ewwel laqgħa informali tal-ministri responsabbli mill-ippjanar ta' l-ispazji u l-politiki territorjali b'mod ġenerali nżammet f'Nantes fl-1989. |
|
3.2 |
Dit-tip ta' laqgħa tinżamm fuq l-inizjattiva tal-presidenzi semestrali suċċessivi ta' l-UE. Fl-1993, waqt il-laqgħa li nżammet f'Liege, ġie deċiż li titfassal Il-Perspettiva għall-Iżvilipp ta' l-Ispazji Ewropej (ESPD) (3) (European Spatial Development Perspective) li ġiet adottata fl-1999, f'Potsdam u li tipprovdi qafas ta' referenza komuni għal-laqgħat informali tal-ministri responsabbli għall-ippjanar ta' l-ispazji u l-politika territorjali. |
|
3.3 |
Waqt il-laqgħa informali tal-ministri dwar il-koeżjoni territorjali li nżammet f'Rotterdam f'Novembru 2004, il-ministri qablu li jinkludu fl-aġenda l-preparazzjoni ta' dokument sommarju bit-titlu L-Istat Territorjali u l-Perspettivi ta' l-Unjoni Ewropea, id-dokument li fuqu hija bbażata l-Aġenda Territorjali. |
|
3.4 |
L-Aġenda Territorjali tifforma qafas strateġiku li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp territorjali ta' l-UE. Hija tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp sostenibbli billi ssaħħaħ il-koeżjoni territorjali, li tista' tiġi mfissra bħala l-kapaċità tal-politika tal-koeżjoni li tadatta għall-bżonnijiet u l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-isfidi u l-opportunitajiet ġeografiċi, sabiex tiżgura li t-territorju ta' l-UE jiżviluppa b'mod bilanċjat u sostenibbli. |
|
3.5 |
L-iskop tal-koeżjoni territorjali ġie inkorporat f'Artikolu III-116 ta' l-abbozz ta' Ġunju 2003 tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea, bħala t-tielet dimensjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali. Id-dimensjoni territorjali tal-politiki komunitarji ġiet analizzata wkoll fit-tielet rapport dwar il-koeżjoni, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fl-2005. Il-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità għall-koeżjoni, li ġew adottati fl-2006, u jinkludu wkoll din id-dimensjoni ġdida tal-koeżjoni territorjali. |
|
3.6 |
Waqt il-laqgħa informali tal-ministri li nżammet fil-Lussemburgu f'Mejju ta' l-2005, il-ministri adottaw it-temi u l-prijoritajiet segwenti li ġew elenkati fl-Aġenda Territorjali:
|
|
3.7 |
L-azzjonijiet prinċipali jinkludu:
|
4. Il-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp ta' l-Ispazji (ESDP)
|
4.1 |
L-ESDP hija qafas ta' referenza komuni għall-partijiet differenti interessati li huma involuti fl-iżvilupp ta' l-ispazji u l-ippjanar (l-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni u korpi oħrajn lokali), li tappoġġja d-dimensjoni territorjali ta' Ewropa poliċentrika u “t-territorjalizzazzjoni” li hemm bżonn fil-politiki settorjali ta' l-UE. Din hija inizjattiva intergovernattiva, li ġiet adottata fil-laqgħa ministerjali ta' Potsdam li saret fl-1999 u li mhijiex vinkolanti. Fil-prattika l-ESDP ġiet implimentata biss fil-kuntest tat-twaqqif tan-Netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni għall-Ippjanar ta' l-Ispazji ESPON (4)) u indirettament taħt it-tliet programmi INTERREG. |
|
4.2 |
L-ESDP għandha dawn l-għanijiet:
|
|
4.3 |
Erba' oqsma prinċipali jinteraġġixxu ma' xulxin u jitfgħu pressjoni konsiderevoli fuq l-iżvilupp territorjali:
|
|
4.4 |
L-ESDP stabbilixxiet dawn il-linji gwida bbażati fuq l-ideat imsemmija hawn fuq:
|
|
4.5 |
Xi miżuri konkreti li ġew ippjanati għandhom:
|
4.6 ESPON — In-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni ta' l-Ippjanar ta' l-Ispazji.
|
4.6.1 |
ESPON, in-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni ta' l-Ippjanar ta' l-Ispazji huwa programm ta' riċerka applikata fil-qasam ta' l-iżvilupp territorjali ffinanzjat mill-INTERREG u mill-Istati Membri. L-għan tal-programm huwa li jipprovdi għarfien ġdid u sistematiku dwar ix-xejriet territorjali u l-impatti tal-politiki li jolqtu r-reġjuni u t-territorji fl-Ewropa. Dan l-għarfien jista' jappoġġja direttament il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u huwa pprovdut lil-leġislaturi fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali. |
|
4.6.2 |
Ir-riċerka applikata kollha li sseħħ taħt il-programm ESPON tkopri t-territorju tad-29 pajjiż Ewropew, li jinkludu s-27 Stat Membru ta' l-UE, kif ukoll in-Norveġja u l-Isvizzera. |
|
4.6.3 |
Hemm pjanijiet li l-baġit jiżdied b'mod sostanzjali, mis-7 miljun euro għall-perijodu 2000-2006, il-programm il-ġdid ESPON2013 (għall-perijodu 2007-2013) issa jilħaq l-34 miljun euro u jista' jilħaq 45 miljun euro bil-kontribuzzjonijiet nazzjonali. |
5. Kummenti
5.1 Il-bażi legali u l-metodu komunitarju
|
5.1.1 |
Fil-kwistjonijiet kollha relatati mat-territorju, il-valur miżjud ta' approċċ komuni Ewropew huwa kruċjali. L-esperjenza li nkisbet f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin u l-bżonn li nikkunsidraw id-dimensjoni territorjali ta' l-integrazzjoni Ewropea jfissru li politiki li jolqtu l-approċċ globali territorjali Ewropew għandhom jiġu “komunitarizzati” gradwalment. |
|
5.1.2 |
L-Unjoni Ewropea ssegwi diversi politiki komunitarji li għandhom impatt fuq livell territorjali. Dawn jinkludu l-politika tal-kompetizzjoni, netwerks tat-trasport trans-Ewropej, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija, il-politika ambjentali, il-politika agrikola, il-politika tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku, il-politika reġjonali, investimenti ta' l-EIB, eċċ. Dak li jonqosha l-UE però, huwa approċċ komuni li jindirizza, jivvaluta u jikkoordina l-implikazzjonijiet ta' dawn il-politiki għat-territorju Ewropew. |
|
5.1.3 |
Approċċ territorjali komuni Ewropew jirrikjedi għanijiet u linji gwida komuni Ewropej. Huwa faċli li wieħed jara l-valur miżjud ta' dawn il-linji gwida territorjali għall-Ewropa bi skopijiet bħall-ħarsien ta' l-ambjent, l-iżvilupp urban poliċentriku u sostenibbli, netwerks trans-Ewropej u pjanijiet fuq il-livell Ewropew sabiex jipprevedu diżastri naturali, teknoloġiċi u dawk marbuta mal-bidla fil-klima. |
|
5.1.4 |
Taħt “il-metodu komunitarju” (5)il-Kummissjoni, bl-inizjattiva tagħha jew ta' korpi oħrajn komunitarji, tfassal proposti konkreti sabiex jiġu adottati mill-Kunsill tal-Ministri u, fejn hemm bżonn, taħt il-proċedura tal-ko-deċiżjoni mal-Parlament Ewropew. |
|
5.1.5 |
Għal xi politiki, il-Kunsill implimenta dak li jissejjaħ “il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni”, li jinvolvi forma ta' azzjoni politika inqas intensiva u preċiza mill-metodu komunitarju. Il-KESE jikkunsidra li għall-kwistjonijiet dwar l-Aġenda Territorjali, il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni jista' jkun utli bħala pass preliminari qabel ma jibda' jintuża' l-metodu komunitarju. Il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni jista' jintuża sakemm jiġi adottat it-Trattat tal-Kostituzzjoni, li jippermetti l-użu tal-metodu komunitarju. |
|
5.1.6 |
Bħalma turi l-esperjenza Ewropea f'oqsma oħra ta' politika però, dis-sistema hija biss ta' benefiċċju meta l-Kummissjoni jkollha rwol verament attiv u meta jiġu stabbiliti skopijiet u linji gwida preċiżi ħafna. |
|
5.1.7 |
Jiġri x'jiġri mill-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, li fis-sezzjoni III tiegħu jinkludi l-koeżjoni territorjali fit-titlu — żvilupp li huwa appoġġjat mill-KESE — l-artikoli segwenti tat-Trattat li bħalissa huwa fis-seħħ (TKE) għandhom iservu ta' bażi legali sabiex jitfassal approċċ territorjali komuni Ewropew, jekk ikun aċċettat li dan jibqa' kompitu ta' l-Unjoni Ewropea:
|
5.2 Politika reġjonali
|
5.2.1 |
Il-politika reġjonali tal-Komunità hija strument ewlieni li ssostni l-koeżjoni ekonomika u soċjali, il-konverġenza ekonomika, u, in ġenerali, il-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea. |
|
5.2.2 |
Il-KESE minn dejjem appoġġja din il-politika, li timmira — b'suċċess — li tnaqqas id-diverġenzi bejn reġjuni Ewropej. |
|
5.2.3 |
Din il-politika reġjonali, li hija waħda mill-iktar li kellha suċċess fost il-politiki komunitarji, trid tibqa' titħaddem, minħabba d-diverġenżi l-ġodda li jeżistu bħala riżultat tal-proċess tat-tkabbir. |
|
5.2.4 |
Din il-politika reġjonali mhix inkompatibbli — anzi bil-maqlub — ma' politika effettiva ta' koeżjoni territorjali, kif proposta fl-Aġenda Territorjali, li għandha tiġi implimentata fil-perijodu l-ġdid, 2007-2013. |
5.3 It-tkabbir
|
5.3.1 |
L-aħħar żewġ fażijiet tat-tkabbir ġabu magħhom sfidi ġodda għat-territorju Ewropew, li mill-2004 żdied minn 15 għall-27 Stat Membru, bil-popolazzjoni tikber b'28 % (minn 382 għal 490 miljun abitant) u t-territorju b'34 % (minn 3.2 għal 4.3 miljun kilometru kwadru). Din id-dimensjoni ġdida u d-diversifikazzjoni tal-karatteristiċi tat-territorju ta' l-UE jfissru li hemm bżonn urġenti għal sondaġġ ta' din is-sitwazzjoni territorjali u ġeografika u t-tibdil potenzjali fiha. |
|
5.3.2 |
L-aħħar żewġ fażijiet tat-tkabbir ġabu magħhom sfida territorjali prinċipali, li l-Kummissjoni Ewropea trid tanalizza bir-reqqa. |
|
5.3.3 |
In-numru ta' reġjuni bifruntieri interni u esterni żdied b'mod konsiderevoli. Reġjuni bifruntieri joffru sfida imma wkoll opportunità ġenwina sabiex il-proċess ta' integrazzjoni jipproduċi bidliet reali. |
5.4 It-Territorju Ewropew
|
5.4.1 |
L-isfidi u r-riskji li qegħdin jaffettwaw it-territorju Ewropew iridu jiġu indirizzati permezz ta' approċċ Ewropew. Ma nistgħux niċħdu l-valur miżjud ta' viżjoni komuni tat-territorju Ewropew u għandu jiġi rikonoxxut il-bżonn strateġiku ta' viżjoni komuni ta' dan it-tip. |
|
5.4.2 |
Tajjeb li jiġu elenkati xi karatteristiċi ta' dan it-territorju. Huwa:
Għalhekk it-territorju għandu importanza strateġika fundamentali bħala entità fiżika u ġeografika. L-istimi ta' l-impatt tal-Kummissjoni għandhom jinkludu dan l-approċċ territorjali, li jkun jirrikjedi kooperazzjoni ma' ESPON. |
5.5 Gvernanza
|
5.5.1 |
L-UE għandu jkollha sistema adegwata ta' gvernanza, fejn jintlaħaq il-bilanċ ġust bejn il-livelli differenti ta' gvern territorjali, għaliex fit-territorju Ewropew, il-gvernijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u ta' l-UE kollha għandhom sehem. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jiġi rispettat, filwaqt li jiġu garantiti l-koerenza u approċċ ħolistiku, komuni u konġunt. |
|
5.5.2 |
Is-soċjetà ċivili għandha tipparteċipa wkoll fil-livelli differenti permezz tal-proċeduri strutturati għad-djalogu soċjali u ċivili. Ħafna Stati Membri u ħafna reġjuni Ewropej issa għandhom kunsilli soċjali u ekonomiċi (jew korpi simili) li għandhom jiġu involuti, flimkien mas-sieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, sabiex ikollhom sehem attiv fis-sistemi ta' konsultazzjoni u gvernanza fir-rigward ta' l-affarijiet territorjali. |
6. L-Aġenda Territorjali: L-Istat Territorjali u l-Perspettivi ta' l-Unjoni Ewropea
|
6.1 |
L-Aġenda Territorjali hija bbażata fuq dokument bit-titlu L-Istat Territorjali u l-Perspettivi ta' l-Unjoni Ewropea li aktar milli huwa dokument sommarju, huwa dokument li taw kontribut lejh presidenzi semestrali suċċessivi. Dan id-dokument jagħti preżentazzjoni f' 197 punt ta' l-isfidi kollha li t-territorju qiegħed jiffaċċja u għalhekk huwa gwida utli ħafna. Il-Kummissjoni għandha tipproponi pjan ta' azzjoni bbażat fuqu. |
|
6.2 |
L-Aġenda Territorjali għandha tinkorpora l-istrateġiji territorjali ta' l-Istati Membri, tikkunsidra d-dimensjoni territorjali ta' politiki komunitarji oħra u tfittex oqsma ta' komplimentarjetà u sinerġija sabiex toħloq sinteżi Ewropea, permezz ta' linji gwida għall-istrateġija territorjali għall-UE, li huma elenkati f'punt 7. |
|
6.3 |
L-iżvilupp ta' l-Aġenda Territorjali ta' l-UE għandha tiffoka fuq approċċ ta' sostenibbilità ekonomika, soċjali u ambjentali. |
7. L-Għanijiet ta' l-Aġenda Territorjali
7.1 Koeżjoni Territorjali
|
7.1.1 |
Il-koeżjoni territorjali għandha l-għan li tintroduċi approċċ territorjali Ewropew li jipprovdi qafas għal, u jirrendi kompatibbli, l-istrateġiji territorjali mfassla u implimentati mill-Istati Membri u r-reġjuni. |
|
7.1.2 |
Il-koeżjoni terrritorjali għandha tiffoka fuq il-kwistjonijiet li jaffettwaw, l-ewwel u qabel kollox, l-ippjanar tat-territorju u t-tieni, l-ippjanar urban u reġjonali. Kif iddikjarat is-CEMAT (6) fl-1994, l-ippjanar ta' l-ispazji huwa l-istrument ideali għall-implimentazzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli fil-livell territorjali. |
|
7.1.3 |
Għalhekk irid isir sforz sabiex jiġu ċċarati l-kunċetti, il-metodoloġija u t-terminoloġija ta' l-ippjanar ta' l-ispazji. L-ippjanar ta' l-ispazji huwa approċċ multidixxiplinari u huwa prijorità li tolqot b'mod trasversali firxa ta' kwistjonijiet, speċjalment l-ambjent, it-trasport u l-komunikazzjoni, id-djar u l-akkomodazzjoni umana u industrijali eċċ. |
7.2 Koeżjoni ekonomika u soċjali
|
7.2.1 |
B'konformità ma' l-istrateġija ta' Lisbona, il-KESE jipproponi li għandu jiġi żgurat żvilupp ekonomiku aktar ibbilanċjat fit-territorju Ewropew għall-benefiċċju taċ-ċittadini u r-reġjuni tiegħu kollha, inklużi r-reġjuni li għandhom żvantaġġi naturali jew strutturali permanenti (7). |
|
7.2.2 |
Il-politiki kollha Ewropej għandhom jippromovu l-għan tal-koeżjoni soċjali. Il-KESE jipproponi li l-iskopijiet ta' l-Aġenda Territorjali jinkludu dawk tal-koeżjoni soċjali, għaliex it-territorju Ewropew huwa fejn in-nies jgħixu, isibu l-opportunitajiet u jiffaċċjaw il-problemi. |
|
7.2.3 |
L-iżvilupp poliċentriku taż-żoni urbani u metropolitani u r-relazzjoni kostruttiva bejn dawn u ż-żoni periferiċi u rurali jistgħu jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq iktar bilanċ ekonomiku u soċjali fl-Ewropa. Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-integrazzjoni ta' l-immigranti (8), titjib fil-politika ta' l-akkomodazzjoni, opportunitajiet indaqs u servizz pubbliku ta' kwalità għolja għandhom jkunu wkoll xi wħud mill-għanijiet bażiċi ta' l-approċċ territorjali. |
7.3 Il-bidla fil-klima u r-riskji naturali
|
7.3.1 |
Ir-rapporti reċenti kollha dwar il-bidla fil-klima jiġbdu l-attenzjoni lejn il-gravità tal-problema. It-tisħin globali huwa fatt ċar u mhux kwistjoni ta' opinjoni. Ħafna effetti tal-bidla fil-klima qegħdin jidhru fuq l-art. L-ippjanar ta' l-ispazji jrid jilqa' din l-isfida sabiex jipprova jnaqqas u jirrimedja xi effetti li l-bidla fil-klima qiegħda jkollha fuq it-territorju. |
|
7.3.2 |
Irid jitfassal pjan Ewropew sabiex niffaċċjaw riskji u diżastri naturali. Din mhix kwistjoni ta' fantaxjenza. Ir-rapport reċenti mill-ekonomista Sir Nicholas Stern (9), ikkommissjonat mill-gvern Brittanniku, joħroġ biċ-ċar x'qiegħda tirriskja l-pjaneta: ta' l-anqas 1 % tal-PGD tad-dinja jrid jiġi investit fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima sabiex jiġi evitat li l-ispejjeż u r-riskji globali tal-bidla fil-klima jilħqu telfa ta' madwar 5 % tal-PGD tad-dinja, figura li tista' tilħaq 20 % jekk l-aktar effetti ta' ħsara tat-tisħin ikomplu jiżdiedu bir-rata preżenti. |
|
7.3.3 |
Il-bidla fil-klima jista' jkollha effett detrimentali fuq il-koeżjoni u l-kompetittività, fuq il-kwalità tal-ħajja u fuq l-iżvilupp sostenibbli aktar kmieni milli kien ġie previst sa issa, kif ġie ikkonfermat fir-rapport reċenti tal-grupp ta' esperti dwar il-bidla fil-klima tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġie ppreżentat f'Pariġi fit-2 ta' Frar 2007. Il-KESE jipproponi li jiġu kkunsidrati l-effetti tal-klima fl-ippjanar ta' l-ispazji. |
|
7.3.4 |
Ir-riskji li jridu jiġu kkunsidrati għandhom jinkludu dawk ikkawżati minn diżastri teknoloġiċi (kriżijiet radjoattivi, kimiċi u batterjoloġiċi) kkawżati minn inċidenti jew attakki terroristiċi u jridu jsiru pjanijiet għall-possibilità ta' ċaqliq massiv tal-popolazzjoni. |
7.4 Netwerks Trans-Ewropej
|
7.4.1 |
L-idea tan-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) ġiet diskussa għall-ewwel darba lejn tmiem is-snin tmenin. Id-diskors dwar is-suq uniku u l-libertà tal-moviment kienu jagħmlu sens biss jekk in-netwerks tat-trasport nazzjonali u reġjonali differenti jkunu konnessi flimkien permezz ta' sistema ta' infrastruttura moderna u effiċjenti madwar l-Ewropa. |
|
7.4.2 |
Mill-1992, it-Titlu XV tat-Trattat (Artikoli 154, 155 u 156) ġie dedikatilin-Netwerks Trans-Ewropej. Ir-rekord ta' l-aħħar ħmistax-il sena huwa diżappuntanti, anke allarmanti. Diffikultajiet ta' finanzi u nuqqas ta' rieda politika jispjegaw parti min-nuqqas ta' riżultati. Il-KESE jinnota b'dispjaċir il-fatt li l-Inizjattiva ta' l-2003 għat-Tkabbir (10), li kienet tinkludi l-kostruzzjoni ta' netwerks trans-Ewropej prinċipali ġiet injorata mill-gvernijiet. Il-KESE jistaqsi: sa liema punt ir-riżultati fqar tan-netwerks tat-trasport u telekomunikazzjoni Trans-Ewropej huma dovuti għan-nuqqas ta' sondaġġ tat-territorju Ewropew u ta' l-infrastruttura tiegħu. |
|
7.4.3 |
Wieħed mill-iskopijiet bażiċi li l-KESE jixtieq jenfasizza huwa li l-individwi kollha u r-reġjuni kollha għandu jkollhom aċċess adegwat u konnessjonijiet man-netwerks tat-trasport, permezz ta' netwerk bilanċjat pan-Ewropew li għandu konnessjonijiet tajbin ma' l-ibliet iż-żgħar, iż-żoni rurali u ż-żoni iżolati. |
|
7.4.4 |
L-Ewropa illum m'għandhiex netwerk ta' enerġija adegwata (għall-elettriku, iż-żejt u l-gass). In-nuqqas ta' dan in-netwerk jista' jfixkel b'mod serju l-attività ekonomika, u jwassal għal diverġenzi fl-opportunitajiet għar-reġjuni u t-territorji li bħalissa m'għandhomx aċċess għal dawn in-netwerks. |
|
7.4.5 |
Il-politika ta' l-enerġija Ewropea trid tadotta approċċ territorjali kemm sabiex tipproteġi r-riżorsi naturali kif ukoll sabiex tiżgura l-koeżjoni soċjali u territorjali. |
|
7.4.6 |
Sabiex tiġi implimentata l-Istrateġija ta' Lisbona wkoll, it-territorji kollha u ċ-ċittadini kollha għandu jkollhom aċċess għas-soċjetà ta' l-informazzjoni u n-netwerks tagħha, il-moviment ħieles ta' l-għarfien u t-taħriġ. L-Aġenda Territorjali ta' l-UE għandha tqis dan bħala approċċ prijoritarju. |
7.5 Ħarsien ta' l-Ambjent
|
7.5.1 |
L-għan li jiġu mħarsa l-ambjent fiżiku u naturali Ewropew u l-biodiversità jista' jintlaħaq biss jekk jiġi adottat approċċ politiku komuni fit-territorju kollu. Minn din il-perspettiva, il-valur miżjud Ewropew huwa kruċjali. |
|
7.5.2 |
L-Aġenda Territorjali għandha tifforma l-bażi għal politika ġdida u aktar effettiva għall-ħarsien ta' l-ambjent u sabiex tippreserva l-biodiversità (11). |
7.6 Wirt kulturali
|
7.6.1 |
L-Ewropa għandha wirt kulturali ta' importanza enormi, li l-UE trid tipproteġi. Ir-reġjuni Ewropej joffru diversità kulturali kbira, li tifforma l-bażi ta' l-istorja u l-identità Ewropea. |
|
7.6.2 |
L-Aġenda Territorjali għandha tappoġġja l-konservazzjoni ta' dan il-wirt kulturali rikk u varjat, li għandu jiġi promoss ukoll bħala fattur endoġenu għall-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali. |
8. Linji Gwida għall-strateġija territorjali ta' l-UE
|
8.1 |
Il-linji gwida għal strateġija territorjali ta' l-UE jridu jipprovaw jilħqu effiċjenza ekonomika massima, koeżjoni soċjali u sostenibbiltà ambjentali, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità. |
|
8.2 |
Il-linji gwida għal strateġija territorjali sostenibbli għat-territorju komunitarju jikkostitwixxu qafas ta' referenza għat-territorju Ewropew li jrid jipprovdi kontenut u tifsira lill-koeżjoni territorjali, mingħajr ma jkollu effett fuq il-kompetenzi ta' l-Istati Membri u r-reġjuni fil-politiki tagħhom ta' pjanar ta' l-ispazji. |
|
8.3 |
Sabiex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-linji gwida għal strateġija territorjali għandhom jindirizzaw b'mod prijoritarju:
|
Brussel, il-25 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) http://www.bmvbs.de/territorial-agenda.
(2) http://www.bmvbs.de/Anlage/original_978555/The-Territorial-State-and-Perspectives-of-the-European-Union-Document.pdf.(L-Istat-Territorjali-u-l-Perspettivi-ta'-l-Unjoni-Ewropea-Dokument.pdf.).
(3) http://europa.eu/scadplus/leg/en/lvb/g24401.htm.
(4) http://www.espon.eu.
(5) MEMO/02/102-http://europa.eu/rapid/searchAction.do
(6) Il-Konferenza tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-Ippjanar Reġjonali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
(7) Opinjoni tal-KESE dwar “Kif nistgħu nintegraw aħjar reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali u strutturali permanenti” — CESE 140/2005 fin.
(8) Opinjoni tal-KESE dwar “L-Immigrazzjoni fl-UE u l-politiki ta' integrazzjoni: kooperazzjoni bejn il-gvernijiet reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” — CESE 1169/2006 fin.
(9) Ir-Rapport STERN — Sir Nicholas Stern — 30.12.2006 — Stern Review exective summary — New Economics Foundation.
(10) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Brussel, 12 ta' Diċembru 2003, punti 2, 3, 4 u 5.
(11) Opinjoni tal-KESE dwar il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità sa l-2010 — u lil hinn — It-tisħiħ tas-servizzi ta' l-ekosistema għall-ġid tal-bniedem COM(2006) 216 finali — CESE 1548/2006 fin.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/22 |
Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir- Rapport mill-Kummissjoni: Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, 2005
SEC (2006) 761 finali
(2007/C 168/04)
Nhar il-15 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi lill-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir- Rapport mill-Kummissjoni: Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, 2005.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Intern, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-27 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Garai.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tas-26 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'115-il vot favur, 40 vot kontra u 12-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Ma kienx possibbli li din l-opinjoni tkopri l-attivitajiet kollha tad-DĠ COMP (1). Setgħu jiġu diskussi fil-qosor biss numru limitat ta' każijiet magħżula, u m'hemm l-ebda referenza għal deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar l-antitrust, l-amalgamazzjonijiet u każijiet ta' għajnuna statali, billi dan kieku kien jeħtieġ studju separat u fil-fond ta' l-imġiba dettaljata tas-suq u kif din titqies mill-awtoritajiet. Madankollu, ir-Rapport jagħmilha ċara li l-approċċ tad-DĠ Kompetizzjoni lejn it-trattament ta' każijiet huwa kkaratterizzat minn perseveranza fit-twettiq tal-proċeduri u tħassib sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati u prattikabbli għall-problemi li jitfaċċjaw. Jekk hemm ħaġa li tista' tiġi kkritikata, hija forsi li jissemmew xi suġġetti magħżula fejn l-importanza tas-settur, mil-lat tat-twettiq tal-ħtiġijiet tal-kompetittività internazzjonali ppreżentata fl-Aġenda ta' Lisbona u d-dokumenti rilevanti, ma kienx jistħoqqilha l-attenzjoni li tatha il-Kummissjoni. Għall-KESE, eżempju wieħed huwa intitolat “Rapport ta' l-2005: Is-Servizzi Professjonali — Ambitu għal aktar riforma” u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff bl-isem ta' “Progress mill-Istati Membri fir-reviżjoni u fl-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet mhux iġġustifikati fuq il-Kompetizzjoni fil-qasam tas-Servizzi Professjonali”. Fil-fehma tal-Kumitat, is-sejħa ta' l-Aġenda ta' Lisbona għal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tapplika l-iktar għas-servizzi ta' rilevanza internazzjonali (l-infrastruttura, it-telekomunikazzjoni, it-trasport, eċċ.) u hija ħafna inqas ikkonċernata mill-professjonijiet “liberali” (inklużi l-periti, l-avukati, it-tobba, l-inġiniera, l-akkawntants u l-ispiżjara); il-biċċa l-kbira minn dawn ta' l-aħħar huma intraprendituri żgħar ta' importanza fuq kollox lokali, u b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istat Membru (ara l-każ Cipolla Macrino, Każijiet Konġunti C-94/04 u C-202/04) (2). Ma jistax jiċċaħħad li ċerti restrizzjonijiet huma neċessarji sabiex jassiguraw li l-prattikanti jilqgħu l-istennijiet tas-soċjetà għal standards professjonali għolja, esperjenza u fiduċja. Il-Kumitat jilqa' l-istudji dettaljati tas-swieq rilevanti għall-professjonijiet liberali varji fl-Istati Membri; dawn l-istudji jevalwaw sa fejn jaslu r-restrizzjonijiet eżistenti u s-serjetà tagħhom. Fl-istess ħin, irid ikun enfasizzat li mhux biss għandhom jiġu analizzati l-effetti ekonomiċi tal-liberalizzazzjoni proposta fuq it-tendenzi tal-kompetizzjoni, iżda wkoll ir-riperkussjonijiet probabbli fuq l-istruttura soċjali. Dan ma jipprekludix il-proċeduri antitrust ta' l-NCA (National Competition Authorities), li huma l-iktar immirati lejn l-isforzi ta' l-assoċjazzjonijiet professjonali sabiex jiftehmu l-prezzijiet. |
|
1.2 |
Ġie irrakkomandat lill-KESE li joqgħod iktar fuq il-ħila u l-esperjenza professjonali vasta ta' l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rappreżentati fil-Kumitati għas-sorveljanza ta' l-attività tad-DĠ COMP; saħansitra ġie ssuġġerit li l-Kumitat kultant jista' jagħmel investigazzjonijiet sabiex jagħti bidu għal każijiet antitrust u ta' għajnuna Statali. Id-DĠ Kompetizzjoni tal-Kummissjoni jista' jassisti f'dan billi jipprovdi informazzjoni regolari dwar l-għanijiet ta' politika u saħansitra attività tat-trattament tal-każijiet, fil-limiti tas-segretezza. |
|
1.3 |
Għandhom jiġu introdotti laqgħat regolari bejn ir-rappreżentanti tal-KESE u l-Uffiċjal tad-DĠ Kompetizzjoni inkarigat mill-komunikazzjoni mal-konsumatur. L-iskambju ta' l-informazzjoni jista' jippromovi d-djalogu kontinwu ma' l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur. Kull meta d-DĠ COMP jagħmel sommarju tal-konklużjonijiet ta' stħarriġ (3) settorjali fl-enerġija (gass u elettriku) u servizzi finanzjarji (servizzi bankarji bl-imnut (retail banking) u assigurazzjoni kummerċjali), għandhom ikunu disponibbli għar-rappreżentanti tal-KESE (preferibbilment fi grupp ta' ħidma) sabiex ikunu jistgħu jistudjawhom u jikkummentaw fuqhom. |
|
1.4 |
Il-KESE jagħraf il-ħtieġa li jagħmel sommarju tal-fehmiet tiegħu dwar l-impatt tal-politika tal-kompetizzjoni fuq il-valuri ekonomiċi u soċjali li jagħmlu parti mill-kompitu tal-Kumitat. Għal dan il-għan, dalwaqt ser tibda l-ħidma fuq il-pubblikazzjoni ta' studju li jinterpreta l-kunċetti tal-kompetizzjoni u l-kompetittività (inkluż il-kontenut attwali) fl-ispirtu ta' l-Aġenda ta' Lisbona, u li jevalwa l-impatt potenzjali soċjali tagħhom fl-Istati Membri. |
|
1.5 |
Meta id-DĠ COMP nieda dibattitu dwar l-applikazzjoni ta' Artikolu 82 TKE (abbuż ta' pożizzjoni dominanti), ippubblika studju dwar l-imġiba esklużjonarja, li hija ta' ħsara għall-kompetituri u għall-kompetizzjoni stess. Dan l-istudju ġie diskuss b'mod wiesa'. Il-Kummissjoni wiegħdet li ser issegwi dan billi tħares lejn abbużi esplojtattivi li huma kwistjoni aktar sensittiva mil-lat tal-konsumaturi u provvedituri (SMEs) tal-kumpaniji b'pożizzjoni dominanti. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Kummissjoni issa għandha tabbozza dokument għad-diskussjoni dwar l-imġiba esplojtattiva b'konformità ma' l-Artikolu 82 TKE; dan id-dokument jista' jservi bħala bażi għad-diskussjonijiet, u, meta jiġu identifikati biżżejjed karatteristiċi komuni għaż-żewġ tipi ta' mġiba abbużiva (esklużjonarja u esplojtattiva), għandhom jiġu stabbiliti linji ta' gwida unifikati li jinkorporaw konklużjonijiet dwar l-interpretazzjoni tar-regoli dwar l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Is-suq ħieles mhux dejjem iwassal għall-aħjar riżultat possibbli. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, laqtet lill-impjegati u lill-konsumaturi kif ukoll lill-intrapriżi u lill-ekonomija b'mod ġenerali. Il-liġi tal-kompetizzjoni hija għodda għall-gvernijiet sabiex jistabbilixxu u jinfurzaw imġiba ġusta fis-suq u regoli proċedurali tal-liġi amministrattiva. |
|
2.2 |
Fl-espressjoni ta' l-opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport, ta' min isemmi li Stati demokratiċi moderni li huma orjentati lejn is-suq għandhom żewġ settijiet ewlenin ta' l-għodda sabiex jinfluwenzaw l-ekonomija:
|
|
2.2.1 |
Id-DĠ Kompetizzjoni jinsab f'pożizzjoni li juża ż-żewġ politiki: l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 81, 82 u 86 (4) tat-Trattat KE tirrappreżenta l-attivitajiet tipiċi ta' awtorità tal-kompetizzjoni. |
|
2.3 |
Konsiderazzjoni oħra importanti hija li huwa ġeneralment aċċettat li l-kompetizzjoni bejn l-atturi fis-suq li hija ġusta, mingħajr distorsjoni u vijabbli hija l-aħjar garanzija għall-konsumaturi sabiex il-kwalità u l-għażla tal-merkanzija jilħqu l-istennijiet tagħhom. Madankollu, m'għandux jintesa li ħafna ċirkostanzi oħra jinfluwenzaw l-hekk imsejjaħ benefiċċju għall-konsumatur: l-istat ġenerali tas-soċjetà, materjal favorevoli jew ta' żvantaġġ u fatturi morali/spiritwali, eċċ. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-KESE jew il-Kumitat) jixtieq ipoġġi lir-Rapport mid-DĠ Kompetizzjoni f'kuntest ġenerali, u jiddiskutih mill-perspettiva tal-valuri tal-Kumitat li jagħmlu parti mill-kompitu tiegħu. |
3. Applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 u 82 TKE
|
3.1 |
Meta l-Kummissjoni Ewropea teżerċita l-poteri ta' l-infurzar tal-liġi skond id-dispożizzjonijiet antitrust (dwar l-imġiba anti-kompetittiva) ta' l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat ta' Ruma, dawn huma immirati lejn intrapriżi (5) fl-Istati Membri; l-azzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu għalhekk jitqabblu ma' l-eżerċizzju ta' kompetenza kważi-ġudizzjali, fis-sens li tiġġudika l-imġiba fis-suq tal-kumpaniji ex post, skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni. Din l-attività, li ilha l-kompitu tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (DĠ COMP) tal-Kummissjoni mill-bidu tas-snin 60, tirrifletti fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, li, flimkien mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (fl-appelli), żviluppat sistema legali ta' preċedenti awtoritattivi tul perijodu ta' ħamsa u erbgħin sena. Il-ġurisprudenza li akkumulat b'dan il-mod permezz tal-ġudizzju ta' sitwazzjonijeit differenti fis-suq hija waħda mis-suċċessi l-iktar prezzjużi ta' l-acquis communautaire. |
|
3.2 |
Ir-Rapport ta' l-2005 jagħmilha ċara li d-DĠ COMP huwa konxju ferm ta' l-aspetti importanti kollha tal-kompetizzjoni ekonomika ġewwa u barra l-UE u tar-rwol tiegħu li jassigura l-ħarsien legali ta' dan. Dan huwa iktar u iktar il-każ għax il-ġurisprudenza Ewropea sostantiva tista' tiġi applikata wkoll minn awtoritajiet u qrati nazzjonali tal-kompetizzjoni; għalhekk, dawn ir-regoli qegħdin, b'mod kontinwu, ifasslu l-prassi legali Ewropej u nazzjonali. Fir-rigward ta' l-2005, il-KESE jixtieq jikkumenta dwar l-inizjattivi, il-proposti u l-miżuri li ġejjin: |
|
3.2.1 |
Regoli għall-aċċess għall-fajls tal-Kummissjoni Ewropea fil-każijiet antitrust u ta' l-amalgamazzjonijiet: Din dejjem hi kwistjoni delikata fil-proċeduri u d-dettalji rilevanti huma kontinwament mibdula mill-Kummissjoni sabiex jittejbu. Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa importanti li jkun assigurat li l-intrapriżi interessati fil-proċeduri ta' l-antitrust jew amalgamazzjonijiet ikollhom aċċess għal fajls kemm fil-verżjoni fuq il-karta kif ukoll elettronika. Ir-regoli l-ġodda jieħdu post dokument preċedenti li ġie adottat fl-1997. |
|
3.2.2 |
Talba ta' informazzjoni lil kwerelanti potenzjali sabiex jgħinu l-infurzar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni: Huwa interessanti li din it-talba ġiet ippubblikata fir-Rapport li qiegħed jiġi rivedut. Tenfasizza d-diffikultajiet assoċjati mas-sorveljanza tas-swieq mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, u ssejjaħ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet professjonali sabiex jaqdu rwol attiv fit-tnedija u t-twettiq ta' investigazzjonijiet (eż. il-ġbir ta' evidenza) ta' ksur sinifikanti tal-liġi tal-kompetizzjoni. |
|
3.2.3 |
Dokument għad-diskussjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 82 TEC (abbuż ta' pożizzjoni dominanti): L-għan tad-DĠ COMP kien li jiġġenera dibattitu speċjalista dwar l-imġiba antikompetittiva esklużjonarja ta' kumpaniji li għandhom biżżejjed saħħa fis-suq sabiex jinfluwenzaw l-imġiba tal-kompetituri tagħhom bil-għan li jiksbu vantaġġi unilaterali fuqhom. Iktar minn 100 kontribuzzjoni saru għad-dokument ta' diskussjoni (li jservi bħala bażi għal linji ta' gwida futuri). Il-maġġoranza tenfasizza l-ħtieġa għal analiżi ekonomika tas-suq u ta' l-atturi rilevanti. Ma tistax tiċċaħħad il-verità ta' dawn l-osservazzjonijiet. Madankollu, ħafna mill-kontribuzzjonijiet enfasizzaw li huwa importanti li jiġi rikonoxxut il-prinċipju li ma jkunx hemm tfixkil għal kumpaniji effiċjenti fil-ħidma tagħhom ta' l-istrateġiji fis-suq. Għalhekk, din it-teorija attwalment fil-moda, minflok ma tikkundanna b'mod strett l-imġiba inġusta fis-suq, tirrakkomanda iktar indulġenza (“ir-regola tar-raġuni”) għal strateġiji kummerċjali li huma effettivi iżda aggressivi. Madankollu, skond il-ġurisprudenza Ewropea (6) ideat bħal dawn m'humiex konsistenti ma' l-intolleranza ta' imġiba inġusta fis-suq immirata lejn l-eliminazzjoni ta' kompetituri mhux mixtieqa, li huwa l-approċċ l-iktar mifrux fuq il-livell Ewropew (7). M'hemm l-ebda dubju li d-definizzjoni tal-linji tal-fruntieri li atturi ewlenin fis-suq ma jistgħux jaqsmu hija dilemma fundamentali għall-politiki tal-kompetizzjoni. Fid-dawl tar-rwol tal-KESE fejn jiddefendi l-interessi tas-soċjetà ċivili (SMEs (8), ħaddiema, konsumaturi, eċċ.) huwa jistenna r-riżultat ta' dan id-dibattitu b'mod ħerqan. |
|
3.2.4 |
Il-Linji ta' Gwida għall-Evalwazzjoni ta' Impatt jipprovdu għal eżami selettiv ta' l-inizjattivi leġislattivi u politiki kollha li huma inklużi fil-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Kummissjoni Ewropea mil-lat ta' impatti potenzjali pożittivi jew negattivi fuq il-kompetizzjoni: L-għan huwa li “jiġu evitati restrizzjonijiet mhux neċessarji jew disproporzjonati tal-kompetizzjoni”, sa mill-fażi leġislattiva Ewropea. Sforzi sabiex jitkejlu l-impatti potenzjali fuq is-swieq (liema?) huma provi ta' kemm sar għandha għeruq fondi l-idea ta' kompetizzjoni “vigoruża” jew “perfetta” (jiġifieri ġusta u mingħajr distorsjoni) fl-approċċ tal-Kummissjoni. Il-KESE huwa tal-fehma li l-“kompetizzjoni” għandha titqies f'sens ħafna iktar wiesa' u li, speċjalment fil-każ tal-konsumaturi, il-ħaddiema u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, l-interessi fuq perijodu fit-tul jistgħu jiddifferixxu b'mod konsiderevoli mill-interessi immedjati li jassiguraw kondizzjonijiet favorevoli għall-kompetizzjoni “perfetta” (9). |
|
3.2.5 |
Il-Green Paper dwar azzjonijiet ta' danni fil-vjolazzjoni tar-regoli antitrust tal-KE. L-opinjoni reċenti tal-KESE tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar il-Green Paper kienet pożittiva dwar l-isforzi tal-Kummissjoni f'dan il-qasam. Il-pubblikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-Green Paper dwar l-azzjonijiet ta' danni fil-vjolazzjoni tar-regoli antimonopolistiċi tal-KE, fetħet dibattitu wiesa' u siewi dwar il-bżonn li jsir iktar faċli għal dawk milquta minn prassi antikompetittivi li jirkupraw id-danni. Fl-opinjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 (INT/306), il-KESE jistqarr li, fost affarijiet oħra, l-għan huwa li jassigura l-ħarsien effettiv għal dawk kollha kkonċernati mis-Suq Uniku Ewropew. Fid-dawl tal-moviment liberu tal-merkanzija, għandu jkun hemm livell ta' uniformità fil-pajjiżi kollha f'termini ta' drittijiet u obbligazzjonijiet kontrattwali. Fejn jidħlu t-transazzjonijiet kummerċjali transkonfinali, l-isforzi għandhom isiru sabiex jinkiseb ċertu livell ta' armonizzazzjoni bejn is-sistemi varji ta' liġi nazzjonali. |
|
3.2.5.1 |
It-tieninett, għandha titqies l-eżistenza ta' l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali (NCA), li d-dmir tagħhom huwa li jiddeterminaw x'inhuma l-prassi projbiti, u li jistabbilixxu s-sanzjonijiet ekonomiċi li jistgħu jiġu imposti fuq kumpaniji li jiksru r-regoli. |
|
3.2.6 |
It-tnedija ta' stħarriġ settorjali fis-setturi tal-gass u l-elettriku li ġew liberalizzati reċentement: Dawn l-eżamijiet ser jgħinu sabiex jiġi kkjarifikat x'qiegħed jiġri verament f'dawn is-setturi importanti ferm u wiesgħin — setturi li fihom il-liberalizzazzjoni ilha meqjusa bħala rimedju għal kollox. Sar żmien biżżejjed li swieq lokali, nazzjonali u saħansitra usa' jkunu soġġetti għal skrutinju imparzjali sabiex jinxteħed id-dawl fuq sitwazzjonijiet monopolistiċi numerużi li huma ta' detriment għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-intrapriżi. |
|
3.2.7 |
Komunikazzjoni elettronika: Hemm nuqqas ta' sodisfazzjon li qiegħda tikber bis-swieq Ewropej tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li qegħdin isiru iktar integrati. Ir-rati bl-ingrossa ta' l-operaturi tan-netwerk ċellulari għas-servizzi internazzjonali tar-roaming huma għoljin wisq. Għal din ir-raġuni, DĠ COMP nieda investigazzjonijiet billi ssottometta dikjarazzjonijiet ta' l-oġġezzjonijiet lill-kumpaniji operazzjonali. Il-konklużjoni provviżorja ta' l-investigazzjoni kienet li tnejn mit-tliet kumpaniji Ġermaniżi kienu qegħdin jabbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom billi jżommu “prezzijiet inġusti u eċċessivi”. |
|
3.2.7.1 |
Il-KESE jixtieq jieħu din l-opportunità sabiex jistqarr frankament li l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 82 TKE (10) ġie infiltrat b'mod progressiv minn “prezzijiet eċċessivi”, kemm bħala kunċett kif ukoll bħala espressjoni, filwaqt li l-kliem eżatt tat-Trattat jirreferi biss għall-“impożizzjoni ta' prezzijiet inġusti”, jiġifieri ta' prezzijiet mhux ġusti jew mhux iġġustifikati. Ir-raġuni għaliex il-Kummissjoni Ewropea s'issa rrifjutat li tinvestiga u tieħu azzjoni kontra mġiba tas-suq li tgħolli l-prezzijiet min-naħa tal-kumpaniji dominanti hija r-riluttanza tagħha li tagħti definizzjoni ta' prezzijiet “tajbin” u “ħżiena” (11) (speċjaliment fir-rigward ta' servizzi pprovduti f'pajjiżi differenti). Madankollu, id-domanda għas-servizzi internazzjonali (roaming) minn operaturi tat-telefowns ċellulari qiegħda tiġi intensifikata u l-klijenti qegħdin isiru iktar sensittivi għall-prezzijiet fl-imġiba tagħhom. Bir-raġun iħossu li saħansitra l-iċken żidiet fil-prezzijiet jistgħu jkunu “inġusti”, mingħajr ma jkunu verament “eċċessivi”. Il-KESE jistenna bil-ħerqa l-konklużjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f'dan il-każ u oħrajn li huma simili. |
|
3.2.8 |
Deċiżjoni tal-multa għall-kumpanija AstraZeneca għall-użu ħażin tas-sistema regolatorja: Il-Kummissjoni adottat approċċ ġdid għall-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 82 (KE) meta mmultat lil AstraZeneca AB u AstraZeneca Plc (AZ) EUR 60 miljun għall-vjolazzjonijiet ta' l-Artikolu 82 TKE (u l-Artikolu 54 tat-Trattat taż-Żona Ekonomika Ewropea). L-abbuż min-naħa tal-kumpaniji amalgamati kien li — sabiex iżommu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tħallihom iżommu prezzijiet għoljin għal ħafna prodotti f'ħafna swieq — niedu proċeduri uffiċjali bażati fuq regolament tal-Kunsill u b'hekk kisbu ċertifikat supplimentari ta' protezzjoni relatat mal-brevett tal-prodott tagħhom ta' kontra l-ulċeri, Losec. L-abbuż involva l-provvista ta' informazzjoni li tiżgwida lill-awtoritajiet u l-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet, li rriżulta fl-estensjoni tal-brevett. Konsegwentement, il-validità tal-brevett Losec ma setax jitqies bħala skadut. B'riżultat ta' dan, Losec ma sarx prodott ġeneriku, u kumpaniji iżgħar kapaċi li jbigħu fis-suq dan il-prodott ta' kontra l-ulċeri kienu mfixkla milli jimmanifatturawh bi prezz ħafna iktar baxx mill-kumpanija AstraZeneca. B'hekk, l-effett tad-dewmien ta' l-iskadenza tal-brevett laqat ħażin lill-konsumaturi b'mod indirett. |
|
3.2.8.1 |
In-novità ta' din il-proċedura antimonopolistika kienet li fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet li saħansitra jekk ir-rimedji taħt il-proċedura ta' l-estensjoni tal-brevett kienu disponibbli għall-kompetituri, dan ma jeskludix l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 82 (KE). Il-kumpaniji AstraZeneca kienu f'pożizzjoni dominanti fis-swieq rilevanti Ewropej (u oħrajn) u l-abbuż sar permezz ta' proċeduri mnieda b'mod frodulenti. |
|
3.2.8.2 |
Il-KESE jieħu din l-opportunità sabiex jenfasizza li dan it-tip ta' imġiba fis-suq iktar jagħmel mal-kategorija ta' “prassi inġusti tal-bejgħ fis-suq” (12), li għadhom ma jaqgħux taħt il-kompitu tad-DĠ Kompetizzjoni. F'din l-okkażjoni partikulari l-abbuż ġie mressaq minn pożizzjoni dominanti, iżda hemm ħafna eżempji oħra ta' kumpaniji li jaġġixxu b'mod simili, irrispettivament mis-saħħa tagħhom fis-suq, mingħajr ma jiġu ppenalizzati. Jekk qegħdin naħsbu f'termini ta' swieq Ewropej integrati, irridu nniedu wkoll protezzjoni aħjar għall-konsumaturi u kompetituri, li ta' sikwit huma SMEs. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ AstraZeneca tawgura ċans tajjeb ta' progress f'din id-direzzjoni. |
|
3.2.9 |
Deċiżjoni fir-rigward tal-fiduċjarju tas-sorveljanza fil-każ ta' qabel tal-Microsoft: Dan il-każ magħruf kellu riperkussjonijiet u lezzjonijiet sinifikanti għall-kumpaniji Amerikani, li ntebħu li s-sistema legali Ewropea taġġixxi bħala għassies (watchdog) saħansitra fir-rigward ta' atturi tas-suq b'saħħithom li m'humiex parti mill-UE. L-aħħar deċiżjoni turi kemm hi flessibbli l-Kummissjoni Ewropea billi fittxet u sawret soluzzjonijiet li huma aċċettabbli b'mod reċiproku li jiffaċilitaw lill-kumpaniji li qegħdin jiksru l-liġi komunitarja sabiex jerġgħu jikkonverġu fil-kondizzjonijiet kompettitivi normali. Fil-fatt, in-nomina tal-fiduċjarju (13) li jissorvelja l-isforzi ta' din il-kumpanija kbira ta' l-IT tikkonforma mar-rimedji preskritti mid-Deċiżjoni hija għodda msellfa minn prassi ta' kontroll ta' l-amalgamazzjonijiet u tirrifletti l-intenzjonijiet tajba tad-DĠ COMP f'termini tal-kooperazzjoni tal-ftehim dwar disputi. |
|
3.2.10 |
It-tnedija ta' stħarriġ fis-servizzi finanzjarji: Il-Kumitat japprova l-istħarriġ li ġie inizjat fil-qasam tal-kards tal-ħlas u s-servizzi bankarji bl-imnut (kontijiet kurrenti u għodod ta' l-iffinanzjar tal-SMEs), kif ukoll stħarriġ f'każ partikulari li jinvolvi l-assigurazzjoni ta' l-intrapriżi (ara punt 2.2.10.2). |
|
3.2.10.1 |
Fir-rigward tas-servizzi bankarji msemmija hawn fuq, il-kompetizzjoni tidher imfixkla mill-barrieri għad-dħul, in-nuqqas ta' għażla vera u preżumibilment, pożizzjonijiet dominanti eżistenti. |
|
3.2.10.2 |
Fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' l-intrapriżi, l-istħarriġ tas-settur “ser jeżamina b'mod partikulari l-punt sa fejn tasal il-kooperazzjoni fost l-assiguraturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni f'oqsma bħat-twaqqif ta' kondizzjonijiet standard tal-poloz (14). Filwaqt li f'ħafna każijiet kooperazzjoni bħal din tista' tikkawża effiċjenzi, forom ta' kooperazzjoni li jistgħu jkunu ta' distorsjoni jistgħu jillimitaw il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq”. |
|
3.2.11 |
Proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku u l-kuntratti tat-trasport tal-passiġġieri fuq it-toroq, fuq il-ferroviji u fil-passaġġi ta' l-ilma interni: Il-proposta riveduta dwar il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku u l-kuntratti tat-trasport tal-passiġġieri jista' jippromovi l-involviment ta' l-SMEs li huma attivi f'dawn l-oqsma, li b'hekk jitpoġġew f'pożizzjoni aħjar sabiex jipparteċipaw fit-trasport lokali. |
|
3.2.12 |
It-twaqqif ta' Direttorat għall-Kartelli speċjalizzat fil-ġlieda kontra l-kartelli iebsin: il-KESE jappoġġja bil-qalb kollha l-progress li nkiseb fit-trattament professjonali tal-każijiet tal-kartelli. |
|
3.2.13 |
Mill-1 ta' Mejju 2004, Regolamenti 1/2003 u 773/2004 dwar il-proċeduri antitrust introduċew sistema ġdida għall-identifikazzjoni ta' intenzjonijiet u effetti ta' ftehim li huma potenzjalment antikompettitivi li ser jiġu konklużi mill-atturi tas-suq. Notifiki għall-ksib ta' pożizzjoni preliminarja ta' l-awtorità tal-kompetizzjoni dwar in-natura potenzjalment anti-kompetittiva tal-ftehim ippjanat għall-intrapriża konġunta u l-kooperazzjoni (orizzontali u vertikali) ma jistgħux ikunu ppreżentati iktar la lill-Kummissjoni Ewropea u lanqas lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri. Dan ifisser li minflok eżenzjoni individwali, fil-forma ta' “ittra ta' konfort” (comfort letter) jew “approvazzjoni negattiva” (negative clearance) kif maħruġa mid-DĠ COMP qabel l-1 ta' Mejju 2004, jaqa' f'idejn il-kumpaniji nnifishom sabiex jeżaminaw bir-reqqa l-aspetti kollha tal-ftehim ippjanat għat-twaqqif tal-konforma ma' xi (jew kull) kondizzjoni ppreżentata fl-Artikolu 81(3) TKE (15) għall-effetti benefiċi fis-swieq rilevanti. Waħda minn dawn il-kondizzjonijiet hija li jekk ftehim bħal dan (normalment ftehim ta' intrapriża konġunta) jiġi konkluż f'ċertu suq u huwa ta' benefiċċju għall-parteċipanti, il-benefiċċji għandhom jitqassmu mal-konsumaturi. |
|
3.2.13.1 |
Il-KESE jixtieq jenfasizza li n-nuqqas li tintlaqa' l-kondizzjoni ppreżentata fl-aħħar sentenza tal-paragrafu ta' qabel għandu jkun bażi għall-konsiderazzjoni ta' ċerta mġiba bħala anti-kompetittiva. Fl-evalwazzjoni tal-ftehim li jmorru kontra l-Artikolu 81(1), il-Kummissjoni għandha tikkwalifika kwalunkwe evidenza li tipprova li l-imġiba kienet intenzjonata li tiżvantaġġa l-konsumaturi bħala ċirkostanza aggravanti. |
4. Il-kontroll ta' l-amalgamazzjonijiet
|
4.1 |
Dmir importanti għall-Kummissjoni huwa li teżamina l-istrutturi previsti tas-suq u d-dominanza li tinħoloq mill-amalgazzjonijiet minn kumpaniji li bi ħsiebhom jikkonċentraw il-kapaċitajiet ta' l-iżvilupp u l-manifattura u l-bejgħ fis-suq sabiex itejbu l-pożizzjoni u s-saħħa tagħhom fis-suq. Mhux biss l-amalgamazzjonijiet iżda l-intrapriżi konġunti wkoll jistgħu jitqiesu bħala konċentrazzjonijiet jekk il-poteri eżekuttivi huma kkonċentrati fi struttura tal-ġestjoni unika unifikata u jekk il-parteċipanti varji jaġġixxu bħala attur tas-suq uniku fis-suq rilevanti. Il-benefiċċji tal-konċetrazzjonijiet jinkludu żieda fl-effiċjenza, żvilupp aċċelerat tal-prodotti, spejjeż iktar baxxi u sinerġiji fil-livell tal-ġestjoni. Madankollu, mill-perspettiva tal-politika tal-kompetizzjoni, il-konċentrazzjonijiet jistgħu jkunu żvantaġġużi peress li l-aggregazzjoni tal-poteri tas-suq jistgħu joħolqu d-dominanza, li fiha nnifisha hija assoċjata ma' riskju għoli ta' abbuż. Kultant l-amalgamazzjonijiet jistgħu jkollhom impatt negattiv. Bosta studji wrew li mhux dejjem itejbu l-effiċjenza jew it-tkabbir; fuq perijodu fit-tul, il-profitti u l-valur ta' kumpanija jistgħu saħansitra jsofru b'riżultat ta' dan. L-amalgamazzjonijiet jistgħu jwasslu wkoll għal telf sostanzjali ta' impjieg. B'hekk, fl-evalwazzjoni ta' l-amalgamazzjonijiet, huwa importanti wkoll li jitqiesu l-aspetti tal-politika soċjali u tax-xogħol (eż. impjiegi). L-aħjar mezz ta' evalwazzjoni ta' jekk l-effetti ta' konċentrazzjoni ppjanata jistgħux joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni huwa li jsir kontroll ta' l-aspetti varji ta' l-amalgamazzjoni rilevanti kontra l-kondizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 81(3) TKE (ara Nota 12). Jekk li-istruttura tas-suq u s-saħħa tas-suq tal-kumpaniji involuti fl-amalgamazzjoni jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ippreżentati f'dan l-artikolu, il-konċentrazzjoni hija kkunsidrata aċċettabbli. Din hija konnessjoni importanti bejn il-kontroll ta' l-amalgamazzjoni (li huwa essenzjalment għodda tal-politika industrijali) u r-regoli ta' l-antitrust, li jgħinu lill-awtoritajiet sabiex japplikaw politika tal-kompetizzjoni fis-sens iktar strett tat-terminu. |
|
4.1.1 |
Kumpaniji li jaqbżu ċerti limiti għad-dħul annwali fl-UE jew globalment għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea ta' l-intenzjoni serja tagħhom li jġibu fis-seħħ poter konġunt fis-suq (konċentrazzjonijiet), fejn id-DĠ Kompetizzjoni jniedi Fażi I u kultant proċeduri ta' Fażi II. L-obbligazzjoni ta' notifika lill-Kummissjoni ma tiddependix fuq is-saħħa fis-suq; li tikkunsidra l-Kummissjoni huwa jekk il-konċentrazzjoni rilevanti tnaqqasx il-kompetizzjoni b'mod sinifikanti, per eżempju billi toħloq jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti. |
|
4.2 |
Wieħed mill-objettivi ewlenin (jew riżultati mistennija) tal-kontroll ta' l-amalgamazzjoni huwa l-promozzjoni tal-kompetittività internazzjonali tal-manifatturi u d-distributuri Ewropej (16). Il-problema inerenti assoċjata mal-prassi ta' l-UE hija li l-kumpaniji tant jiksbu pożizzjoni b'saħħitha fis-suq permezz ta' l-amalgamazzjonijiet li jistgħu jkunu ttantati li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-suq komuni. Il-Kummissjoni għamlet sforzi ċari sabiex tpatti għal dan ir-riskju billi imponiet kondizzjonijiet varji għall-ikklerjar (jiġifieri “rimedji”) li jippreskrivu l-bejgħ ta' l-assi, il-bejgħ tal-proprjetà industrijali, il-waqfien tad-distribuzzjoni f'ċertu pajjiżi eċċ. Madankollu, wara studju ta' l-istatistiċi impressjonanti dwar l-amalgamazzjonijiet wieħed jista' jikkonkludi li dawn ma jagħtu l-ebda indikazzjoni jekk:
|
|
4.3 |
F'Ottubru 2005, id-DĠ Kompetizzjoni ppubblika Studju dwar Rimedji għall-Amalgamazzjonijiet (Merger Remedies Study) b'deskrizzjoni dettaljata ta' l-impennji imponuti fuq il-kumpaniji u l-prerekwiżiti għall-ikklerjar sabiex jitnaqqsu l-effetti preżunti bħala anti-kompetittivi, flimkien ma' evalwazzjonijiet dettaljati li jsiru wara (ex post) ta' dawk l-impennji. F'iktar minn 40 fil-mija tal-każijiet approvati, inħolqu kwistjonijiet serji mhux solvuti (trasferiment mhux komplut ta' intrapriżi li biegħu l-assi, tqassim mhux korrett ta' l-assi, eċċ.). Dan jista' jitqies bħala tfakkir tal-ħtieġa li tiġi evalwata kwalunkwe imġiba anti-kompettitiva potenzjali li tmur kontra l-Artikolu 82 (KE) fid-dawl tal-poter imsaħħaħ fis-suq tal-partijiet interessati li jinħoloq minn amalgamazzjonijiet ikklerjati. |
5 Għajnuna Statali
|
5.1 |
Wieħed mid-dmirijiet ewlenin tad-DĠ Kompetizzjoni huwa s-sorveljanza ta' l-attività ta' l-Istati Membri: liema intrapriżi rċevew appoġġ finanzjarju, u fuq liema bażi? Billi l-Unjoni Ewropea timmira li tassigura “sitwazzjonijiet bl-istess kondizzjonijiet” għall-kumpaniji kollha li huma attivi fis-suq komuni, l-idea ta' “Għajnuna Statali” ġiet imfissra bir-reqqa u interpretata b'mod konsistenti fir-rigward tal-politiki industrijali tal-gvern. L-iskrutinju jestendi mhux biss sa l-intervenzjonijiet finanzjarji diretti, iżda wkoll sat-tnaqqis fit-taxxa, kif ukoll kwalunkwe tip ta' vantaġġ ieħor mogħti lill-intrapriżi fuq bażi selettiva; dawn jistgħu jkunu meqjusa bħala inaċċettabbli mill-Kummissjoni Ewropea jekk joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
5.2 |
Fl-2005, id-DĠ Kompetizzjoni pprova jasal għal fehma aħjar ta' l-objettivi ta' l-għajnuna Statali fl-Istati Membri u r-regoli li japplikaw għall-allokazzjoni tagħha. L-għan ta' din l-inizjattiva kien li tikkontribwixxi lejn is-suċċess ta' l-aġenda ta' Lisbona billi tuża l-għajnuna sabiex issaħħaħħ il-kompetittività ta' l-ekonomija sħiħa ta' l-UE. Bil-għan li tittejjeb il-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati (jiġifieri korpi statali, intrapriżi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom) u t-tmexxija ta' fondi pubbliċi lejn setturi fejn jistgħu jiġu użati b'mod effiċjenti, nediet Pjan ta' Azzjoni għall-Għajnuna Statali (17). Il-prinċipji ta' gwida tal-Pjan ma jinfirdux mill-prassi eżistenti iżda jimmiraw li jsawru prassi aħjar li għalihom l-Istati Membri jistgħu jadattaw ruħhom. Xi kummenti: |
|
5.2.1 |
L-eżempji “tajbin u ħżiena” ppreżentati fir-Rapport jirriflettu l-varjetà ta' raġunijiet li għalihom tista' tingħata l-għajnuna Statali. L-għan li jintużaw fondi pubbliċi “effettivament għall-benefiċċju ta' ċittadini Ewropej f'termini ta' titjib fl-effiċjenza ekonomika, li tiġġenera iktar tkabbir u impjiegi sostenibbli, koeżjoni soċjali u reġjonali, titjib tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, ta' l-iżvilupp sostenibbli u tad-diversità kulturali” (18) huwa, naturalment approvat bis-sħiħ mill-KESE. Madankollu, fid-dawl tal-kondizzjonijiet fqar minħabba l-infrastruttura sottożviluppata u l-klima kummerċjali mhux favorevoli għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll żvantaġġi oħra — speċjalment fl-Istati Membri l-ġodda — il-KESE ma jistax jappoġġja l-objettiv li titqassam inqas għajnuna Statali. |
|
5.2.2 |
Jidher li l-ħolqien ta' kondizzjonijiet finanzjarjament favorevoli għall-kumpaniji konvenzjonali li jinsabu fi kriżi permezz ta' l-estensjoni ta' l-għajnuna sabiex jissalvaw jew jiġi ristrutturati għadu kwistjoni importanti f'bosta Stati Membri. Mil-lat ta' l-impjieg, il-KESE ma tistax tikkritika dan. Madankollu, kien hemm bosta każijiet li fihom il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha fir-rigward tal-vijabilità ta' l-għajnuna li sservi sabiex terġa' ġġib lill-kumpaniji salvati għal pożizzjoni ekonomika bbilanċjata. |
|
5.2.3 |
Skond pakkett ta' miżuri legali mniedi f'Lulju u kkoordinat mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna Statali, “kumpaniji jistgħu jirċievu appoġġ pubbliku sabiex ikopru l-ispejjeż kollha, inkluż profitt raġonevoli, fil-qadi ta' kompiti ta' servizz pubbliku kif imfissrin u fdati lilhom mill-awtoritajiet pubbliċi.” Billi jgħinu lil kumpaniji (wisq probabbli SMEs ta' importanza lokali) f'diffikultajiet finanzjarji, possibilitajiet bħal dawn jistgħu jservu ta' eżempji tajbin ta' kif il-fondi pubbliċi jistgħu jiġu wżati b'mod effettiv għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-intrapriżi ta' l-UE. |
6. It-tmexxija tan-Netwerk Ewropea tal-Kompetizzjoni (ECN)
|
6.1 |
Is-sena 2005 kienet l-ewwel sena sħiħa li fiha l-bidliet għall-proċeduri antitrust introdotti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 bdiet taħdem. Dan ifisser li
|
|
6.2 |
Ir-Rapport li qiegħda tirrevedi din l-opinjoni jagħmilha ċara li qrati nazzjonali rari jiġu involuti fl-infurzar tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni, u m'hemm l-ebda prospett immedjat li jingħelbu l-problemi f'dan il-qasam. Waħda mir-raġunijiet ewlenin tista' tkun li ġurisdizzjoni tal-prim'istanza fil-liġi tal-kompetizzjoni tvarja minn pajjiż għal ieħor. Raġuni oħra hija li s'issa l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali biss kienet disponibbli, filwaqt li — minkejja l-fatt li l-armonizzazzjoni leġislattiva kellha impatt sinifikanti ħafna fuq is-sistemi legali ta' l-Istati Membri — għad fadal differenzi bejn il-liġi Ewropea u l-liġijiet nazzjonali f'ħafna Stati Membri. Għalissa, jidher li saħansitra il-partijiet litiganti huma riluttanti li jressqu każijiet fil-qrati nazzjonali (19). |
|
6.3 |
Raġuni mistura hija li l-ġurisprudenza Ewropea, li hija fil-fatt waħda mis-sorsi veri tal-liġi tal-kompetizzjoni, m'hijiex faċilment disponibbli għall-imħallfin fl-Istati Membri. Sa fejn hija kkonċernata l-liġi proċedurali, sommarji konċiżi ta' sitwazzjonijiet proċedurali differenti flimkien ma' referenzi għal preċedenti huma disponibbli, iżda l-manwali simili għal-liġi sostantiva (20) għadhom ma ġewx ikkompilati mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja. L-ewwel pass lejn l-applikazzjoni usa' ta' l-artikoli attwali Ewropej dwar l-antitrust mill-Qrati ta' l-Istat Membru għandu jkun il-kompilazzjoni ta' l-iktar każijiet ta' eżempju importanti (u kkwotati ta' sikwit) flimkien ma kunċetti u tifsiriet ta' spjegazzjoni f'manwal, issupplimentat minn stqarrijiet u konklużjonijiet mid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Il-kompilazzjoni għandha naturalment tiġi tradotta fil-lingwi kollha nazzjonali, u aġġornata regolarment. Il-Kumitat jemmen ħafna li sakemm il-kollezzjonijiet tal-ġurisprudenza jkunu kompilati u pubblikati fil-lingwi kollha wżati fl-Istati Membri u t-taħriġ fil-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni jkun organizzat għall-imħallfin, l-avukati u l-esperti kollha interessati, l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-kompetizzjoni Ewropea fl-Istati Membri m'hijiex ser tistabbilixxi ruħha. |
|
6.4 |
Fir-rigward tat-twaqqif ta' netwerk li jikkomunika u jikkoopera ma' l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni (u naturalment id-DĠ COMP b'mod partikulari) irnexxielha tpoġġi lin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (ECN) f'pożizzjoni soda fi żmien relattivament qasir. Il-fora u l-gruppi ta' ħidma mfissra fir-Rapport huma konnessjonijiet effetttivi f'sistema ta' kooperazzjoni stabbilita tajjeb li fiha l-NCAs ta' sikwit ħafna jistabbilixxu kuntatti diretti ma' xulxin (saħansitra fil-livell ta' persuni li jimmaniġġjaw il-każijiet) mingħajr l-ebda ħtieġa li Brussel jaġġixxi bħala intermedjarju. Jista' jiġi verament affermat li l-integrazzjoni ma laħqitx dan il-livell fi kwalunkwe parti oħra ta' l-organizzazzjoni ta' l-UE. |
Brussel, is-26 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) L-attività internazzjonali tad-DĠ COMP ta' min isemmiha f'dan il-kuntest billi f'ħafna oqsma u suġġetti tirrappreżenta forma ta' “diplomazija ekonomika applikata” min-naħa ta' l-UE.
