ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
6 ta' Lulju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2007/C 153/01

Informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

1

2007/C 153/02

Aġġornament tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 1

5

2007/C 153/03

Aġġornament tal-lista ta' postijiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 25

9

2007/C 153/04

Aġġornament tal-karti-Mudell maħruġa mill-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi konsulari u membri tal-familji tagħhom, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni fuq il-fruntieri (Il-Kodiċi ta' Fruntieri ta' Schengen) kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 85

15

2007/C 153/05

Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 17

21

2007/C 153/06

Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 19

22

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153/1


Informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

(2007/C 153/01)

L-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jistipula li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi tat-tip ta' permessi ta' soġġorn fil-pajjiż, kif ukoll il-postijiet minn fejn jistgħu jinqasmu l-fruntieri tagħhom, l-ammonti ta' flus ta' referenza meħtieġa, iffissati mill-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu jistgħu jinqasmu l-fruntieri esterni, il-lista tas-servizzi nazzjonali inkarigati mill-kontroll tal-fruntieri, kif ukoll il-format tad-dokumenti fornuti mill-ministeri ta' l-affarijiet barranin.

I.   punt 34(1)(a) – lista ta' permessi ta' soġġorn

Il-leġiżlazzjoni Bulgara tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw il-persuni naturali li jkunu jinsabu fuq it-territorju Bulgaru, skond in-nazzjonalità tagħhom

Il-liġi li tirregola d-dħul u s-soġġorn fir-Repubblika tal-Bulgarija, u l-ħruġ mit-territorju Bulgaru taċ-ċittadini ta' l-UE u l-membri tal-familja tagħhom tistabbilixxi dawn it-tip ta' permessi

Iċ-Ċertifikat ta' soġġorn twil jinħareġ mis-servizz nazzjonali tal-pulizija u jiċċertifika d-dritt ta' ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jgħix għal perjodu ta' żmien twil fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Iċ-Ċertifikat ta' residenza permanenti jinħareġ mis-servizz nazzjonali tal-pulizija u jiċċertifika d-dritt ta' ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jgħix b'mod permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Id-Dokument ta' żjara twila jinħareġ mill-awtorità kompetenti u jiċċertifika d-dritt ta' membru tal-familja ta' ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea, li ma jkunx ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea, li jgħix għal perjodu ta' żmien twil fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Id-Dokument ta' residenza permanenti jinħareġ mill-awtorità kompetenti u jiċċertifika d-dritt ta' membru tal-familja ta' ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea, li ma jkunx ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea, li jgħix b'mod permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Id-diversi dokumenti ta' identità maħruġa liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi (barranin) u validi fuq it-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, elenkati fl-Artikolu 14 tal-Liġi dwar id-dokumenti ta' identifikazzjoni Bulgari, huma dawn li ġejjin:

1.

Dokument ta' soġġorn twil fir-Repubblika tal-Bulgarija għall-barranin;

2.

Dokument ta' residenza permanenti fir-Repubblika tal-Bulgarija għall-barranin;

3.

Dokument ta' refuġjat;

4.

Ċertifikat provviżorju ta' refuġjat u ċertifikat provviżorju ta' refuġjat li jkun soġġett għal proċedura mgħaġġla;

5.

Ċertifikat ta' ħruġ mit-territorju għal refuġjat;

6.

Ċertifikat ta' ħruġ mit-territorju għal persuna mingħajr ċittadinanza;

7.

Ċertifikat provviżorju għall-ħruġ definittiv mit-territorju Bulgaru;

8.

Dokument provviżorju ta' barrani;

9.

Ċertifikat ta' ritorn lejn it-territorju Bulgaru għal barranin.

10.

Dokument għal barranin li jkollhom status umanitarju;

11.

Ċertifikat ta' protezzjoni temporanja għal barranin.

12.

Ċertifikat ta' ħruġ mit-territorju għal barranin li jkollhom status umanitarju.

13.

Dokument għal barranin li jkun fis-servizz ta' rappreżentanza diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li jkollhom is-sede fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Id-dokumenti msemmija hawn fuq huma d-dokumenti ta' identità fis-sens tal-leġiżlazzjoni Bulgara u jintgħamlu skond ir-rakkomandazzjonijiet ICAO DOC 9303.

