ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
20 ta' Lulju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Kunsill

2007/C 166/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill — 31 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur ta' l-UE (2007-2013)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 166/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

4

2007/C 166/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4708 — Gerresheimer/Chase/JV) ( 1 )

6

2007/C 166/04

Status fir-rigward ta' l-adeżjoni tal-KE għar-Regolamenti UN/ECE fil-qasam ta' l-approvazzjoni tal-vetturi mill-31 ta' Diċembru 2006

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 166/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 166/06

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 )

12

2007/C 166/07

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 ( 1 )

16

 

INFORMAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI

2007/C 166/08

Ittra mid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti dwar SWIFT/programm għat-traċċar tal-finanzjament tat-terroriżmu

17

2007/C 166/09

Proċessar ta' Data Personali li toriġina mill-UE min-naħa tad-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti għal finijiet Kontra t-Terroriżmu — SWIFT

18

2007/C 166/10

Tweġiba mill-Unjoni Ewropea lid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti — SWIFT/programm għat-traċċar tal- finanzjament tat-terroriżmu

26

2007/C 166/11

Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Franċiża fl-okkażjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Presidenza tiffirma l-abbozz ta' tweġiba għall-ittra tas-Segretarju Amerikan għat-Treżor rigward l-aċċess għad-data ta' SWIFT

27

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 166/12

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4751 — STM/Intel/JV) ( 1 )

28

2007/C 166/13

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4822 — Advent/Takko) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Kunsill

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL

31 ta' Mejju 2007

dwar l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur ta' l-UE (2007-2013)

(2007/C 166/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

IFAKKAR li skond l-Artikolu 153 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

a.

il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għal informazzjoni, edukazzjoni u li jorganizzaw irwieħhom sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tagħhom,

b.

Fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' linji politiċi u attivitajiet oħra tal-Komunità għandu jittieħed kont tal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-konsumatur.

JIRRIKONOXXI r-rwol importanti tal-politika tal-konsumatur fit-tfassil tas-suq intern u s-sinerġija tagħha ma' linji politiċi tas-suq intern. Il-kunfidenza tal-konsumatur u tal-kummerċ huma prerekwiżiti għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jipprovdi spinta għall-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku. Konsumaturi informati u b'aktar responsabbiltà li għandhom drittijiet effettivi u fiduċja fihom jikkostitwixxu forza qawwija għas-suċċess ekonomiku u l-bidla.

JIRRIKONOXXI l-potenzjal tas-suq intern bl-imnut, li fil-biċċa l-kbira għadu frammentat tul il-linji nazzjonali, biex il-konsumaturi u n-negozji jingħataw benefiċċji permezz tat-tneħħija ta' ostakoli u b'hekk jiżdiedu l-opportunitajiet għall-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut.

JIRRIKONOXXI l-opportunitajiet ipprovduti permezz ta' teknoloġiji ġodda, speċjalment fl-ambjent diġitali, u l-innovazzjoni biex jirrispondu għall-għażla tal-konsumatur u jżidu aċċess għal swieq ġodda kif ukoll l-isfidi biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-konsumatur huma adegwati, ċari, trasparenti u garantiti, u li l-mekkaniżmi għall-konsum sostenibbli u l-intendiment ta' l-imġiba tal-konsumatur huma żviluppati aktar.

JISSOTTOLINJA, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-importanza tal-liġi Komunitarja biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-ħtieġa għal mekkaniżmi effettivi fl-infurzar tal-liġi, ukoll fir-rigward ta' transazzjonijiet transkonfini tal-konsumatur.

JAQBEL li l-interessi tal-konsumatur għandhom jiġu inkorporati fl-oqsma kollha tal-politika Ewropea. Din hija prekondizzjoni għal politika effettiva tal-konsumatur u bażi tajba għall-ksib ta' l-objettivi ta' Lisbona. It-tħassib dwar l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur u l-informazzjoni għall-konsumatur, b'mod partikolari, huwa relatat ma' ħafna linji politiċi speċjalizzati. L-inklużjoni ta' l-interessi tal-konsumatur f'linji politiċi oħrajn, inkluż għal servizzi ta' interess ġenerali, jirrappreżenta kompitu konġunt li għandu jitwettaq mill-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE u l-Istati Membri.

I.

JILQA' l-iżvilupp ta' l-Istrateġija dwar il-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni għas-snin 2007 — 2013 (1) fil-livell ta' l-UE li tiffoka fuq il-massimizzazzjoni ta' l-għażla u l-kunfidenza tal-konsumatur billi tirresponsabbilizza kif ukoll tipproteġi lill-konsumaturi, tippromwovi l-impjiegi u t-tkabbir u testendi s-swieq kompetittivi u timmira li tikseb suq bl-imnut intern aktar integrat u aktar effettiv.

II.

JAGĦMEL SEJĦA LILL-KUMMISSJONI biex timplimenta din l-istrateġija bit-tliet objettivi ewlenin tagħha u, filwaqt li tagħmel dan, speċjalment

1.

biex tkompli l-politika tal-konsumatur immirata għal trasparenza fis-suq u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq intern biex jiġu sodisfatti l-aspettativi tal-konsumatur. Politika tal-konsumatur li tisħaq għal swieq effiċjenti tagħti kontribut għat-tkabbir u l-impjiegi u ssaħħaħ il-ġid tal-konsumatur,

2.

biex tagħti prijorità lil livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, għażla u aċċess fil-Komunità u b'hekk tiżgura l-fiduċja tal-konsumatur f'xiri transkonfini jew kuntratti, u biex tagħti atttenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta' politika tal-konsumatur u l-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' servizzi,

3.

biex tiżgura konsistenza fl-objettivi operattivi lejn dawk li huma sottostanti għad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxu programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (2),

4.

biex tippromwovi u tissalvagwardja l-interessi tal-konsumatur f'dinja dejjem aktar globalizzata u biex tippromwovihom fil-kuntest ta' relazzjonijiet internazzjonali u permezz ta' ftehim internazzjonali,

5.

biex tirrevedi l-acquis Komunitarju rigward il-protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb ta' simplifikazzjoni, modernizzazzjoni, regolamentazzjoni aħjar, tneħħija ta' inkonsistenzi eżistenti u rispett għall-ħtiġiet ta' teknoloġiji ġodda, b'rigward xieraq għall-prinċipju ta' sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; u li tressaq, fejn xieraq u b'kont dovut tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet dwar il-Green Paper dwar ir-reviżjoni ta' l-acquis tal-konsumatur, proposti għal adattament rilevanti ta' l-acquis sakemm id-drittijiet u l-obbligi kkonċernati jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u titjib tal-funzjonament tas-suq intern,

6.

biex tirrevedi fejn mekkaniżmi awto-regolatorji u ta' ko-regolamentazzjoni jistgħu jikkomplementaw dispożizzjonijiet leġislattivi eżistenti,

7.

biex tappoġġja r-riċerka komprensiva orjentata lejn il-konsumatur, il-valutazzjoni ta' funzjonament tas-suq, l-aspettativi tal-konsumatur u l-imġiba tal-konsumatur, biex tistabbilixxi gwida u l-evalwazzjoni ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ ta' politika tal-konsumatur orjentati lejn il-konsumatur u biex tiżviluppa indikaturi xierqa abbażi ta' kompetenza rilevanti,

8.

biex tappoġġa kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet għall-infurzar ta' liġijiet tal-konsumatur u l-leġislazzjoni li tirregola s-sigurtà ta' prodotti, biex tippromwovi l-attivitajiet ta' netwerk tagħhom, biex tiżviluppa aktar sistemi ta' informazzjoni u biex testendi ftehim internazzjonali dwar kooperazzjoni amminsitrattiva reċiproka bejn l-UE u pajjiżi terzi,

9.

biex tissorvelja kontinwament l-effiċjenza ta' rakkomandazzjonijiet eżistenti li fihom garanziji speċifiċi minimi għal proċeduri alternattivi ta' soluzzjoni ta' tilwim u biex taħdem lejn applikazzjoni aktar wiesgħa u t-tisħiħ tal-prinċipji rregolati hemmehekk kif ukoll biex tiżgura interkonnessjoni bejn proċeduri alternattivi ta' soluzzjoni ta' tilwim eżistenti u biex tikkomunika aħjar dwar għodod ta' informazzjoni eżistenti,

10.

biex tikkonsidra b'attenzjoni mekkaniżmi kollettivi ta' rimedju u biex tressaq ir-riżultati ta' l-istudji kontinwi rilevanti, fid-dawl ta' kwalunkwe proposta jew azzjoni possibbli,

11.

biex tagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-konsumatur meħtieġa, l-għażla u l-konvenjenza fl-ikkompletar tas-suq intern f'servizzi finanzjarji fid-dawl ta' l-importanza vitali ta' deċiżjonijiet dwar prodotti finanzjarji għal konsumaturi, eż. fir-rigward ta' dispożizzjonijiet għax-xjuħija jew finanzjament tal-proprjetà immobbli,

12.

biex tagħti aktar importanza lil valutazzjonijiet elaborati ta' impatt tul il-linji politiċi kollha li jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi fuq perijodu fit-tul,

13.

biex tinvolvi aktar lill-partijiet rilevanti interessati fil-politika tal-konsumatur f'konsultazzjonijiet organizzati fi ħdan il-qafas ta' linji politiċi Komunitarji oħrajn dwar proposti b'effett kbir fuq il-konsumaturi.

III.