(2) ĠU C 94, 17.4.2004. ĠU C 179, 10.7.2004.
(3) Ara paġna 23 paragrafu 35 u paġna 42, paragrafu 115 tar-Rapport.
(4) Artikolu 86 (Trattat KE) huwa applikat mill-Kummissjoni għall-Istati Membri u mhux għall-intrapriżi.
(5) L-intrapriżi m'għandhomx ikunu neċessarjament preżenti fit-territorju ta' Stat Membru. Vantaġġ kbir tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni huwa li jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet sempliċement fuq il-bażi ta' l-effetti ta' mġiba jew ftehim restrittiv.
(6) Paragrafu 341 tad-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2002. — Compagnie générale maritime u Oħrajn kontra l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECR 2002 PII_01011.
(7) Ara l-każ AKZO, ĠU L 374/1, 31.12.1985, paragrafi 74-79.
(8) Li ta' sikwit jisfaw vittmi ta' manuvri bla rażan minn kumpaniji f'pożizzjoni dominanti.
(9) Ara l-opinjoni ta' Zentralverband Gewerblicher Verbundgruppen F.V. Berlin: “Stellungnahme zum Diskussionspapier der Kommission zur Anwendung von Art 82 EG auf Behinderungsmissbraeuche”21.3.2006.
(10) Ara Artikolu 82 TKE.
(11) Ara “Il-Prassi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' prezzijiet eċċessivi fit-Telekomunikazzjonijiet”, (Commission Practice concerning excessive pricing in Telecommunications) Newsletter tal-Politika għall-Kompetizzjoni, p. 36 Ħarġa Nru 2, Ġunju 1998.
(12) Direttiva 2005/29/EC tal-11 ta' Mejju 2005, dwar il-prassi kummerċjali inġusti bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi, premessa 8.
(13) Bi ftehim komplet mal-Microsoft dwar l-għażla tal-persuna li taġġixxi bħala fiduċjarju, fejn l-ispejjeż huma saħansitra koperti mill-kumpanija.
(14) http://europa.eu.int/comm/competition/antitrust/others/sector_inquiries/financial_services/decision_insurance_en.pdf.
(15) §81. (3) Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 jistgħu, madankollu, ikunu ddikjarati bħala mhux applikabbli fil-każ ta':
|
— |
kwalunkwe ftehim jew kategorija ta' ftehim bejn kumpaniji; |
|
— |
kwalunkwe deċiżjoni jew kategorija ta' deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' kumpaniji; |
|
— |
kwalunkwe prassi miftiehma jew kategorija ta' prassi miftiehma, Li tikkontribwixxi lejn it-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni tal-merkanzija jew lejn il-promozzjoni ta' progress tekniku jew ekonomiku, filwaqt li tippermetti li l-konsumaturi jirċievu parti ġusta mill-benefiċċju li jirriżulta, u li ma:
|
(16) L-objettiv ewlieni tal-kontroll ta' l-amalgamazzjoni huwa li jkun assigurat li l-konċentrazzjonijiet ma jfixxklux il-kompetizzjoni b'mod sinifikanti f'sezzjonijiet kbar tas-suq komuni. Per eżempju, skond il-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni, il-kompetittività mtejba ta' kumpanija partikulari fis-swieq globali m'hijiex aċċettabbli bħala argument għall-awtorizzazzjoni għal amalgamazzjoni li tista' toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-UE.
(17) http://europa.eu.int/comm/competition/state_aid/others/action_plan/
(18) SEC(2006) 761 finali.
(19) Jekk il-kumpaniji litiganti huma reġistrati f'bosta Stati Membri u l-imġiba fis-suq tiġi estiża għal iktar minn pajjiż wieħed, jista' saħansitra ma jkunx ċar il-qrati ta' liema pajjiż għandhom ġurisdizzjoni fuq każ.
(20) L-uffiċċji ta' avukati ewlenin diġà fasslu testi komparabbli, iżda huma naturalment għall-użu tagħhom stess.
ANNESS
għall-Abbozz ta' Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi segwenti, li rċevew minn ta' l-inqas kwart tal-voti mixħuta, ma ntlaqgħux matul id-dibattitu.
Punt 3.2.10.1.
Neħħi l-punt.
|
Fir-rigward tas-servizzi bankarji msemmija hawn fuq, il-kompetizzjoni tidher imfixkla mill-barrieri ghad-dhul, in-nuqqas ta' xelta vera u prezumibilment, pozizzjonijiet dominanti ezistenti. |
Raġuni mogħtija mis-Sur Sartorius: |
Il-punt m'huwiex ċar, peress li huwa diffiċli li wieħed jifhem għal liema barrieri, għażliet veri jew pożizzjonijiet dominanti it-test qiegħed jirreferi. Dan jista' jwassal għal konfużjoni sakemm ma tkunx ipprovduta spjegazzjoni ċara, mingħajr ġeneralizzazzjonijiet.
Is-settur bankarju Ewropew huwa probabbilment wieħed mis-setturi l-iktar kompettitivi fl-ekonomija Ewropea. Din il-kompetizzjoni tibbenefika kemm lill-konsumaturi kif ukoll lis-settur.
Jekk dan il-punt qiegħed jirreferi għall-ostakli għal integrazzjoni aħjar tas-settur bankarju bl-imnut fl-Ewropa, id-diffikultajiet ewlenin jirriżultaw min-nuqqas ta' armonizzazzjoni ta' regolamenti għall-ħarsien tal-konsumatur u s-sistemi tat-taxxa. L-armonizzazzjoni għandha tkun enfasizzata. Pass importanti huwa l-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA), li ser iġġib bidliet fundamentali għall-kards tal-kreditu u pagamenti transkonfinali.
Raġuni mogħtija mis-Sur Pater:
Dan il-paragrafu għandu jitneħħa għar-raġunijiet li ġejjin:
it-test huwa vag u għalhekk jista' jagħti l-impressjoni li l-Kumitat huwa oppost għall-barrieri naturali għad-dħul fis-suq tas-servizzi bankarji, li għandhom jassiguraw livell adegwat ta' protezzjoni,
|
— |
m'huwiex ċar għal xiex jirreferi l-kumment dwar in-nuqqas ta' għażla vera, għax is-suq tas-servizzi bankarji huwa wieħed mis-setturi ekonomiċi Ewropej l-iktar kompetittivi, |
|
— |
jekk verament jeżistu pożizzjonijiet dominanti fis-settur (għad-detriment tal-klijenti), id-DĠ COMP — li l-opinjoni tfaħħar iktar minn 20 darba — naturalment mill-ewwel kienet tieħu l-passi neċessarji sabiex timpedixxi l-effetti negattivi, |
|
— |
il-punt joħroġ mil-linja ewlenija ta' l-argument ta' l-opinjoni, u b'hekk it-tneħħija tiegħu mhux biss ma tintroduċix komplessità addizzjonali, iżda tagħmel lill-opinjoni sħiħa iktar ċara u konċiża. |
|
— |
Raġuni mogħtija mis-Sur Burani: |
L-affermazzjoni li l-kompetizzjoni fis-servizzi bankarji hija “mħassra” sempliċiment m'hijiex appoġġjata mill-fatti, kif jista' jiċċekkja kullħadd. M'hemm l-ebda indikazzjoni ta' x'inhuma, jew ta' x'tip huma dawn il-“barrieri għad-dħul” — fi kwalunkwe każ, ma jeżistux (jekk jeżistu, għandhom jiġu identifikati). Fir-rigward tal-libertà ta' l-għażla, hemm eluf ta' banek fl-UE kollha f'kompetizzjoni qawwija ma' xulxin f'termini kemm ta' kwalità tas-servizz kif ukoll ta' prezzijiet.
Fir-rigward ta' “pożizzjonjijet dominanti”, il-konsumaturi qegħdin ikomplu jkollhom għażla bejn banek ta' kull tip u qies, li jvarjaw minn organizzazzjonijiet multinazzjonali għal banek privati u kooperattivi lokali. Kieku jeżistu pożizzjonijiet bħal dawn, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej żgur li ilhom li ħadu azzjoni: dan sal-lum għadu ma ġarax. Il-punt sħiħ sempliċement jirrepeti numru ta' klixejiet dwar ir-restrizzjonijiet tal-libertà tal-provvediment tas-servizzi fir-rigward tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, mingħajr evidenza ta' ġustifikazzjoni jew eżempji.
Votazzjoni:
Favur: 66
Kontra: 71
Astenzjonijiet 25
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/29 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għad- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-livell ta' kwalità ta' l-ambjent fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li jemenda d-Direttiva 2004/35/KE
COM(2006) 232 finali — 2006/0086 COD
(2007/C 168/05)
Nhar l-10 ta' Novembru 2006, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 175 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-livell ta' kwalità ta' l-ambjent fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li jemenda d-Direttiva 2004/35/KE
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Nilsson.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b' 118-il vot favur, 2 voti kontra u 7 astensjonijiet.
1. Kontenut essenzjali ta' l-opinjoni
|
1.1 |
Il-KESE jilqa' l-istrateġija tematika fil-livell ta' l-UE għall-protezzjoni tal-ħamrija u japprova, fil-prinċipju, l-istabbiliment ta' direttiva ta' qafas. |
|
1.2 |
L-istrateġija trid tiffoka fuq oqsma fejn il-problema hija l-aktar serja u fejn it-theddida għall-art tajba għall-biedja hija l-akbar, eż. tibdil fl-użu tal-ħamrija (fejn art tajba għall-biedja tittieħed għall-bini, toroq, eċċ.), żoni industrijali mniġġsa u siġillar ta' uċuħ ta' l-art. L-istrateġija ta' l-UE trid tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
|
1.3 |
L-ispejjeż tat-tħarbit tal-ħamrija jridu jitħallsu minn dawk li jkunu responsabbli għad-dannu f'każijiet fejn dan ikun proporzjonat, pjuttost milli primarjament mill-utent ta' l-art. |
|
1.4 |
Jekk ir-raġuni l-għala tintuża direttiva ta' qafas tkun biex tiġi żgurata bażi komuni, l-Istati Membri jrid ikollhom livelli simili ta' ambizzjoni, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
1.5 |
Prattiċi tajbin fl-agrikoltura u l-kultivazzjoni tal-foresti jżommu u jtejbu l-ħamrija. |
|
1.6 |
Il-fatt li art tajba għall-biedja tintuża għall-produzzjoni ta' l-ikel, iġagħlek tissupponi li art naturali tkun ittieħdet għal skopijiet ta' kultivazzjoni. Konsegwentement, xi impatt huwa inevitabbli. |
|
1.7 |
Il-KESE jikkundanna n-nuqqas tal-Kummissjoni sa issa li tippreżenta l-proposta abbozzata mill-ġdid tagħha għal direttiva riveduta ġdida dwar il-ħama tad-drenaġġ u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżentaha mingħajr dewmien, billi din hija waħda mill-pilastri fil-protezzjoni tal-ħamrija għal art agrikola u biex tiżgura li l-kontaminazzjoni minħabba l-preżenza ta' sustanzi perikolużi ma tiżdiedx. |
|
1.8 |
Ir-restawr tal-ħamrija stabbilit fl-Artikolu 1 (suġġett u kamp ta' applikazzjoni) irid jiġi ġestit skond is-sitwazzjonijiet speċifiċi u għandu jiġi stmat każ b'każ. |
|
1.9 |
Il-politiki settorjali tal-pajjiż ma jridux iwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 3. |
|
1.10 |
Ir-rekwiżiti ta' l-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 4 iridu jkunu raġonevolment proporzjonati. |
|
1.11 |
Artikolu 12 irid jiġi fformulat mill-ġdid fir-rigward ta' l-obbligu tax-xerrej prospettiv sabiex jipprovdi rapport f'ċerti każijiet. |
|
1.12 |
Il-penali previsti f l-Artikolu 22 iridu jkunu wkoll raġonevolment proporzjonati mad-dannu kkawżat Il-KESE jħoss li mhuwiex aċċettabbli li l-istess dannu jista' jwassal għal bosta penali differenti. |
|
1.13 |
Ir-rekwiżit għall-operatur li jwettaq miżuri ta' rimedju stabbiliti fl-Artikolu 23 jista' jkun iġġustifikat biss jekk l-operatur fil-fatt ikun ikkawża d-dannu |
|
1.14 |
L-istabbiliment ta' kumitat indipendenti ta' esperti mis-settur privat u pubbliku jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija dwar il-ħamrija. |
2. Kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni
|
2.1 |
Il-ħamrija tista' titqies bħala riżorsa li ma tiġġeddidx; minkejja dan il-ħamrija qiegħda titħarbat b'pass mgħaġġel f'bosta postijiet madwar l-UE u dan qiegħed jiġi aggravat bl-attivitajiet tal-bniedem, fosthom l-attivitajiet industrijali, it-turiżmu, l-iżvilupp urban, l-infrastruttura tat-trasport u ċerti metodi fl-agrikoltura u l-kultivazzjoni tal-foresti. |
|
2.2 |
Il-ħamrija hija riżorsa ta' interess komuni għall-UE u n-nuqqas ta' protezzjoni tagħha fil- livell ta' l-UE sejr inawwar is-sostenibbilità u l-kompetittività fuq perijodu fit-tul ta' l-Ewropa. Numru ta' politiki differenti ta' l-UE diġà jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija iżda ma teżisti ebda politika koerenti. Disa' Stati Membri biss għandhom leġislazzjoni speċifika dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, li sikwit tkopri theddida speċifika, partikolarment il-kontaminazzjoni tal-ħamrija. It-tħarbit tal-ħamrija għandu impatti qawwija fuq oqsma oħra ta' interess komuni għall-UE, bħalma huma l-ilma, is-saħħa tal-bniedem, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, u s-sikurezza ta' l-ikel. |
|
2.3 |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tipproponi Strateġija dwar il-Ħamrija għall-Ewropa. Din hija spjegata f'komunikazzjoni, akkumpanjata minn proposta għal direttiva ta' qafas u evalwazzjoni ta' l-impatt. Id-direttiva ta' qafas tispeċifika prinċipji, miri u azzjonijiet komuni. Hija titlob li l-Istati Membri jadottaw approċċ sistematiku sabiex jiġi identifikat u miġġieled it-tħarbit tal-ħamrija, jiġu indirizzati miżuri ta' prekawzjoni u tiġi integrata l-protezzjoni tal-ħamrija f'politiki oħra. Iżda hija tippermetti flessibilità; huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu l-livell ta' ambizzjoni, il-miri speċifiċi u l-miżuri biex jilħquhom. Dan għaliex teżisti varjetà kbira fit-tip ta' tħarbit tal-ħamrija madwar l-Ewropa, fejn ġew identifikati 320 tip ta' ħamrija prinċipali. |
|
2.4 |
L-Istati Membri huma meħtieġa jidentifikaw żoni fejn hemm riskju ta' erożjoni, tnaqqis fil-materja organika, kompattazzjoni, salinizzazzjoni u żerżiq minn ġnub l-għoljiet. Huma jridu jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tar-riskju f'dawk iż-żoni u jistabbilixxu programmi ta' miżuri sabiex jilħquhom. Huma jridu wkoll jimpedixxu aktar kontaminazzjoni, jistabbilixxu inventarju tas-siti kkontaminati fuq it-territorju tagħhom u jfasslu strateġiji nazzjonali għar-rimedju. Meta jkun ser jinbiegħ sit fejn seħħet jew tkun qiegħda sseħħ attività li potenzjalment tniġġes, għandu jiġi pprovdut rapport dwar l-istat tal-ħamrija mill-bejjiegħ jew mix-xerrej lill-amministrazzjoni u lill-parti l-oħra fit-transazzjoni. Fl-aħħarnett, l-Istati Membri huma meħtieġa li jillimitaw jew itaffu l-effetti ta' l-issiġillar, ngħidu aħna permezz tar-rijabilitazzjoni ta' siti industrijali żdingati (brownfield sites). |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Tematika għall-protezzjoni tal-ħamrija, li hija l-kontinwazzjoni għall-komunikazzjoni preċedenti ta' l-2002 (1), u l-proposta sabiex tiġi stabbilita direttiva ta' qafas dwar il-protezzjoni tal-ħamrija. Diġà fis-sena 2000, f'opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura (2), il-KESE kien għamel sejħa lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi rekwiżiti minimi għall-protezzjoni tal-ħamrija. |
|
3.2 |
Fl-iżvilupp ta' l-istrateġija għall-protezzjoni tal-ħamrija, il-Kummissjoni organizzat proċess ta' konsultazzjoni miftuħ u komprensiv li kien jinvolvi bosta partijiet, mifrux fuq kważi erba' snin, u li l-KESE wkoll seta' jsegwi. Il-kummenti f'din l-opinjoni jirreferu qabel xejn għad-direttiva ta' qafas proposta, li l-KESE ġie kkonsultat dwarha, iżda wkoll, fejn japplika, għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
3.3 |
Il-ħamrija u l-funzjonijiet tal-ħamrija jipprovdu riżorsa prezzjuża għan-natura, u għas-sopravivenza tal-bniedem u ta' l-ekosistemi. L-attività umana taffettwa l-funzjonijiet u l-użu tal-ħamrija b'diversi modi. Strateġija ta' l-UE trid tiffoka fuq oqsma fejn it-theddida għall-art tajba għall-biedja tkun l-aktar qawwija, eż. tibdil fl-użu ta' l-art, żoni industrijali mniġġsa, siġillar ta' l-uċuh ta' l-art u l-erożjoni. |
|
3.4 |
Il-ħamrija u l-funzjonijiet tal-ħamrija huma marbuta ma' diversi oqsma politiċi oħra li huma regolati b'diversi modi kemm b'leġislazzjoni nazzjonali kif ukoll Ewropea, eż. id-Direttiva dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar in-Nitrati, u l-leġislazzjoni fuq is-sustanzi kimiċi, eċċ. Xi pajjiżi diġà għandhom diversi arranġamenti għar-regolazzjoni, monitoraġġ u identifikazzjoni tal-ħamrija u tat-tħarbit tal-ħamrija; Għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni m'għandhiex tagħmel is-sitwazzjoni agħar milli hi, iżda pjuttost għandha tipprovdi flessibilità biżżejjed għal dawn il-pajjiżi. |
|
3.5 |
Il-Kummissjoni tirrimarka li l-prezz tat-tħarbit tal-ħamrija ma jħallsux għalih l-utenti ta' l-art iżda tħallas għalih is-soċjetà jew partijiet oħra. Il-KESE jsostni li min jagħmel il-ħsara jrid ikun responsabbli għaliha; f'sens ġenerali, mhumiex dejjem l-utenti ta' l-art li għandhom ħtija. F'ħafna każi, l-utenti ta' l-art huma suġġetti għall-effetti tat-tniġġis ġej mill-arja, tniġġis minn żoni oħra permezz ta' emissjonijiet industrijali, għargħar u emissjonijiet oħra pollutanti; hawnhekk, l-utenti ta' l-art isofru effetti negattivi u jidher ċar li huma mhumiex responsabbli għalihom. |
|
3.6 |
Il-KESE jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni tenfasizza b'mod konsistenti li l-miżuri ta' protezzjoni jridu jiġu implimentati f'ras il-għajn; dan huwa ovvjament l-approċċ korrett, u għandu jwassal għal bilanċ xieraq tar-responsabbiltajiet. Ifisser ukoll li oqsma leġislattivi oħra minbarra l-oqsma speċifiċi għall-ħamrija jiġu affettwati. |
|
3.7 |
Il-KESE japprova l-adozzjoni ta' strateġija speċifika għall-protezzjoni tal-ħamrija, u l-fatt li din għandha titwassal permezz ta' direttiva ta' qafas. Din tipprovdi l-bażi għal protezzjoni ugwali b'regoli komuni għal problemi li, min-natura stess tagħhom, jistgħu jaqsmu l-fruntieri. Jekk madankollu, il-protezzjoni tal-ħamrija trid tassew tiġi mtejba, dan il-qasam ta' politika jrid jiġi integrat ukoll f'leġislazzjoni oħra. |
|
3.8 |
Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-ispejjeż u l-benefiċċji se jvarjaw skond il-livelli ta' l-ambizzjoni u l-punt safejn jiġi utilizzat il-potenzjal eżistenti, ngħidu aħna d-dispożizzjonijiet ambjentali tal-Politika Agrikola Komuni. Il-KESE jisħaq li l-problema ta' interpretazzjoni u applikazzjoni legali sigura u konsistenti tar-rekwiżiti ta' kundizzjonalità (cross-compliance requirements) ta' l-Istati Membri kif introdotti fil-Politika Agrikola Komuni, għadha mhix solvuta. Jekk il-mira tad-direttiva ta' qafas hija li tipprovdi bażi komuni għall-protezzjoni tal-ħamrija u tevita li l-operaturi jkollhom iġorru l-piż ta' obbligi finanzjarji li jvarjaw ħafna, f'dak il-każ il-livelli ta' ambizzjoni jridu jkunu wkoll simili sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
3.9 |
Bħala eżempju ewlieni, il-Kummissjoni tindika li fatturi bħal metodi mhux f'lokhom fl-agrikoltura u l-kultivazzjoni tal-foresti jistgħu jikkontribwixxu għat-tħarbit tal-ħamrija. Għall-kuntrarju, meta prattiċi tal-biedja tajbin jiġu applikati fl-agrikoltura u l-kultivazzjoni tal-foresti, dawn jgħinu fiż-żamma jew fit-titjib tal-ħamrija. It-theddida għall-art tajba għall-biedja ġejja mill-bidla fl-użu, l-espansjoni industrijali, l-installazzjonijiet tat-trasport, it-tniġġis atmosferiku, l-ożonu fil-livell ta' l-art u pollutanti oħra. Għalkemm l-ippjanar ta' l-ispazju (ippjanar urban) huwa kompetenza ta' l-Istati Membri pjuttost milli kompetenza ta' l-UE, dan il-qasam ukoll irid jiġi indirizzat. |
|
3.10 |
Il-forzi tas-suq u l-politika agrikola preżenti wkoll ikkontribwew għaż-żieda fl-iżvilupp strutturali u l-ispeċjalizzazzjoni, u għas-separazzjoni, b'mod konsiderevoli, tal-produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba mit-trobbija ta' l-annimali, liema fatt jista' twassal għal tnaqqis fl-iskart organiku fil-ħamrija. Il-politika agrikola komuni ġdida bil-ħlasijiet separati tagħha fil-fatt tagħmel dan aktar probabbli. |
|
3.11 |
Il-Kummissjoni tqis li l-agrikoltura jista' jkollha effett pożittiv fuq il-kundizzjoni tal-ħamrija jekk il-ħamrija tiġi ġestita b'mod ekoloġiku, estensiv u billi jintuża approċċ integrat. Dan huwa raġunament pjuttost sempliċistiku. Kollox jiddependi mil-livell ta' kompetenza u ta' teknoloġija użati fil-ġestjoni tal-ħamrija. Il-fatt li art tajba għall-biedja tintuża għall-produzzjoni ta' l-ikel, iġagħlek tissupponi li art naturali tkun ittieħdet għal skopijiet ta' kultivazzjoni. Konsegwentement, xi impatt huwa inevitabbli u għalhekk irid jiġi aċċettat jekk iridu jiġu prodotti oġġetti ta' l-ikel. L-impatt fuq l-art tajba għall-biedja jiddependi fuq il-varjazzjoni staġjonali annwali, il-klima, eċċ., iżda dan ma jfissirx li s-sustanzi industrijali, l-erożjoni, il-konċentrazzjoni ta' materja organika, eċċ., iridu jiġu aċċettati. Attività agrikola normali, bl-użu ta' l-għerf u l-kompetenzi li għandna llum, tista' fil-fatt tgħin sabiex tinżamm u tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija. Ftit intraprendituri jieħdu approċċ daqshekk fit-tul kemm għall-investiment kif ukoll għall-ġestjoni tal-ħamrija daqs il-bdiewa u l-kultivaturi tal-foresti. Dan il-livell għoli ta' għarfien dwar il-protezzjoni tal-ħamrija fost il-bdiewa għandu jiġi sostnut u kkumplimentat minn sistemi ta' konsulenza kif ukoll miżuri u inċentivi volontarji. |
|
3.12 |
Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-protezzjoni ambjentali hija msaħħa permezz tad-direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali (3). Dan huwa kumment ġust, iżda fl-istess waqt irid jiġi nnotat li l-fatt li xi ħsara tista' twassal għal tliet penali differenti (tneħħija ta' l-għajnuna, responsabbiltà u ħlasijiet amministrattivi) kif attwalment hu l-każ, ma jistax ikun kompatibbli ma' opinjoni legali aċċettata. |
|
3.13 |
Il-KESE jaqbel li l-użu sostenibbli tal-ħamrija jeħtieġ strateġija komprensiva ta' l-UE għall-protezzjoni tal-ħamrija. |
|
3.14 |
L-implimentazzjoni tista' tiġi msaħħa bil-ħolqien ta' grupp indipendenti ta' esperti dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, b'rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-KESE jikkundanna n-nuqqas tal-Kummissjoni li tippreżenta l-proposta sabiex tkun emendata d-direttiva dwar l-użu tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura u l-konċentrazzjonijiet permissibbli ta' metalli ta' densità għolja, li l-Kummissjoni ilha tipprepara għal diversi snin. Fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, il-Kummissjoni tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tippreżenta tali proposta fl-2007. Il-komunikazzjoni ta' l-2002 dwar strateġija tematika għall-protezzjoni tal-ħamrija ddikjarat li r-reviżjoni kellha tkun inkluża fl-istrateġija għall-ħamrija. Dan ifisser li waħda mill-aktar miżuri importanti sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-ħamrija u l-produzzjoni sigura ta' l-ikel ġiet posposta għal ammont ta' żmien konsiderevoli. Għalhekk huwa importanti li d-direttiva emendata dwar l-użu tal-ħama tad-drenaġġ tiġi ppubblikata fl-istess ħin bħall-adozzjoni ta' l-istrateġija għall-protezzjoni tal-ħamrija. |
|
4.1.1 |
Id-direttiva attwali dwar il-ħama tad-drenaġġ (4)għadha tippermetti konċentrazzjonijiet għoljin ta' metalli ta' densità għolja u pollutanti oħra li jistgħu jixterdu fuq art agrikola. Il-KESE jirreferi għall-opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess li adotta fis-sena 2000 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE dwar l-użu tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura, li sejħet għal rekwiżiti aktar ibsin dwar il-konċentrazzjonijiet permissibbli ta' metalli ta' densità għolja. Barra minn hekk, ftit wisq huwa magħruf dwar il-kontenut tal-pollutanti kimiċi b'mod ġenerali, dwar kif jinteraġixxu u kif jaffettwaw is-sigurtà tal-ħamrija u ta' l-ikel meta jixterdu fuq art ikkoltivata. |
|
4.1.2 |
Il-KESE jieħu dan b'serjetà kbira u jirreferi għal studju ppreżentat minn żewġ riċerkaturi fir-rivista medika The Lancet ta' Novembru 2006. Għalkemm dan huwa studju iżolat, ir-riżultati juru li kontaminanti magħrufa sewwa jista' jkollhom effett — li sa issa kien għadu ma ġiex innotat — fuq l-iżvilupp tal-moħħ fil-feti u t-tfal żgħar. Ir-riċerkaturi jemmnu li dan jista' jkun marbut ma' kondizzjonijiet serji bħall-awtiżmu, ADHD u żvilupp tardiv. Ħafna minn dawn is-sustanzi kimiċi jinstabu wkoll fi prodotti domestiċi. B'diversi modi dawn jispiċċaw fis-sistemi tad-drenaġġ u ftit nafu dwar kif dawn jaffettwaw il-ħamrija meta l-ħama tintuża bħala fertilizzant. |
|
4.1.3 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni donnha abbandunat il-pożizzjoni preċedenti tagħha li l-aħjar użu mill-ħama tad-drenaġġ, minn perspettiva ambjentali, huwa li tferrxu fuq art tajba għall-biedja. Il-mod kif inhi fformulata l-komunikazzjoni dwar l-istrateġija għall-iskart (5) donnu jrid jindika dan. Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll hawnhekk li hija beħsiebha tressaq proposti għal direttiva riveduta dwar il-ħama tad-drenaġġ, li jsegwu mill-istrateġija għall-protezzjoni tal-ħamrija. Il-KESE jqis, madankollu, li ma kellhiex għalfejn tistenna li jsir dan; hija messha ppreżentat ferm qabel strateġija radikalment riveduta dwar konċentrazzjonijiet permissibbli ta' metalli ta' densità għolja u pollutanti oħra fil-ħama tad-drenaġġ, b'mod partikolari billi d-direttiva proposta ssostni li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi limitat id-dħul ta' sustanzi perikolużi fil-ħamrija. |
|
4.1.4 |
L-użu tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura u l-konċentrazzjonijiet tiegħu ta' kontaminanti hija waħda mill-aktar kwistjonijiet importanti fil-protezzjoni tal-ħamrija u s-sikurezza ta' l-ikel. Din il-kwistjoni ġġib magħha wkoll il-mistoqsija jekk l-utenti tal-ħamrija jew il-produtturi tal-ħama tad-drenaġġ, jiġifieri l-irħula u l-muniċipalitajiet, għandhomx ikunu responsabbli għal xi tħarbit tal-ħamrija. Il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà u d-danni għandhom jiġu ċċarati f'direttiva riveduta dwar il-ħama tad-drenaġġ. |
|
4.1.5 |
Leġislazzjoni ġdida dwar kimiċi aktar siguri hija meħtieġa wkoll għall-protezzjoni tal-ħamrija in ġenerali, u b'mod partikolari għall-mod kif is-soċjetà teħles mill-ħama tad-drenaġġ billi tferrxu fuq il-ħamrija. Hemm bżonn li kimiċi perikolużi jiġu sostitwiti b'oħrajn anqas perikolużi sabiex jinkiseb il-livell meħtieġ ta' protezzjoni tal-ħamrija. |
|
4.1.6 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta minnufih il-proposta għal direttiva riveduta u wkoll biex tipprovdi analiżi tar-riskju għal aktar sustanzi milli attwalment huma koperti bid-direttiva. Dan għandu jkun wieħed mill-aktar fatturi importanti fil-protezzjoni tal-ħamrija għal art tajba għall-biedja, sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-kontaminazzjoni u jiġu żgurati livelli sodisfaċenti ta' sikurezza fl-ikel. |
|
4.2 |
Artikolu 1 tad-direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħamrija jipprovdi li ħamrija mħarbta trid tiġi restawrata għal livell ta' funzjonalità konsistenti talanqas ma' l-użu kurrenti jew dak futur approvat. Il-KESE jaċċetta l-prinċipju iżda jistaqsi jekk id-direttiva ta' qafas teħtieġx tassew tispeċifika “għall-inqas”. Is-sitwazzjoni speċifika trid tiġi kkunsidrata u d-deċiżjonijiet jittieħdu każ b'każ. |
|
4.3 |
Il-KESE jemmen li l-formulazzjoni attwali ta' l-Artikolu 3 tista' tħalli lok għall-Istati Membri sabiex jifformulaw politika settorjali nazzjonali li tfixkel il-kompetizzjoni. Huwa importanti li l-artikolu jkun ristrett għal analiżi, iżda kwalunkwe miżura trid tikkonforma mar-rekwiżiti ta' suq intern li jaħdem sewwa, regoli komuni u kompetizzjoni ġusta. |
|
4.4 |
Il-KESE jqis ukoll li l-Artikolu 4 iħalli lok għal intervent kważi bla kontroll. Dwar l-art agrikola, il-KESE hawn fuq irrimarka li l-kultivazzjoni għandha impatt de facto fuq il-ħamrija, impatt li jvarja b'fatturi li l-utent ta' l-art ma jistax jinfluwenza, bħal ngħidu aħna l-varjazzjoni staġjonali annwali, il-klima, eċċ. Ir-rekwiżiti ta' l-Istati Membri jridu jkunu raġonevolment proporzjonati għal dan. Bl-istess mod, irid ikun hemm konformità raġonevoli bejn il-miżuri ta' l-Istati Membri. Dan huwa konformi wkoll mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 dwar miżuri proporzjonati sabiex jiġu ppreservati l-funzjonijiet tal-ħamrija. |
|
4.5 |
Artikolu 12 jistabbilixxi li f'ċerti każijiet il-proprjetarju tas-sit jew ix-xerrej prospettiv irid jipprovdi rapport dwar l-istat tal-ħamrija. Il-KESE jħoss li jkun ħażin li wieħed jitlob lil xerrej prospettiv biex jipprovdi r-rapport. Hija meħtieġa flessibilità biex tagħmel tajjeb għad-differenzi fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri. Għaldaqstant l-Artikolu jrid jiġi fformulat mill-ġdid. |
|
4.6 |
Artikolu 17 jirreferi għall-pjattaforma volontarja li l-Kummissjoni beħsiebha tistabbilixxi. Il-Kummissjoni trid tagħmel l-almu tagħha ħalli tiżgura li dan tassew iwassal għal skambju ta' metodi simili sabiex l-approċċ ikun uniformi u sabiex ikunu żgurati l-istess regoli u kundizzjonijiet għal kulħadd. Billi l-informazzjoni se tkun skambjata fuq bażi volontarja, se tkun meħtieġa wkoll parteċipazzjoni attiva mill-Kummissjoni. |
|
4.7 |
Artikolu 22 isostni li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali. Il-KESE jqis li huwa importanti, mil-lat taċ-ċertezza legali, li l-penali jkunu fi proporzjon raġonevoli mad-ħsara kkawżata. Huwa wkoll inaċċettabbli li l-istess ħsara tista' twassal għal bosta penali differenti. |
|
4.8 |
Artikolu 23 jipproponi emenda għad-Direttiva 2004/35/KE sabiex tippermetti lill-awtoritajiet jesiġu li l-operatur iwettaq il-miżuri ta' rimedju. Il-KESE jħoss li dan jista' jkun validu biss jekk l-operatur fil-fatt ikun ikkawża l-ħsara. Dan ma joħroġx b'mod ċar mit-test. |
Brussel, il-25 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) COM(2002) 179 finali.
(2) CES 1199/2000, ĠU C 14, 16.1.2001, pp. 141-150.
(3) Direttiva 2004/35/KE.
(4) 86/278/KEE.
(5) COM(2005) 666 finali.
APPENDIĊI
għall-Opinjoni tal-Kumitat
L-emenda li ġejja ġiet rifjutata mill-assemblea, iżda kienet appoġġjata b'aktar minn kwart tal-voti mixħuta:
Punt 1.1
Emenda kif ġej:
“Il-KESE jilqa' l-istrateġija tematika fil-livell ta' l-UE għall-protezzjoni tal-ħamrija u japprova l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni, li huwa l-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija. Il-KESE jixtieq li d-direttiva ta' qafas proposta tikkunsidra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità bir-reqqa., fil-prinċipju, l-istabbiliment ta' direttiva ta' qafas.”
Votazzjoni
Favur: 47
Kontra: 54
Astensjonijiet: 13
Il-punt li jidher hawn taħt — meħud mill-Opinjoni tas-Sezzjoni — ġie rifjutat peress li minfloku intlaqgħet emenda li kienet adottata mill-assemblea, iżda kien appoġġjat b'aktar minn kwart tal-voti mixħuta:
Punt 1.15:
“Il-KESE jħeġġeġ lil-leġislaturi nazzjonali u reġjonali u lill-Kummissjoni sabiex jevalwaw b'mod sistematiku l-liġijiet eżistenti ta' rilevanza għall-protezzjoni tal-ħamrija.”
Riżultat:
74 vot favur li titneħħa s-sentenza, 33 vot kontra u 15-il astensjoni.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/34 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
|
— |
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enzimi u l-ħwawar ta' l-ikel” |
|
— |
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE” |
|
— |
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE” |
|
— |
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta' l-ikel” |
COM(2006) 423 final — 2006/0143 (COD)
COM(2006) 425 final — 2006/0144 (COD)
COM(2006) 427 final — 2006/0147 (COD)
COM(2006) 428 final — 2006/0145 (COD)
(2007/C 168/06)
Nhar il-11 ta' Settembru 2006, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 37 u l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enzimi u l-ħwawar ta' l-ikel”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Pezzini.
Matul l-435 sessjoni plenarja tagħha li nżammet fil-25 u fis-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'127 vot favur u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jilqa' l-pakkett ta' proposti dwar l-addittivi, l-enzimi u l-ħwawar u dwar il-proċeduri komuni ta' awtorizzazzjoni, fil-kuntest ta' suq intern effettiv u kompetittiv li jassigura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem. |
|
1.2 |
Il-Kumitat jemmen li serje ta' regoli ċari u armonizzati dwar il-mod ta' kif għandhom jitwettqu l-evalwazzjonijiet ta' sigurtà, b'limitu preċiż ta' żmien u spiża limitata, huwa ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi, notevolment għall-produtturi ż-żgħar. |
|
1.3 |
Il-Kumitat jilqa' l-pjan ta' simplifikazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jarmonizza s-settur ta' l-addittivi, tal-ħwawar u ta' l-enzimi u ta'promozzjoni ta' koerenza bejn dawn it-tliet oqsma, permezz ta' proċedura komuni waħdanija għall-awtorizzazzjoni ta' dawn is-sustanzi. |
|
1.4 |
Fil-fehma tal-Kumitat, filwaqt li l-possibbilità li tinkiseb awtorizzazzjoni waħdanija, valabbli għat-territorju kollu ta' l-UE, tista' tikkostitwixxi benefiċċju importanti għas-suq uniku fuq perijodu medju u fuq perijodu fit-tul, xorta jrid jiġi kkunsidrat l-impatt tar-regolamenti l-ġodda fuq il-prodotti importati. |
|
1.4.1 |
L-Ewropa tinsab f'kompetizzjoni kontinwa fis-suq globali, fir-rigward kemm ta' esportazzjoni kif ukoll ta' importazzjoni u r-regoli proposti sikwit huma ta' aktar piż finanzjarju minn dawk stabbiliti mill-Codex Alimentarius, u jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-kumpaniji, b'mod partikolari għal dawk żgħar. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jikkunsidra l-proċedura proposta bħala pożittiva, fejn il-modifiki magħmula fil-lista komunitarja jiġu sottomessi għall-proċess tal-komitoloġija, sakemm ikun hemm garanzija ta' livell għoli ta' trasparenza, djalogu kontinwu mal-produtturi u l-konsumaturi kif ukoll mekkaniżmi rapidi ta' innovazzjoni u ta' żvilupp tal-prodotti. |
|
1.6 |
Il-Kumitat huwa favur it-tisħiħ ta' l-azzjoni ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), għal evalwazzjoni trasparenti tar-riskji bbażati fuq data xjentifika u argumenti objettivi, sabiex jiġu protetti l-konsumaturi. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jirrakkomanda żvilupp tal-proċeduri u tar-riżori umani u finanzjarji ta' l-EFSA, sabiex ikun hemm garanzija ta' evalwazzjonijiet ta' kwalità għolja, trasparenti u indipendenti u li jirrispettaw totalment il-kriterji ta' kunfidenzjalità |
|
1.8 |
Il-Kumitat jikkunsidra wkoll li jkun għaqli li tissaħħaħ l-azzjoni ta' segwitu li ssir mill-Istati Membri dwar il-konsum u l-użu ta' l-addittivi, l-enzimi u l-ħwawar, permezz ta' metodoloġiji effettivi li jinkorporaw data provduta mill-industrija. |
|
1.9 |
Il-Kumitat huwa favur reviżjoni perjodika tal-listi pożittivi ta' l-addittivi, ta' l-enzimi u tal-ħwawar, sakemm din tkun ibbażata fuq djalogu kontinwu u strutturat mal-konsumaturi u mal-produtturi u li ma tiġġenera l-ebda piż addizzjonali f'termini ta' ħin u ta' flus. |
2. Raġunijiet
|
2.1 |
Il-progressi xjentifiċi u teknoloġiċi joffru l-possibbilità ta' prodotti ta' l-ikel ta' kwalità aħjar grazzi għal, fost affarijiet oħra, enzimi, ħwawar u addittivi ta' l-ikel fi kwantitajiet baxxi. Dawn l-istess progressi jippermettu li jiġi evitat l-użu mhux adattat ta' dawn is-sustanzi. |
|
2.2 |
Fil-kuntest ta' l-isforzi li saru sabiex titjieb il-leġislazzjoni komunitarja, fuq il-bażi tal-prinċipju “mir-razzett għal fuq il-mejda”, il-Kummissjoni, fil-White Paper dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel, li dwarha l-Kumitat ħareġ opinjoni (1), ħabbret l-intenzjoni tagħha li taġġorna u tiffinalizza l-leġislazzjoni eżistenti fil-qasam ta' l-addittivi u tal-ħwawar kif ukoll li tistabbilixxi dispożizzjonijeit speċifiċi fir-rigward ta' l-enżimi (azzjonijiet 11 u 13 tal-White Paper). |
|
2.3 |
Il-Kumitat minn dejjem appoġġja l-objettiv li jiġi garantit it-tħaddim tajjeb tas-suq intern, waqt li jiġi assigurat livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, u kemm-il darba appoġġja l-bżonn li jiġi adottat approċċ globali u integrat fil-qasam tas-sigurtà ta' l-ikel fl-UE. |
|
2.4 |
Skond il-KESE, “il-katina Ewropea ta' l-ikel għandha tiġi leġislata fit-totalità tagħha —” mir-razzett għal fuq il-mejda“. Kull ħolqa ta' din il-katina għandha tkun b'saħħitha daqs il-ħolqa ta' ħdejha u l-Kummissjoni għandha tassigura applikazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni komunitarja” (2). |
|
2.5 |
Fil-pakkett ta' proposti ppreżentati mill-Kummissjoni, l-adozzjoni ta' proċedura komuni għall-awtorizzazzjoni ta' l-enzimi, il-ħwawar u l-addittivi tikkostitwixxi element essenzjali u innovattiv. Għaldaqstant, il-Kumitat japprova l-objettiv ta' simplifikazzjoni tal-Kummissjoni, bl-l-għan li dawn is-setturi jkunu armonizzati. Dan jippermetti li kull Stat Membru jevita proċeduri multipli ta' awtorizzazzjoni, billi jitneħħew sistemi ta' awtorizzazzjoni doppji u jitnaqqsu b'mod konsiderevoli l-piżijiet amministrattivi u l-burokrazija. |
|
2.6 |
Fir-rigward ta' l-addittivi, il-leġislazzjoni dwar l-addittivi ta' l-ikel diġà ġew armonizzati fil-livell Ewropew. F'dan il-mument, l-addittivi ta' l-ikel awtorizzati minn din il-leġislazzjoni huma madwar 330 u qegħdin kontinwament jiġu preżentati talbiet sabiex jiġu awtorizzati wkoll addittivi addizzjonali jew użi ġodda ta' addittivi. |
|
2.6.1 |
Bl-għan li dawn it-talbiet jiġu evalwati, huwa neċessarju li jkun hemm informazzjoni li tkun adegwatament preċiża dwar l-użu u l-karatteristiċi ta' dawn is-sustanzi, b'mod partikolari għad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskji. |
|
2.7 |
Grazzi għal din l-armonizzazzjoni fil-qasam tal-ħwawar u l-enzimi, il-proċeduri l-ġodda ta' awtorizzazzjoni ser ikunu aktar maniġġabbli, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż għall-aġġornament ta' l-iskedi tekniċi kif ukoll sabiex jinbidlu t-tikketti. |
|
2.8 |
Fir-rigward ta' l-enzimi, l-inċertezza legali attwali minħabba d-differenzi fil-leġislazzjonijiet nazzjonali qiegħda thedded li tfixkel is-suq ta' l-enzimi fl-ikel u żżid il-piż amministrattiv u finanzjarju fl-Istati Membri differenti. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' miżuri ta' armonizzazzjoni, ser ikompli jkun hemm differenzi fil-livell ta' protezzjoni, minħabba d-differenzi eżistenti bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-perċezzjoni tar-riskju, ta' l-evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-leġislazzjoni ta' l-enzimi ta' l-ikel. |
|
2.8.1 |
Għandu jiġi enfasizzat li filwaqt li n-nuqqas ta' regoli armonizzati fil-livell ta' l-UE jhedded li jostakola l-moviment liberu tal-merkanzija u l-kummerċ fl-industrija, l-armonizzazzjoni, kemm ta' l-evalwazzjoni tas-sigurtà tas-sustanzi kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet ta' l-użu ta' l-enzimi fl-ikel, tista' twassal għal investimenti importanti, prinċipalment minħabba l-ispiża ta' l-awtorizzazzjonijiet, li hija stmata madwar 150 000-250,00 EUR (3) għal kull enzim. |
|
2.8.2 |
Barra minn dan, l-industrija ta' l-enzimi ta' l-ikel qiegħda kontinwament tiżviluppa teknoloġiji u proċessi bil-għan li l-produzzjoni ta' l-ikel titbiddel u titjieb; iżda m'għandhiex tissottovaluta r-riskji possibbli ta' natura kimika, bħall-allerġiji, it-tossiċità u l-attività mikrobijoloġika residwa. Dawn ir-riskji potenzjali jesiġu evalwazzjoni kontinwa tas-sigurtà għall-konsumaturi, partikolarment fir-rigward ta' l-enzimi li ġejjin minn organiżmi ġenetikament modifikati. |
|
2.9 |
Fir-rigward tal-leġislazzjoni dwar il-ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel li għandhom proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, hemm bżonn li tiġi adottata proċedura ta' awtorizzazzjoni aktar effiċjenti, għall-ġestjoni ta' “lista pożittiva” li tinkludi madwar 2 600sustanza ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel. |
|
2.9.1 |
Huwa evidenti li l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-ħwawar tista' tpoġġi lill-Unjoni Ewropea f'sitwazzjoni aktar favorevoli għan-negozjati bejn terzi pajjiżi, peress li l-ħwawar iridu jiddaħħlu fis-sistema tal-Codex Alimentarius, sabiex il-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs, ma jiġux penalizzati. |
|
2.9.2 |
Grazzi għall-ħolqien ta' suq uniformi u integrat tal-ħwawar fl-UE, l-industrija Ewropea ser tkun kapaċi tibqa' minn ta' quddiem nett fis-settur tal-produzzjoni u ta' l-iżvilupp tal-ħwawar. |
|
2.9.3 |
Barra minn hekk, il-ħidma addizzjonali li ser tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards il-ġodda ta' l-ittikettar tal-ħwawar m'għandhiex tiġi sottovalutata. |
|
2.10 |
Skond il-Kumitat, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandha tingħata aktar riżorsi u mezzi u għandhom jinħolqu proċeduri ġodda sabiex ikun hemm garanzija ta' evalwazzjoni indipendenti, trasparenti u ta' kwalità għolja tas-sigurtà ta' l-addittivi, ta' l-enzimi u tal-ħwawar. |
|
2.11 |
Il-qabża minn teħid ta' deċiżjonijiet, ibbażat fuq il-metodu tal-ko-deċiżjoni mal-Parlament Ewropew, għall-proċeduri ta' komitoloġija, li jużaw kumitati għall-awtorizzazzjonijiet, teħtieġ kriterji ċari u trasparenti sabiex issir evalwazzjoni tas-sigurtà tal-benefiċċji mistennija għall-konsumaturi. |
|
2.12 |
Kif diġà enfasizza l-Kumitat f'opinjonijiet preċedenti (4), sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni tal-progressi fir-rigward tas-sigurtà ta' l-ikel u sabiex jiġi ġġudikat jekk is-sistema l-ġdida hix qiegħda taħdem kif ippjanat, hemm bżonn li jiġu stabbiliti kriterji ta' evalwazzjoni, bħaż-żjieda/it-tnaqqis fil-kunfidenza tal-konsumaturi, il-bidu u l-ġestjoni ta' kriżi ta' l-ikel, kooperazzjoni stretta bejn l-atturi kkonċernati, eċċ. |
3. Il-proposta tal-Kummissjoni
|
3.1 |
Il-pakkett ta' proposti ppreżentat mill-Kummissjoni għandu l-għan li jippreċiża u jiċċara l-leġislazzjoni eżistenti dwar l-addittivi u l-ħwawar ta' l-ikel u jintroduċi regoli ġodda għall-enzimi, flimkien ma' proposta li l-għan tagħha huwa l-adozzjoni ta' proċeduri komuni ta' awtorizzazzjoni, għal dawn it-tliet setturi, ibbażati fuq opinjonijiet xjentifiċi li ngħataw mill-EFSA. |
|
3.2 |
Addittivi. Ir-regoli l-ġodda għandhom tendenza li jissimplifikaw u jnaqqsu s-sistema ta' awtorizzazzjoni ta' l-addittivi ta' l-ikel, li attwalment hija gvernata mid-Direttiva 89/107/KEE. L-awtorizzazzzjonijiet għall-inklużjoni tal-lista ġdida pożittiva ta' l-addittivi ser ikunu bbażati fuq l-evalwazzjonijiet tar-riskji fir-rigward tas-sigurtà fl-ikel imwettqa mill-EFSA, b'konformità mar-Regolament 178/2002/KE. Barra minn hekk, hemm proposta għal reviżjoni ta' l-aspetti tekniċi tas-sistema attwali ta' awtorizzazzjoni u tfissru miżuri ġodda komunitarji armonizzatti għall-addittivi użati bħala ingredjenti ta' addittivi oħra. |
|
3.3 |
Enzimi. Fuq il-bażi ta' l-opinjoni xjentifika favorevoli mill-EFSA, ġie propost qafas leġislattiv ġdid għall-evalwazzjoni, l-approvazzjoni u l-kontroll ta' l-enzimi użati għall-ikel kif ukoll il-ħolqien ta' lista ġdida pożittiva ta' l-enzimi kollha b'funzjoni teknoloġika użati fl-ikel. Tfissru wkoll miżuri għall-ittikkettar ta' l-enzimi ta' l-ikel, bl-eċċezzjoni ta' dawk użati bħala għajnuna għall-ipproċessar. |
|
3.4 |
Ħwawar. Hija prevista reviżjoni tar-regoli ġenerali stabbiliti mid-Direttiva 88/388/KEE, sabiex il-leġislazzjoni tiġi aġġornata sabiex tirrifletti żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi. Din id-Direttiva ser tinbidel b'regolament ġdid, li jistabbilixxi regoli aktar ċari dwar:
|
|
3.5 |
Proċedura komuni ta' awtorizzazzjoni. Il-proposta tissuġġerixxi li tiġi introdotta proċedura komuni waħdanija ta' awtorizzazzjoni ta' l-addittivi, tal-ħwawar u ta' l-enzimi ta' l-ikel, li tinkorpora evalwazzjoni ta' sigurtà mill-EFSA u proċedura ta' ġestjoni tar-riskji. Il-fażijiet tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni jipprevedu l-preżenza ta' l-istati Membri u tal-Kummissjoni fil-qafas ta' proċedura leġislattiva ta' kumitat. Il-proposta tagħti lill-Kummissjoni, fuq bażi ta' l-evalwazzjonijiet xjentifiċi ta' l-EFSA, il-kompitu li tħejji u taġġorna diversi “listi pożittivi”, waħda għal kull kategorija tas- sustanzi kkonċernati. L-inklużjoni ta' sustanza f'waħda minn dawn il-listi tfisser li l-użu tagħha jkun ġie awtorizzat b'manjiera ġenerali u għall-operaturi kollha fi ħdan is-suq komunitarju. |
4. Osservazzjonijiet ġenerali
|
4.1 |
Essenzjalment, il-Kumitat huwa favorevoli għall-proposti tal-Kummissjoni, sakemm jiġu salvagwardjati l-effiċjenza u l-kompetittività tas-suq intern u sakemm jiġi garantit livell għoli ta' protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem. |
|
4.2 |
Il-KESE jikkunsidra li l-istrument propost, ir-regolament, jikkostitwixxi garanzija aħjar mid-direttiva, liema direttiva tħalli lok għal interpretazzjonijiet differenti ta' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni. |
|
4.3 |
Skond il-Kumitat, il-possibbilità li tinkiseb awtorizzazzjoni waħdanija valabbli għat-territorju kollu ta' l-Unjoni Ewropea tista' tkun utli ħafna għas-suq uniku fuq perijodu medju u dak fit-tul. |
|
4.3.1 |
Madankollu għandha tingħata konsiderazzjoni lill-impatt tar-regolamenti l-ġodda dwar il-prodotti importati u lill-fatt li l-Ewropa hija importatur prinċipali li qiegħed jikkompeti b'mod permanenti fuq is-suq globali, peress li r-regoli komunitarji għandhom piż finanzjarju akbar minn dawk attwalment previsti mill-Codex Alimentarius; dan il-Codex għandu għalhekk jiġi emendat sabiex il-kumpaniji Ewropej ma jiġux ippenalizzati. |
|
4.4 |
L-għażla tal-Kummissjoni ta' proċedura ta' komitoloġija sabiex temenda l-lista komunitarja tista' tkun pass pożittiv, kemm għall-industrija kif ukoll għas-soċjetà ċivili, bil-kondizzjoni li jkunu garantiti livelli għolja ta' trasparenza u li jkun possibbli li l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti ġodda u mtejba jkunu segwiti mill-qrib, partikolarment mil-lat tal-ġlieda kontra l-allerġiji. |
|
4.5 |
Il-Kumitat jikkunsidra li l-fatt li l-evalwazzjoni tar-riskji għandha tiġi bbażata fuq proċeduri trasparenti, data xjentifika u argumentazzjoni objettiva, jikkostitwixxi fattur pożittiv ta' l-azzjoni ta' l-EFSA. |
|
4.6 |
Skond il-Kumitat, fl-istess waqt li l-EFSA tingħata responsabbiltajiet ġodda, jeħtieġ li jkun hemm żvilupp tal-proċeduri u tar-riżori umani u finanzjarji ta' din l-aġenzija sabiex ikun aċċertat li l-evalwazzjonijiet ikunu ta' kwalità għolja, trasparenti u indipendenti u jirrispettaw totalment il-kriterji ta' kunfidenzjalità. |
5. Osservazzjonijiet partikolari
5.1 Proċedura komuni ta' awtorizzazzjoni.
|
5.1.1 |
Il-Kumitat jemmen li l-miżuri ta' implimentazzjoni, inkluż il-kontenut, l-abbozzar u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni, l-arranġamenti għall-kontroll tal-validità ta' l-applikazzjonijiet u t-tip ta' informazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 9, għandhom jiġu inklużi fl-opinjoni ta' l-EFSA. |
|
5.1.2 |
Fir-rigward ta' l-aġġornament tal-lista komunitarja, l-iskandenzi għas-sistema ta' awtorizzazzjoni għandhom ikunu iqsar u b'hekk il-ħin li tieħu l-Kummissjoni sabiex toħroġ proposta ta' regolament jitnaqqas minn disa' għal tliet xhur, sabiex iċ-ċiklu kollu ta' analiżi u awtorizzazzjoni jkun jista' jitlesta fi 12-il xahar. |
|
5.1.3 |
Bl-istess mod, il-possibbilità offruta mill-Artikolu 10 sabiex l-EFSA u l-Kummissjoni jestendu l-perijodu ta' evalwazjoni f'ċerti każi m'għandhiex tkun bla limitu imma għandha tinkludi perijodu ta' żmien massimu li jrid jiġi speċifikat fir-Regolament. |
|
5.1.4 |
Il-Kumitat jemmen li l-proċedura komuni ta' awtorizzazzjoni għandha tinkludi proċedura ta' reviżjoni perjodika u aġġornament tal-listi, bi spiża u sforz limitat, fuq il-bażi ta' djalogu permanenti u strutturat mal-produtturi u l-konsumaturi. |
|
5.1.5 |
Is-sistema ta' awtorizzazzjoni komunitarja m'għandha fl-ebda każ tintuża sabiex tiġġustifika l-ħolqien ta' tfixkil tekniku għall-kummerċ; għaldaqstant, testijiet li jiswew ħafna flus u proċeduri ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom jiġu esklużi. |
5.2 Addittivi
|
5.2.1 |
Hemm bżonn li jiġu preċiżati aktar il-kriterji ta' identifikazzjoni tal-“ħtieġa teknoloġika raġonevoli” kif ukoll tal-“vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur” fl-Artikolu 5. |
|
5.2.2 |
Fir-rigward ta' l-ittikkettar fl-Artikolu 20, l-informazzjoni għandha tkun tinftiehem aktar, rikonoxxuta mill-pubbliku in ġenerali u uniformi fil-Komunità kollha. |
5.3 Enzimi
|
5.3.1 |
Il-Komunità tilqa' l-fatt li l-enżimi kollha ta' l-ikel li għandhom funzjoni teknoloġika huma koperti mill-qasam ta' applikazzjoni tar-Regolament u li dawn iridu jkunu suġġetti għal approvazzjoni qabel ma jistgħu jiżdiedu fil-lista komunitarja. |
|
5.3.2 |
Skond il-Kumitat, kif diġà ġie indikat għall-addittivi, il-kriterji ta' evalwazzjoni għall-enzimi għandhom jinkludu “vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur”. |
|
5.3.3 |
Fir-rigward ta' l-ittikkettar, il-Kumitat jenfasizza l-bżonn, kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi, tat-trasparenza u ta' l-uniformità fil-livell komunitarju, mingħajr dispożizzjonijiet kumplessi u inutli. |
|
5.3.4 |
Skond il-Kumitat, ikun utli li jiġi evitat l-użu tal-listi pożittivi fil-leġislazzjoni vertikali li joħloq sistema ta' awtorizzazzjoni doppja għall-istess enzimi. Id-direttivi u r-regolamenti preċedenti għandhom jiġu modifikati mill-aktar fis possibbli sabiex issir referenza uniformi għar-regolament il-ġdid propost. |
5.4 Ħwawar
|
5.4.1 |
Il-Kumitat jaħseb li huwa opportun li l-kriterji ta' evalwazzjoni jkunu simili għal dawk indikati għall-addittivi, billi jiġu inklużi l-“vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur”. |
|
5.4.2 |
Il-Kumitat huwa favur il-ħtieġa għal informazzjoni aktar ċara għall-konsumaturi fir-rigward tan-natura u l-oriġini tal-ħwawar użati fl-ikel, kif indikat fl-Artikolu 14. |
Brussel, il-25 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) Ara l-opinjoni CESE 585/2000 tas-26 ta' Mejju 2000, rapporteur: is-Sur Ataíde Ferreira.ĠU C 204, 18.7.2000.
