ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
434 Sessjoni Plenarja ta' l-14 u t-15 ta' Marzu 2007 |
|
2007/C 161/01 |
Opinjoni L-impatt ekonomiku u baġitarju fuq il-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu |
|
2007/C 161/02 |
||
2007/C 161/03 |
||
2007/C 161/04 |
||
2007/C 161/05 |
||
2007/C 161/06 |
||
2007/C 161/07 |
||
2007/C 161/08 |
||
2007/C 161/09 |
||
2007/C 161/10 |
||
2007/C 161/11 |
||
2007/C 161/12 |
||
2007/C 161/13 |
||
2007/C 161/14 |
||
2007/C 161/15 |
||
2007/C 161/16 |
||
2007/C 161/17 |
||
2007/C 161/18 |
||
2007/C 161/19 |
||
2007/C 161/20 |
||
2007/C 161/21 |
||
2007/C 161/22 |
||
2007/C 161/23 |
||
2007/C 161/24 |
||
2007/C 161/25 |
||
MT |
|
III Atti preparatorji
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
434 Sessjoni Plenarja ta' l-14 u t-15 ta' Marzu 2007
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/1 |
Opinjoni “L-impatt ekonomiku u baġitarju fuq il-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu”
(2007/C 161/01)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/2 |
Opinjoni “Il-ġlieda kontra l-evażjoni fit-taxxa Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa”
(2007/C 161/02)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/3 |
Opinjoni “L-akkomodazzjoni u l-politika reġjonali”
(2007/C 161/03)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/4 |
Opinjoni “It-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (Verżjoni riformulata)”
(2007/C 161/04)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/5 |
Opinjoni “Retrofitting ta' mirja Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta' mirja lill-vetturi għat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità”
(2007/C 161/05)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/6 |
Opinjoni “L-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija”
(2007/C 161/06)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/7 |
Opinjoni “Tratturi għall-agrikoltura — firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kodifikata)”
(2007/C 161/07)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/8 |
Opinjoni “Tratturi għall-agrikoltura — partijiet u karattersitiċi Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti partijiet u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kodifikata)”
(2007/C 161/08)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/9 |
Opinjoni “Tratturi għall-agrikoltura — il-veloċità massima skond id-disinn Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kodifikata)”
(2007/C 161/09)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/10 |
Opinjoni “Tratturi għall-agrikoltura — tagħmir għall-immanuvrar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir għall-immanuvrar tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kodifikata)”
(2007/C 161/10)
Billi din l-opinjoni ġiet adottata qabel it-tmiem tad-deroga għall-Malti, it-titolu biss ġie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/11 |
Opinjoni “Ingunzjonijiet ghall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi Proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ingunzjonijiet ghall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi (Verzjoni kodifikata)”
(2007/C 161/11)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/12 |
Opinjoni “Servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xoghlijiet pubblici Proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tabbroga d-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar it-trazzin tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xoghlijiet pubblici u fuq l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xoghlijiet pubblici mill-agenziji intermedjarji jew mill-ferghat”
(2007/C 161/12)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/13 |
Opinjoni “Approssimizzazzjoni tal-ligijiet dwar it-trade marks Proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jigu approssimati l-ligijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (Verzjoni kodifikata)”
(2007/C 161/13)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/14 |
Opinjoni “Proceduri ghall-ezercizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni 25 att li ghandhom jigu adottati b'urgenza ghad-Decizjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Gunju 1999 li tistabbilixxi l-proceduri ghall-ezercizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni, kif emendata bid-Decizjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006”
(2007/C 161/14)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/15 |
Opinjoni “L-uzu sostenibbli tal-pesticidi Proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas ghal azzjoni Komunitarja sabiex jintlahaq uzu sostenibbli tal-pesticidi”
(2007/C 161/15)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/16 |
Opinjoni “Il-klassifikazzjoni ta' l-injam mhux irfinut Proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 68/89/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri li jikkoncernaw il-klassifikazzjoni ta' l-injam mhux irfinut”
(2007/C 161/16)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/17 |
Opinjoni “Il-benesseri ta' l-annimali — It-tikkettar”
(2007/C 161/17)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/18 |
Opinjoni “Il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà socjali — Anness XI Proposta ghal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament 883/2004/KE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà socjali, u li jiddetermina l-kontenut ta' l-Anness XI”
(2007/C 161/18)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/19 |
Opinjoni “Il-familja u l-bidla demografika”
(2007/C 161/19)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/20 |
Opinjoni “Insolvenza — Protezzjoni ta' l-impjegati Proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-impjegati fil-kaz ta' l-insolvenza ta' min ihaddimhom (Verzjoni kodifikata)”
(2007/C 161/20)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/21 |
Opinjoni “Protezzjoni diplomatika u konsulari Green Paper dwar il-protezzjoni diplomatika u konsulari tac-cittadini ta' l-Unjoni fil-pajjizi terzi”
(2007/C 161/21)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/22 |
Opinjoni “Servizzi socjali ta' interessi generali Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Lizbona — Is-servizzi socjali ta' interess generali fl-Unjoni Ewropea”
(2007/C 161/22)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/23 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta' l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea
COM(2006) 314 final
(2007/C 161/23)
Nhar it-22 ta' Ġunju 2006, il-Kumissjoni Ewropea, iddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta' l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea
Is-sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta' Frar 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur Barbadillo López.