ISEJJAĦ LILL-KUMMISSJONI U L-ISTATI MEMBRI,

14.

biex ikomplu jiddefendu koordinazzjoni aħjar mat-tħassib u l-prijoritajiet ta' l-oqsma individwali politiċi u biex jgħaqqdu aktar il-linji politiċi tal-konsumatur ma' linji politiċi speċjalizzati oħrajn, notevolment ma' linji politiċi ekonomiċi, tat-trasport, ambjentali, ta' l-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet,

15.

biex jaħdmu lejn protezzjoni u edukazzjoni tal-konsumatur effettivi fl-Istati Membri kollha u b'hekk jiżguraw konsumaturi attivi u responsabbilizzati bl-istess mod fis-suq intern sħiħ, inkluż l-edukazzjoni dwar il-konsum sostenibbli,

16.

biex jiżguraw aktar sistemi għal infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam ta' protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li titkattar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur,

17.

biex ikomplu jipproteġu l-interessi tal-konsumatur fir-rigward ta' servizzi ta' interess ġenerali u biex isaħħu b'mod adegwat il-konsumaturi fid-drittijiet tagħhom,

18.

biex jieħdu kont ta' l-interessi tal-konsumatur fl-istandardizzazzjoni u l-iskemi ta' tikkettar fil-livelli Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali u biex jaħdmu lejn il-ħarsien ta' interessi tal-konsumatur fil-livell internazzjonali,

19.

biex jirrikonoxxu l-importanza qawwija ta' assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur sabiex ikunu jistgħu jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur b'mod indipendenti fil-livell Komunitarju u fl-Istati Membri,

20.

biex jipprovdu appoġġ kontinwu lin-Network Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur (ECC-Net) u biex jiżguraw punti ta' kuntatt fl-Istati Membri kollha sabiex jassistu l-konsumaturi fir-riżoluzzjoni effettiva ta' tilwim transkonfini.

IV.

ISEJJAĦ LILL-ISTATI MEMBRI biex jiżguraw li l-objettivi tal-Politika ta' Strateġija tal-Konsumatur jitqiesu fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom.

V.

ISEJJAĦ lill-Kummissjoni biex:

a.

tikkonsulta regolarment ma' l-Istati Membri sabiex tiġi evalwata l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija u, jekk meħtieġ, biex isiru modifiki jew aġġustamenti fit-tieni stadju u

b.

tirrapporta dwar il-progress miksub fil-politika tal-konsumatur u, barra minn hekk, biex tippreżenta rapport ta' nofs it-term dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Politika tal-Konsumatur u rapport ta' evalwazzjoni ex post sa Diċembru 2015.


(1)  Dok. 7503/07.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/4


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

27.6.2007

Għajnuna Nru

N 252/07

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Forebyggelsesfonden

Il-bażi legali

Lov nr. 87 af 30. januar 2007 om Forebyggelsesfonden

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Is-Saħħa Pubblika

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit globali: 3 000 miljun DKK

L-intensità

Sa 100 %

It-tul ta' żmien

15.9.2007-1.2.2017

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sekretariatet for Forebyggelsesfonden

Landskronagade 22

DK-2100 København Ø

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

8.6.2007

Għajnuna Nru

N 258/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Land Hessen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Rettungsbeihilfe zugunsten der Erich Rohde KG

Il-bażi legali

Gesetz über die Feststellung des Haushaltsplans des Landes Hessen für das Haushaltsjahr 2007, Richtlinien für die Übernahme von Bürgschaften und Garantien durch das Land Hessen für gewerbliche Wirtschaft

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit annwali: 2,25 miljun EUR; Baġit globali: 2,25 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

6 xhur

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Hessisches Ministerium für Wirtschaft, Verkehr und Landeswicklung

Kaiser-Friedrich-Ring 75

D-65185 Wiesbaden

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4708 — Gerresheimer/Chase/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/03)

Fid-29 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4708. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/7


Status fir-rigward ta' l-adeżjoni tal-KE għar-Regolamenti UN/ECE fil-qasam ta' l-approvazzjoni tal-vetturi mill-31 ta' Diċembru 2006

(2007/C 166/04)

Il-Kummissjoni hawnhekk tippubblika tabella li tagħti fil-qosor l-istat tar-Regolamenti UN/ECE kif emendati l-aħħar (annessi mal-Ftehim ta' l-1958 dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u parts li jistgħu jiġu installati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta' l-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet) li għalihom issieħbet il-Komunitajiet Ewropej fil-31 ta' Diċembru 2006, anki jekk xi wħud mill-emendi se jidħlu fis-seħħ wara din id-data.

Numru tar-Regolament

Emendi fil-waqt ta' l-adeżjoni

Serje ta' emendi  (1)  (2)

Supplementi għas-serje (2)

Titolu qasir tar-Regolament

1

01

02

-

Fanali ta' quddiem asimetriċi (R2 u/jew HS1)

3

02

02

10

Tagħmir li jirrifletti lura

4

00

00

12

Bozza tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara

5

02

02

6

Fanali ta' quddiem asimetriċi (Raġġ Issiġillat)

6

01

01

15

Indikejters direzzjonali

7

02

02

12

Bozoz tat-tarf- li juru l-kontorn tal-karozza, ta' quddiem/wara, tal-ġnub, tal-brejk (M, N u O)

8

04

05

-

Fanali ta' quddiem (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

10

02

02

2

Kompatibbiltà elettro-manjetika

11

02

03

-

Sokkri u ċappetti tal-bibien

12

03

03

3

Imġiba tat-tagħmir ta' l-istering fil-każ ta' ħabta

13

09

10

3

Ibbrejkjar (kategoriji M, N u O)

13H

00

00

4

Ibbrejkjar (karozzi tal-passiġġieri)

14

04

06

3

Ankraġġi taċ-ċinturini ta' sikurezza

16

04

04

18

Ċinturini tas-sikurezza

17

06

07

3

Saħħa tas-sits

18

02

03

-

Tagħmir kontra s-serq

19

02

02

12

Fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar

20

02

03

-

Fanali ta' quddiem asimetriċi (H4)

21

01

01

3

Fittings tal-kabina

22

04

05

1

Elmi protettivi u viżieri għall-motoċiklisti

23

00

00

13

Bozoz tar-rivers

24

03

03

3

Duħħan tad-diżil u qawwa tad-diżil

25

04

04

-

Trażżin għar-ras

26

02

03

1

Partijiet esterni li jisporġu 'l barra

27

03

03

1

Trijangoli għat-twissija bil-quddiem

28

00

00

3

Tagħmir għat-twissija bil-ħoss

30

02

02

14

Tajers (vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom)

31

02

02

6

Fanali ta' quddiem asimetriċi (raġġ issiġillat ta' l-aloġenu)

34

01

02

2

Riskji ta' nar

37

03

03

28

Bozoz tal-filament

38

00

00

12

Bozoz kontra ċ-ċpar għal wara

39

00

00

5

Speedometer

43

00

00

9

Ħġieġ tas-sikurezza

44

03

04

3

Sistema ta' trażżin għat-tfal

45

01

01

5

Tagħmir għat-tindif tal-fanali ta' quddiem

46

01

02

-

Mirja għall-viżjoni lura

48

01

03

3

Installazzjoni ta' tagħmir għad-dawl u għas-sinjalar bid-dawl (M, N u O)

49

02

04

2

Emissjonijiet (diżil, NG & LPG)

50

00

00

10

Bozoz ta' quddiem/wara, tal-brejk, indikejters direzzjonali, bozoz għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara (L)

51

02

02

5

Livelli ta' ħoss (M u N)

53

00

01

7

Installazzjoni ta' tagħmir għad-dawl u għas-sinjalar bid-dawl (L3)

54

00

00

16

Tajers (vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom)

55

00

00

Akkoppjaturi mekkaniċi

56

00

01

-

Fanali ta' quddiem (mopeds)

57

01

02

-

Fanali ta' quddiem (muturi)

58

01

01

-

Tagħmir protettiv kontra t-trikkib minn wara

59

00

00

3

Sistemi tas-sajlencers ta' sostituzzjoni

60

00

00

3

Kontrolli mħaddma mis-sewwieq — identifikazzjoni tal-kontrolli — twissijiet u indikaturi (moped/muturi)

62

00

00

2

Tagħmir kontra s-serq (moped/muturi)

64

00

00

2

Tajers (roti/tajers spare għall-użu temporanju)

66

00

01

-

Saħħa tas-sovrastruttura (xarabanks)

67

01

01

7

Tagħmir LPG

69

01

01

3

Pjanċi indikattivi ta' wara għal vetturi li jimxu bil-mod

70

01

01

5

Pjanċi indikattivi ta' wara għal vetturi tqal u twal

71

00

00

-

Kamp viżiv, trakters agrikoli

72

00

01

-

Fanali ta' quddiem (HS1) (muturi)

73

00

00

-

Protezzjoni laterali (vetturi tal-ġarr u t-trejlers tagħhom)

74

00

01

4

Installazzjoni ta' dwal u ta' tagħmir għas-sinjalar bid-dwal (L1)

75

00

00

11

Tajers (muturi/mopeds)

77

00

00

10

Bozoz tal-parking

78

02

03

-

Ibbrejkjar (kategorija L)

79

01

01

3

Tagħmir għall-istering

80

01

01

3

Saħħa tas-sits u l-ankraġġi tagħhom (vetturi kbar għall-passiġġieri)

81

00

00

2

Mirja għall-viżjoni fuq wara (muturi/mopeds)

82

00

01

-

Fanali ta' quddiem (HS2 moped)

83

03

05

6

Emissjonijiet

85

00

00

4

Qawwa — kombustjoni interna u elettrika (M u N)

86

00

00

3

Installazzjoni ta' dwal u ta' tagħmir għas-sinjalar bid-dwal (trakters agrikoli)

