ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
12 ta' Lulju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 159/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2007/C 159/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2007/C 159/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4720 — Doughty Hanson/Axcom) ( 1 )

3

2007/C 159/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4722-PAI/Kaufman&Broad) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 159/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

4

2007/C 159/06

Il-Fehma tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-421 laqgħa tal-11 ta' Diċembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni fil-Każ COMP/C.39.234 — Adozzjoni mill-ġdid ta' Surcharge fuq il-liega

5

2007/C 159/07

Rapport finali tal-Hearing Officer fil-Każ COMP/F/39.234 — L-Adozzjoni mill-ġdid tas-Surcharge fuq il-liega (skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, ECSC) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Hearing Officers f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 159/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2007/C 159/09

Sejħa għal Proposti — DĠ EAC/29/07 — Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej — Proġetti Pilota

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 159/10

Avviż rigward talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — Talba minn Stat Membru

17

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 159/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M. 4639 — Gabetti Property Solutions/Marcegaglia/Pirelli Real Estate/Italia Turismo) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

18

2007/C 159/12

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4782 — Delek/Texaco Benelux) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.5.2007

Għajnuna Nru

N 732/06

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

BioGeneration Ventures Fund

Il-bażi legali

Wet van 7 juli 1987, houdende herziene regeling van de Nederlandse organisatie voor zuiver-wetenschappelijk onderzoek; Convenant Nationaal Regioorgaan Genomics, 30 augustus 2001

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Innovazzjoni

Il-forma ta' l-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit globali: 6 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-1.10.2018

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nederlandse Organisatie voor Wetenschappelijk Onderzoek (NWO)

Laan van Nieuw Oost-Indië 300

2593 CE Den Haag

Nederland

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/2


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.5.2007

Għajnuna Nru

NN 5/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Nuoro

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aiuto al salvataggio del Gruppo Legler

Il-bażi legali

Decreto legge n. 35 del 17 marzo 2005, modificato dalla legge del 14 maggio 2005«Fondo per il finanziamento degli interventi consentiti dagli orientamenti UE sugli aiuti di stato per il salvataggio e la ristrutturazione delle imprese in difficoltà»

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit globali: 13 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

6 xhur

Setturi ekonomiċi

Tessuti

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero dello Sviluppo Economico

Via Molise n. 2

I-00187 Roma

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4720 — Doughty Hanson/Axcom)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/03)

Fil-5 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4720. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4722-PAI/Kaufman&Broad)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/04)

Fil-5 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali.

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4722. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/4


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-11 ta' Lulju 2007

(2007/C 159/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3753

JPY

Yen Ġappuniż

167,39

DKK

Krona Daniża

7,4395

GBP

Lira Sterlina

0,67695

SEK

Krona Żvediża

9,1663

CHF

Frank Żvizzeru

1,6535

ISK

Krona Iżlandiża

83,40

NOK

Krona Norveġiża

7,9655

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5841

CZK

Krona Ċeka

28,475

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

246,83

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6966

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7745

RON

Leu Rumen

3,1352

SKK

Krona Slovakka

33,377

TRY

Lira Turka

1,7830

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5963

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4569

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7501

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7719

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0839

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 264,24

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7000

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,4015

HRK

Kuna Kroata

7,2885

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 422,40

MYR

Ringgit Malażjan

4,7468

PHP

Peso Filippin

63,470

RUB

Rouble Russu

35,1150

THB

Baht Tajlandiż

42,153


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/5


Il-Fehma tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-421 laqgħa tal-11 ta' Diċembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni fil-Każ COMP/C.39.234 — Adozzjoni mill-ġdid ta' Surcharge fuq il-liega

(2007/C 159/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà ta' l-Artikolu 65(1) tat-Trattat ta' l-ECSC minkejja li skada.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti tal-Kummissjoni bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fit-tifsira ta' l-Artikolu 65(1) tat-Trattat ta' l-ECSC.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u s-suq ġeografiku effettwati mill-cartel fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda d-destinatarju tad-deċiżjoni, partikolarment b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lit-TKS għall-imġiba ta' TS-AG.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejba tal-Kummissjoni li l-prinċipju ta' “ne bis in idem” ma jwaqqafx l-adozzjoni tad-deċiżjoni preżenti.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejba tal-Kummissjoni li l-perjodu ta' limitu għadu ma skadiex.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-ammont bażiku minħabba ċirkustanza aggravanti.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont tat-tnaqqis tal-multa fuq il-bażi ta' l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' cartels.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/6