Matul l-434 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fl-14 u l-15 ta' Marzu 2007 (seduta tal-15 ta' Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'144 voti favur, 3 voti kontra u 24 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Minn mindu ġiet ippubblikata l-White Paper tat-Trasport fl-2001, is-sitwazzjoni ġenerali żviluppat b'mod differenti ħafna milli kien mistenni. It-tkabbir ekonomiku kien iktar baxx, il-prezz taż-żejt għola b'mod sinifikanti, it-tkabbir ta' l-Unjoni ta lill-UE dimensjoni kontinentali, żviluppi ġodda fit-teknoloġija qegħdin jittrasformaw lit-trasport f'settur teknoloġiku mill-aktar avvanzat, hemm it-theddida kontinwa tat-terroristi u t-tqassim modali fis-suq tat-trasport inbidel. Dawn il-fatturi kollha jindikaw il-ħtieġa ta' riorjentazzjoni tal-politika tat-trasport. |
1.2 |
Iżda l-għanijiet ġenerali tal-politika tat-trasport baqgħu l-istess: mobilità tal-persuni u tal-merkanzija li tkun kompetittiva, sostenibbli, bla periklu, li tirrispetta l-ambjent u li toffri xogħol ta' kwalità ogħla. Dawn l-għanijiet huma kompletament konformi ma' l-Aġenda riveduta ta' Lisbona għat-tkabbir u għax-xogħol iżda għadhom ma jirriflettux bis-sħiħ l-għanijiet tal-perijodu fit-tul ta' l-istrateġija riveduta għall-iżvilupp sostenibbli u l-isfida tal-bidla klimatika. B'mod partikulari, ir-reviżjoni għadha ma ppreżentatx strateġija koerenti fuq perijodu itwal sabiex jinkiseb l-ewwel għan għat-trasport sostenibbli ppreżentat fl-istrateġija riveduta għall-iżvilupp sostenibbli li huwa l-firda bejn it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għat-trasport. |
1.2a) |
Filwaqt li jappoġġja dawn il-miżuri kollha li qiegħda tipproponi l-Kummissjoni sabiex il-metodi differenti tat-trasport isiru iktar effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u inqas intensivi fl-użu tal-karbonju, il-Kumitat jistaqsi jekk dan fl-aħħar mill-aħħar hux ser ikun biżżejjed sabiex jinkiseb it-tnaqqis kollu ta' l-emissjonijiet tal-karbonju li huwa meħtieġ mill-Ewropa sa nofs dan is-seklu. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tniedi studji dwar it-tip ta' miżuri li nistgħu neħtieġu sabiex jinkiseb tnaqqis fil-livell globali tad-domanda għat-trasport fuq perijodu itwal. F'dan l-isfond għandhom jiġu kkunsidrati sinjali adegwati permezz tal-prezzjiet; u l-formulazzjoni mill-ġdid ta' politiki dwar l-ippjanar u l-ispazju urban sabiex iħeġġu iktar proviżjoni lokali u aċċess għal merkanzija u servizzi ta' kull tip, u inqas dipendenza fuq id-distanzi dejjem itwal li tinvolvi t-trasportazzjoni ta' nies u merkanzija. Għandu jkun meqjus ukoll kif jista' jinfetaħ dibattitu pubbliku usa' dwar dawn il-kwistjonijiet, u ssir esplorazzjoni dwar kif individwi u intrapriżi responsabbli jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għal sostenibbiltà fit-tul permezz ta' l-għażliet u l-imġiba tagħhom fir-rigward tat-trasport u ta' l-ivvjaġġar. |
1.3 |
L-UE tħaddan livell għoli ta' diversità, b'karatteristiċi orografiċi, territorjali u demografiċi differenti ħafna, li għandha kemm pajjiżi ċentrali b'livelli għolja ta' konġestjoni u ta' traffiku transitorju kif ukoll żoni periferiċi estensivi ħafna mingħajr din il-pressjoni kontinwa fuq l-infrastruttura tagħhom. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ ġeografikament iddifferenzjat għall-politika tat-trasport. |
1.4 |
Il-KESE jappoġġa l-għanijiet tal-White Paper riveduta, li timmira li jiġu ottimizzati l-modi kollha tat-trasport, kemm waħedhom kif ukoll flimkien, billi jittejjeb il-potenzjal speċifiku ta' kull wieħed minnhom bil-għan li jkun hemm sistemi tat-trasport li jniġġsu inqas u li jkunu iktar effiċjenti u li jiggarantixxu l-mobilità sostenibbli tal-persuni u l-merkanzija. |
1.5 |
Il-KESE jikkunsidra bħala neċessarju li titjib l-interoperabilità ta' bejn il-modi tat-trasport u li tiżdied il-kompetittività tat-trasport ferrovjarju, marittimu u t-trasport fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni. Dan sabiex tissaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tagħhom, u jiżdied is-sehem li għandhom mis-suq tat-trasport. B'hekk tissaħħaħ il-vijabilità tagħhom fuq perijodu twil. Huwa jikkunsidra wkoll li l-aworitajiet pubbliċi jistgħu jippromovu l-koordinazzjoni bejn il-modi differenti. |
1.6 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati s-servizzi tat-trasport pubbliku bejn l-ibliet tal-passiġġieri permezz tat-toroq bħala mezz sabiex jitwettqu l-għanijiet stabbiliti mill-Kummissjoni, bħalma huma t-tnaqqis tal-konġestjoni, it-tniġġis u l-konsum tal-karburant u t-titjib tas-sigurtà fit-toroq: dan minħabba l-kapaċità għolja ta' ġarr tal-passiġġieri li għandu dan il-mod tat-trasport u b'żieda sinifikanti fir-rwol tat-trasport pubbliku fir-rigward tal-karozzi privati. |
1.7 |
It-trasport bl-ajru espanda bil-kbir f'dawn l-aħħar għaxar snin, permezz tal-ftuħ tas-suq, iżda l-implimentazzjoni mhux uniformi tat-tielet pakkett f'diversi Stati Membri u r-restrizzjonijiet eżistenti fis-suq intern qegħdin iwasslu għax-xkiel fil-kompetizzjoni. Għalhekk it-tħaddim tas-suq intern għandu bżonn jitjieb. |
1.8 |
In-nuqqas ta' suq intern għat-trasport marittimu qiegħed iżomm lill-UE milli tottimizza r-regoli dwar it-traffiku intern u, għaldaqstant li tissimplifika l-kummerċ intern. Dan għandu riperkussjonijiet negattivi għall-integrazzjoni ta' dan it-traffiku fil-ktajjen modali internali. |
1.9 |
It-trasport huwa wieħed mis-setturi li l-iktar iħaddmu nies, iżda n-nuqqas ta' persunal qiegħed iwassal għal żieda fir-reklutaġġ ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi, fatt li jissuġġerixxi li hemm bżonn ta' sforzi sabiex jitjiebu t-taħriġ, il-fama u l-kwalità ta' l-impjiegi relatati mat-trasport fost iż-żgħażagħ, qasam fejn l-imsieħba soċjali jistgħu jkollhom rwol x'jaqdu. |
1.10 |
Jeħtieġ li l-politika komuni dwar it-trasport tkompli jkollha impatt fuq l-armonizzazzjoni teknika, fiskali u soċjali ta' kull mod ta' trasport kemm individwali kif ukoll kollha f'daqqa, sabiex jiġi promoss qafas li jassigura kondizzjonijiet li huma ġenwinament ugwali. |
1.11 |