87

00

00

10

Bozoz għaddiena għal binhar

89

00

00

1

Tagħmir għal-limitazzjoni tal-veloċità

90

01

01

8

Linings ta' sostituzzjoni għall-brejkijiet kif ukoll l-assemblaġġi tagħhom

91

00

00

9

Bozoz għall-orjentazzjoni laterali

93

00

00

-

Tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib minn quddiem

94

01

01

3

Protezzjoni ta' l-okkupanti fil-każ ta' ħabta minn quddiem

95

02

02

1

Protezzjoni ta' l-okkupanti fil-każ ta' ħabta mill-ġenb

96

00

01

2

Emissjonijiet tad-diżil (trakters agrikoli)

97

00

01

5

Sistemi ta' allarm

98

00

00

8

Fanali ta' quddiem b'sorsi ta' dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass

99

00

00

3

Sorsi ta' dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass

100

00

00

1

Sikurezza ta' vetturi bl-elettriku

101

00

00

7

Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil (M1) u konsum ta' l-enerġija elettrika u awtonomija (range) (M1 u N1)

102

00

00

-

Akkoppjaturi mqarrba

103

00

00

2

Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni

104

00

00

4

Markar li jirrifletti lura (vetturi tqal u twal)

105

02

04

-

Ġarr ta' oġġetti perikolużi — kostruzzjoni ta' vetturi

106

00

00

4

Tajers (vetturi agrikoli)

109

00

00

2

Tajers ittreddjati mill-ġdid (vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom)

110

00

00

6

Sistemi tal-gass naturali kkompressat

111

00

00

1

Stabbiltà kontra l-qlib ta' vetturi biċ-ċisterna (N u O)

112

00

00

7

Fanali ta' quddiem asimetriċi (bozoz tal-filament)

113

00

00

5

Fanali ta' quddiem simetriċi (bozoz tal-filament)

114

00

00

-

Airbags ta' sostituzzjoni

115

00

00

2

Sistemi ta' konverżjoni LPG-CNG

116

00

00

1

Użu mhux awtorizzat (sistemi kontra s-serq u ta' allarm)

117

00

01

-

Tajers — reżistenza kontra x-xaqlib

118

00

00

-

Reżistenza tal-materjali ta' ġewwa għan-nar

119

00

00

1

Indikejters

120

00

00

-

Qawwa — kombustjoni interna (trakters agrikoli u makkinarju mobbli)

121

00

00

-

Kontrolli manwali, twissijiet u indikaturi

122

00

00

-

Sistemi tat-tisħin

[123]  (3)

00

00

-

Sistemi Adattivi tad-Dawl ta' Quddiem

[124] (3)

00

00

-

Roti (ta' Sostituzzjoni) għal vetturi tal-passiġġieri


(1)  Din il-kolonna telenka l-aħħar emendi lir-Regolament ikkonċernat li l-Komunitajiet Ewropej saru parti minnu mill-31.12.2006. Xi wħud mill-aktar sensiliet reċenti ta' emendi jew supplementi għas-sensiela ta' emendi se jidħlu fis-seħħ wara din id-data. Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi għandha tiġi vverifikata fl-aħħar verżjoni tad-dokument dwar l-istatus ta' l-UN-ECE TRANS/WP.29/343/Rev.15, li hu disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocsstts.html.

(2)  Il-korrezzjonijiet relevanti kollha sal-31.12.2006 ġew adottati wkoll, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

(3)  Dan ir-Regolament kien għadu ma daħalx fis-seħħ fil-31.12.2006.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/11


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-19 ta' Lulju 2007

(2007/C 166/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,382

JPY

Yen Ġappuniż

168,66

DKK

Krona Daniża

7,441

GBP

Lira Sterlina

0,67455

SEK

Krona Żvediża

9,1757

CHF

Frank Żvizzeru

1,6585

ISK

Krona Iżlandiża

82,23

NOK

Krona Norveġiża

7,9035

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5842

CZK

Krona Ċeka

28,281

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

245,87

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6969

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,757

RON

Leu Rumen

3,1275

SKK

Krona Slovakka

33,15

TRY

Lira Turka

1,7525

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5722

CAD

Dollaru Kanadiż

1,442

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,808

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7433

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0905

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 265,84

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,508

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,4523

HRK

Kuna Kroata

7,2876

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 562,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,7506

PHP

Peso Filippin

61,983

RUB

Rouble Russu

35,108

THB

Baht Tajlandiż

41,384


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/12


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/06)

Għajnuna Nru

XS 143/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sardegna

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Interventi per promuovere il riutilizzo di immobili industriali in disuso

Bażi legali

Legge regionale 24 febbraio 2006, n. 1, comma 4, lettera a)

Direttive di attuazione approvate con decreto dell'assessore dell'Industria della Regione Sardegna n. 130 del 3.5.2006

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 10,5 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.6.2006

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2006

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Manifattura, Servizzi oħra

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione autonoma della Sardegna — Assessorato dell'Industria

viale Trento, 69

I-09123 Cagliari

Għotja ta' għajnuna individwali ta' ammont għoli

Bi qbil ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament, il-miżura ma tapplikax għall-għotja ta' għajnuna individwali jew teħtieġ notifika minn qabel lill-Kummizzjoni, fil-każ li:

(a)

It-total ta' l-ispejjeż eliġibbli jkun 25 miljun EUR jew aktar

l-instensità ta' l-għajnuna gross tkun 50 % jew aktar

fir-reġjuni li jikkwalifikaw għall-benifiċċju ta' għajnuna reġjonali, l-intensità ta' għajnuna netta tkun 50 % jew aktar; jew

b)

It-total gross ta' l-għajnuna jkun ta' 15-il miljun EUR jew aktar

Iva


Għajnuna Nru

XS 163/07

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Niederösterreich NUTS II: AT 12

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Ecoplus Richtlinien für Fördermaßnahmen im Rahmen des Programms LE/LEADER 2007-2013 in Niederösterreich

Bażi legali

Gesellschaftsvertrag der ecoplus. Niederösterreichs Wirtschaftsagentur GmbH

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 3 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.6.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

30.6.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ecoplus

Niederösterreichs Wirtschaftsagentur GmbH

Lugeck 1

A-1010 Wien

Tel. (43-1) 513 78 50-0

Fax (43-1) 513 78 50-44

headoffice@ecoplus.at

www.ecoplus.at


Għajnuna Nru

XS 164/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Castilla y León

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Apoyo para la incorporación de las PYMEs a la Sociedad de la Información

Bażi legali

Resolución de 3 de mayo de 2007, del Presidente de la Agencia de Inversiones y Servicios de Castilla y León, por el que se aprueba la convocatoria, así como las disposiciones comunes y específicas que la regulan, para la concesión de determinadas subvenciones de la Agencia de Inversiones y Servicios de Castilla y León para 2007 cofinanciadas con fondos estructurales (Línea 6). (BOCL no 91 de 11.5.2007)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 2 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

11.5.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Agencia de Inversiones y Servicios de Castilla y León

C/ Duque de la Victoria, no 23

E-47001 Valladolid


Għajnuna Nru

XS 165/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Toutes les régions de France métropolitaine et les départements d'outre-mer

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Fonds de Développement des Entreprises (FDPMI)

Bażi legali

Règlement d'exemption (CE) no 70/2001 prolongé par le règlement (CE) no 1796/2006

Pour les collectivités territoriales: articles L. 1511-2 et L. 1511-3 du Code général des collectivités territoriales (CGCT) — Pour l'État, articles L. 2251-1, L. 3231-1, L. 4211-1 du CGCT

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 34 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.5.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

30.6.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji, Il-manifattura kollha, Is-servizzi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Soit le Ministère de l'industrie/DGE pour l'État, soit les collectivités territoriales, chacun en ce qui le concerne.

Pour le Ministère de l'industrie/DGE:

12, rue Villiot

F-5572 Paris Cedex 12


Għajnuna Nru

XS 172/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Nordrhein-Westfalen

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Programm für rationelle Energieverwendung, regenerative Energien und Energiesparen — progres.nrw

Förderbaustein: Forschung und Entwicklung

Bażi legali

1.

Verordnung (EG) Nr. 70/2001 der Kommission vom 12. Januar 2001

2.

Änderungsverordnung (EG) Nr. 364/2004 der Kommission vom 25. Februar 2004

3.

§ 44 Landeshaushaltsordnung NRW

4.

Empfehlung 2003/361/EG der Kommission vom 6. März 2003 betreffend die Definition der kleinen und mittleren Unternehmen

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 8 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.4.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2007

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Bezirksregierung Arnsberg, Dezernat 85

Goebenstraße 25

D-44135 Dortmund


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/16


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1976/2006

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/07)

Għajnuna Nru

XE 17/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Toutes les régions de France métropolitaine et les départements d'outre-mer

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Aide au recrutement de cadre

Bażi legali

Règlement d'exemption (CE) no 2204/2002 prolongé par le règlement (CE) no 1976/2006

Pour les collectivités territoriales: articles L. 1511-2 et L. 1511-3 du Code général des collectivités territoriales (CGCT) — Pour l'État, articles L. 2251-1, L. 3231-1, L. 4211-1 du CGCT.

L-Estimi

Baġit annwali: 13 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.5.2007

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol; Art. 5 Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità; Art. 6: Impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità:

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (1)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Soit le Ministère de l'industrie/DGE, soit les collectivités territoriales, chacun en ce qui le concerne.

Pour le Ministère de l'industrie/DGE:

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna statali fi ħdan is-settur.


INFORMAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/17


(Traduzzjoni)

Ittra mid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti dwar SWIFT/programm għat-traċċar tal-finanzjament tat-terroriżmu

(2007/C 166/08)

28 ta' Ġunju 2007

Is-Sur Peer Steinbrück

Ministru Federali tal-Finanzi

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Is-Sur Franco Frattini

Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea

Għażiż Ministru Steinbrück u Viċi-President Frattini:

Id-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti huwa kuntent li qed jgħaddi lill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea sett ta' rappreżentazzjonijiet li jiddeskrivu l-kontrolli u s-salvagwardji li jirregolaw it-trattament, l-użu u d-disseminazzjoni ta' data taħt il-programm għat-(“Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu” —“TFTP”).