Rapport finali tal-Hearing Officer fil-Każ COMP/F/39.234 — L-Adozzjoni mill-ġdid tas-Surcharge fuq il-liega

(skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, ECSC) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Hearing Officers f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 159/07)

L-abbozz ta' Deċiżjoni fil-każ imsemmi hawn fuq jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin.

L-isfond tal-każ

L-abbozz ta' Deċiżjoni hu adozzjoni mill-ġdid tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/247/ECSC tal-21 ta' Jannar 1998 (1) li l-Kummissjoni indirizzat, fost l-oħrajn, lit-ThyssenKrupp Stainless GmbH (“TKS”). Id-Deċiżjoni tal-21 ta' Jannar 1998 stabbilixxiet il-parteċipazzjoni tagħhom fi price cartel fis-settur ta' l-azzar u imponiet multa ta' 4 536 000 miljun EUR fuq it-TKS għall-vjolazzjoni ta' cartel tagħhom, u multa ta' 3 564 000 EUR fuq tKS għall-vjolazzjoni ta' cartel imwettqa minn Thyssen Stahl AG (“TS-AG”). TKS aċċettat ir-responsabbiltà għall-azzjonijiet ta' TS-AG għall-perjodu minn Diċembru 1993 sa l-1 ta' Jannar 1995 f'ittra bid-data tat-23 ta' Lulju 1997.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet annulata fuq bażi ta' proċedura, f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà ta' TKS għall-vjolazzjoni ta' l-Artikolu 65 tat-Trattat ta' l-ESCS, bis-sentenza tas-CFI tat-13 ta' Diċembru 2001 fil-Każijiet Konġunti T-45/98 u T-47/98. Din is-sentenza kienet ikkonfermata wara appell u kontro-appell fis-sentenza ta' l-ECJ ta' l-14 ta' Lulju 2005 fil-Każijiet Konġunti C-65/02 P u C-73/02.

Id-difett proċedurali identifikat mill-Qrati tal-Komunità li wassal għall-annullament marbut ma' l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' difiża mit-TKS fir-rigward tal-multa imposta fuqhom għall-imġiba tat-TS-AG. Il-Kummissjoni bagħtet Stqarrija ta' Oġġezzjonijiet (“SO”) liż-żewġ partijiet. Din kienet segwita minn stqarrija ta' TKS, u li skond din kienet espliċitament assumiet ir-responsabbiltà għall-azzjonijiet ta' vjolazzjoni ta' TS-AG. Il-Qrati kienu tal-fehma li l-Kummissjoni, billi naqset milli tistaqsi lil TKS jekk xtaqitx tressaq osservazzjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet indirizzati speċifikament lil TS-AG (li għalihom TKS kienet finalment immultata), ivvjolentat id-drittijiet ta' difiża ta' TKS. Ladarba l-Kummissjoni bagħtet SOs separati lil TKS u lil TS-AG, u dawn wieġbu separatament, “kien id-dmir tal-Kummissjoni sabiex tistaqsi u tisma' l-fehmiet ta' TKS dwar l-azzjonijiet [TS-AG's] qabel ma tqisha responsabbli għal din ta' l-aħħar u timponi fuqha multa għall-vjolazzjoni attribwita lil [TS-AG]” (2).

Is-servizz ta l-SO u ż-żmien ta' tweġiba

Intbagħtet SO ġdida fil-5 ta' April 2006 u waslet għand TKS fis-6 ta' April 2006. Essenzjalment, din qabdet l-oġġezzjonijiet kif imniżżla fl-SO tal-bidu, li kienu ntbagħtu lil TKS f'April 1997. Din l-SO fittxet li tirrimedja d-difett proċedurali billi tqiegħed lil TKS f'qagħda li tikkummenta dwar l-allegazzjonijiet li għalihom kienet, fil-prinċipju, aċċettat ir-responsabbiltà. TKS ingħatat l-opportunità li tikkummenta għall-ewwel darba sat-18 ta' Mejju 2006. Il-kummenti ta' TKS waslu sas-17 ta' Mejju 2006.