II.   punt 34(1)(b) – lista tal-postijiet fejn tista' tinqasam il-fruntiera:

1)

Fruntiera Bulgara-Serba – Bregovo, Vrashka chuka, Kalotina, Strezimirovtsi, Oltomantsi;

2)

Fruntiera Bulgara- Maċedona – Gyueshevo, Stanke Lisichkovo, Zlatarevo;

3)

Fruntiera Bulgara-Torka – Malko Tarnovo, Lesovo, Kapitan Andreevo;

4)

Fruntiera Bulgara-Griega – Kulata, Ilinden, Kapitan Petko voyvoda;

5)

Fruntiera Bulgara-Rumena – Vidin – ferry, Oryahovo – ferry, Ruse – pont sur le Danube, Silistra, Kardam, Durankulak;

6)

Portijiet fuq ix-xmajjar – Vidin, Lom, Somovit – Nikopol, Svishtov, Ruse, Tutrakan, Silistra;

7)

Portijiet Marittimi – Balchik, Varna, Burgas, Tsarevo;

8)

Ajruporti – ajruport ta' Sofia, ajruport ta' Plovdiv, ajruport ta' Gorna Oryahovitsa, ajruport ta' Varna, ajruport ta' Burgas.

III.   punt 34(1)(c) ammonti ta' referenza fi flus, iffissati biex jingħata permess li jinqasmu l-fruntieri esterni tal-pajjiż:

Skond l-Artikolu 19(5) tar-Regolament dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta' ħruġ ta' viżi, adottat mill-Kunsill tal-Ministri Nru 97 tal-11.05.2002, il-barranin kollha li jkunu jixtiequ viża għad-dħul fil-Bulgarija huma obbligati jagħtu prova li għandhom il-mezzi biex imantnu lilhom infushom, f'ammont li ma jkunx anqas minn 50 euro għal kull ġurnata, u mhux anqas minn 500 euro b'kollox. Dan l-ammont irid ikun fil-pussess tal-barranin fil-mument li jkunu deħlin fit-territorju Bulgaru, ħlief meta jkollhom ċertifikat ta' ħlas minn qabel fil-każ ta' l-għoti ta' servizzi turistiċi fil-pajjiż.

IV.   punt 34(1)(d) – is-servizzi nazzjonali inkarigati mill-kontroll tal-fruntieri

Is-servizz inkarigat mill-kontroll tal-fruntieri tar-Repubblika tal-Bulgarija huwa d-Direttorat Ġenerali “Pulizija tal-Fruntiera”, li hu parti mis-servizz nazzjonali tal-pulizija.

V.   punt 34(1)(e) – formati tad-dokumenti maħruġa mill-ministeri ta' l-affarijiet barranin

Il-karti ta' l-identità maħruġa lil persunal li jaħdem f'ambaxxati u konsulati fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija huma kif ġej:

1.

Karti diplomatiċi jinħarġu biss lil membri tal-persunal diplomatiku tal-missjonijiet barranin u lill-membri tal-familji tagħhom ta' bejn l-14 u l-21 sena;

Quddiem

Image

Wara

Image

2.

Karti konsulari jinħarġu lil persunal diplomatiku ta' rappreżentanzi konsulari u lill-membri tal-familji tagħhom ta' bejn l-14 u l-21 sena.

Quddiem

Image

Wara

Image

3.

Il-karti ta' membri tal-persunal amministrattiv u tekniku jinħarġu lil membri tal-persunal amministrattiv u tekniku ta' l-ambaxxata/konsulat u lill-membri tal-familji tagħhom ta' bejn l-14 u l-21 sena.

Quddiem

Image

Wara

Image

4.

Il-karti konsulari jinħarġu lil persunal ta' servizz mal-kategorija rilevanti ta' persuni u lill-membri tal-familji tagħhom ta' bejn l-14 u l-21 sena.

Quddiem

Image

Wara

Image

Il-membri tal-familja huma dawk il-persuni li jgħixu fid-dar ta' l-uffiċjal, kif ġej:

Il-konjuġi

Ulied mhux miżżewġin sa l-età ta' 21 sena li jgħixu b'mod permanenti mal-ġenituri tagħhom

Ulied mhux miżżewġin ta' bejn il-21 u s-26 sena li jgħixu b'mod permanenti mal-ġenituri tagħhom u li huma studenti universitarji fil-Bulgarija. Dawn jinħarġulhom karti ta' l-identità meta jressqu dokument mill-università li jiċċertifika li huma rreġistrati bħala studenti għas-sena akkademika l-ġdida.

Ulied b'diżabilità mhux miżżewġin ta' ‘l fuq minn 21 sena li jgħixu b'mod permanenti mal-ġenituri tagħhom u li jeħtieġu attenzjoni, bil-konferma ta' ċertifikat mediku.

Id-data inkluża fil-karti ta' l-identità:

It-titolu u n-numru tal-karta

Ir-ritratt

L-ismijiet tad-detentur

Is-sess

Iċ-ċittadinanza

Id-data tat-twelid

Il-missjoni diplomatika jew konsulari

Il-grad tad-detentur (għal karti diplomatiċi biss)

Il-kariga uffiċjali (għat-tliet tipi l-oħra ta' karti)

Il-firma tad-detentur

L-awtorità tal-ħruġ

Id-data tal-ħruġ

Id-data ta' l-iskadenza

Il-firma tad-Direttur tal-Protokoll Statali


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153/5


Aġġornament tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif ippublikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 1

(2007/C 153/02)

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.