(2) Ara n-nota tal-qiegħ nru 1.
(3) Ara SEC(2006) 1044 punt 3.3.
(4) Ara l-opinjoni CESE 404/2001 tas-28 ta' Mejju 2001, rapporteur: is-Sur Verhaeghe.ĠU C 155, 29.5.2001.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/38 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — L-implimentazzjoni tas-sostenibbiltà fis-sajd ta' l-UE permezz tar-rendiment sostenibbli massimu (MSY)
COM (2006) 360 finali
(2007/C 168/07)
Nhar l-4 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni ddeċiediet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — L-implimentazzjoni tas-sostenibbiltà fis-sajd ta' l-UE permezz tar-rendiment sostenibbli massimu (MSY)”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Marzu 2007. (Ir-rapporteur kien is-Sur Sarró Iparraguirre).
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 us-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'131 vot favur, u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jikkunsidra li, minkejja li l-linja ta' gwida tal-politika bbażata fuq ir-rendiment sostenibbli massimu (MSY) għall-ġestjoni ta' l-industrija tas-sajd ta' l-UE ser tkun ta' benefiċċju fuq il-perijodu fit-tul, tista' jkollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li jkunu diffiċli li jingħelbu mis-settur Ewropew tas-sajd. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' l-implimentazzjoni ta' din il-linja ta' gwida jiġu kkunsidrati bir-reqqa mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali. |
|
1.2 |
Minħabba li huwa diffiċli ħafna li ssir stima tar-rendiment sostenibbli massimu tal-ħażniet differenti tal-ħut, il-KESE jirrakkomanda li fil-pjanijiet tagħha fuq il-perijodu fit-tul il-Kummissjoni tistabbilixxi aġġustamenti annwali gradwali u flessibbli, li fuqhom jaqblu s-setturi kollha kkonċernati. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, il-Kumitat Konsultattiv ta' l-UE dwar l-Industrija tas-Sajd u l-Akwakultura (ACFA) u l-Kumitat tad-Djalogu Soċjali għas-Sajd Marittimu għandhom għalhekk jiġu kkonsultati ma' l-ewwel opportunità, sabiex ikollhom ħin biżżejjed sabiex jassiguraw li l-membri tagħhom jistgħu jiddiskutu t-termini tal-proposti li ġew imressqin. |
|
1.3 |
Il-KESE b'hekk jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikulari fir-rigward tat-twaqqif tar-rati annwali tal-mortalità ta' kull tip ta' ħut, bil-għan li jiksbu r-rendiment sostenibbli massimu għas-sajd imħallat fuq il-perijodu fit-tul. |
|
1.4 |
Il-Kumitat ma jaqbilx ma' l-argument tal-Kummissjoni Ewropea li din il-politika ta' ġestjoni ta' l-industrija tas-sajd ser ittejjeb il-bilanċ tal-kummerċ, peress li l-fetħa li tibqa' fil-provvista tas-suq mill-intrapriżi tal-Komunità ser timtela mill-ewwel mill-importazzjoni minn barra l-Unjoni. Il-KESE għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tkun partikularment viġilanti li tosserva u tissorvelja dawn l-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ta' l-UE għandhom iqisu l-“fatturi ambjentali oħra” msemmija f'din l-opinjoni u li wkoll jinfluwenzaw il-bidliet fl-ekosistemi marini. Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li jimponu restrizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imposti fuq is-settur tas-sajd fuq l-atturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom jolqtu l-ekosistemi marini. |
|
1.6 |
Fir-rigward ta' l-aġġustament mitlub sabiex jinkiseb ir-rendiment sostenibbli massimu, il-Kumitat jikkunsidra li ż-żewġ approċċi proposti mill-Kummissjoni jistgħu jikkomplimentaw lil xulxin, għax l-Istati Membri jkollhom jimplimentaw il-miżuri l-iktar adattati fid-dawl ta' l-effetti soċjali u ekonomiċi fis-setturi rispettivi tagħhom tas-sajd. Il-KESE jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF) m'għandux il-mezzi suffiċjenti sabiex ilaħħaq ma' l-impatt ta' l-implimentazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida ta' ġestjoni. |
2. Raġunijiet
|
2.1 |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar L-implimentazzjoni tas-sostenibbiltà fis-sajd ta' l-UE permezz tar-rendiment sostenibbli massimu (MSY) (1), is-suġġett ta' din l-opinjoni, tippreżenta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib fil-prestazzjoni ekonomika tas-settur tas-sajd skond il-politika komuni tas-sajd. |
|
2.2 |
Skond il-Kummissjoni, il-mezz li bih ser jitwettaq dan it-titjib fil-prestazzjoni ekonomika huwa permezz tat-tnaqqis gradwali tas-sajd eċċessiv, għax hija tal-fehma li dan iġib benefiċċji ekonomiċi għall-industrija tas-sajd f'termini ta' tnaqqis fl-ispejjeż, titjib fil-qbid, titjib fil-qligħ tas-sajd u t-tnaqqis ta' l-iskart. |
|
2.3 |
Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni tikkunsidra li wasal iż-żmien li s-sajd Ewropew jiġi mmaniġġjat b'mod differenti, billi nfittxu s-suċċess b'mod attiv minflok sempliċiment infittxu li nevitaw il-falliment. |
|
2.4 |
Il-Komunikazzjoni tippreżenta linja ta' gwida ta' politika ġdida għall-ġestjoni tas-sajd ta' l-UE, ibbażata fuq il-ksib tar-rendiment sostenibbli massimu minn ħażniet tal-ħut permezz tat-twaqqif ta' rati tal-mortalità fuq il-perijodu fit-tul. |
|
2.5 |
Din il-linja ta' gwida ta' politika ġdida hija bbażata fuq l-impenn politiku internazzjonali, mogħti mill-Istati Membri ta' l-UE matul is-Samit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD) li nżamm f'Johannesburg f'Settembru 2002, sabiex “il-ħażniet jinżammu jew jiġu stabbiliti mill-ġdid għall-livelli fejn jistgħu jipproduċu r-rendiment sostenibbli massimu bil-għan li jinkisbu dawn l-objettivi għall-ħażniet battala fuq bażi urġenti u fejn possibbli mhux aktar tard mill-2015”. |
|
2.6 |
Għalhekk l-għan huwa li titfisser sistema ta' ġestjoni fuq il-perijodu fit-tul li tiffoka fuq il-ksib ta' l-aħjar minn fost il-potenzjal produttiv tar-riżorsi marini ħajjin ta' l-Ewropa. Dan l-approċċ huwa kompletament konsistenti ma' l-objettiv usa' tal-politika komuni tas-sajd, li huwa li jassigura l-kondizzjonijiet sostenibbli ekonomiċi, ambjentali u soċjali. |
|
2.7 |
Skond il-Komunikazzjoni, il-benefiċċji ekonomiċi jistgħu jinkisbu biss billi jkun hemm iktar restrizzjonijiet fis-sajd waqt perijodu transizzjonali. Il-partijiet kollha kkonċernati għandhom ikunu involuti fil-proċess tad-deċiżjoni tal-pass ta' din il-bidla. L-għajnuna finanzjarja, bħal dik prevista taħt il-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd, għandha tgħin sabiex tnaqqas ir-riperkussjonijiet soċjali u ekonomiċi waqt il-fażi transizzjonali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-prinċipju li qiegħed jinfluwenza d-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex timplimenta fil-Komunità l-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-MSY huwa sempliċiment li kien hemm wisq sajd meta mqabbel mal-potenzjal produttiv ta' xi ħażniet. |
|
3.2 |
Peress li jagħraf li xi ħażniet tal-ħut fl-ibħra Ewropej naqqsu b'mod serju ħafna tul dawn l-aħħar 30 sena, prinċipalment bħala riżultat tas-sajd eċċessiv, il-Kumitat jaqbel li ser ikun mixtieq li nersqu lejn livelli iktar sostenibbli tas-sajd. |
|
3.3 |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-ħażniet tal-ħut ibbażat fuq l-MSY ser jassigura li l-ħażniet ma jikkollassawx u li fl-istess ħin tippermetti li jitkabbru ħażniet ikbar tal-ħut. |
|
3.4 |
Il-KESE jikkunsidra li l-prinċipju huwa tajjeb, minħabba li r-rendiment sostenibbli massimu ta' popolazzjoni tal-ħut hija l-kwantità tal- bijo-massa (kwantità ta' ħut) li tista' tiġi sfruttata b'tali mod li ma tintlaqatx il-produzzjoni futura. Konsegwentement, jappoġġja bis-sħiħ li l-politika dwar il-ġestjoni tas-sajd tkun ibbażata fuq dan il-prinċipju. |
|
3.5 |
Madankollu, il-Kumitat jixtieq jenfasizza mal-Kummissjoni li kwalunkwe bidla fis-sistema tal-ġestjoni tinvolvi r-riskji u li l-vantaġġi u l-iżvantaġġi għandhom għalhekk jitqiesu bir-reqqa. |
|
3.6 |
Il-Komunikazzjoni tiddiskuti f'dettall konsiderevoli l-vantaġġi tal-ġestjoni tal-ħażniet tal-ħut ibbażat fuq l-MSY, speċjalment il-vantaġġi ambjentali, iżda ma tiffokax fuq il-vantaġġi ekonomiċi u soċjali tas-sistema għas-settur tas-sajd u b'mod partikulari ma ssemmix l-iżvantaġġi. |
|
3.7 |
Wieħed mill-vantaġġi enfasizzat mill-Kummissjoni li l-KESE ma jaqbilx miegħu huwa l-argument li l-politika tal-ġestjoni tas-sajd ser itejjeb il-bilanċ tal-kummerċ; dan għaliex il-vojt li jħallu l-intrapriżi tal-Komunità li qegħdin ifallu bħala riżultat tal-konforma ma' l-għanijiet tal-MSY, ser jimtela mill-ewwel minn operaturi minn barra l-Unjoni, għax is-suq tal-prodotti tas-sajd huwa mmexxi mill-ħtieġa li tkun assigurata proviżjoni kostanti. |
|
3.8 |
L-approċċ ġenerali tal-Komunikazzjoni għal sistema ġdida tal-ġestjoni huwa li titnaqqas ir-rata tal-mortalità tal-ħut. Sabiex il-ħut jitħalla jikber iżjed u jinkisbu valur u rendiment ogħla meta jinqabdu, il-proporzjon ta' ħut li jinqabad mill-baħar għandu jitnaqqas. |
|
3.9 |
Madankollu, il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi li l-kejl tal-popolazzjonijiet tal-ħut huwa diffiċli, u filwaqt li s-sajd (mortalità tal-ħut) għandu influwenza kbira fuq is-saħħa tal-ħażna, fatturi oħra bħall-bidliet ambjentali u l-influss ta' ħut żgħir, jaqdu rwol ukoll. |
|
3.10 |
Għalhekk il-Komunikazzjoni tressaq strateġija fuq perijodu fit-tul għall-bini mill-ġdid tal-ħażniet tal-ħut ibbażat fuq it-tfittxija għal bilanċ fl-attività tas-sajd kontra l-kapaċità produttiva tal-ħazniet u jissuġġerixxi li dan jista' jitwettaq b'mod gradwali, billi jitnaqqas in-numru ta' bastimenti tas-sajd jew l-isforzi tas-sajd tal-bastimenti. |
|
3.11 |
Sabiex tiġi implimentata din l-istrateġija b'tali mod li s-sajjieda jkunu jistgħu jiksbu r-rendiment sostenibbli massimu mill-ħazna, ir-rata identifikata adattata u r-rata tal-mortalità annwali għandha tiġi l-ewwel stabbilita għal kull ħażna, u kull ħuta, fuq il-bażi ta' l-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Għandha tiġi deċiża wkoll ir-rata li biha jsiru l-aġġustamenti annwali sabiex jintlaħaq dan il-għan. Kif inhu ppreżentat fil-politika komuni tas-sajd, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu implimentati permezz ta' pjanijiet fuq il-perijodu fit-tul. |
|
3.12 |
Il-ġestjoni tas-sajd komunitarju huwa attwalment implimentat skond il-prinċipji tas-sigurtà u tal-prekawzjoni għall-ħażniet tal-ħut. It-TACs (Qbid Totali Permess — Total Allowable Catches) annwali u l-kwoti tal-qbid huma bbażati fuq rapporti xjentifiċi komparattivi, u pjanijiet ta' rkupru provduti fil-politika komuni tas-sajd huma implimentati għal xi ħażniet tal-ħut li ddeterjoraw sabiex jerġgħu lura għal-livelli sostenibbli bijoloġiċi. |
|
3.13 |
Il-KESE jikkunsidra li l-bidla fis-sistema tal-ġestjoni hija sinifikanti, għax din tfisser li tadotta għan bijoloġiku li huwa iktar ambizzjuż minn dak taħt is-sistema ta' ġestjoni attwali. Din il-bidla tfisser ukoll li ma' kull aġġustament annwali, ser ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-mortalità tal-ħut, li mingħajr dubju ser jeħtieġ tnaqqis fil-flotti u tnaqqis fl-isforzi tas-sajd u għalhekk ser jenħtieġ sagrifiċċju konsiderevoli min-naħa ta' l-intrapriżi komunitarji tas-sajd. Il-KESE jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF) m'għandux il-mezzi suffiċjenti sabiex ilaħħaq ma' dan is-sagrifiċċju konsiderevoli. Madankollu, jekk jintlaħqu l-għanijiet, is-sitwazzjoni tista' tkun favorevoli ħafna għal dawk l-intrapriżi tas-sajd li jkomplu joperaw. |
|
3.14 |
Fid-dawl ta' dan l-approċċ, il-KESE jixtieq jenfasizza mal-Kummissjoni li hemm livell għoli ta' inċertezza fir-rigward ta' l-istimi ta' l-MSY għall-ħazniet ta'speċi differenti. Fid-dawl ta' din l-inċertezza, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħabbrek sabiex l-aġġustamenti annwali fil-pjanijiet fuq il-perijodu fit-tul ikunu raġonevoli. |
|
3.15 |
L-isfida hija għalhekk li jinstabu mezzi ta' għajnuna għall-komunitajiet u l-intrapriżi tas-sajd sabiex jgħaddu mill-fażi ta' aġġustament f'ordni tajba. Il-Kumitat jemmen li dan ser jeħtieġ miżuri ta' appoġġ iktar ġenerużi u immaġinattivi minn dawk li ppreżentat il-Kummissjoni s'issa. Miżuri bħal dawn huma kompletament iġġustifikati bħala mezz li jassiguraw transizzjoni minn kmieni għal tendenza iktar sostenibbli ta' attività tas-sajd għall-ġejjieni. |
|
3.16 |
Fi kwalunkwe każ, il-Kumitat jikkunsidra li, bħalma hemm fil-Komunikazzjoni, huwa neċessarju li l-atturi kollha kkonċernati jkunu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-pjanijiet fuq perijodu fit-tul, fil-pass li bihom jiġu implimentati u fl-impatt tagħhom; b'hekk il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (KKR) għandhom jiġu kkonsultati fuq bażi frekwenti. Il-KESE jikkunsidra wkoll li l-Kumitat Konsultattiv ta' l-UE għas-Sajd u l-Akwakultura (ACFA) u l-Kumitat tad-Djalogu Soċjali għas-Sajd Marittimu għandu jiġi inkluż f'dawn id-diskussjonijiet. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
L-applikazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-MSY teħtieġ analiżi — bħalma teħtieġ ukoll il-Komunikazzjoni — ta' sett ieħor ta' kwistjonijiet li għandhom impatt dirett fuq dan it-tip ta' ġestjoni.
|
|
4.2 |
Effetti ambjentali u l-impatt tagħhom fuq il-bidliet fl-ekosistemi marini |
|
4.2.1 |
Il-Komunikazzjoni taċċetta li m'hemmx ċertezza dwar kif l-ekosistemi marini ser jiżviluppaw fil-kuntest tal-bidliet fil-klima u t-temp u li dawn u fatturi ambjentali oħra jistgħu ċertament jolqtu l-ħażniet tal-ħut. |
|
4.2.2 |
Minkejja li ma tistax tiddetermina l-impatt ta' l-effetti kollha ambjentali, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sajd fih innifsu huwa ta' sikwit il-fattur l-iktar influwenti u li l-isfruttar tal-ħazniet tal-ħut b'rata iktar baxxa tas-sajd ser jagħmel il-ħażniet iktar reżistenti għall-bidla ekoloġika. |
|
4.2.3 |
Il-Komunikazzjoni għalhekk tħeġġeġ it-tnaqqis fis-sajd b'rata regolari u sostenibbli, sabiex tassigura li kif il-mortalitajiet tal-ħut huma mnaqqsa u l-ħażniet mibnijin mill-ġdid, jinkiseb iktar għarfien dwar l-ekosistemi u l-potenzjal produttiv tagħhom, li jgħin fil-proċess ta' l-aġġustament tal-ġestjoni ta' l-għanijiet fuq il-perijodu fit-tul. |
|
4.2.4 |
Il-KESE jaqbel ma' dan il-prinċipju, sakemm il-mortalitajiet tal-ħut huma verament imnaqqsa b'rata regolari u sostenibbli fl-ispeċi fejn dan huwa meħtieġ. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-isforz sabiex tiġġestjona bijomassa tal-ħut lejn qies identifikat jista' jiġġenera nuqqas inaċettabbli ta' stabbiltà għall-industrija fuq il-perijodu l-qasir. |
|
4.2.5 |
Madankollu, il-Kumitat jikkunsidra li “fatturi ambjentali oħra”, li l-Komunikazzjoni lanqas biss issemmi, bħall-azzjoni tal-predaturi, it-tniġġis, l-esplorazzjoni u l-isfruttar tad-depożiti taż-żejt jew tal-gass, l-installazzjonijiet marittimi tar-riħ (windparks), it-tħaffir ta' ramel u ta' aggregat marittimu, eċċ., ukoll jinfluwenzaw il-bidliet fl-ekosistemi marini. |
|
4.2.6 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jimponu restrizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imposti fuq is-settur tas-sajd fuq l-atturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom jinfluwenzaw il-qies tal-ħażniet tal-ħut u l-bidliet fl-ekosistemi marini. |
4.3 L-applikazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni għas-sajd imħallat
|
4.3.1 |
Huwa fil-qasam tas-sajd imħallat li s-sistema ta' ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-MSY hija l-iktar diffiċli li tiġi applikata. |
|
4.3.2 |
Il-Komunikazzjoni tagħraf kemm huwa diffiċli u ma tikkunsidrax fid-dettall is-sistema tal-ġestjoni għas-sajd imħallat. Il-KESE jikkunsidra li kuntatti bejn il-Kummissjoni, l-KKR u l-ACFA għandhom jissaħħu fir-rigward ta' dan it-tip ta' sajd. |
|
4.3.3 |
Il-Komunikazzjoni tistqarr li huwa importanti li l-ekosistemi marini jinżammu f'bilanċ u l-KESE jaqbel kompletament ma' dan. Ikun approċċ riskjuż ħafna li jitnaqqas il-qbid ta' speċi waħda sabiex ikun hemm rendiment ikbar ta' speċi oħra. |
|
4.3.4 |
Il-komplessità tas-sistema tinstab fil-fatt li, kif tistqarr il-Kummissjoni, is-sajd ta' l-ispeċi kollha f'ekosistema għandu normalment jieħu l-forma ta' qbid (rata identifikata) li jikkorrespondi mal-ksib ta' rendiment sostenibbli massimu fuq il-perijodu fit-tul. Dan ifisser li, fir-rigward tar-rati tar-rendiment sostenibbli massimu stabbiliti għall-ħażniet differenti fi ħdan ekosistema li tifforma sajda imħallta, skond il-pjanijiet fuq il-perijodu fit-tul, ir-rendiment sostenibbli massimu jiġi ddeterminat mill-ispeċi li jkollhom l-iktar rata baxxa għall-ksib tar-rendiment sostenibbli massimu fuq il-perijodu fit-tul. |
|
4.3.5 |
Il-Komunikazzjoni tiddikjara wkoll li, sabiex jiġi evitat is-sajd aċċidentalment eċċessiv ta' speċi li tirrappreżenta qbid sekondarju, miżuri addizzjonali bħall-modifiki għat-tagħmir tas-sajd kif ukoll iż-żoni u l-istaġuni magħluqa jistgħu jkunu komponenti neċessarji ta' xi pjanijiet fuq perijodu fit-tul. |
|
4.3.6 |
Fil-fehma tal-KESE, minkejja li l-approċċ ta' din is-sistema ta' ġestjoni jaqbel ma' l-għan usa' tal-politika komuni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dettaljata tar-rati differenti użati sabiex jinkiseb l-MSY u għandha tikkonsulta lill-partijiet kollha involuti fis-sajd imħallat dwar ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pjanijiet fuq perijodu fit-tul. |
4.4 Il-ġestjoni ta' pjanijiet fuq perijodu fit-tul
4.4.1 Pjanijiet fuq perijodu fit-tul
|
4.4.1.1 |
Il-Komunikazzjoni tiddikjara li dawn ser jiġu mfassla mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mas-setturi kkonċernati, fuq il-bażi tal-parir xjentifiku imparzjali u li jitqiesu r-riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-miżuri proposti. |
|
4.4.1.2 |
Dawn ser jiddefinixxu rata identifikata tas-sajd, u mezz sabiex l-għan jintlaħaq b'mod gradwali, u b'hekk jitnaqqas l-impatt ta' xi ħsara tas-sajd fuq l-ekosistema. Pjanijiet għas-sajd imħallat għandhom jinkludu miżuri tekniċi bil-għan li jassiguraw li l-ħażniet differenti tal-ħut jinqabdu skond l-għanijiet rispettivi u l-possibbiltà li jiġu sfruttati inqas xi ħażniet minn dawk ta' livelli MSY sabiex jinkiseb xi qligħ produttiv ieħor ta' speċi oħra. |
|
4.4.1.3 |
Fejn il-parir xjentifiku ma jgħinx sabiex jiġu kkwantifikati l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-kondizzjonijiet ta' ġbir massimu sostenibbli, il-pjanijiet fuq il-perijodu t-twil ser jadottaw l-approċċ ta' prekawzjoni. |
|
4.4.1.4 |
Fl-aħħar, il-pjanijiet u l-għanijiet tagħhom ser ikunu soġġetti għal reviżjoni fuq bażi perjodiku. |
|
4.4.1.5 |
Il-KESE jikkunsidra li din il-linja ta' gwida ġdida għall-politika tal-ġestjoni tas-sajd, li jista' jkollha vantaġġi ċari meta jintlaħaq l-MSY tal-ħażniet kollha tal-ħut, jista' jkollha konsegwenzi drastiċi għas-settur tas-sajd: il-qbid jonqos, li jista' jwassal għal tnaqqis fil-flotta u għal telf ta' impjiegi fuq il-perijodu qasir, u li b'hekk tiddgħajjef il-bażi ekonomika tal-komunitajiet tas-sajd. |
|
4.4.1.6 |
Il-Kumitat għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-konsultazzjonijiet li qiegħda tippjana li żżomm mas-settur tas-sajd huma flessibbli b'mod raġonevoli fir-rigward tal-pass ta' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fuq perijodu fit-tul, sabiex is-sajjieda jkunu jistgħu jaġġustaw b'mod gradwali għal din is-sistema l-ġdida ta' ġestjoni. |
|
4.4.1.7 |
Fir-rigward tas-sajd imħallat, il-KESE jikkunsidra li l-ikbar flessibbiltà għandha tintwera fejn il-ħażniet jistgħu jiġu sfruttati bis-sħiħ għax ikunu f'kondizzjoni tajba. |
4.4.2 Il-Ġestjoni tal-bidla
|
4.4.2.1 |
Malli jitfasslu u jiġu adottati l-pjanijiet fuq perijodu fit-tul li jistabbilixxu l-ħażniet, l-Istati Membri ser ikollhom jiddeċiedu fuq il-pass tal-bidla sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, u kif ser tiġi ġestita s-sitwazzjoni. |
|
4.4.2.2 |
Il-Komunikazzjoni tressaq żewġ approċċi ġenerali sabiex tiġi ġestita din il-bidla:
|
|
4.4.2.3 |
Kull Stat Membru għandu l-libertà li jagħżel l-approċċ jew l-istrateġija ekonomika tiegħu, filwaqt li l-Komunità ser tipprovdi l-qafas tal-ġestjoni sabiex is-sajd eċċessiv jitnaqqas b'mod gradwali permezz ta' l-istrument finanzjarju provdut mill-Fond Ewropew għas-Sajd. |
|
4.4.2.4 |
Il-Komunikazzjoni tiżvela l-preferenza ċara tal-Kummissjoni għall-ewwel approċċ, ibbażat fuq it-tnaqqis tal-kapaċità tal-flotta nazzjonali, minħabba li tkun iktar faċli li tiġi ssorveljata u għax l-esperjenza tgħallem li t-tnaqqis fil-kapaċità tal-flotta hija iktar aċċettata malajr mill-pubbliku u huwa inqas diffiċli sabiex tiġi implimentata minn soluzzjonijiet oħra. |
|
4.4.2.5 |
Il-KESE jirrikonoxxi li t-tnaqqis fil-kapaċità tal-flotta huwa l-iktar mod effettiv għat-tnaqqis b'mod gradwali tas-sajd eċċessiv. Madankollu, il-Kumitat jikkunsidra li kull Stat Membru għandu jagħżel l-approċċ li huwa l-iktar adattat għalih, billi jkun analizza l-effetti ekonomiċi u soċjali, mingħajr ma jinsa li ż-żewġ għażliet jistgħu jintużaw b'mod konkorrenti sakemm jintlaħaq l-objettiv MSY għall-ħażniet tal-ħut. |
|
4.4.2.6 |
Il-KESE jaqbel mal-proposta sabiex l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-bidla jiġu analizzati fil-livell reġjonali minflok fil-livell Ewropew, peress li l-ispeċifiċità ta' kull flotta tista' tvarja ħafna fost l-Istati Membri. |
|
4.4.2.7 |
Il-pjanijiet fuq il-perijodu fit-tul ser ikunu bbażati skond is-sajd għall-gruppi ta' ħażniet tal-ħut li jinqabdu flimkien u għandhom jinkludu elementi bħal-limitazzjonijiet tal-varjazzjonijiet annwali li jikkonċernaw il-possibiltajiet tas-sajd, sabiex b'hekk tiġi assigurata transizzjoni stabbli u mingħajr tfixkil. |
|
4.4.2.8 |
Fl-aħħar nett, il-Komunikazzjoni tikkunsidra li l-istabbiliment ta' sett komplut ta' pjanijiet fuq il-perijodu fit-tul sabiex jinkiseb l-għan MSY ser jieħu ż-żmien. Għalhekk mill-2007, il-Komunità għandha tadotta deċiżjonijiet ta' ġestjoni li jassiguraw li ma jkunx hemm żieda fir-rata tas-sajd għal kwalunkwe ħażna li diġà qiegħda tinqabad b'mod eċċessiv. Il-KESE jikkunsidra wkoll li qabel ma tieħu deċiżjonijiet għall-2007, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonsulta lill-Kunsilli Reġjonali Konsultattivi, lill-Kumitat Konsultattiv ta' l-UE għas-Sajd u l-Akwakultura (ACFA) u lill-Kumitat tad-Djalogu Soċjali għas-Sajd Marittimu. |
Brussel, il-25 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) COM(2006) 360 finali ta' l-4.7.2006.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/42 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-Komunità ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' prodotti oħra li għandhom pil ta' din ix-xorta
COM(2006) 684 finali — 2006/0236 (COD)
(2007/C 168/08)
Nhar il-11 ta' Settembru 2006, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 u l-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-Komunità tal-pil tal-qtates u tal-klieb u ta' prodotti oħra li għandhom pil ta' din ix-xorta”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Retureau.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'128 vot favur, vot kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE japprova l-bażi legali (l-Artikolu 95 tat-Trattat KE) u t-tip ta' strument (regolament). |
|
1.2 |
Skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni m'għandhiex jedd tieħu azzjoni sabiex tikkumbatti l-moħqrija ta' l-annimali li, wara kollox, isseħħ lil hinn mill-UE, u tista' tindirizza l-kwistjoni biss billi tuża l-poteri tagħha fil-qasam tal-kummerċ u s-suq intern tal-pil u għar-raġuni tal-ħtieġa li jiġu armonizzati l-liġijiet nazzjonali differenti. |
|
1.3 |
Il-KESE huwa ta' l-istess fehma tal-Kummissjoni illi projbizzjoni totali biss tista' tiddiswadi lill-importaturi ta' ħwejjeġ jew ġugarelli milli jimpurtaw kwantitajiet kbar ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' oġġetti magħmula mill-pil tal-qtates u l-klieb fl-UE, ħalli b'hekk jiġi ostakolat it-traffikar fuq skala kbira ta' pil li huwa projbit. |
|
1.4 |
Il-KESE jixtieq li l-kunċett ta' “pil” ikun ċar mil-lat legali, b'referenzi jsiru espliċitament għall-pil innifsu u għall-komponenti differenti tiegħu (xagħar, ġilda), sabiex l-użu possibbli kollu tal-pil tal-qtates u tal-klieb jiġi inkluż fil-projbizzjoni. |
|
1.5 |
Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm metodi effettivi ta' monitoraġġ u li tintuza l-komitoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-aktar sistemi adegwati ta' monitoraġġ. |
2. Raġunijiet
|
2.1 |
Permezz ta' abbozz ta' regolament ibbażat fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE (is-suq intern), il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tipprojbixxi l-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ tal-pil tal-qtates u tal-klieb fl-Unjoni Ewropea. |
|
2.2 |
L-abbozz ta' regolament huwa tweġiba għat-talbiet tas-soċjetà ċivili u tal-Parlament Ewropew, u huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-presidenza Ġermaniża. |
|
2.3 |
Fl-Asja, b'mod partikolari, il-qtates u l-klieb jitrabbew u jinqatlu f'kondizzjonijiet atroċi bl-għan li l-pil tagħhom jintuża fil-produzzjoni ta' ħwejjeġ, aċċessorji u ġugarelli. Dan it-tip ta' pil deher fuq is-suq intern Ewropew. |
|
2.4 |
Normalment il-pil jiġi trattat b'kimika jew miżbugħ, u jinbiegħ f'denominazzjonijiet li jaħbu l-oriġini tiegħu. Xjentifikament, huwa diffiċli li jiġi identifikat preċiżament minn liema annimal joriġina l-pil li jkun proċessat b'dan il-mod, la permezz tad-dehra tiegħu jew kif jinħass u lanqas permezz ta' analiżi tad-DNA, peress li d-DNA jinqered meta l-oġġett ikun proċessat. Mid-dehra, teknika komparattiva li tinvolvi spetrometrija tal-massa (mass spectrometry) biss tkun tista' twassal għal identifikazzjoni preċiża ta' l-annimal li minnu joriġina dan it-tip ta' prodott. Il-kontroll doganali għalhekk jista' jkun diffiċli ferm, u huwa għal din ir-raġuni li jeżistu d-derogazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' l-abbozz. |
|
2.4.1 |
L-Artikolu 4 jistqarr illi l-pussess għall-użu personali ta' ħwejjeġ jew oġġetti li jinkorporaw pil projbit jista' jkun tolerat. Il-KESE jħoss illi d-dritt tal-proprjetà u l-użu personali jew il-pussess ta' dawn l-oġġetti privati fi kwantitajiet żgħar ħafna għandhom ikunu esklużi b'mod ċar mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament ħalli b'hekk tiġi evitata ż-żieda fil-burokrazija. |
|
2.4.2 |
Kull użu ta' ġlud meħud minn qtates jew klieb li ma trabbewx għall-produzzjoni tal-pil u li tingħatalhom tikketta li turi dan, jista', fejn huwa meħtieġ, ikun indirizzat skond il-proċedura ta' komitoloġija. |
|
2.5 |
Mil-lat ta' proporzjonalità, il-projbizzjoni totali tal-produzzjoni, l-importazzjoni u l-kummerċ hija l-unika miżura possibbli, meta jitqies illi dawn it-tipi ta' importazzjonijiet huma illegali jew mhux dikjarati u l-konsumaturi jiġu mqarrqa minn tikketti — li mhux ta' min jorbot fuqhom — li jitwaħħlu fuq ħwejjeġ u oġġetti li jistgħu jkollhom pil tal-klieb jew qtates. |
|
2.6 |
Għadd kbir ta' Stati Membri u xi pajjiżi terzi diġà adottaw liġijiet li jistabbilixxu projbizzjonijiet ta' għamliet u kamp ta' applikazzjoni differenti; l-intervent komunitarju huwa ġustifikat mill-ħtieġa li s-suq intern ikun armonizzat. |
|
2.7 |
Qiegħda tiġi stabbilita sistema ta' tagħrif u ta' segwitu bl-għan li jkun skopert pil projbit u li barraminhekk jinxteħet dawl fuq il-metodi li jintużaw sabiex isir dan. Il-proċedura ta' komitoloġija tagħti lok li tiġi stabbilita lista ta' metodi adegwati ta' kontroll. |
|
2.8 |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali proporzjonati u dissważivi. |
3. Osservazzjonijiet ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE japprova l-bażi legali u l-forma tar-regolament: id-dispożizzjonijiet dwar il-benesseri ta' l-annimali li jiġu applikati għall-annimali ta' l-irziezet ma jistgħux ikunu applikati għall-klieb u l-qtates. |
|
3.2 |
Hija realtà soċjali li fl-Ewropa dawn l-annimali saru annimali domestiċi, li ma jitrabbewx għal-laħam tagħhom, għall-pil jew inkella għax-xogħol; l-unika eċċezzjoni hija ċerti speċi ta' klieb li jintużaw sabiex jgħinu u jiggwidaw nies b'diżabbiltà, sabiex jinstabu nies mitlufin jew li jinsabu mirduma taħt il-ġebel jew borra, jew sabiex jgħinu lil uħud f'xogħol ieħor; l-effett ta' dan kollu huwa li dawn l-annimali jsiru aktar maħbuba mill-pubbliku. |
|
3.3 |
Skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni m'għandhiex jedd tieħu azzjoni sabiex tikkumbatti l-moħqrija ta' l-annimali li, wara kollox, isseħħ lil hinn mill-UE, u tista' tindirizza l-kwistjoni biss billi tuża l-poteri tagħha fil-qasam tal-kummerċ u s-suq intern tal-pil u għar-raġuni li jiġu armonizzati l-liġijiet nazzjonali differenti bl-għan li l-frammentazzjoni tas-suq intern tiġi evitata. |
|
3.4 |
Peress li hemm diffikultajiet tekniċi kbar sabiex ikun identifikat pil tal-qtates u l-klieb li jkun ġie proċessat, proposta li tqis biss il-ħtiġijiet ta' tikkettar, fil-prattika, ma kenitx tkun effikaċi. Il-KESE huwa ta' l-istess fehma tal-Kummissjoni illi projbizzjoni totali biss tista' tiddiswadi lill-importaturi ta' ħwejjeġ jew ġugarelli milli jimpurtaw kwantitajiet kbar ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' oġġetti magħmula mill-pil tal-qtates u l-klieb fl-UE, ħalli b'hekk jiġi ostakolat it-traffikar fuq skala kbira ta' pil li huwa projbit. |
|
3.5 |
Ġaladarba r-regolament jiġi adottat, għandu jkun notifikat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) bħala ostakolu non-tariffarju (ONT). Huwa konformi mar-regoli tal-kummerċ internazzjonali. |
4. Osservazzjonijiet partikolari
|
4.1 |
Il-KESE jixtieq li l-kunċett ta' “pil” ikun ċar mil-lat legali, b'referenzi jsiru espliċitament għall-pil innifsu u għall-komponenti differenti tiegħu (xagħar, ġilda), sabiex l-użu possibbli kollu tal-pil tal-qtates u tal-klieb jiġi inkluż fil-projbizzjoni. |
|
4.2 |
Il-KESE jħoss illi għandu jkun speċifikat li għandhom jiġu evitati l-kontrolli doganali fuq individwi li jkunu qegħdin iġorru oġġetti li huma strettament personali u li jkunu fi kwantitajiet limitati meta dawn ikunu qegħdin jaqsmu fruntieri interni jew ikunu ġejjin minn pajjiż terz; lanqas m'għandu l-iskambju jew il-bejgħ ta' artikli ta' lbies jew donazzjonijiet lil organizzazzjonijiet karitattivi jiġi meqjus li jkun kummerċ li jkun inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament. |
Brussel, il-25 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni u l-ħażna sikura tal-merkurju metalliku
COM(2006) 636 finali — 2006/0206 (COD)
(2007/C 168/09)
Nhar il-15 ta' Novembru 2006, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikoli 133 u 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-projbizzjoni ta' esportazzjoni u l-ħażna sikura tal-merkurju metalliku
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Osborn.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'126 vot favur u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jappoġġja l-ħidma attiva ta' l-Unjoni Ewropea fl-isforzi internazzjonali sabiex tirrestrinġa l-produzzjoni u l-użu tal-merkurju madwar id-dinja u sabiex tassigura metodi sikuri tal-ħażna u r-rimi. Għal dan il-għan huwa importanti li l-Ewropa tagħti eżempju tajjeb fl-indirizzar tagħha stess tal-problema tal-merkurju fi ħdan l-Unjoni, u sabiex tappoġġja miżuri aħjar ta' kontroll madwar id-dinja. |
|
1.2 |
Għalhekk, il-Kumitat jappoġġja l-għan ġenerali tal-proposta speċifika tal-Kummissjoni fir-Regolament propost attwali sabiex tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju mill-Ewropa u sabiex l-eċċess tal-merkurju fl-Ewropa jkun maħżun b'mod sikur. Il-KESE jemmen li l-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku mill-Ewropa u l-ħtieġa li jkun maħżun b'mod sikur sakemm jintrema huma partikularment rilevanti u f'waqthom fiċ-ċirkostanzi attwali peress li bħalissa fl-Ewropa qiegħed jitneħħa b'mod gradwali l-proċess tal-chlor-alkali bbażat fuq il-merkurju. |
|
1.3 |
B'ħarsa 'l quddiem, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex timplimenta l-elementi l-oħra ta' l-istrateġija tagħha dwar il-merkurju mill-iktar fis possibbli u sabiex tiżviluppa miżuri bil-għan li jitnaqqas iktar l-użu tal-merkurju fil-proċessi u fil-prodotti fl-Ewropa, u sabiex tassigura r-rimi sikur tal-merkurju fil-firxiet ta' l-iskart. |
|
1.4 |
Il-Kumitat jemmen li l-projbizzjoni legali għandha tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, bi skadenzi raġonevoli u li sa dak iż-żmien il-Kummissjoni u l-kumpaniji kkonċernati għandhom jitħeġġew jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex inaqqsu l-esportazzjoni sal-minimu. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jappoġġja l-arranġamenti ta' ħażna proposti mill-Kummissjoni f'dan ir-Regolament bħala l-aħjar li huma disponibbli għal dan il-mument. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-evalwazzjonijiet tas-sigurtà ta' kull faċilità proposta għall-ħażna, u għandhom jipprovdu għas-sorveljanza regolari tas-siti meta jibdew joperaw. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex titlob rapporti mill-Istati Membri dwar il-progress ta' din il-kwistjoni, u għandhom jiġu proposti iktar miżuri jekk l-arranġamenti ta' ħażna ma jkunux sodisfaċenti. |
2. Sfond għall-opinjoni
|
2.1 |
Il-merkurju huwa komponent naturali tad-dinja, b'abbondanza medja ta' madwar 0,05 mg/kg ġol-qoxra tad-dinja, b'varjanti lokali sinifikanti. Il-merkurju huwa wkoll preżenti f'livelli baxxi ħafna fil-bijosfera kollha. L-assorbiment tiegħu mill-qsari jista' jispjega wkoll il-preżenza tal-merkurju fil-karburanti fossili bħall-faħam, iż-żejt u l-gass. |
|
2.2 |
Il-livelli ta' merkurju fl-ambjent żdiedu konsiderevolment mill-bidu ta' l-era industrijali. Il-ħruq tal-karburanti fossili jerħi kwantitajiet sinifikanti tal-merkurju. B'żieda ma' dan, il-merkurju huwa estratt minn minerali (prinċipalment iċ-ċinabru) u jintuża f'varjetà ta' applikazzjonijiet industrijali. Il-merkurju mill-proċessi industrijali u mill-iskart jinfirex ukoll fl-ambjent. Il-prassi tal-passat ħallew wirt ta' merkurju ġot-terrafermi, fdalijiet tal-barrieri (mine tailings), siti industrijali kkontaminati, ħamrija u sedimenti. Saħansitra reġjuni mingħajr rilaxxi sinifikanti ta' merkurju, bħall-Artiku, huma milquta minħabba t-trasport transkontinentali u globali tal-merkurju. |
|
2.3 |
Ladarba jkun rilaxxat, il-merkurju jippersisti fl-ambjent fejn jiċċirkola bejn l-arja, l-ilma, is-sedimenti, il-ħamrija u l-bijota f'diversi forom. Il-forma tiegħu tista' tinbidel (primarjament bil-metaboliżmu mikrobijali) għal metilmerkurju, li għandu l-kapaċità li jinġabar f'organiżmi (bijo-akkumulazzjoni) u li jikkonċentra fil-ktajjen ta' l-ikel (bijo-tkabbir), partikularment fil-katina ta' l-ikel akwatika (ħut u mammali tal-baħar). Il-metilmerkurju huwa għalhekk il-forma ta' l-iktar inkwiet ta' din is-sustanza. Kważi l-merkurju kollu li jinsab fil-ħut huwa metilmerkurju. |
|
2.4 |
Il-merkurju llum huwa preżenti f'diversi medji ambjentali u ikel (speċjalment il-ħut) mad-dinja kollha f'livelli li għandhom effett ħażin fuq il-bnedmin u l-ħajja selvaġġa. F'xi partijiet tad-dinja, inkluż f'partijiet ta' l-Ewropa, numru sinifikanti tal-popolazzjoni umana huma esposti għall-merkurju li huwa 'l fuq mill-livelli aċċettabbli għas-saħħa. Hemm qbil internazzjonali wiesa' li r-rilaxx tal-merkurju fl-ambjent għandu jkun minimizzat u gradwalment imneħħi minn kull fejn huwa possibbli, u mill-iktar fis possibbli. |
|
2.5 |
Minkejja nuqqas fil-konsum globali tal-merkurju (id-domanda globali hija inqas minn nofs il-livelli ta' l-1980), u prezzijiet baxxi, il-produzzjoni mill-minjieri għadha qiegħda sseħħ f'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja. Fl-Ewropa, il-produzzjoni primarja issa waqfet, iżda l-merkurju għadu iżolat bħala prodott sekondarju ta' proċessi oħra estrattivi. |
|
2.6 |
Kwantitajiet kbar tal-merkurju qegħdin jidħlu wkoll fis-suq b'riżultat ta' konverżjoni jew għeluq tal-faċilitajiet ta' chlor-alkali fl-Ewropa li użaw il-proċess tal-merkurju. Dan il-merkurju residwu tipikament jinbiegħ bi prezz baxx lill-Miñas de Almadén fi Spanja, li mbagħad tbiegħu lil pajjiżi madwar id-dinja. |
|
2.7 |
Minkejja l-aħjar sforzi, la l-Euro Chlor u l-anqas l-Almadén ma jistgħu jassiguraw li l-merkurju esportat mill-UE taħt dan il-ftehim m'huwiex ser jikkontribwixxi għal iktar tniġġis globali minħabba t-telf tal-kontroll meta jitlaq mill-faċilitajiet ta' l-Almadén. Dan jista' b'hekk iħeġġeġ użu ikbar ta' merkurju f'proċessi u fi prodotti mhux regolati f'pajjiżi oħra u fi kwantitajiet ikbar ta' emissjonijiet jew ta' skart ikkontaminat bil-merkurju. Huwa għalhekk mixtieq li dan l-influss sostanzjali ta' eċċess tal-merkurju mill-proċessi abbandunati tal-produzzjoni tal-chlor-alkali bbażat fuq il-merkurju, jinżamm milli jinħareġ fuq is-suq globali. |
3. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
|
3.1 |
Fit-28 ta' Jannar 2005, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju (COM (2005) 20 final). L-Istrateġija tipproponi għoxrin azzjoni li jindirizzaw l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-merkurju. Tnejn mill-azzjonijiet proposti mill-Istrateġija jikkonċernaw l-esportazzjoni u l-ħażna tal-merkurju. |
|
3.2 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni għal regolament fuq il-projbizzjoni ta' esportazzjoni u l-ħażna sikura ta' merkurju metalliku issa twassal dawn l-azzjonijiet 'il quddiem. Il-Proposta għandha l-għan li tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku mill-Komunità kif ukoll li tiżgura li dan il-merkurju ma jerġax jidħol fis-suq u li jkun maħżun b'mod sikur, skond l-azzjonijiet 5 u 9 identifikati fl-Istrateġija Komunitarja dwar il-Merkurju. L-għan fundamentali huwa li tillimita żidiet addizzjonali għall-“ġabra globali” tal-merkurju diġà rilaxxat. |
|
3.3 |
Ir-Regolament propost għandu l-għan li jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju mill-UE mill-1 ta' Lulju 2011. Fl-istess data, il-merkurju li m'għadux jintuża fl-industrija chlor-alkali kif ukoll il-merkurju estratt mill-purifikazzjoni ta' gass naturali jew mill-produzzjoni ta' metalli mhux tal-ħadid irid jinħażen b'mod sikur. |
|
3.4 |
Il-Kummissjoni kkonsultat b'mod wiesa' dwar il-proposta u MAYASA, il-gvern Spanjol u l-industrija Ewropea tal-chlor-alkali — il-partijiet ikkonċernati l-iktar milquta b'mod dirett — qablu mal-projbizzjoni mid-data proposta. Il-Kummissjoni ħadet nota li CEFIC, l-organizzazzjoni Ewropea ta' l-industrija tal-kimika, tat impenn volontarju sabiex tassigura l-ħażna b'mod sikur tal-merkurju mill-industrija tal-chlor-alkali mill-1 ta' Lulju 2011. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-għan li l-Ewropa ssir mexxejja ta' l-isforzi globali sabiex jitnaqqsu r-rilaxxi u l-emissjonijiet tal-merkurju ġo l-ambjent billi l-produzzjoni u l-konsum tal-merkurju jkunu restritti, u billi titħeġġeġ is-sostituzzjoni minn materjali, proċessi u prodotti oħra aktar sikuri. Il-Kumitat jemmen li r-Regolament REACH kieku jiffaċilita sforzi ta' dan it-tip. |
|
4.2 |
Il-Kumitat bi pjaċir jinnota li t-tħaffir u l-estrazzjoni tal-merkurju minn metalli li fihom il-merkurju issa waqaf fl-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tkompli żżomm din il-kwistjoni taħt ir-reviżjoni u li tkun lesta li timponi projbizzjoni jekk qatt ikun hemm xi proposta li terġa' tinbeda l-estrazzjoni tal-merkurji fl-Ewropa għal raġunijiet kummerċjali. Il-KESE jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tikkunsidra miżuri addizzjonali sabiex tiskoraġġixxi l-produzzjoni tal-merkurju bħala prodott sekondarju mill-estrazzjoni ta' minerali oħra, u sabiex tassigura l-ħażna u r-rimi ta' eċċess ta' merkurju b'mod sikur |
|
4.3 |
Barra mill-Ewropa, il-Kumitat jappoġġja l-ħidma attiva ta' l-Unjoni Ewropea fl-isforzi internazzjonali sabiex tirrestrinġa l-produzzjoni, u l-użu tal-merkurju madwar id-dinja u sabiex tassigura metodi sikuri tal-ħażna u r-rimi. Għal dan il-għan huwa importanti li l-Ewropa tagħti eżempju tajjeb fl-indirizzar tagħha stess tal-problema tal-merkurju fi ħdan l-Unjoni, u sabiex tappoġġja miżuri aħjar ta' kontroll madwar id-dinja. |
|
4.4 |
F'dan il-kuntest, il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku mill-Ewropa u l-ħtieġa li jkun maħżun b'mod sikur sakemm jintrema huwa pass utli. Huwa partikularment rilevanti u f'waqtu fiċ-ċirkostanzi attwali meta t-tneħħija b'mod gradwali tal-proċess tal-chlor-alkali bbażat fuq il-merkurju fl-Ewropa jista' altrimenti jirrilaxxa kwantitajiet kbar ta' eċċess tal-merkurju fis-suq globali. Għalhekk, il-Kumitat jappoġġja l-għan ġenerali tal-proposta speċifika tal-Kummissjoni fir-Regolament propost attwali sabiex tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju mill-Ewropa u sabiex l-eċċess tal-merkurju fl-Ewropa jkun maħżun b'mod sikur. |
|
4.5 |
Iżda l-istorja ma tistax tieqaf hawnhekk. Il-Kumitat qiegħed jistenna lill-Kummissjoni sabiex twettaq iktar xogħol bil-għan li tiżviluppa miżuri sabiex jitnaqqas iktar l-użu tal-merkurju fil-proċessi u fil-prodotti fl-Ewropa, u sabiex tassigura r-rimi aktar sikur tal-merkurju fil-firxiet ta' l-iskart. Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra liema passi jistgħu jittieħdu fil-livell internazzjonali għall-promozzjoni ta' ġestjoni aħjar tal-merkurju madwar id-dinja, inkluż in-negozjati ta' miżuri adattati ta' kooperazzjoni li jappoġġjaw it-trasferiment ta' teknoloġiji li jissostitwixxu l-merkurju u s-soluzzjonijiet għall-ġbir u l-ħażna tal-merkurju u possibbilment ftehim internazzjonali dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal-merkurju. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1 |
Il-Kumitat jinnota li l-proposta attwali tapplika biss għall-esportazzjoni tal-merkurju metalliku (Artikolu 1). Il-KESE jemmen li huwa urġenti li tingħata iktar konsiderazzjoni lill-possibbiltà li tiġi estiża l-projbizzjoni għall-komposti tal-merkurju u l-prodotti li fihom il-merkurju kif inhu previst f'Artikolu 5. Ikun mixtieq li tiġi speċifikata skadenza għal din ir-reviżjoni. Għandhom jiġu kkunsidrati iżjed miżuri sabiex tiġi imposta s-sostituzzjoni tal-merkurju b'materjali inqas tossiċi jew li jniġġsu inqas fil-prodotti u fil-proċessi fl-Unjoni. |
|
5.2 |
Oriġinarjament il-Kummissjoni pproponiet li l-projbizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-2011. Il-Parlament irrakkomanda li din id-data titressaq 'il quddiem għall-2010. L-NGOs qegħdin ikomplu jisħqu li l-projbizzjoni għandha tidħol fis-seħħ f'data iktar qrib. Il-Kumitat jemmen li l-projbizzjoni legali għandha tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, bi skadenzi raġonevoli, u li sa dak iż-żmien il-Kummissjoni u l-kumpaniji kkonċernati għandhom jitħeġġu jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex inaqqsu l-esportazzjoni sal-minimu. |
|
5.3 |
Il-Kummissjoni tipproponi (Artikolu 2) li l-merkurju li ġej mill-proċessi abbandunati tal-chlor-alkali, il-merkurju mirbuħ mit-tindif tal-gass naturali, u l-merkurju mirbuħ mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid u attivitajiet oħra ta' tidwib, għandhom ikunu maħżuna b'mod sikur. L-Artikolu 3 jispeċifika l-ħażna jew f'minjiera tal-melħ taħt l-art jew f'faċilità ddisinjata speċjalment għall-ħażna temporanja tal-merkurju metalliku. Dawn il-faċilitajiet iridu juru l-prassi preskritti tas-sigurtà u l-ġestjoni. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jwaqqaf faċilitajiet bħal dawn, jew, li jingħaqad ma' Stati Membri oħra li għandhom kondizzjonijiet iktar favorevoli. Flimkien mal-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni, dawn id-dispożizzjonijiet huma mmirati sabiex jassiguraw li dawn il-kwantitajiet eċċessivi tal-merkurju minn proċessi industrijali maġġuri jkunu mneħħija kompletament mis-suq u jkunu miżmuma b'mod sikur. |
|
5.4 |
Il-Kumitat jappoġġja dawn l-arranġamenti għal ħażna bħala dawk l-aħjar eżistenti attwalment. Il-Kumitat jikkunsidra bħala importanti ħafna li l-EIA u l-evalwazzjonijiet tas-sigurtà li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti għal kwalunkwe faċilitajiet ta' ħażna jiġu mmexxija b'mod iddettaljat u rigoruż, u li għandhom jipprovdu għal sorveljanza regolari tas-siti meta jibdew joperaw. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex titlob rapporti mill-Istati Membri dwar il-progress ta' din il-kwistjoni, u li tkun lesta li tipproponi iżjed miżuri jekk l-arranġamenti tal-ħażna ma jkunux sodisfaċenti. |
|
5.5 |
Huwa importanti li l-operaturi li użaw il-merkurju għandhom iħallsu sabiex jiġi maħżun b'mod sikur. Il-Kumitat jinnota li l-arranġamenti għall-ħażna ta' l-eċċess tal-merkurju li joħroġ mill-waqfa tal-proċessi tal-chlor-alkali għandhom jiġu implimentati b'konsultazzjoni u ftehim ma' l-intrapriżi industrijali rilevanti, u li l-Eurochlor qegħdin jiżviluppaw ftehim volontarju b'mod parallel mad-Direttiva li tikkommetti lill-membri tagħhom sabiex jużaw faċilitajiet tal-ħażna sikuri. Il-Kumitat jilqa' din l-inizjattiva minn grupp industrijali responsabbli. Sakemm dawn l-arranġamenti jintlaqgħu mill-intrapriżi kollha rilevanti u jistgħu jkunu assigurati b'mod trasparenti li jista' jkun issorverljat, il-Kumitat jaqbel li dan ikun l-aħjar mod sabiex tiġi assigurata implimentazzjoni effettiva. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tesplora l-possibbiltà li jintlaħaq ftehim simili ma' produtturi kbar industrijali oħra tal-merkurju metalliku bħall-industrija ta' l-elettriku u l-industrija tat-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid u attivitajiet oħra ta' tidwib. |
|
5.6 |
Il-Kumitat jenfasizza li s-sorveljanza u l-infurzar ta' l-arranġamenti l-ġodda ser ikunu parikularment importanti. Il-ħtieġa li l-merkurju jkun maħżun u mormi, effettivament ser ibiddel lill-merkurju minn assi li tista' titpoġġa fis-suq, f'obbligu li ser jimponi l-ispejjeż fuq il-propjetarji tiegħu. F'dawn iċ-ċirkostanzi ser ikun hemm tentazzjonijiet għall-operaturi mingħajr skrupli sabiex jipprovaw jevitaw li jgħaddu lil dan il-merkurju mir-rotot adatti ta' rimi, u li jittrasferixxu dan il-materjal lejn terrafermi artifiċjali illegali. Iż-żamma rigoruża ta' l-informazzjoni u s-superviżjoni ser ikunu neċessarji sabiex ma jkunx hemm dawn ir-riżultati mhux mixtieqa. |
|
5.7 |
Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra iżjed azzjoni sabiex timplimenta elementi oħra ta' l-istrateġija tal-merkurju mill-iktar fis possibbli. B'mod partikulari l-KESE jqis bħala importanti li jitħeġġeġ it-tnaqqis b'mod gradwali u mill-iktar fis possibbli tal-merkurju mill-prodotti tad-dawl, mill-ġojjelli, mid-dentistrija, mill-prodotti kosmetiċi u li jitħaffu l-miżuri li jnaqqsu jew jeliminaw l-emissjonijiet tal-merkurju minn fabbriki kbar tal-kombustjoni, mill-krematorja u minn sorsi oħra sinifikanti tat-tniġġis ta' l-arja mill-merkurju. Jistgħu jenħtieġu miżuri oħra sabiex ikun assigurat li kwantitajiet sinifikanti preżenti f'firxiet ta' skart oħrajn jinqabdu għall-ħażna jew għar-rimi minflok ma jitħallew jinfirxu u jniġġsu l-ambjent b'mod aktar wiesa'. Dawn il-miżuri kollha addizzjonali għandhom, naturalment, jiġu evalwati f'termini ta' kemm l-attività kkonċernata tikkontribwixxi lejn il-problema globali tal-merkurju, u lejn l-ispejjeż u l-impatti tas-soluzzjonijiet proposti. |
Brussel, il-25 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/47 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji ta' gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri
COM(2006) 815 finali — 2006/0271 (CNS)
(2007/C 168/10)
Nhar it-12 ta' Jannar 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji ta' gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-23 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura O'Neill.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u fis-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'129 vot favur, 4 voti kontra u l-ebda astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
B'konformità ma' l-Artikolu 128, paragrafu 2 tat-Trattat, il-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi li qegħdin attwalment fis-seħħ jeħtieġu konferma b'deċiżjoni tal-Kunsill sabiex jiġġeddu għall-2007, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-KESE. |
|
1.2 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li l-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi (2005-2007) jiġġeddu għall-2007, dment li jkunu meqjusa l-oqsma li dwarhom ġie espress tħassib u saru rakkomandazzjonijiet. |
|
1.3 |
Il-KESE jirrakkomanda bi sħiħ li l-iskeda u l-proċess li għandhom jiġu adottati jiġu kkomunikati b'mod wiesa' u fi żmien adegwat lill-partijiet kollha kkonċernati, sabiex jinkisbu l-aqwa benefiċċji possibbli minn dan il-proċess, tkompli tinbena r-rieda tajba, tiġi żgurata l-parteċipazzjoni massima mill-partijiet ikkonċernati u jkun hemm biżżejjed ħin għar-risposti, fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali, fl-istadju ta' żvilupp. |
|
1.4 |
Il-KESE jirrakkomanda li jkun hemm enfasi akbar fuq l-inklużjoni tal-persuni bi bżonnijiet speċjali fil-Linji ta' Gwida l-ġodda dwar l-Impjiegi, b'objettivi speċifiċi u rikonoxximent akbar tal-ħtiġiet tal-politika soċjali. Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili mill-aktar fis possibbli fl-iżvilupp tal-linji ta' gwida mill-Kummissjoni kif ukoll iqis importanti li jiġi kkonsultat dwar id-dokument finali. |
|
1.5 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni immedjatament tieħu l-passi sabiex tidħol f'diskussjonijiet mal-KESE dwar l-iżvilupp tal-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi billi tistabbilixxi kuntatti formali u informali sabiex tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp tal-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi għat-tliet snin li ġejjin. |
|
1.6 |
Il-KESE jagħmel sejħa sabiex jiġu stabbiliti objettivi ħafna aktar ambizzjużi u li jistgħu jitkejlu, li jkunu jistgħu jiġu evalwati fil-linji ġodda ta' gwida fil-livell ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri, u sabiex il-Kummissjoni tingħata aktar poteri ta' applikazzjoni. |
|
1.7 |
Il-KESE jirrakkomanda li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri kollha sistemi adegwati ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u Komunikazzjoni (ICT) sabiex ikun hemm garanzija ta' titjib fil-ġbir ta' informazzjoni u sabiex il-proċess ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni jitħaffef. |
|
1.8 |
Il-KESE jkompli jirrakkomanda li l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma għandhom jinkludu aktar evidenza konkreta ta' objettivi mfissra, skedi, spejjeż u stimi baġitarji. |
2. Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni
|
2.1 |
Fil-bidu ta' l-2007, il-Kummissjoni bagħtet proposta lill-KESE bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni bil-għan li jiġu vvalidati l-“Linji ta' Gwida għall-Politika dwar l-Impjiegi ta' l-Istati Membri” għall-2007, li jeħtieġu li jiġu kkonfermati minn deċiżjoni tal-Kunsill. |
|
2.2 |
Il-Kummissjoni tipproponi li l-linji ta' gwida stabbiliti għall-perijodu 2005-2008 (1) bbażati fuq l-Artikou 128 tat-Trattat jinżammu għall-2007 u għandhom jiġu meqjusa mill-Istati Membri fil-politiki tagħhom dwar l-impjiegi (2). |
|
2.3 |
B'din il-proposta ta' deċiżjoni, il-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra l-Istrateġija ta' Lisbona, implimentata sa mill-2005, li hija bbażata fuq iċ-ċiklu ġdid ta' gvernanza li jinkludi pakkett integrat ta' linji ta' gwida li jibqgħu validi sa l-2008. Dawn jinkorporaw dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. |
|
2.4 |
L-Istati Membri kienu meħtieġa li jippreparaw Programmi Nazzjonali ta' Riforma li ġew evalwati mill-Kummissjoni. Din ir-reviżjoni annwali tistabbilixxi l-progress li sar fl-applikazzjoni tal-l-linji ta' gwida u tipprovdi l-konklużjonijiet li fuqhom hija bbażata l-proposta li dawn il-linji ta' gwida jiġġeddu. |
3. Osservazzjonijiet preċedenti tal-KESE
Il-KESE kkumenta fuq il-linji ta' gwida f'żewġ opinjonijiet preċedenti (3). L-oqsma speċifiċi li dwarhom kien hemm tħassib kienu dawn:
|
— |
L-iskeda għall-iżvilupp u għall-adozzjoni tal-linji ta' gwida kienet ristretta ħafna u ma ppermettitx għal dibattitu u involviment reali fuq dan is-suġġett mill-partijiet differenti ikkonċernati kemm fil-livell ta' l-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, li kellu impatt fuq il-proċessi demokratiċi, b'mod partikolari fl-iżvilupp tal-programmi nazzjonali. |
|
— |
Peress li fir-rigward tal-linji attwali ta' gwida, qiegħed jiġi enfasizzat li l-Istati Membri jistabbilixxu l-objettivi tagħhom, hemm tħassib kontinwu li l-miżuri dwar il-politika ta' l-impjiegi ma jistgħux jibqgħu jiġu vvalutati permezz ta' objettivi speċifiċi u li jistgħu jiġu kwantifikati, bħalma kien iseħħ fil-programmi preċedenti bil-konsegwenza li l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma saru anqas ambizzjużi fir-rigward tal-politika ta' l-impjiegi u fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema. |
|
— |
Hemm bżonn li jkun hemm enfasi akbar fuq l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, u li sa ċertu punt tingħatalhom garanzija li jkollhom l-ewwel impjieg li joffri prospetti għall-futur. |
|
— |
Hemm bżonn ta' enfasi kontinwa fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba l-età, id-diżabilità jew l-oriġini etniċi. |
|
— |
It-transizzjoni lejn l-ekonomija ta' l-għarfien teħtieġ strateġija aktar rigoruża u aktar iffokata fir-rigward tat-taħriġ professjonali u tat-tagħlim tul il-ħajja sabiex ikun hemm adattament għal teknoloġiji ġodda, ir-ristrutturazzjoni tal-bażi industrijali u sabiex l-indivdwi jkunu jistgħu jiksbu kompetenzi trasferibbli. |
|
— |
Irid ikun hemm aktar konsistenza sabiex l-investiment jiġi integrat fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-innovazzjoni, kemm sabiex tiġi stimolata l-ekonomija kif ukoll sabiex jiġu żviluppati impjiegi ġodda. |
|
— |
L-attenzjoni li qiegħda tingħata lill-ugwaljanza bejn is-sessi u lill-bżonn għall-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik familjali mhix biżżejjed. |
|
— |
Hemm bżonn ta' aktar attenzjoni fir-rigward ta' l-impatt tal-bidla demografika u l-isfidi li ġġib magħha x-xjuħija tal-ħaddiema. |
|
— |
Il-bżonn li tissaħħaħ u tiġi kkontrollata l-implimentazzjoni tal-politiki ta' immigrazzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ippjanar nazzjonali għall-impjiegi. |
|
— |
L-importanza li jkun hemm fondi neċessarji fil-livell nazzjonali u Ewropew sabiex jiġu implimentati l-miżuri dwar il-politika ta' l-impjiegi. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
F'opinjonijiet preċedenti, il-KESE laqa' l-adozzjoni tal-linji integrati ta' gwida għall-2005-2008 u jkompli jenfasizza li s-suċċess jiddependi mill-fatt li l-Istati Membri jieħdu r-responsabbiltajiet tagħhom bis-serjetà u jpoġġu fil-prattika fil-livell nazzjonali l-prijoritajiet stabbiliti b'mod konġunt. Irid ikun hemm enfasi qawwija fuq l-involviment ta' l-imsieħba soċjali kollha u tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp u ta' l-implimentazzjoni. |
|
4.2 |
Il-KESE jirrikonoxxi li sar progress fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku fl-UE-25 u permezz tal-miżuri speċifiċi dwar l-impjiegi (4), iżda jibqa' mħasseb minħabba d-disparità kontinwa bejn l-implimentazzjoni tal-miżuri differenti fl-Istati Membri u bejn Stati Membri differenti u jibqa' tal-fehma li hemm nuqqas ta' urġenza u ta' ordni ta' preċedenza tal-prijoritajiet sabiex jitwettaq tibdil sinjifikanti. |
|
4.3 |
Il-KESE jixtieq li l-Kummissjoni tassumi rwol aktar importanti fl-iżvilupp ta' objettivi Ewropej u nazzjonali, u fil-kontroll u l-evalwazzjoni tal-progress li jsaħħaħ u jżid il-valur tar-Rapporti Annwali maħruġa mill-Programmi Nazzjonali ta' Riforma f'kull Stat Membru. |
|
4.4 |
Il-KESE jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni sabiex parti mill-Fondi Strutturali, Soċjali u ta' Globalizzazzjoni jintużaw sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi. Il-KESE jkompli jenfasizza l-importanza li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni l-fondi neċessarji fil-livell Ewropew u nazzjonali sabiex l-inizjattivi dwar l-impjiegi jiddaħħlu f'ordni ta' preċedenza. |
|
4.5 |
Il-KESE, waqt li jtenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' progress, jixtieq li l-miżuri u l-emendi fil-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi għall-2008-2010 jirriflettu l-bżonn għal titjib. |
5. Oqsma li għadhom iqajmu tħassib
Il-linji ta' gwida għat-tkabbir u l-impjiegi, stabbiliti fl-2005, ippreżentaw oqsma speċifiċi għal titjib u l-KESE jibqa' mħasseb minħabba l-fatt li firxa ta' objettivi għadhom ma ntlaħqux, li hemm nuqqas ta' ordni ta' preċedenza tal-prijoritajiet fil-livell nazzjonali, u jixtieq jara ugwalment l-implimentazzjoni ta' miżuri bl-għan li jingħelbu dawn in-nuqqasijiet fil-linji ta' gwida li ser jiġu ppubblikati fl-2008.