Aċċess għall-fajl u smigħ bil-fomm

L-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni ingħata l-ewwel darba fl-24 ta' April 2006 billi ippermetta lir-rappreżentanti ta' TKS sabiex ikollhom aċċess għall-fajl fil-bini tal-Kummissjoni stess. Fit-2 ta' Mejju 2006, is-servizz relevanti tal-Kummissjoni issupplimenta l-aċċess għall-fajl billi ressaq aktar dokumenti li kienu meqjusa bħala kunfidenzjali. Bi tweġiba għall-kwistjonijiet imqajma fir-risposta ta' TKS għall-SO u wara bdil ta' ittri bejn is-servizz relevanti tal-Kummissjoni, TKS u jiena, il-Kummissjoni tat aċċess għal xi dokumenti oħra, li wkoll kienu ikklassifikati bħala kunfidenzjali.

Fid-dawl tal-fatt li t-TKS żammew it-talba tagħhom, iddeċidejt li nivverifika t-talbiet ta' kunfidenzjalità li kien baqa'. Wasalt għall-konklużjoni li waħda mit-talbiet tal-fornitur tat-tagħrif għall-kunfidenzjalità ma dehritx li kienet raġjunata biżżejjed. Wara li ġew ikkuntattjati r-rappreżentanti tagħha, il-kumpanija forniet verżjoni kunfidenzjali aktar sinifikanti għal ċerti paġni tal-fajl tal-Kummissjoni li ma kinux tressqu lit-TKS sa dan l-istadju. Jiena bgħatt dan it-tagħrif addizzjonali lil TKS fl-20 ta' Settembru 2006.

Għall-kuntrarju tal-fehma tar-rappreżentant ta' TKS, jiena kont tal-fehma li talba għal aċċess għal dokumenti fil-file li ma jintwerewx l-ewwelnett minħabba l-kontenut kunfidenzjali tagħhom prima facie tinħtieġ raġunijiet ta' spjegazzjoni dwar l-għaliex it-tagħrif in kwistjoni seta' jkun utli għad-difiża tal-kumpanija. Din il-ħtieġa ssir evidenti meta wieħed iqis li talba hekk raġunata biss tqiegħed lill-Kummissjoni f'qagħda li tibbilanċja l-interess fil-kisba ta' tagħrif għall-għanijiet ta' difiża ta' kumpanija ma' l-interess leġittimu ta' parti terza fil-kunfidenzjalità. Sabiex inqiegħed lil TKS f'pożizzjoni li tressaq tali talba raġunata, ivverifikajt li TKS kienet fornuta b'verżjonijiet xierqa mhux kunfidenzjali tad-dokumenti klassifikati bħala kunfidenzjali. Madanakollu, minħabba li TKS ma pprovdietx xi raġuni sostanzjali għaliex kienet teħtieġ id-dokumenti kunfidenzjali prima facie għad-difiża tagħha, iddeċidejt li ma niżvelahomx.

Is-smigħ bil-fomm sar fil-15 ta' Settembru 2006.

L-abbozz ta' Deċiżjoni

L-abbozz ta' Deċiżjoni hu ibbażat fuq id-Deċiżjoni finali tal-21 ta' Jannar 1998. Flimkien ma' dan, jindirizza kwistjonijiet legali li jqumu fid-dawl taż-żmien li jkun għadda u fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim'istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja li ttieħdu bejn il-21 ta' Jannar 1998 u l-adozzjoni intiża mill-ġdid tad-Deċiżjoni.