FRANZA:

Tibdil fil-lista ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006

1.

Persuni adulti barranin għandhom ikunu fil-pussess tad-dokumenti li ġejjin:

Carte de séjour temporaire comportant une mention particulière qui varie selon le motif du séjour autorisé

(Permess ta' Residenza temporanja li jkollu dettalji li jvarjaw skond ir-raġunijiet għas-soġġorn awtorizzat) (sena)

Carte de résident (10 ans)

(Karta ta' residenza) (10 snin)

Certificat de résidence d'Algérien comportant une mention particulière qui varie selon le motif du séjour autorisé (1 an, 2 ans, 10 ans)

(Ċertifikat ta' Residenza Alġerin li jkun fih referenza partikolari skond ir-raġunijiet għas-soġġorn awtorizzat) (sena, sentejn, 10 snin)

Carte de séjour des Communautés européennes (1 an, 5 ans, 10 ans, permanente)

(Permess ta' Residenza tal-Komunitajiet Ewropej) (sena, 5/10 snin, permanenti)

Permess riservat għaċ-ċittadini ta' l-UE jew għal min jiġi minnhom, ukoll jekk ikunu ċittadini ta' pajjiżi terzi

Carte de séjour de l'Espace économique européen (1 an, 5 ans, 10 ans)

(Permess ta' Residenza taż-Żona Ekonomija Ewropea) (sena, 5 snin, 10 snin)

Permess riservat għaċ-ċittadini taż-ŻEE jew għal min jiġi minnhom, ukoll jekk ikunu ċittadini ta' pajjiżi terzi

Sal-31 ta' Diċembru, il-permessi ta' soġġorn ta' tul sa jew anqas minn sena jistgħu jkunu ppreżentati f'forma ta' tabella li titwaħħal fil-passaport.

Jew inkella, tkun xi tkun id-data ta' validità tagħhom, wara t-13 ta' Mejju 2002, il-permessi ta' soġġorn jistgħu jkunu ppreżentati f'forma ta' karta tal-plastik skond il-mudell uniformi Ewropew.

Il-produzzjoni tal-permessi ta' soġġorn tal-plastik skond il-mudell Franċiż twaqqfet fit-12 ta' Mejju 2002, imma dan it-tip ta' permess għadu validu sat-12 ta' Mejju 2012 massimu.

Cartes officielles valant de titre de séjour, délivrées par le ministère des affaires étrangères

(Permessi uffiċjali bl-istess status ta' permessi ta' residenza maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)

a.

Titres de séjour spéciaux (permessi ta' residenza speċjali)

Titre de séjour spécial portant la mention CMD/A délivré aux chefs de mission diplomatique

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CMD/A” maħruġ lill-kapijiet ta' missjonijiet diplomatiċi)

Titre de séjour spécial portant la mention CMD/M délivré aux chefs de mission d'organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CMD/M” maħruġ lill-kapijiet ta' missjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention CMD/D délivré aux chefs d'une délégation permanente auprès d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CMD/D” maħruġ lill-kapijiet ta' delegazzjonijiet permanenti f'organizzazzjonijiet internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention CD/A délivré aux agents du corps diplomatique

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CD/A” maħruġ lill-uffiċjali diplomatiċi)

Titre de séjour spécial portant la mention CD/M délivré aux hauts fonctionnaires d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CD/M” maħruġ lill-uffiċjali anzjani ta' organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention CD/D délivré aux assimilés diplomatiques membres d'une délégation permanente auprès d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CD/D” maħruġ lill-uffiċjali komparabbli ma' uffiċjali diplomatiċi li jkunu membri ta' delegazzjonijiet permanenti f'organizzazzjonijiet internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention CC/C délivré aux fonctionnaires consulaires

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “CC/A” maħruġ lill-uffiċjali konsulari)

Titre de séjour spécial portant la mention AT/A délivré au personnel administratif ou technique d'une ambassade

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “AT/A” maħruġ għall-istaff amministrattiv jew tekniku ta' Ambaxxata)

Titre de séjour spécial portant la mention AT/C délivré au personnel administratif ou technique d'un consulat

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “AT/C” maħruġ għall-istaff amministrattiv jew tekniku ta' Konsulat)

Titre de séjour spécial portant la mention AT/M délivré au personnel administratif ou technique d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “AT/M” maħruġ għall-istaff amministrattiv jew tekniku ta' organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention AT/D délivré au personnel administratif ou technique d'une délégation auprès d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “AT/D” maħruġ għall-istaff amministrattiv jew tekniku ta' delegazzjoni f'organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention SE/A délivré au personnel de service d'une ambassade