|
— |
Huwa improbabbli li l-objettiv globali ta' 70 % għal impjegar totali jintlaħaq f'dan il-perijodu. Għalkemm ir-rata stabbilita għall-impjegar tan-nisa ser tilħaq is-60 % li kienu proposti, din iċ-ċifra hija magħmula minn xogħol part-time, flessibbli u temporanju. |
|
— |
L-objettiv ta' 50 % propost għall-ħaddiema “aktar anzjani” (persuni li għandhom bejn 45-65 sena, skond it-tifsira tal-Kummissjoni) ukoll mhux ser jintlaħaq minkejja l-progress li sar. |
|
— |
L-iżvilupp ta' strateġiji għall-persuni b'diżabilità jew bi bżonnijiet speċjali u l-integrazzjoni tagħhom fid-dinja tax-xogħol għadhom baxxi. |
|
— |
Hemm tħassib kontinwu dwar il-livell ta' qgħad taż-żgħażagħ li qiegħed jibqa' jiżdied u qegħdin jittieħdu miżuri adattati sabiex is-sitwazzjoni titjieb. |
|
— |
L-edukazzjoni u r-relazzjoni tagħha mas-suq modern tax-xogħol hija kwistjoni prinċipali fis-sens li hemm nuqqas ta' kompetenzi bażiċi u intermedjarji u nuqqas ta' koerenza bejn il-kompetenzi u l-kwalifiki fir-rigward tas-suq ta' l-impjiegi. L-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri tat-taħriġ professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja kollha, u r-rieda reali tas-sostenn finanzjarju jew mis-settur pubbliku jew mis-settur privat, jibqgħu sors ta' tħassib sinjifikanti. |
|
— |
Jeżisti nuqqas kontinwu ta' enfasi fuq it-tagħlim tul il-ħajja fl-etajiet kollha iżda b'mod partikolari għall-ħaddiema aktar anzjani. Dan jippreżenta problema partikolari fir-rigward ta' l-adattabilità tal-forza tax-xogħol. |
|
— |
Jibqa' tħassib fir-rigward ta' l-integrazzjoni tal-ħaddiema migranti fl-Istati Membri li qegħdin jimlew il-vojt sostanzjali li jeżisti minħabba l-ħtieġa ta'-kompetenzi fis-suq tax-xogħol. |
|
— |
Waqt li l-KESE jappoġġja l-mobilità tal-ħaddiema fl-Istati Membri, huwa mħasseb mill-impatt li t-trasferiment ta' ħaddiema kwalifikati u ċ-ċaqliq ta' kompetenzi minn pajjiż ta' l-UE għal ieħor għandhom fuq il-pajjiż ta' oriġini. Dan għandu jiġi kkontrollat u għandha tittieħed azzjoni sabiex tiġi assigurata ż-żamma ta' bilanċ ta' forza tax-xogħol kompetenti u kwalifikata, neċessarja għas-sostenibbiltà. |
|
— |
L-effett fuq l-opportunitajiet lokali fir-rigward ta' l-impjiegi għandu jiġi analizzat waqt li jiġi mistoqsi għaliex il-persuni bla xogħol mhumiex qegħdin jimlew il-postijiet battala lokali. |
|
— |
L-objettiv ta' ekonomija ta' l-għarfien ibbażata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni għadu 'l bogħod milli jintlaħaq. Hemm nuqqas ta' attenzjoni mogħtija mill-Istati Membri għall-approċċ integrat ibbażat fuq “iċ-ċiklu tal-ħajja”. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex irendu d-dinja tax-xogħol kompatibbli mal-ħajja familjali. Dan huwa kompitu għas-soċjetà kollha. B'mod partikolari, permezz tal-provvista ta' faċilitajiet intiżi li jieħdu ħsieb it-tfal, ir-rikonċiljazzjoni tal-familja u ta' l-obbligi familjali tkun possibbli u n-nisa jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu f'impjieg b'paga, jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol malajr wara waqfa (5). |
|
— |
Hemm bżonn li l-Istati Membri jippromovu strateġiji intiżi sabiex itejbu l-adattabilità tal-ħaddiema u ta' l-intrapriżi u b'mod partikolari l-potenzjal tal-kunċett tal-flessigurtà (6). |
|
— |
Il-problemi ta' l-impatt tax-“xogħol mhux iddikjarat” fuq l-Istati Membri u l-individwi għandhom jiġu indirizzati. |
|
— |
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-aġenda “Xogħol Diċenti” (7) u l-prinċipji tal-Kwalità tax-Xogħol (8) għadhom ma twettqux f'xi Stati Membri. |
|
— |
B'paragun mal-medja ta' l-Istati Uniti, ir-rati ta' produttività fl-Ewropa jibqgħu baxxi, u din hija riflessjoni tar-rata u tal-livell ta' investiment fil-persuni u fl-ideat. |
|
— |
Għalkemm ir-rata ta' l-investiment pubbliku fl-UE jista' jitqabbel ma' l-investiment ta' l-Istati Uniti, l-investiment mis-settur privat huwa sostanzjalment inferjuri. |
6. Azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni
|
6.1 |
Il-Kummissjoni wettqet reviżjoni, wara li rċeviet ir-Rapporti Annwali mill-Istati Membri, li wasslet għall-Kommunikazzjoni L-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi — “Sena ta' Twettiq” li tirreġistra l-progress li sar s'issa. Din is-sena hemm anness iddettaljat li jindika l-azzjonijiet irrakkomandati li huma meħtieġa speċifikament minn kull Stat Membru. Waqt li din hija ta' importanza kruċjali għall-kontribut għall-evalwazzjoni ta' l-impatt globali tal-linji ta' gwida, din tixħet dawl fuq it-tħassib tal-KESE li m'hemmx biżżejjed enfasi fuq l-urġenza u li teżisti disparità fl-implimentazzjoni tal-linji ta' gwida. Il-Kummissjoni jrid ikollha aktar awtorità sabiex tistabbilixxi objettivi li jistgħu jitkejlu, tikkoordina l-attivitajiet u tinforza l-progress. |
|
6.2 |
Il-KESE jilqa' l-“Evalwazzjoni ta' l-Impatt” proposta mill-Kummissjoni li ser twettaq fil-programm ta' tliet snin flimkien ma' numru ta' aġenziji sabiex jitkejjel l-effikaċja tiegħu u sabiex tinfluwenza l-iżvilupp tal-linji l-ġodda ta' gwida dwar l-impjieg għall-2008-2010. |
|
6.3 |
Il-KESE jilqa' l-proċess ta' konsultazzjoni propost dwar il-linji ġodda ta' gwida ta' l-impjiegi li ser jibda wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz tal-Kummissjoni f'Diċembru 2007 bl-għan li tiġi ppreżentata l-proposta finali lill-Kunsill għal adozzjoni f'Ġunju 2008. Il-KESE jenfasizza li huwa importanti li l-Istati Membri u l-partijiet kollha interessati jiġu kkonsultati u involuti matul dan il-proċess kemm fil-livell ta' l-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, mill-aktar fis possibbli. |
|
6.4 |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jkun hemm l-opportunità li jiġi evalwat l-impatt kmieni kemm jista' jkun matul l-2007 sabiex jiġi kkunsidrat il-kontenut, tintlaqa' l-informazzjoni u jittieħed sehem proattiv fir-risposta bl-għan li jiġi influwenzat l-iżvilupp tal-linji ta' gwida u t-tħejjija tal-programmi nazzjonali. |
Brussel, il-25 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) COM(2005) 141 finali, linji ta' gwida Integrati għat-tkabbir u għax-xogħol (2005-2008).
(2) COM(2006) 815 finali, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji ta' gwida għall-Politika ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar il-Linji ta' gwida dwar l-impjiegi 2005-2008 (rapporteur: is-Sur Malosse), ĠU C 286 tas-17.11.2005; Opinjoni tal-KESE dwar Il-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi (rapporteur: is-Sur Greif), ĠU C 195 tat-18.8.2006.
(4) Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi — “Sena ta' twettiq”, COM(2006) 816 finali.
(5) Opinjoni tal-KESE dwar Il-Linji ta' Gwida dwar l-Impjiegi 2005-2008 (rapporteur: is-Sur Malosse), ĠU C 286 tas-17.11.2005, paġna 41,punt 3.2.3.
(6) Opinjoni tal-KESE dwar Il-Flessigurtà: il-każ tad-Danimarka (rapporteur: is-Sinjura Vium), ĠU C 195 tat-18.8.2006.
(7) Opinjoni tal-KESE dwar Il-promozzjoni tax-xogħol diċenti għal kulħadd, 19 ta' Diċembru 2006 (CESE 92/2007), rapporteur: is-Sur Etty.
(8) Intejbu l-kwalità fix-xogħol, COM(2003) 728 fin, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Intejbu l-kwalità fix-xogħol: reviżjoni tal-progress riċenti.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/50 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsilll, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Politika Marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra
COM(2006) 275 finali
(2007/C 168/11)
Nhar is-7 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsilll, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Politika Marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija u s-Soċjetà ta' l-informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kienet Dr Bredima Savopoulou u l-ko-rapporteurs kienu s-Sur Chagas u s-Sur Nilsson.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tas-26 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'157 vot favur u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Green Paper toħloq fehma ġdida dwar il-baħar fl-UE, u dan għandu jintlaqa' tajjeb. Din hija l-ewwel darba li l-perspettiva tal-politiki komunitarji, li hija ġeneralment msejsa fuq l-art, qiegħda tinqaleb. Il-messaġġ simboliku tal-Green Paper, li l-Ewropa hija u kienet nazzjon qabel kollox marittimu, jiftaħ paġna ġdida fl-UE fir-rigward ta' l-ibħra. |
|
1.2 |
Il-Green Paper tippromovi approċċ globali, transettorjali u strateġiku fir-rigward ta' l-oċeani. L-objettiv li l-frammentazzjoni tiġi ssostitwita b'viżjoni wiesgħa jistħoqqilha appoġġ sħiħ. |
|
1.3 |
L-elementi pożittivi tal-Green Paper huma ħafna aktar mill-elementi potenzjalment negattivi. Il-KESE japprova l-maġġoranza tal-proposti li jinsabu fil-Green Paper (dwar is-sajd, il-portijiet, it-tarzna, it-trasport marittimu, ir-reġjuni kostali, l-enerġija offshore, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-ambjent, it-turiżmu, il-bijoteknoloġija blu) filwaqt li jagħmel xi kummenti speċifiċi. |
|
1.4 |
Il-KESE japprova r-rikonoxximent ta' kemm huwa essenzjali r-rwol tas-servizzi u tal-portijiet marittimi ta' l-UE f'ekonomija globalizzata. Huwa jilqa' r-rikonoxximent fil-Green Paper li t-tbaħħir huwa internazzjonali u jeħtieġ regoli globali. Hemm bżonn ta' azzjoni pożittiva mill-UE sabiex titneħħa l-impressjoni negattiva tat-tbaħħir li għandu l-pubbliku u n-nuqqas ta' apprezzament għall-kontribut li jagħtu l-vapuri u l-baħħara lis-soċjetà. Il-KESE huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jirratifikaw minnufih Konvenzjonijiet prinċipali internazzjonali (IMO/ILO) u għandhom jassiguraw li dawn jiġu implimentati kif suppost. |
|
1.5 |
Il-clusters marittimi għandu jkollhom pożizzjoni ċentrali fil-politika marittima futura ta' l-UE. Il-KESE jemmen li l-UE għandha tikkummissjona studju sabiex dawn il-clusters jiġu definiti u mqabbla ma' clusters marittimi f'żoni oħra. Il-clusters marittimi ser ikunu importanti fiż-żamma ta' l-għarfien marittimu fl-UE. |
|
1.6 |
Iż-żjieda ta' l-investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ marittimi għandhom ikunu ċentrali fil-politika marittima integrata sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' servizzi siguri, effiċjenti u ta' kwalità għolja. In-nuqqas potenzjali ta' baħħara kwalifikati ser ikollha konsegwenzi allarmanti għall-infrastruttura tas-sigurtà marittima u ser tiżdied jekk l-UE u l-gvernijiet ma jaħdmux flimkien sabiex tiġi indirizzata din il-problema. Mingħajr provvista bħal din, l-Ewropa ser tkun dejjem aktar nieqsa mill-għarfien u mill-esperjenza meħtieġa għal attivitajiet marittimi marbutin mas-sigurtà (l-ispezzjoni tal-vapuri, surveying, il-liġi, l-assigurazzjoni, is-servizzi ta' traffiku marittimu, is-salvataġġ, il-gwardja kostali u l-pilotaġġ). Barra minn hekk, clusters marittimi sħaħ jistgħu jinqasmu jew jiċċaqalqu għal reġjuni oħrajn. |
|
1.7 |
Il-KESE jinnota li s-sajjieda u l-baħħara huma esklużi minn numru ta' kapitoli tal-leġislazzjoni soċjali Ewropea (eż d-Direttiva dwar is-sensji kollettivi (1), dwar it-trasferiment ta' l-intrapriżi (2), dwar l-informazzjoni/konsultazzjoni (3) u t-tqassim tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta' servizzi (4)). Irrispettivament mir-raġunijiet li jwasslu għal dawn l-esklużjonijiet, huwa importanti li dik id-diskriminazzjoni titwaqqaf, fejn huwa neċessarju. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tevalwa dawn l-esklużjonijiet f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-imsieħba soċjali. |
|
1.8 |
It-tisħin globali u l-bidliet klimatiċi konsegwenti joħolqu xenarji fejn xi gżejjer jistgħu jisparixxu, żoni kostali jistgħu jegħrqu, il-ħażniet tal-ħut jonqsu, il-mikro-organiżmi tal-baħar jinqerdu b'impatt fuq il-katina ta' l-ikel u l-livell tal-baħar jista' jogħla b'7 metri sa l-2050. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza l-kwistjoni globali fil-kuntest ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra hija stess approċċ ambjentali integrat fl-azzjonijiet kollha tagħha — mhux biss f'dawk li jikkonċernaw kwistjonijiet marittimi, iżda wkoll fil-proposti kollha tagħha li tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill. |
|
1.9 |
Il-KESE jemmen li l-ġlieda kontra l-emissjonijiet fl-arja tista' toħloq konsegwenzi mhux mistennija u inkonsistenzi fil-politiki. It-tniġġis fl-arja huwa kwistjoni kumplessa u t-tnaqqis ta' pollutant wieħed jista' jkollu effett negattiv fuq il-pollutanti l-oħra bħall-gassijiet b'effett ta' serra. Is-soluzzjoni li jippreferi l-Kumitat hija l-approċċ internazzjonali globali sabiex tinstab soluzzjoni li twassal għal benefiċċju ambjentali ġenerali fuq perijodu fit-tul. |
|
1.10 |
Il-KESE jinnota li r-raffineriji jipproduċu biss kombustibbli marini ta' kwalità ħażina u s-settur tat-tbaħħir m'għandux triq oħra ħlief li juża dan bħala bankers għall-vapuri. Huwa jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza l-kwalità tal-bankers sabiex tagħmel kisba importanti fil-kwistjoni ta' l-emmissjonijiet fl-arja mill-vapuri. |
|
1.11 |
Il-KESE jifhem li l-idea ta' “spazju marittimu komuni Ewropew” jirreferi biss għal spazju virtwali marittimu li fih ikun hemm simplifikazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi u tad-dwana għal servizzi marittimi intrakomunitarji li jagħtihom kondizzjonijiet simili għal dak tat-trasport bit-trakk jew bil-ferrovija fis-suq intern. Wara kjarifiki mill-Kummissjoni, li ġew espressi b'mod ċar fil-Komunikazzjoni, il-kunċett jista' jiġi appoġġjat mill-KESE sakemm dan jirrispetta fl-ilmijiet internazzjonali (High Seas) il-Konvenzjonijiet UNCLOS u IMO li jinkludu l-prinċipju ta' “navigazzjoni ħielsa” u dak li jissejjaħ “id-dritt tal-passaġġ innoċenti” (the right of innocent passage) fil-qalba taż-Żona Esklussiva Ekonomika. |
|
1.12 |
Il-KESE jitkellem favur il-ħolqien ta' stati kostali “ta' kwalità” li huma l-ħolqa nieqsa fil-katina tal-kwalità. Stati kostali “ta' kwalità” għandhom jipprovdu lill-vapuri bis-servizzi essenzjali: installazzjonijiet adegwati għat-trattament ta' l-iskart, postijiet ta' refuġju għall-vapuri fil-periklu, il-passaġġ innoċenti, trattament imparzjali għall-baħħara u għajnuna għan-navigazzjoni. Dan il-kunċett għandu jitqajjem mill-UE fl-IMO sabiex jiġu żviluppati kriterji adattati li jistgħu jitkejlu għal-livell ta' prestazzjoni ta' l-istati kostali. |
|
1.13 |
Il-KESE jilqa' r-rikonoxximent fil-Green Paper tar-rwol li jista' jkollu fl-implimentazzjoni tal-politika marittima, inkluż l-ippjanar ta' l-ispazji. Il-Kumitat jista' wkoll jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-identità marittima kif ukoll għall-wirt kulturali marittimu ta' l-UE u sabiex jissensibilizza l-opinjoni pubblika dwar it-tisħin globali. |
|
1.14 |
Il-Green Paper huwa l-ewwel tentattiv meħud fi ħdan l-UE sabiex l-enfasi titmexxa minn fuq l-art għal fuq il-baħar. Il-KESE jixtieq jifraħ lill-Kummissjoni talli reġgħet stabbilixxiet il-bilanċ u, jixtieq jirrispondi billi jipparafraża l-massima ta' Temistokli “L-Ewropa tibqa' teżisti sakemm ikollha l-vapuri”. (“ser ikollna art u patria sakemm ikollna vapuri u ibħra”). |
|
1.15 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni sabiex jiġi kkonsultat dwar il-Pjan ta' Azzjoni li ser joħroġ dwar il-Green Paper. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Matul ħamsin sena ta' eżistenza, l-UE żviluppat diversi politiki dwar l-ibħra: it-trasport marittimu, il-portijiet, it-tarzna, is-sajd, l-ambjent tal-baħar, ir-reġjuni kostali u l-enerġija offshore. Madankollu, dawn il-politiki żviluppaw separatament mingħajr ma japprofittaw mis-sinerġiji ta' bejniethom. Wasal iż-żmien li dawn l-elementi kollha jinġabru flimkien u tiġi avvanzata viżjoni ġdida wiesgħa għall-futur. |
|
2.2 |
Fis-7 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Green Paper intitolata “Lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra”. L-inizjattiva tal-President Barroso għandha titqies fil-kuntest ta' l-Objettivi Strateġiċi tal-Kummissjoni Ewropea (2005-2009) li enfasizzaw il-bżonn għal politika marittima komprensiva li għandha l-għan li tiżviluppa ekonomija marittima prosperuża u l-potenzjal sħiħ ta' l-attivitajiet ibbażati fuq il-baħar b'mod sostenibbli mil-lat ambjentali. Il-Kummissarju Borg ġie fdat li jmexxi Task Force dwar il-Politika Marittima għal dan l-iskop. |
|
2.3 |
Il-Green Paper tqajjem mistoqsijiet importanti f'varjetà ta' oqsma bl-użu ta' approċċ integrat u globali li jippermetti rabtiet bejn is-setturi. Il-Green Paper, li diġà hija r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, nediet wieħed mill-akbar eżerċizzji ta' konsultazzjoni fl-istorja ta' l-UE billi saqsiet liċ-ċittadini liema politika jixtiequ jaraw li tiġi adottata għall-ibħra u l-oċeani. |
|
2.4 |
Mill-bidu tas-snin tmenin, il-KESE segwa mill-qrib it-triq ta' l-UE fl-istabbiliment ta' dawn il-politiki settorjali u ta kontribut bl-opinjonijiet konsistenti tiegħu fit-tfassil tagħhom. Issa jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li hemm bżonn ta' viżjoni strateġika ġdida għall-futur. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Kuntest
|
3.1.1 |
Il-Green Paper toħloq fehma ġdida dwar il-baħar fl-UE, u dan għandu jintlaqa' tajjeb. “Kemm m'hix ħaġa xierqa li nsejħu lill-pjaneta tagħna Art, meta fil-kwalità tagħha hija oċean”. Is-sotto-titolu tal-Green Paper huwa sinjifikanti u indikattiv ta' l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni meta nediet il-Green Paper. Din hija l-ewwel darba li l-perspettiva tal-politiki komunitarji li ġeneralment hija msejsa fuq l-art, qiegħda tinqaleb. Il-messaġġ simboliku ta' l-inizjattiva tal-Green Paper huwa l-aktar importanti: l-Ewropa hija u kienet nazzjon qabel kollox marittimu. L-UE għandha kultura marittima rikka li m'għandhiex tintilef. Mill-antikità konna xhieda ta' l-iżvilupp ta' diversi nazzjonijiet ta' navigaturi li għandhom il-benniena tagħhom fl-Ewropa: il-Griegi, it-Taljani, l-Ispanjoli, il-Brittaniċi, il-Portugiżi, in-nazzjonijiet Skandinavi (Vikingi), il-Ġermaniżi (bil-Liga Anseatika) u l-Olandiżi. Illum il-ġurnata, il-Greċja, Ċipru u Malta huma fost l-ewwel għaxar pajjiżi fid-dinja li għandhom l-akbar Reġistru tal-Bastimenti. |
|
3.1.2 |
Il-Green Paper tintervjeni fi żmien ta' bidliet strutturali profondi fil-moviment tal-kummerċ marittimu dinji: vapuri enormi, portijiet u terminals enormi, loġistika moderna, kummerċ mingħajr l-użu tal-karti, żvilupp kontinwu tal-vapuri containers, iżda wkoll żjieda fil-formalitajiet għall-ekwipaġġ sabiex jintbagħtu f'temp qasir fil-portijiet, iż-żjieda tal-piraterija/terroriżmu modern u pressjonijiet akbar fir-rigward tar-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi. Il-globalizzazzjoni bil-konsegwenzi sekondarji kollha tagħha (pożittivi u negattivi) hija evidenti f'dan is-settur. |
|
3.1.3 |
Il-Green Paper trid titqies ukoll fl-isfond ta' l-iżvilupp ta' poteri kummerċjali ġodda (BRICs — Brażil, Russja, Indja, Ċina), il-falliment tan-negozjati tal-WTO, is-sjieda ta' 40 % tal-flotta dinjija mill-pajjiżi ta' madwar il-Paċifiku u 40 % l-oħra mill-Ewropej. Id-dibattitu kollu qam fi żmien fejn il-prezzijiet taż-żejt qegħdin jisplodu 'l fuq, fejn qegħdin isiru taħdidiet kontinwi dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-elettriku, dwar is-sorsi alternattivi ta' l-enerġija u dwar il-biżgħat tat-tisħin globali. |
|
3.1.4 |
Hemm diversi aspetti u attivitajiet umani relatati mal-baħar (sajd, ambjent, trasport, riċerka u żvilupp, esplorazzjoni tal-qiegħ marittimu, enerġija, tarzna, portijiet, turiżmu). Il-Green Paper teżamina l-inter-relazzjoni kkumplikata li teżizti bejn l-attivitajiet tal-baħar u dawk marittimi u tagħti parir li jkun hemm forma aktar integrata ta' tħejjija tal-politiki. |
3.2 Aspetti ekonomiċi
|
3.2.1 |
Il-KESE jilqa' l-attenzjoni li tingħata lid-dimensjoni marittima ta' l-Ewropa fil-Green Paper, li tiftaħ paġna ġdida fl-UE fir-rigward tal-baħar. Il-Komunikazzjoni tenfasizza r-rwol essenzjali li s-servizzi tat-trasport marittimu għandhom fl-ekonomija Ewropea kif ukoll fil-ħajja ta' kuljum u l-prosperità taċ-ċittadini Ewropej, li ta' sikwit jinjorawhom. Il-KESE jappoġġja l-pożizzjoni rigward il-kompetitività internazzjonali tas-settur marittimu u tal-portijiet f'ambjent globalizzat u l-bżonn li jiġu stabbiliti regoli internazzjonali imparzjali fis-suq globali. It-trasport marittimu u l-portijiet huma rikonoxxuti bħala komponenti ewlenin tal-katini loġistiċi li jgħaqqdu s-suq uniku ma' l-ekonomija dinjija. Filfatt iżommu pożizzjoni ta' mexxejja fil-livell dinji u mhuma bl-ebda mod industriji li qegħdin jispiċċaw. It-tnejn li huma jiġu identifikati bħala komponenti ewlenin ta' l-istrateġija ta' Lisbona, li l-għan tagħha huwa li l-Ewropa ssir l-aktar entità kummerċjali kompetittiva fid-dinja. Il-KESE jinnota li riċentament it-tarzna fl-UE rnexxiet b'mod eżemplari f'ċerti kategoriji speċifiċi ta' vapuri. |
|
3.2.2 |
Il-Green Paper ser tipproduċi wkoll konsegwenzi pożittivi għall-immaġni tat-tbaħħir u l-iżvilupp ta' clusters marittimi li huma l-akbar fid-dinja. Il-clusters marittimi għandu jkollhom pożizzjoni ċentrali fil-politika marittima futura ta' l-UE. Il-KESE jemmen li l-UE għandha tikkummissjona studju sabiex dawn il-clusters jiġu definiti u mqabbla ma' clusters marittimi f'żoni oħra. Il-clusters marittimi ser ikunu importanti fiż-żamma ta' l-għarfien marittimu fl-UE. |
|
3.2.3 |
L-UE għandha tinkoraġġixxi inizjattivi li għandhom l-għan li joħolqu dehra pożittiva tat-tbaħħir u tal-portijiet mal-pubbliku ġenerali. Hemm bżonn li jiġu indirizzati l-konġestjoni fil-portijiet u xkiel ieħor li jostakola l-effiċjenza tas-servizzi. Għandu jkun hemm investimenti fil-portijiet u fil-konnessjonijiet ma' l-intern tal-pajjiż sabiex l-Ewropea tingħata katini loġistiċi effiċjenti u ta' kwalità għolja. It-tkabbir li ra t-trasport marittimu fuq distanza qasira matul l-aħħar għaxar snin għandu jkompli jiġi stimolat f'sistema integrata ta' trasport Ewropew. |
|
3.2.4 |
Għalkemm huwa rikonoxxut li kważi 90 % tal-kummerċ estern ta' l-UE jseħħ permezz tal-baħar, li l-perċentwali tal-kummerċ intra-komunitarju huwa ogħla minn 40 % u li r-residenti Ewropej jikkontrollaw aktar minn 40 % tal-flotta kummerċjali dinjija, il-Green Paper tenfasizza biss it-trasport marittimu fuq distanza qasira u l-kunċett ta' “Toroq tal-Baħar”. Madankollu, il-parteċipazzjoni dejjem akbar tal-vapuri ta' l-UE fl-attivitajiet kummerċjali internazzjonali bejn pajjiżi terzi u kontinenti oħrajn m'għandhiex tiġi sottovalutata. |
3.3 Aspetti soċjali
|
3.3.1 |
Il-globalizzazzjoni tippreżenta sfidi partikolari fil-qasam ta' l-impjiegi marittimi. Il-KESE jirrikonoxxi bis-sħiħ l-importanza li jinżamm l-għarfien marittimu Ewropew; huwa essenzjali kemm għall-industrija stess kif ukoll għaż-żamma ta' clusters marittimi li huma meħtieġa għall-interessi ekonomiċi u soċjali tal-Komunità. Hemm numru ta' azzjonijiet li jistgħu jintużaw bħala bażi li qegħdin jitmexxew fil-livell nazzjonali, komunitarju u internazzjonali; f'dan ir-rigward, l-imsieħba soċjali għadhom rwol importanti x'jaqdu. Flimkien jistgħu jagħtu kontribut sinjifikanti sabiex jissaħħu l-għarfien marittimu Ewropew u l-opportunitajiet ta' impjieg għall-baħħara Ewropej. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tingħaqad ma' l-Istati Membri bil-għan li tqajjem kuxjenza u ttejjeb l-impressjoni tal-pubbliku fir-rigward ta' l-industrija u tal-ħaddiema tagħha. |
|
3.3.2 |
Iż-żjieda fl-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ relatat mal-baħar għandhom ikunu ċentrali fil-politika marittima integrata sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' servizzi siguri, effiċjenti u ta' kwalità għolja. L-iskarsezza potenzjali ta' baħħara kwalifikati tippreżenta konsegwenzi allarmanti għall-infrastruttura tas-sigurtà marittima fl-UE u ser tiżdied jekk ma jkunx hemm impenji bi sħab bejn l-UE, il-gvernijiet u l-industrija sabiex tiġi indirizzata din il-problema. Mingħajr provvista bħal din, l-Ewropa ser tkun dejjem aktar nieqsa mill-kapaċità u mill-esperjenza meħtieġa għal attivitajiet marittimi ewlenin marbutin mas-sigurtà (l-ispezzjoni tal-vapuri, is-surveying, il-liġi, l-assigurazzjoni, is-servizzi ta' traffiku marittimu, is-salvataġġ, il-gwardji kostali u l-pilotaġġ). Mingħajr din il-provvista, clusters marittimi sħaħ jistgħu jinqasmu jew jiġu trasferiti f'reġjuni oħrajn. |
|
3.3.3 |
Il-possibbiltajiet ta' impjieg fuq l-art lill-eks baħħara huwa fattur importanti sabiex in-nies jitħajru jibdew karriera marittima. Il-proġett ta' l-ippjanar tal-karriera żviluppat mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) jista' jkun ta' għajnuna sabiex juri l-firxa ta' possibbiltajiet għall-ippjanar tal-karriera għall-baħħara Ewropej bl-għan li t-tbaħħir isir għażla ta' karriera attraenti. Il-kunċett għandu jiġi promoss u użat fil-livell nazzjonali. |
|
3.3.4 |
L-implimentazzjoni ta' qafas komunitarju adattat destinat sabiex jippromovi t-taħriġ u l-għarfien marittimu Ewropej ser ikollha effetti pożittivi għall-clusters marittimi kollha (5). Hemm bżonn ta' azzjoni għal aktar appoġġ sabiex jitħeġġeġ it-taħriġ ta' baħrin li jixtiequ jsiru uffiċjali u l-investiment f'kulleġġi nawtiċi (Edukazzjoni u Taħriġ Marittimu) fl-Ewropa kollha, sabiex jiġi assigurat li t-taħriġ isir fuq il-bażi ta' l-“aħjar prattika” li tipprovdi firxa ta' kompetenzi li jirriflettu l-iżvilupp teknoloġiku (eż. navigazzjoni elettronika). |
|
3.3.5 |
Il-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-istandards ta' l-impjieg marittimu ta' l-2006 (MLC) (6), adottata b'mod unanimu u li tissostitwixxi 30 Konvenzjoni prinċipali ta' l-ILO, ser tipprovdi bażi solida, komprensiva u globali għall-istandards tax-xogħol tal-baħrin. Il-KESE jappoġġja n-negozjati li huma għaddejjin bħalissa bejn l-imsieħba soċjali ta' l-UE bil-għan li l-MLC tiġi inkluża fil-leġislazzjoni ta' l-UE permezz ta' Ftehim ta' l-Imsieħba Soċjali, waqt li tiġi kkunsidrata l-klawżola ta' non-rigressjoni inkluża fil-Konvenzjoni ta' l-ILO. Fil-qafas tal-politika marittima komunitarja tal-futur, l-Istati Membri jridu jkunu meħtieġa jirratifikaw u jimplimentaw l-MLC, li tirrappreżenta Karta tad-Drittijiet tal-Baħħara. Bl-istess mod, il-Kummissjoni hija mħeġġa li tiżviluppa l-kuntatti kollha possibbli sabiex tassigura, wara tentattiv fallut fl-2005, l-adozzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-ILO dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol abbord vapuri tas-sajd fl-2007. |
|
3.3.6 |
Il-KESE jemmen li hemm skop għat-titjib tal-perċezzjoni ġenerali tat-tbaħħir u tal-professjoni f'dan il-qasam permezz ta' kampanji adegwati li għandhom jitfasslu fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali. Il-KESE jista' jagħti kontribut siewi sabiex jippromovi l-identità u l-patrimonju kulturali marittimi ta' l-UE. Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (7), il-ħolqien ta' Jum Ewropew Marittimu jew ta' Jum Ewropew ta' l-Oċeani jista' jikkontribwixxi sabiex l-Ewropej isiru aktar konxji fir-rigward ta' l-importanza ta' dan is-settur. |
|
3.3.7 |
Għandha tiġi investigata aktar fid-dettall l-idea li jinħolqu programmi ta' taħriġ iffinanzjati mill-operaturi differenti tal-clusters marittimi, sabiex tiġi garantita ż-żamma ta' offerta adegwata ta' għarfien marittimu Ewropew, li aktar tard jista' jintuża f'attivitajiet relatati mas-settur. |
|
3.3.8 |
Il-KESE huwa ddiżappuntat li l-aspetti soċjali dwar il-ħaddiema impjegati f'diversi attivitajiet relatati mal-baħar, apparti t-trasport u s-sajd, mhumiex imsemmija fil-Green Paper. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza l-aspetti soċjali ta' l-attivitajiet relatati mal-baħar (eż. tarzna, pilotaġġ, portijiet, enerġija, esplorazzjoni ta' qiegħ il-baħar). |
3.4 Aspetti ambjentali
|
3.4.1 |
Il-KESE jaqbel mal-fehma espressa fil-Green Paper li l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar hija importanti għat-titjib tal-kompetittività u ta' l-impjiegi fl-Ewropa. Il-Kumitat jesprimi t-tħassib tiegħu li kull ma jmur l-ambjent marittimu qiegħed ikun mhedded dejjem aktar mill-attivitajiet umani u mid-diżastri naturali. Il-protezzjoni tiegħu hija l-kondizzjoni sine qua non għas-sostenibilità fuq perijodu fit-tul tal-pjaneta tagħna. Il-KESE jemmen li approċċ integrat trans-settorjali jista' jkun għodda importanti għall-partijiet ikkonċernati kollha sabiex issir ġestjoni ambjentali sostenibbli u sabiex jagħmlu l-aħjar użu mis-sinerġiji bejn is-sotto-setturi. |
|
3.4.2 |
Id-diversità bijoloġika fl-ambjent marittimu għandha tkun issalvagwardjata minn politiki koerenti ta' l-UE, li jipprovdu responsabbiltajiet għall-partijiet ikkonċernati kollha, li jirrappreżentaw il-katina ta' responsabbiltà. Il-Kummissjoni hija mistiedna li twettaq riċerka sabiex tipprovdi għarfien xjentifiku dwar kif l-ambjent marittimu u d-diversità bijoloġika jistgħu jagħtu kontribut aktar siewi lill-ħajja umana. Fil-fehma tal-Kumitat, l-aħjar soluzzjoni bl-għan li jseħħ titjib ambjentali ġenerali fuq perijodu fit-tul hija strateġija internazzjonali globali. |
|
3.4.3 |
Fil-kuntest ta' din l-istrateġija globali, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza t-tniġġis marittimu minn sorsi fuq l-art (attivitajiet industrijali, urbani u rurali) peress li dan jirrappreżenta 80 % tat-tniġġis globali ta' l-ibħra. Barra minn hekk, il-Green Paper tidher li tinjora l-fatt illi d-dgħajjes ta' rikreazzjoni jikkawżaw tniġġis sostanzjali ta' l-ibħra. Dan għandu jiġi indirizzat bla dewmien. Il-KESE jikkunsidra li hemm bżonn li tiġi stabbilita politika ta' l-UE sabiex jiġi miġġieled it-traffikar ta' l-iskart tossiku bil-baħar (esportat lejn terzi pajjiżi). L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara, tad-Direttiva tal-kontroll tal-vapuri u tad-Direttiva proposta għall-protezzjoni ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali mexjin f'din id-direzzjoni. |
|
3.4.4 |
Waħda mill-konsegwenzi u l-inkonsistenzi mhux intenzjonati bejn il-politiki hija relatata mal-ġlieda kontra l-emissjonijiet fl-arja. F'Lulju 2006, il-G8 identifika l-emissjonijiet fl-arja mit-trasport bħala qasam ewlieni li kien jeħtieġ azzjoni urġenti sabiex jiġi indirizzat it-tisħin globali. Il-Komunikazzjoni riċenti dwar it-tema “Nillimitaw il-bidla klimatika globali” (8) tipprovdi speċifikament li jkunu limitati l-emissjonijiet tas-settur tat-trasport u dawk tal-gassijiet b'effett ta' serra. It-tniġġis fl-arja huwa kwistjoni kumplessa u t-tnaqqis ta' pollutant wieħed jista' jkollu effett negattiv fuq il-pollutanti l-oħra bħall-gassijiet b'effett ta' serra. Il-KESE tappoġġja t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-vapuri. Madankollu, l-impatt tagħhom ser ikun dgħajjef ħafna sakemm ma jsirx tnaqqis ekwivalenti fir-rigward ta' attivitajiet ibbażati fuq l-art, li s'issa huma l-akbar kontributur għat-tisħin globali. Kif stabbilit fir-rapport Stern, ippubblikat riċentament fir-Renju Unit (9), it-trasport jirrappreżenta biss 14 % ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, li minnhom it-trasport marittimu u ferrovjarju jirrappreżenta 1.75 % ta' l-emissjonijiet globali. |
|
3.4.5 |
Permezz ta' numru ta' opinjonijiet preċedenti, il-KESE saħaq li l-Istati Membri ta' l-UE għandhom jirratifikaw immedjatament il-Konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sigurtà marittima u l-protezzjoni ambjentali u jassiguraw li dawn jiġu applikati b'mod tajjeb. Għalkemm it-trasport marittimu huwa l-mod ta' trasport li l-aktar li huwa effiċjenti fil-livell ta' enerġija u l-aktar li jħares l-ambjent, il-KESE jappoġġja l-fehma prevalenti internazzjonalment għal limiti aktar baxxi ta' emissjonijiet fl-arja minn dawk li reċentament saru mandatorji mill-Konvenzjoni MARPOL (10) (Anness VI). Il-miżuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet marittimi jridu jkunu ekonomiċi u mhux iwasslu għal ċaqliq modali fl-Ewropa fejn it-trasport fuq l-ilma jiġi sostitwit minn mod ta' trasport anqas kredibbli fuq il-pjan ambjentali. L-UE — wara konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali — għandha tinkoraġġixxi politika li tistabbilixxi tarznari għat-tneħħija ta' bastimenti (dismantling yards) (kemm tal-merkanzija kif ukoll militari) li m'għadhomx jintużaw. |
|
3.4.6 |
Il-KESE jappoġġja l-objettiv ta' l-Istrateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar. Minn lat ambjentali, jista' jkun għaqli li ż-żona globali tal-baħar fl-UE tinqasam f'reġjuni sabiex jiġi stabbilit dak li huwa meħtieġ għal kull reġjun (pjanar ta' l-ispazju tal-baħar); permezz ta' dan ikun qiegħed jiġi rikonoxxut li dak li huwa bżonjuż jew l-aħjar għal reġjun partikolari mhux neċessarjment huwa bżonjuż għal reġjun ieħor. Il-KESE jilqa' r-rikonoxximent fil-Green Paper tar-rwol tiegħu bħala forum ta' skambju ta' fehmiet fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-prinċipji ġenerali tat-tfassil tal-politika marittima, inkluż l-ippjanar spazjali. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Regolamentazzjoni aħjar
|
4.1.1 |
Ta' min ifaħħar ir-rikonoxximent tal-bżonn għal regolamentazzjoni aħjar sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi fost il-politiki komuni (eż. trasport/ambjent, trasport/kompetizzjoni) u ta' l-intenzjoni li jkun hemm ħidma għal regoli internazzjonali imparzjali stabbiliti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u l-implimentazzjoni. Barra minn hekk, għandha tiġi appoġġjata l-idea ta' l-awtoregolazzjoni bħala żjieda għal-leġislazzjoni. |
|
4.1.2 |
Il-KESE japprova totalment l-approċċ tal-Green Paper li azzjoni fil-livell komunitarju għandha tittieħed biss meta twassal għal valur miżjud. L-UE ġiet ikkritikata minħabba t-tendenza li diversi kwistjonijiet li jistgħu jiġu ttrattati b'mod adegwat fil-livelli nazzjonali jew internazzjonali jiġu “Ewropanizzati”. Fil-kuntest ta' “regolamentazzjoni aħjar”, ikun għaqli li r-riflessjoni fuq il-politiki futuri tikkunsidra b'mod serju din il-kritika. |
4.2 Relazzjonijiet esterni
|
4.2.1 |
Fir-rigward tal-proposta għall-parteċipazzjoni fil-futur ta' l-UE f'organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali bħala entità f'mod parallel għall-Istati Membri tagħha, għandu jiġi enfasizzat li l-kontribut ta' xi Stati Membri f'organizzazzjoni internazzjonali (bħall-IMO u l-ILO) f'termini ta' kompetenza għandu reputazzjoni tajba ħafna u għalhekk huwa opportun li dan jiġi promoss minflok jiddgħajjef. Fil-mument, hemm skop għal kooperazzjoni/koordinazzjoni msaħħa mill-Istati Membri ta' l-UE fil-kuntest ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-KESE jaqbel li l-Kummissjoni għandha teżerċita l-influwenza tagħha fir-rigward tal-pajjiżi terzi bil-għan li tħeġġiġhom isaħħu u jirratifikaw konvenzjonijiet marittimi internazzjonali prinċipali (eż. Il-Konvenzjoni dwar il-Bankers, il-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara (HNS Convention) u l-Konvenzjoni dwar il-Limitazzjonijiet ta' Responsabbiltà għal Claims Marittimi (LLMC Convention) ta' l-1996. |
|
4.2.2 |
Politika dwar relazzjonijiet esterni marittimi ta' l-UE li hija effiċjenti u effettiva għandha tissalvagwardja qafas internazzjonali ta' ħidma għas-servizzi tat-trasport marittimu. In-negozjati ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar is-servizzi (GATS) kienu importanti sabiex ikun ikun garantit l-aċċess għas-suq. Għalkemm in-negozjati tad-Doha Round ġew sospiżi, il-ftehim taż-żamma ta' l-istatus quo marittimu (li jimpedixxi lill-Istati Membri tal-WTO milli jadottaw miżuri ġodda ta' protezzjoni) għandu jibqa' fis-seħħ. Il-ftehim marittimu bilaterali konkluż maċ-Ċina stabbilixxa qafas ta' ħidma li huwa ideali sabiex ikun hemm relazzjonijiet kostruttivi ma' dan il-pajjiż. Għandu jiġi konkluż ftehim ieħor simili ma' l-Indja. |
|
4.2.3 |
Il-Green Paper tafferma li s-sistema legali bbażata fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) (11) għandha tiġi żviluppata aktar sabiex tiffaċċja sfidi ġodda. Il-KESE jemmen li l-Konvenzjoni UNCLOS tirrifletti bilanċ fraġli ta' l-interessi li m'għandhomx jitħarbtu, b'mod partikolari fil-kunċett tal-“libertà tat-tbaħħir” u tad-“dritt tal-passaġġ innoċenti” fiż-Żona Ekonomika Esklussiva. Stati kostali oħrajn jistgħu jagħmlu l-istess u jirrifjutaw il-“libertà tat-tbaħħir” f'każ ta' motivi inqas innokwi. Dan jista' jkollu konsegwenzi serji għall-kummerċ marittimu f'xi wħud mir-rotot ta' navigazzjoni l-aktar strateġiċi tad-dinja. |
4.3 Spazju Marittimu Komuni Ewropew
|
4.3.1 |
L-idea li l-UE tiġi kkunsidrata bħala pajjiż wieħed għal skopijiet ta' dwana/amministrattivi biss tista' tiġi approvata jekk din tirrispetta fl-ilmijiet internazzjonali (High Seas) il-Konvenzjonijiet UNCLOS u IMO li jinkludu l-prinċipju ta' “navigazzjoni ħielsa” u dak li jissejjaħ “id-dritt tal-passaġġ innoċenti” fil-qalba taż-Żona Esklussiva Ekonomika. Il-KESE jifhem li l-idea ta' “spazju marittimu komuni Ewropew” jirreferi biss għal spazju virtwali marittimu li fih ikun hemm simplifikazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi u tad-dwana għal servizzi marittimi intrakomunitarji li jagħtihom kondizzjonijiet simili għal dak tat-trasport bit-trakk, bil-ferrovjia jew fuq passaġġi ta' l-ilma interni fis-suq intern. Wara kjarifiki mill-Kummissjoni, li ġew spjegati b'mod ċar fil-Komunikazzjoni, l-idea tista' tiġi appoġġjata mill-KESE (12). |
4.4 Ambjent tal-baħar
|
4.4.1 |
Il-kwalità ta' l-arja reġjonali u lokali għandha tiġi indirizzata permezz ta' mekkaniżmi provduti mill-Konvenzjoni MARPOL permezz tal-ħolqien potenzjali ta' Żoni addizzjonali ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet tal-Kubrit (SECA). Il-produzzjoni ta' fjuwils b'kubrit baxx teħtieġ investiment addizzjonali fir-raffineriji u provvista ta' enerġija sabiex jitneħħa l-kubrit li hija stess tista' żżid l-emissjonijiet tas-CO2 u tikkontribwixxi għat-tisħin globali. Barra minn hekk, mhux vijabbli li tiġi applikata multitudni ta' livelli differenti ta' kontroll ta' l-emissjonijiet f'żoni u portijiet differenti madwar id-dinja. |
|
4.4.2 |
Fir-rigward tat-tniġġis fl-arja mill-vapuri, id-dikjarazzjoni li l-emissjonijiet fl-arja ta' l-Nox mill-vapuri ser ikunu ogħla meta mqabbla ma' l-attivitajiet kollha fuq l-art fl-2020 hija dubjuża. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-effetti tat-tibdil klimatiku fuq it-tbaħħir u sabiex teżamina l-kwistjoni ta' l-organizzazzjoni tat-traffiku tal-vapuri fl-Artiku. |
|
4.4.3 |
Il-protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar u tal-bijodiversità fl-ilmijiet li jinsabu barra l-ġurisdizzjoni nazzjonali saret prijorità importanti għall-komunità internazzjonali. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li r-relazzjoni bejn l-UNCLOS u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tiġi ċċarata. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iżvilupp ta' evalwazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar fil-livell globali fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
4.4.4 |
Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet strateġija ambjentali fuq il-perijodu fit-tul għat-tindif u l-protezzjoni tal-Baħar Mediterran. Din l-ekosistema unika qiegħda tmur lura minħabba ż-żjieda tal-pressjonijiet ambjentali li qegħdin jheddu s-saħħa tal-popli u l-attivitajiet ekonomiċi li jiddependu fuq il-baħar. Bl-istess mod, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed, li huma kważi ibħra magħluqa, jistħoqqilhom attenzjoni speċjali minħabba l-kwantitajiet kbar ta' żejt Russu li jiġi trasportat fuqhom, iż-żjieda globali ta' traffiku u l-ewtrofikazzjoni minn sorsi bbażati fuq l-art u mill-ixmajjar. Hemm ukoll dibattitu sensittiv dwar l-impatt ambjentali tal-pipeline propost fil-Baħar Baltiku (Russja/Ġermanja). Il-problemi msemmija hawn fuq huma aggravati mill-attivitajiet tal-vapuri militari — li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' l-UE — li huma dejjem aktar ta' detriment għall-ambjent u għat-turiżmu. |
4.5 Sajd
|
4.5.1 |
Is-settur tas-sajd (13) jiddependi ħafna fuq ambjent marittimu sostenibbli u l-futur tiegħu, mil-lat bijoloġiku, ekonomiku u soċjali, għandu jkun eko-sistema marittima li taħdem b'mod ottimali. |
|
4.5.2 |
Il-“Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli” (FAO) tista' sservi ta' referenza għall-amministrazzjonijiet responsabbli mis-sajd. Is-settur tas-sajd għandu jiżviluppa għodod aħjar (eż. tagħmir, irkaptu tas-sajd) sabiex iżid l-għażla u jnaqqas il-ħsara f'qiegħ il-baħar. Fil-kuntest ta' approċċ integrat, hemm bżonn li jiġu stabbiliti żoni marittimi protetti sabiex jissalvaw il-bijotipi li jinsabu mhedda minn sajd mhux ikkontrollat u illegali, u li jkun hemm statistiċi aħjar dwar il-qabda tas-sajd. It-titjib fl-ippjanar spazjali jista' jiżviluppa t-turiżmu marittimu, jissalvagwardja s-sajd u joħloq żvilupp reġjonali u aktar impjieg fis-settur marittimu fiż-żoni rurali. |
4.6 Gwardja kostali Ewropea
|
4.6.1 |
Il-KESE jistaqsi lili nnifsu jekk f'dan l-istadju, l-idea ta' Gwardja Kostali Ewropea hix ser tissarraf f'valur miżjud, u għaldaqstant hux il-każ li din l-idea tiġi promossa. L-istudju ta' fattibilità li ser jiġi ppreżentat dalwaqt ser jipprovdi informazzjoni prezzjuża dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Filwaqt li jikkunsidra d-differenzi eżistenti fl-infrastruttura, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-korpi nazzjonali differenti ta' l-Istati Membri, il-KESE jemmen li l-objettivi mixtieqa jistgħu ugwalment jinkisbu permezz ta' kooperazzjoni mtejba ta' l-awtoritajiet adegwati ta' l-Istati Membri b'mod partikolari rigward is-sigurtà, l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar u l-investigazzjoni konġunta ta' l-inċidenti. |
4.7 Reġistru Ewropew
|
4.7.1 |
Il-proposta għal reġistru Ewropew komplimentari u fakultattiv (eż. EUROS) tagħti lok għal tħassib. Filwaqt li hija attraenti bħala simbolu ta' għaqda u eċċellenza Ewropea, il-bandiera ta' l-UE hija mossa prematura meta l-politiki ekonomiċi, fiskali u soċjali ta' l-Istati Membri mhumiex armonizzati. Proposta bħal din tista' titqies bħala l-qofol ta' armonizzazzjoni ġenerali fl-UE li tista' sseħħ f'futur imbiegħed, iżda li mhuwiex il-każ attwalment. Barraminhekk, l-użu tal-kliem “reġistru komunitarju komplementari” huwa sors ta' konfużjoni u jwassal li wieħed jistaqsi xi jkunu l-vantaġġi addizzjonali li t-tali reġistru jista' jipprovdi għat-trasport marittimu meta mqabbel mar-reġistri nazzjonali, permezz tal-Linji ta' Gwida Komunitarji dwar is-suġġett. Miżuri pożittivi u inċentivi oħra jistgħu jiġu ssimplifikati permezz tal-Linji ta' Gwida u jistgħu jkunu disponibbli għar-reġistri nazzjonali kollha. Fi kwalunkwe każ, il-ħolqien ta' reġistru speċifiku komunitarju għandu jkun akkumpanjat minn rikonoxximent u tisħiħ tal-leġislazzjoni soċjali Ewropea li tapplika għal dan ir-reġistru ġdid. |
4.8 Stat Kostali ta' “Kwalità”
|
4.8.1 |
Il-KESE huwa ferm favur il-ħolqien ta' stati kostali ta' “kwalità” li huma l-ħolqa nieqsa fil-katina tal-kwalità. Stati kostali ta' “kwalità” għandhom jipprovdu servizzi essenzjali lill-vapuri. Per eżempju, stat kostali ta' “kwalità”: jwettaq l-obbligi internazzjonali tiegħu billi jirratifika u jimplimenta konvenzjonijiet konklużi fuq livell internazzjonali, jirrispetta l-Linji ta' Gwida ta' l-IMO u ta' l-ILO dwar it-trattament imparzjali tal-baħħara, jipprovdi installazzjonijiet adegwati għat-trattament ta' l-iskart, ikompli jagħti l-għajnuna tiegħu għat-tbaħħir u jaġġorna l-mapep tan-navigazzjoni, jipprovdi lill-vapuri fil-periklu b'post ta' refuġju (minflok jirriskja li jkun hemm diżastru ambjentali jekk jinjorahom), jassigura li jittieħdu l-passi kollha sabiex jiġi ffaċilitat l-passaġġ mhux offensiv tal-vapuri fl-ilmijiet tiegħu u jagħti inċentivi lill-vapuri ta' kwalità li jidħlu fil-portijiet tiegħu jew li qegħdin ibaħħru fl-ilmijiet tiegħu. Sfortunatament, jidher li hemm nuqqas ġenerali ta' impenn minn xi stati kostali fir-rigward ta' dan ir-rwol importanti. |
|
4.8.2 |
Il-Green Paper toffri l-opportunità li jiġu żviluppati kriterji li jistgħu jitkejlu u “l-aħjar prattika” għall-istati kostali. Dan il-kunċett għandu jitqajjem mill-Istati Membri ta' l-UE fl-IMO sabiex jiġu żviluppati kriterji adattati li jistgħu jitkejlu bil-għan li tiġi evalwata l-prestazzjoni ta' l-istati kostali. |
|
4.8.3 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni (14) sabiex jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Kosti u l-Gżejjer li jinkludi diversi attivitajiet marititmi. |
4.9 Turiżmu kostali
|
4.9.1 |
Il-KESE jinnota li l-Ewropa hija l-ewwel destinazzjoni tat-turisti fid-dinja. Jappoġġja l-idea li jiġi żviluppat turiżmu parallel ta' kwalità fiż-żoni kostali. Il-Green Paper tirrikonoxxi li t-turiżmu sostenibbli jwassal għad-distinzjoni fis-servizzi tat-turisti, bl-għan li jiġu ddekonġestjonati l-kosti, jiġu pprovduti sorsi alternattivi ta' dħul għas-sajjieda u jiġu żviluppati attivitajiet li jipproteġu l-wirt kulturali. Il-KESE ma jista' jagħmel xejn ħlief li jikkontribwixxi għall-inizjattivi msemmija hawn fuq. |
4.10 Affarijiet soċjali
|
4.10.1 |
Il-KESE jinnota li s-sajjieda u l-baħħara huma esklużi mid-direttivi tal-leġislazzjoni soċjali Ewropea li ġejjin: (dwar is-sensji kollettivi, dwar it-trasferiment ta' l-impriżi, dwar l-informazzjoni/konsultazzjoni dwar l-impjieg tal-ħaddiema). Din it-tip ta' esklużjoni kienet oriġinarjament ġustifikata minħabba l-fatt li l-leġislazzjoni soċjali primarjament kienet maħluqa għall-industriji bbażati fuq l-art milli għall-partikolaritajiet ta' l-impjiegi fuq il-baħar. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tevalwa dawn l-esklużjonijiet f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-imsieħba soċjali. |
4.11 Ftehimiet bilaterali dwar l-imbark tal-vapuri
|
4.11.1 |
L-importanza li qiegħda tingħata lil sigurtà msaħħa waslet sabiex diversi Stati Membri ta' l-UE kkonkludew ftehimiet bilaterali dwar l-imbark tal-vapuri ma' terzi pajjiżi. Il-KESE jemmen li approċċ ikkoordinat ta' l-Istati Membri ta' l-UE għal inizjattivi bħal dawn kif ukoll tqassim ikkoordinat tal-ħidma bejn l-Istati Membri, inkluż l-forzi navali tagħhom, jidher li huwa mixtieq ferm fl-applikazzjoni ta' regoli bħal dawn. Soluzzjoni oħra tista' tkun ir-ratifika bikrija tal-Protokolli dwar it-Trażżin ta' Atti Illegali mill-Istati Membri ta' l-UE. Dawn il-Protokolli għandhom objettivi simili għall-Inizjattiva ta' Sigurtà kontra l-Proliferazzjoni iżda tinkludi salvagwardji importanti li jipproteġu l-interessi kummerċjali leġittimi ta' l-operaturi tas-settur marittimu u d-drittijiet tal-bniedem tal-baħħara. |
Brussel, is-26 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/59KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar is-sensji kollettivi ĠU L 225, 12.8.1998, pġ 16–21 .