B'mod partikolari, l-abbozz ta' deċiżjoni joffri aktar spjegazzjonijiet fuq il-punti li ġejjin:

Il-poter tal-Kummissjoni li timponi multi hu soġġett għal perjodu ta' limitu ta' ħames snin li jibda fil-ġurnata meta jkunu waqfu l-vjolazzjonijiet. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li preskrizzjoni possibbli vis-a-vis TS_AG ma tkunx teskludi l-immultar tat-TKS minħabba l-imġiba ta' TS-AG, ladarba r-responsabbiltà ta' TKS għal TS-AG mhix neċessarjament ta' natura derivattiva, aċċessorja jew sussidjarja, kif ġie allegat minn TKS.

It-Trattat ta' l-ECSC skada fit-23 ta' Lulju 2002. Madanakollu, jitqies li permezz tal-prinċipju tas-suċċessjoni ta' normi f'ordni legali wieħed, il-Kummissjoni tibqa' kompetenti li tissanzjona l-vjolazzjoni mwettqa qabel id-data ta' skadenza.

L-abbozz ta' Deċiżjoni mressaq lill-Kummissjoni fih biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom.

Nikkonkludi li d-drittijiet tal-partijiet li jinstemgħu ġew rispettati fil-każ preżenti.

Brussell, it-30 ta' Diċembru 2006

Karen WILLIAMS


(1)  ĠU L 100, 1.4.1998, p. 55.

(2)  Deċiżjoni ta' l-ECJ fil-Każijiet Konġunti C-65/02 P u C-73/02 P u C-73/02 P, ThyssenKrupp Stainless GmbH u ThyssenKrupp Acciai speciali Terni SpA v l-Kummissjoni, l-14 ta' Lulju 2005, para 86.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/08)

Għajnuna Nru

XR 21/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Northern Ireland

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Tourism Development Scheme

Bażi legali

Tourism (Northern Ireland) Order 1992 — Article 11

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

1,5 miljun GBP

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Northern Ireland Tourist Board St Anne's Court

59 North Street

Belfast BT1 1NB

United Kingdom

Tel. (44-28) 90 23 12 21

info@nitb.com

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.nitb.com/article.aspx?ArticleID=1369

Other information


Għajnuna Nru

XR 58/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Extremadura

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Financiación prioritaria

Bażi legali

Decreto 19/2007, de 6 de febrero, por el que se establece un programa de financiación prioritaria del tejido empresarial de esta Comunidad autónoma /D.O.E. no 18 de 13 de febrero)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

10 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

14.2.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Junta de Extremadura

Consejería de Economía y Trabajo

Dirección General de Promoción Empresarial e Industrial

Paseo de Roma, s/n

E-06800 Mérida — Badajoz

Correo electrónico: dgpei@eco.juntaex.es

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://doe.juntaex.es/pdfs/doe/2007/180O/07040020.pdf

Other information


Għajnuna Nru

XR 67/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Programa de Promoción de Infraestructuras y Equipamientos Económicos

Bażi legali

Orden de 15 de febrero de 2007, por la que se aprueban las Bases Reguladoras y la Convocatoria para 2007 de las ayudas del Instituto de Fomento de la Región de Murcia dirigidas a las empresas (anexo 1)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

0,45 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

23.2.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Instituto de Fomento de la Región de Murcia

Avda de la Fama, 3

E-30003 Murcia

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.ifrm-murcia.es

Other information


Għajnuna Nru

XR 72/07

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Övre Norrland, Mellersta Norrland, Norra, Mellansverige, Östra Mellansverige,Västsverige, Småland med öarna

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Förordning om regionalt investeringsstöd

Bażi legali

Förordning (2007:61) om regionalt investeringsstöd

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

500 miljun SEK

Intensità massima ta' l-għajnuna

15 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Verket för näringslivsutveckling

nutek@nutek.se

(46-8) 681 91 00

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.lagrummet.se

Other information


Għajnuna Nru

XR 76/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Castilla y León

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Ayudas regionales a la inversión en la Comunidad de Castilla y León en aplicación del Reglamento (CE) no 1628/2006

Bażi legali

Decreto 25/2007, de 15 de marzo, por el que se regulan las ayudas regionales a la inversión en la Comunidad de Castilla y León en aplicación del Reglamento (CE) no 1628/2006

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

192 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

22.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Junta de Castilla y León

Consejería de Economía y Empleo

Jesús Rivero Meneses, 3

E-47014 Valladolid

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.jcyl.es/AyudaEstado20072013