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “SE/A” maħruġ għall-istaff ta' servizz ta' Ambaxxata)

Titre de séjour spécial portant la mention SE/C délivré au personnel de service d'un consulat

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “SE/C” maħruġ għall-istaff ta' servizz ta' Konsulat)

Titre de séjour spécial portant la mention SE/M délivré au personnel de service d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “SE/M” maħruġ għall-istaff ta' servizz ta' organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention SE/D délivré au personnel de service d'une délégation auprès d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “SE/D” maħruġ għall-istaff ta' servizz ta' delegazzjoni f'organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention PP/A délivré au personnel privé d'un diplomate

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “PP/A” maħruġ għall-istaff privat ta' diplomatiku)

Titre de séjour spécial portant la mention PP/C délivré au personnel privé d'un fonctionnaire consulaire

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “PP/C” maħruġ għall-istaff privat ta' uffiċjal konsulari)

Titre de séjour spécial portant la mention PP/M délivré au personnel privé d'un membre d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “PP/M” maħruġ għall-istaff privat ta' membru ta' organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention PP/D délivré au personnel privé d'un membre d'une délégation permanente auprès d'une organisation internationale

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “PP/D” maħruġ għall-istaff privat ta' membru ta' delegazzjoni permanenti f'organizzazzjoni internazzjonali)

Titre de séjour spécial portant la mention EM/A délivré aux enseignants ou militaires à statut spécial attachés auprès d'une ambassade

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “EM/A” maħruġ għall-għalliema jew staff militari bi status speċjali marbutin ma' Ambaxxata).

Titre de séjour spécial portant la mention EM/C délivré aux enseignants ou militaires à statut spécial attachés auprès d'un consulat

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “EM/C” maħruġ għall-għalliema jew staff militari bi status speċjali marbutin ma' Konsulat)

Titre de séjour spécial portant la mention EF/M délivré aux fonctionnaires internationaux domiciliés à l'étranger

(permess ta' residenza speċjali mmarkat “EF/M” maħruġ lill-uffiċjali internazzjonali domiċiljati barra l-pajjiż)

b.

Permessi ta' Monako

la carte de séjour de résident temporaire de Monaco

(permess ta' residenza temporanja ta' Monako);

la carte de séjour de résident ordinaire de Monaco

(permess ta' residenza ordinarju ta' Monako);

la carte de séjour de résident privilégié de Monaco

(permess ta' residenza privileġġjat ta' Monako);

la carte de séjour de conjoint de ressortissant monégasque

(permess ta' residenza għall-konjugi ta' persuna ta' nazzjonalità ta' Monako).

2.

Persuni barranin li għadhom minuri għandu jkollhom dawn id-dokumenti li ġejjin:

Document de circulation pour étrangers mineurs

(Dokument ta' l-ivvjaġġar għal minuri barranin)

Titre d'identité républicain

(Dokument ta' identità tar-Repubblika Franċiża)

Visa de retour (sans condition de nationalité et sans présentation du titre de séjour, auquel ne sont pas soumis les enfants mineurs)

(Viża ta' ritorn) (minuri barranin li mhumiex suġġetti għall-kundizzjonijiet ta' nazzjonalità jew għall-produzzjoni ta' permessi ta' residenza)

Passeport diplomatique/de service/ordinaire des enfants mineurs des titulaires d'une carte spéciale du ministère des affaires étrangères revêtu d'un visa de circulation

(Passaporti diplomatiċi/ta' servizz/ordinarji għal minuri li huma t-tfal ta' detenturi ta' Permess Speċjali maħruġ mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li jkun jinkludi viża għall-ivvjaġġar)

3.

Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea

NB 1:

Għandu jkun magħruf li l-irċevuti ta' talbiet għal permess ta' residenza għall-ewwel darba ma jintitolawx dħul mingħajr viża. Għall-kuntrarju, l-irċevuti ta' talbiet biex jiġġedded permess ta' residenza, jew li jiġi emendat permess huma kkunsidrati validi, meta dawn ikollhom magħhom il-permess il-qadim.

NB 2:

L-“attestation de fonctions” (ċertifikat ta' ħatra) maħruġ mid-dipartiment tal-protokoll tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma jistax jintuża minflok permess ta' residenza. Id-detenturi jrid ikollhom ukoll wieħed mill-permessi ta' residenza standard.