(2) Direttiva 2001/23KE dwar is-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati f'każ ta' trasferiment ta' intrapriżi, negożji jew parti mill-intrapriżi jew negozji.
(3) Direttiva 2002/14 KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea [Ġurnal Uffiċjali L 80, 23.3.2002].
(4) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996. ĠU L 18, 22.1.1997, pġ. 1-6 .
(5) Skond l-istudju tal-BIMCO (Konferenza Marittima Internazzjonali u Baltika) u ta' l-ISF (Federazzjoni Internazzjoanli tat-Tbaħħir), il-medja ta' l-età ta' l-uffiċjali fil-pajjiżi bi tradizzjoni b'saħħitha marittima qiegħda tkompli tiżdied anke jekk m'hemm l-ebda evidenza li turi li t-talba għas-servizzi tagħhom ser tonqos..
(6) http://www.ilo.org/public/english/standards/norm/mlc2006/index.htm.
(7) Kif indikat fid-dokument tal-Presidenza tar-Renju Unit (Diċembru 2005), hemm ħafna inizjattivi innovattivi li qegħdin jittieħdu fl-UE, u jkun utli li jsir enfasi akbar fuq l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi.
(8) (COM(2007)2 (10/1/07). NAT/310: Opinjoni dwar l-isfidi tal-bidla fil-klima — Ir-rwol tas-soċjetà ċivili (27.9.2006). NAT/276: Opinjoni dwar L-iżvilupp sostenibbli fl-agrikoltura, foresterija u sajd u l-isfidi tal-bidla klimatika (27.1.2006)
(9) http://www.hm-treasury.gov.uk/independent_reviews/stern_review_economics_climate_change/stern_review_report.cfm.
Ir-rapport Stern jistima li l-ispiża ta' nuqqas ta' azzjoni tammonta għal 5-20 % tal-PGD globali.
(10) Konvenzjoni internazzjonali għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri, 1973, kif emendata mill-Protokoll ta' l-1978 mehmuż magħha (MARPOL 73/78) ara: http://www.imo.org/Conventions/contents.asp?doc_id=678&topic_id=258.
http://www.un.org/Depts/los/convention_agreements/convention_overview_convention.htm.
(11) Ara. TEN/258:Opinjoni dwar il-politika komuni dwar il-portijiet ta' l-UE (ĠU C 325, 30.12.2006) u TEN/268:Opinjoni dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-term / trasport marittimu fuq distanza qasira.
(12) Ara l-opinjonijiet : NAT/ 333 relatata mas-sajd sostenibbli,
(13) NAT/316 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika tas-settur tas-sajd (25.9.2006), NAT/280 dwar il-politika komuni tas-sajd u l-liġi tal-baħar (16.12.2005)ĠU C 318, 23.12.2006,ĠU C 65, 17.3.2005.
(14) Opinjoni tal-KtR 258/2006 (13-14.2.2007).
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/57 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Politika Komuni dwar il-Portijiet ta' l-UE
(2007/C 168/12)
Nhar is-6 ta' Lulju 2006, b'konformità ma' l-Artikolu 29 paragrafu 2 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-“Politika komuni dwar il-portijiet ta' l-UE”.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija u s-Soċjetà ta' l-informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Jan Simons.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tas-26 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'137 vot favur, 2 voti kontra u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Dan ir-rapport fuq inizjattiva proprja jiffoka fuq aspetti tal-politika dwar il-portijiet Ewropej, li fuqha l-partijiet interessati tas-settur tal-portijiet ikunu jistgħu jaslu għal qbil. Huwa għalhekk li dan ir-rapport qiegħed jitħejja b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati kkonċernati, li kienu mistednin jesprimu l-fehma tagħhom waqt żewġ seduti pubbliċi li nżammu fl-20 ta' Novembru 2006 u fl-20 ta' Frar 2007 (1) |
|
1.2 |
Is-seduta kkonfermat li politika dwar il-portijiet Ewropej għandha tiddiskuti dawn it-temi:
|
|
1.3 |
Dawn it-temi ġeneralment jikkorrispondu mat-temi mressqin mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċess ta' konsultazzjoni tagħha dwar il-politika dwar il-portijiet Ewropej fil-ġejjieni. Din il-konsultazzjoni nbdiet wara l-irtirar taż-żewġ abbozzi ta' Direttivi tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għas-suq għas-servizzi tal-portijiet (2), u dan il-proċess għandu jiġi konkluż sa Ġunju 2007. |
|
1.4 |
Id-dibattitu fuq id-Direttiva tas-servizzi tal-portijiet diġà pprovda informazzjoni estensiva fuq oqsma bħall-finanzjament tal-portijiet u l-proċeduri għall-aċċess għas-suq għas-servizzi tal-portijiet. Xi progress li sar f'dawn l-oqsma għandu għalhekk iwassal għal riżultati tanġibbli fuq perijodu qasir. |
|
1.5 |
Sitwazzjonijiet ta' konġestjoni operazzjonali, speċjalment dawk relatati mal-proċeduri amministrattivi u mat-trasport fl-intern tal-pajjiż, jistgħu jiġu indirizzati fil-kuntest ta' inizjattivi eżistenti, bħall-programmi ta' modernizzazzjoni tad-dwana, ta' liberalizzazzjoni ferrovjarja u ta' navigazzjoni interna (NAIADES). Dawn jidħlu wkoll fil-kuntest iktar wiesa' tar-reviżjoni tal-White Paper tat-Trasport (3) u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Loġistika (4). |
|
1.6 |
L-UE tista' tistimola standards għoljin ta' kredibilità u sigurtà fil-portijiet Ewropej billi tipprovdi appoġġ (finanzjarju) adattat għall-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni u billi tinforza l-leġislazzjoni tas-sigurtà applikabbli. |
|
1.7 |
L-iżvilupp ta' politika soċjali tajba fil-portijiet hija ta' importanza kbira. Din għandha tiġi żviluppata b'kooperazzjoni stretta ma' l-imsieħba soċjali, li għandhom ir-responsabilità ewlenija. Fost l-istrumenti importanti għal politika soċjali tajba li l-gvernijiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali jistgħu jużaw hemm il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol fil-portijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li barra minn hekk, tista' twassal għall-ħolqien ta' sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jirratifikaw din il-Konvenzjoni. |
|
1.8 |
L-UE tista' tistimola iktar sabiex iż-żgħażagħ isegwu karriera fil-portijiet, simili għall-azzjonijet tagħha sabiex tiġbed liż-żgħażagħ lejn karriera fil-baħar. It-taħriġ nawtiku ta' livell għoli jgħin sabiex fil-ġejjieni jkun hemm biżżejjed bdoti, kaptani tal-port (harbour masters) u professjonisti oħra fil-portijiet. |
|
1.9 |
B'żieda ma' dan, djalogu soċjali Ewropew dwar il-portijiet jista' jkollu valur miżjud, sakemm l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-partijiet interessati fil-livell Ewropew jistgħu jaqblu fuq aġenda ta' interess komuni. |
|
1.10 |
Dibattitu fundamentali fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-portijiet huwa ta' l-ikbar importanza fil-kuntest tal-politika dwar il-portijiet Ewropej. Il-portijiet għandhom responsabbiltà importanti sabiex jinkisbu standards ambjentali għoljin u għandhom jitħeġġu sabiex jagħmlu iktar investiment f'dan il-qasam. Madankollu, sadattant sar ċar biżżejjed li l-problemi huma sa ċertu punt kaġun ta' l-ambigwità tal-leġislazzjoni ambjentali ta' l-UE. |
|
1.11 |
Ser ikun hemm bżonn ta' iktar investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk programmi ta' pjanar ta' l-ispazju jistgħux jgħinu sabiex joħolqu iktar ċertezza legali u iktar opportunitajiet għall-iżvilupp tal-portijiet. Fl-istess ħin, irid ikun magħruf li l-portijiet huma ta' sikwit qrib ta' żoni ta' konservazzjoni naturali sinifikanti u ta' importanza li trid tiġi mħarsa u bbilanċata b'mod adattat ma' l-iżvilupp tal-portijiet. |
|
1.12 |
Il-KESE jifhem li l-kunċett ta' “spazju marittimu komuni Ewropew” fil-Green Paper dwar Politika Marittima jirreferi għal spazju marittimu virtwali. Jekk dan huwa verament dak li trid tfisser il-Kummissjoni u lesta li tesprimih b'mod ċar, il-kunċett jista' jiġi appoġġjat mill-KESE sakemm fl-ibħra internazzjonali (High Seas) jiġu rrispettati l-Konvenzjonijiet Unclos u IMO inkluż il-prinċipju ta' navigazzjoni ħielsa u dak li jissejjaħ “the right of innocent passage” fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE). |
|
1.13 |
Fl-aħħar, l-UE għandha taqdi rwol ta' appoġġ fiż-żamma tal-kompetittività globali tal-portijiet ta' l-UE f'kuntest mondjali u tistimola inizjattivi mmirati sabiex terġa' tiġi stabbilita perċezzjoni pożittiva tal-portijiet u b'hekk tiġġenera appoġġ pubbliku wiesa' għalihom. Dan jeħtieġ approċċ innovattiv li jinvolvi l-potenzjal kulturali, turistiku u ta' divertiment ta' l-ibliet tal-portijiet. |
|
1.14 |
Politika għall-portijiet Ewropej ma tfissirx neċessarjament il-ħolqien ta' leġislazzjoni ġdida. B'mod partikulari, “il-liġi mhux vinkolanti” (“Soft Law”) (5) tista' tkun alternattiva ta' valur għal-leġislazzjoni fuq naħa u ta' valur ta' każ b'każ fuq naħa oħra. |
|
1.15 |
Politika dwar il-portijiet Ewropej għandha ġeneralment iżżomm lura milli tintervjeni fejn m'hemmx għalfejn iżda tiffoka fuq: a) l-implimentazzjoni tar-regoli tat-Trattat fejn neċessarju, b) l-assigurazzjoni li l-portijiet jistgħu jaqdu r-rwol pubbliku tagħhom, ċ) tistimola funzjonament orjentat lejn is-suq u d) il-promozzjoni ta' immaġni pubblika pożittiva tas-settur. Leġislazzjoni attwali ta' l-UE li tfixkel l-iżvilupp sostenibbli u validu tal-portijiet għandha tiġi riveduta fejn xieraq. |
2. L-isfidi li qegħdin jiffaċċaw il-portijiet Ewropej
|
2.1 |
Il-kritika l-iktar fundamentali dwar l-abbozz tad-Direttiva tas-servizzi tal-portijiet kienet li ma kkunsidratx biżżejjed l-iżviluppi tas-suq u l-isfidi li dawn jirrappreżentaw għall-portijiet Ewropej, li pprova jimponi mudell ta' “qies wieħed għal kulħadd” għall-ġestjoni tal-portijiet u li njora l-element soċjali tal-portijiet. Fatturi bħal dawn m'għandhomx jkunu injorati meta tiġi mfassla analiżi iktar komprensiva tal-politika Ewropea dwar il-portijiet (6). |
|
2.2 |
Il-portijiet huma wieħed mis-setturi b'saħħithom li qegħdin jikbru il-qasam tat-trasport fl-ekonomija Ewropea. Dan huwa l-każ speċjalment għat-traffiku tal-merkanzija. Il-livell tal-kapaċità għadu lura ferm f'bosta reġjuni Ewropej u dan qiegħed jikkawża problemi sostanzjali ta' konġestjoni (7). |
|
2.3 |
Dan isejjaħ għal użu ottimali tal-faċilitajiet eżistenti tal-portijiet u fejn neċessarju l-iżvilupp ta' kapaċità ġdida (8). Ugwalment, iridu jkunu assigurati l-aħjar rotot ta' aċċess marittimu għall-portijiet (bit-tneħħija tal-ħama), kif ukoll infrastruttura fl-intern tal-pajjiż. Għal raġunijiet ovvji, il-portijiet jistgħu jkunu biss f'reġjuni tal-kosta, inklużi l-estwarji, li huma kkaratterizzati minn kompetizzjoni qawwija għall-ispazju. Il-portijiet huma konxji ta' l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u għamlu investiment konsiderevoli sabiex jiksbu standards ambjentali għoljin matul is-snin li għaddew. Madankollu dan ma jeskludix ir-reżistenza mill-komunitajiet u l-ibliet lokali li għandhom tendenza li jiffukaw fuq l-aspetti negattivi tal-portijiet u li m'humiex dejjem konxji tal-valur miżjud u l-aspetti pożittivi assoċjati mal-portijiet. Ta' importanza ikbar, l-inċertezza legali kkawżata mil-leġislazzjoni ta' l-UE dwar il-konservazzjoni tan-natura żżid mal-pressjoni fuq il-pjanijiet bżonjużi għall-iżvilupp tal-portijiet, li qiegħed jikkawża dewmien serju. |
|
2.4 |
L-iżvilupp tal-kapaċità tal-portijiet jeħtieġ investiment sostanzjali. Minħabba restrizzjonijiet baġitarji fil-finanzi pubbliċi, il-kapital privat huwa essenzjali għall-iffinanzjar ta' l-infrastruttura u tas-superstruttura tal-portijiet. Dan jeħtieġ impenn fuq perijodu twil mill-investituri privati fil-portijiet. |
|
2.5 |
Apparti tkabbir b'saħħtu, is-settur tal-portijiet Ewropej huwa wkoll ikkaratterizzat mill-proċessi tal-globalizzazzjoni u tal-konsolidazzjoni. Il-portijiet Ewropej jittrattaw ma' gruppi internazzjonali tat-trasport bil-baħar u tfaċċaw gruppi ta' operaturi ta' terminals kbar li issa jipprovdu servizzi f'bosta portijiet Ewropej (9). |
|
2.6 |
Il-kompetizzjoni tal-portijiet Ewropej għandha tiffoka fuq ktajjen loġistiċi (10). Id-diviżjoni tradizzjonali tax-xogħol fi ħdan il-katina loġistika ċċajpret minħabba l-effett ta' l-istrategiji ta' l-integrazzjoni vertikali. Il-portijiet Ewropej qegħdin dejjem aktar jikkompetu minn ġewwa l-katina ta' provvista u saru “ħabitat naturali” għas-servizzi tal-loġistika. Il-portijiet jeħtieġu l-modi kollha tat-trasport sabiex jiffunzjonaw bl-aħjar mod. |
|
2.7 |
Bħala punti ta' konnessjoni intermodali, l-effiċjenza tal-portijiet tiddependi ħafna fuq l-effiċjenza tas-servizzi pprovduti kemm fl-intern tal-pajjiż kif ukoll fil-promontorju marittimu. Il-portijiet huma, barra minn hekk, postijiet favoriti ta' kontrolli għall-fruntieri fir-rigward tas-sigurtà tal-vapuri, tas-sikurezza, tad-dwana, tas-saħħa pubblika u tad-dispożizzjonijiett u kondizzjonijiet soċjali fuq il-vapuri. Ħafna minn dawn il-kontrolli huma uniċi għas-settur marittimu u m'humiex dejjem koordinati u armonizzati kif suppost. |
|
2.8 |
Bħala konsegwenza ta' dawn il-proċessi deskritti hawn fuq, il-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet f'ħafna każijiet qegħdin jirrevedu r-rwol tagħhom tradizzjonali ta' l-awtorità tal-portijiet bħala parti mill-proċessi tar-riforma. |
3. Temi għal politika Ewropea dwar il-portijiet
|
3.1 |
Kif ġie enfasizzat hawn fuq, il-politika Ewropea għall-portijiet għandha tiffoka fuq li tistimola t-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien ta' klima attraenti għall-investiment fil-portijiet, it-titjib fiċ-ċertezza legali, u l-ħarsien ta' politika soċjali tajba u relazzjonijiet industrijali kostruttivi sabiex dawn l-aspetti jistgħu jikkontribwixxu għat-twettiq ta' immaġni pożittiva tal-port bħala post tax-xogħol attraenti. |
|
3.2 |
Dan il-għan globali jista' jinqasam f'ħames oqsma tematiċi, li huma magħrufa mill-Kummissjoni Ewropea.
Is-sezzjoni segwenti tespandi fuq dawn l-oqsma tematici. |
4. L-assigurazzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli tal-portijiet u l-kapaċità relatata mal-portijiet
|
4.1 |
Il-portijiet huma ta' sikwit qrib ta' żoni ta' konservazzjoni naturali sinifikanti u ta' importanza. L-armonizzazzjoni ta' valuri ekoloġiċi u ekonomiċi kienet eżerċizzju ta' tagħlim diffiċli għal ħafna portijiet li ta' sikwit irriżulta f'sitwazzjonijiet ta' konflitt. Madankollu, il-portijiet Ewropej għamlu progress konsiderevoli sabiex jiksbu standards ambjentali għoljin u jtejjbu l-ġestjoni ambjentali (11) u matul is-snin irnexxielhom jiżviluppaw ftehim kostruttiv ma' l-NGOs u mal-partijiet interessati lokali li wasslu għal sitwazzjonijiet ta' benefiċċju reċiproku għan-natura u għall-portijiet. |
|
4.2 |
Madankollu, l-inċertezzi legali fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-legislazzjoni dwar il-konservazzjoni tan-natura qiegħda tkompli tikkawża dewmien sostanzjali għal ħafna proġetti. Huwa ġeneralment magħruf li dan id-dewmien huwa, sa ċertu punt, ikkawżat mill-ambigwitajiet fil-leġislazzjoni applikabbli ta' l-UE, bħad-Direttivi ta' l-Għasafar u l-Ambjenti Naturali u d-Direttiva-Qafas dwar l-Ilma. Id-definizzjoni ta' kunċetti essenzjali tibqa' vaga (12), li twassal għal interpretazzjonijiet differenti fl-Istati Membri. |
|
4.3 |
Il-Kummissjoni tista' tgħin sabiex tirranġa din is-sitwazzjoni billi tipprovdi gwida għall-interpretazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti. Fl-istess ħin għandha tistimola lill-portijiet Ewropej sabiex jilqgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-qasam tal-ġestjoni ambjentali, per eżempju billi jħeġġu t-tixrid ta' l-aħjar prassi permezz ta' l-inizjattivi mmexxijin mis-settur bħalma huwa l-ECOPORTS (13) |
|
4.4 |
Madankollu, in-nuqqas ta' konsiderazzjoni mogħtija lill-fatturi ekonomiċi u konflitti mas-sistemi ta' leġislazzjoni diġà eżistenti li japplikaw għal żoni mwarrba għall-iżvilupp tal-portijiet fi ħdan il-qafas leġislattiv stess huma wkoll kawża maġġuri tal-problemi. L-iżvilupp sostenibbli jfisser bilanċ bejn konsiderazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ekologiċi li bħalissa m'humiex imwettqin bis-sħiħ. |
|
4.5 |
In-nuqqasijiet fundamentali tal-leġislazzjoni eżistenti ta' l-UE dwar l-ambjent huma enfasizzati f'studju reċenti ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-proġett tagħha ta' pjattaforma ta' koordinazzjoni tat-trasport marittimu (MTCP) (14) L-istudju jelenka wkoll numru ta' rakkomandazzjonijiet politiki konkreti sabiex tinkiseb iktar ċertezza legali għall-proġetti ta' l-iżvilupp tal-portijiet, inkluż il-ħolqien ta' netwerk koerenti ta' żoni strateġiċi għall-iżvilupp tal-portijiet. |
|
4.6 |
Fil-Green Paper reċenti tagħha dwar il-Politika Marittima (15), il-Kummissjoni Ewropea tintroduċi l-kunċett ta' l-ippjanar ta' l-ispazju marittimu (16) li, flimkien mal-ġestjoni integrata taż-żoni kostali (ICZM), kif nifhmu b'ilmijiet territorjali, huwa mmirat lejn il-kontroll taż-żieda fil-kompetizzjoni bejn l-attivitajiet marittimi għall-użu ta' l-ilmijiet tal-kosti Ewropej u l-proviżjoni ta' iktar ċertezza legali. |
|
4.6.1 |
L-idea li l-UE tiġi kkunsidrata bħala pajjiż wieħed għal finijiet ta' dwana/amministrattivi tista' tkun biss milqugħa sakemm fl-ibħra internazzjonali (High Seas) jiġu rrispettati l-Konvenzjonijiet Unclos u IMO inkluż il-prinċipju ta' navigazzjoni ħielsa u dak li jissejjaħ “the right of innocent passage” fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE). Il-KESE jifhem li l-kunċett ta' “Spazju Marittimu Komuni Ewropew” li fih ikun hemm simplifikazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi u tad-dwana għas-servizzi marittimi intrakomunitarju li tadotta reġim simili għal dak tat-trasport bit-trakk, ferrovjarju jew ta' navigazzjoni interna fis-suq intern. Jekk dan huwa verament dak li trid tfisser il-Kummissjoni u lesta li tesprimih b'mod ċar, il-kunċett jista' jiġi appoġġjat mill-KESE (17). |
|
4.7 |
Fl-aħħar, l-approċċ attwali lejn il-portijiet taħt in-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) jista' jiġi rivedut sabiex jiġġenera appoġġ Ewropew ikbar għall-proġetti essenzjali infrastrutturali ta' l-intern tal-pajjiż li huma ta' rilevanza għall-portijiet. Proġetti ta' interess komuni taħt it-TEN-T jistgħu jkunu kkunsidrati bħala ta' interess pubbliku l-ewwel u qabel kollox fil-kuntest tal-leġislazzjoni ambjentali (18) billi l-istatus tat-TEN-T diġà jqis il-konsiderazzjonijiet ambjentali. |
|
4.8 |
Is-soluzzjonijiet spjegati hawn fuq għandhom, madankollu, jastjenu mill-ippjanar ċentralizzat tal-portijiet fil-livell Ewropew u lanqas m'għandhom iwasslu għal politiki nazzjonali stretti ta' l-ippjanar tal-portijiet. Essenzjalment, dawn għandhom irawwmu l-prinċipju li jibda mill-iktar livell baxx fejn il-proposti ta' proġetti għandhom jiġu ppjanati mill-korp tal-ġestjoni ta' port flimkien ma' awtoritajiet reġjonali jew nazzjonali, fejn huwa applikabbli u jqisu l-evalwazzjonijiet ekonomiċi objettivi li jikkonformaw ma' l-istandards metodoloġiċi komuni u jirrispettaw il-qafas leġislattiv li japplika. |
5. Il-ħolqien ta' qafas ċar u trasparenti għall-finanzjament ta' investimenti tal-portijiet
|
5.1 |
L-investiment sostanzjali meħtieġ għall-portijiet isejjaħ għal qafas legali finanzjarju ċar f'livell Ewropew. Iċ-ċertezza legali hija partikularment meħtieġa għall-kondizzjonijiet li jippermettu l-finanzjament pubbliku mingħajr ma jkun hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni. Hemm qbil li l-iktar mod effettiv sabiex dan jitwettaq ikun permezz tal-linji gwida ta' l-għajnuna statali. |
|
5.2 |
L-iskop tal-linji gwida ta' l-għajnuna statali għandu jkun li jikkjarifika r-regoli tat-Trattat ta' l-UE dwar l-għajnuna statali (b'mod partikulari l-Artikoli 73, 86, 87 u 88) li japplikaw għall-portijiet. Il-linji gwida għandhom jindikaw il-każijiet li fihom il-fondi pubbliċi huma meqjusa bħala għajnuna statali u għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni għal analiżi. Jekk l-għajnuna tissodisfa l-kriterji pprovduti fl-eżenzjonijiet tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tiddikjara li din hija kompatibbli mat-Trattat. |
|
5.3 |
Huwa ġeneralment aċċettat li l-finanzjament pubbliku ta' l-investmenti u l-attivitajiet segwenti m'humiex ikkunsidrati bħala għajnuna statali u għalhekk l-Istati Membri m'għandhomx jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawn l-iskemi ta' finanzjament:
|
|
5.4 |
Il-proviżjoni u t-tħaddim ta' l-infrastruttura tal-portijiet, madankollu, hija kwistjoni iżjed kumplessa. Hawnhekk tista' ssir distinzjoni bejn infrastruttura ta' aċċess u difiża fuq naħa u infrastruttura internali għall-portijiet fuq naħa oħra. Ta' l-ewwel tista' tkun imfissra bħala l-infrastruttura kollha li tagħti aċċess mill-baħar u mill-art lil żoni tal-portijiet, inkluż l-aċċess marittimu u x-xogħlijiet ta' difiża, il-konnessjonijiet ta' aċċess mill-art għall-faċilitajiet pubbliċi ġenerali tat-trasport, u l-infrastruttura għall-utilitajiet meħtieġa fiż-żona tal-portijiet. L-infrastruttura ġewwa l-port tista' titfisser bħala xogħlijiet pubbliċi ġoż-żona tal-portijiet li jiffaċilitaw il-proviżjoni tas-servizzi lill-vapuri u lill-merkanziji. |
|
5.5 |
Fattur importanti hawnhekk huwa jekk l-infrastruttura tal-portijiet hijiex fl-interess ġenerali tal-portijiet, jew hijiex riservata għal utent jew operatur speċifiku. Hemm bżonn li jiġu introdotti linji gwida li jistabbilixxu distinzjoni pertinenti. |
|
5.6 |
Hemm qbil fuq l-għotja ta' għajnuna għall-proviżjoni u t-tħaddim tas-superstruttura tal-portijiet, fi kliem ieħor arranġamenti ta' l-ispazju, il-bini, l-apparat mobbli u fiss meħtieġa sabiex jipproduċu servizzi. Il-finanzjament pubbliku f'dawn l-oqsma huwa ġeneralment ikkunsidrat bħala għajnuna ta' l-Istat. |
|
5.7 |
Fuq is-suppożizzjoni li tista' ssir distinzjoni ċara bejn l-investimenti u l-attivitajiet, kemm jekk dawn huma ffinanzjati mill-fondi pubbliċi skond ir-regoli ta' l-għajnuna statali jew le, huwa logiku li għandna nżommu mal-prinċipju li l-korp tal-ġestjoni tal-portijiet għandu jkollu awtonomija sħiħa finanzjarja sabiex jirkupra mill-utenti l-ispiża ta' l-investimenti u l-attivitajiet li m'humiex koperti minn għajnuna statali eliġibbli. |
|
5.8 |
Ugwalment, il-linji gwida għandhom jestendu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tat-Trasparenza (19) għall-portijiet. B'dan il-mod, il-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet ikunu meħtieġa li jindikaw il-flus li ġejjin mill-fondi pubbliċi lejn il-kontijiet tagħhom u jżommu kontabilità separata jekk jipprovdu servizzi ekonomiċi pubbliċi u kif ukoll regolari. Dan ta' l-aħħar huwa speċjalment rilevanti għax hemm il-possibbiltà ta' l-akkwist ta' fondi pubbliċi bħala kumpens għall-provvediment tas-servizz pubbliku. |
6. Kjarifika tal-proċeduri fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-portijiet
|
6.1 |
Fid-dawl ta' l-esperjenzi li nħolqu biż-żewg proposti leġislattivi tal-Kummissjoni ta' l-UE dwar l-aċċess għas-suq għas-servizzi tal-port, jista' jkun utli li tiġi pprovduta gwida fuq il-bażi tal-qafas attwali legali ta' l-UE, u li jiġu eżaminati liema strumenti jistgħu jkunu utli għall-portijiet u kif għandhom ikunu applikati. |
|
6.2 |
Għal bosta portijiet, gwida jew rakkomandazzjonijiet, minflok leġislazzjoni, dwar l-użu tal-proċeduri ta' l-għażla, bħal offerti għal xogħol bl-appalt jew strumenti oħra aċċettabbli, il-kondizzjonijiet għal konċessjonijiet u ftehim għal kiri ta' art eċċ. jkunu utli ħafna. |
|
6.3 |
Din it-tip ta' gwida tista' tkun utli wkoll sabiex tikkjarifika l-istatus legali ta' dawk is-servizzi (eż. partijiet mill-kompitu tal-pilotaġġ) li jservu bħala servizz pubbliku, per eżempju, sabiex jassiguraw is-sigurtà ġenerali fil-portijiet. |
7. Soluzzjoni għal sitwazzjonijiet ta' konġestjoni operazzjonali li jfixklu l-effiċjenza tal-portijiet
|
7.1 |
Apparti l-problemi strutturali relatati ma' nuqqas ta' kapaċità infrastrutturali adegwata li diġà ssemmew hawn fuq, ta' sikwit hemm referenza għal xkiel ta' tip iktar operattiv fuq l-effiċjenza tal-portijiet. Ġeneralment, dawn iseħħu a) f'burokrazjia amministrattiva, kontrolli u spezzjonijiet u b) f'ineffiċjenzi fit-trasport fl-intern tal-pajjiż. |
|
7.2 |
Hemm qbil li l-UE għandha tagħmel iktar progress fil-modernizzazzjoni tad-dwana (20) u għandha tassigura li l-politiki tagħha dwar id-dwana, is-sigurtà marittima, is-sigurezza, is-saħħa pubblika u l-kwalità ambjentali jkunu koordinati u armonizzati kif suppost u li ma jkunx hemm trasferiment bla raġuni ta' responsabbiltajiet governattivi lejn il-portijiet. |
|
7.3 |
L-idea ta' “Spazju Marittimu Komuni” kif suġġerit mill-Kummissjoni tista' tgħin sabiex tassigura li t-trasport marittimu fuq distanza qasira jirċievi trattament iktar ugwali mat-trasport ta' l-art fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi u tad-dwana, m'għandhiex tipprova tintroduċi restrizzjonijiet leġislattivi fl-ilmijiet internazzjonali ta' l-UE (l-ibħra mbiegħda mill-art) li jikkontradixxi l-prinċipju ta' navigazzjoni ħielsa u dak li jissejjaħ “the right of innocent passage” jew li timponi restrizzjonijiet li m'humiex kompattibli mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali. L-idea li l-UE titqies bħala pajjiż wieħed għall-finijiet ta' dwana u amministrazzjoni għandha tkun milqugħa. Il-KESE jifhem li l-kunċett ta' “Spazju Marittimu Komuni Ewropew” jirreferi għall-ispazju virtwali marittimu li fih ikun hemm simplifikazzjoni ta' formalitajiet amministrattivi u tad-dwana għal servizzi marittimi intrakomunitarji li jagħtihom kondizzjonijiet simili għal dak tat-trasport bit-trakk jew bil-ferrovjia fis-suq intern. |
|
7.4 |
Apparti minn hekk, il-Kummissjoni għandha żżid l-isforzi tagħha sabiex issolvi s-sitwazzjonijiet ta' konġestjoni fl-intern tal-pajjiż permezz ta' l-implimentazzjoni tal-programm NAIADES għan-navigazzjoni ta' ilmijiet interni, il-pakketti ferrovjarji tagħha u l-politiki tagħha ta' effiċjenza fir-rigward tat-trasport bit-triq. Anke fir-rigward ta' dawn il-modi ta' trasport, ir-rabta mal-politika soċjali m'għandhiex tintesa jew tirċievi biss attenzjoni minima, bħal kif sfortunatament sar per eżempju fid-dokumenti reċenti tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trasport marittimu intern (reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper dwar il-politika tat-Trasport; il-programm NAIADES). |
8. Il-promozzjoni ta' kondizzjonijiet u ċirkostanzi tax-xogħol tajbin u sikuri flimkien ma' relazzjonijiet industrijali kostruttivi fil-portijiet
|
8.1 |
L-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet fil-portijiet tiddependi kemm fuq komponent ta' kredibilità kif ukoll ta' sigurtà li huma, minkejja l-progress teknoloġiku, sa ċertu punt determinati mill-fattur uman. Dan jispjega l-ħtieġa għal forza tax-xogħol li hija kkwalifikata u mħarrġa tajjeb fil-portijiet li tkopri s-servizzi u l-operazzjonijiet kollha, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-vapuri. Dan il-prerekwiżit japplika irrispettivament jekk il-portijiet u l-provvedituri tas-servizzi tal-portijiet humiex ta' sjieda pubblika jew privata. |
|
8.2 |
L-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp u ż-żamma ta' dawn il-kompetenzi. Fil-livell Ewropew il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ideat tagħhom billi tiffaċilita d-djalogu soċjali. |
|
8.3 |
Il-portijiet Ewropej għandhom ir-responsabbiltà li jżommu standards għoljin ta' kredibilità u sigurtà. L-Unjoni Ewropea tista' tistimola dawn l-istandards billi tipprovdi appoġġ (finanzjarju) adattat għall-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni u billi tinforza l-leġislazzjoni applikabbli tas-sigurtà. L-UE tista' tħeġġeġ iktar liż-żgħażagħ sabiex isegwu karriera fil-portijiet, simili għall-azzjonijiet tagħha sabiex tiġbed liż-żgħażagħ lejn impjiegi relatati mal-baħar. Dan ta' l-aħħar għandu impatt fuq ix-xogħol fil-portijiet ukoll. It-taħriġ nawtiku ta' livell għoli jgħin sabiex fil-ġejjieni jkun hemm biżżejjed bdoti, kaptani tal-port (harbour masters) u professjonisti oħra fil-portijiet. |
|
8.4 |
Relazzjonijiet industrijali kostruttivi huma essenzjali għal politika tajba fil-portijiet. Il-Kummissjoni għandha toħloq kondizzjonijiet favorevoli għal dawn ir-relazzjonijiet permezz ta' kooperazzjoni stretta mal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri. |
|
8.4.1 |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tagħti l-fehma tagħha dwar jekk il-konvenzjonijiet 137 u 152 ta' l-ILO dwar ix-xogħol fil-portijiet humiex kompatibbli mal-prinċipji tat-Trattat u l-acquis communautaire qabel ma titlob lill-Istati Membri jirratifikaw dawn iż-żewġ konvenzjonijiet. |
|
8.5 |
Sabiex jintlaħqu l-aħjar kondizzjonijiet tax-xogħol fil-portijiet u klima soċjali pożittiva in ġenerali, huwa kruċjali li jkun hemm djalogu soċjali kif suppost. Djalogu bħal dan jeżisti fil-maġġoranza tal-portijiet Ewropej u għandu jkun stabbilit fejn m'huwiex diġà l-każ. Jekk l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti tal-partijiet interessati Ewropej jistgħu jaqblu fuq aġenda komuni, dan id-djalogu jista' jkollu valur miżjud fil-livell Ewropew. |
9. Il-promozzjoni tal-kompetittività globali u l-istabbiliment mill-ġdid ta' perċezzjoni pożittiva tal-portijiet
|
9.1 |
Fid-dawl ta' l-interess essenzjali tagħhom għall-Ewropa, l-Unjoni Ewropea għandha kompitu sabiex ittejjeb il-kompetittività globali u tippromovi immaġni pożittiva tas-settur tal-portijiet, l-iktar billi tindirizza t-temi msemmija hawn fuq, iżda wkoll permezz ta' azzjonijiet speċifiċi elenkati f'din is-sezzjoni. |
|
9.2 |
Permezz tal-politika tagħha dwar ir-relazzjonijiet esterni, l-UE għandha tagħti attenzjoni partikulari lill-każijiet ta' kompetizzjoni inġusta minn portijiet ġirien li m'humiex fl-UE. Dan huwa speċjalment rilevanti għall-portijiet fil-Baħar Baltiku, fil-Baħar l-Iswed u fil-Mediterran. |
|
9.3 |
L-UE ghandha wkoll terġa' tistabbilixxi l-perċezzjoni pożittiva tal-portijiet maċ-ċittadin Ewropew, fejn tenfasizza l-valur miżjud tal-portijiet għall-kummerċ Ewropew, benesseri, koeżjoni u kultura, u b'hekk tiġġenera appoġġ pubbliku usa' għall-portijiet. |
|
9.4 |
Finalment, l-UE tista' tistimola l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prassi u innovazzjoni bejn il-portijiet billi tappoġġja l-proġetti ta' ricerka li huma mmexxija mill-industrija, pragmatiċi u mhux teoretiċi. |
Brussel, is-26 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) Dawn l-organizzazzjonijet kienu mistednin għas-seduta:
European Association for Forwarding, Transport, Logistic and Customs Services (CLECAT), European Community Shipowners' Association (ECSA), European Community Association of Ship Brokers and Agents (ECASBA), European Shippers' Council (ESC), Association of European Chambers of Commerce and Industry (EUROCHAMBRES), European Maritime Pilots' Association (EMPA), European Boatmen's Association (EBA), European Tugowners Association (ETA), European Transport Workers' Federation (ETF), International Dockers' Council (IDC), European Sea Ports Organisation (ESPO), European Federation of Inland Ports (EFIP), Federation of European Private Port Operators (FEPORT), European Harbour Masters' Committee (EHMC) u l-Federation of European Tank Storage Associations (FETSA), EUROGATE GmbH dco KgaA, KG, Federal Association of German Seaport Operators (ZDS).
(2) Ara dawn iż-żewġ opinjonijiet tal-KESE dwar is-suġġett: l-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-aċċess għas-suq għas-servizzi tal-port”ĠU C 48, 21.2.2002, pġ 122-129 u l-opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-suq għas-servizzi tal-port (COM(2004) 654 final — 2004/0240 (COD)) ĠU C 294, 25.11.2005, pġ. 25–32.
Ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament dwar it-taħriġ u r-reklutaġġ tal-baħrin”ĠU C 80, 3.4.2002, pġ. 9-14. Opinjoni KESE dwar “L-Aċċessibiltà ta' l-Ewropa bil-baħar fil-ġejjieni: l-iżviluppi u kif dawn jistgħu jiġu antiċipati”ĠU C 157, 28.6.2005, pġ. 141-146 .
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, “Inżommu lill-Ewropa Miexja — Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta' l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea”, COM(2006) 314 final.
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Il-loġistika tat-Trasport tal-merkanzija fl-Ewropa — il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli”, COM (2006) 336 final.
(5) Il-liġi mhux vinkolanti (“Soft Law”) tirreferi għar-regoli ta' kondotta li huma stipulati fi strumenti li m'humiex legalment vinkolanti iżda li jistgħu jkollhom ċertu effett legali indirett u li jimmiraw li jipproduċu effetti prattiċi. Eżempji jinkludu komunikazzjonijiet interpretattivi, linji gwida u kodiċi ta' prattika.
(6) Għal tagħrif ġenerali iktar estensiv dwar l-iżvilupp u u l-isfidi tas-suq, ara ESPO u ITMMA, Factual Report on the European Port Sector, 2004 (Rapport Fattwali fuq is-Settur tal-Portijiet Ewropej, 2004.)
(7) Għal analiżi riċenti ara: Ocean Shipping Consultants, The European and Mediterranean Container port Markets to 2015, 2006 (Is-swieq Ewropewj u Meditteranji tal-portijiet għat-traffiku tal-merkanzija b'containers sa l-2015, ippubblikat minn Ocean Shipping Consultants fl-2006).
(8) Opinjoni tal-KESE dwar “L-Aċċessibiltà ta' l-Ewropa bil-baħar fil-ġejjieni: l-iżviluppi u kif jistgħu jiġu influwenzati'”ĠU C 157, 28.6.2005, pġ. 141-146 .
(9) Dan huwa speċjalment il-każ fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija b'containers, fejn diġà fl-2002, 70 % tas-suq kien f'idejn sitt operaturi kbar (ESPO u ITMMA, pġ. 38) iżda l-fenomenu huwa daqstant preżenti fi swieq bħal dawk tad-dry bulk u l-merkanzija ġenerali.
(10) Għad-dettalji ara l-opinjoni TEN/262 tal-KESE fuq il-proposta tal-Kummissjoni “Il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa — il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli” COM (2006) 336 finali.
(11) Għal deskrizzjoni ġenerali ara per eżempju: ESPO Environmental Survey 2004 — Review of European Performance in Port Environmental Management
(12) Per eżempju, id-Direttivi Ewropej ta' l-Għasafar u l-Ambjenti Naturali jwasslu għal interpretazzjonijiet differenti fir-rigward ta' evalwazzjonijiet adattati, ftehim li diġà jeżisti, analiżi ta' alternattivi, hekk imsejjħa “Raġunijiet Imperattivi fejn l-Interess Pubbliku jiġi l-Ewwel u Qabel Kollox” (IROPI), ħtiġijiet għall-kumpens eċċ.
(13) Il-proġett ECOPORTS, sostnut mill-Kummissjoni, baqa' sejjer sa l-2005 u stimola lill-maniġers tal-portijiet lejn ir-regolazzjoni awtonoma fuq affarijiet ambjentali. Il-ħidma tiegħu issa qiegħda titwettaq mill-Fondazzjoni ECOPORTS. www.ecoports.com.
(14) E. Van Hoydonk, MTCP Report on the impact of EU environmental law on waterways and ports, 2006 (Rapport mill-MTCP dwar l-impatt tal-leġislazzjoni ambjentali ta' l-UE fuq il-passaġġi ta' l-ilma u l-portijiet, 2006).
(15) Green Paper“Lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra”, COM(2006) 275 finali.
(16) Skond il-Green Paper, l-Ippjanar ta' l-Ispazju Marittimu għandu rwol prinċipali x'jaqdi fit-tnaqqis tal-vulnerabilità taż-żoni tal-baħar u tal-kosta. Sistema komprensiva ta' l-ippjanar spazjali tista' ttejjeb ambjent regolatorju stabbli f'setturi fejn iridu jsiru investimenti kbar li jaffettwaw l-post ta' l-attività ekonomika. Il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet marittimi kollha permezz ta' l-ippjanar innovattiv ta' l-ispazju tal-baħar jista' jgħin sabiex jassigura żvilupp ekonomikament u ambjentalment sostenibbli tar-reġjuni tal-kosta.
(17) Ara TEN/255:Opinjoni dwar il Green Paper Lejn politika Marittima futura għall-Unjoni (ĠU C 93, 27.4.2007).
(18) Kif irrakkomandata fl-istudju MTCP imsemmi hawn fuq.
(19) Direttiva 1980/723/KEE, emendata bid-Direttiva 2000/52/KE.
(20) Bosta proposti huma pendenti bħalissa li huma mmirati sabiex jimmodernizzaw id-dwana, inkluż żewġ proposti leġislattivi li jirrevedu l-Kodiċi tad-Dwana u l-programm ta' azzjoni għad-dwana 2013.