It-TFTP fih strati multipli u sovra-imposti ta' kontrolli governattivi u indipendenti biex ikun żgurat li d-data, li hija limitata fin-natura, tintuża strettament għal skopijiet ta' kontra t-terroriżmu, li d-data tinżamm biss kemm meħtieġ għall-finijiet kontra t-terroriżmu u li d-data kollha tinżamm f'ambjent sigur u tkun trattata b'mod xieraq.

Bħala sinjal ta' l-impenn u s-sħubija tagħna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu globali u l-finanzjament tiegħu, inkludejna fir-rappreżentazzjonjiet dispożizzjoni għall-kondiviżjoni ta' aktar informazzjoni dwar t-TFTP ma' Ewropew eminenti li għandu jinħatar f'konsultazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor. Il-kompitu ta' din il-persuna ser ikun li tikkonferma li l-programm huwa implimentat b'mod konsistenti mar-rappreżentazzjonijiet għall-iskop li tkun verifikata l-protezzjoni ta' data personali li toriġina mill-UE. Ser jinqablu aktar dettalji prattiċi għat-twettiq ta' dawn ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza.

Id-Dipartiment tat-Teżor ser jipprova jippubblika dawn ir-rappreżentazzjonijiet fir-reġistru federal amerikan (“Reġistru Federali ta' l-Istati Uniti”) u jagħti l-kunsens għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dejjem tiegħek,

Stuart A. LEVEY


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/18


(Traduzzjoni)

Proċessar ta' Data Personali li toriġina mill-UE min-naħa tad-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti għal finijiet Kontra t-Terroriżmu — “SWIFT”

(2007/C 166/09)

Programm ta' Rintraċċar tal-Finanzi tat-Terroristi — Rappreżentazzjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti

Dawn ir-rappreżentazzjonijiet jiddeskrivu l-Programm ta' Rintraċċar tal-Finanzi tat-Terroristi tad-“Dipartiment tat-Teżor” ta' l-Istati Uniti (TFTP) u, b'mod partikolari, il-kontrolli u s-salvagwardji rigorużi li jirregolaw l-immaniġġar, l-użu, u d-disseminazzjoni ta' data li tasal mingħand is-SWIFT taħt l-obbligu ta' ċitazzjoni amministrattiva. Dawn il-kontrolli u salvagwardji japplikaw għall-persuni kollha li għandhom aċċess għad-data tas-SWIFT, dment li ma jiġix ikkonstatat mod ieħor f'eżempji speċifiċi bħal dawk li jiddeskrivu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni indikattiva miġjuba mid-data tas-SWIFT ma' gvernijiet barranin.

It-TFTP huwa msejjes fuq il-liġi, b'għanijiet magħżulin bir-reqqa, b'saħħtu u ta' suċċess, u marbut b'salvagwardji ta' privatezza. Huwa jirrappreżenta eżattament dak li ċ-ċittadini jistennew u jittamaw li l-gvernijiet qed jagħmlu biex jipproteġuhom minn theddid terroristiku.

Il-Programm ta' Rintraċċar tal-Finanzi tat-Terroristi tad-Dipartiment tat-Teżor

Ftit wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, bħala parti minn sforz biex jiġu impjegati l-mezzi kollha disponibbli biex jiġu rrintraċċati t-terroristi u n-netwerks tagħhom, id-Dipartiment tat-Teżor beda t-TFTP. Taħt it-TFTP, id-Dipartiment tat-Teżor ħareġ ċitazzjonijiet amministrattivi għad-data relatata mat-terroristi liċ-ċentru operattiv tas-Soċjetà Dinjija għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja fl-Istati Uniti (SWIFT), kooperattiva bbażata l-Belġju li topera sistema dinjija ta' messaġġi użata biex tiġi trasemssa informazzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji. Iċ-ċitazzjonijiet jirrikjedu li s-SWIFT tagħti lid-Dipartiment tat-Teżor ċerti rekords ta' tranżazzjonijiet finanzjarji — miżmuma miċ-ċentru operattiv tas-SWIFT fl-Istati Uniti waqt il-ħidma ta' kuljum tiegħu — biex jintużaw esklussivament għal finijiet kontra t-terroriżmu kif speċifikat fit-taqsimiet li ġejjin.

Prinċipji Fundamentali għat-TFTP

Sa mill-bidu tiegħu, it-TFTP ġie mfassal u implimentat biex jissodisfa l-ħtiġiet applikabbli ta' l-Istati Uniti, biex jikkontribwixxi b'mod li jagħmel sens fil-ġlieda kontra t-terroriżmu dinji, u biex jirrispetta u jipproteġi s-sensitività kummerċjali potenzjali ta' u l-interessi ta' privatezza fid-data tas-SWIFT miżmuma fl-Istati Uniti. It-TFTP iqis is-sensitività kummerċjali potenzjali u l-interessi individwali tal-privatezza fl-informazzjoni li jkopri, u s-salvagwardji ddettaljati f'dawn ir-rappreżentazzzjonijiet japplikaw irrispettivament miċ-ċittadinanza jew mill-post ta' residenza ta' l-individwi involuti. Il-programm fih saffi multipli, sovrapposti ta' kontrolli governattivi u indipendenti biex jiżgura li d-data, li fin-natura tagħha hija limitata, isir tiftix fiha biss għal finijiet ta' kontra t-terroriżmu u li d-data kollha tinżamm f'ambjent sikur u tiġi mmaniġġjata b'mod xieraq.

L-azzjonijiet kollha mid-Dipartiment tat-Teżor biex jikseb informazzjoni speċifika miċ-ċentru operattiv tas-SWIFT fl-Istati Uniti u biex juża dik l-informazzjoni esklussivament għall-investigazzjoni, l-individwazzjoni, il-prevenzjoni, u/jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu jew investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ta' segwitu relatati huma skond il-liġi ta' l-Istati Uniti. Barra minn hekk, id-data mgħoddija mis-SWIFT ma titfittixx biex tinġabar evidenza jew biex tiġi individwata attività li mhix relatata mat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu, anki jekk tali attività fiha nnifisha tista' tmur kontra l-liġi. Id-Dipartiment tat-Teżor ma jwettaqx tiftix fuq data tas-SWIFT, u lanqas ma tista' tintuża l-informazzjoni, f'rabta ma' investigazzjonijiet ġenerali ta' evażjoni tat-taxxa, money laundering, spjunaġġ ekonomiku, traffikar tan-narkotiċi jew attività kriminali oħra, dment li f'xi mument partikolari din l-attività ma kenitx marbuta mat-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu.

Id-data li tasal mingħand is-SWIFT taħt l-obbligu ta' ċitazzjonijiet jikkonsistu f'kopji ta' messaġġi kompluti ta' transazzjonijiet finanzjarji, jiġifieri, kopji elettroniċi ta' rekords tan-negozju miżmumin fiċ-ċentru operattiv tas-SWIFT fl-Istati Uniti waqt il-ħidma ta' kuljum. Għalkemm din id-data tista' tgħaddi minn xi proċessar fis-sens tal-kapaċità ferm ristretta kontra t-terroriżmu ta' tfittxija u teħid tad-data deskritt hawnhekk, ma hemm l-ebda tibdil, manipolazzjoni, żjieda jew tħassir ta' data f'messaġġi ta' tranżazzjonijiet individwali fid-database li jista' jitfittex.

It-TFTP ta prova li huwa għodda investigattiva b'saħħitha li ta kontribut sinifikanti fil-protezzjoni taċ-ċittadini ta' l-Istati Uniti u persuni oħrajn madwar id-dinja u fis-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali ta' l-Amerika u ta' pajjiżi oħrajn. Il-programm kien strumentali fl-identifikazzjoni u l-qbid ta' terroristi u min jiffinanzjahom, u ġġenera diversi ħjiel li ngħataw lil esperti għal kontra t-terroriżmu fl-intelligence u fl-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi madwar id-dinja.

Tħassib fl-Unjoni Ewropea

Wara l-iżvelar tat-TFTP mill-medja pubblika f'Ġunju 2006, kien hemm tħassib fl-UE dwar il-programm TFTP u, partikolarment, dwar il-possibbiltà li d-Dipartiment tat-Teżor jista' jkollu aċċess għal data personali li tkun fit-tranżazzjonijiet finanzjarji pproċessati mis-SWIFT relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. B'mod partikolari tqajmu kwistjonijiet dwar il-konsistenza tat-TFTP ma' l-obbligi skond id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data), kif ukoll il-liġijiet ta' l-Istati Membri li jimplimentaw dik id-Direttiva.

In-Natura tad-Data tas-SWIFT

Ir-rekords ta' tranżazzjonijiet finanzjarji mogħtija mis-SWIFT taħt l-obbligu ta' ċitazzjoni jistgħu jinkludu informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-oriġinatur u/jew ir-riċevitur tat-tranżazzjoni, inkluż l-isem, in-numru tal-kont, l-indirizz, in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali, u data oħra personali. Huwa verament rari li r-rekords finanzjarji tas-SWIFT ikunu jinkludu data “sensittiva” kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE (jiġifieri, data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija trade-unjonistika, u data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' l-individwu).

Priniċipji Internazzjonali għall-Finanzjament kontra t-Terroriżmu

Id-data tas-SWIFT użata fit-TFTP hija estremament prezzjuża fil-ġlieda kontra t-terroriżmu globali u l-finanzjament tiegħu, u fit-twettiq tar-responsabbiltà tal-gvern li jiddefendi l-pubbliku u jissalvagwarda s-sigurtà nazzjonali u li jindividwa, jipprevjeni, jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati terroristiċi.