Hemm bżonn li titjieb il-kwalità tas-servizz sabiex il-modi tat-trasport ikunu aktar attraenti għall-utenti. Il-Kumitat jinnota b'sodisfazzjon l-attenzjoni mogħtija fir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper lid-drittijiet tal-passiġġiera li jużaw kull mod tat-trasport, speċjalment lid-drittijiet ta' persuni b'mobilità mnaqqsa, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull mod. |
1.12 |
Il-ħarsien tal-modi tat-trasport għandu jkun għan ta' prijorità, u l-miżuri tas-sigurtà għandhom jiġu estiżi għal kull mod ta' trasport u l-infrastruttura relatata, filwaqt li jiġu evitati l-kontrolli tas-sigurtà mhux meħtieġa u jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-privatezza ta' l-utenti. |
1.13 |
It-trasport huwa konsumatur ewlieni ta' l-enerġija mill-karburanti fossili u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq dawn is-sorsi ta' l-enerġija u t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport għandhom ikunu prijoritajiet, u għaldaqstant għandu jitfassal programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni b'fondi xierqa, li jistgħu jistimolaw l-użu ta' sorsi alternattivi ta' l-enerġija, primarjament f'żoni urbani. B'żieda ma' dan, għandha tiġi implimentata politika li tagħmel distinzjoni bejn il-modi, speċjalment fir-rigward tat-tassazzjoni, u li tħeġġeġ l-adozzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda, li jħarsu l-ambjent. |
1.14 |
L-infrastruttura tipprovdi x-xibka fiżika meħtieġa għall-iżvilupp tas-suq intern tat-trasport u sabiex nottimizzawha jeħtieġ li jintlaħqu żewġ għanijiet: li tonqos il-konġestjoni u li titjieb l-aċċessibilità billi s-sorsi kollha tal-fondi jiġu mmobilizzati. |
1.15 |
L-infrastruttura tat-trasport, partikularment fiż-żoni urbani, għandha tappoġġja l-iżvilupp tat-trasport pubbliku. Il-politika ta' l-investiment għandha tintuża sabiex gradwalment jiġi limitat l-ispazju disponibbli għat-trasport permezz ta' karozzi privati. |
2. Introduzzjoni u l-proposta tal-Kummissjoni
2.1 |
L-għan tal-White Paper ta' l-1992 tal-Kummissjoni, bl-isem L-iżvilupp futur tal-politika komuni dwar it-trasport (1), kien li jinħoloq suq uniku għat-trasport, li jiffaċilita l-mobilità b'mod ġenerali billi jinfetaħ is-suq. F'għaxar snin, barra mis-settur ferrovjarju, l-għanijiet ġeneralment intlaħqu. |
2.2 |
F'Settembru 2001, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat White Paper ġdida bl-isem “Il-Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010: żmien li tittieħed deċiżjoni” (2) li tipproponi 60 miżura sabiex ikun hemm ċaqliq fil-bilanċ bejn il-modi tat-trasport, jitneħħew sitwazzjonijet ta' konġestjoni, sabiex l-utenti jitpoġġew fil-qalba tal-politika tat-trasport u jiġu ġestiti l-effetti tal-globalizzazzjoni. |
2.3 |
Sabiex jitħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-riżultati jkunu jistgħu jiġu evalwati, il-White Paper ta' l-2001 stabbilixxiet mekkaniżmu ta' reviżjoni li teħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta skeda b'għanijiet speċifiċi, tagħmel stima globali fl-2005 ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-White Paper u, fejn meħtieġ, tagħmel il-bidliet. Ir-riżultat huwa l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li qiegħda tiġi kkunsidrata f'din l-opinjoni. |
2.4 |
L-approċċ adottat fir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper huwa bbażat, fost affarijiet oħra, fuq l-orjentazzjoni mill-ġdid tad-domanda għat-trasport lejn modi li jħarsu iktar lill-ambjent, partikolarment fir-rigward tat-trasport fit-tul, taż-żoni urbani u ta' kurituri bi problema ta' konġestjoni (i.e. linji tat-trasport konġestjonati). Fl-istess ħin il-modi kollha ta' trasport jeħtieġu jirrispettaw aktar l-ambjent, bla periklu u effiċjenti mil-lat ta' l-enerġija. |
2.5 |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-Mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna kienet imfassla fuq il-bażi ta' konsultazzjonijiet li nżammu matul l-2005. Dawn il-konsultazzjonijiet enfasizzaw ir-rwol ċentrali tat-trasport fit-tkabbir ekonomiku u l-ħtieġa li jsir aġġustament mill-ġdid tal-miżuri politiki. |
2.6 |
L-għanijiet ġenerali tal-politika tat-trasport jibqgħu l-istess: mobilità tal-persuni u l-merkanzija li tkun kompetittiva, sostenibbli, bla periklu, li tirrispetta l-ambjent u li toffri kondizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità ogħla. Dawn l-għanijiet huma kompletament konformi ma' l-Aġenda riveduta ta' Lisbona għall-impjiegi u għat-tkabbir u ma' l-Istrateġija riveduta għall-Iżvilupp Sostenibbli. |
2.7 |
L-innovazzjoni hija waħda mill-għoddod l-iktar importanti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet: l-introduzzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti, bbażati fuq il-komunikazzjoni u teknoloġija tal-magni iktar avvanzata sabiex tintlaħaq effiċjenza ogħla ta' l-enerġija u l-promozzjoni u l-użu ta' karburanti alternattivi. |
2.8 |
Iżda l-muftieħ għar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper jinsab fil-ko-modalità, fi kliem ieħor, l-użu effiċjenti ta' modi differenti waħedhom u flimkien, li “se tirriżulta f'użu ottimali u sostenibbli tar-riżorsi”. Dan l-approċċ huwa l-aqwa garanzija li jintlaħaq livell għoli ta' mobilità u ta' protezzjoni ta' l-ambjent fl-istess ħin. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Il-KESE jsostni u jtenni l-fehma ppreżentata fil-White Paper tad-19 ta' Ġunju 2002, li r-reviżjoni attwali ta' nofs it-term għandha tagħmilha ċara li, meta wieħed jikkunsidra l-iżviluppi fis-settur tat-trasport u s-sitwazzjoni ekonomika, politika u soċjali ta' l-Unjoni, jeħtieġ li jkun hemm adattament effettiv u immedjat tal-politika komuni tat-trasport sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet li seħħew matul il-perijodu ta' l-istħarriġ u ta' l-iżviluppi futuri previsti. |
3.2 |
Huwa japprova wkoll il-politiki mmirati lejn it-titjib tal-potenzjal teknoloġiku sabiex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi li jikkontribwixxu direttament għall-prijoritajiet Ewropej fil-qasam tal-kompetittività, tas-sigurtà, ta' l-ambjent u tal-politika soċjali. |
3.3 |