Other information


Għajnuna Nru

XR 79/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Subvenciones a los proyectos dinamizadores de las áreas rurales de Galicia

Bażi legali

Resolución de 23 de marzo de 2007 del Director General de Agader (Diario Oficial de Galicia de 12 de abril de 2007)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

5 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

28.5.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Axencia Galega de Desenvolvemento Rural, Agader

Avda do Camiño Francés, 10, baixo

E-15771 Santiago de Compostela (A Coruña)

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://agader.xunta.es

Other information


Għajnuna Nru

XR 81/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Région wallonne

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Incitants en faveur des petites ou moyennes entreprises (en ce qui concerne les compléments d'aides pour les PME situées en zone de développement)

Bażi legali

Décret du 11 mars 2004 relatif aux incitants régionaux en faveur des PME, (N 16/a/2003 et N 16/b/2003).

Arrêté du GW du 6 mai 2006 portant exécution du décret du 11 mars 2004 précité modifié par l'arrêté du Gouvernement wallon du 6 décembre 2006, (mise en conformité avec le règlement No 1628/2006 du 24.10.2006).

Arrêté du GW du 6 décembre 2006 déterminant les zones de développement pour la période 2007-2013 (en vigueur le 21 mars 2007).

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

103,171 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

21 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

21.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Gouvernement wallon, représenté par Monsieur Jean-Claude MARCOURT, Ministre de l'Economie de l'Emploi et du Commerce extérieur

Direction général de l'Economie et de l'Emploi,

Direction de la Politique économique,

Monsieur Daniel COLLET, Directeur

Place de la Wallonie, 1, bât. 1,

B-5100 Jambes

Tél. (32-81) 33 39 17

d.collet@mrw.wallonie.be

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://wallex.wallonie.be

Other information


Għajnuna Nru

XR 85/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Région wallonne

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Incitants en faveur des grandes entreprises

Bażi legali

Décret du 11 mars 2004 relatif aux incitants régionaux en faveur des grandes entreprises (N17/A/2003 et N17/B/03)

Arrêté du GW du 6 mai 2006 portant exécution du décret du 11 mars 2004 précité modifié par l'arrêté du Gouvernement wallon du 6 décembre 2006, (mise en conformité avec le règlement No 1628/2006 du 24.10.2006).

Arrêté du GW du 6 décembre 2006 déterminant les zones de développement pour la période 2007-2013 (en vigueur le 21 mars 2007).

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

50,248 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

20 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

21.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Gouvernement wallon, représenté par Monsieur Jean-Claude MARCOURT, Ministre de l'Economie de l'Emploi et du Commerce extérieur

Direction général de l'Economie et de l'Emploi,

Direction de la Politique économique,

Monsieur Daniel COLLET, Directeur

Place de la Wallonie, 1, bât. 1,

B-5100 Jambes

Tél. (32-81) 33 39 17

d.collet@mrw.wallonie.be

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://wallex.wallonie.be

Other information


Għajnuna Nru

XR 86/07

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

87.3.a, 87.3.c

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Kinitra idiotikon ependyseon gia tin oikonomiki anaptyxi kai tin perifereiaki sygklisi

Bażi legali

n. 3229/2004, ar. 37 ν.3552/2006

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit globali

2 080 miljun EUR

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

2007-2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ypourgeio Oikonomias kai Oikonomikon,

hellasKps@mnec.gr

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.mnec.gr/επενδυτικός νόμος/Ν.3229/2004

www.ependyseis.gr

Other information


Għajnuna Nru

XR 94/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Subvenciones a empresas turísticas para el fomento del turismo en el medio rural

Bażi legali

Orden de 19 de abril de 2007 de la Consellería de Innovación e Industria por la que se establecen las bases reguladoras para la concesión, en régimen de concurrencia competitiva, de las subvenciones a empresas turísticas para el fomento del turismo en el medio rural y se procede a su convocatoria para el año 2007 (DOG no 85, de 3 de mayo de 2007)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

2,4 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

20 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

23.4.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

92

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Dirección Xeral de Turismo

Plaza de Mazarelos, 15

E-15703 Santiago de Compostela (A Coruña)

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.conselleriaiei.org

Other information


Għajnuna Nru

XR 95/07

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Bruxelles-Capitale

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Aides régionales pour les investissements généraux en faveur des micro, petites et moyennes entreprises dans la zone de développement de la Région de Bruxelles-Capitale.