Il-komunità internazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali jagħrfu li l-flus huwa d-demm li jgħajjex lit-terroriżmu. Dan huwa rifless fil-Konvenzjoni Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1999 għat-Trażżin tal-Finanzjament tat-Terroriżmu u għadd ta' riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-prevenzjoni u t-trażżin tal-finanzjament ta' atti terroristiċi, partikolarment ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1373. Fl-Istati Uniti, id-Dipartiment tat-Teżor u l-Kungress stabbilixxew l-Uffiċċju tat-Terroriżmu u l-Intelligence Finanzjarja fl-2004 biex jgħaqqad il-funzjonijiet ta' l-infurzar u ta' intelligence tad-Dipartiment bl-għan doppju li tiġi salvagwardata s-sistema finanzjarja kontra l-użu illeċitu u jiġġieled, fost l-oħrajn, it-theddid terroristiku u theddid ieħor għas-sigurtà nazzjonali. Id-diversi komponenti ta' l-uffiċċju jiġbru u janalizzaw informazzjoni mill-komunitajiet ta' l-infurzar tal-liġi, l-intelligence u finanzjarji dwar kif it-terroristi (u kriminali oħrajn) jiggwadanjaw, iċaqalqu u jaħżnu l-flus. Dawn l-attivitajiet jippermettu lill-uffiċċju jiffriża l-assi tat-terroristi, jiġġieled kontra t-terroriżmu b'mod ġenerali, u jiżviluppa u jippromwovi standards ta' finanzjament kontra t-terroriżmu fl-Istati Uniti u barra minnhom.

Dawn u inizjattivi oħrajn jirriflettu r-realtà ta' kuljum li t-terroristi jiddependu fuq fluss regolari ta' flus biex iħallsu operattivi, jirranġaw għall-vjaġġi, iħarrġu membri ġodda, jiffalsifikaw dokumenti, iħallsu rikatti, jiksbu armi, u jwettqu attakki. Sabiex jibagħtu l-flus permezz tas-sistema bankarja, huma spiss jipprovdu informazzjoni li tagħti t-tip ta' ħjiel konkreti li jistgħu imexxu 'l quddiem investigazzjoni dwar terroriżmu. Huwa għalhekk li l-uffiċjali għal kontra t-terroriżmu jivvalorizzaw ħafna l-intelligence finanzjarja, inkluża dik li ġejja minn programmi bħat-TFTP, li ta prova li huwa ta' valur inestimabbli fil-ġlieda globali kontra t-terroriżmu.

Huwa għalhekk li l-industrija finanzjarja hjia soġġetta għal żamma estensiva ta' rekords u ħtiġiet ta' rapporti li huma maħsuba li jappoġġaw l-isforzi governattivi kontra t-terroriżmu. Pajjiżi madwar id-dinja qed jitolbu dan bil-liġi, b'konsistenza mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja. Per eżempju, fl-Istati Uniti, l-awtorità statutorja ewlenija hija l-Att dwar is-Segretezza Bankarja. Fl-Ewropa, ġew implimentati dispożizzjonijiet simili fil-liġi nazzjonali b'konsistenza mat-Tielet Direttiva dwar il-Money Laundering u, aktar reċentement, ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi.

Awtorità Ġuridika għall-Ksib u l-Użu tad-Data tas-SWIFT

Iċ-ċitazzjonijiet maħruġa lis-SWIFT huma bbażati fuq awtoritajiet statutorji li ilhom attwati u ordni Eżekuttiv relatat għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu. L-Att dwar is-Setgħat Ekonomiċi ta' Emerġenza Internazzjonali ta' l-1977 (IEEPA) jawtorizza lill-President ta' l-Istati Uniti, matul emerġenza nazzjonali dikjarata, biex jinvestiga t-trasferimanti bankarji u tranżazzjonijiet oħra fejn persuna barranija għandha xi interess. Bl-istess mod, l-Att ta' Parteċipazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1945 (UNPA) tawtorizza lill-President, fl-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, biex jinvestiga r-relazzjonijiet jew il-mezzi ta' komunikazzjoni ekonomiċi bejn kwalunkwe persuna barranija u l-Istati Uniti.

Fit-23 ta' Settembru 2001, il-President, parzjalment jiddependi mill-IEEPA u mill-UNPA u filwaqt li kkwota r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li kellhom fil-mira t-Taliban u l-Al Qaida, ħareġ l-Ordni Eżekuttiv 13224. F'dak l-Ordni, il-President iddikkjara emerġenza nazzjonali biex jittratta l-attakki terroristiċi ta' 9/11 u t-theddida li kienet għaddejja u immedjata ta' aktar attakki, u blokka l-proprjetà ta', u pprojbixxa t-tranżazzjonijiet ma', persuni li jikkommettu, jheddu li jikkommettu, jew jappoġġaw it-terroriżmu.

Għall-finijiet ta' l-Ordni Eżekuttiv 13224, it-tielet taqsima fiha d-definizzjoni li ġejja:

it-terminu “terroriżmu” jfisser attività li—

(i)

tinvolvi att vjolenti jew att perikoluż għall-ħajja tal-bniedem, il-proprjetà jew l-infrastruttura; u

(ii)

tidher li tkun maħsuba—

(A)

biex tintimida jew iġġiegħel popolazzjoni ta' ċivili;

(B)

biex tinfluwenza l-politika ta' gvern permezz ta' intimidazzjoni jew ġegħil; jew

(C)

biex taffettwa l-imġieba ta' gvern permezz ta' qerda massiva, qtil, ħtif, jew qbid ta' ostaġġi.

Fit-taqsima 7 ta' l-Ordni, il-President awtorizza lis-Segretarju tad-Dipartiment tat-Teżor biex juża l-poteri kollha mogħtija lill-President mill-IEEPA u l-UNPA skond il-ħtieġa biex iwettaq il-finijiet ta' l-Ordni. Huwa awtorizza wkoll lis-Segretarju tat-Teżor biex jiddelega mill-ġdid kwalunkwe waħda minn dawn il-funzjonijiet lil uffiċjali u aġenziji oħrajn tal-Gvern ta' l-Istati Uniti, u ta' istruzzjonijiet lill-aġenziji kollha tal-Gvern ta' l-Istati Uniti biex jieħdu il-miżuri kollha xierqa fl-awtorità tagħhom biex iwettqu d-dispożizzjonijiet ta' l-Ordni. L-IEEPA u l-Ordni, kif implimentati permezz tar-Regolamenti dwar Sanzjonijiet għat-Terroriżmu Globali, jawtorizza lid-Direttur ta' l-Uffiċċju ta' Kontroll ta' l-Assi Barranin tad-Dipartiment tat-Teżor (OFAC) biex jirrikjedi mingħand kwalunkwe persuna biex tagħti data dwar tranżazzjonijiet finanzjarji jew data oħra f'rabta ma' investigazzjoni relatata ma' sanzjonijiet ekonomiċi. Dawn huma l-awtoritajiet ġuridiċi li taħthom l-OFAC joħroġ ċitazzjonijiet lis-SWIFT għad-data finanzjarja li hija relatata ma' investigazzjonijiet tat-terroriżmu.

Kontroll ta' l-Aċċess u Sigurtà tas-Sistema tal-Kompjuter

Id-data miksuba mis-SWIFT, b'konsistenza mal-proċeduri tal-Gvern ta' l-Istati Uniti għall-immaniġġar ta' l-informazzjoni relatata ma' l-investigazzjoni ta' terroriżmu u l-finanzjament tiegħu b'mod ġenerali, hija soġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi stretti biex jipproteġu l-informazzjoni kontra l-qerda, it-telfien, it-tibdil jew l-aċċess aċċidentali jew kontra l-liġi. Il-miżuri ta' sigurtà kollha li ġejjin huma soġġetti għal verifika indipendenti.

Id-data tas-SWIFT hija miżmuma f'ambjent fiżiku sikur, maħżuna separatament minn kull data oħra, u s-sistemi tal-kompjuter għandhom livelli għoljin ta' kontroll ta' l-intrużjoni u protezzjonijiet oħrajn biex jillimitaw l-aċċess għad-data biss kif deskritt hawnhekk. Ma jsirux kopji tad-data tas-SWIFT, ħlief għal finijiet ta' back-up għal irkupru f'każ ta' diżastru. L-aċċess għad-data u għat-tagħmir tal-kompjuter huwa limitat għal persuni bl-awtorizzazzjoni xierqa tas-sigurtà. Anki fost dawn il-persuni, l-aċċess għad-data tas-SWIFT hija biss read-only u hija limitata permezz tat-TFTP għal ħtieġa stretta ta' informazzjoni għal analisti apposta għall-investigazzjoni ta' terroriżmu u għal persuni involuti fl-appoġġ tekniku, il-ġestjoni u s-superviżjoni tat-TFTP.

Estrazzjoni u Użu Limitati għall-Investigazzjoni ta' Terroriżmu

It-TFTP ma jinvolvix estrazzjoni ta' data jew xi tip ieħor ta' teħid ta' profil algoritmiku jew awtomatizzat jew filtraġġ tal-kompjuter. Inbnew saffi multipli ta' kontrolli stretti fit-TFTP biex jillimitaw l-informazzjoni miġbura, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi estratta u użata biss għal finijiet kontra t-terroriżmu, u biex ikunu protetti l-interessi ta' individwi li m'għandhomx x'jaqsmu mat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu. Dawn is-salvagwardji sovrapposti l-ħin kollu jnaqqsu u jillimitaw b'mod sinifikanti l-aċċess għal u l-użu tad-data finanzjarja mmaniġġata mis-SWIFT fl-operazzjonijiet tagħha ta' kuljum.