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/policy_issues/customs_strategy/index_en.htm
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/63 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa — il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli
COM (2006) 336 finali
(2007/C 168/13)
Nhar it-28 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni Ewropea iddeċiediet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa — il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien: Is-Sur Barbadillo López
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tas-26 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'150 vot favur, 2 voti kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Settur tat-trasport li huwa effiċjenti huwa essenzjali sabiex l-UE żżomm u ssaħħaħ il-kompetittività tagħha. It-trasport tal-merkanzija huwa kkunsidrat bħala l-forza prinċipali għall-kummerċ u l-prosperità. Il-ġestjoni moderna taċ-ċirkolazzjoni kumplessa tat-trasport hija neċessarja sabiex jinkisbu l-effiċjenza u l-kooperazzjoni bejn il-modi differenti. |
|
1.2 |
Il-loġistika għandha rwol muftieħ x'taqdi billi tiggarantixxi l-mobilità sostenibbli, kif ukoll ittejjeb l-ambjent u l-effiċjenza ta' l-enerġija, li tagħmel it-trasport tal-merkanzija iktar effiċjenti, effettiv u kompetittiv. Il-loġistika ma tistax titqies bħala entità li tikontrolla u tiġġestjona l-katina tal-loġistika; soluzzjonijiet avvanzati ta' loġistika jistgħu jippermettu l-ippjanar, il-ġestjoni, il-kontroll u t-tħaddim tal-ktajjen tat-trasport unimodali u multimodali. |
|
1.3 |
L-infrastruttura tipprovdi n-netwerk fiżiku meħtieġ għall-iżvilupp tas-suq intern tat-trasport u sabiex tottimizzah jeħtieġ li jintlaħqu żewġ għanijiet: li tonqos il-konġestjoni u li titjieb l-aċċessibilità billi s-sorsi kollha tal-fondi jiġu mmobilizzati. L-użu effiċjenti, razzjonali ta' l-infrastruttura huwa garanzija sabiex tinkiseb il-mobilità sostenibbli. Madankollu, kwalunkwe miżura li tittieħed sabiex tissimplifika l-użu ta' l-infrastrutturi għandha tinkludi wkoll miżuri loġistiċi għat-trasport privat tal-passiġieri. Il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli ma jinstabx biss fit-trasport tal-merkanzija. |
|
1.4 |
Kemm il-provvedituri kif ukoll l-utenti tat-trasport jagħmlu użu minn għodod loġistiċi sabiex jottimizzaw it-trasport u jagħmlu t-transazzjonijiet kummerċjali aktar effiċjenti u effettivi, u b'hekk jitnaqqsu l-mili fil-vojt. |
|
1.5 |
Il-loġistika tat-trasport teħtieġ ħaddiema u maniġers li huma kompetenti u mħejjin sew, li huma mħarrġa fil-professjoni tagħhom u li jistgħu jikkonformaw mar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà; għandhom għalhekk jitfasslu pjanijiet għal taħriġ bażiku u avvanzat fil-qasam tal-loġistika, bl-involviment attiv ta' l-imsieħba soċjali. |
|
1.6 |
It-trasport jikkonsma ħafna karburant fossili, u għandha tingħata prijorità lit-tnaqqis tad-dipendenza tiegħu u lit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet CO2; għalhekk, għandu jinħoloq programm speċifiku tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u ta' l-innovazzjoni għat-trasport, u għandu jingħata fondi speċifiċi sabiex jippromovi l-użu ta' enerġiji alternattivi. Għandha tiġi implimentata wkoll politika li tagħmel distinzjoni — partikularment f'termini ta' taxxa — bejn il-modi, li tiffavorixxi l-adozzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda li jħarsu l-ambjent. |
|
1.7 |
Il-loġistika għandha titqies bħala attività kummerċjali li titwettaq mis-settur; l-awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ġenerali adattati sabiex jassiguraw li l-merkanzija tista' tiċċirkola bl-iktar mod effiċjenti, effettiv u kompetittiv possibbli. |
|
1.8 |
Fil-każ tat-trasport marittimu fuq distanza qasira, is-settur kien involut b'suċċess fl-identifikazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' konġestjoni u soluzzjonijiet; din il-prassi għandha tiġi estiża għal modi oħra tat-trasport, sabiex jinkisbu riżultati simili. |
|
1.9 |
It-teknoloġiji ġodda, partikularment is-sistema Ewropea ta' navigazzjoni bis-satellita, Galileo, li ser tipprovdi applikazzjonijiet futuri għas-sorveljanza u s-segwitu tal-merkanzija, jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp ta' loġistika moderna effettiva u effiċjenti. Madankollu, l-iżviluppi teknoloġiċi m'għandhomx isiru ostakoli għall-kummerċ, iżda għandhom ikunu interoperabbli ma' l-UE kollha, u aċċessibbli mill-SMEs. Ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u l-innovazzjoni għandhom ikunu prijorità fis-Seba' Programm ta' Qafas, għax l-innovazzjoni teknoloġika tista' twassal għal possibilitajiet ġodda għas-settur. |
|
1.10 |
L-istatistiċi tal-loġistika tat-trasport għandhom ikopru b'mod dettaljat il-modi kollha tat-trasport u l-attivitajiet tagħhom sabiex tinkiseb viżjoni kredibbli tas-sitwazzjoni u l-evoluzzjoni tagħha. |
|
1.11 |
Il-problemi li jirriżultaw mill-interoperabilità tat-trasport ferrovjarju jridu jiġu solvuti, sabiex jinħoloq netwerk dedikat għall-merkanzija, u b'hekk jitjiebu s-sistemi ta' ġestjoni sabiex jiżdiedu l-effiċjenza, il-prestazzjoni u l-kompetittività fir-rigward ta' modi oħra tat-trasport. |
|
1.12 |
Il-ħolqien ta' valur ta' riferiment ta' kwalità u ta' ħwienet li jipprovdu s-servizzi kollha jgħinu fl-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport fl-UE, għax il-kalkolu tal-kwalità fil-livell ta' l-UE ser iġib ċertu uniformità fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-loġistika u l-implimentazzjoni koordinata u uniformi tal-proċeduri amministrattivi ser tissimplifika l-formalitajiet tad-dwana. |
|
1.13 |
Huwa essenzjali li l-modi differenti tat-trasport ikunu involuti fit-tfassil tal-pjan ta' azzjoni futur li qiegħed jiġi mfassal mill-Kummissjoni, sabiex jinkisbu l-għanijiet tiegħu. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Il-loġistika għandha rwol prinċipali x'taqdi billi tiggarantixxi l-mobilità sostenibbli, kif ukoll ittejjeb l-ambjent u l-effiċjenza ta' l-enerġija, li tagħmel it-trasport tal-merkanzija iktar effiċjenti u effettiv. |
|
2.2 |
Fir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper ta' l-2001, il-Kummissjoni tagħraf biċ-ċar l-importanza tas-settur tat-trasport tal-merkanzija bħala forza prinċipali għall-prosperità kummerċjali u ekonomika fl-UE. |
|
2.3 |
L-esperjenza li nkisbet fiż-żmien bejn il-pubblikazzjoni tal-White Paper fl-2001 u r-reviżjoni tagħha ta' nofs it-term fis-Sajf ta' l-2006 wriet li t-trasport fit-triq huwa indispensabbli; l-isforzi sabiex it-traffiku jiġi dderiġit lejn modi oħra tat-trasport ftit li xejn kellhom suċċess. |
|
2.4 |
L-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-UE jiddependi ħafna fuq il-mobilità tal-persuni u l-merkanzija, bil-għan li jitħares l-ambjent. Ma tkunx loġika li wieħed jitkellem dwar l-iżvilupp mingħajr konsiderazzjoni għall-ħtieġa u ż-żamma ta' netwerk ta' infrastruttura adattata għall-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu ta' l-UE. |
|
2.5 |
Il-mobilità sostenibbli hija ggarantita b'mod partikulari bl-użu tan-netwerks tat-trasport b'manjiera effiċjenti u ssimplifikata sabiex jitwasslu kemm il-passiġieri kif ukoll il-merkanzija. |
|
2.6 |
It-trasport tal-merkanzija jaqdi rwol importanti fil-garanzija tal-mobilità sostenibbli. It-tkabbir mgħaġġel tat-trasport tal-merkanzija ċertament jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u l-impjieg; madankollu, huwa inqas ċert li huwa t-trasport tal-merkanzija waħdu li jikkawża l-konġestjoni, l-inċidenti, l-istorbju, it-tniġġis, iktar dipendenza fuq il-karburanti fossili importati u t-telf ta' enerġija. |
|
2.7 |
Għalhekk, kwalunkwe inizjattiva ddisinjata sabiex tissimplifika l-użu ta' l-infrastruttura għandha tinkludi wkoll miżuri loġistiċi għall-użu tat-trasport privat ta' passiġġieri, sabiex jinħolqu kondizzjonijiet favorevoli sabiex it-trasport tal-massa jiġi utilizzat b'mod naturali. Il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli ma jinstabx biss fit-trasport tal-merkanzija. |
|
2.8 |
Barra minn dan, intwera li s-soċjetà ma titlobx it-trasport bit-triq għal raġunijiet arbitrarji, iżda għax ġie pprovat li huwa l-mod tat-trasport l-iktar ħafif, l-iktar flessibbli u effiċjenti sal-lum. Minkejja li saru sforzi sabiex ikun hemm trasferiment tat-traffiku għar-rotot ferrovjarji u marittimi, ir-riżultati kienu kollox minbarra favorevoli, ħlief fil-każ tat-trasport bil-baħar u bix-xmara fuq distanzi qosra. |
|
2.9 |
Ma jidhirx raġonevoli li wieħed jassumi li l-provvedituri u l-utenti tat-trasport għadhom ma użawx l-għodod loġistiċi għall-ottimizzazzjoni tat-trasport meħtieġa sabiex jittejjbu l-effikaċja u l-effiċjenza tat-transazzjonijiet tagħhom. Madankollu, is-soluzzjonijiet avvanzati ta' loġistika ser jgħinu fit-titjib ta' l-effiċjenza tal-modi differenti tat-trasport u tal-kumbinazzjonijiet tagħhom. |
|
2.10 |
Fil-perijodu medju u fit-tul, ċertu modi tat-trasport ser ikollhom ikunu iktar operazzjonali u kompetittivi jekk ser tinħoloq b'mod spontanju politika konġunta tat-trasport bħala riżultat tal-konvinzjonijiet ta' l-utenti tat-trasport. L-ineffiċjenza ta' certu modi tat-trasport għandha tiġi rmedjata sabiex tinkiseb iżjed kompetittività u jiżdied is-sehem tagħhom fil-bilanċ modali. |
|
2.11 |
Il-flotot tat-trasport jottimizzaw in-numru ta' mili li jsiru b'tagħbija, filwaqt li jżommu n-numri tal-mili fil-vojt sal-minimu meħtieġ għall-operazzjoni ta' kuljum. |
|
2.12 |
Dejjem ser ikun diffiċli li jiġi solvut l-iżbilanċ fil-provvista tal-merkanzija bejn il-punti ta' oriġini u d-destinazzjoni tat-trasport tal-merkanzija, saħansitra bl-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' loġistika avvanzati: dejjem ser ikun hemm żbilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ tal-merkanzija, irrispettivament mis-soluzzjonijiet tat-trasport. L-ebda mod tat-trasport ma jista' jevita l-ħtieġa li jsib tagħbija għall-vjaġġ bir-ritorn. |
|
2.13 |
Fir-rigward ta' l-użu ta' modi li jħarsu iktar l-ambjent, b'konformità mal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-effiċjenza ta' l-enerġija (1), għandu jkun innotat li l-istudji pprovduti mill-Kummissjoni dwar it-trasport u l-ambjent ma jagħmlux distinzjoni bejn il-modi pubbliċi u privati, li kieku juru r-riperkussjonijiet negattivi li għandu l-użu intensiv u bla rażan tal-karozzi fuq il-konġestjoni, it-tniġġis, il-konsum ta' l-enerġija, eċċ. |
|
2.14 |
M'hemm xejn ġdid dwar l-integrazzjoni tal-loġistika fil-politika tat-trasport. Il-pass 'l quddiem ewlieni fis-settur tal-loġistika twettaq l-aktar mill-adattar tal-kumpaniji tat-trasport għall-ħtiġijiet tas-suq. Il-progress prinċipali fil-loġistika essenzjalment jiġi mill-flessibilità u l-adattabilità tal-kumpaniji tat-trasport li jittrattaw ma' fatturi esterni kkawżati minn setturi oħra ta' produzzjoni. |
|
2.15 |
Il-kumpaniji tat-trasport u l-klijenti tagħhom huma fost l-ewwel li japplikaw il-miżuri ta' appoġġ loġistiku. Il-loġistika ma tistax titqies bħala entità li tikkontrolla u tiġġestjona l-katina tat-trasport: huma l-kumpaniji li jinkorporaw il-miżuri loġistiċi fid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom. |
|
2.16 |
Minħabba l-importanza tal-qligħ ta' ħafna miljuni ta'euro, ta' sikwit hemm it-tendenza li l-valur tas-settur tal-loġistika jiġi esaġerat u jiġi kkunsidrat bħala attività separata. Madankollu qiegħed jiġi ttraskurat il-fatt li l-biċċa l-kbira ta' dan il-qligħ tiġi mit-trasport u attivitajiet relatati; huwa dan is-settur li fil-verità jinvesti f'assi fissi, iħallas l-ispejjeż u jwassal il-merkanzija. |
|
2.17 |
Il-Kummissjoni u l-Parlament jistgħu jżidu l-valur fl-iżvilupp tal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa jekk jirnexxielhom joħolqu qafas operazzjonali mingħajr tfixkil bejn il-modi tat-trasport. Huma għandhom joħolqu klima favorevoli għal tqarrib tal-modi, mingħajr miżuri li ser ikunu ta' ħsara għal kwalunkwe mod ta' trasport. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Kif hemm imsemmi f'partijiet oħra, il-muftieħ għall-istħarriġ ta' nofs it-term tal-White Paper huwa l-ko-modalità, fi kliem ieħor, l-użu effiċjenti ta' modi differenti weħidhom u konġunti, li huwa l-aħjar garanzija tal-ksib ta' livell għoli ta' mobilità u ta' ħarsien ambjentali fl-istess ħin. |
|
3.2 |
Il-KESE jilqa' l-fatt li l-komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li tottimizza l-komplimentarità tal-modi differenti tat-trasport b'sistema uniformi u effiċjenti tat-trasport Ewropew u li tipprovdi lill-utenti bl-aħjar servizzi possibbli tat-trasport. Madankollu, ikun prematur li jingħad, fid-dawl tas-sistemi attwali produttivi, li llum jeżistu alternattivi kompetittivi għat-trasport bit-triq tal-merkanzija, barra minn dawk fuq rotot speċifiċi. |
|
3.3 |
Il-KESE jaqbel ukoll li l-iżvilupp tal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija għandha, fuq kollox, tkun attività kummerċjali u dmir li jrid jitwettaq mis-settur; l-awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli għall-ħolqien ta' qafas adegwat tal-kondizzjonijiet, li jħalli l-ħidma interna tal-loġistika kummerċjali f'idejn il-kumpaniji. |
|
3.4 |
Il-KESE jemmen li l-introduzzjoni ta' perspettiva tal-loġistika f'politika tat-trasport tkun teħtieġ ir-rispett li jistħoqq lill-modi differenti tat-trasport; il-konsiderazzjonijiet tal-loġistika għandhom ikunu sempliċiment fattur sottostanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
3.5 |
Il-KESE jemmen ukoll li l-komplimentarità xierqa tal-modi u s-soluzzjonijiet loġistiċi avvanzati jistgħu jippermettu l-ippjanar, il-ġestjoni, il-kontroll u l-esekuzzjoni effettivi tal-ktajjen tat-trasport unimodali u multimodali. |
|
3.6 |
Il-Kummissjoni għandha tenfasizza iktar l-isforzi li kull mod tat-trasport għandu jagħmel sabiex jottimizza l-effiċjenza u l-prestazzjoni tiegħu. Għalhekk, hemm ħtieġa għal titjib fit-trasport kemm marittimu kif ukoll ferrovjarju permezz ta' enfasi fuq il-kompetittività (mhux id-deregolamentazzjoni) ta' dawn is-setturi minflok li jiġu ppenalizzati modi oħra tat-trasport. It-trasport bit-triq għandu jitqies bħala alleat essenzjali tal-modi l-oħra tat-trasport, u għandhom jissaħħu l-koordinazzjoni u l-intermodalità, b'miżuri fis-seħħ li jippermettulu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu b'garanzija ta' livell xieraq ta' flessibilità u prezz. |
|
3.7 |
Il-politika tat-trasport għandha turi impenn lejn il-kwalità, is-sigurtà, l-ambjent u l-effiċjenza tat-trasport u tiggarantixxi l-libertà tal-konsumatur li jagħżel il-mod li jaqdi l-bżonnijiet tiegħu l-aħjar. |
|
3.8 |
Kif hemm imsemmi fil-komunikazzjoni, ħarġu ċertu tendenzi interessanti f'dawn l-aħħar snin, bħall-esternalizzazzjoni (outsourcing) ta' attivitajiet loġistiċi. Din il-kooperazzjoni ta' bejn il-baħħara u l-provvedituri tas-servizzi hija akkompanjata mill-integrazzjoni estensiva ta' l-istrutturi ta' organizzazzjoni u IT. |
4. Oqsma ta' azzjoni
4.1 Identifikazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' konġestjoni u s-soluzzjonijiet għalihom
|
4.1.1 |
Il-KESE jikkunsidra li sabiex ikun hemm definizzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' konġestjoni potenzjali u jinstabu s-soluzzjonijiet, huwa essenzjali li jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' l-atturi involuti, kif ukoll l-iskambju ta' l-għarfien u l-aħjar prassi u l-kooperazzjoni fit-tfassil tal-politiki. |
|
4.1.2 |
Filwaqt li fis-settur tat-trasport marittimu fuq distanza qasira, is-sitwazzjonijiet ta' konġestjoni ġew identifikati b'suċċess u ġġestjonati, kif hemm imsemmi fil-komunikazzjoni, bħalissa m'hemm l-ebda idea komprensiva ta' l-ostakli konkreti li qegħdin jimpedixxu li l-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija tiżviluppa iktar malajr fl-Ewropa. |
|
4.1.3 |
Madankollu huwa magħruf li hemm aspetti varji li jolqtu direttament lis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jirrestrinġu l-operabilità tiegħu, u nuqqas ta' leġislazzjoni armonizzata għall-kwistjonijiet li huma importanti qiegħed jimpedixxi l-ħolqien ta' suq ġust u kompetittiv fi ħdan l-UE wara t-tkabbir. |
4.2 It-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT)
|
4.2.1 |
Is-sistemi intelliġenti tat-trasport jgħinu sabiex jiġi assigurat użu aktar effiċjenti u razzjonali ta' l-infrastruttura u b'hekk jitnaqqsu l-inċidenti u l-konġestjoni u jitħares l-ambjent. |
|
4.2.2 |
Is-sistema Ewropea ta' navigazzjoni bis-satellita, Galileo, li ser tibda topera mill-2010, ser tipprovdi applikazzjonijiet futuri għall-mezzi kollha tat-trasport, bħas-sorveljanza u s-segwitu tal-merkanzija u l-Karozza Intelliġenti (2), kif ukoll il-promozzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda fil-vetturi, il-programm SESAR, li ser jikkontribwixxi sabiex titjieb il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fil-kuntest ta' sema wieħed Ewropew, u s-sistema ERTMS, li ser ittejjeb l-interoperabilità bejn in-netwerks ferrovjarji nazzjonali u jkollha impatt pożittiv fuq il-loġistika. |
|
4.2.3 |
Jidher raġonevoli li, sabiex tiġi assigurata l-integrità tas-suq intern, hemm bżonn li jiġi evitat li s-soluzzjonijiet tekniċi imposti ma jsirux impedimenti għall-kummerċ iżda jiżviluppaw b'modi komplimentari ma' l-UE kollha, ibbażati fuq standards interoperabbli. Standards komuni li huma ġeneralment aċċettati mill-manifatturi/fabbrikanti u l-operaturi, u s-sinerġiji bejn is-sistemi differenti, huma l-muftieħ li jagħmlu l-loġistika iktar effiċjenti. |
|
4.2.4 |
Huwa importanti li jkun hemm stima ta' l-ispejjeż inizjali, kemm f'termini ta' teknoloġija u software, mingħajr ma tfixkel l-parteċipazzjoni sħiħa ta' l-SMEs fis-suq. |
|
4.2.5 |
Il-KESE jaqbel li l-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija għandha tkompli tkun riċerka ta' prijorità taħt is-Seba' Programm ta' Qafas għax l-innovazzjoni teknoloġika moderna tista' tiftaħ bibien ġodda għas-settur. |
4.3 Taħriġ fil-loġistika
|
4.3.1 |
Il-KESE jikkunsidra li t-taħriġ fil-loġistika tat-trasport m'għandux ikun illimitat: filfatt, l-iskop tiegħu għandu jiġi estiż sabiex ikopri t-trasport u l-loġistika bħala suġġetti differenti u komplimentari. |
|
4.3.2 |
Ikun utli li ssir ħidma sabiex tinkiseb definizzjoni ċara tal-kompetenzi li jaqgħu taħt l-iskop tal-loġisitika, għax sal-lum m'hemm l-ebda data statistika jew definizzjonijiet ċari f'dan il-qasam. L-imsieħba soċjali għalhekk għandhom rwol prinċipali x'jaqdu fit-tfassil ta' qafas adattat għat-taħriġ. |
4.4 Data statistika
|
4.4.1 |
Il-KESE jemmen li m'għandniex nikkuntentaw b'viżjoni statistika ridotta tal-loġistika, mingħajr ma nħarsu fid-dettall lejn il-modi differenti tat-trasport u l-attivitajiet relatati tagħhom. |
|
4.4.2 |
Huwa utli li jkun hemm idea kredibbli tas-sitwazzjoni u l-evoluzzjoni tul iż-żmien, iżda r-rwol tat-trasport u l-ħażna m'għandhomx jiġu injorati. Il-programm statistiku tal-Komunità 2008-2012 (3) jenfasizza li wieħed mill-aspetti li għandhom jittejjbu fl-istatistiċi ta' l-UE huwa t-tqassim bil-modi tat-trasport, partikularment tat-trasport bit-triq. |
4.5 L-utilizzazzjoni ta' l-infrastruttura
|
4.5.1 |
Il-kwalità ta' l-infrastruttura hija element prinċipali għall-loġistika tat-trasport tal-merkanzija. |
|
4.5.2 |
L-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-UE jiddependi ħafna fuq il-mobilità tal-persuni u tal-merkanzija. |
|
4.5.3 |
In-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej huma fattur essenzjali fl-iżvilupp tas-suq intern għat-trasport, iżda s-sitwazzjoni sottostanti ta' dawn in-netwerks m'hijiex l-istess fl-Istati Membri kollha. F'dan il-kuntest, għandu jkun innotat li mhux in-Netwerks tat-Trasport Ewropej kollha jsoffru mill-konġestjoni, u b'hekk hemm problemi oħra x'jiġu indirizzati. |
|
4.5.4 |
Il-KESE jaqbel li l-ktajjen loġistiċi ko-modali jistgħu jgħinu sabiex ineħħu l-konġestjoni minn ċerti passaġġi b'tali mod li jkun hemm l-aħjar użu ta' l-infrastruttura ta' modi differenti, b'approċċ kemm unimodali kif ukoll multimodali. |
|
4.5.5 |
Il-KESE jemmen li tkun idea tajba li titqies il-problema li tinħoloq mis-sitwazzjoni ta' ċertu reġjuni u pajjiżi remoti u ultraperiferali. Sabiex dawn iż-żoni ikunu koperti b'mod adegwat, ikun kruċjali li jitħaffu l-iskedi taż-żmien u jiżdiedu l-fondi baġitarji ta' l-UE identifikati għall-kostruzzjoni tan-netwerks trans-Ewropej, li jiffaċilitaw il-passaġġ transitorju fil-Pirinej u l-Alpi, fost żoni oħra li huma ta' importanza partikulari hawnhekk. Aċċessibilità ġenerali aħjar ser ittejjeb il-prospetti għall-iżvilupp reġjonali, biż-żieda fil-kompetittività li dan jinvolvi. |
|
4.5.6 |
Flimkien ma' dawn iż-żidiet baġitarji, l-Unjoni Ewropea għandha tikkunsidra li tippromovi s-sistema ta' finanzjar imħallat għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura, xi ħaġa li tista' toffri stabilità u garanziji legali għall-involviment tal-kapital privat, sakemm il-politiki tal-prezzijiet jirrispettaw l-interessi ta' l-atturi kollha. |
|
4.5.7 |
Meta s-sitwazzjoni ta' konġestjoni tirriżulta minn nuqqas ta' infrastruttura adattata jew l-użu mhux xieraq, hemm bżonn ta' soluzzjoni. |
4.6 Prestazzjoni tas-servizz
4.6.1 Għarfien tal-kwalità
|
4.6.1.1 |
L-introduzzjoni ta' valuri ta' riferiment għall-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija sabiex tiġi evalwata u kkontrollata l-kwalità tas-servizz fil-livell Ewropew tista' tkun utli għas-settur, sakemm tibqa' għodda komparattiva li tista' tiġi utilizzata mill-kumpaniji u l-utenti. |
|
4.6.1.2 |
Fil-fatt, il-ħolqien ta' sett ta' valuri ta' riferiment Ewropej jista' joħloq uniformità fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-loġistika. |
|
4.6.1.3 |
Madankollu, il-KESE jemmen li l-ħolqien ta' tikketti ġodda tal-kwalità m'għandhomx jiġġeneraw iżjed burokrazija u spejjeż ġodda inutli għas-settur. |
4.6.2 Netwerk għal servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija
|
4.6.2.1 |
Il-KESE jaqbel li, minkejja li twassal għal titjib, il-miżura sabiex jinħoloq netwerk ferrovjarju orjentat lejn it-trasport tal-merkanzija li jippermetti l-passaġġi dedikati għall-merkanzija, fiha infisha m'hijiex ser issolvi n-nuqqas ta' kredibilità u effiċjenza li huma kkawżati minn, fost affarijiet oħra, interoperabilità teknika u amministrattiva insuffiċjenti. |
4.7 Il-promozzjoni u s-simplifikazzjoni tal-ktajjen multimodali
4.7.1 Ix-xiri amministrattiv minn post wieħed u “l-Ispazju Marittimu Komuni Ewropew”
|
4.7.1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-ħolqien tax-“xiri amministrattiv minn post wieħed” jew punt uniku għas-servizzi kollha mil-lat loġistiku, partikularment fiċ-ċirkular multimodali, fejn il-formalitajiet tad-dwana (u oħrajn relatati) jiġu mwettqa b'mod ikkoordinat. |
4.7.2 Il-promozzjoni multimodali
|
4.7.2.1 |
Il-KESE jappoġġja l-iżvilupp tan-netwerk ta' 21 Ċentru għall-Promozzjoni tat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira sabiex titħaddan ukoll il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet loġistiċi fil-ktajjen tat-trasport intern. |
4.7.3 Ir-responsabilità multimodali
|
4.7.3.1 |
Il-KESE jaqbel li, fir-rigward ta' soluzzjoni komprensiva għar-responsabilità għall-Ewropa, il-Kummissjoni tista' teżamina wkoll il-valur miżjud ta' l-istandardizzazzjoni ta' dokument tat-trasport għall-operazzjonijiet tat-trasport multimodali. |
4.8 L-istandards tat-tagħbija
|
4.8.1 |
L-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi standards Ewropej komuni għall-kejl tat-tagħbija intermodali fit-trasport intrakomunitarju (4) hija mezz ta' armonizzazzjoni tas-sitwazzjoni attwali għall-piżijiet u d-dimensjonijiet ta' kejl tat-tagħbija, iżda sabiex dan jinkiseb, ser ikun neċessarju li jitqiesu l-karatteristiċi attwali tan-netwerks tat-trasport u l-possibilità li dawn il-miżuri jintużaw mingħajr ma jkun hemm xi ħsara lis-sigurtà. |
5. It-triq 'il quddiem
|
5.1 |
Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija li ser jitfassal fl-2007 għandu jikkunsidra l-proposti għall-modi differenti tat-trasport involuti, qabel kwalunkwe inizjattivi regolatorji mill-Kummissjoni. |
Brussel, is-26 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) COM (2006) 545 finali: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Pjan ta'Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu ta' l-Enerġija: Inwettqu l-Potenzjal
(2) Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva tal-Karozza Intelliġenti — “Inqajjmu Kuxjenza dwar l-ICT għal vetturi iktar intelliġenti, sikuri u nodfa” — COM(2006) 59 finali.
(3) COM (2006) 687 finali: Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 — 2012.
(4) COM(2003) 155 finali, emendata minn COM(2004) 361 finali.
ANNESS
Dan it-test ta' l-opinjoni tas-sezzjoni ma ntlaqax favur l-emenda adottata mill-assemblea, iżda ġabar minn ta' l-inqas kwart tal-voti mixħuta:
Punt 4.5.8:
“Il-KESE jipproponi li restrizzjonijiet temporanji tat-traffiku imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jinbidlu b'restrizzjonijiet ikkoordinati mill-Unjoni. Għal dan il-għan huwa neċessarju li jiġu adotatti r-regoli tal-Komunità. Din il-miżura għandha tiġi kkoordinata mad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk minimu trans-Ewropew tat-toroq li jkun ħieles minn dawn ir-restrizzjonijiet u li jippermetti li t-traffiku fit-triq ikun jista' jibqa' għaddej mingħajr interruzzjonijiet. Fl-istess ħin din il-miżura għandha tassigura l-kompatibilità mal-ħtiġijiet ta' utenti tan-netwerk minbarra l-burdnara.”
Riżultat:
93 vot għat-tneħħija tas-sentenza,
49 kontra u
10 astensjonijiet.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/68 |
Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Reviżjoni ta' Nofs it-Term tal-Programm għall-Promozzjoni tat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira [COM(2003) 155 finali]
COM (2006) 380 finali
(2007/C 168/14)
Nhar it-13 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsilll, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Reviżjoni ta' Nofs it-Term tal-Programm għall-Promozzjoni tat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira [COM(2003) 155 finali]”.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Chagas.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'108 voti favur u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE appoġġja b'mod konsistenti l-miżuri li huma mmirati lejn l-iżvilupp tat-trasport marittimu fuq distanza qasira minħabba l-potenzjal tiegħu għat-tkabbir u l-ħolqien ta' l-impjieg u bħala alternattiva għal modi oħra tat-trasport li huma inqas favur l-ambjent, u b'hekk jgħin li jnaqqas il-konġestjoni fit-triq, l-inċidenti u t-tniġġis ta' l-arja u ta' l-istorbju. |
|
1.2 |
Fl-opinjoni tiegħu fil-programm li ġie ppreżentat fl-2003, il-KESE enfasizza l-ħtieġa li jiġi assigurat ir-rwol kruċjali li jaqdu l-punti fokali bħala pont għall-industrija, u li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni għal sistema intermodali tal-loġistika. Il-KESE jsejjaħ għal sforzi akbar min-naħa ta' l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali sabiex jiżviluppaw in-netwerk tal-punti fokali. |
|
1.3 |
Hemm bżonn urġenti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jassumu r-responsabilità għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' modi differenti tat-trasport, mhux biss billi jipprovdu l-infrastruttura li tiffaċilita l-intermodalità, iżda wkoll billi jimlew il-vojt li ħalliet in-nuqqas ta' ħila ta' l-industrija li tindirizza n-nuqqas ta' kooperazzjoni addizzjonali reali mhux biss għas-sostenibilità ekonomika, iżda wkoll dik soċjali u ambjentali. |
|
1.4 |
Il-KESE jinnota l-progress li nkiseb permezz ta' l-azzjonijiet proposti fil-programm ta' l-2003 għall-promozzjoni tat-trasport marittimu fuq distanza qasira, u jsejjaħ għall-implimentazzjoni veloċi ta' azzjonijiet oħra ppjanati, speċjalment it-tneħħija ta' ostakli identifikati. L-iżvilupp tal-punti fokali u l-estensjoni ta' l-oqsma ta' attività tagħhom sabiex ikopru l-promozzjoni tal-multimodalità interna u l-loġistika relatata jista' jgħin sabiex jinkisbu r-riżultati mixtieqa. |
|
1.5 |
Il-KESE jikkunsidra li l-komunikazzjoni attwali għandha ssemmi l-ħolqien ta' Spazju Marittimu Komuni Ewropew, pass li jista' jagħmel kontribuzzjoni deċiżiva sabiex it-trasport marittimu fuq distanza qasira jingħata rwol prominenti fit-trasport intra-komunitarju tal-merkanzija. Ikun kompletament loġiku li t-trasport marittimu ta' bejn il-portijiet ta' l-UE jiġi ttrattat bħala trasport domestiku iktar milli internazzjonali, bil-benefiċċji ovvji fir-rigward ta' proċeduri tad-dwana iktar sempliċi. |
2. Sfond
|
2.1 |
Fl-2003 il-Kummissjoni Ewropea adottat programm sabiex tippromovi t-trasport marittimu fuq distanza qasira (1), bħala tweġiba għall-istedina mill-Kunsill tal-Ministri għat-Trasport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiġu assigurati kemm it-tkabbir tiegħu kif ukoll l-integrazzjoni effettiva tiegħu fil-ktajjen eżistenti għat-trasport intermodali. |
|
2.2 |
Dan il-programm iħaddan 14-il azzjoni, ħamsa minnhom ta' natura leġislattiva, erbgħa tekniċi u ħamsa operazzjonali, suddiviżi f'miżuri prattiċi u akkompanjati mill-iskadenzi. |
|
2.3 |
Fl-opinjoni li adotta dak iż-żmien (2), il-KESE enfasizza l-ħtieġa għal “implimentazzjoni stretta ta' l-iskadenzi proposti mill-Kummissjoni”, u osserva li “mingħajr it-tneħħija ta' ċerti sitwazzjonijiet ta' konġestjoni, it-trasport marittimu fuq distanza qasira ma jistax jevolvi fl-intermodalità”. |
3. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
|
3.1 |
Il-Komunikazzjoni attwali mill-Kummissjoni tirrevedi l-istat ta' implimentazzjoni tal-miżuri ppreżentati fil-programm fl-2003, tevalwa l-progress miksub f'dawn l-azzjonijiet sal-lum, u tipproponi modi ta' azzjoni għall-ġejjieni. |
3.2 Azzjonijiet leġislattivi
|
— |
Direttiva dwar ċerti formalitajiet għar-rappurtaġġ għall-vapuri (IMO-FAL) (3): it-traspożizzjoni tad-direttiva fil-leġislazzjoni nazzjonali hija kważi kompluta; |
|
— |
il-programm ta' sussidju Marco Polo (li jidentifika l-Awtostradi tal-Baħar bħala azzjoni speċifika ġdida, li fiha d-definizzjoni tal-kunċett hija kompluta; l-ewwel Awtostradi tal-Baħar ser jibdew joperaw fl-2010) qiegħed nofs triq li jiġi komplut; |
|
— |
l-adozzjoni finali tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-Unità Ewropea ta' Tagħbija Intermodali għadha pendenti; |
|
— |
Direttiva 2005/33/KE tintroduċi prestazzjoni ambjentali mtejba, b'mod partikulari fl-oqsma ta' SOx, NOx u partikulati separati. |
3.3 Azzjonijiet tekniċi
|
— |
il-Gwida għall-Proċeduri tad-Dwana għat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira ġiet kompluta; |
|
— |
l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' ostakli li jagħmlu t-trasport marittimu fuq distanza qasira iktar ta' suċċess milli hu llum (eż. it-tneħħija ta' ostakli amministrattivi): nofs triq sabiex jiġu kompluti; |
|
— |
l-approssimazzjoni ta' applikazzjonijiet nazzjonali u l-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri tad-Dwana tal-Komunità: is-Sistema l-Ġdida ta' Transitu Kompjuterizzata (NCTS) ilha operazzjonali mill-2003; l-azzjoni qiegħda nofs triq sabiex tiġi kompluta; |
|
— |
Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku: in-Netwek Tematiku tat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira (REALISE), iffinalizza l-ħidma tiegħu fl-aħħar ta' l-2005. L-azzjoni qiegħda nofs triq sabiex tiġi kompluta. |
3.4 Azzjonijiet operazzjonali
|
— |
ħwienet amministrattivi li jipprovdu s-servizzi kollha (one-stop administrative shops): l-azzjoni qiegħda iktar minn nofs triq sabiex tiġi kompluta; |
|
— |
il-Punti Fokali tat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira huma rappreżentanti ta' amministrazzjonijiet marittimi nazzjonali li jikkonsultaw lill-Kummissjoni: l-azzjoni qiegħda iktar minn nofs triq sabiex tiġi kompluta; |
|
— |
iċ-Ċentri għall-Promozzjoni tat-Trasport Marittimu fuq Distanza Qasira li joperaw fl-Ewropa joffru pariri newtrali u imparzjali dwar l-użu tat-trasport marittimu fuq distanza qasira. L-azzjoni qiegħda iktar minn nofs triq sabiex tiġi kompluta. L-estensjoni ta' l-iskop ġeografiku taċ-ċentri ser tkompli sabiex tiġi assigurata minn ta' l-inqas is-sigurtà finanzjarja tagħhom; |
|
— |
it-titjib ta' l-immaġni tat-trasport marittimu fuq distanza qasira (eż. permezz tan-Netwerk Ewropew għal Distanza Qasira — European Shortsea Network): l-azzjoni qiegħda iktar minn nofs triq li tiġi kompluta; |
|
— |
informazzjoni statistika: għodda preliminarja, li diġà qiegħda tiġi ttestjata fil-Eurostat, tkun tista' tippermetti paraguni koerenti bejn il-modi tat-trasport; jeħtieġ li l-matriċi ta' konverżjoni li hija disponibbli attwalment tiġi mirquma iktar. |
|
3.5 |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-azzjonijiet proposti kienu dawk meħtieġa, iżda tikkunsidra li għanijiet ġodda b'skadenzi ġodda huma bżonjuża f'xi każijiet. F'każijiet oħra, tfittex li toħloq għanijiet iktar preċiżi jew li twessagħhom. Tindika wkoll li l-portijiet tal-Komunità għandhom ikunu integrati aħjar fil-katina tal-loġistika. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1 |
Il-KESE appoġġja b'mod konsistenti l-miżuri li huma mmirati lejn l-iżvilupp tat-trasport marittimu fuq distanza qasira minħabba l-potenzjal tiegħu għat-tkabbir u l-ħolqien ta' l-impjieg u bħala alternattiva għal modi oħra tat-trasport li huma inqas favur l-ambjent, u b'hekk jgħin li jnaqqas il-konġestjoni fit-triq, l-inċidenti u t-tniġġis ta' l-arja u ta' l-istorbju. |
|
4.2 |
Programmi u miżuri suċċessivi li jippromovu t-trasport marittimu fuq distanza qasira pproduċew riżultati sinifikanti li huma rifletti l-ewwelnett, fil-medja annwali tat-tkabbir ta' 3.2 % mis-sena 2000 (8.8 % għall-merkanzija fil-kontejners) u t-tieni nett, fit-tneħħija ta' numru konsiderevoli ta' ostakli identifikati bħala tfixkil għall-iżvilupp aħjar tas-settur: mill-161 ostaklu inizjali, baqgħu biss 35. Preżumibilment dan in-numru jinkludi dawk li huma l-iktar diffiċli li jitneħħew, li jfisser li din it-triq għandha tiġi segwita b'determinazzjoni. |
|
4.3 |
Fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill adotta serje ta' konklużjonijiet li jikkonċernaw lill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet dwar il-qafas leġislattiv, li jsaħħu l-iżvilupp u l-promozzjoni tat-trasport marittimu fuq distanza qasira u l-kooperazzjoni ta' bejn l-Istati Membru u l-Kummissjoni, u b'mod ġenerali jappoġġjaw il-miżuri proposti fir-reviżjoni ta' nofs it-term. |
|
4.4 |
Fl-evalwazzjoni tar-riżultati tal-programm xi tliet snin wara l-adozzjoni tiegħu, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa “iktar minn nofs triq li jiġi komplut”, minkejja li tistqarr li t-trasport marittimu fuq distanza qasira għandu jiġi integrat b'mod iktar strett fil-“katina tal-loġistika tal-provvista”. Madankollu jidher li proporzjon sinifikanti tal-miżuri proposti kellhom jiġu kompluti diġà. Eżempju ta' dewmien bħal dan huwa Azzjoni Nru. 14 dwar l-informazzjoni statistika, li kienet diġà ġiet proposta f'komunikazzjoni fl-1992. Għodda inizjali qiegħda tiġi ttestjata bħalissa fil-Eurostat. |
|
4.5 |
Fl-opinjoni tiegħu (4) dwar il-programm li ġie ppreżentat fl-2003, il-KESE enfasizza l-ħtieġa li jiġi assigurat ir-rwol kruċjali li jaqdu l-punti fokali bħala pont għall-industrija, u li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni f'sistema loġistika intermodali. Il-KESE jsejjaħ għal sforzi akbar min-naħa ta' l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali sabiex jiżviluppaw in-netwerk ta' punti fokali. |
|
4.6 |
M'huwiex ċar jekk “katina tal- provvista ... multimodali” teżistix fil-verità, minkejja li l-Kummissjoni tuża l-espressjoni: l-ammont totali ta' sistemi loġistiċi varji u netwerks intermodali ma jistgħux jitqiesu eżattament bħala katina multimodali. In-nuqqas ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn is-segmenti differenti tat-trasport huwa b'mod ċar l-ostaklu ewlieni sabiex titwaqqaf u tiġi żviluppata politika komunitarja għat-trasport li hija koerenti u sostenibbli. |
|
4.7 |
Hemm bżonn urġenti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jassumu r-responsabilità għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' modi differenti tat-trasport, mhux biss billi jipprovdu l-infrastruttura li tiffaċilita l-intermodalità, iżda wkoll billi timla l-vojt li ħalla n-nuqqas ta' ħila ta' l-industrija li tindirizza n-nuqqas ta' kooperazzjoni addizzjonali reali mhux biss għas-sostenibilità ekonomika, iżda wkoll dik soċjali u dik ambjentali. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Azzjonijiet leġislattivi
|
5.1.1 |
Mill-miżuri proposti, hija biss l-introduzzjoni ta' Unitajiet Ewropej ta' Tagħbija Intermodali ġdida li ma twettqux. Numru ta' atturi ekonomiċi esprimew riservi serji dwar il-proposta, bl-argument li l-adozzjoni ta' mudelli ġodda għall-unitajiet ta' tagħbija għandha sseħħ fil-livell internazzjonali aktar milli dak purament Ewropew. Il-KESE esprima wkoll xi wħud minn dawn il-preokkupazzjonijiet li jeħtieġu tweġibiet adegwati. Il-Kummissjoni reċentement reġgħet fetħet id-dibattitu dwar din il-proposta, u jidher li aġġustament mill-ġdid, bl-intenzjoni li tiġi assigurata li l-introduzzjoni ta' mudell ġdid ta' kontejner ma jfissirx neċessarjament li ser ikun hemm bidliet fil-mudelli eżistenti, jista' jindirizza xi wħud mill-preokkupazzjonijiet espressi. |
|
5.1.2 |
Il-programm Marco Polo għandu jkompli jaqdi rwol importanti fil-finanzjar u l-iżvilupp ta' linji ġodda u eżistenti. L-inklużjoni ta' l-Awtostradi tal-Baħar bħala azzjoni ġdida speċifika tista' tgħin sabiex dan iseħħ. Madankollu, għadha tinħass ċerta inċertezza fir-rigward tal-kunċett ta' l-Awtostradi tal-Baħar. Filwaqt li l-idea li l-applikazzjoni tagħhom m'għandhiex tiġi ristretta għat-TEN-T għandha tiġi appoġġjata, l-introduzzjoni tagħhom għandha tkun trasparenti u m'għandha tiġġenera l-ebda distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
|
5.1.3 |
L-isforzi ta' l-industrija fil-qasam tal-prestazzjoni ambjentali qegħdin jipproduċu riżultati pożittivi. Madankollu, titjib addizzjonali fil-prestazzjoni huwa meħtieġ, irrispettivament minn paraguni ma' modi oħra tat-trasport. L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għal karburant u magni iktar nodfa għandu jiżdied u jiġi mħeġġeġ b'mod attiv. Il-leġislazzjoni komunitarja f'dan il-qasam għandha tiġi riveduta fid-dawl ta' żviluppi potenzjali. Għandu jsir ukoll investiment fil-modernizzazzjoni ta' ċerti segmenti tal-flotta komunitarja. |
|
5.1.4 |
Il-KESE mhux qiegħed jifhem għaliex il-komunikazzjoni attwali ma ssemmix il-ħolqien ta' Spazju Marittimu Komuni Ewropew, kif inhu diskuss f'dokumenti oħra bħall-Green Paper dwar politika marittima futura, ir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper ta' l-2001, u l-Komunikazzjoni dwar il-loġistika tal-merkanzija. Dan jista' jkun ta' kontribut deċiżiv sabiex it-trasport marittimu fuq distanza qasira jingħata rwol prominenti fit-trasport intra-komunitarju tal-merkanzija. Ikun kompletament loġiku li t-trasport marittimu ta' bejn il-portijiet ta' l-UE jiġi ttrattat bħala trasport domestiku iktar milli internazzjonali, bil-benefiċċji ovvji fir-rigward ta' proċeduri aktar sempliċi għad-dwana. |
5.2 Azzjonijiet tekniċi
|
5.2.1 |
Il-KESE jinnota li l-progress miksub bl-azzjonijiet tekniċi proposti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex imexxu 'l quddiem bl-implimentazzjoni tagħhom. Huwa importanti b'mod partikulari li l-gruppi ta' kuntatt bejn l-amministrazzjonijiet differenti jkomplu l-ħidma tagħhom sabiex jidentifikaw soluzzjonijiet komuni bl-għan li jindirizzaw l-ostakli li fadal. |
5.3 Azzjonijiet operazzjonali
|
5.3.1 |
Waħda mill-konklużjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-miżuri hija li l-oqsma ta' attività taċ-Ċentri għall-Promozzjoni tad-Distanza Qasira bil-Baħar għandhom jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jkopru l-promozzjoni tal-multimodalità interna u tal-loġistika relatata. Huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni bejn is-segmenti loġistiċi varji permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejniethom. |
|
5.3.2 |
B'mod simili, il-gruppi ta' kuntatt jistgħu jgħinu sabiex jinstabu soluzzjonijiet lokali jew/u reġjonali ħalli jitneħħew l-ostakli li jimpedixxu prestazzjoni ta' kwalità ogħla tat-trasport marittimu fuq distanza qasira. L-involviment ta' l-imsieħba soċjali, kif ukoll tal-Forum għall-Industriji Marittimi (MIF), għandu jiġi mħeġġeġ. |
|
5.3.3 |
Il-provvista ta' informazzjoni statistika affidabbli, armonizzata u kompleta hija element importanti. Kif hemm imsemmi hawn fuq, din il-ħtieġa ġiet identifikata f'komunikazzjoni preċedenti fl-1992. Il-KESE jagħraf il-progress li nkiseb reċentement, u jsejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiffokaw iktar attenzjoni fuq din il-kwistjoni. |
Brussel, il-25 ta' April 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) COM(2003) 155 finali.
(2) CESE 1398/2003, rapporteur: Is-Sur Chagas.ĠU C 32, 5.2.2004
(3) Il-Formoli ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
(4) Ara Nota 2.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/71 |
Opinjoni tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq
COM(2006) 569 finali — 2006/0182 (COD)
(2007/C 168/15)
Nhar il-10 ta' Novembru 2006, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 71(1)(ċ) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Marzu. Ir-rapporteur kien is-Sur Simons.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tas-26 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'unanimità.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tlaħħam it-tielet pilastru tal-politika għas-sigurtà fit-toroq: il-ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq. Bħala żieda ma' l-azzjoni u l-miżuri relatati mas-sewwieq immirati lejn it-titjib tas-sigurtà tal-vettura, id-direttiva attwalment ippreżentata tfittex li tintegra s-sigurtà fil-fażijiet kollha ta' l-ippjanar, id-disinn u l-operazzjoni ta' l-infrastruttura tat-toroq fin-Netwerk Trans-Ewropew (TEN-T). Fil-politika għas-sikurezza fit-toroq, dawn il-fatturi kollha huma importanti ndaqs. |
|
1.2 |
Minkejja li l-Kumitat huwa konxju li, f'postijiet fejn l-infrastruttura hija diġà żviluppata sew, miżuri għall-infrastruttura tat-toroq ser ikollhom, ġeneralment, impatt inqas minn azzjoni relatata mas-sewwieq jew mal-vettura, huwa konvint li għandu jintuża kull mezz disponibbli f'dan il-qasam ukoll sabiex titjieb is-sikurezza fit-toroq u jitnaqqsu n-numri tal-vittmi. |
|
1.3 |
Il-Kumitat iħoss li l-miżuri proposti għat-tielet pilastru tal-politika għas-sikurezza fit-toroq m'għandhomx jiġu ristretti għat-TEN-T biss, iżda għandhom jiġu estiżi sabiex jinkludu t-toroq kollha fl-Istati Membri 'l barra miż-żoni urbani li fihom, b'mod ċar, jiġru ħafna inċidenti. Billi l-għan huwa li jiċċekken in-numru ta' vittmi tat-traffiku fit-toroq u li l-biċċa l-kbira tas-suċċessi f'dan il-qasam — 1,300 inqas fatalitajiet minflok 600 — jistgħu jinkisbu fl-infrastruttura mhux TEN-T, il-Kummissjoni hija mistennija tagħti ħafna iktar attenzjoni lil dan l-aspett. Il-Kumitat iħoss li l-Artikolu 71(1)(ċ) tat-Trattat tal-KE jipprovdi bażi soda għal dan l-iskop. |
|
1.4 |
Għalhekk, il-Kumitat jitlob lill-Istati Membri sabiex jaqblu li jestendu l-iskop għall-miżuri proposti għat-toroq kollha 'l barra miż-żoni urbani. |
|
1.5 |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi azzjoni fuq il-bażi ta' direttiva. B'ħarsa lejn l-effikaċja tal-miżuri proposti, il-Kumitat ma jħossx li direttiva jista' jkollha l-impatt mixtieq peress li tagħti wisq diskrezzjoni lill-Istati Membri, u li minħabba f'hekk ma tħallix lok għal applikazzjoni uniformi. Il-Kumitat iħoss li, sabiex jinkiseb l-għan li jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' fatalitajiet fit-toroq sas-sena 2010 meta mqabbel maċ-ċifri tas-sena 2000, il-Kummissjoni għandha tipproponi strument legali li jorbot iktar minn direttiva, fejn l-atturi kollha tal-gvern u l-partijiet interessati privati kkonċernati jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet. |
|
1.6 |
Il-fatt li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jrid jiġi rrispettat skond il-bażi legali msemmija f'punt 1.3, m'huwiex ta' tfixkil. Għall-kuntrarju, approċċ Ewropew huwa essenzjali sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi li hija daqshekk neċessarja f'dan il-qasam. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jinnota wkoll l-importanza li jiġu analizzati l-kawżi ta' l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq. Dan huwa l-uniku mezz sabiex jiġi identifikat kemm inċidenti bħal dawn huma kkawżati mid-disinn ta' l-infrastruttura tat-toroq u, fuq din il-bażi, jitniedu miżuri effettivi. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Sas-snin disgħin, inċidenti tat-traffiku fit-toroq kienu meqjusa bħala fenomenu inerenti tal-mobilità fl-ekonomija u s-soċjetà tagħna. |
|
2.2 |
Ir-rwol tal-Komunità Ewropea kien ukoll limitat. Mingħajr responsabilitajiet ċari f'dan il-qasam, kellha ftit raġuni sabiex taġġixxi. Madankollu, setgħu jiġu adottati direttivi, partikularment fil-qasam ta' standards tekniċi ddisinjati sabiex itejbu s-sigurtà tal-vettura (l-użu obbligatorju taċ-ċinturin ta' sikurezza, sistemi għal-limitazzjoni tal-veloċità fit-triq għat-trakkijiet eċċ.) |
|
2.3 |
Madankollu, mill-bidu ta' dan il-millennju, kien hemm bidla fundamentali fil-ħsieb f'dan il-qasam. Studji urew li s-sikurezza fit-toroq hija sors ewlieni ta' tħassib għall-pubbliku Ewropew. Dan jgħodd partikularment għat-trasport bit-triq — il-mod li bih jiġru l-iktar fatalitajiet. |
|
2.4 |
Fis-sena 2000, inqatlu iktar minn 40 000 persuna u iktar minn 1,7 miljun sfaw feriti f'inċidenti fit-toroq fl-Unjoni Ewropea, li dak iż-żmien kien għad għandha ħmistax-il Stat Membru. L-ispiża diretta ta' l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq li tista' titkejjel hija stimata daqs EUR 45 biljun, filwaqt li l-ispiża indiretta, inkluża l-ħsara fiżika u psikoloġika lill-vittmi u l-familji tagħhom, tiġi għal EUR 160 biljun kull sena. |
|
2.5 |
Sa mit-Trattat ta' Maastricht, il-Komunità Ewropea diġà kellha għodod regolatorji aktar effettivi f'idejha sabiex tieħu azzjoni fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, minkejja li l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà qiegħda tkompli tfixkel kull politika komuni ġenwina f'dal-qasam. |
|
2.6 |
Fil-White Paper ta' l-2001 bl-isem ta' “Politika għal trasport Ewropew għall-2010: il-waqt li niddeċiedu” u l-Komunikazzjoni ta' Ġunju 2003 dwar Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq, jagħtu ħafna attenzjoni lill-miżuri disinjati sabiex itejbu s-sikurezza fit-toroq. It-tielet komponent ewlieni — flimkien mal-miżuri relatati mas-sewwieq u l-vettura — huwa azzjoni relatata ma' l-infrastruttura fiżika. |
|
2.7 |
Għadha ma tnediet l-ebda inizjattiva fuq livell Ewropew għall-infrastruttura tas-sikurezza fit-toroq. Xi wħud mit-toroq li huma mgħammra b'sistemi ta' ġestjoni u kontroll tat-traffiku bażati fuq it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) tassew saru iktar sikuri, iżda għad hemm ħafna xi jsir qabel ma t-toroq kollha jkunu attrezzati b'sistemi ICT. |
|
2.8 |
Għalhekk, għad fadal ħafna xi jsir sabiex tittejjeb is-sigurtà ta' l-infrastruttura fiżika. It-tendenza, madankollu, hija li l-gvernijiet nazzjonali jipprovdu inqas fondi għall-infrastruttura tat-toroq — minkejja l-fatt li l-utenti tat-triq qegħdin jagħtu importanza dejjem ikbar lill-istandards tat-triq u tas-sigurtà fit-toroq. |
|
2.9 |
Għalhekk, l-għan tal-Kummissjoni permezz tal-preżentazzjoni ta' din id-direttiva huwa li s-sigurtà tiġi integrata fil-fażijiet kollha ta' l-infrastruttua tat-toroq fin-Netwerk Trans-Ewropew (TEN-T). L-intenzjoni tagħha hija li tintroduċi evalwazzjonijiet ta' impatt għas-sigurtà fit-toroq flimkien ma' analiżi ekonomika u ambjentali. |
3. Kummenti Ġenerali
|
3.1 |
F'punt li diġà qajjem fl-opinjoni tiegħu ta' l-10 ta' Diċembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq: Innaqqsu bin-nofs in-numru ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sa l-2010: Dmir Komuni”, il-Kumitat jikkunsidra l-għan tal-Kummissjoni li tnaqqas in-numru ta' fatalitajiet fit-toroq sas-sena 2010 bin-nofs meta mqabbel maċ-ċifri tas-sena 2000 (minn 40 000fis-sena 2000 għal 25 000 fis-sena 2010) bħala kemxejn ambizzjuż. |
|
3.2 |
M'hemmx dubju li dan huwa verament il-każ, billi fl-2005, iċ-ċifri ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fit-toroq fl-Unjoni Ewropea kienu għadhom ma' l-41 000— minkejja l-kwantità kbira ta' miżuri tas-sigurtà fit-toroq relatati mas-sewwieq u l-vettura li huma attwalment imnieda fuq livell Ewropew. Il-Kumitat jaħseb li kull vittma ta' inċident tat-traffiku fit-triq hija diġà wisq, u b'hekk jistenna li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-isforzi tagħha sabiex tikseb l-għan mixtieq, per eżempju billi tniedi kampanja kbira Ewropea dwar is-sikurezza fit-toroq u tagħti lill-Istati Membri rakkomandazzjonijiet dwar l-użu ta' strumenti iktar ibsin sabiex jitnaqqas in-numru ta' vittmi tat-traffiku fit-toroq. |
|
3.3 |
Il-Kumitat jemmen li l-azzjoni komunitarja għas-sewwieqa u l-vetturi hija effettiva ferm fit-titjib tas-sigurtà fit-toroq. Miżuri li jtejbu l-infrastruttura tat-toroq — it-tielet pilastru tal-politika dwar is-sigurtà fit-triq — fil-fehma tal-Kumitat, huma inqas effettivi u, skond iċ-ċirkostanzi aċettati fl-Istat Membru kkonċernat, ser ikollhom impatt inqas fit-tnaqqis tan-numru ta' vittmi ta' inċidenti tat-toroq. Madankollu, il-Kumitat iħoss li kull mezz disponibbli għandu jintuża sabiex jitnaqqas in-numru ta' vittmi, per eżempju permezz ta' l-introduzzjoni ta' standards għad-disinn ta' l-infrastruttura tat-toroq u sinjali u indikazzjonijiet fl-Istati Membri ta' l-UE. |
|
3.4 |
Il-fehma tal-Kumitat fir-rigward ta' l-effetti tal-miżuri ppreżentati hija kkonfermata mill-evalwazzjoni ta' impatt tad-direttiva proposta li saret fl-2003 min-netwerk tematiku ROSEBUD. Dan l-istudju sab li l-implimentazzjoni tad-direttiva fuq it-toroq TEN tista' — bi stima realistika — twassal għal iktar minn 600 fatalità inqas u iktar minn 7 000 inqas inċident b'korriment kull sena. Jekk, madankollu, id-direttiva tiġi applikata għat-toroq kollha 'l barra miż-żoni urbani, in-numru tal-vittmi jista' jitnaqqas b'madwar 1 300 kull sena, li jfisser tifdil annwali ta' EUR 5 biljun. |
|
3.5 |
Il-Kumitat iħoss li l-Artikolu 71(1)(ċ) tat-Trattat tal-KE jipprovdi bażi soda għal dan. Għalhekk, il-Kumitat jitlob lill-Istati Membri sabiex jaqblu li jestendu l-iskop tal-miżuri proposti għat-toroq kollha 'l barra miż-żoni urbani. |
|
3.6 |
L-abbozz ta' direttiva jippreżenta sett minimu ta' elementi li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala neċessarji sabiex ikollha impatt fuq is-sigurtà u sabiex tferrex il-proċeduri li kienu effettivi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkwota dawn l-erba' proċeduri li huma ċentrali għal kwalunkwe sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq: evalwazzjonijiet ta' impatt għas-sikurezza fit-toroq; awditjar tas-sikurezza fit-toroq; identifikazzjoni ta' toroq b'riskju għoli (jew black spots); u spezzjonijiet ta' sikurezza bħala parti mill-manutenzjoni regolari tat-toroq. Il-Kumitat għandu dubji serji dwar l-effikaċja ta' dan it-tip ta' miżuri li jieħdu l-forma ta' direttiva peress li dawn l-erba' proċeduri ċertament mhux ser jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha ta' l-UE. |
|
3.7 |
Il-Kummissjoni tħoss li din id-direttiva toħloq bilanċ tajjeb bejn it-titjib fis-sikurezza, il-limitazzjoni tal-piż amministrattiv u r-rispett għat-tradizzjonijiet, valuri u standards differenti fl-Istati Membri. Il-Kumitat iqajjem din il-kwistjoni għar-raġunijiet elenkati f'punti 3.4 u 3.5 hawn fuq. |
|
3.8 |
Direttiva mhux ser ikollha l-impatt mixtieq peress li tagħti wisq diskrezzjoni lill-Istati Membri, u li b'hekk ma tħallix lok għal applikazzjoni uniformi. Il-Kumitat iħoss li, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' fatalitajiet fit-toroq sas-sena 2010 meta mqabbel maċ-ċifri tas-sena 2000, il-Kummissjoni għandha tipproponi strument legali li jorbot iktar minn direttiva, fejn l-atturi kollha tal-gvern u l-partijiet interessati privati kkonċernati jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet. |
|
3.9 |
Il-Kummissjoni taħseb li żidiet fl-ispejjeż bħala riżultat tal-proposti li jinsabu fl-abbozz ta' direttiva mhux ser ikunu iktar minn marġinali u ser jiġu kompensati f'perijodu qasir permezz tat-tifdil li jinkiseb bħala riżultat tan-numru mnaqqas ta' l-inċidenti. Il-Kumitat jistaqsi fuq liema bażi l-Kummissjoni qiegħda tagħmel din id-dikjarazzjoni. |
4. Kummenti Speċifiċi
|
4.1 |
Il-Kumitat jaħseb li, bħall-azzjoni relatata mal-vetturi u s-sewwieqa li taqa' taħt l-ewwel żewġ pilastri, il-miżuri proposti għat-tielet pilastru tal-politika għas-sikurezza fit-toroq — l-infrastruttura tat-toroq — għandhom ikopru mhux biss it-TEN-T, iżda għandhom jiġu estiżi sabiex jinkludu t-toroq kollha 'l barra miż-żoni urbani fejn, huwa ċar li qegħdin jiġru ħafna inċidenti. |
|
4.2 |
Din hija wkoll waħda mill-konklużjonijiet tal-konsultazzjoni mal-pubbliku li nżammet bl-internet mit-12 ta' April sad-19 ta' Mejju 2006. Numru sinifikanti ta' dawk li wieġbu ssuġġerixxew l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva għat-toroq li ma jagħmlux parti min-netwerk trans-Ewropew, billi huwa eżattament f'dawn it-toroq fejn jistgħu jiġu salvati l-ikbar numru ta' nies. |
|
4.3 |
Id-direttiva proposta tistabbilixxi proċeduri għal evalwazzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq, awditjar u spezzjonijiet. L-Istati Membri huma mistennija jużaw l-elementi elenkati fl-annessi sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa b'mod uniformi. Fil-fehma tal-Kumitat, madankollu, il-fatt li d-dispożizzjonijiet huma miġburin f'direttiva jagħti lill-Istati Membri wisq diskrezzjoni sabiex ikun hemm xi forma ta' paragun f'saħħtu ta' l-impatt tal-miżuri li jinsabu hemm. |
|
4.4 |
Anness I, per eżempju, jippreżenta numru ta' komponenti u elementi sabiex jintużaw mill-Istati Membri fl-evalwazzjonijiet ta' impatt għas-sikurezza fit-toroq. Din il-lista tagħti lill-Istati Membri tant diskrezzjoni fl-istħarriġ ta' evalwazzjonijiet ta' dan it-tip li hemm dubji serji jistgħux jipproduċu data li tista' tiġi mqabbla. |
|
4.5 |
L-istess jista' jingħad għal-lista ta' l-elementi għall-awditjar ta' sikurezza fit-toroq ippreżentati f'Anness II. Hawnhekk ukoll l-Istati Membri għandhom skop wiesa' għall-interpretazzjoni tagħhom stess. |
|
4.6 |
L-istess nuqqas japplika wkoll għall-ispezzjonijiet ta' sikurezza, bid-diffikultà addizzjonali li, f'Anness III tad-direttiva, wieħed mill-elementi għar-rappurtaġġ mill-grupp ta' spezzjoni huwa msemmi bħala “analiżi tar-rapporti dwar l-inċidenti”. Il-Kumitat iħoss li l-punt fokali m'għandux ikun daqshekk fuq l-analiżi tar-rapporti ta' l-inċidenti iżda l-ewwelnett fuq x'jikkawża l-inċidenti. Din il-konsiderazzjoni, sfortunatament, hija wkoll nieqsa mill-Artikolu 7 ta' l-abbozz tad-direttiva u minn Anness IV, li jitratta b'mod iktar iddettaljat dwar id-data ta' inċidenti li tista' tiġi inkluża f'rapporti ta' inċidenti. |
|
4.7 |
Kif diġà enfasizza l-Kumitat fl-opinjoni tiegħu ta' l-10 ta' Diċembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq: Innaqqsu bin-nofs in-numru ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sa l-2010: Dmir Komuni”, kwantità kbira ta' informazzjoni tista' tinkiseb billi tingħata iktar konsiderazzjoni għat-toroq ta' riskju għoli (jew black spots), b'analiżi tal-kawżi ta' l-inċidenti għal kull wieħed minnhom. Fl-istess opinjoni, il-Kumitat jinnota wkoll il-ħidma ta' l-organizzazzjoni “Euro-RAP” li tippubblika pjan ta' azzjoni ta' pajjiżi varji Ewropej li tindika l-livell ta' periklu fuq toroq differenti, ibbażata fuq inċidenti li ġraw fir-realtà. |
|
4.8 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi fil-proposta tagħha dispożizzjoni li tordna l-Istati Membri sabiex iżidu n-numru ta' żoni tal-parking għall-utenti kollha, inkluż dawk b'diżabilità, mar-rotot infrastrutturali maġġuri. Żoni tal-parking bħal dawn għandhom ikunu sikuri peress li inkella s-sewwieqa sempliċement ikomplu bil-vjaġġ tagħhom u dan jirriżulta, fost affarijiet oħra, fin-nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-ħin tas-sewqan u l-perijodi ta' mistrieħ u b'hekk tkun kompromessa s-sikurezza fit-toroq. |
|
4.9 |
Il-Kumitat iħoss li m'hix qiegħda tingħata biżżejjed attenzjoni lill-kwistjoni tad-dwal fit-toroq. Sabiex titjieb is-sikurezza fit-toroq, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jikkoordinaw il-politika tagħhom f'dan il-qasam. |
|
4.10 |
Punt ta' l-aħħar li l-Kumitat jixtieq iressaq għall-attenzjoni tal-Kummissjoni huwa li l-preżentazzjoni viżwali ta' toroq ta' riskju għoli mill-Istati Membri — jiġifieri l-infrastruttura li fuqha l-iktar li jiġru inċidenti — hija għodda importanti sabiex titqajjem kuxjenza fost l-utenti tat-toroq. |
Brussel, is-26 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/74 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità”
COM(2006) 594 finali — 2006/0196 (COD)
(2007/C 168/16)
Nhar l-1 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill iddeċiecda, b'konformità ma' l-Artikoli 47.2 55 u 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il-“Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità”
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur HENCKS.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u fis-26 ta' April 2007 (seduta tas-26 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'131 vot favur, 26 vot kontra u 8 astensjonijiet.