MALTA

Il-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jinħarġu fil-format uniformi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistipula format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Fl-ispazju vojt li jinsab f'kull dokument għal “Tip ta' Permess” qed jintużaw il-kategoriji li ġejjin:

Xogħol (employment purposes);

Jaħdem għal rasu (self-employment purposes);

Temporanju (temporary);

Residenti fit-tul- KE (long term resident- EC) ;

Benestant (economically self-sufficient);

Adozzjoni (adoption);

Raġunijiet ta' Saħħa (health purposes);

Reliġjuż (religious purposes);

Skema - Residenza Permanenti (Permanent Residence Scheme).

Fil-perjodu proviżorju meta l-applikazzjoni għall-permess ta' residenza jkun qed jiġi pproċessat, l-applikant jingħata rċevuta għall-applikazzjoni tiegħu/tagħha. Dan id-dokument ikun jiswa bħala dokument għal residenza temporanja għall-użu nazzjonali biss.

Il-pulizija ta' l-immigrazzjoni joħorġu “Ċertifikat ta' Immigrazzjoni” għal raġunijiet umanitarji liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkollhom l-ebda forma ta' identifikazzjoni oħra. Dan id-dokument jintuża fuq bażi nazzjonali għal skopijiet ta' identifikazzzjoni u mhux validu għall-ivvjaġġar.

Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiżi taż-ŻEE li jeżerċitaw id-dritt tat-Trattat f'Malta jinħarġilhom dokument ta' residenza permezz ta' timbru stampat fuq il-passaport tal-persuna kkonċernata.

Il-konjugi/l-armla/l-armel/it-tifel/tifla taħt il-21 sena ta' ċittadin Malti tkun ikkunsidrata bħala persuna eżentata u, għalhekk, tista' toqgħod u taħdem f'Malta. Il-pożizzjoni migratorja ta' dawn il-persuni tidher fil-passaport tad-detentur permezz ta' wieħed mit-timbri li ġejjin:

Id-detentur għandu d-dritt tal-moviment ħieles skond is-sezzjoni 44 (4)(a) tal-Kostituzzjoni ta' Malta;

id-detentur hu eżentat skond is-sezzjoni 4(1)(g)(h) tal-Kapitolu 217 tal-Liġijiet ta' Malta.

IN-NORVEĠJA:

Tibdil fil-lista ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006

Oppholdstillatelse (Permess ta' residenza)

Arbeidstillatelse (Permess tax-xogħol)

Bosettingstillatelse (Permess għad-domiċilju/permess ta' xogħol u residenza permanenti)

Permessi ta' residenza maħruġa qabel il-25 ta' Marzu 2000 jingħarfu mit-timbri (mhux stikers) fuq id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar tad-detenturi. Għaċ-ċittadini nazzjonali suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, dawn it-timbri jkunu akkumpanjati minn stiker tal-viża Norveġiża għall-perjodu ta' validità tal-permess ta' residenza. Permessi ta' residenza maħruġa wara li Schengen jidħol fis-seħħ fil-25 ta' Marzu 2001 ikollhom stiker. Jekk id-dokument ta' l-ivvjaġġar taċ-ċittadin barrani għandu timbru qadim fuqu, dan jibqa' validu sa meta l-awtoritajiet Norveġiżi jkollhom ibiddlu t-timbri bl-istiker il-ġdida li għandu jitwaħħal mal-permess ta' residenza.

Il-permessi msemmija hawn fuq mhumiex validi bħala dokumenti ta' l-ivvjaġġar. F'każijiet fejn iċ-ċittadin barrani għandu bżonn dokument ta' l-ivvjaġġar, wieħed miż-żewġ dokumenti li ġejjin jista' jintuża bħala suppliment għall-permess tax-xogħol, ta' residenza jew permess biex joqgħod:

Dokument ta' l-ivvjaġġar ta' refuġjat (Reisebevis – aħdar)

Passaport ta' immigrant (“Utlendingspass” – blu).

Id-detentur ta' wieħed minn dawn id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar għandu garanzija li jitħalla jidħol mill-ġdid fin-Norveġja filwaqt li d-dokument jibqa' validu.

Il-karta taż-ŻEE maħruġa liċ-ċittadini taż-ŻEE u l-membri tal-familja tagħhom li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi. Dawn il-karti jkunu dejjem laminati

Identitetskort for diplomater (Karta ta' l-identità għad-diplomatiċi – ħamra)

Identitetskort for hjelpepersonale ved diplomatisk stasjon (Karta ta' l-identità għal staff awżiljari – kannella)

Identitetskort for administrativt og teknisk personale ved diplomatisk stasjon (Karta ta' l-identità għal staff amministrattiv u tekniku – blu)

Identitetskort for utsendte konsuler (Karta ta' l-identità għall-konsli – ħadra)

Stiker tar-residenza/viża maħruġa lid-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz u uffiċjali li huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża u l-istaff tal-missjonijiet barranin li għandhom passaport nazzjonali.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153/9