Dan il-kuntest huwa differenti ferm milli wieħed immaġina fiż-żmien li tfasslet il-White Paper ta' l-2001: tkabbir ekonomiku iktar baxx milli mistenni, tensjonijiet ġeopolitiċi, prezzijiet taż-żejt jogħlew, l-effetti tat-tkabbir ta' l-UE, il-globalizzazzjoni, żviluppi teknoloġiċi ġodda, it-theddida kontinwa tat-terroristi u l-bidliet fil-bilanċ bejn il-modi tat-trasport. Il-komunikazzjoni tal-Kumissjoni, għandha l-għan li l-politika għat-trasport ta' l-UE tiġi adattata għall-kuntest li fih iridu jkunu ddeterminati t-tkabbir u l-politiki futuri. |
3.4 |
Ir-raġuni għar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper ta' l-2001 mhix biss il-kuntest il-ġdid imfisser hawn fuq iżda wkoll il-wisq meħtieġa orjentazzjoni mill-ġdid għall-politika tat-trasport ta' l-UE li tippreżenta l-White Paper. Ir-reviżjoni tal-White Paper, għandha tiffoka bl-istess ammont ta' reqqa fuq politika tat-trasport iddisinnjata sabiex tottimizza l-modi kollha tat-trasport, permezz ta' proċessi li jirrenduhom iktar kompetittivi, sostenibbli, ta' benefiċċju soċjali, rispettużi ta' l-ambjent u bla periklu, u jeħtieġ li s-sostenibbilità tkun ankrata fir-relazzjoni stretta tagħhom mal-progress u t-tkabbir ekonomiku u fil-koordinazzjoni neċessarja bejn il-modi differenti li jistgħu jippromovu l-awtoritajiet pubbliċi. |
3.5 |
Ir-reviżjoni tagħmel ukoll proposta mixtieqa sabiex it-trasport jikkonforma mal-prijoritajiet ta' l-ambjent, b'konformità mal-kunċett ta' “Trasport Sostenibbli”, u li dan isir b'mod simili għall-modi differenti tat-trasport. Iżda sfortunatament, l-istudji magħmula mill-Kummissjoni f'Parti 3 ta' l-Anness II tal-komunikazzjoni, dwar it-trasport u l-ambjent, m'humiex imqassmin skond it-tip ta' trasport bit-triq, b'figuri separati għall-użu tat-trasport pubbliku u dak privat; kieku intuża dan il-metodu, dan kien jipprovdi mudell li juri l-effetti negattivi, primarjament ta' l-użu intensiv u bla rażan tal-karozzi fuq il-konġestjoni, is-sigurtà, it-tniġġis, u l-konsum ta' l-enerġija, fost affarijiet oħra. |
3.6 |
Minħabba l-kontinwità ta' din il-politika tat-trasport, il-KESE jikkunsidra li għandna niddefendu pożizzjoni iktar realistika, u dan ikun ifisser:
|
3.7 |
Għalhekk, hemm bżonn li jiżdiedu l-effettività u l-effiċjenza tat-trasport marittimu, tal-passaġġi ta' l-ilma interni u tat-trasport ferrovjarju, permezz tal-promozzjoni tal-kompetittività ta' dawn is-setturi u permezz tat-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-intermodalità, bl-użu ta' miżuri li jippermettu li s-servizzi jkomplu jiġu offruti bi flessibilità u prezzijiet adegwati. |
3.7(a) |
Fil-fehma tal-Kumitat l-istudji li saru s'issa m'humiex biżżejjed billi ma jindirizzawx direttament l-għan fundamentali adottat fl-istrateġija riveduta għall-iżvilupp sostenibbli, li huwa dak li jkun hemm firda bejn it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għat-trasport. Barra minn dan, ma janalizzawx fil-fond l-implikazzjonijiet ta' l-isfida tal-bidla klimatika u l-livell tat-tnaqqis tas-CO2 li ser jenħtieġ fil-50 sena li ġejjin. Fid-dawl tat-tkabbir mgħaġġel fil-mobilità tul dawn l-aħħar 50 sena, u l-ħeġġa dejjem tikber għal iżjed mobilità (kemm fl-Ewropa u saħansitra iktar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw) il-Kumitat għandu dubji serji jekk hux ser ikun possibbli li jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ mis-settur tat-trasport sabiex nevitaw katastrofi klimatika sempliċiment billi nippromovu iktar effiċjenza ta' l-enerġija fil-modi differenti tat-trasport u permezz ta' l-ottimizzazzjoni tal-bilanċ ta' bejniethom, minkejja l-fatt li dawn l-għanijiet huma mixtieqa. Huwa jemmen li l-Kummissjoni trid tniedi b'urġenza studji dwar it-tip ta' miżuri li nistgħu neħtieġu dalwaqt sabiex niskoraġġixxu ż-żieda fid-domanda għall-mobilità. Dan jista' jsir permezz ta' sinjali adegwati permezz tal-prezzijiet, u politiki adegwati ta' l-ispazju urban u l-ippjanar, sabiex ninkoraġġixxu iktar il-proviżjoni lokali tal-merkanzija u s-servizzi ta' kull tip sabiex l-aspettattivi tan-nies jiġu ssodisfati mingħajr ma jkollhom għalfejn jivvjaġġaw distanzi dejjem itwal. Għandu jkun meqjus ukoll kif jista' jinfetaħ dibattitu pubbliku usa' dwar dawn il-kwistjonijiet, u kif individwi u intrapriżi responsabbli jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għal sostenibbiltà fit-tul permezz ta' l-għażliet u l-imġiba tagħhom fir-rigward ta' l-ivvjaġġar. |
3.8 |
Il-politika tat-trasport għandha turi impenn lejn il-kwalità, is-sigurtà, l-ambjent u l-effiċjenza fit-trasport u tiggarantixxi l-libertà ta' l-utenti li jagħżlu l-mod ta' trasport. It-trasport għandu jikseb livelli ta' kopertura li huma ekonomikament u soċjalment sostenibbli, mingħajr ma jintesew, fejn xieraq, l-obbligazzjonijiet tas-settur pubbliku u d-dritt għall-mobilità, li huwa affermat fit-Trattati. |
3.9 |
Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni m'hix uniformi fl-UE. B'medja ta' 116-il abitant għal kull kilometru kwadru, id-densità tal-popolazzjoni tvarja minn 374 abitant għal kull kilometru kwadru fl-Olanda sa bejn 15 u 21 fil-Pajjiżi Nordiċi. In-numru ta' abitanti li jgħixu f'żoni urbani bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali jvarja wkoll. Il-medja Ewropea hija ta' 80 %, u tvarja mis-97,2 % għall-Belġju sa 59,9 % għall-Greċja. Il-problemi ta' l-utenti f'żoni rurali li jiddependu mit-trasport għandhom jiġu enfasizzati. |
3.10 |
Il-KESE jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat approċċ ġeografikament diferenzjat fil-politika tat-trasport, peress li l-UE hija territorju b'livell għoli ta' diversifikazzjoni b'karatteristiċi topografiċi, territorjali u demografiċi, eċċ differenti ferm, fejn pajjiżi ċentrali, li għandhom żoni b'livelli għolja ta' konġestjoni u ammont sinifikanti ta' traffiku fuq it-toroq, jeżistu flimkien ma' żoni kbar periferiċi jew rurali li ma jiffaċċjawx l-istess pressjoni kontinwa fuq l-infrastruttura tagħhom. Dawn iż-żewġ mudelli jeħtieġu approċċi differenti u speċifiċi fil-qafas tal-politika komuni dwar it-trasport. |
3.11 |
Hemm ukoll il-problema tal-pajjiżi periferiċi, 'il bogħod mill-popolazzjoni prinċipali u miċ-ċentri ta' produzzjoni, li għandhom spejjeż ogħla tat-trasport u minħabba f'hekk, spejjeż ogħla sabiex jipproduċu u jippromovu l-prodotti tagħhom — wieħed mill-iżvantaġġi tal-pożizzjoni mbiegħda. Għalhekk il-KESE jikkunsidra li t-titjib fl-aċċessibilità għandha tkun għodda ta' prijorità sabiex tiżdied il-kapaċità kompetittiva tal-pajjiżi jew tar-reġjuni u sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali. |