1. Rakkomandazzonijiet
|
1.1 |
Permezz ta' l-abbozz tad-direttiva taħt reviżjoni, il-Kummissjoni beħsieba tipproċedi għall-aħħar stadju tal-ftuħ tas-suq postali fl-1 ta' Jannar 2009, filwaqt li jinżammu l-aspetti prinċipali tas-servizz universali fil-livell attwali fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni, u jitneħħew id-drittijiet esklussivi (settur riservat) sabiex jiffinanzjaw l-istess servizz universali. |
|
1.2 |
L-isfida prinċipali ppreżentata mill-organizzazzjoni ta' dan l-aħħar stadju tikkonsisti fl-identifikazzjoni tat-triq 'il quddiem għal settur postali effettiv u kompetittiv li jibqa' jipprovdi servizzi universali ta' kwalità għolja b'tariffi li jistgħu jintlaħqu mill-individwi u l-intrapriżi fl-Ewropa, fl-interess tal-kompetittività ekonomika, tal-bżonnijiet taċ-ċittadini, tkun xi tkun is-sitwazzjoni ġeografika, finanzjarja jew oħra tagħhom, u fl-interess ta' l-impjiegi u ta' l-iżvilupp sostenibbli. |
|
1.3 |
Il-KESE jħoss li l-ideat tal-Kummissjoni dwar dan il-proġett ma jippermettux il-livell neċessarju ta' sigurtà għall-finanzjament sostenibbli tas-servizz universali f'kull Stat Membru, b'mod partikolari fejn hemm diffikultajiet ikkawżati mill-ġeografija fiżika u umana, u għalhekk fil-mument mhumiex preferibbli għas-sistema ta' finanzjar permezz ta' settur riservat, li f'ħafna Stati Membri wriet li kienet effettiva u imparzjali. |
|
1.4 |
Għall-KESE mhix aċċettabli li l-ispejjeż residwi ta' servizz universali jiġu kompensati bl-introduzzjoni ta' taxxa jew tariffi ogħla għall-utenti jew permezz ta' sussidji pubbliċi, meta s-servizz attwali ma jinkludix ħlasijiet speċifiċi għall-utenti/dawk li jħallsu t-taxxi. |
|
1.5 |
F'dan l-istadju, il-KESE mhu konvint la minn sistema “play or pay”, sistema fejn kull operatur huwa obbligat jipprovdi servizz universali, li minnu jkun eżentat billi jipparteċipa fl-iffinanzjar tas-servizz universali, lanqas mill-użu ta' fond ta' kumpens. |
|
1.6 |
Il-Kummissjoni trid tispeċifika l-qafas li fih ser isseħħ il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali. Dan huwa prerekwiżit sabiex jitneħħa s-settur riservat neċessarju għall-iffinanzjar tas-servizz universali. |
|
1.7 |
Minħabba l-inċertezzi u r-riskji kollha assoċjati mal-liberalizzazzjoni totali tas-suq postali, l-iskadenza ta' l-01.01.2009 ma tidhirx realistika, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-operaturi postali fl-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-2004 mhux ser ikollhom biżżejjed ħin sabiex jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. |
|
1.8 |
Il-KESE jitlob:
|
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Is-servizzi postali għandhom importanza soċjo-ekonomika konsidervoli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Huma jikkontribwixxu direttament għar-relazzjonijiet soċjali u għad-drittijiet fundamentali ta' kull persuna, waqt li jsaħħu s-solidarjetà u jintegraw il-popolazzjonijiet u r-reġjuni. Jikkontribwixxu wkoll għall-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea, u fl-aħħar, għall-iżvilupp sostenibbli. |
|
2.2 |
Skond l-istimi tal-Kummissjoni, is-servizzi postali jimmaniġġjaw 135 biljun oġġett kull sena fl-UE, li jirrappreżentaw valur tal-bejgħ ta' madwar EUR 88 biljun, fi kliem ieħor madwar 1 % tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) tal-Komunità. Iż-żewġ terzi tal-valur tal-bejgħ huma ġġenerati mis-servizzi ta' l-ittri, il-bqija jiġi minn pakketti, mis-servizz tal-posta express u minn servizzi relatati. |
|
2.3 |
Servizz postali universali li jiggarantixxi l-aċċess liċ-ċittadini kollha, tkun xi tkun is-sitwazzjoni ġeografika, finanzjarja jew oħra tagħhom għal servizzi postali ta' kwalità, affidabbli u bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu, huwa element prinċipali tal-mudell soċjali Ewropew u ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Servizz universali ta' kwalità għolja huwa bżonn kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-atturi ekonomiċi li huma l-klijenti prinċipali tas-servizzi postali u li għandhom bżonn li l-pakketti u l-ittri jintbagħtu lid-destinatarji, irrispettivament minn fejn jinsabu jew min huma. |
|
2.4 |
Ir-riformi, l-iżviluppi teknoloġiċi kif ukoll iż-żjieda ta' l-awtomatizzazzjoni fis-settur postali wasslu għal titjib sostanzjali fil-kwalità, żjieda fl-effiċjenza u approċċ aktar orjentat lejn il-klijenti. |
|
2.5 |
Dawn il-bidliet, kuntrarjament għat-tbassir pessimist li skondtu s-servizzi postali kienu mexjin lejn in-niżla, juru l-potenzjal tat-tkabbir li l-operaturi jaraw fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħax-xiri mid-dar, il-kummerċ ekonomiku u l-posta ibrida. |
|
2.6 |
Kuntrarjament għall-industriji oħrajn ta' network, ix-xogħol postali, speċjalment dawk tad-distribuzzjoni, għadu jinvolvi ammont sostanzjali ta' xogħol bl-idejn u kuntatt dirett mal-klijenti. Is-settur postali jikkostitwixxi settur importanti għall-impjiegi; huwa stmat li fl-Unjoni, aktar minn 5 miljun impjieg jiddependu direttament mis-settur postali jew huma marbutin miegħu mill-qrib. L-ispejjeż tax-xogħol, li ġeneralment humwa spejjeż fissi, jirrappreżentaw l-parti l-kbira (+/- 80 %) ta' l-ispiża totali u l-ħaddiema għalhekk huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tal-miżuri ta' razzjonalizzazzjoni fil-qafas tal-liberalizzazzjoni u tal-kompetittività. |
|
2.7 |
Fl-aħħar, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni li l-istħarriġ regolari ta' l-Eurobarometer jindikaw li hemm sodisfazzjoni ġenerali mill-maġġorparti ta' l-utenti fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi postali. |
3. Sfond
|
3.1 |
Fil-11 ta' Ġunju 1992, il-Kummissjoni ppreżentat Green Paper dwar l-Iżvilupp tas-Suq Uniku għas-Servizzi Postali, li ġiet segwita minn komunikazzjoni fit-2 ta' Ġunju 1993 dwar il-linji gwida għall-iżvilupp tas-servizzi postali komunitarji. Kważi 10 snin ilu tnediet il-liberalizzazzjoni gradwali u kkontrollata tas-settur postali permezz tad-Direttiva 97/67/KE, b'mod komuni msejjħa d-“Direttiva Postali”. |
|
3.2 |
Id-Direttiva Postali, li tiskadi fil-31.12.2008, stabbiliet regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali dwar:
|
3.3 Servizz Universali
|
3.3.1 |
Skond din id-direttiva, l-Istati Membri huma obbligati li jiggarantixxu servizz universali lill-utenti kollha bi prezz li jista' jintlaħaq, kull ġurnata ta' ħidma, u mhux inqas minn ħamest' ijiem fil-ġimgħa, lejn kull lokalità, bħala minimu:
|
|
3.3.2 |
Ir-regoli komunitarji jiggarantixxu għalhekk li kull persuna li tgħix fl-Unjoni Ewropea jkollha aċċess għal servizz ġenwin ta' komunikazzjoni, ikunu xi jkunu l-karatteristiċi ta' ġeografija fiżika u umana tal-post tagħhom ta' residenza. |
|
3.3.3 |
Is-servizz universali kif imfisser hawn fuq, li jinkludi kemm lis-servizzi nazzjonali kif ukoll lis-servizzi transkonfinali, għandu jirrispetta l-istandards ta' kwalità, fir-rigward ta' l-iskadenzi ta' tqassim kif ukoll tar-regolarità u l-kredibilità tas-servizzi, li huma stabbiliti mill-Istati Membri (servizzi nazzjonali) u mill-Parlament u mill-Kunsill (servizzi transkonfinali komunitarji). |
3.4 Settur Riservat
|
3.4.1 |
Jekk Stat Membru jemmen li l-obbligi tas-servizz universali jirrappreżentaw piż finanzjarju inġust għall-fornitur ta' dan is-servizz, dan jista' jingħata l-monopolju fuq il-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim tal-posta domestika u, fejn huwa neċessarju li jinżamm servizz universali, tal-posta transkonfinali u tal-posta diretta:
|
4. Abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni
|
4.1 |
L-istudju ta' prospettiva, li l-Kummissjoni kkuntrattat lil konsulent internazzjonali (1) kkonkluda li t-tlestija tas-suq intern tas-servizzi postali fl-Istati Membri kollha fl-2009 hija kompatibbli maż-żamma ta' servizz universali ta' kwalità għolja. Dan l-istudju madankollu jippreċiża li r-riskji li jirriżultaw miż-żamma tas-servizz universali jimplikaw li għandhom jittieħdu “miżuri ta' sostenn” mill-maġġoranza ta' l-Istati Membri. |
|
4.2 |
L-abbozz ta' direttiva taħt reviżjoni jipprevedi l-ftuħ totali tas-suq postali sa l-1 ta' Jannar 2009, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-istandards komuni prinċipali tas-servizz universali fil-livelli attwali għall-utenti kollha fl-Istati Membri kollha ta' l-UE. |
|
4.3 |
Mill-1 ta' Jannar 2009, l-Istati Membri mhux ser jibqgħu awtorizzati li jagħtu drittijiet esklużivi jew speċjali (settur riservat) għat-twaqqif u għall-provvista tas-servizzi postali. |
|
4.4 |
L-Istati Membri mhux ser ikollhom għalfejn jaħtru l-fornitur(i) tas-servizz universali, iżda jistgħu jħallu l-provvista tat-tali servizz — għal-perjodu limitat — għall-forzi tas-suq; waqt li jistgħu jidentifikaw ukoll is-servizzi jew ir-reġjuni speċifiċi li fihom is-servizz universali ma jistax ikun garantit mill-forzi tas-suq, u joffru dawk is-servizzi b'mod li huwa effikaċi, f'termini ta' l-ispejjeż, permezz ta' kuntratti pubbliċi. |
|
4.5 |
F'każijiet fejn hemm il-bżonn ta' finanzjament estern tas-settur universali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu mill-possibilitajiet segwenti:
|
|
4.6 |
Id-direttiva taħt reviżjoni tintroduċi wkoll dispożizzjoni ġdida li tobbliga lill-Istati Membri sabiex jevalwaw il-bżonn li jiġi garantit aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għall-operaturi kollha għall-elementi ta' l-infrastruttura postali u għas-servizzi segwenti: is-sistema tal-kodiċi postali, id-database ta' l-indirizzi, il-kaxxi postali, il-kaxxi ta' ġbir u ta' konsenja, l-informazzjoni dwar il-bidla ta' l-indirizz, is-servizz ta' konsenja f'indirizz ieħor, is-serviz ta' ritorn lill-mittenti. Dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex intiżi sabiex jassiguraw l-aċċess downstream għall-partijiet li jissortjaw u li jibagħtu. |
5. Rimarki ġenerali
|
5.1 |
Il-KESE minn dejjem għaraf li, kontrarjament għal setturi oħrajn, il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali ma saritx b'għaġla kbira, iżda — s'issa — saret b'manjiera gradwali u kontrollata. Huwa jifraħ li l-abbozz ta' direttiva jikkonferma li l-aspetti prinċipali tas-servizz universali huma garantiti għall-utenti kollha. Madankollu, il-KESE jitlob li s-servizzi b'xejn relatati ma' konsenji speċifiċi mibgħuta jew indirizzati lill-persuni neqsin mid-dawl jew lil persuni li jaraw parzjalment jiġu inkorporati fis-servizz universali. |
|
5.2 |
Għall-Kummissjoni, l-isfida prinċipali ppreżentata mill-organizzazzjoni ta' dan l-aħħar stadju ta' liberalizzazzjoni totali tas-swieq postali fl-Unjoni tikkonsisti fl-identifikazzjoni tat-triq 'il quddiem għal settur postali effettiv u kompetittiv li jibqa' jipprovdi servizzi universali ta' kwalità għolja b'tariffi li jistgħu jintlaħqu mill-individwi u l-intrapriżi fl-Ewropa. |
|
5.3 |
Il-KESE jħoss li l-ideat tal-Kummissjoni ma jippermettux il-livell neċessarju ta' sigurtà għall-finanzjament sostenibbli tas-servizz universali f'kull Stat Membru, b'mod partikolari f'dawk fejn hemm diffikultajiet ikkawżati mill-ġeografija fiżika u umana, u għalhekk fil-mument mhumiex preferibbli għas-sistema ta' finanzjar permezz ta' settur riservat, li f'ħafna Stati Membri wriet li kienet effettiva u imparzjali. |
|
5.4 |
Għall-KESE mhix aċċettabli li l-ispejjeż netti residwi ta' servizz universali jiġu kompensati bl-introduzzjoni ta' taxxa jew tariffi ogħla għall-utenti jew ta' finanzjament permezz ta' sussidji pubbliċi, fejn is-servizz attwali universali ma jinkludix ħlas speċifiku għall-utenti/dawk li jħallsu t-taxxi. |
|
5.5 |
F'dan l-istadju, il-KESE mhux konvint minn sistema “play or pay”, sistema fejn kull operatur huwa obbligat jipprovdi servizz universali, li minnu jkun eżentat billi jipparteċipa fl-iffinanzjar tas-servizz universali. Fil-prattika, din it-tip ta' sistema ġiet ittestjata biss fil-Finlandja mingħajr riżultati sinjifikanti. Fl-istess waqt jidher li l-fond ta' kumpens mhux soluzzjoni; fil-fatt, sistema ta' dan it-tip ġiet ittestjata biss fl-Italja, fejn kienet falliment. |
|
5.6 |
L-istess japplika għall-finanzjament tas-servizz universali permezz ta' sussidji pubbliċi, li jfissru li jitpoġġa piż fuq il-finanzi pubbliċi li diġà huma taħt pressjoni, li għal darb'oħra jkunu ta' piż fuq l-utenti/dawk li jħallsu t-taxxi. |
|
5.7 |
Fl-aħħar, il-KESE jindika li l-proposti ta' finanzjament alternattiv tal-Kummissjoni ma ġewx analizzati fir-rigward tal-prattiċità jew ta' l-effikaċja tagħhom. L-implimentazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet jesponu lill-Istati Membri għar-riskji li jispiċċaw f'sitwazzjoni li ma jistgħux joħorġu minnha fejn is-suq ikun kompletament liberalizzat u fejn is-servizz universali ma jibqax garantit. |
|
5.8 |
Għalhekk, qabel kwalunkwe stadju ġdid ta' liberalizzazzjoni, iridu jiġu stabbiliti regoli u jiġi implimentat qafas ċar u stabbli. Jekk huwa neċessarju, is-settur riservat irid jitneħħa biss wara li l-qafas jiġi stabbilit, inklużi, b'mod partikolari, miżuri realment effettivi u sostenibbli għal finanzjament tas-servizz universali, identifikati b'mod ċar u analizzati għal kull Stat Membru. Dan għandu jkun prerekwiżit għat-tneħħija ta' l-uniku mezz ta' finanzjament li, s'issa, wera l-effiċjenza tiegħu, fi kliem ieħor settur riservat adattat. |
|
5.9 |
Matul l-aħħar għaxar snin jew iktar, fis-settur postali diġà ntilfu għexieren ta' eluf ta' impjiegi (0.7 % skond il-Kummissjoni) filwaqt li numru ta' impjiegi oħrajn ġew sostitwiti minn impjiegi prekarji jew b'kondizzjonijiet ħżiena ta' xogħol, fiċ-ċentri ta' l-issortjar, fis-servizzi ta' tqassim u fl-uffiċċji postali. |
|
5.10 |
Anke jekk diversi fatturi, bħal teknoloġiji ġodda, il-kompetizzjoni minn forom oħra ta' komunikazzjoni, bħall-email, jispjegaw parti minn din it-tendenza, il-ftuħ tas-suq għadha r-raġuni prinċipali. |
|
5.11 |
Għalhekk, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li t-tlestija tas-suq intern tas-servizzi postali jippermetti, grazzi għal kompetizzjoni akbar, li jiftaħ potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi bħala kumpens tat-telf ta' impjiegi mill-operaturi tradizzjonali għad trid tiġi ssostanzjata. |
|
5.12 |
Fir-rigward tal-potenzjal ta' tkabbir tas-settur, l-abbozz ma jagħmel l-ebda proposta ħlief li jiġi ġestit dak li apparentament huwa irriversibbli fis-servizzi postali tradizzjonali, mingħajr ma jitqiegħdu fil-kuntest tal-bżonnijiet ta' komunikazzjoni implikati fl-Istrateġija ta' Lisbona u s-soċjetà ta' l-għerfien, u mingħajr ma jiġi analizzat l-impatt f'termini ta' effikaċja enerġetika. |
|
5.13 |
Il-proposti tal-Kummissjoni jħallu lill-Istati Membri responsabbli sabiex jassiguraw ir-regolazzjoni essenzjali, li fl-aħħar mill-aħħar ikun ifisser li 27 organizzazzjoni u suq nazzjonali jkunu jeżistu flimkien fis-suq intern tas-servizzi postali, mingħajr koeżjoni komunitarja. Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' settur postali komunitarju, b'regoli valabbli fl-UE kollha kemm għall-kompetizzjoni kif ukoll għall-provvista ta' servizz universali. |
|
5.14 |
Minħabba l-inċertezzi u r-riskji kollha assoċjati mal-liberalizzazzjoni totali tas-suq postali, il-KESE ma jistax jaqbel ma' l-urġenza li tiġi stabbilita issa l-iskadenza ta' l-01.01.2009, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-operaturi postali fl-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-2004 mhux ser ikollhom biżżejjed ħin sabiex jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. |
|
5.15 |
Il-KESE jitlob l-estensjoni tad-Direttiva attwali u li tkun ippjanata liberalizzazzjoni kompleta possibli tas-settur postali sa l-01.01.2012, bil-kundizzjoni li sa dak iż-żmien ikunu nstabu proposti ta' finanzjament kredibbli li jirrappreżentaw valur miżjud fuq is-settur riservat, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet kollha kkonċernati. |
Brussel, is-26 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) The Impact on Universal Service of the Full Market Accomplishment of the Postal Internal Market fi 2009/ price Waterhouse & Coopers.
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/77 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar It-trasport fiż-żoni urbani u metropolitani
(2007/C 168/17)
Nhar id-19 ta' Jannar 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar: “Is-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku u s-servizzi ferrovjarji lokali fl-Ewropa u b'mod partikolari fl-Istati Membri ġodda”
Fis-7 ta' Novembru 2006, ftit qabel tmiem il-ħidmiet fuq din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-Presidenza Ġermaniża talbet lill-Kumitat sabiex iħejji opinjoni esploratorja dwar: It-trasport fiż-żoni urbani u metropolitani.
Il-Bureau tal-KESE iddeċieda li jħalli 5 kwistjonijiet mit-12 li tressqu f'idejn is-sezzjoni speċjalizzata TEN. Fil-fehma ta' din is-sezzjoni kien raġonevoli li dawn jiġu integrati fil-ħidma attwali dwar “Is-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku u s-servizzi ferrovjarji reġjonali fl-Ewropa u b'mod partikolari fl-Istati Membri ġodda” u li tespandi s-suġġett skond dan.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumita dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fit-22 ta' Marzu 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Ribbe.
Matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April 2007), il-Kumitat adotta din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja b' 106 voti favur, 2 kontra u 30 astensjoni:
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE josserva bi tħassib it-tnaqqis kbir fis-sehem tat-trasport pubbliku fir-rigward tal-volum tat-trasport totali fil-bliet, u jinnota li dan mhux qiegħed iseħħ biss fl-UE-15, iżda wkoll u b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda, b'rata mgħaġġla ħafna. |
|
1.2 |
Il-piż li qiegħed jikber fuq il-bliet minħabba l-flussi tat-traffiku, speċjalment minħabba l-flussi tat-traffiku tal-karozzi, qiegħed joħloq numru kbir ta' problemi li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għadhom m'humiex solvuti, u minħabba f'hekk jeħtieġ li jkun hemm azzjoni konċentrata mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali sabiex din it-tendenza titreġġa' lura. |
|
1.3 |
40 % ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra kollha marbutin mat-traffiku qegħdin jinħolqu fl-Ewropa. Il-politika tat-traffiku urban b'hekk għandha effetti li jmorru ferm lil hinn mill-istruttura ġeografika tal-bliet. |
|
1.4 |
Fl-opinjoni tal-KESE hemm ħtieġa doppja għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u tal-ħarsien ta' l-ambjent fil-bliet, biex jintlaħqu l-għanijiet għall-ħarsien tal-klima u għall-effiċjenza ta' l-enerġija; il-KESE jemmen li l-premessa ewlenija ta' kwalunkwe politika urbana dwar l-ippjanar u t-trasport għandha tkun, l-ewwelnett, li ma tħallix it-traffiku “jikber” jew li għall-inqas tillimitah, u t-tieni, li tagħmel mezz biex il-ħtieġa għaċ-ċaqliq minn post għall-ieħor tkun tista' tiġi ssodisfata, possibbilment permezz ta' mezzi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, per eżempju t-trasport pubbliku, s-sewqan tar-roti u saħansitra l-mixi. |
|
1.5 |
Il-bliet għandhom jibqgħu adatti għall-għajxien; m'għandu jkun hemm l-ebda belt orjentata għas-sewqan tal-karozzi. Iż-żminijiet fejn seta' jingħata appoġġ indaqs lill-mezzi kollha ta' trasport spiċċaw, għaliex għal dan hemm nuqqas ta' finanzi u ta' spazju. Għalhekk, il-KESE jappella lill-awtoritajiet lokali kif ukoll lill-gvernijiet nazzjonali u lill-Kummissjoni, sabiex iqisu dan il-prinċipju fir-regolamenti u fil-programmi ta' appoġġ kollha. |
|
1.6 |
L-ippjanar urban u l-pjan regolatorju ta' l-awtoritajiet lokali fil-ġejjieni għandu jsir b'tali mod li jxekkel l-iżvilupp bla rażan u s-segregazzjoni funzjonali taż-żoni urbani, sabiex jiġi evitat kemm jista' jkun l-iżvilupp tat-traffiku. Għal dan iridu jintużaw ukoll strumenti ta' l-ippjanar reġjonali u nazzjonali ta' l-ogħla kalibru, sabiex, flimkien mal-koordinazzjoni tal-bini tad-djar fil-bliet u fl-inħawi ta' madwarhom, jiġi evitat it-traffiku mill-bidu nett. |
|
1.7 |
Barra minn hekk, il-Kumitat jitlob li jkun hemm ġerarkija ċara ta' l-għanijiet u prijoritizzazzjoni favur it-trasport pubbliku — kif ukoll favur is-sewqan tar-roti u l-mixi — b'konfront ma' l-infrastruttura għall-karozzi. B'dan il-mod biss tista' terġa' tittejjeb il-kwalità tad-djar, ta' l-għajxien u ta' l-ambjent fiż-żoni metropolitani. |
|
1.8 |
B'konsegwenza ta' l-iżvilupp ta' l-offerta tat-trasport pubbliku — għal raġunijiet ta' ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent — kif ukoll biex jipprovdi livell bażiku ta' mobilità u jħares il-bżonnijiet kollha tal-popolazzjoni, b'mod partikolari dawk tal-persuni b'diżabilità, il-Kumitat jara li hemm żona ta' azzjoni importanti għall-Kummissjoni, għall-Parlament, għall-gvernijiet nazzjonali u għall-awtoritajiet lokali. |
|
1.9 |
“Jekk ... irridu nevitaw li jkun hemm aktar effetti negattivi fuq il-kwalità ta' l-għajxien u ta' l-ambjent, għandha tingħata prijorità ogħla lis-sistemi tat-trasport pubbliku fil-kuntest ta' politika integrata. Dan jolqot lill-familji Ewropej kollha, b'mod partikolari lil madwar 40 % minnhom li m'għandhomx karozza tagħhom.” Din l-istqarrija tal-Kummissjoni Ewropea, ifformulata kważi 10 snin ilu fil-komunikazzjoni “L-iżvilupp tan-netwerk taċ-ċittadin” (1), sfortunatament s'issa ftit li xejn kellha influwenza fuq il-politika konkreta. Fuq kollox il-KESE iħossu obbligat li jikkonkludi li bejn il-ħafna dikjarazzjonijiet pożittivi favur it-trasport pubbliku u l-azzjonijiet politiċi reali hemm baħar jaqsam. |
|
1.10 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Green Paper dwar it-Trasport Urban li tħabbret, sabiex tippreżenta pakkett adegwat ta' azzjonijiet, li fih ikunu ppreżentati programmi u linji gwida ċari, li jistimolaw it-twettiq ta' l-għanijiet korrispondenti. F'dan il-pakkett irid ukoll jiġi ċċarat għaliex ħafna punti pożittivi li ġew imħabbra fin-“netwerk taċ-ċittadin” ma ġewx implimentati. |
|
1.11 |
L-Istati Membri għandhom iħossu l-obbligu li jagħtu appoġġ finanzjarju għall-vantaġġi soċjali li huma jitolbu mingħand il-kumpaniji tat-trasport (eż. biljetti mraħħsa għat-tfal ta' l-iskola, il-pensjonanti, il-persuni b'diżabilità, eċċ.), u li jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali fil-proġetti ta' investiment. Il-muniċipalitajiet għandhom ifasslu inizjattivi għal mezzi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (it-trasport pubbliku, is-sewqan bir-roti, il-mixi), li s'issa għadhom jissodisfaw biss il-ħtiġijiet minimi ta' min jagħmel użu minnhom fl-Ewropa. Dan huwa l-għan impenjattiv li jrid jintlaħaq sabiex jitwettqu l-pjanijiet ta' trasport urban sostenibbli indirizzati fl-“Istrateġija Tematika għall-Ambjent Urban”. Biex dan iseħħ, irid ikun hemm fost l-oħrajn mira kollettiva li jintlaħaq l-għan li jiżdied is-sehem tat-trasport pubbliku kif ukoll is-sewqan bir-roti u l-mixi. Fejn dawn il-pjanijiet ma jitwettqux, l-Istati Membri għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ finanzjarju tal-Komunità Ewropea. |
|
1.12 |
Għall-konformità ma' l-istandards u r-regolamenti relatati mal-miri ta' l-UE rigward il-kwalità ta' l-arja fil-bliet u t-tnaqqis ta' tniġġis minn ħsejjes u trabijiet, huwa wkoll meħtieġ li tingħata l-prijorità lil sistemi ta' trasport pubbliku attraenti b'teknoloġija u servizzi ġodda (eż. il-ksib ta' biljetti permezz tal-mowbajl, l-użu tal-karozzi tal-linja u tat-taksis b'telefonata) kif ukoll permezz ta' sistema ta' marketing u servizz konsultattiv dwar iċ-ċaqliq minn post għall-ieħor. Jeħtieġ li l-alleanza ambjentali, jiġifieri l-interazzjoni, per eżempju bejn il-karozzi tal-linja, il-ferroviji u r-roti, tiġi msaħħa b'urġenza. Irid ikun hemm aktar armonija bejn l-iskedi ta' dawn is-servizzi. |
|
1.13 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u partikolarment lill-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex janalizzaw liema kienu l-fatturi ta' suċċess fil-bliet kollha li fihom l-iżvilupp tat-trasport urban li m'huwiex ta' ħsara għall-ambjent kien pożittiv, u, bl-istess mod, biex jinstab għaliex f'ħafna bliet oħra komplew jitwettqu azzjonijiet negattivi. Il-KESE huwa żgur li m'hijiex biss kwistjoni ta' finanzi, iżda jiddependi wkoll b'mod qawwi ħafna mill-għarfien politiku u mid-deċiżjonijiet li jittieħdu minn min hu responsabbli għall-politika tat-trasport u ta' l-urbaniżmu. Din il-ħidma hija importanti daqs il-ġbir ta' eżempji ta' suċċess u d-disponibilità tagħhom. Eżempju tajjeb ta' dan huwa l-Proġett Civitas ta' l-UE. |
2. Elementi ewlenin u sfond ta' l-opinjoni
|
2.1 |
Fis-snin li għaddew, il-volum tat-traffiku fiż-żoni urbani u f'dawk ta' madwarhom b'mod ġenerali żdied ħafna u f'ħafna każijiet saret bidla drammatika fl-hekk imsejħa qasma modali (modal split): il-vjaġġi qegħdin isiru dejjem aktar bil-karozza, u b'mod relattiv jew assolut dejjem inqas bit-trasport pubbliku. Dan jikkonċerna l-biċċa l-kbira tal-bliet il-kbar b'mod assolut u taż-żoni ta' konurbazzjoni fl-Ewropa kollha. “Trasport pubbliku” ifisser dan li ġej: trasport bil-karozzi tal-linja, bil-ferroviji u bit-trammijiet, li jiġi ppjanat jew ikkummissjonat fuq ordni ta' l-awtoritajiet pubbliċi u li jitwettaq minn kumpaniji privati, lokali jew tal-gvern. |
|
2.2 |
Mill-ħamsinijiet sad-disgħinijiet l-istrateġija tal-politika dwar it-trasport tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Punent u ta' ħafna muniċipalitajiet kienet kważi biss immirata għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura tat-toroq u tat-trasport bil-karozzi, filwaqt li t-trasport pubbliku fil-biċċa l-kbira kellu jġarrab tnaqqis sinifikanti. Għadd kbir ta' fatturi addizzjonali, bħal per eżempju l-varjazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-art f'żoni urbani u f'żoni rurali, l-ippjanar żbaljat, il-leġislazzjoni fiskali kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-kumpaniji dwar iż-żoni industrijali u kummerċjali tagħhom fl-inħawi ta' barra l-bliet), taw lok għal żieda fit-traffiku kif ukoll għal żieda ġenerali fid-distanzi bejn il-postijiet tax-xogħol, l-iskejjel, is-servizzi u l-postijiet ta' divertiment. |
|
2.3 |
Dan l-iżvilupp għandu diversi konsegwenzi, kemm fil-qasam ekonomiku u soċjali kif ukoll fil-qasam tas-saħħa u ta' l-ambjent: intilfu xi impjiegi, persuni li ma jistgħux jew ma jridux ikollhom karozza tagħhom qiegħed ikollhom aktar problemi biex jiċċaqalqu, f'ħafna bliet Ewropej persuni b'diżabilità għadhom esklużi mit-trasport pubbliku, l-impatt fuq l-ambjent sar intollerabbli — dan jinkludi l-bidla klimatika fuq livell globali, li hija theddida għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija. |
|
2.4 |
Sitwazzjoni li tinħass b'mod partikulari f'ħafna bliet kbar u żoni metropolitani, fejn il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien żviluppaw b'mod negattiv minħabba ż-żieda dejjem akbar tat-trasport bil-karozzi hija li r-residenti qegħdin jilmentaw minħabba l-ħsejjes u t-tniġġis ta' l-arja u l-fatt li qegħdin jintużaw meddiet ta' art kbar għall-infrastruttura tal-karozzi, bi ħsara għall-kwalità tad-djar u tal-bliet. Il-KESE ifakkar li madwar 80 % ta' l-Ewropej jgħixu f'żoni urbani, u għalhekk huma milquta bil-qawwi. Fil-fatt anke s-sewwieqa qegħdin igergru minħabba l-konġestjonijiet tat-traffiku li saru parti mill-ħajja ta' kuljum u l-problema ta' l-ipparkjar, biex inkunu semmejna żewġ problemi komuni biss. |
|
2.5 |
Il-bliet Ewropej huma ħatja ta' 40 % ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra marbutin mat-trasport (2), prinċipalment ikkawżati mill-karozzi. Fil-ħinijiet li l-aktar ikun hemm traffiku, meta fiż-żoni urbani jinqalgħu l-biċċa l-kbira tal-problemi tat-traffiku, it-trasport pubbliku huwa għaxar darbiet aktar effiċjenti fil-konsum ta' enerġija (u għalhekk b'anqas emissjonijiet) mit-trasport bil-karozzi (3). Konsegwentement, dawn il-piżijiet jistgħu jitnaqqsu b'mod drastiku permezz tal-bidla mit-trasport bil-karozzi għat-trasport pubbliku, għas-sewqan bir-roti u għall-mixi. Biss jekk it-traffiku jiġi evitat u ssir bidla mill-użu tat-trasport individwali għall-użu tat-trasport pubbliku, l-Istati Membri u l-UE jkunu jistgħu jwettqu l-impenji tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet skond il-Protokoll ta' Kjoto u ftehimiet suċċessivi. |
|
2.6 |
Inkitbu bosta dokumenti uffiċjali u studji xjentifiċi f'dawn l-aħħar snin. Il-biċċa l-kbira tagħhom isostnu li l-belt għandha tibqa' abitabbli u li għalhekk ma jista' jkun hemm l-ebda belt orjentata b'mod ewlieni għas-sewqan tal-karozzi, anke jekk aħna konxji mit-tifsira tal-karozza fis-soċjetà tal-lum. It-trasport pubbliku u t-trasport individwali li m'huwiex ta' ħsara għall-ambjent (bħas-sewqan tar-roti jew il-mixi) għandhom ikunu s-sisien ta' l-ippjanar tat-trasport urban modern. |
|
2.7 |
“Sistema Ewropea tat-trasport li taħdem tajjeb teħtieġ trasport lokali u reġjonali attraenti u sostenibbli. Dan it-tip ta' trasport jikkontribwixxi għall-impjieg u għall-iżvilupp ekonomiku u jnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku. Bis-saħħa tat-tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija, fil-ħsejjes u fl-emissjonijiet noċivi isir kontribut wkoll għar-riġenerazzjoni ta' l-ambjent. Dan inaqqas l-esklużjoni soċjali billi jagħti lin-nies l-opportunità li jaslu fil-postijiet tax-xogħol, tat-tagħlim, tax-xiri u fil-postijiet tal-kura u tad-divertiment mingħajr il-karozza; wieħed għandu jikkunsidra l-fatt illi n-nisa, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-qiegħda u dawk b'diżabilità jiddependu b'mod partikolari mit-trasport pubbliku. Trasport tal-passiġġieri attraenti u sostenibbli huwa (...) essenzjali fiż-żoni urbani.” Din id-dikjarazzjoni, li saret kważi għaxar snin ilu mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha “L-iżvilupp tan-netwerk taċ-ċittadin,” (4) tiġbor fiha dak kollu li kellu jintqal politikament dwar din it-tema. Dak iż-żmien il-KESE appoġġja lill-Kummissjoni f'din il-komunikazzjoni, u llum għadu favur il-messaġġ tagħha u jirrikonoxxi b'mod espliċitu l-importanza kbira tat-trasport pubbliku u ta' mezzi tat-trasport mingħajr emissjonijiet. |
|
2.8 |
Madankollu ftit li xejn sar tibdil. Għall-kuntrarju, it-tendenza li t-toroq jinbnew għall-karozzi, li ilha teżisti għexieren ta' snin, sadattant ħolqot ħafna strutturi fiżiċi u ekonomiċi ġewwa u barra l-bliet li huma adattati għat-trasport bil-karozzi u jiddependu ħafna minnu, u għalhekk huwa diffiċli li dan jinbidel. Minħabba dawn l-istrutturi li “rabbew l-għeruq” u li issa qed jinbnew ukoll fl-Istati Membri l-ġodda, u minħabba l-fatt li m'hemmx rieda politika sabiex issir ħidma għal bidliet strutturali fil-politika tat-trasport (5), teżisti sfida, li sal-lum għadha pendenti: dik li jitwaqqfu jew jinbidlu t-tendenzi negattivi ta' l-iżvilupp tat-traffiku. Il-bidla f'dawn it-tendenzi li rnexxiet fi ftit bliet (eż. fi Freiburg u f'Münster fil-Ġermanja jew f'Delft fl-Olanda) minħabba politika tat-trasport ċara li “timbotta u tiġbed”, madankollu turi, li l-iżviluppi jistgħu jiġu influwenzati u jistgħu jinbidlu permezz tal-politika. |
|
2.9 |
Fid-dokument “netwerk taċ-ċittadin” (6) il-Kummissjoni indikat li tixtieq tagħti prijorità lill-iżvilupp tat-trasport pubbliku u tat-trasport lokali bil-ferrovija u li tqis bħala indispensabbli li jkun hemm strateġija li “timbotta u tiġbed” li għandha l-għan, li deliberatament tneħħi l-karozzi miż-żoni ta' konurbazzjoni u tippromovi bis-sħiħ lit-trasport pubbliku. Fid-dawl ta' l-iżvilupp preżenti, li jidher li għad ikompli fiż-żmien, nistgħu naslu għall-konklużjoni li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex timplimenta l-azzjoni li kienet talbet hija stess. Il-KESE jinnota b'dispjaċir li l-politika ma rnexxiliex twassal lil hinn mill-formulazzjoni ta' dikjarazzjonijiet u l-introduzzjoni ta' proġetti ta' riċerka u skemi pilota. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-qagħda preżenti tat-trasport pubbliku fl-Istati Membri ġodda ta' l-UE
|
3.1.1 |
Meta mqabbla ma' l-Ewropa tal-Punent, bosta pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant illum jinsabu f'qagħda aħjar fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku ekoloġikament kompatibbli u soċjalment aċċettabbli. Minħabba raġunijiet storiċi u politiċi, l-iżvilupp fil-qasam tat-trasport f'dawn il-pajjiżi ħa direzzjoni differenti minn dak fl-Ewropa tal-Punent. Għal żmien twil it-trasport pubbliku ġarr iktar passiġġieri mill-karozzi. Dan kien jgħodd ukoll għat-trasport urban u reġjonali, kif ukoll għat-trasport fuq distanzi twal. |
|
3.1.2 |
Għalkemm wara l-waqgħa tal-Purtiera tal-Ħadid kien hemm tendenza qawwija fid-direzzjoni ta' żvilupp ibbażat fuq il-mudell ta' l-Ewropa tal-Punent, ħafna fatturi ambjentali marbutin ma' l-użu ta' l-art u mat-traffiku juru li l-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għadhom f'qagħda aħjar meta mqabbla mal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Punent. |
|
3.1.3 |
Madankollu, it-tendenzi fil-qasam tat-trasport fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant qegħdin iqajmu ċertu tħassib: ir-rata ta' persuni li għandhom karozza qiegħda tiżdied b'mod kontinwu, l-iżvilupp bla rażan tal-bliet u tas-subborgi fid-dimensjoni tagħhom huma ta' theddida għat-trasport pubbliku u għall-preservazzjoni taċ-ċentri tal-bliet. Hawnhekk il-KESE jara li hemm ħtieġa kbira li tittieħed azzjoni mill-entitajiet reġjonali, mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Parlament Ewropew sabiex jiġu mwaqqfa dawn l-iżviluppi negattivi fl-Istati ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ukoll. |
|
3.1.4 |
Il-politika dwar it-trasport tal-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant hija prinċipalment immirata lejn il-bini ta' toroq li jippermettu sewqan veloċi u awtostradi. Dwar it-trasport urban jista' jingħad li l-biċċa l-kbira tal-gvernijiet ċentrali waqfu għal kollox milli jżommu t-trasport pubbliku ċentralment organizzat u operat mill-istat kif kien fil-passat, u issa fil-verità qegħdin iħossuhom ħielsa minn kull responsabilità. Għajnuna għall-investiment, bħalma tagħti fost l-oħrajn il-Ġermanja fil-kuntest tal-liġi ta' l-iffinanzjar tat-trasport muniċipali, fejn fondi mill-baġit federali jingħataw lill-awtoritajiet reġjonali sabiex jiġi żviluppat it-trasport pubbliku u biex dan ikun aktar attraenti, f'ħafna stati ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ma teżistix. Fl-opinjoni tal-KESE l-iżvilupp ta' dawn is-sistemi ta' appoġġ huwa wieħed għaqli. Meta mqabbla ma' l-UE-15, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għadhom lura ħafna fil-qasam ta' l-orjentament favur il-konsumatur, il-kumdità, l-informazzjoni u l-marketing tat-trasport pubbliku, u għal dan jeħtieġ li tinstab soluzzjoni. |
|
3.1.5 |
L-allokazzjoni ta' fondi Ewrepej limitati, bħalma huma dawk li jista' joffri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) għat-trasport lokali pubbliku, tista' toħloq aktar problemi. Il-gvernijiet ċentrali għandhom il-prijoritajiet tagħhom u jippreżentawhom fi Brussel fil-kuntest tal-programmi operattivi tagħhom; dawn mhux dejjem jaqblu mal-prijoritajiet tal-muniċipalitajiet. Barra minn hekk, il-grupp ta' studju sar jaf minn sorsi affidabbli, li l-proċeduri sabiex isiru l-applikazzjonijiet għall-proġetti marbutin mat-trasport lokali pubbliku u t-trasport bil-ferrovjia huma ħafna itqal u aktar ikkumplikati minn dawk marbutin mal-bini tat-toroq. Il-proġetti tat-trasport pubbliku huma żgħar fin-numru; barra minn hekk, hemm kompetizzjoni bejn proġetti kbar bħall-bini ta' sistemi ta' metro u proġetti relattivament irħas għall-iżvilupp ta' sistemi tat-tramm u tal-karozzi tal-linja. |
|
3.1.6 |
Il-KESE huwa ta' l-opinjoni, li hekk kif il-fondi pubbliċi qegħdin jonqsu, l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-trasport pubbliku għandhom jiġu evalwati u l-fondi involuti għandhom jintużaw sabiex jassiguraw li jkun hemm l-akbar offerta possibbli għal servizz ta' trasport attraenti, b'numru tajjeb ta' waqfiet, b'netwerk ta' rotot sod li jgħaqqad ma' netwerks urbani u reġjonali. In-netwerks tat-tramm huma f'ħafna każijiet effiċjenti daqs is-sistema tal-metro, iżda jirrikjedu biss madwar 10 % ta' l-investimenti u jinvolvu ftit spejjeż ta' manutenzjoni. Saru żbalji f'ħafna bliet fl-Ewropa tal-Punent, bħal f'Nantes fi Franza, fejn żarmaw sistema eċċellenti tat-tramm u tat-trolley bus u issa reġgħu installaw sistema ta' tramm b'nefqa ta' miljuni ta' euro biex isolvu l-problemi tagħhom tat-trasport. Dawn l-iżbalji ma jridux jirrepetu ruħhom fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. |
|
3.1.7 |
L-iżviluppi deskritti fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant qegħdin isiru jixbħu dejjem aktar lil dawk li fl-UE-15 ilhom is-snin li ġew rikonoxxuti bħala insostenibbli u irresponsabbli. |
3.2 L-iżviluppi fit-trasport urban f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin
|
3.2.1 |
F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin saret bidla radikali, li fil-bliet wasslet għal kompetizzjoni ikbar għat-trasport pubbliku:
|
|
3.2.2 |
Naturalment, għall-KESE huwa wkoll ċar li m'hemm l-ebda żvilupp effettiv li, b'mod ġenerali, japplika bl-istess mod għall-bliet Ewropej kollha. Bliet u reġjuni differenti jiżviluppaw b'modi differenti. Kien hemm u fil-fatt għad hemm bliet, li f'dawn l-aħħar snin, f'ċerti każijiet dawn l-aħħar għexieren ta' snin, kienu diġà taw appoġġ kbir lis-sistemi tat-trasport pubbliku, lis-sewqan tar-roti u lill-mixi fit-triq. B'hekk huwa evidenti, li per eżempju l-infrastruttura tar-roti fi Brussel hija differenti minn dik li hemm f'Amsterdam jew f'Münster, u dan jidher fin-numru ta' roti li wieħed jara fit-triq. Fi Freiburg, f'Mulhouse jew reċentement f'Pariġi, kif ukoll fi bliet oħra, twaqqfu linji ġodda tat-tramm u dawn ħajru lil bosta sewwieqa tal-karozzi sabiex jibdlu l-mod kif jivvjaġġaw. |
|
3.2.3 |
Hemm ukoll xi ftit eżempji pożittivi fl-Istati Membri l-ġodda, fejn ċerti muniċipalitajiet irnexxielhom jegħlbu l-bidla u stabbilixxew triq pożittiva fil-qasam tat-trasport pubbliku. Bla dubju ta' xejn il-belt ta' Krakovja fil-Polonja hija waħda minn dawn (7). Żjara ta' Krakovja mill-grupp ta' studju li huwa responsabbli għall-formolazzjoni ta' din l-opinjoni, uriet dan b'mod impressjonanti. Hemmhekk, għaqdiet non-governattivi (NGOs) għall-ambjent u proġettaturi indipendenti tat-traffiku irnexxielhom jikkonvinċu lill-awtoritajiet tal-belt biex jimmodernizzaw u jtejbu t-trasport pubbliku b'riżorsi finanzjarji limitati ħafna. Il-manutenzjoni, l-immodernizzar u l-iżvilupp parzjali ta' netwerk dens u attraenti tat-tramm, ix-xiri ta' vetturi tat-tramm ġodda, l-immodernizzar tal-karozzi tal-linja u tal-waqfiet tagħhom, l-introduzzjoni ta' rotot fejn it-trasport pubbliku għandu l-prijorità, passaġġi separati għall-karozzi tal-linja u għat-tramm, iżda wkoll l-organizzazzjoni mill-ġdid konsegwenti u l-orjentament ġdid tal-ġestjoni u tas-servizzi tat-trasport pubbliku s'issa jippuntaw lejn suċċess. Il-grad ta' kopertura ta' l-ispejjeż jilħaq kważi d-90 % u għalhekk huwa ferm ogħla mil-livelli li normalment jintlaħqu. Dan jista' saħansitra jkompli jittejjeb, li ma kienx għat-telf fid-dħul konsiderevoli li se jħabbtu wiċċhom miegħu l-kumpaniji tat-trasport muniċipali minħabba l-fatt li l-gvern ċentrali ddeċieda li jraħħas il-prezz tal-biljetti ta' l-ivvjaġġar għal gruppi ta' utenti partikolari (bħat-tfal ta' l-iskola, l-istudenti, il-pensjonanti, il-persuni b'diżabilità, eċċ.), mingħajr ma ta kumpens għat-telf fid-dħul li rriżulta minn dan. |
|
3.2.4 |
Naturalment il-KESE ma jargumentax kontra t-tnaqqis fil-prezz tal-biljetti ta' l-ivvjaġġar għal dawn il-gruppi ta' utenti, iżda hu tal-fehma li l-ispejjeż iġġenerati minn dan it-tnaqqis m'għandhomx ikunu ta' piż għall-kumpaniji tat-trasport. |
|
3.2.5 |
Madankollu, l-analiżi tal-każ ta' studju pożittiv ta' Krakovja turi wkoll il-problemi li jridu jissieltu magħhom l-awtoritajiet lokali u l-operaturi tat-trasport pubbliku: spiss in-nuqqas ta' għarfien politiku (u dan sfortunatament fil-livelli ġerarkiċi kollha), il-pożizzjoni soċjali differenti tal-mezzi tat-trasport (il-karozza hija meqjusa bħala moderna mentri t-trasport pubbliku m'għadux moda, huwa mezz ta' transport għall-persuni b'riżorsi finanzjarji limitati, li ma jaffordjawx karozza), in-nuqqas ta' konsiderazzjoni tal-konsegwenzi tekniċi tat-traffiku ta' l-iżvilupp urbanistiku, in-nuqqas ta' ftehim bejn it-trasport urban u dak ta' l-inħawi ta' madwar il-bliet. |
|
3.2.6 |
F'xi bliet, għall-inqas, jidher li l-mentalità qiegħda tinbidel xi ftit: qiegħed jiġi investit f'mezzi tat-trasport li m'humiex ta' ħsara għall-ambjent. Il-KESE jilqa' dan it-tibdil b'sodisfazzjon. Il-Kumitat iħoss li għandu jenfasizza li, fid-dawl ta' mezzi ta' trasport pubbliku limitati u tal-konsegwenzi negattivi ħafna tat-traffiku urban, jeħtieġ li ż-żmien fejn jingħata appoġġ ugwali lill-mezzi ta' trasport kollha jintemm. Hemm bżonn li tinbidel it-tifsira tal-karozza fil-bliet, fl-ispirtu ta' l-idea antika tan-“netwerk taċ-ċittadin” ta' kważi għaxar snin ilu, u għal dan m'huwiex biss meħtieġ li t-trasport pubbliku u l-infrastruttura għas-sewqan bir-roti u għall-persuni li jimxu fit-toroq isiru aktar attraenti, iżda wkoll li jkun hemm għarfien tad-diffikultajiet li jikkonċernaw il-karozzi stess. M'hemmx biżżejjed fondi u lanqas biżżejjed spazju sabiex tiġi żviluppata l-infrastruttura għall-karozzi u għat-trasport pubbliku fl-istess ħin. |
|
3.2.7 |
Għalhekk, il-kwalità tad-djar, ta' l-għajxien u ta' l-ambjent fiż-żoni metropolitani tista' tittejjeb biss permezz ta' ġerarkija ċara ta' l-għanijiet u ta' prijoritizzazzjoni favur it-trasport pubbliku, is-sewqan tar-roti u l-mixi, minflok l-infrastruttura tal-karozzi. Għaldaqstant, l-interessi tat-trasport pubbliku jridu jitqiesu kemm qabel id-deċiżjoni dwar l-ippjanar ta' l-art li trid tintuża, kif ukoll qabel id-deċiżjoni dwar l-iżvilupp tat-trasport li jkun għad irid isir skond il-proċess politiku u ta' żvilupp, kif ukoll rigward l-iffinanzjar. |
|
3.2.8 |
Il-miżuri li awtoritajiet lokali jridu japplikaw huma tant varji, li lista sħiħa tagħhom tmur lil hinn mill-iskop ta' l-opinjoni tal-KESE. Sabiex is-servizzi tat-trasport pubbliku jkunu aktar attraenti jeħtieġ mhux biss li jkunu aħjar kemm fir-rigward tal-kwalità kif ukoll tal-kwantità iżda wkoll li jkunu ta' standard għoli fir-rigward tal-frekwenza, il-veloċità, l-indafa, is-sigurtà, l-informazzjoni, eċċ. Id-disponibilità u l-aċċessibilità (li huma partikolarment rilevanti għal persuni b'diżabilità, ommijiet bit-tfal eċċ.) jridu jiġu inkorporati fl-ippjanar bħala rekwiżit preliminari indispensabbli; b'mod partikolari jrid jiġi meqjus l-aspett ta' aċċessibilità fir-rigward ta' ħolqien ta' faċilitajiet attraenti ta' skambju bejn mezzi tat-trasport differenti, sabiex ikun assigurat, li s-servizzi offruti għall-ġarr taċ-ċittadini kollha minn post għall-ieħor ikunu koerenti. Il-prezz ta' l-ivvjaġġar għandu ukoll rwol importanti x'jaqdi fl-għażla tal-mezz tat-trasport. Informazzjoni prattika u konkreta dwar kif il-kwalità tista' titjieb għandha tkun disponibbli għall-politiċi responsabbli b'mod aktar effiċjenti milli kienet s'issa. Miżuri ulterjuri sabiex ikun hemm tibdil rilevanti fl-użu tat-trasport huma li jkun hemm inqas faċilitajiet ta' ipparkjar fiċ-ċentri, u għalhekk il-ħlas għall-użu tagħhom ikun għoli, aktar faċilitajiet ta' ipparkjar, u orħos, fit-terminus tas-sistemi tat-trasport b'rabta mal-ferroviji, ikun hemm passaġġi separati għall-karozzi tal-linja u għat-tramm u għalhekk sa ċertu punt ikun hemm anqas spazju għall-karozzi. (B'konnessjoni ma' l-iskarsezza ta' spazju għall-ipparkjar fir-rigward ta' dan il-pjan irid ikun assigurat ukoll li jkun hemm biżżejjed postijiet ta' ipparkjar speċjali għall-persuni li l-mobilità tagħhom hija limitata ħafna, li jistgħu biss jiċċaqalqu permezz ta' karozza mgħammra b'mod speċjali għalihom). Londra u Stokkolma (wara votazzjoni pubblika) bdew jimponu ħlas fuq is-sewwieqa tal-karozzi, meta dawn ikunu jridu jsuqu fil-belt u meta jużaw ċerti toroq, u f'dan ir-rigward qegħdin ikollhom suċċessi kbar. F'Madrid u fi bliet kbar Ewropej oħra bħalissa qiegħda ssir prova ta' dan. |
|
3.2.9 |
F'Londra per eżempju, id-dħul mill-hekk imsejħa City-Maut qiegħed jiġi investit b'mod ewlieni fis-sistema urbana tax-xarabank. Dan waħdu wassal għal titjib notevoli fit-trasport pubbliku u għal tnaqqis ċar ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra (madwar 10 %), tal-konsum ta' l-enerġija (20 % inqas) kif ukoll ta' l-emissjonijiet ta' l-ossidu tan-nitroġenu u tal-partiċelli (16 % inqas) (8). |
|
3.2.10 |
Sfortunatament, minkejja dawn l-eżempji tajbin u minkejja d-disponibilità ta' eżempji ta' l-aħjar prattika, li fost l-oħrajn ġew promossi u dokumentati fil-proġett Civitas ta' l-UE, din it- tendenza m'hijiex miexja fid-direzzjoni ta' tiġdid ġenwin tal-politika tat-trasport urban. U preċiżament fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant attwalment qegħdin jerġgħu jsiru l-iżbalji kollha, li l-konsegwenzi gravi tagħhom jistgħu jiġu osservati jum wara l-ieħor fil-bliet ta' l-Ewropa tal-Punent. |
|
3.2.11 |
Fil-fehma tal-KESE, il-prijorità ewlenija ta' kwalunkwe politika urbana ta' l-ippjanar u tat-traffiku, għandha tkun li ma tħallix it-traffiku jiżviluppa jew li żżommu minimu kemm jista' jkun; it-tieni prijorità għandha tkun li l-ħtieġa għaċ-ċaqliq minn post għall-ieħor tkun tista' tiġi ssodisfata possibbilment b'mezzi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, jiġifieri bit-trasport pubbliku, bis-sewqan tar-roti u saħansitra bil-mixi. |
|
3.2.12 |
Għal dan jeħtieġ li jittieħdu diversi miżuri ta' ippjanar u organizzazzjoni flimkien ma' deċiżjonijiet adegwati dwar l-investiment. Ħafna eżempji iżolati fi bliet Ewropej juru li ppjanar tat-trasport urban sostenibbli jista' jaħdem, u li dan itejjeb il-kondizzjonijiet ta' għajxien fil-belt mingħajr ma jdgħajjef is-saħħa ekonomika. Iżda jidher ukoll li f'ħafna postijiet dawn it-tipi ta' miżuri s'issa għadhom ma ttieħdux, u dan minħabba nuqqas ta' tagħrif speċjalizzat jew prijoritajiet politiċi oħrajn. |
|
3.2.13 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u partikolarment lill-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex janalizzaw liema kienu l-fatturi ta' suċċess fil-bliet kollha li fihom l-iżvilupp fil-qasam tat-trasport urban li m'huwiex ta' ħsara għall-ambjent kien pożittiv, u biex jaraw għaliex f'ħafna bliet oħra s-sitwazzjoni qiegħda dejjem tmur għall-agħar. Il-KESE huwa żgur li m'hijiex biss kwistjoni ta' finanzi, iżda jiddependi wkoll b'mod qawwi ħafna mill-għarfien politiku u mid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-politika tat-trasport fiż-żoni urbani. Din il-ħidma hija importanti daqs il-ġbir ta' eżempji ta' suċċess u t-tixrid ta' prattika tajba. |
3.3 Il-mistoqsijiet tal-presidenza Ġermaniża
3.3.1 Il-koordinazzjoni u l-ippjanar ta' strutturi residenzjali u tat-trasport (kif jistgħu jiġu rikonċiljati l-iżvilupp taż-żoni residenzjali u n-netwerk tat-trasport pubbliku?)