Bażi legali

Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 22 mars 2007 modifiant l'arrêté du 20 octobre 2005 du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale portant exécution de l'ordonnance du 1er avril 2004 relative aux aides régionales pour les investissements généraux en faveur des micro, petites et moyennes entreprises (publié au Moniteur belge du 3 mai 2007);

Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 22 mars 2007 déterminant la zone de développement de la Région de Bruxelles-Capitale (publié au Moniteur belge du 30 avril 2007).

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

5 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

25 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

3.5.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministère de la Région de Bruxelles-Capitale

Administration de l'Economie et de l'Emploi

Boulevard du Jardin Botanique 20

B-1035 Bruxelles

Tél. (32-2) 800 34 64

E-mail: izerard@mrbc.irisnet.be

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.ejustice.just.fgov.be

http://www.ejustice.just.fgov.be/cgi/article.pl

Other information


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/15


Sejħa għal Proposti — DĠ EAC/29/07

Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej — Proġetti Pilota

(2007/C 159/09)

1.   Introduzzjoni/Sfond

Fl-2006, il-Parlament Ewropew ħareġ abbozz ta' emenda għall-baġit ta' l-UE ta' l-2007 li jipproponi “Proġett Pilota — Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej” biex jagħti appoġġ lill-iżvilupp tal-fondazzjonijiet Politiċi Ewropej u l-attivitajiet tagħhom.

Id-Direttorat ġenerali għall-edukazzjoni u l-kultura (DĠ EAC) tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sejħa ta' proposti.

2.   Deskrizzjoni u għanijiet

Din is-sejħa għal proposti għandha fil-mira tagħha l-fondazzjonijiet Politiċi Ewropej li huma affiljati mal-partiti politiċi fuq livell Ewropew.

Il-fondazzjonijiet Politiċi Ewropej bħalissa qegħdin fil-biċċa 'l kbira tagħhom jinħolqu. L-għotjiet li jirrigwardaw din is-sejħa għal proposti se jappoġġjaw f'dan ir-rigward it-twaqqif, l-iżvilupp u t-tħaddim tal-fondazzjonijiet kif ukoll l-attivitajiet żviluppati minnhom sabiex jirfdu u jiffaċilitaw l-isforzi tal-partiti Politiċi Ewropej dwar it-tagħrif u d-dibattitu politiku.

3.   Scheda

Id-data sa meta jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet hija t-28 ta' Settembru 2007.

Il-ħsieb huwa li l-applikanti jiġu mgħarrfa dwar l-attribuzzjoni ta' l-għotjiet f'Novembru 2007. Huwa ppjanat li l-benefiċjarji se jirċievu l-ftehimiet tagħhom għall-iffirmar f'Novembru 2007.

Il-perjodu ta' eliġibilità ta' l-ispejjeż se jibda dakinhar li jiġi ffirmat il-kuntratt mill-Kummissjoni. Jekk benefiċjarju jipprova li hemm il-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim, in-nefqa tista' tiġi awtorizzata qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim. F'każijiet bħal dawn, in-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar tista' ma tkunx iġġarbet qabel id-data ta' sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għotja.

Il-perjodu ta' eliġibilità se jasal fi tmiem fil-31 ta' Awissu 2008.

Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li testendi il-perjodu ta' eliġibilità.

4.   Baġit disponibbli

Il-pakkett finanzjarju huwa ta' 1 miljun EUR bħala indikazzjoni, se jitqassam fuq il-bażi ta' l-istess mudell ta' tqassim li japplika għall-partiti Politiċi Ewropej skond ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-partiti Politiċi Ewropej (1).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni ma tistax taqbeż id-90 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli.

Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Kriterji ta' Eliġibilità

Stabbilimenti/istituzzjonijiet/tipi ta' benefiċjarji eliġibbli:

Biex ikun eliġibbli għal għotja, l-applikant irid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

a)

Ikun nominat formalment bħala fondazzjoni Politika Ewropea minn wieħed mill-partiti Politiċi Ewropej rikonoxxuti fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 rigward l-istatut u l-iffinanzjar tal-partiti politiċi fuq livell Ewropew;

b)

Irid ikun organizzazzjoni li ma tagħmilx qligħ;

c)

Irid ikun qed igawdi minn status legali jew jiġġustifika kif xieraq li din il-kondizzjoni se tintlaħaq dakinhar tal-firma tal-ftehim ta' l-għotja;

d)

Għandu jkun ibbażat f'wieħed mill-Istati Membru ta' l-Unjoni Ewropea.

Pajjiżi eliġibbli (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea):

L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit.

6.   Aktar tagħrif

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-annessi tagħha jistgħu jinkisbu minn fuq din il-websajt:

http://ec.europa.eu/citizenship/index_en.html

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ tas-sejħa u jiġu sottomessi permezz tal-formoli pprovduti.


(1)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/17


Avviż rigward talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Talba minn Stat Membru

(2007/C 159/10)

Fid-29 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet it-2.7.2007.

Din it-talba, mir-Renju ta' l-Iżvezja, tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 jipprovdi li d-Direttiva 2001/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat. Il-valutazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skond id-Direttiva 2004/17/KE u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Għal deċiżjoni dwar din it-talba, il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq. Il-perjodu għalhekk jintemm fit-2.10.2007.

Huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tat-tielet inċiż tal-paragrafu 4 msemmi hawn fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li għandha l-Kummissjoni jista' jiġi estiż b'xahar. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M. 4639 — Gabetti Property Solutions/Marcegaglia/Pirelli Real Estate/Italia Turismo)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/11)

1.

Fit-3 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Gabetti Property Solutions S.p.A. (“GPS”, Italy), Pirelli & C. Real Estate S.p.A. (“PRE”, l-Italja) u Marcegaglia S.p.A. (“Marcegaglia”, l-Italja) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt flimkien ma' Sviluppo Italia S.p.A. (“Sviluppo Italia”, l-Italja) ta' l-impriża Italia Turismo S.p.A. (“IT”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija tal-vetturi (Turismo & Immobiliare S.p.A., Italy).

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża GPS: il-ġestjoni ta' servizzi ta' beni immobbli u s-servizzi finanzjarji relatati;

għall-impriża PRE: investimenti tal-beni immobbli;

għall-impriża Marcegaglia: settur ta' l-azzar u tal-metallurġija; servizzi ta' bini ta' bastimenti, prodotti tad-dar, turistiċi, finanzjarji u ambjentali;

għall-impriża Sviluppo Italia: aġenzija nazzjonali Taljana għall-iżvilupp ekonomiku ta' żoni żvantaġġati;

għall-impriża IT: il-ġestjoni ta' beni immobbli turistiċi;

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/4639 — Gabetti Property Solutions/Marcegaglia/Pirelli Real Estate/Italia Turismo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/19


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4782 — Delek/Texaco Benelux)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 159/12)

1.

Fl-4 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Delek Benelux B.V., fl-aħħar mill-aħħar proprjetà ta' Delek Group Ltd. (“Delek”, l-Iżrael), takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-intier ta' l-impriżi Texaco Nederland B.V. (l-Olanda), Texaco Belgium SPRL (il-Belġju) u Texaco Luxembourg SARL (il-Lussemburgu), minn issa 'l quddiem imsejħa “il-kumpanniji Chevron Benelux”, permezz tax-xiri ta' l-ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Delek: il-bejgħ ta' prodotti tal-karburanti, l-esplojtazzjoni ta'convenience stores, ġestjoni ta' investimenti u proprjetà fis-setturi ta' l-enerġija, l-infrastruttura, il-vetturi, il-midja, il-finanzi u s-setturi ta' l-amministrazzjoni tal-ġid, investimenti prinċipali fil-proprjetà

għall-kumpanniji Chevron Benelux: bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta' karburanti tal-vetturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4782 — Delek/Texaco Benelux, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.