3.12 |
Kemm il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll il-White Paper tat-trasport ta' l-2001 huma dokumenti li għandhom bżonn jitlaħħmu, peress li: a) ma jipprovdu l-ebda analiżi ekonomika/finanzjarja jew baġitarja tal-kwistjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra li għandhom jiġu indirizzati; b) il-politika tat-trasport ma tagħtix lill-kompetizzjoni regolata r-rwol ewlieni li l-Kummissjoni stess issostni li għandha jkollha u ċ) fl-istudji dwar l-ambjent u fi studji oħra trid issir analiżi aktar iddettaljata billi ssir distinzjoni bejn il-modi u t-tipi partikolari tat-trasport, sabiex jiġu studjati l-effetti u s-soluzzjonijiet possibbli. Il-KESE jikkunsidra li għandhom jiġu adottati miżuri ta' konsultazzjoni, li, ġaladarba l-problemi jkunu studjati, għandhom jistabbilixxu inizjattivi li fil-ġejjieni għandhom jagħtu lill-UE politika dwar it-trasport koeżiva u sostenibbli. |
3.13 |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tistqarr li l-biċċa l-kbira tal-miżuri ppreżentati fil-White Paper ġew adottati jew proposti, u li l-impatti tagħhom huma mfissra u evalwati f'Anness 3, li m'huwiex inkluż fil-komunikazzjoni. Il-KESE jitlob li tiġi adottata lista dettaljata kronoloġika tal-miżuri u li l-impatt tagħhom jiġi inkluż, jew li jiġi pprovdut b'mod ċar is-sit ta' l-Internet li fuqu huma ppubblikati. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 |
Sabiex issir analiżi sistematika tal-komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta' l-2001 ser jiġu elenkati xi aspetti ġenerali li dwarhom il-KESE iħoss li hemm bżonn li jagħti kontribuzzjoni kostruttiva, skond il-format tal-komunikazzjoni nnifisha. |
4.2 Il-mobilità sostenibbli fis-suq intern — ngħaqqdu lill-Ewropej
4.2.1 |
Il-Kummissjoni tistqarr li “s-suq intern ta' l-UE huwa l-istrument ewlieni biex tinkiseb industrija tat-trasport b'saћћitha li ġġib it-tkabbir u l-impjiegi. Bћalma wrew is-settur ta' l-avjazzjoni u setturi oћra bћal dak tal-mezzi ta' telekomunikazzjoni, il-proċess ta' liberalizzazzjoni tas-suq intern jistimola l-innovazzjoni u l-investiment biex jingħata servizz aћjar b'inqas spejjeż. L-istess suċċess jista' jinkiseb fis-settur tat-trasport kollu.” Fit-trasport bl-ajru r-riżultati kienu li żdiedet l-għażla għall-konsumaturi u tbaxxew il-prezzijiet. |
4.2.2 |
Trasport bit-triq: sabiex tiġi analizzata l-kwistjoni tat-trasport bit-triq b'mod oġġettiv trid issir distinzjoni skond il-mod u l-karatteristiċi speċifiċi, dan peress li l-akbar sehem tat-trasport fi ħdan l-UE iseħħ bit-triq, u jammonta għal 44 % tat-trasport tal-merkanżija u għal madwar 85 % tat-trasport tal-passiġġieri. Il-vetturi b'mutur (3) fil-25 pajjiż ta' l-UE huma mqassmin hekk: 212-il miljun karozza tal-passiġġieri, 30,702 miljuni vetturi kummerċjali, 25,025 miljun two-wheelers b'mutur u 719,400 karozza tal-linja u coaches. Dan juri biċ-ċar fejn tinsab l-akbar responsabbiltà ta' l-UE fir-rigward tal-konġestjoni tat-traffiku u problemi ambjentali. |
4.2.2.1 |
Il-komunikazzjoni ma tagħmel l-ebda referenza għat-trasport pubbliku bejn l-ibliet tal-passiġġieri permezz tat-toroq, u b'hekk qiegħda tfixkel b'mod serju milli tintlaħaq soluzzjoni potenzjali billi l-passiġġieri tal-karozzi jibdew jużaw dan il-mezz ta' trasport. Dan kien jirriżulta f'ħafna vantaġġi u iffrankar relatati mas-sigurtà, l-ambjent, l-użu ta' l-art, il-flessibilità eċċ. Il-KESE iqis li dan il-mezz ta' trasport għandu jiġi kkunsidrat sabiex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati. Konsegwentement, hemm bżonn ta' leġislazzjoni li tippermetti l-iżvilupp ta' kompetizzjoni regolata, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati servizzi regolari tat-trasport bejn l-ibliet tal-passiġġieri permezz tat-toroq, li jridu jkunu konformi mar-regoli ta' l-UE u ta' l-Istati Membri dwar ir-reklamar u l-kompetizzjoni. |
4.2.2.2 |
Il-Kummissjoni teżamina l-possibiltajiet sabiex tnaqqas id-differenzi eċċessivi fil-livelli ta' tassazzjoni fuq il-karburanti għat-trasport bit-triq minflok ma tadotta approċċ akar ġenerali għall-kwistjoni billi tintroduċi politika ta' tassazzjoni komuni għal modi tat-trasport kollha, li ma tippenalizza l-ebda mod tat-trasport iktar mill-oħrajn, u b'hekk tiżgura trattament ugwali. |
4.2.3 |
It-trasport bil-ferrovija: Sa mill-1970 is-sehem tas-suq tal-ferroviji niżel minn 10 % għal 6 % tat-trasport tal-passiġġieri u minn 21 % għal 8 % għat-trasport tal-merkanzija. Il-ferroviji tal-merkanzija internazzjonali jaqsmu l-UE b'veloċità medja ta' 18-il km fis-siegħa. L-akbar sfidi li qiegħed jiffaċċja s-settur ferrovjarju huma l-kompetizzjoni mill-modi l-oħra tat-trasport, l-interoperabilità tas-sistemi differenti u l-fatt li l-ferroviji jispeċjalizzaw fit-trasport ta' ċerti prodotti. |
4.2.3.1 |
Il-KESE jikkunsidra li l-uniku mod kif it-trasport bil-ferrovija jista' jilħaq il-livelli ta' effiċjenza u effettività mixtieqa huwa billi jsir aktar kompetittiv, u b'hekk tiżdied id-domanda għal dan il-mezz tat-trasport u tiġi żgurata il-vijabilità tiegħu fit-tul; dan jeħtieġ reviżjoni fil-fond tal-leġislazzjoni kollha relata ma' dan is-suġġett u ta' l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri differenti. |
4.2.3.2 |
Madankollu, bħalma ddikjara fl-opinjoni tiegħu dwar il-White Paper tat-trasport ta' l-2001 (4), il-Kumitat jaqbel ma' l-idea li l-prinċipju ta' “kompetizzjoni regolata” għandu japplika għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, inklużi t-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, li skond l-Artikolu 16 tat-Trattat tal-KE jitqiesu essenzjali sabiex jippromovu l-koeżjoni soċjali u territorjali. |
4.2.4 |