Aġġornament tal-lista ta' postijiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif ippublikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 25

(2007/C 153/03)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postjiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA:

Post ġdid transfonfinali:

Ir-repubblika Ċeka – il-Ġermanja

Krásný les – Breitenau

FRANZA:

Tibdil fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006:

Fruntieri ta' l-ajru:

(1)

Abbeville

(2)

Agen-La Garenne

(3)

Ajaccio-Campo dell'Oro

(4)

Albi-Le Séquestre

(5)

Amiens-Glisy

(6)

Angers-Marcé

(7)

Angoulême-Brie-Champniers

(8)

Annecy-Methet

(9)

Annemasse

(10)

Auxerre-Branches

(11)

Avignon-Caumont

(12)

Bâle-Mulhouse

(13)

Bastia-Poretta

(14)

Beauvais-Tillé

(15)

Bergerac-Roumanière

(16)

Besançon-La Vèze

(17)

Béziers-Vias

(18)

Biarritz-Bayonne-Anglet

(19)

Bordeaux-Mérignac

(20)

Bourges

(21)

Brest-Guipavas

(22)

Caen-Carpiquet

(23)

Cahors-Lalbenque

(24)

Calais-Dunkerque

(25)

Calvi-Sainte-Catherine

(26)

Cannes-Mandelieu

(27)

Carcassonne-Salvaza

(28)

Castres-Mazamet

(29)

Châlons-Vatry

(30)

Chambéry-Aix-les-Bains

(31)

Charleville-Mézières

(32)

Châteauroux-Déols

(33)

Cherbourg-Mauperthus

(34)

Clermont-Ferrand-Aulnat

(35)

Colmar-Houssen

(36)

Courchevel

(37)

Deauville-Saint-Gatien

(38)

Dieppe-Saint-Aubin

(39)

Dijon-Longvic

(40)

Dinard-Pleurtuit

(41)

Dôle-Tavaux

(42)

Epinal-Mirecourt

(43)

Figari-Sud Corse

(44)

Gap-Tallard

(45)

Genève-Cointrin

(46)

Granville

(47)

Grenoble-Saint-Geoirs

(48)

Hyères-le Palivestre

(49)

Issy-les-Moulineaux

(50)

La Môle

(51)

Lannion

(52)

La Rochelle-Laleu

(53)

Laval-Entrammes

(54)

Le Castelet

(55)

Le Havre-Octeville

(56)

Le Mans-Arnage

(57)

Le Touquet-Paris-Plage

(58)

Lille-Lesquin

(59)

Limoges-Bellegarde

(60)

Lognes-Emerainville

(61)

Lorient-Lann-Bihoué

(62)

Lyon-Bron

(63)

Lyon-Saint-Exupéry

(64)

Marseille-Provence

(65)

Meaux-Esbly

(66)

Megève

(67)

Metz-Nancy-Lorraine

(68)

Monaco-Héliport

(69)

Montbéliard-Courcelles

(70)

Montpellier-Méditérranée

(71)

Morlaix-Ploujean

(72)

Nancy-Essey

(73)

Nantes-Atlantique

(74)

Nevers-Fourchambault

(75)

Nice-Côte d'Azur

(76)

Nîmes-Garons

(77)

Orléans-Bricy

(78)

Orléans-Saint-Denis-de-l'Hôtel

(79)

Paris-Charles de Gaulle

(80)

Paris-Le Bourget

(81)

Paris-Orly

(82)

Pau-Pyrénées

(83)

Périgueux-Bassillac

(84)

Perpignan-Rivesaltes

(85)

Poitiers-Biard

(86)

Pontarlier

(87)

Pontoise-Cormeilles-en-Vexin

(88)

Quimper-Pluguffan

(89)

Reims-Champagne

(90)

Rennes-Saint-Jacques

(91)

Roanne-Renaison

(92)

Rodez-Marcillac

(93)

Rouen-Vallée de Seine

(94)

Saint-Brieuc-Armor

(95)

Saint-Etienne-Bouthéon

(96)

Saint-Nazaire-Montoir

(97)

Saint-Yan

(98)

Strasbourg-Entzheim

(99)

Tarbes-Ossun-Lourdes

(100)

Toulouse-Blagnac

(101)

Tours-Saint-Symphorien

(102)

Toussus-le-Noble

(103)

Troyes-Barberey

(104)

Valence-Chabeuil

(105)

Valenciennes-Denain

(106)

Vannes-Meucon

(107)

Vesoul-Frotey

(108)

Vichy-Charmeil

Fruntieri tal-baħar:

(1)

Ajaccio

(2)

Bastia

(3)

Bayonne

(4)

Bonifacio

(5)

Bordeaux

(6)

Boulogne

(7)

Brest

(8)

Caen-Ouistreham

(9)