F'każ limitu, iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw lis-SWIFT huma mfassla b'attenzjoni u stretti biex jillimitaw l-ammont ta' data mogħtija lid-Dipartiment tat-Teżor. Is-SWIFT hija mitluba tagħti biss id-data li d-Dipartiment tat-Teżor jemmen li hija meħtieġa fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, abbażi ta' analiżijiet passati b'fokus fuq it-tip tal-messaġġ u l-ġeografija, kif ukoll theddid u vulnerabbiltajiet perċepiti. Barra minn hekk, it-tiftix huwa mfassal strett biex jimminimizza l-estrazzjoni tal-messaġġi li mhumiex rilevanti għal investigazzjoni ta' terroriżmu. Id-data mogħtija mis-SWIFT tiġi mfittxija biex tiġi estratta biss l-informazzjoni li hija relatata ma' investigazzjoni ta' terroriżmu identifikata u pre-eżistenti. Dan ifisser li kull tiftixa li ssir għandha tkun tirreferi speċifikament u tirreġistra evidenza dokumentata li ssostni t-twemmin li l-mira għandha x'taqsam mat-terroriżmu u l-finanzjament tagħha. Kull waħda mit-tiftixiet tad-data tas-SWIFT skond it-TFTP tiġi wkoll irreġistrata kontemporanjament, inkluża din ir-rabta fl-affermattiv mat-terroriżmu meħtieġa biex tinbeda t-tiftixa.

Bħala riżultat tas-salvagwardji preċedenti, kienu biss frazzjoni żgħira (jiġifieri, sostanzjalment inqas minn wieħed fil-mija) tas-subset tal-messaġġi tas-SWIFT mogħtija lid-Dipartiment tat-Teżor li effettivament kien hemm aċċess għalihom, u biss minħabba li dawk il-messaġġi kienu telgħu direttament waqt tiftixa mmirata marbuta mat-terroriżmu.

Superviżjoni Indipendenti

Barra mill-eżerċizzju li jkun għaddej tal-kontrolli tad-Dipartiment tat-Teżor deskritti hawnhekk, it-TFTP jinkludi saffi multipli komplimentari ta' superviżjoni indipendenti: mir-rappreżentanti tas-SWIFT stess, ditta ta' verifika indipendenti, u awtoritajiet indipendenti oħra tal-gvern ta' l-Istati Uniti, inkluż il-Kungress ta' l-Istati Uniti.

Is-SWIFT u awdituri minn barra li hija żammet jeżerċitaw is-superviżjoni indipendenti tagħhom tat-TFTP b'diversi modi reċiprokament komplimentari. L-ewwel, xi rappreżentanti tas-SWIFT ingħataw awtorizzazzjoni xierqa biex ikollhom aċċess 24 siegħa kull jum għat-tagħmir u d-data u l-possibbiltà li jimmonitoraw, dak il-ħin stess jew b'mod retrospettiv, l-użu tad-data biex jiżguraw li din ikun hemm aċċess għaliha biss għal finijiet kontra t-terroriżmu. Barra minn hekk, dawn ir-rappreżentanti tas-SWIFT jistgħu jwaqqfu kwalunkwe tiftixa speċifika immedjatament, u jistgħu ukoll jitfu s-sistema kollha kemm hi, jekk ikollhom xi tħassib.

Fir-rigward ta' l-awdituri minn barra, indipendenti, il-manutenzjoni, l-aċċess għal u l-użu tad-data tas-SWIFT huma soġġetti għal verifika kontinwa u perjodika skond protokolli ddelineati b'attenzjoni li huma konsistenti ma' standards ta' awditjar internazzjonali. Dawn il-verifiki ikopru s-salvagwardji tal-kontroll ta' aċċess u s-sigurtà tas-sistema tal-kompjuter, kif ukoll il-limitazzjoni ta' użu tad-data għall-investigazzjoni ta' terroriżmu, kif deskritt hawn fuq. L-awdituri indipendenti jirrappurtaw il-konklużjonijiet tagħhom lill-kumitat ta' verifika u finanzi tal-Bord tad-Diretturi tas-SWIFT.

Barra minn hekk, b'konsistenza mal-liġi ta' l-Istati Uniti, diversi kumitati tal-kungress ġew ripetutament infurmati dwar it-TFTP u l-operat tiegħu, u qed jibqgħu ikunu infurmati fuq bażi regolari. It-TFTP kien ukoll is-suġġett ta' seduti tal-kungress.

Fl-aħħar, il-Bord ta' Superviżjoni tal-Privatezza u l-Libertajiet Ċivili, li ġie stabbilit skond l-Att dwar ir-Riforma ta' l-Intelligence u l-Prevenzjoni tat-Terroriżmu ta' l-2004, jeżerċita superviżjoni tat-TFTP. Il-missjoni tal-Bord hija li jiżgura li t-tħassib fir-rigward tal-privatezza u l-libertajiet ċivili jitqies b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-liġijiet, regolamenti, u linji politiċi eżekuttivi sussidjarji kollha ta' l-Istati Uniti relatati ma' l-isforzi biex jipproteġu lill-Istati Uniti kontra t-terroriżmu. Il-Bord huwa wkoll responsabbli mir-reviżjoni tal-prattiki ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni tad-dipartimenti u l-aġenziji sussidjarji eżekuttivi biex jiddetermina jekk humiex qed jiġu segwiti l-linji gwida mfassla biex jipproteġu b'mod adegwat il-privatezza u l-libertajiet ċivili.

Kif deskritt hawn taħt, din is-superviżjoni estensiva u indipendenti taħdem flimkien ma' kontolli ta' disseminazzjoni restrittiva li joperaw biex ikomplu jnaqqsu l-aċċess għall-informazzjoni li tkun ġejja mir-rekords finanzjarji tas-SWIFT u biex jipproteġu aktar l-interessi tal-privatezza.

Disseminazzjoni u Kondiviżjoni ta' l-Informazzjoni

Il-Komunità internazzjonali għarfet l-importanza kritika tal-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni dwar it-terroriżmu. Per eżempju, il-UNSCR 1373 tappella lill-Istati kollha biex isibu modi sabiex jintensifikaw u jaċċelleraw l-iskambju ta' informazzjoni operattiva tat-terroriżmu u biex jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jipprevjenu t-twettiq ta' atti terroristiċi. Bl-istess mod, it-taqsima 6 ta' l-Ordni Eżekuttiv 13224 jirrikjedi lis-Segretarju tat-Teżor (u uffiċjali oħrajn) biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa sabiex jikkooperaw u jikkordinaw ma' pajjiżi oħrajn biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Ordni, inkluż il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' terroriżmu, billi jiċħdu l-finanzjament u s-servizzi finanzjarji lit-terroristi, u jikkondividu l-intelligence dwar attivitajiet ta' finanzjament b'appoġġ għat-terroriżmu. Huwa fuq dan l-isfond li l-informazzjoni miġjuba mid-data tas-SWIFT tiġi kondiviża b'mod xieraq ma' msieħba domestiċi u internazzjonali. Kif huwa minnu bl-aspetti l-oħra kollha tat-TFTP, din il-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni hija skond il-liġi ta' l-Istati Uniti u soġġetta għal serje ta' salvagwardji mfassla biex jipproteġu d-data tas-SWIFT u l-interessi tal-privatezza tal-persuni li tista' tappartjeni lilhom.

L-analisti ta' kontra t-terroriżmu li jwettqu tiftix għat-TFTP jivverifikaw ir-rilevanza ta' kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta b'risposta għal tiftixa qabel ma dik l-informazzjoni titħejja għad-disseminazzjoni permezz ta' kanali sikuri. Id-Dipartiment tat-Teżor ukoll jeżerċita kontroll fuq l-oriġinatur dwar kwalunkwe disseminazzjoni sussegwenti ta' l-informazzjoni, u dan ifisser li ebda riċevitur ma jitħalla jkompli jxerred l-informazzjoni mingħajr l-approvazzjoni espressa minn qabel mid-Dipartiment tat-Teżor. F'dak ir-rigward, kif jiġri bi kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat tad-data tas-SWIFT, kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni li ġejja mit-TFTP jista' jirriżulta f'azzjoni dixxiplinarja stretta jew fl-impożizzjoni ta' pieni ċivili jew kriminali.

L-informazzjoni miġjuba mid-data tas-SWIFT hija kondiviża taħt kontrolli stretti ma' aġenziji oħrajn ta' l-Istati Uniti fl-intelligence u fil-komunitajiet ta' l-infurzar tal-liġi biex tintuża esklussivament għall-fini ta' l-investigazzjoni, l-individwazzjoni, il-prevenzjoni, u/jewil-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu jew investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet relatati ta' segwitu. Din il-kondiviżjoni hija awtorizzata mill-Att dwar is-Sigurtà Nazzjonali, l-Att dwar ir-Riforma ta' l-Intelligence u l-Prevenzjoni tat-Terroriżmu ta' l-2004, u numru ta' Memoranda ta' Fehim u Ordnijiet eżekuttivi relatati. L-aġenziji destinatarji għandhom l-istess obbligi skond il-liġi ta' l-Istati Uniti bħad-Dipartiment tat-Teżor biex jipproteġu l-informazzjoni miġjuba mit-TFTP. Huwa importanti li jiġi nnutat illi l-informazzjoni miġjuba mit-TFTP hija kondiviża ma' aġenziji oħrajn ta' l-Istati Uniti għal finijiet indikattivi biss, bl-użu tagħha limitat bħala evidenza fl-affermattiv waqt proċedimenti legali. L-aġenziji destinatarji jużaw l-awtoritajiet jegali eżistenti tagħhom stess biex iwettqu l-investigazzjonijiet tagħhom, inkluż biex jiksbu dokumentazzjoni minn sorsi oħra li aktar tard ikunu jistgħu jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti legali.