|
3.3.1.1 |
M'hemm l-ebda dubju li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni aħjar fl-ippjanar. Huwa ċar li l-istruttura taż-żoni residenzjali u dik tat-trasport jiddependu minn xulxin. Dan il-fatt ilu magħruf għal ħafna żmien. L-ippjanar ta' l-użu ta' l-art u tal- kostruzzjoni li jaqa' taħt ir-responsabilità prinċipali tal-muniċipalitajiet huwa għalhekk wieħed mill-fatturi determinanti għal-livell u t-tip ta' trasport tal-ġejjieni. Ippjanar reġjonali ikkoordinat aħjar fil-ġejjieni għandu jinkoraġġixxi żvilupp aktar intens ta' ċentri ta' abitazzjoni bl-għan li jkun ta' impediment għat-traffiku u għall-iżvilupp bla rażan ta' siti industrijali u kummerċjali fil-periferija li huma ta' piż għaċ-ċentru tal-bliet. |
|
3.3.1.2 |
Konnessjonijiet ta' trasport tajbin, eż. permezz ta' netwerks tat-trasport pubbliku effiċjenti –jikkontribwixxu sabiex iż-żoni residenzjali jkunu iktar attraenti. Prova faċli ta' dan huwa ċ-ċaqliq fil-prezzijiet ta' l-art. Iżda l-konnessjonijiet tajbin huma wkoll importanti sabiex jiġi evitat impatt ambjentali ġdid eċċessiv. |
|
3.3.1.3 |
Għall-KESE m'hemm l-ebda dubju li r-reġjuni metropolitani, u mhux biss dawn iżda ż-żoni urbani kollha, fil-ġejjieni għandhom jagħtu aktar każ ta' l-hekk imsejjaħ “żvilupp intern” milli taw s'issa, għalhekk għandhom jisfruttaw l-art fiż-żoni urbani qabel ma jiżviluppaw artijiet ġodda fiż-żoni periferiċi u fl-inħawi ta' barra l-bliet. Dan il-kunċett huwa konformi ma' l-għanijiet ta' l-UE dwar l-istrateġija għall-ħarsien ta' l-art. |
|
3.3.1.4 |
Ir-riġenerazzjoni ta' żoni urbani residenzjali titlob ukoll li jiġu żviluppati strutturi residenzjali densi u b'inqas traffiku, li jaqdu ħafna funzjonijiet u li jinkludu siti industrijali u kummerċjali, u li jkun hemm aċċettazzjoni u żvilupp ta' traffiku ta' vetturi b'veloċità mnaqqsa li jirrispetta l-utenti ta' mezzi tat-trasport oħra. Għandu jkun hemm ukoll moderazzjoni tat-traffiku fiż-żoni kollha, toroq li fihom il-persuni mixjin u s-sewwieqa tar-roti jkollhom prijorità fuq it-traffiku tal-vetturi, u għandhom jiġu żviluppati wkoll iż-żoni riżervati għan-nies li jimxu fit-toroq. Kwartieri urbani rivalutati kulturalment u soċjalment b'faċilitajiet għar-rikreazzjoni u għax-xiri jikkontribwixxu b'mod partikolari għal tnaqqis fit-traffiku. |
3.3.2 L-assigurazzjoni ta' trasport pubbliku lokali effiċjenti u attraenti għas-serħan taż-żoni ta' konurbazzjoni mit-trasport individwali (l-organizzazzjoni tas-suq, l-iffinanzjar, is-sodisfazzjon tal-klijenti)
|
3.3.2.1 |
Is-serħan taż-żoni urbani mit-trasport individwali jkun biss possibbli, jekk it-trasport pubbliku disponibbli jkun aktar effiċjenti u attraenti. Li jkun “attraenti” u “effiċjenti” jfisser, li biex is-servizz offrut ikun kwantitattiv u kwalitattiv irid ikun kemm jista' jkun faċli u komdu biex tużah. |
|
3.3.2.2 |
Mhux id-dmir tal-KESE li f'opinjoni bħal din jispeċifika l-miżuri kollha meħtieġa fil-qasam ta' l-organizzazzjoni tas-suq, ta' l-iffinanzjar u tas-sodisfazzjon tal-klijenti. Iżda huwa ċar li mezz ta' trasport attraenti ma jfissirx biss li jkun ta' kwalità għolja u li jkun disponibbli fi kwantità ta' servizzi, iżda wkoll li l-ħlas biex tużah ikun baxx. L-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni fil-qasam tat-trasport, li spiss tkun reklamata politikament, bla dubju ta' xejn tgħin biex ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tat-trasport pubbliku. |
|
3.3.2.3 |
Il-passiġġieri jerġgħu jużaw aktar it-trasport pubbliku li huwa f'kompetizzjoni ma' l-użu tal-karozza, biss jekk ikun jaqblilhom, jiġifieri, jekk is-servizz offrut ikun ta' kwalità għolja bi prezz xieraq. Dan l-għan jista' biss jintlaħaq jekk l-effiċjenza tat-trasport pubbliku tiżdied kontinwament. Jekk hawn jintlaħaq livell mill-aqwa, il-grad ta' kopertura ta' l-ispejjeż jista' jogħla. Kopertura kompleta ta' l-ispejjeż ta' l-investimenti u dawk operattivi tat-trasport pubbliku mill-ħlas ta' l-ivvjaġġar jista' madankollu ma jkollha l-ebda mira politika. F'dawn it-tipi ta' spejjeż kummerċjali unilaterali fil-fatt ma titqiesx l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni fil-bliet. Skond il-KESE huwa għalhekk ta' importanza kbira, li min-naħa tal-politika finalment tinħoloq ir-realtà ta' l-infiq fit-trasport, li għal din l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni tkun indispensabbli. L-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni fil-qasam tat-trasport, li spiss tkun reklamata politikament, bla dubju ta' xejn tgħin biex ittejjeb il-kompetittività tat-trasport pubbliku. |
|
3.3.2.4 |
Id-deċiżjonijiet dwar l-infrastruttura statali jew nazzjonali (eż. awtostradi, li jintużaw għat-trasport lokali jew reġjonali f'kompetizzjoni mat-trasport pubbliku) u l-oqsfa tat-taxxa (taxxa fuq id-distanza tas-sewqan tal-karozzi, taxxa fuq il-petrol, ekotaxxa għall-iffinanzjar tat-trasport pubbliku, eċċ.) sal-politika ta' l-UE għall-ġarr tal-passiġġieri (eż. fil-kuntest tan-netwerks trans-Ewropej) huma fatturi ta' influwenza importanti għall-għażla tal-mezz tat-trasport u biex tinħoloq l-opportunità li t-trasport pubbliku jkun vijabbli finanzjarjament u orjentat lejn il-klijent u ta' kwalità għolja b'netwerks densi u servizzi iktar frekwenti. |
|
3.3.2.5 |
Biex jiġi assigurat trasport pubbliku effiċjenti u attraenti kif ukoll is-serħan ta' żoni ta' konurbazzjoni mit-trasport individwali motorizzat u mit-trasport tal-merkanzija fit-triq (li mhux mixtieq mis-sewwieqa tar-roti u min-nies li jimxu fit-toroq) jeħtieġ li jsir ippjanar integrat ta' trasport u ta' spazju, li jkopri l-iskopijiet u t-tipi individwali ta' trasport u jevalwahom f'interkonnessjoni taż-żoni reġjonali ma' żoni periferiċi. Skond ġerarkija ta' għanijiet miftiehma u strateġiji rilevanti derivati minnhom, diversi miżuri imbagħad iridu jinbidlu fi proċess politiku u komunikattiv. Għal dan, l-integrazzjoni ta' l-awtorità ta' l-ippjanar u ta' l-awtorità tal-finanzi hija importanti. Ir-riġenerazzjoni ta' żoni urbani residenzjali titlob ukoll li jiġu żviluppati strutturi residenzjali densi u b'inqas traffiku, li jaqdu ħafna funzjonijiet u li jinkludu siti industrijali u kummerċjali, u li jkun hemm aċċettazzjoni u żvilupp ta' traffiku ta' vetturi b'veloċità mnaqqsa li jirrispetta l-utenti ta' mezzi tat-trasport oħra. |
|
3.3.2.6 |
Sabiex jiġu assigurati konnessjonijiet attraenti u konvenjenti bejn in-netwerks tat-trasport urban u t-traffiku individwali — kemm fuq distanza twila kif ukoll mill-kampanja ta' madwar il-bliet — possibilitajiet ekonomiċi u konvenjenti għall-ipparkjar għandhom jiġu pprovduti fil-postijiet adegwati ta' interkambju tat-trasport fil-periferija (Park and Ride). |
|
3.3.2.7 |
Bħala miżura għall-prevenzjoni tat-traffiku, il-KESE qiegħed jitlob ukoll l-allinjament gradwali tat-taxxa fuq il-petrol fl-UE fuq livell għoli, sabiex tinħoloq sitwazzjoni ta' kompetizzjoni uniformi u sabiex jiġu pprovduti sorsi finanzjarji għat-trasport pubbliku. |
3.3.3 L-appoġġ għas-sewqan tar-roti u għall-mixi fit-triq
|
3.3.3.1 |
Meta kkalkulat skond in-numru ta' vjaġġi (mhux skond it-tul tal-vjaġġi) vjaġġ minn kull tlieta qiegħed isir minn ċiklisti jew persuni mexjin. Huwa ċar li s-sewqan tar-roti u l-mixi fit-triq għandhom tifsira kbira fil-bliet Ewropej tagħna. Min-naħa l-oħra f'aktar min-nofs it-toroq taħt il-ħames kilometri qegħdin jgħaddu l-karozzi, għalkemm fuq distanza bħal din ir-rota ta' spiss hija l-aktar mezz ta' trasport veloċi. Permezz tat-titjib ta' l-aċċessibilità tal-waqfiet tat-trasport pubbliku u tal-faċilitajiet biex jinżlu u jirkbu l-passiġġieri, it-trasport interurban jista' jkopri distanzi itwal b'mezzi ta' trasport li m'humiex ta' ħsara għall-ambjent; b'dan il-mod tista' tinbidel il-qasma modali. (Il-kwistjoni dwar kif is-sewqan tar-roti fit-toroq tagħna jista' jiġi promoss fuq livell Ewropew hija ttrattata separatament fl-opinjoni esploratorja dwar “Il-promozzjoni tat-trasport transkonfinali bir-rota”, TEN/277, R/CESE 148/2007). |
|
3.3.3.2 |
Bħala mezz tat-trasport pubbliku is-“Citybike” toffri l-opportunità li wieħed jivvjaġġa f'kull parti tal-belt bir-rota. Dawn is-“Citybikes” jistgħu jinkrew minn stazzjonijiet tar-roti pubbliċi fil-belt u jingħataw lura fi kwalunkwe stazzjon. Tinħtieġ biss reġistrazzjoni, eż. b'karta ta' kreditu. Il-prezz tal-kiri għandu jkun raġonevoli. |
|
3.3.3.3 |
Is-sewqan tar-roti u l-mixi m'humiex biss ta' ġid kbir għall-ambjent, iżda wkoll għas-saħħa. Fis-soċjetà tagħna, fejn minħabba n-nuqqas ta' ċaqliq jintefqu flejjes kbar għas-saħħa, hemm argumenti validi favur il-promozzjoni taċ-ċikliżmu u l-mixi anke min-naħa tal-politika tas-saħħa. |
|
3.3.3.4 |
Wieħed jista' jifhem faċilment, li għal dan irid ikun hemm infrastruttura ta' kwalità għolja. Għas-sewqan tar-roti m'humiex biss il-mogħdijiet fit-toroq tal-bliet li huma importanti, iżda wkoll faċilitajiet siguri għall-ipparkjar tar-roti u servizzi relatati oħra (eż. faċilitajiet sabiex iċ-ċiklisti jirkbu l-mezzi tat-trasport pubbliku, inkluża l-ferrovija). L-Olandiżi juma l-aqwa eżempju ta' kif għandha tiġi żviluppata l-infrastruttura tar-roti. Għalhekk, iktar milli x'jistgħu jagħmlu l-muniċipalitajiet, il-mistoqsija li għandna nistaqsu hija għaliex il-faċilitajiet li huma komparattivament bi ħlas baxx biex jagħmlu s-sewqan tar-roti u l-mixi fit-triq aktar attraenti s'issa mhux qegħdin jintużaw. |
|
3.3.3.5 |
Huwa fiż-żoni urbani fejn hemm l-iktar bżonn li titjieb il-kwalità ta' djar u ta' residenza u fejn id-direttivi ta' l-UE dwar il-kwalità ta' l-arja u dwar il-ħsejjes fastidjużi jmisshom li ilhom li ġew implimentati, li s-sewqan tar-roti u l-mixi fit-triq għandhom jingħataw importanza partikolari. Meta nqabblu l-qasma modali li saret f'diversi bliet u żoni ta' konurbazzjoni Ewropej, huwa ċar li hemm fatturi li jiddeterminaw l-użu frekwenti ta' dawn il-mezzi tat-trasport fil-ħajja ta' kuljum, fatturi marbutin ma' infrastruttura attraenti u miżuri ta' marketing u appoġġ: il-moderazzjoni tat-traffiku u l-ispazji bla karozzi, netwerks konċentrati, prijorità għall-persuni li jaqsmu t-triq u għad-dwal tat-traffiku, twessigħ tal-bankini, sinjali tat-toroq, faċilitajiet ta' waqfien u ta' mistrieħ, faċilitajiet u stazzjonijiet għall-ipparkjar tar-roti, kampanji pubbliċi (ġranet iddedikati għall-mixi sa l-iskola, kompetizzjonijiet għal dawk li jmorru x-xogħol bir-rota, ġranet mingħajr karozzi, faċilitajiet biex tinġarr ir-rota fil-mezzi tat-trasport pubbliku). Huwa wkoll siewi li jkun hemm aġent inkarigat mill-mogħdijiet riżervati għar-roti u għall-mixi. |
3.3.4 L-applikazzjoni ta' teknoloġija moderna ta' informazzjoni, komunikazzjoni u kontroll
|
3.3.4.1 |
It-telematika tat-trasport tista' tikkontribwixxi għall-għażla ta' l-użu tat-trasport pubbliku u għal użu aħjar tal-kapaċitajiet li jeżistu. Permezz ta' dan, is-sigurtà tat-trasport tiżdied u l-ħsara lill-ambjent tonqos. Dan ta' l-aħħar kif ukoll it-tibdil fl-użu tat-trasport s'issa ma ngħatawx rwol ċentrali fl-iżvilupp u l-użu tat-telematika tat-trasport. Il-KESE qiegħed jara bi tħassib li l-miljuni ta' euro li ġew allokati lir-riċerka u l-iżvilupp u l-użu tat-telematika tat-trasport ntużaw pjuttost sabiex ma jkunx hemm konġestjoni tat-traffiku tal-karozzi u għalhekk ma għenux sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-ambjent. Barra minn hekk, il-miżuri kontra l-konġestjoni tat-traffiku ma servewx sabiex jonqos il-bini ta' toroq ġodda u l-iżvilupp tan-netwerk tat-toroq attwali. Il-bidla mit-trasport bil-karozza f'sitwazzjonijiet ta' konġestjoni għat-trasport pubbliku ma kkontribwietx għal użu ikbar tal-mezzi pubbliċi u għalhekk mill-perspettiva tat-trasport pubbliku dan kien pjuttost kontroproduttiv. |
|
3.3.4.2 |
Il-KESE huwa favur l-applikazzjoni prijoritarja tat-telematika tat-trasport fil-qasam tat-trasport pubbliku għall-informazzjoni estensiva tat-trasport u tal-passiġġieri. Il-KESE jara wkoll possibbiltajiet ta' applikazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-vetturi u tal-loġistika (sabiex jiġu evitati vjaġġi battala u sabiex il-vjaġġi individwali jinġabru fi vjaġġ kollettiv). Fil-kuntest ta' l-ippjanar integrat tat-trasport, iż-żieda fl-effiċjenza permezz ta' sistemi telematiċi għandha tintuża wkoll biex ikun evitat l-iżvilupp ta' infrastrutturi stabbiliti u ġodda. Kollox ma' kollox, l-applikazzjoni tat-telematika fil-qasam tat-trasport tagħmel biss sens jekk permezz tagħha ikun hemm tnaqqis tal-vjaġġi bil-karozza. |
3.3.5 Tnaqqis ta' l-impatt ambjentali urban
|
3.3.5.1 |
L-impatt ambjentali urban, bħal per eżempju trabijiet, ħsejjes, u l-użu ta' art, jista' jonqos permezz ta' trasport mexxej u silenzjuż u permezz tal-miżuri proposti għal prijoritizzazzjoni ċara tal-mobilità faċli tat-trasport bis-sewqan tar-roti, bil-mixi u bl-użu tat-trasport pubbliku, u l-implimentazzjoni tad-direttivi rilevanti ta' l-UE għall-ħarsien tas-saħħa u għaż-żieda ta' bliet attraenti. Il-miżuri tekniċi bħall-użu ta' filtri għan-nugrufun eċċ., tajbin kemm huma tajbin, waħedhom ma jistgħux inaqqsu l-impatt ambjentali. L-awtoritajiet lokali ser ikollhom inevitabbilment jaffaċċjaw bidliet strutturali fil-qasam tal-politika tat-trasport. |
4. Proposti tal-Kumitat
It-trasport pubbliku jista' jiżviluppa b'mod siewi biss jekk il-Kummissjoni ta' l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali flimkien jiżviluppaw politika attiva għat-trasport pubbliku fil-kuntest ta' azzjoni konċentrata, li ġġib fid-dubju lid-dominanza tal-karozza.
Rekwiżiti fuq livell Ewropew
|
4.1 |
Il-Kummissjoni għandha terġa' tirregola t-tqassim tal-fondi għall-miżuri ta' l-iżvilupp reġjonali. Il-KESE jipproponi li bħalma jsir għall-fond ta' koeżjoni, parti kbira mill-investimenti pprovduti mill-ERDF għall-proġetti tat-trasport tkun immirata lejn investimenti fi proġetti pubbliċi tat-trasport fuq livell reġjonali. |
|
4.2 |
Sakemm il-ħlas għat-trasport individwali motorizzat ma jkunx ġej milll-ħlas għall-użu tat-toroq u minn ħlas ieħor, l-ispejjeż marbutin mal-manutenzjoni tal-linji tal-ferroviji m'humiex iġġustifikati. |
|
4.3 |
L-internalizzazzjoni ta' spejjeż esterni fil-qasam tat-trasport, bħal tassazzjoni ta' l-għażla tal-mezz tat-trasport (taxxa fuq l-użu tal-karozza, taxxa fuq il-petrol, ħlas għall-ipparkjar, ħlas għall-użu tat-toroq), hija miżura neċessarja biex tintemm it-tendenza 'l isfel tat-trasport pubbliku u sabiex isseħħ bidla sħiħa bl-għan li jiġu estiżi s-servizzi offruti u n-netwerking, u sabiex ikun hemm domanda u grad ta' kopertura ta' spejjeż ogħla għat-trasport pubbliku. Il-KESE esprima ruħu kemm-il darba favur l-internalizzazzjoni ta' ħlas estern u l-Kummissjoni ħabbret kemm-il darba informazzjoni dwar dan. Madankollu għadu ma sar xejn. Fost affarijiet oħrajn, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni adegwata u tieħu azzjoni immedjata fil-Green Paper pjanata dwar it-trasport urban. |
|
4.4 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni, sabiex bħalma sar għall-programm Marco Polo, testendi programm konkret ta' l-UE għall-ġarr tal-passiġġieri li jippromovi bidla mit-trasport individwali motorizzat għat-trasport pubbliku, li bih jistgħu wkoll jiġu ffinanzjati proġetti pilota għat-trasport pubbliku lokali u reġjonali li huwa orjentat lejn il-ġejjieni, b'mod partikolari fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Proġetti pilota bħal dawn, f'rotot b'potenzjal qawwi ta' passiġġieri li s'issa mhux qegħdin jintużaw, għandhom jinkludu mmodernizzar infrastrutturali (inklużi miżuri ta' żvilupp raġonevoli), immodernizzar tal-vetturi u l-introduzzjoni ta' skedi attraenti u netwerking ta' l-aqwa kwalità mal-bqija tat-trasport pubbliku lokali u reġjonali. Fil-bliet ukoll inizjattivi pilota bħal dawn għandhom jingħataw appoġġ. |
|
4.5 |
Huwa xieraq ukoll li jiġi mfassal programm konkret ta' l-UE dwar il-mobilità u l-iżvilupp urban/l-ippjanar reġjonali. Hawn jistgħu jiġu promossi proġetti pilota li ma jwasslux għal żvilupp bla rażan u bla skop, iżda jippromovu ż-żoni residenzjali stabbiliti u l-organizzazzjoni strutturali tagħhom u jiddefinixxu ċ-ċentri residenzjali sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu konnessi permezz ta' trasport lokali bil-ferrovija u servizzi tat-trasport pubbliku attraenti. |
|
4.6 |
Barra minn dan, għat-titjib tal-bażi tad-data għall-istatistika, il-KESE jirrakkomanda r-rapportar għall-parametri magħżulin tat-trasport pubbliku fil-pajjiżi individwali u t-tixrid sistematiku ta' eżempji ta' l-aħjar prattika fit-trasport pubbliku. Bażi tajba għal dan, b'inizjattiva tal-Kummissjoni, joffruha s-servizzi ta' informazzjoni Ewropej għat-trasport lokali u l-portal ta' l-Internet Ewropew tiegħu Eltis (www.eltis.org). Il-każijiet ta' studju għall-miżuri individwali mwettqa hemmhekk għandhom jiġu kompletati b'mod sistematiku, fuq kollox fir-rigward ta' eżempji mill-Istati Membri ġodda u mill-pajjiżi kandidati. |
|
4.7 |
Il-Kummissjoni ta' UE u l-Kunsill għandhom iqisu li jobbligaw lill-awtoritajiet lokali, sabiex iwettqu pjanijiet tat-traffiku urban sostenibbli bl-għan impenjattiv li l-bliet jaqilbu għal mezzi tat-trasport li m'humiex ta' ħsara għall-ambjent (it-trasport pubbliku, is-sewqan tar-roti u l-mixi fit-triq). Il-miżuri f'dan il-qasam għandhom għall-inqas jissodisfaw il-ħtiġijiet minimi Ewropej, li għad iridu jiġu stabbiliti. Jekk il-muniċipalitajiet ma jwettqux pjanijiet ta' din ix-xorta, dawn għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ finanzjarju tal-fondi Komunitarji. |
Rekwiżiti għall-Istati Membri
|
4.8 |
Il-KESE jitlob lill-Istati Membri ġodda sabiex ikunu konxji mir-responsabilità tagħhom għat-trasport lokali bil-ferrovija u għat-trasport pubbliku u biex jappoġġjaw it-trasport pubbliku, per eżempju permezz tal-liġi dwar l-iffinanzjar tat-trasport muniċipali. Dawn ma jistgħux iħallu l-muniċipalitajiet neqsin mill-fondi u mingħajr appoġġ fil-qasam ta' l-organizzazzjoni. |
|
4.9 |
L-operaturi m'għandhomx iġorru l-piż finanzjarju li jirriżulta minn deċiżjonijiet soċjo-politiċi, huma kemm huma raġonevoli dawn id-deċiżjonijiet (eż. biljetti mraħħsa għall-gruppi tal-popolazzjoni li jinsabu f'qagħda soċjali żvantaġġata). Il-KESE iqis li tali attitudni tal-gvernijiet lejn it-trasport pubbliku tkun irresponsabbli. |
|
4.10 |
L-Istati Membri għandhom jagħrfu l-obbligu li jagħtu appoġġ finanzjarju għall-benefiċċji soċjali li huma jitolbu mill-kumpaniji tat-trasport (eż. biljetti mraħħsa għat-tfal ta' l-iskola, il- pensjonanti, il-persuni b'diżabilità, eċċ.). |
|
4.11 |
L-Istati Membri għandhom jinsistu dwar l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni tat-trasport individwali motorizzat, sabiex mill-fondi li jdaħħlu jiżviluppaw b'mod estensiv is-servizzi tat-trasport pubbliku u jippromovu l-bdil fl-użu tal-mezzi tat-trasport. |
|
4.12 |
Jekk hemm bżonn, l-Istati Membri flimkien mal-Kummissjoni Ewropea għandhom jipprovaw ikabbru l-għarfien ta' eżempji ta' l-aħjar prattika bl-aktar mod estensiv sabiex ikun hemm żvilupp pożittiv tat-trasport pubbliku. Huwa minnu li hemm nuqqas ta' fondi għat-trasport pubbliku, iżda jeżistu wkoll problemi oħra: mingħajr għarfien, ideat u benchmarking, anke ammont kbir ta' fondi ma jwassal għal imkien. |
Rekwiżiti għall-muniċipalitajiet
|
4.13 |
Biex jiġi assigurat trasport pubbliku effiċjenti u attraenti u biex jintlaħaq is-serħan ta' żoni ta' konurbazzjoni mit-trasport individwali motorizzat u mit-trasport tal-merkanzija jeħtieġ li jsir ippjanar integrat tat-trasport u ta' l-ispazju, li min-naħa jkollu l-għan li jiġi evitat it-traffiku u min-naħa l-oħra jkun orjentat lejn mezzi tat-trasport xierqa għal ambjent sostenibbli. Għal dan il-għan, għandhom jiġu reġistrati d-diversi tipi ta' trasport u l-użu tagħhom u għandha ssir evalwazzjoni fil-kuntest ta' kooperazzjoni reġjonali maż-żoni periferiċi. |
|
4.14 |
Ladarba l-ġerarkija ta' l-għanijiet u l-istrateġiji rilevanti jkunu ġew stabbiliti, tkun tista' tiġi implimentata firxa wiesgħa ta' miżuri fil-kuntest ta' proċess politiku u komunikattiv fuq livell lokali. |
|
4.15 |
L-awtoritajiet lokali għandhom ifasslu miri ċari sabiex jiddefinixxu kif u b'kemm iridu jgħollu l-persentaġġ tat-trasport pubbliku u tas-sewqan tar-roti u l-mixi fit-triq u għalhekk b'kemm iridu jnaqqsu l-persentaġġ assolut ta' trasport individwali motorizzat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu involuti l-awtoritajiet finanzjarji u ta' l-ippjanar. |
|
4.16. |
Ippjanar prospettiv għat-trasport pubbliku bħala parti mis-servizzi lokali ta' interess ekonomiku ġenerali irid ukoll jikkunsidra politika ta' ksib ta' l-art għal per eżempju rotot u stazzjonijiet tat-trasport pubbliku. |
|
4.17. |
Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadin kif ukoll ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-utenti fil-proċessi ta' ippjanar hija ta' importanza kbira għas-suċċess tas-sistemi tat-trasport pubbliku. Għalhekk il-KESE jirrakkomanda lill-awtoritajiet lokali sabiex ikun hemm parteċipazzjoni estensiva miċ-ċittadini fl-iżvilupp tas-sistemi tat-trasport pubbliku lokali tagħhom. |
Brussel, il-25 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) “L-iżvilupp tan-netwerk taċ-ċittadin — għaliex trasport pubbliku lokali u reġjonali attraenti huwa importanti u b'liema mod il-Kummissjoni Ewropea tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' dan” — COM(1998) 431, finali, 10/7/1998.
(2) DĠ TEN Roadmap 2006/TREN/029.
(3) Ara UITP, “Ir-rwol tat-trasport pubbliku fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra u t-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija”, Marzu 2006.
(4) COM(1998) 431, 10/7/1998.
(5) Fost l-oħrajn b'referenza għall-importanza ta' l-industrija tal-karozzi għall-ekonomija sħiħa.
(6) Ara wkoll COM(1998) 431, finali.
(7) Għall-implimentazzjoni tal-miżuri fi Krakovja ngħatat għajnuna mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-programm Caravelle fil-kuntest ta' l-inizjattiva Civitas.
(8) S. UITP (FN2).
|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 168/86 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-promozzjoni tat-trasport transkonfinali bir-rota
(2007/C 168/18)
F'ittra bid-data tas-7 ta' Novembru 2006, il-Ministeru Federali Ġermaniż tat-Trasport, fil-kuntest tal-Presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni Ewropea, talab lill-KESE, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, sabiex ifassal opinjoni esploratorja dwar: “Il-promozzjoni tat-trasport transkonfinali bir-rota”.
Nhar il-21 ta' Novembru 2006, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-435 sessjoni plenarja tiegħu tal-25 u s-26 ta' April 2007 (seduta tal-25 ta' April) li jaħtar lis-Sur Simons bħala rapporteur-ġenerali u adotta din l-opinjoni b' 128 vot favur, 2 voti kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
|
1.1. |
S'issa (għad) m'hawnx politika Ewropea dwar iċ-ċikliżmu. Il-Kummissjoni Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha, permezz ta' programmi ta' sussidju, lir-riċerka, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti fil-kuntest tal-politika dwar is-sostenibbiltà tal-mobilità u l-użu ta' enerġija. |
|
1.2. |
Il-KESE jirrakkomanda li b'mod ġenerali ċ-ċikliżmu jiġi inkluż fil-politika dwar it-trasport u l-infrastruttura, u b'mod partikolari fil-Green Paper dwar it-trasport urban fejn iċ-ċikliżmu għandu jingħata attenzjoni speċjali. |
|
1.3. |
Kull ferrovija fl-Ewropa, inklużi l-ferroviji internazzjonali ta' veloċità għolja, għandu jkollha biżżejjed spazju għat-trasport, fost affarijiet oħra, tar-roti. |
|
1.4. |
Għandhom jiġu applikati standards minimi ta' kwalità fl-infrastruttura taċ-ċikliżmu mibnija bl-għajnuna tas-sussidji Ewropej. |
|
1.5. |
Il-KESE jirrakkomanda li jkun hemm disponibbli wkoll baġits Ewropej ta' sussidju għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura taċ-ċikliżmu. Infrastruttura ta' kwalità diġà teżisti f'ċerti bliet u pajjiżi Ewropej. |
|
1.6. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tibda u/jew tkompli tipprovdi sussidji għall-iskambju ta' informazzjoni, prattika tajba u kampanji għat-tkattir ta' l-għarfien dwar iċ-ċikliżmu u għandha titlob li l-politika dwar iċ-ċikliżmu tkun integrata fil-proġetti tat-trasport kollha li jirċievu l-appoġġ tagħha. |
|
1.7. |
Huwa wkoll neċessarju li jitħeġġu, fuq livell Ewropew, it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' regolamenti ta' sigurtà adattati kemm għaċ-ċiklisti u r-roti tagħhom kif ukoll għall-infrastruttura u traffiku ieħor. |
|
1.8. |
Il-politika dwar iċ-ċikliżmu għandha tiġi integrata fil-politika Ewropea li qiegħda tiġi żviluppata fl-oqsma ta' l-ippjanar ta' l-ispazju (inkluża l-politika għall-iżvilupp urban), l-ambjent, l-ekonomija, is-saħħa, it-taħriġ u l-edukazzjoni. |
|
1.9. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha torganizza b'mod adattat il-monitoraġġ u l-ġbir ta' l-informazzjoni dwar iċ-ċikliżmu fl-Ewropa u tistimola l-armonizzazzjoni tal-metodi ta' riċerka. |
|
1.10. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkompli tipprovdi sussidji għall-iżvilupp ta' rotot taċ-ċikliżmu fil-qafas tal-proġett Euro Velo sabiex jinħoloq netwerk komplut Ewropew tar-rotot taċ-ċikliżmu, TEN (Netwerk Trans-Ewropew) għaċ-ċikliżmu. |
|
1.11. |
Huwa rakkomandat li organizzazzjoni Ewropea, issussidjata mill-Kummissjoni Ewropea, tieħu ħsieb l-amministrazzjoni u s-segretarjat tal-proġetti Euro Velo kif ukoll ir-rotot li tlestew taħt din l-iskema. B'hekk tiġi assigurata l-manutenzjoni kontinwa ta' l-infrastruttura u l-provvediment ċentralizzat ta' tagħrif għaċ-ċiklisti. |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
Il-Ministeru Federali Ġermaniż tat-Trasport, fil-kuntest tal-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE, talab lill-KESE sabiex ifassal opinjoni esploratorja dwar it-transport transkonfinali bir-rota. Il-Ministeru qajjem tliet mistoqsijiet. |
|
2.2. |
Din l-opinjoni esploratorja tibda billi teżamina l-qagħda attwali tal-politika ta' l-UE dwar iċ-ċikliżmu (mistoqsija numru 3 tal-Ministeru), b'enfasi partikolari fuq iċ-ċikliżmu bħala mezz ta' trasport fil-ħajja ta' kuljum. Tkompli billi tanalizza l-possibbiltajiet għat-titjib ta' l-infrastruttura transkonfinali għat-transport bir-rota (mistoqsija numru 2) u l-kooperazzjoni Ewropea rigward it-tkabbir tan-netwerk tar-rotta (mistoqsija numru 1). Iċ-ċikliżmu turistiku huwa ta' importanza speċjali fil-kuntest ta' l-aħħar żewġ mistoqsijiet. |
3. Il-qagħda tal-politika ta' l-UE dwar iċ-ċikliżmu
|
3.1. |
S'issa l-politika dwar iċ-ċikliżmu rari kienet tema separata. Fil-passat, fuq livell Ewropew, iċ-ċikliżmu ssemma l-aktar fil-kuntest ta' kwistjonijiet ambjentali, wara li l-moviment ambjentalista b'mod partikolari appella għat-titjib tal-politika dwar iċ-ċikliżmu minħabba l-effetti ħżiena taż-żieda fit-traffiku. B'hekk, fi programm bi 12-il punt (1), il-Kummissarju għall-Ambjent Ritt Bjerregaard stieden lill-awtoritajiet lokali fl-Ewropa sabiex jadottaw politika favur iċ-ċikliżmu. |
|
3.2. |
Il-White Paper tat-Trasport ta' l-2001 u r-reviżjoni ta' nofs term ta' l-2006 jiffokaw fuq mezzi oħra ta' trasport. Mill-banda l-oħra, ir-reazzjoni tal-Parlament Ewropew (2) għall-White Paper tinkludi stedina għall-Kummissjoni Ewropea sabiex din tinvesti aktar fit-titjib ta' l-aċċess taċ-ċiklisti għat-trasport pubbliku. |
|
3.3. |
Fid-diskors li għamel fil-Konferenza Euro Velo-City ġewwa Dublin fl-2005, il-Kummissarju għat-Trasport, Jacques Barrot, enfasizza li minkejja l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-Kummissjoni Ewropea kellha rwol x'taqdi fil-promozzjoni ta' l-użu tar-rota fl-Ewropa. Iċ-ċikliżmu jista' jaqdi rwol ikbar sabiex jintlaħaq l-għan propost ta' tiġdid fil-bilanċ tal-mezzi ta' trasport. Il-Kummissarju jemmen li l-Kummissjoni Ewropea għandha rwol x'taqdi: programmi ta' finanzjament, titjib tas-sigurtà fit-triq, tagħrif lil dawk responsabbli mit-teħid ta' deċiżjonijiet u kooperazzjoni. |
|
3.4. |
Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-Inizjattiva CIVITAS (CIty VITAlity Sustainability) fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp. S'issa l-proġetti mmirati lejn sistema ta' trasport urban aktar sostenibbli ġew implimentati f'36 belt fi 17-il pajjiż. Waħda mit-tmien kategoriji ta' soluzzjonijiet integrati li ġew imfassla tikkonċerna l-promozzjoni ta' stil ta' ħajja differenti, li fih il-karozza tintuża inqas u r-rota iktar (3). Permezz tal-programm Intelligent Energy-Europe, il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-proġetti STEER immirati lejn il-promozzjoni ta' l-enerġija sostenibbli fit-trasport. Tnejn minn dawn il-proġetti jiffokaw fuq l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam tal-politika dwar iċ-ċikliżmu (4). |
|
3.5. |
Fil-Green Paper “Il-promozzjoni ta' dieta tajba għas-saħħa u ta' l-attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku” (5), il-Kummissjoni Ewropea tappella sabiex jitressqu risposti għal dawn il-mistoqsijiet: Kif tista' l-politika pubblika tassigura li l-attività fiżika tkun integrata fir-rutina ta' kuljum u liema miżuri, per eżempju fl-ippjanar taż-żoni residenzjali, huma meħtieġa sabiex jissawwar ambjent li jistimola l-attività fiżika? |
|
3.6. |
Fid-“dinja taċ-ċikliżmu” tressqu bosta risposti għal dawn il-mistoqsijiet. L-esperti qegħdin jassoċjaw iċ-ċikliżmu dejjem iktar mas-saħħa, u mhux biss minħabba l-fatt li jikkontribwixxi għal ammont tajjeb ta' attività fiżika fil-ħajja ta' kuljum. Fil-qasam tal-politika ambjentali, iċ-ċikliżmu jista' wkoll jgħin biex jonqos l-ammont ta' partikoli fl-arja fiż-żoni urbani, iżda fl-istess ħin ħafna nies qegħdin jaqtgħu qalbhom mill-użu tar-rota minħabba l-kwalità ħażina ta' l-arja. |
|
3.7. |
Permezz ta' l-iżvilupp ta' sistemi dejjem iktar integrati ta' mobilità, qiegħda tingħata attenzjoni akbar lill-vantaġġi li toffri r-rota sabiex tinstab soluzzjoni għall-konġestjoni tat-traffiku. Minbarra l-vjaġġi li jsiru kuljum bejn id-dar u l-post tax-xogħol, jidher li t-traffiku marbut ma' attivitajiet soċjali u ta' rikreazzjoni huwa wkoll kaġun ta' konġestjoni. Fatturi oħra jinkludu l-ekonomiji ta' skala (per eżempju l-amalgamazzjoni ta' sptarijiet u ċentri kummerċjali kbar fl-inħawi ta' barra l-bliet) u d-distanzi kbar li jġibu magħhom. Minħabba f'dan kollu, hemm il-perikolu li ċ-ċikliżmu jidher inqas attraenti. |
|
3.8. |
Problema komuni hija li infrastruttura ġdida jew estiża taqsam ir-rotot taċ-ċikliżmu eżistenti jew ippjanati. Dan joħloq ostakoli insormontabbli jew problematiċi għaċ-ċiklisti u n-nies li jużaw ir-rota għar-rikreazzjoni tagħhom u li jsibu ruħhom f'diffikultà meta jiġu sabiex joħorġu miż-żona residenzjali jew mill-belt tagħhom minħabba l-infrastruttura prinċipali tat-trasport. Din il-problema għandha tiġi kkunsidrata u għandhom jitfasslu soluzzjonijiet meta jinbnew infrastrutturi ġodda, b'mod partikolari binarji tal-ferrovija u toroq. Kull fejn huwa teknikament possibbli għandha tinbena mogħdija għar-roti kull darba li tinbena infrastruttura ġdida. |
|
3.9. |
F'dan il-kuntest, ta' min isemmi wkoll li strumenti bħall-istandards minimi ta' kwalità għandhom jiġu applikati għall-infrastruttura taċ-ċikliżmu li tinbena permezz ta' sussidji Ewropej. Bil-għan li jissawwar ambjent pjaċevoli, il-bliet għandhom jużaw infrastruttura tajba, komda u sigura għaċ-ċiklisti, li jinkludu inċentivi bħal rotot apposta u spazju riżervat għall-ipparkjar tar-roti fiċ-ċentru tal-bliet. |
|
3.10. |
Fl-Ewropa, l-Olanda hija meqjusa bħala l-pajjiż bl-aqwa infrastruttura għaċ-ċiklisti u b'hekk hija mudell għall-pajjiżi l-oħra. Din ir-reputazzjoni mhix sempliċement marbuta mal-fatt li l-Olanda għandha l-iktar rata għolja ta' mobilità bir-rota fl-Ewropa iżda hija wkoll konsegwenza ta' dak li jissejjaħ “Masterplan Fiets” (Pjanta Definittiva għar-Roti) (1990-1997). Bosta pajjiżi Ewropej imxew ma' l-eżempju ta' l-Olanda. L-attenzjoni u l-impenn (inkluż finanzjarju) tal-gvern Olandiż ħajjar lil ħafna minnhom sabiex jimplimentaw politika effettiva dwar iċ-ċikliżmu. |
|
3.11. |
Permezz ta' strateġija bbażata fuq il-vjaġġi taċ-ċiklisti, il-Pjanta Definittiva għar-Roti ta' l-Olanda wriet biċ-ċar li politika dwar iċ-ċikliżmu mhix sempliċement kwistjoni ta' rotot għaċ-ċikliżmu tajbin, iżda għandha wkoll tingħata attenzjoni lill-possibbiltà li ċ-ċiklisti jkunu jistgħu jħallu r-roti f'postijiet siguri u konvenjenti ġewwa jew barra mid-dar, fl-istazzjon, fl-interkonnessjonijiet tat-trasport pubbliku u fil-waqfiet tal-karozzi tal-linja kif ukoll fid-destinazzjoni finali. |
|
3.12. |
Ftit tas-snin ilu, il-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT) ikkumissjonat servej dwar il-politika nazzjonali tat-trasport fl-Istati Membri ta' l-ECMT. (6) Skond dan is-servej, ftit huma l-pajjiżi li m'għandhomx politika dwar iċ-ċikliżmu. (7) Ovvjament, l-iskop, l-istat u l-impatt tal-politika nazzjonali jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Skond l-ECMT, il-medja tan-numru globali tal-vjaġġi mwettqa bir-rota fl-Ewropa hija ta' 5 %. Iżda pajjiżi bħad-Danimarka (18 %) u l-Olanda (27 %) juru li jista' jintlaħaq persentaġġ ogħla. (8) |
|
3.13. |
Dawn id-differenzi fuq livell nazzjonali, u differenzi oħra fuq livell lokali, juru li l-użu tar-rota jista' jiġi influwenzat mill-politika tal-gvern. L-aqwa mezz sabiex jiżdied l-użu tar-rota huwa li n-nies jibdew jużaw ir-rota minflok il-karozza għal vjaġġi ta' bejn 5 u 8 km. Fl-Ewropa iktar min-nofs dawn il-vjaġġi qosra jsiru bil-karozza. Anke għal vjaġġi ta' inqas minn 2 km l-użu tal-karozza jaqbeż it-30 % (9). |
|
3.14. |
L-għan ewlieni tal-politika dwar iċ-ċikliżmu huwa li jħeġġeġ lin-nies sabiex jużaw ir-rota għal vjaġġi qosra. Issa l-attenzjoni qiegħda tingħata wkoll lil vjaġġi itwal; qegħdin jiġu kkunsidrati wkoll rotot diretti u twal f'żoni metropolitani. |
|
3.15. |
Il-possibbiltà li r-rota tintuża iktar ta' spiss għal vjaġġi qosra hija l-bażi tal-kalkoli ta' kif politika tajba dwar iċ-ċikliżmu tista' tgħin fil-ġlieda kontra l-bidla klimatika. Skond kalkoli reċenti, per eżempju, vjaġġi qosra bil-karozza (< 7,5km) jirrappreżentaw 6 % ta' l-emissjonijiet mill-karozzi (10). |
|
3.16. |
Ir-rota, mixtrija, mislufa jew mikrija, tista' tikkontribwixxi sabiex jikber l-użu tat-trasport pubbliku. Ir-rota tista' tintuża fl-inħawi ta' madwar l-istazzjon, l-istejġ jew id-dar, fejn iċ-ċiklista jista' jilħaq stejġ jew viċi versa mingħajr karozza fi ftit minuti. |
|
3.17. |
Id-differenzi bejn id-diversi pajjiżi Ewropej fir-rigward tal-proporzjon ta' vjaġġi bir-rota mhumiex biss marbutin ma' fatturi soċjali, ġeografiċi, klimatiċi jew kulturali, allavolja dawn, naturalment, għandhom rwol x'jaqdu. (11) Fattur sinifikanti fil-pajjiżi fejn iċ-ċikliżmu huwa popolari jidher li huwa r-rwol importanti ta' l-assoċjazzjonijiet li jaħdmu favur il-promozzjoni ta' politka dwar iċ-ċikliżmu tajba. Huma ta' sikwit responsabbli għal inizjattivi li jwasslu għal strateġiji nazzjonali. |
|
3.18. |
Is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-politika dwar iċ-ċikliżmu fuq livell Ewropew huma b'xorti ħażina mfixkla min-nuqqas ta' statistiċi utli u aċċessibbli. L-assoċjazzjonijiet kif ukoll l-ECMT appellaw għal titjib fil-ġbir ta' l-informazzjoni rigward il-politika dwar iċ-ċikliżmu u l-użu tar-roti (12). Id-deċiżjoni li jitneħħew statistiċi importanti dwar l-użu tar-roti mill-Ktejjeb ta' l-Istatistiċi “EU Energy and Transport in Figures” ġiet milqugħa b'inkredulità. |
|
3.19. |
Filwaqt li s-sistemi ta' GPS għall-karozzi saru pjuttost komuni, it-tnedija ta' sistemi ta' navigazzjoni għar-roti kienet iktar ikkumplikata, minħabba l-fatt li l-mapep diġitali ġeneralment ma jinkludux ir-rotot ċiklistiċi li għadhom ma ġewx irreġistrati jew iddiġitalizzati. Madankollu, qiegħed isir progress konsiderevoli f'dan il-qasam fil-pajjiżi li jiffavorixxu ċ-ċikliżmu, bħal per eżempju d-disponibbiltà ta' għodda għall-ippjanar ta' rotot fuq l-Internet. (13) |
|
3.20. |
Il-valur ta' bejgħ ta' l-industrija Ewropea tal-manifattura tar-roti u spare parts huwa stmat madwar EUR 8 500 000 000. Din l-industrija tħaddem (direttament jew indirettament) madwar 130 000 persuna. 25 000 ħwienet u distributuri u l-ħaddiema tagħhom għandhom jiżdiedu ma' din iċ-ċifra (14). Barra minn hekk, dawn il-kalkoli ma jinkludux ir-riċerka fil-qasam tat-tekonoloġija avvanzata. L-importanza ekonomika taċ-ċikliżmu turistiku qiegħda tikber, speċjalment f'reġjuni żvantaġġati ekonomikament fejn in-negozji żgħar li jinsabu fuq ir-rotot ċiklistiċi twal qegħdin jiksbu benefiċċju miċ-ċikliżmu turistiku (15). |
|
3.21. |
S'issa għad m'hawnx politika Ewropea dwar iċ-ċikliżmu. Il-Green Paper dwar it-trasport urban li qiegħda tipprepara l-Kummissjoni Ewropea għandha — skond il-Kummissjoni — tindirizza wkoll iċ-ċikliżmu. Din toffri opportunità eċċellenti sabiex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta' politika Ewropea dwar iċ-ċikliżmu u l-integrazzjoni tagħha f'setturi oħra billi ċ-ċikliżmu jibda jiġi inkluż fil-Green Papers bħala forma importanti ta' trasport urban. |
|
3.22. |
L-opinjoni esploratorja “It-trasport fiż-żoni urbani u metropolitani” — TEN/276, CESE 273/2007 — teżamina l-koordinazzjoni ta' l-ippjanar ta' l-istrutturi tat-trasport u tad-djar (punt 3.3) fl-istess ħin li tħeġġeġ lin-nies sabiex jimxu u jużaw ir-rota iktar (punt 3.3.3). L-integrazzjoni ta' politika dwar iċ-ċikliżmu fl-ippjanar ta' l-użu ta' l-art għandha tiġi żviluppata. L-integrazzjoni ta' politika dwar iċ-ċikliżmu fl-ippjanar ta' l-użu ta' l-art għandha tiġi żviluppata. |
4. It-titjib ta' l-infrastruttura ċiklistika transkonfinali
|
4.1 |
Fl-Ewropa jitfaċċaw ċerti problemi fl-ambitu taċ-ċikliżmu transkonfinali, b'mod speċjali meta ċiklista jixtieq jieħu r-rota miegħu f'ferroviji internazzjonali ta' veloċità għolja, li jiffurmaw infrastruttura importanti għaċ-ċiklisti turisti. Madankollu, fl-Ewropa, it-trasport tar-roti f'ferroviji ta' dan it-tip huwa kważi impossibbli. |
|
4.2 |
Filwaqt li ċ-ċikliżmu turistiku qiegħed jikber u huwa l-oġġet ta' promozzjoni speċifikata min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll ta' l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali bħala forma ta' turiżmu sostenibbli u importanti — b'mod partikolari f'reġjuni ekonomikament dgħajfa — iċ-ċiklisti li jippruvaw jivvjaġġaw bil-ferrovija sad-destinazzjoni ta' vaganza tagħhom, kapaċi jħabbtu wiċċhom ma' problemi serji. Filwaqt li l-kumpaniji ta' l-ajru jittrasportaw ir-roti mingħajr xkiel u t-trasport tar-roti bil-vapur huwa tajjeb (allavolja r-rotot taċ-ċikliżmu lejn u mill-port u s-sinjali m'humiex dejjem sodisfaċenti), l-operaturi tal-ferroviji ma jħallux liċ-ċiklisti jtellgħu r-roti magħhom fil-ferroviji internazzjonali ta' veloċità għolja. |
|
4.3. |
Jista' jkun li qegħdin noqorbu lejn soluzzjoni għal din il-problema fit-trasport bir-rota transkonfinali, per eżempju permezz tal-vot tal-Parlament Ewropew ta' Jannar 2007 (16), approvat mill-maġġoranza, li jistipula li kull ferrovija fl-Ewropa għandu jkollha sezzjoni maħsuba għas-siġġijiet tar-roti, skis u roti. Ġie wkoll rakkomandat li kull ferrovija fl-Ewropa, inklużi l-ferroviji ta' veloċità għolja, għandu jkollha biżżejjed spazju għat-trasport tar-roti. |
|
4.4. |
Is-sigurtà fit-triq għaċ-ċiklisti tvarja ħafna minn pajjiż Ewropew għall-ieħor. Dan huwa l-iktar minħabba fin-nuqqas ta' infrastruttura speċifika għar-roti fil-pajjiżi fejn iċ-ċiklisti huma obbligati li jaqsmu t-triq ma' karozzi u trakkijiet li jsuqu b'50-80 km fis-siegħa jew aktar. Minħabba f'hekk in-nies jaqtgħu qalbhom milli jsuqu r-rota. L-appoġġ fuq livell Ewropew għandu wkoll jingħata lit-tħejjija u lill-implimentazzjoni ta' regolamenti ta' sigurtà adattati kemm għaċ-ċiklisti u r-roti tagħhom kif ukoll għall-infrastruttura u traffiku ieħor. |
|
4.5. |
Il-kwalità ta' l-infrastruttura eżistenti tvarja wkoll. Il-probabbiltà hija li ċ-ċiklisti ma jagħżlux pajjiżi li jikkunsidraw perikolużi jekk huma mdorrijin b'miżuri ta' sigurtà itjeb f'pajjiżhom. Huwa rakkomandat li jiġu applikati standards minimi ta' kwalità (per eżempju l-wisa' tar-rotot, ukoll għal roti differenti (17); sinjali u indikazzjonijiet) u li baġits ta' sussidju jkunu disponibbli għall-ħolqien ta' infrastruttura ċiklistika bħal dik li diġà wriet l-effiċjenza tagħha f'ċerti bliet u pajjiżi Ewropej. |
|
4.6. |
Minkejja l-fatt li d-diskrepanza fil-proporzjon ta' vjaġġi mwettqa bir-rota fid-diversi pajjiżi u bliet Ewropej hija wkoll konsegwenza tad-differenzi soċjali, ġeografiċi, klimatiċi u kulturali, ir-raġuni ewlenija ta' din id-diskrepanza huma d-differenzi fil-politika tat-trasport. Għal din ir-raġuni l-iskambju ta' informazzjoni, il-prattika tajba u l-kampanji ta' tixrid ta' tagħrif dwar iċ-ċikliżmu huma importanti ferm. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tibda u/jew tkompli tipprovdi sussidji għall-iskambju ta' l-informazzjoni, prattika tajba u kampanji għat-tkattir ta' l-għarfien dwar iċ-ċikliżmu u għandha titlob li l-politika dwar iċ-ċikliżmu tkun integrata fil-proġetti tat-trasport kollha li jirċievu l-appoġġ tagħha. |
|
4.7. |
Iċ-ċikliżmu huwa attività popolari li tista' tiġi promossa bħala attività li tikkontribwixxi għal stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa u sostenibbli. Dan jista' jseħħ permezz ta' l-integrazzjoni tal-politika dwar iċ-ċikliżmu f'setturi oħra minbarra l-politika tat-trasport. Il-politika dwar iċ-ċikliżmu għandha tiġi integrata fil-politika Ewropea li qiegħda tiġi żviluppata f'oqsma oħra minbarra l-qasam tat-trasport u l-infrastruttura, bħall-ippjanar ta' l-ispazju (inkluża l-politika għall-iżvilupp urban), l-ambjent, l-ekonomija, is-saħħa, it-taħriġ u l-edukazzjoni. Huwa rakkomandat ukoll li l-Kummissjoni Ewropea għandha torganizza b'mod tajjeb il-monitoraġġ u l-ġbir ta' l-informazzjoni dwar iċ-ċikliżmu fl-Ewropa u tistimola l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' riċerka. |
5. Il-kooperazzjoni Ewropea fl-ambitu tat-tkabbir tan-netwerk tar-rotta EuroVelo
|
5.1. |
EuroVelo huwa proġett mibdi mill-Federazzjoni taċ-Ċiklisti Ewropej (ECF) fl-1995 (18). L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li jiġu żviluppati 12-il rotta internazzjonali għaċ-ċikliżmu fuq distanzi twal, kemm fl-Istati Membri kif ukoll f'pajjiżi oħra. Id-distanza globali tar-rotta proposta hija 66,000 km. Ir-rotot huma bbażati ġeneralment fuq rotot eżistenti lokali jew reġjonali. Il-perspettiva kontinentali tal-proġett u l-viżjoni ta' netwerk pan-Ewropew ta' rotot ċiklistiċi kienu inċentiv sa mill-bidu tal-proġett. |
|
5.2. |
Dan serva ta' ispirazzjoni għall-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex jikkooperaw fil-ħolqien ta' rotot internazzjonali għaċ-ċikliżmu fuq distanzi twal. Is-sena l-oħra nfetħet il-EuroVelo 6, li twassal mill-Oċean Atlantiku sal-Baħar l-Iswed. Il-fondi INTERREG ikkontribwixxew b'mod speċjali sabiex jinfetħu dawn ir-rotot. Dan jgħodd ukoll għar-Rotta Ċiklistika tal-Baħar tat-Tramuntana, li tlestiet bħala proġett INTERREG fl-aħħar ta' l-2006 u li l-ECF tikkunsidra bħala l-EuroVelo 12. |
|
5.3. |
L-idea wara l-EuroVelo hija l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' Netwerk ta' Rotot Ċiklistiċi Trans-Ewropej rikonoxxut bħala TEN (Netwerk Trans-Ewropew), komparabbli man-netwerk tal-linji tal-ferrovija u tat-toroq. Naturalment iktar milli vantaġġ għall-politika Ewropea dwar it-trasport, dawn huwa ta' benefiċċju għat-turiżmu u għall-iżvilupp reġjonali fl-Ewropa. Objettiv ieħor minbarra l-ġestjoni u l-koordinazzjoni tar-rotot u ta' l-informazzjoni fit-tul huwa l-iżvilupp tan-netwerk. Il-pubblikazzjoni ta' linji gwida dwar l-aspetti kollha tal-ħolqien ta' rotta EuroVelo kienet utli ħafna sabiex ma jitwaqqafx l-investiment fil-proġett. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkompli toffri sussidji għall-ħolqien ta' rotot EuroVelo bit-tama li jiġi stabbilit netwerk komplut ta' rotot Euro Cycle, TEN għar-roti. |
|
5.4. |
S'issa d-diskussjonijiet bejn l-imsieħba tal-Grupp tal-Baħar tat-Tramuntana dwar kif jista' jiġi assigurat il-progress futur tar-rotta, il-marketing tagħha u l-kooperazzjoni bejn numru kbir ta' msieħba (bejn wieħed u ieħor 70 fir-reġjun fi 8 pajjiżi) ma wasslu għall-ebda konklużjoni. Din il-kwistjoni hija importanti wkoll fir-rigward ta' rotot ċiklistiċi internazzjonali oħra ta' distanza twila li nbnew bis-saħħa ta' fondi speċifiċi (ħafna drabi 50 % minnhom mill-UE), fejn l-ebda soluzzjoni oħra ma nstabet għall-ġestjoni tal-kooperazzjoni u marketing komuni. |
|
5.5. |
Soluzzjoni potenzjali li ssemmiet ħafna, u li timxi mal-mudell tal-ġestjoni ta' organizzazzjonijiet fuq livell nazzjonali, hija li l-ġestjoni, il-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' rotta tkun f'idejn organizzazzjoni Ewropea bħall-Fondazzjoni taċ-Ċiklisti Ewropej (ECF) ladarba l-infrastruttura u s-sinjali tat-triq ikunu kompluti. L-ECF issostni li l-manutenzjoni fit-tul tal-kwalità tar-rotot, ladarba dawn ikunu kompluti, hija kwistjoni kruċjali li għandha tiġi solvuta fuq livell internazzjonali u Ewropew. Organizzazzjoni Ewropea għandha tieħu ħsieb l-amministrazzjoni u s-segretarjat tal-proġetti EuroVelo kif ukoll id-diversi rotot Euro Velo li tlestew. B'hekk tiġi assigurata l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura (inklużi s-sinjali) u l-provvediment ċentrali ta' tagħrif għaċ-ċiklisti (inkluż tagħrif dwar fejn wieħed jista' jitlob l-għajnuna f'każ ta' problemi tekniċi jew emerġenza). Dan il-proġett, bħal bosta inizjattivi u proġetti ta' kooperazzjoni oħra Ewropej, jeħtieġ l-appoġġ finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea. |
|
5.6. |
Minkejja r-riżorsi limitati tagħha, l-ECF saħħet l-isforzi tagħha għall-proġett EuroVelo sabiex tfassal u timplimenta soluzzjoni għall-problema. Dawn l-isforzi jinkludu kooperazzjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp ta' sistema ta' sinjali fit-toroq għall-proġett EuroVelo li jkun ċar u jista' jiġi implimentat u adattat għall-pajjiżi kollha, u pressjoni fuq l-UNECE sabiex din tirrikonoxxi s-sistema ta' sinjali (19). Il-ħidma għar-rikonoxximent formali tas-sistema ta' sinjali ta' l-ECF fil-kuntest tal-grupp ta' msieħba ta' l-EuroVelo 6 u l-implimentazzjoni tagħha għandha tkun appoġġjata. |
Brussel, il-25 ta' April 2007
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) Kummissjoni Ewropea, DG XI: “Iċ-ċikliżmu: it-triq għall-ġejjieni tal-bliet”, Lussemburgu 1999.
(2) Riżoluzzjoni tat-12 ta' Frar 2003 — Kumitat għall-Politika Reġjonali, it-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew, Rapporteur: Juan de Dios Izquierdo Collado, 9 ta' Diċembru 2002. Rapport dwar il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea “Il-Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010: żmien li tittieħed deċizjoni” FINAL A5-0444/2002; http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+REPORT+A5-2002-0444+0+DOC+WORD+V0//EN&language=EN.
(3) Ara www.civitas-initiative.org.
(4) Ara www.http//ec.europa/energy/intelligent/projects/steer_en.htm#policy.
(5) COM(2005) 637 finali.
(6) ECMT, Politika Nazzjonali għall-Promozzjoni taċ-Ċikliżmu (L-Implimentazzjoni ta' politika sostenibbli dwar l-ivjaġġar urban), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta' l-OECD, 2004.
(7) ECMT, Politika Nazzjonali għall-Promozzjoni taċ-Ċikliżmu, pġ. 43.
(8) ECMT, Politika Nazzjonali għall-Promozzjoni taċ-Ċikliżmu, pġ. 20.
(9) ECMT, Politika Nazzjonali għall-Promozzjoni taċ-Ċikliżmu, pġ. 24.
(10) Ara http://www.fietsersbond.nl/urlsearchresults.asp?itemnumber=1.
(11) Ir-riċerka mwettqa fl-Olanda f'dawn l-aħħar snin tissuġġerixxi li l-immigranti (inklużi l-immigranti tat-tieni ġenerazzjoni) mill-Marokk, per eżempju, jużaw ir-rota inqas mill-Olandiżi nattivi. Ara “Het fietsgebruik van allochtonen nader belicht”, Fietsberaad pubblikazzjoni numru 11a, Novembru 2006. Ara http://www.fietsersbond.nl/urlsearchresults.asp?itemnumber=1.
(12) Ara ECMT, Politika Nazzjonali għall-Promozzjoni taċ-Ċikliżmu, pġ. 24.
(13) Għal eżempji ara: www.radroutenplaner.nrw.de u http://www.fietserbond.nl/fietsrouteplanner.
(14) Skond stima għall-2003 mwettqa minn COLIBI (l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Industrija tar-Rota) u COLIPED (l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Industrija tal-Vetturi b'Żewġ Roti u Aċċessorji Relatati).
(15) Sors: Preżentazzjoni ta' Les Lumsdon waqt il-konferenza finali tar-Rotta Ċiklistika għall-Baħar tat-Tramuntana, 9 ta' Novembru 2006, dwar it-turiżmu, ir-riġenerazzjoni ekonomika u s-sussidji Ewropej; Ara http://www.northsea-cycle.com u http//www.uclan.ac.uk/facs/lbs/research/institutes_and_centres/transport/docs/Northseacycleconf.doc.
(16) Ara http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+REPORT+A5-2007-0444+0+DOC+WORD+VO//EN&language=EN.
(17) Per eżempju: roti tandem, triċikli, roti aerodinamiċi li jintlewew u roti mgħottijin bi tliet roti.
(18) Ara http://www.ecf.com/14_1.
(19) Ara http://www.unece.org/trans/main/welcwp1.html.