Calais

(10)

Calvi

(11)

Cannes-Vieux Port

(12)

Carteret

(13)

Cherbourg

(14)

Concarneau

(15)

Dieppe

(16)

Douvres

(17)

Dunkerque

(18)

Fécamp

(19)

Granville

(20)

Honfleur

(21)

La Rochelle-La Pallice

(22)

Le Havre

(23)

Les Sables-d'Olonne-Port

(24)

Le Tréport

(25)

L'Ile-Rousse

(26)

Lorient

(27)

Marseille

(28)

Monaco-Port de la Condamine

(29)

Nantes-Saint-Nazaire

(30)

Nice

(31)

Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis

(32)

Port-la-Nouvelle

(33)

Porto Vecchio

(34)

Port-Vendres

(35)

Propriano

(36)

Roscoff

(37)

Rouen

(38)

Saint-Brieuc (marittimu)

(39)

Saint-Malo

(40)

Sète

(41)

Toulon

(42)

Villefranche-sur-Mer

Fruntieri ta' l-art

Ma' l-Iżvizzera

(1)

Bâle-Mulhouse aéroport (passage piétonnier entre secteurs)

(2)

Bois-d'Amont

(3)

Chatel

(4)

Col France

(5)

Delle route

(6)

Evian Port

(7)

Ferney-Voltaire

(8)

Ferrières-sous-Jougne

(9)

Gare de Genève-Cornavin

(10)

Goumois

(11)

La Cure

(12)

Les Verrières route

(13)

Moëllesulaz

(14)

Pontarlier-gare

(15)

Poste autoroute Saint-Julien-Bardonnex

(16)

Prévessin

(17)

Saint-Gingolph

(18)

Saint-Julien-Perly

(19)

Saint-Louis autoroute

(20)

Saint-Louis-Bâle-gare ferroviaire

(21)

Vallard-Thonex

(22)

Vallorbe (trains internationaux)

(23)

Vallorcine

(24)

Veigy

Mar-Renju Unit:

(kollegament fiss min-naħa għall-oħra taċ-Channel)

(1)

Gare d'Ashford International

(2)

Gare d'Avignon-Ċentru

(3)

Cheriton/Coquelles

(4)

Gare de Chessy-Marne-la-Vallée

(5)

Gare de Fréthun

(6)

Gare de Lille-Europe

(7)

Gare de Londres-Waterloo

(8)

Gare de Paris-Nord

Ma' Andorra

Pas de la Case-Porta

L-UNGERIJA:

L-Ungerija-is-Serbja

Fruntieri ta' l-art

Bácsalmás – Bajmok: miftuħa temporanjament mill-1 ta' Settembru 2006

Tiszasziget – Đjala (Gyála) : magħluqa temporanjament mill-1 ta' Settembru 2006

L-Ungerija–l-Ukraina

Fruntieri ta' l-art

Barabás – Kosino: magħluqa temporanjament mill-15 ta' Settembru 2006

IL-POLONJA:

Post ġdid transkonfinali fuq il-baħar:

Międzyzdroje: Għaċ-cittadini biss ta' l-UE, taż-ŻEE, u tal-Konfederazzjoni Żvizzera li jivvjaġġaw fuq vapuri reġistrati fl-UE fiż-ŻEE, u fil-Konfederazzjoni Żvizzera.

IS-SLOVAKKJA:

Post ġdid transkonfinali:

Is-Slovakkja – ir-Repubblika Ċeka:

Skalica prístavisko- Hodonín přístaviště (post transkonfinali max-xmara)

1.4.-31.10 – ħinijiet tal-ftuħ: 9:30-10:00; 11:30-12:00; 13:30-14:00;

Skalica prístavisko- Rohatec přístaviště (post transkonfinali max-xmara)

1.4.-31.10 – ħinijiet tal-ftuħ: 10:30-11:30; 14:30-15:30.

Skalica prístavisko- Sudoměřice (Výklopník), (post transkonfinali max-xmara)

1.4.-31.10 – ħinijiet tal-ftuħ: 10:45-11:15; 1:45-15:15

IS-SLOVENJA:

Tibdil fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006:

Is-Slovenja – l-Italja

Fruntieri ta' l-art

1.

Fernetiči – Fernetti

2.

Kozina – Pese

3.

Lazaret – S. Bartolomeo

4.

Lipica – Basovizza

5.

Neblo – Venco

6.

Nova Gorica – Gorizia Casa Rossa

7.

Nova Gorica – Gorizia (linja tal-ferrovija)

8.

Predel – Passo Predil

9.

Rateče – Fusine Laghi

10.

Robič – Stupizza

11.

Sežana – Villa Opicina (linja tal-ferrovija)

12.

Škofije – Rabuiese

13.

Učeja – Uccea

14.