It-trasport bl-ajru: Il-qafas tal-liberalizzazzjoni maħluq mir-Regolamenti (KEE) Nru. 2407/92, 2408/92 u 2409/92, it-“tielet pakkett” tas-suq intern ta' l-avjazzjoni, ikkontribwixxa għat-trasformazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, u b'hekk saru aktar effiċjenti u bi prezzijiet aktar aċċessibbli. Madankollu, l-implimentazzjoni mhux uniformi tat-tielet pakkett fl-Istati Membri differenti u r-restrizzjonijiet li fadal fuq is-servizzi ta' l-ajru intra-komunitarji joħolqu tfixkil tal-kompetizzjoni (per eżempju, il-kundizzjonijiet differenti sabiex jinħarġu l-liċenzi għat-tħaddim, trattament diskriminatorju fuq rotot lejn pajjiżi terzi, id-diskriminazzjoni kontra linji ta' l-ajru fuq bażi ta' nazzjonalità, eċċ.). Għalhekk l-operat tas-suq intern għandu bżonn jiġi rivedut, irid isir it-tibdil meħtieġ sabiex jiġi eliminat it-tfixkil potenzjali u l-qafas regolatorju “ta' ajru uniku” jrid jiġi komplut, sabiex b'hekk it-trasport bl-ajru fl-Ewropa jsir aktar effiċjenti. |
4.2.5 |
It-trasport marittimu: Aktar minn 90 % tat-trasport bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja jgħaddi mill-portijiet marittimi, u 40 % tat-trasport intra-Ewropew isir bil-baħar. It-trasport marittimu, speċjalment dak fuq distanzi qosra, ra tkabbir simili għal dak tat-trasport bit-triq u għandu potenzjal kbir ta' żvilupp minħabba l-kosta twila ta' l-UE wara t-tkabbir. Il-KESE jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha ssegwi l-moviment tal-merkanzija bil-baħar u tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tadatta għal dan l-iżvilupp (5). |
4.2.5.1 |
In-nuqqas ta' suq intern għat-trasport marittimu, minħabba l-fatt li l-vjaġġi bil-baħar bejn żewġ Stati Membri jitqiesu li qegħdin isiru barra mill-Unjoni taħt il-liġi internazzjonali, qiegħed iżomm 'l-UE milli tagħmel l-aħjar użu mir-regolamentazzjoni tat-traffiku intern u tissemplifika l-kummerċ intern, b'riperkussjonijiet negattivi għall-integrazzjoni ta' dan fil-katina modali interna. |
4.2.5.2 |
Il-KESE jqis li integrazzjoni aħjar tas-servizzi tal-port hija bażi essenzjali li fuqhom tista' titfassal u tiġi introdotta politika komuni tat-trasport marittimu, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tat-“-toroq tal-baħar” u sabiex jippromovu “t-trasport marittimu fuq distanzi qosra”, sabiex it-trasport marittimu jsir aktar effiċjenti u kompetittiv fil-loġistika tal-katina, li tgħin ittejjeb il-mobilità sostenibbli. |
4.3 Il-mobilità sostenibbli għaċ-ċittadini — trasport ta' min jorbot fuqu, bla periklu u fiż-żgur.
4.3.1 |
Il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg u tax-xogħol: it-trasport huwa wieħed mis-setturi prinċipali li jipprovdi x-xogħol fl-UE u jgħodd għal 5 % tal-impjiegi kollha, imma l-livelli ta' l-impjiegi issa qegħdin isiru stabbli. F'uħud mis-setturi, bħal fit-trasport bil-ferrovija u fit-trasport bit-triq, beda jidher in-nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa, u dan ikkontribwixxa għal żieda ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi. Il-KESE jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex jitjiebu t-taħriġ u l-kwalità ta' l-impjiegi għal dawk li jaħdmu fis-settur, sabiex il-vokazzjonijiet relatati mat-trasport isiru aktar attraenti għaż-żgħażagħ. |
4.3.1.1 |
Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, irid ikun hemm programmi ta' taħriġ, iggwidati mill-imsieħba soċjali, li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi u l-ħtiġijiet ta' kull mod tat-trasport (taħriġ inizjali u kontinwu) li għandu jkollu l-fondi neċessarji. |
4.3.1.2 |
Il-leġislazzjoni soċjali li tkopri t-trasport bit-triq għandha żżomm it-trattament ugwali bejn il-ħaddiema, kemm jekk huma impjegati kif ukoll jekk jaħdmu għal rashom u, għalhekk, id-Direttiva 15/2002 tal-11 ta' Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-persuni li jwettqu attivitajiet ta' mobilità relatati mat-trasport bit-triq iridu japplikaw b'effett immedjat għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, mingħajr perjodu transitorju, peress li l-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiġi żgurata s-sigurtà fit-triq, li tevita t-tfixkil fil-kompetizzjoni u tippromovi kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol. Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, vetturi kummerċjali ta' inqas minn 3.5 tunnellati metriċi użati għas-servizzi tal-ġarr għandhom jiġu inklużi fir-regolamenti differenti li jkopru t-trasport tal-merkanzija fit-triq. |
4.3.2 |
Id-drittijiet tal-passiġġier: it-tisħiħ tad-drittijiet ta' l-utenti huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-modi kollha tat-trasport itejbu l-kwalità tas-servizz tagħhom (bħal, fost affarijiet oħra, il-frekwenza, il-puntwalità, il-kumdità tal-kategoriji kollha ta' l-utenti, is-sigurtà, il-ħruġ ta' biljetti, il-prevenzjoni ta' over-booking, il-politika ta' tariffi u l-indennizzi, eċċ…). Il-Kumitat iħeġġeġ li dan it-tibdil jiġi introdott kemm jista' jkun malajr, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull mod, speċjalment ta' dawk il-modi li jridu jużaw l-istess infrastruttura. |
4.3.2.1 |
Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjoni l-attenzjoni partikolari li r-reviżjoni tal-White Paper tagħti lill-aċċessibilità tat-trasport għall-persuni b'mobilità mnaqqsa u għall-kwalità ta' dan it-trasport. Jixtieq jiddikjara, però, li l-kundizzjonijiet ta' l-aċċess ma jikkonċernawx biss il-modi tat-trasport imma l-infrastruttura wkoll, kemm jekk il-mezz tat-trasport ikun bl-ajru, marittimu, fuq l-ilma, bil-ferroviji jew bit-triq kif ukoll il-problemi partikulari li jinqalgħu fit-trasbord. |
4.3.3 |
Is-sikurezza: l-introduzzjoni ta' sett komprensiv ta' regolamenti ġabet magħha sikurezza akbar fil-modi kollha tat-trasport, speċjalment fit-trasport bl-ajru u dak marittimu. Il-miżuri jinkludu l-introduzzjoni ta' blacklist tal-linji ta' l-ajru perikolużi u l-ħolqien ta' aġenziji Ewropej għall-modi kollha tat-trasport, li jinkludu l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (EMSA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ajru (EASA), l-Aġenzjia Ewropea Ferrovjarja (ERA). L-uniku eċċezzjoni huwa t-trasport bit-triq. Għalhekk hemm bżonn ta' politika komuni għas-sikurezza fit-triq sabiex jintlaħaq l-għan iddikjarat li jitnaqqsu n-numru ta' inċidenti bin-nofs. Din trid tistabilixxi sistema komuni ta' standardizzazzjoni ta' l-offiżi u s-sanzjonijiet kif ukoll l-introduzzjoni ta' “liċenzja Ewropea tas-sewqan bil-punti penali”, li tippermetti t-tnaqqis effettiv tal-punti minħabba kwalunkwe offiża fi kwalunkwe Stat Membru ta' l-UE. |