Dawn l-aġenziji oħrajn tal-gvern ukoll jikkondividu informazzjoni indikattiva miġjuba mid-data tas-SWIFT mal-kontropartijiet tagħhom barranin għall-istess finijiet, b'kull każ jiġi approvat mid-Dipartiment tat-Teżor meta dan ikun iġġustifikat mis-sigurtà nazzjonali u minn interessi ta' infurzar tal-liġi. Ħafna mill-indikazzjonijiet miġjuba mit-TFTP ġew kondiviżi ma' awtoritajiet barranin, bħala materja ġenerali mingħajr l-iżvelar tat-TFTP bħala s-sors.

Fir-rigward tad-disseminazzjoni pubblika tad-data tas-SWIFT, id-Dipartiment tat-Teżor jittratta d-data bħala informazzjoni klassifikata, sensittiva fl-infurzar tal-liġi u kunfidenzjali fin-negozju. Għaldaqstant, id-Dipartiment tat-Teżor ma jridx u ma jagħmilx din id-data disponibbli pubblikament sakemm ma jkunx mitlub jagħmel dan mil-liġi. F'dak ir-rigward, id-Dipartiment tat-Teżor jieħu l-pożizzjoni f'rabta ma' kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju li jkun ġej minn talba ta' l-Att għal-Libertà ta' Informazzjoni (FOIA) minn partijiet terzi għat-TFTP, li skond il-FOIA dawn ir-rekords huma eżenti mill-iżvelar.

Rimedju

In-natura limitata tad-data f'messaġġ individwali ta' tranżazzjoni tas-SWIFT, il-mod ristrett li bih jista' jkun hemm aċċess għal ċerta data tas-SWIFT permezz tat-TFTP bħala parti minn investigazzjoni pre-eżistenti ta' terroriżmu, u l-limitazzjonijiet għad-disseminazzjoni bħala informazzjoni indikattiva inaqqsu b'mod sinifikanti il-pertinenza ta' mekkaniżmu ta' rimedju bħala parti mit-TFTP innifsu. Minkejja dan, skond il-liġi ta' l-Istati Uniti hemm disponibbli rimedju xieraq għall-possibbiltà ta' użu żbaljat mill-awtoritajiet governattivi.

Fir-rigward ta' interess li ġej minn persuna fiżika speċifika dwar l-użu tad-data u l-kapaċità li jintalab rimedju għal użu żbaljat possibbli, trid issir distinzjoni bejn data li tista' titfittex mogħtija mis-SWIFT u messaġġi estratti bħala parti minn investigazzjoni mmirata ta' terroriżmu li jistgħu iservu bħala l-bażi għal deċiżjoni amministrattiva jew għal azzjoni governattiva oħra. Id-data li tasal mis-SWIFT taħt l-obbligu ta' ċitazzjonijiet ta' l-OFAC jikkonsistu minn kopji ta' messaġġi ta' tranżazzjonijiet finanjarji lesti, jiġifieri, kopji elettroniċi ta' rekords ta' negozju miżmuma mil-faċilità s-SWIFT fl-Istati Unitifil-ħidma tagħha ta' kuljum. Għalkemm din id-data tista' tgħaddi minn xi proċessar fis-sens tal-kapaċità ristretta ferm ta' tiftix-teħid għal kontra t-terroriżmu, ma hemmx tibdil, manipolazzjoni, żiediet jew tħassir tad-data f'messaġġi ta' tranżazzjonijiet individwali fid-databes li jista' jitfittex.

Barra minn hekk, huwa għal darba oħra importanti li jiġi enfasizzat li l-maġġoranza l-kbira tal-messaġġi ta' tranżazzjonijiet mis-SWIFT qatt mhu ser jiġu kkonsultati viżwalment lanqas mill-analisti ta' kontra t-terroriżmu, u għalhekk ma humiex magħrufin. Għaldaqstant, it-tweġiba għal inkjesta dwar privatezza minn persuna fiżika dwar jekk l-informazzjoni dwar dak l-individwu hix inkluża fid-database tkun teħtieġ, kważi fil-każijiet kollha, l-aċċess għal data li kieku qatt ma kien ser ikun hemm aċċess għaliha fl-operat normali tat-TFTP. Tali aċees ikun inkonsistenti mal-ħtiġiet tat-TFTP li kull tiftixa irid ikollha rabta pre-eżistenti mat-terroriżmu. Fl-aħħar nett, billi m'hemmx tibdil, manipolazzjoni, tħassir jew żidiet tad-data fid-database li jista' jitfittex, ma hemm l-ebda bażi li tiġi “rettifikata” xi informazzjoni. Barra minn hekk, dan iservi biex jinbidlu r-rekords tan-negozju lesti mfittxija miċ-ċitazzjoni ta' l-OFAC.

Aktar ipproċessar tad-data f'messaġġ ta' tranżazzjoni individwali iseħħ biss fir-rigward tal- messaġġi ta' tranżazzjoni individwali, li huma relattivament ftit, li jitilgħu direttament waqt tiftixa mmirata marbuta mat-terroriżmu u jiġu estratti mid-database tat-tiftix.Ladarba tkun estratta u soġetta għall-kontrolli multipli li jillimitaw id-disseminazzjoni għal finijiet kontra t-terroriżmu, ir-rimedju għal użu allegatament żbaljat jista' jitfittex kif xieraq billi jiġu segwiti l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji fir-rigward ta' l-azzjoni tal-gvern fuq dik l-informazzjoni ddisseminata.

L-opportunità għal rimedju tista' tintwera kif ġej fir-rigward ta' azzjoni amministrattiva li tittieħed mill-OFAC biex tiġi blukkata proprjetà skond ir-Regolamenti dwar Sanzjonijiet għat-Terroriżmu Globali li jimplimentaw l-Ordni Eżekuttiv 13224. Persuna tista' tfittex rikonsiderazzjoni amministrattiva mill-OFAC dwar l-assenjazzjoni tiegħu jew tagħha bħala terrorista globali speċjalment indikat, fejn dik il-persuna tingħata l-opportunità turi li “ċ-ċirkustanzi li jirriżultaw mill-assenjazzjoni m'għadhomx japplikaw” u li “tippreżenta argumenti jew evidenza li l-persuna temmen li tistabbilixxi teżisti bażi insuffiċjenti għall-assenjazzjoni.” Terrorista globali speċjalment indikat jista' jfittex ukoll reviżjoni ġudizzjarja ta' deċiżjoni ta' aġenzija skond dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Att ta' Proċedura Amministrattiva. Dawn il-mogħdijiet amministrattivi u ġudizzjarji biex jinstab rimedju japplikaw għal kwalunkwe persuna li hija l-oġġett tad-deċiżjoni tal-gvern, hi x'inhi ċ-ċittadinanza.

Perijodu taż-żamma

Il-perijodu ta' żmien għaż-żamma ta' informazzjoni kontra t-terroriżmu (u kwalunkwe informazzjoni oħra) hija funzjoni ta' għadd ta' fatturi stabbiliti sew, inklużi l-ħtiġiet investigattivi, l-istatuti ta' limitazzjoni applikabbli, u limiti regolatorji għal pretensjonijiet u prosekuzzjoni. L-applikabbiltà u l-operat ta' dawn il-fatturi u oħrajn ivarjaw minn aġenzija għal aġenzija, jiddependi min-natura tad-dmirijiet u l-missjonijiet speċifiċi ta' l-aġenzija. Għaldaqstant, il-perijodi taż-żamma għal ċerti tipi ta' informazzjoni relatata mat-terroriżmu miġbura minn diversi aġenziji jiddependu min-natura ta' l-informazzjoni u l-investigazzjoni li magħhom hija relatata.

Fi ħdan il-Gvern ta' l-Istati Uniti, l-iskedi taż-żamma u tad-disponibbiltà għar-rekords ta' l-aġenziji huma approvati mill-Amministrazzjoni ta' l-Arkivji u r-Reġistru Nazzjonali (NARA) skond diversi statuti u regolamenti. Ir-rekords kollha li jitqiesu mhux ta' valur permanenti għandhom jiġu skedati li jinqerdu wara perijodu ta' żmien speċifikat abbażi ta' valuri amministrattivi, fiskali u legali spjegati. Fattuti meqjusin minn NARA fl-approvazzjoni tal-perijodi ta' żamma ta' rekords minn aġenziji jinkludu statuti ta' limitazzjoni applikabbli; limiti regolatorji għall-pretensjonijiet u l-prosekuzzjoni; il-potenzjal ta' frodi; riskji ta' litigazzjoni u drittijiet sostantivi; u statuti jew regolament li jagħtu jew jillimitaw dritt ġuridiku speċifiku.

Fir-rigward ta' perijodu ta' żmien għaż-żamma ta' informazzjoni relatata mat-TFTP, trid issir għal darba oħra distinzjoni bejn id-data ċitata mis-SWIFT u d-data estratta li jservu bħala l-bażi għal deċiżjoni amministrattiva jew azzjoni governattiva oħra.

Id-Dipartiment tat-Teżor ser jaħdem fuq bażi kontinwa u ta' l-anqas annwali biex jidentifika u jħassar id-data kollha mhux estratta li mhix meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' finijiet imsemmija f'dawn ir-Rappreżentazzjonijiet. Soġġetta għar-riżultati ta' l-analiżi bbażata fuq il-ħtieġa msemmija hawn fuq, id-data kollha mhux estratta li tasal għand id-Dipartiment tat-Teżor nmis-SWIFT wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn ir-Rappreżentazzjonijiet ser titħassar mid-Dipartiment tat-Teżor mhux aktar tard minn ħames snin wara li jaslu għand id-Dipartiment tat-Teżor. Soġġetta għar-riżultati ta' l-analiżi bbażata fuq il-ħtieġa msemmija hawn fuq, id-data l-oħta kollha mhux estratta ser titħassar mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn ir-Rappreżentazzjonijiet.