4.3.3.1 |
Ma rridux ninsew, però, li l-progress tekniku, disinji ġodda tal-vetturi, il-kooperazzjoni dwar l-infrastruttua tal-vetturi (magħrufa bħala eSafety) u infrastruttura aħjar, li telimina sezzjonijiet tat-toroq b'riskju għoli (black spots), kollha jikkontribwixxu sabiex titjieb is-sikurezza fit-toroq. |
4.3.3.2 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-istatistiċi dwar l-inċidenti tat-traffiku għandhom jinżammu skond il-mod tat-trasport, speċjalment dawk li jinvolvu wkoll karozzi privati, għaliex huma dawn li għandhom l-għola rata ta' inċidenti. |
4.3.4 |
Is-sigurtà: il-miżuri ta' sigurtà fit-trasport bl-ajru żdiedu wara l-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001. Il-Kumitat jikkunsidra li, fid-dawl ta' l-attakki ta' Madrid u Londra u t-theddida kontinwa tat-terroriżmu, il-protezzjoni tar-riżorsi tat-trasport kollha u ta' l-infrastruttura trid tkun prijorità għall-Unjoni. Ir-regolamenti tas-sigurtà għalhekk iridu jiġu estiżi għall-modi kollha tat-trasport u anke għall-katini intermodali. Meta jiġu introdotti spezzjonijiet u regoli ta' sigurtà, però, wieħed irid jevita kontrolli bla bżonn u għaljin wisq u jissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem u l-privatezza ta' l-utenti. |
4.3.5 |
It-trasport urban: Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tippubblika Green Paper dwar it-trasport urban. Din trid tiffoka fuq il-promozzjoni tat-trasport pubbliku u tinkludi lista ta' l-aħjar prassi. Barra minn hekk, bħalma l-Kumitat kien stqarr fl-Opinjoni tiegħu dwar il-White Paper tat-Trasport ta' l-2001, hemm bżonn li jsir investiment u jitfasslu pjanijiet tat-trasport sabiex tittejjeb il-kwalità tat-trasport pubbliku fl-ibliet kbar li huma maħnuqa bit-traffiku, fuq il-linji ta' l-inizjattiva CIVITAS, tal-proġett TranSUrban (6) u l-Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban (7), li għandhom jirċievu aktar finanzi mill-fondi tal-Komunità, filwaqt li jirrispettaw għal kollox il-prinċipju ta' sussidjarjetà, għaliex it-trasport urban għandu jkun loġikament ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dawn il-miżuri però, m'humiex biżżejjed mingħajr politika tat-trasport urban li tagħmilha possibbli u aktar faċli sabiex l-intrapriża privata tiġi involuta fl-offerta tas-servizzi tat-trasport pubbliku urban għall-passiġġieri, u b'hekk tikkontribwixxi sabiex jinħelsu u jintużaw aħjar ir-riżorsi pubbliċi. |
4.4 It-Trasport u l-Enerġija
4.4.1 |
It-trasport huwa wieħed mill-konsumaturi prinċipali ta' l-enerġija u jgħodd għal madwar 70 % tal-konsum totali taż-żejt fl-U.E., bit-trasport bit-triq juża l-aktar (60 %), l-iżjed minħabba n-numru ta' vetturi privati, li jlaħħqu għal aktar minn 465 karozzi tat-tip saloon għal kull 1,000 abitant. It-trasport bl-ajru jgħodd għal madwar 9 % tal-konsum taż-żejt u s-settur tal-ferrovija juża madwar 1 %. Il-kompetizzjoni ġusta bejn il-modi differenti tat-trasport titlob li t-tassazzjoni fuq il-konsum taż-żejt tkun ugwali. Konsegwentement, il-possibbiltà li titneħħa l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-karburant għall-użu fl-avjazzjoni għandha tkun ikkunsidrata. |
4.4.2 |
It-tnaqqis fid-dipendenza fuq karburanti fossili u l-emissjonijiet tas-CO2 għalhekk iridu jsiru prijoritajiet. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet — il-Kummissjoni tistima li t-trasport għandu l- potenzjal li jiffranka madwar 26 % ta' l-enerġija sa l-2020 (8). Irid jitfassal programm, iffinanzjat tajjeb, ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni, li jkun jista' jippromovi l-użu ta' enerġiji alternattivi (9) speċjalment fil-qasam tat-trasport urban tal-wiċċ. |
4.4.3 |
Hemm bżonn ta' politika tat-trasport differenti sabiex tiġi promossa l-esplojtazzjoni ta' progressi teknoloġiċi ġodda sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u d-dipendenza fuq iż-żejt. Din trid tiffoka fuq tassazzjoni u l-promozzjoni tax-xiri u l-użu ta' teknoloġiji ġodda li jistgħu jnaqqsu t-tniġġis u jżidu l-iffrankar ta' l-enerġija. Karburant speċifiku għat-trasport pubbliku jrid jiġi introdott ukoll, b'rata ridotta ta' tassazzjoni esklussivament għal dan it-tip ta' vettura li tinkwina inqas (Euro IV u Euro V fil-futur), bħalma jeżisti għal modi oħra ta' trasport. L-aproċċ lejn il-kwistjonijiet ambjentali m'għandux ikun ibbażat fuq tassazzjoni punittiva. Pjuttost hemm bżonn li jsir bil-maqlub, fi kliem ieħor, li tingħata prijorità lit-trasport li jagħmel użu mit-teknoloġiji li ġew iddisinjati sabiex inaqqsu t-tniġġis u jiffrankaw l-enerġija. |
4.5 L-aħjar użu possibbli ta' l-infrastruttura
4.5.1 |
In-netwerks tat-trasport trans-Ewropej (TENs) jipprovdu l-infrastruttura fiżika għas-suq intern, imma l-livell tagħhom ta' żvilupp ivarja fil-partijiet differenti ta' l-UE u l-konġestjoni mhix problema kullimkien. |
4.5.2 |
Il-Kumitat jappoġġja l-idea ta' katini ta' loġistika ko-modali bħala soluzzjoni aktar effiċjenti għall-kurituri ta' toroq ikkonġestjonati, li jagħmlu l-aħjar użu ta' l-infrastruttura tat-trasport fi ħdan il-modi tat-trasport u minn mod ta' trasport għal ieħor. Dan jinkludi l-mini transalpini, il-kurituri tal-ferrovija, kif ukoll punti intermodali. |
4.5.3 |
Trid issir enfasi fuq il-problemi li jinħolqu minħabba reġjuni u pajjiżi li huma perifiċi jew periferiċi ħafna u li huma remoti. Sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żoni li jinsabu 'l bogħod miċ-ċentru ta' l-UE jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-swieq interni, in-netwerks tat-trasport trans-Ewropej iridu jitlestew sa l-iskadenza maqbula. Dan jeħtieġ li jiżdiedu l-fondi li l-UE warrbet sabiex jiġu żviluppati dawk in-netwerks li diġa jeżistu u li huma l-aktar ikkonġestjonati, speċjalment dawk li jgħaqqdu l-fruntieri. Il-Kummissjoni issemmi eżempji ta' sitwazzjonijiet ta' konġestjoni fil-Pirinej, fil-fruntiera bejn Spanja u Franza u fl-Alpi. Fi ftit kliem, aċċessibilità mtejba twassal għal aktar kompetittività kif ukoll stennijiet ogħla għall-iżvilupp reġjonali. |
4.5.4 |