Data estratta li titla' direttament waqt tiftixa mmirata marbuta mat-terroriżmu li kienet soġġetta għall-kontrolli multipli ta' disseminazzjoni deskritti hawn fuq għal finijiet kontra t-terroriżmu, għandha tkun soġġetta għall-perijodu ta' żamma applikabbli għall-awtorità governattiva partikolari fir-rigward tar-rekords investigattivi partikolari tagħha.

Per eżempju, data tas-SWIFT estratta permezz tat-TFTP tista' tintuża fl-investigazzjoni ta' individwu għal assenjazzjoni possibbli skond ir-Regolamenti dwar Sanzjonijiet għat-Terroriżmu Globali ta' l-OFAC. Skond l-iskeda taż-żamma ta' rekords ta' l-NARA approvata mill-OFAC, jekke tittieħed deċiżjoni amministrattiva finali biex individwu jiġi assenjat (liema deċiżjoni ssir pubblika), l-informazzjoni li fuqha tkun ittieħdet id-deċiżjoni tinżamm permanentement bħala rekord bil-miktub ta' l-evidenza b'appoġġ għall-azzjoni ta' l-aġenzija. Il-fajl bl-evidenza jinżamm għal reviżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji possibbli f'każ li assenjazzjoni tiġi kkontestata, u wkoll bħala appoġġ għal aktar investigazzjonijiet tat-terroriżmu. Alternattivament, jekk investigazzjoni tingħalaq mingħajr assenjazzjoni, il-fajls investigattivi huma soġġetti li jinqerdu fuq il-post qabel sena minn meta titlesta l-investigazzjoni.

Fl-aħħar nett, b'mod konsistenti mal-qafas ġuridiku ta' l-Istati Uniti deskritt hawn fuq, il-perijodu taż-żamma għall-informazzjoni indikattiva ġejja mit-TFTP li tkun ġiet disseminata hija rregolata mir-regolamenti u l-iskedi ta' l-aġenzija jew il-gvern destinatarju. Per eżempju, kwalunkwe informazzjoni miksuba li tintuża fi prosekuzzjoni ta' Dipartiment tal-Ġustizzja tkun soġġetta għall-perijodi ta' żamma applikabbli tad-Dipartiment tal-Ġustizzja.

Kooperazzjoni Kontra t-Terroriżmu li Għaddejja

It-TFTP kien ta' valur kbir fil-ġlieda globali kontra t-terroriżmu, inkluż fl-Ewropa. Il-Gvern ta' l-Istati Uniti ser ikompli jivvaluta bil-għaqal jekk kwalunkwe informazzjoni miġjuba permezz tat-TFTP tistax tikkontribwixxi għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġlieda kontra jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tiegħu f'wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jew aktar u, fil-każijiet kollha xierqa, ser jagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet ġusti bl-aktar mod malajr possibbli.

Bħala sinjal ta' l-impenn u s-sħubija tagħna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, persuna eminenti Ewropea ser tinħatar biex tikkonferma li l-programm huwa implimentat b'mod konsistenti ma' dawn ir-Rappreżentazzjonijiet għall-fini ta' verifika tal-protezzjoni ta' data personali li toriġina mill-UE. B'mod partikolari, il-persuna eminenti ser tivverifika li l-proċessi għat-tħassir ta' data mhux estratta ikun twettaq.

Il-persuna eminenti ser ikollha l-esperjenza u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà xierqa, u ser tinħatar għal perijodu li jiġġedded ta' sentejn mill-Kummissjoni Ewropea b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor. Il-persuna eminenti ser taġixxi b'indipendenza sħiħa fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha il-Persuna eminenti m'għandhiex la tfittex u lanqas tieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd. Il-persuna eminenti m'għanda twettaw l-ebda azzjoni li hija inkompatibbli mad-dmirijiet tiegħu jew tagħha skond din il-ħatra.

Il-persuna eminenti ser tirrapporta is-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu jew tagħha kull sena bil-miktub lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni min-naħa tagħha ser tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif opportun.

Id-Dipartiment tat-Teżor ser jagħti lill-persuna eminenti aċċess, informazzjoni u data meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Il-persuna eminenti ser taġixxi lħin kollu f'konformità mas-segretezza u l-konfidenzjalità meħtieġa imposti mil-liġi. Id-dettalji prattiċi ser ikunu maqbula mad-Dipartiment tat-Teżor.

Id-Dipartiment tat-Teżor ukoll ser jinforma lill-Unjoni Ewropea b'kull bidla materjali fis-salvagwardji mniżżlin f'dawn ir-rappreżentazzjonijiet u bi kwalunkwe leġislazzjoni li tgħaddi fl-Istati Uniti li materjalment taffettwa d-dikjarazzjonijiet magħmula fir-Rappreżentazzjonijiet.

Id-Dipartiment tat-Teżor ser jaħdem bla heda biex dawn ir-Rappreżentazzjonijiet jiġu ppubblikati fir-Reġistru Federali u jawtorizza l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/26


(Traduzzjoni)

Tweġiba mill-Unjoni Ewropea lid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti — SWIFT/programm għat-traċċar tal- finanzjament tat-terroriżmu

(2007/C 166/10)

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tat-28 ta' Ġunju li fiha rappreżentazzjonijiet dwar l-ipproċessar u l-ħarsien ta' data personali ċitata minn SWIFT fl-Istati Uniti taħt il-“Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu”.

Nilqgħu dawn ir-rappreżentazzjonijiet unilaterali u l-opportunità li d-Dipartiment tagħkom ta lill-Unjoni Ewropea li jkollha l-fehmiet u t-tħassib tagħha debitament riflessi fir-rappreżentazzjonijiet.

Ladarba Swift u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħmlu użu tas-servizzi tiegħu jkunu temmew l-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-liġi KE, b'mod partikolari permezz tal-provvediment ta' informazzjoni li data personali ser tkun trasferita għal finijiet kummerċjali lill-Istati Uniti u, fir-rigward ta' SWIFT, ir-rispett tal-prinċipji ta' “Port Sigur”, soġġett għal aċċess legali mid-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti, Swift u l-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija ser ikunu konformi mar-responsabbiltajiet legali rispettivi taħt il-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.

Ir-rappreżentazzjonijiet jipprovdu għal sorveljanza minn Ewropew eminenti li għandu jinħatar f'konsultazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor. Issa ser nibdew il-proċess ta' identifikazzjoni ta' kandidati xierqa sabiex din il-ħidma tista' tibda fl-ewwel semestru ta' l-2008. Il-Kummissjoni ser tagħmel kuntatt mal-persunal tagħkom biex jaqbel mad-dettalji prattiċi dwar din il-ħidma ta' sorveljanza.

Nirringrazzjakom għal- kooperazzjoni tagħkom f'din il-kwistjoni, li turi s-saħħa ta' l-impenn kondiviż għal libertajiet ċivili, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-funzjonament bla xkiel tas-sistema finanzjarja internazzjonali,

Dejjem tiegħek,

Għall-Kummissjoni

FRATTINI

(Viċi-President)

Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

PEER STEINBRÜCK

(Ministru Federali tal-Finanzi)


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/27


Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Franċiża fl-okkażjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Presidenza tiffirma l-abbozz ta' tweġiba għall-ittra tas-Segretarju Amerikan għat-Treżor rigward l-aċċess għad-data ta' SWIFT

(2007/C 166/11)

Id-delegazzjoni Franċiża talbet li d-dikjarazzjoni li ġejja tkun inkluża fil-minuti tal-Kunsill fejn ser issir l-adozzjoni tal-punt-A msemmi hawn fuq u li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje-Ċ):

Franza taċċetta l-iffirmar mill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-ittra msemmija fid-dokument 10741/07 JAI 319 ECOFIN 270 ADD 1 REV 1 RESTREINT UE jekk il-Kummissjoni u s-Servizz Legali tal-Kunsill jikkonfermaw (ara d-dokumenti msemmija DS 568/2/07 REV2 u 10908/07) li l-impenji ta' l-awtoritajiet Amerikani, l-adeżjoni ta' Swift ma' Safe Harbour u l-proċedura segwita mill-Kummissjoni u mill-Kunsill jirrispettaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. Id-delegazzjoni Franċiża tissottolinja r-rwol li ser jaqa' fuq il-personalità distinta Ewropea għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji Amerikani u tqis li l-COREPER għandu jinżamm infurmat mill-qrib dwar l-ikkompletar tajjeb ta' din il-missjoni.

Għalhekk il-Kunsill hu mistieden jiddeċiedi li din id-dikjarazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje-Ċ), flimkien mat-testi msemmija fil-punt 3 tad-dokument 11039/07 JAI 341 ECOFIN 287.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/28


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4751 — STM/Intel/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/12)

1.

Fl-10 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ST Microelectronics (“STM”, ITA-FRA) u Intel (“Intel”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Newco (l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi joint venture.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal STM: semikondutturi

għal Intel: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u s-suq ta' mikroproċessuri, chipsets, u komponenti oħrajn tas-semikondutturi

għal Newco: in-negozju tal-memorja flash (memorja mhux volatili)

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4751 — STM/Intel/JV, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/29


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4822 — Advent/Takko)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/13)

1.

Fit-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (“AIC” li ssir referenza għaliha bħala “Advent”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Takko Holding GmbH (“Takko”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Advent: investiment f'ekwità privata;

għal Takko: distribuzzjoni u bejgħ ta' artikli tal-moda u aċċessorji relatati fil-qasam tal-prodotti bi prezzijiet irħas.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4822 — Advent/Takko, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.