Flimkien maż-żieda fin-nefqa msemmija hawn fuq, l-Unjoni Ewropea trid tikkommetti ruħha b'mod serju fil-promozzjoni ta' sistema ta' finanzjament imħallat tal-provvista infrastrutturali, li toffri stabilità u garanziji legali għall-parteċipazzjoni ta' kapital privat fil-bini u t-tħaddim ta' l-infrastruttura tat-trasport. |
4.6 Il-mobilità intelliġenti
4.6.1 |
Kif diġà deskritt, sistema ta' trasport intelliġenti tikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti u razzjonali ta' l-infrastruttura u għalhekk jitnaqqsu l-inċidenti u l-konġestjoni u jiġi protett l-ambjent. |
4.6.2 |
Is-sistema ta' navigazzjoni satellitari, Galileo, li ser tibda topera mill-2010, ser tipprovdi applikazzjonijiet futuri għall-modi kollha tat-trasport, bħalma hi l-Karozza Intelliġenti (10), tippromovi t-teknoloġiji l-ġodda fil-vetturi, il-programm SESAR, li ser jikkontribwixxi sabiex titjieb it-tmexxija tat-traffiku ta' l-ajru fil-kuntest ta' ajru uniku Ewropew, u s-sistema ERTMS, li ser ittejjeb l-interoperabilità bejn in-netwerks ferrovjarji nazzjonali. |
4.6.3 |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-approċċ ta' ko-modalità, bħala r-risposta tat-trasport għall-fenomenu tal-globalizzazzjoni u l-ftuħ tas-swieq mondjali. Sabiex nibnu fuq dan l-approċċ hemm bżonn li l-infrastruttura tiġi adattata, ħalli jissaħħu l-interkonnessjonijiet sabiex jippermettu l-kontinwità fit-trasport u sabiex jiġu evitati dewmien u waqfien fil-katina loġistika. Il-promozzjoni tal-ko-modalità tikkontribwixxi sabiex jissaħħu l-modi kollha tat-trasport, speċjalment dawk li bħalissa ma tantx jintużaw. |
4.7 Id-dimensjoni globali
4.7.1 |
Il-KESE jisħaq fuq dak li kien diġà stqarr fl-opinjoni tiegħu dwar il-White Paper ta' l-2001 (11), li l-politika tat-trasport internazzjonali hija parti integrali mill-politika tal-kummerċ u anke, f'xi aspetti, tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (CFSP). Għalhekk jemmen li f'dan il-qasam il-Kummissjoni għandu jkollha poteri simili għal dawk li ngħatawlha mit-Trattati għan-negozjar ta' ftehim internazzjonali tal-kummerċ, fis-sens li, waqt li taġixxi skond il-mandat tal-Kunsill, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fuq kwistjonijiet tat-trasport fl-organizzazzjonijiet kollha li għandhom kompetenza fuq kwistjonijiet dwar il-politika tat-trasport u għandu jkollha l-poter li tinnegozja ftehim dwar it-trasport ma' pajjiżi terzi f'isem l-Istati Membri. |
4.7.2 |
Fl-istess ħin, il-Kumitat jikkunsidra li huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-proċeduri tad-dwana sabiex, mingħajr preġudizzju għall-kwalità tas-servizz (12), l-ispejjeż sabiex jiġi pprovdut is-servizz ma jiżdidux, u anke sabiex jiġu ggarantiti l-prinċipji li japplikaw għall-fruntieri interni ta' l-UE eż skond ftehim bħal ta' Schengen jew skond kull ftehim ieħor segwenti. |
Brussel, 15 ta' Marzu 2007
Il-President tal-
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) COM(92) 494 tat-2 ta' Diċembru 1992: L-iżvilupp futur tal-politika komuni dwar it-trasport.
(2) COM(2001) 370 tat-12 ta' Settembru 2001: Il-Politika Ewropea dwar it-Trasport għall-2010: żmien li tittieħed deċiżjoni
(3) Energy and transport in figures 2005 (Enerġija u trasport fl-istatistika 2005. Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport. Kummissjoni Ewropea).
(5) Ara l-opinjoni fuq inizjattiva tal-KESE: Europe's accessibility by sea in the future: developments and how to anticipate them (L-aċċess marittimu għall-Ewropa fil-futur: żviluppi u metodi kif jiġu antiċipati, ĠU C 151, 28.6.2005).
(6) TranSUrban (Żvilupp ta' sistemi ta' Transit għat-trasport urban) — proġett appoġġjat mill-UE fil-qafas ta' Interreg III (programm ta' kooperazzjoni interreġjonali)
(7) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban — COM(2005) 718 tal-11 ta' Jannar 2006.
(8) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu Pjan ta' Azzjoni għall-Effikaċja fl-Użu ta' l-Enerġija: Inwettqu l-Potenzjal — COM(2006) 545.
(9) Ara l-opinjoni fuq inizjattiva tal-KESE dwar L-Iżvilupp u l-promozzjoni ta' l-użu ta' karburanti alternattivi għat-trasport bit-triq fl-UE, ĠU C 195, 18.8.2006, pġ.75.
(10) Communication on the Intelligent Car Initiative — Raising Awareness of ICT for Smarter, Safer and Cleaner Vehicles (Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva tal-Karozza Intelliġenti — Inqajmu l-Kuxjenza dwar l-ICT għal Vetturi Aktar Intelliġenti, Aktar Sikuri u Aktar Nodfa) — COM(2006) 59.
(12) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-“Proposta ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiġi stabbilit programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013)” — ĠU C 324, 30.12.2006 pġ 78.
ANNESS
Għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
It-test li jinsab fl-abbozz rivedut ta' l-opinjoni u li jidher hawn taħt ġie respint favur l-emenda addottata mill-assemblea, iżda ġab ta' l-anqas kwart mill-voti mitfuha:
Punt 4.6.4
4.6.4 Fejn tidħol il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-KESE jipproponi li r-restrizzjonijiet fuq it-traffiku f'ħinijiet partikulari stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali jinbidlu ma' restrizzjonijiet li l-Unjoni tista' tikoordina. Dan ikun jeħtieġ l-adozzjoni ta' regoli tal-Komunità f'dan il-qasam. Ikun hemm bżonn li din il-miżura tiġi kkoordinata mal-ħolqien ta' netwerk transEwropew minimu ta' rotot li jkun ħieles minn dawn ir-restrizzjonijiet, li jassigura t-trasport bit-triq mingħajr interruzzjonijiet.
Riżultat tal-votazzjoni:
82 voti favur l-emenda tal-punt, 72 kontra u 9 astensjonijiet.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/31 |
Opinjoni “Tikkettar ta' l-efficjenza energetika tat-taghmir ta' l-ufficcju Proposta ghal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm Komunitarju ta' tikkettar ta' l-efficjenza energetika tat-taghmir ta' l-ufficcju”
(2007/C 161/24)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 161/32 |
Opinjoni “Regoli tal-kompetizzjoni — Trasport — Verzjoni kodifikata Proposta ghal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni ghat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaggi fuq l-ilma interni”
(2007/C 161/25)
Billi din l-opinjoni giet adottata qabel it-tmiem tad-deroga ghall-Malti, it-titolu biss gie tradott u ppubblikat.