Vrtojba – S. Andrea

Fruntieri ta' l-art-traffiku tal-fruntieri lokali:

1.

Britof – Molino Vechio (1)

2.

Čampore – Chiampore (1)

3.

Golo Brdo – Mernico

4.

Gorjansko – S. Pelagio (1)

5.

Hum – S. Floriano (1)

6.

Kaštelir – S. Barbara

7.

Klariči – Jamiano (1)

8.

Livek – Polava di Cepletischis (1)

9.

Lokvica – Devetachi

10.

Miren – Merna (1)

11.

Most na Nadiži – Ponte Vittorio

12.

Nova Gorica I – S. Gabriele (1)

13.

Osp – Prebenico Caresana (1)

14.

Plavje – Noghere

15.

Plešivo – Plessiva (1)

16.

Pristava – Gorizia Via Rafut

17.

Repentabor – Monrupino (1)

18.

Robidišče – Robedischis

19.

Socerb – S. Servolo (1)

20.

Solkan – Salcano (1)

21.

Šempeter – Gorizia S. Pietro (1)

22.

Vipolže – Castelleto Versa (1)

Is-Slovenja – l-Awstrija

Fruntieri ta' l-art

1.

Gederovci – Sicheldorf

2.

Gornja Radgona – Bad Radkersburg

3.

Holmec – Grablach

4.

Jesenice – Rosenbach (linja tal-ferrovija)

5.

Jezersko – Seebergsattel

6.

Jurij – Langegg

7.

Karavanke – Karawankentunnel

8.

Korensko sedlo – Wurzenpass

9.

Kuzma – Bonisdorf

10.

Libeliče – Leifling

11.

Ljubelj – Loibltunnel

12.

Maribor – Spielfeld (linja tal-ferrovija)

13.

Mežica – Raunjak

14.

Pavličevo sedlo – Paulitschsattel

15.

Prevalje – Bleiburg (linja tal-ferrovija)

16.

Sveti Duh na Ostrem vrhu – Grosswalz:

17.

Radlje – Radlpass:

18.

Šentilj – Spielfeld

19.

Šentilj – Spielfeld (awtostrada)

20.

Trate – Mureck

21.

Vič – Lavamünd

Fruntieri ta' l-art – traffiku tal-fruntieri lokali:

1.

Cankova – Zelting

2.

Fikšinci – Gruisla

3.

Gerlinci – Pölten

4.

Gradišče – Schlossberg:

5.

Kapla – Arnfels

6.

Korovci – Goritz

7.

Kramarovci – St. Anna

8.

Matjaševci – Tauka

9.

Muta – Soboth

10.

Pernice – Laaken

11.

Plač – Ehrenhausen

12.

Remšnik – Oberhaag

13.

Sladki Vrh – Weitersfeld (Murfäre)

14.

Sotina – Kalch

15.

Špičnik – Sulztal

16.

Svečina – Berghausen

Is-Slovenja – l-Ungerija

Fruntieri ta' l-art

1.

Čepinci – Kétvölgy

2.

Dolga vas – Rédics

3.

Hodoš – Bajánsenye

4.

Hodoš – Bajánsenye (linja tal-ferrovija)

5.

Kobilje – Nemesnép

6.

Martinje – Felsőszölnök

7.

Pince – Tornyiszentmiklós

8.

Prosenjakovci – Magyarszombatfa

Is-Slovenja – il-Kroazja

Fruntieri ta' l-art

1.

Babno Polje – Prezid

2.

Bistrica ob Sotli – Razvor

3.

Dobova – Savski Marof (linja tal-ferrovija)

4.

Dobovec – Lupinjak

5.

Dragonja – Kaštel

6.

Gruškovje – Macelj

7.

Ilirska Bistrica – Šapjane (linja tal-ferrovija)

8.

Imeno – Kumrovec (linja tal-ferrovija)

9.

Jelšane – Rupa

10.

Lendava – Čakovec (linja tal-ferrovija)

11.

Metlika – Jurovski brod

12.

Metlika – Kamanje (linja tal-ferrovija)

13.

Obrežje – Bregana

14.

Petišovci – Mursko središče

15.

Petrina – Brod na Kupi

16.

Podgorje – Jelovice

17.

Rakitovec – Buzet (linja tal-ferrovija)

18.

Rogatec – Đurmanec (linja tal-ferrovija)

19.

Sečovlje – Plovanija

20.

Sočerga – Požane

21.

Središče ob Dravi – Čakovec (linja tal-ferrovija)

22.

Središče ob Dravi – Trnovec

23.

Starod – Pasjak

24.

Vinica – Pribanjci

25.

Zavrč – Dubrava Križovljanska

Fruntieri ta' l-art – Postijiet transkonfinali għat-traffiku bejn l-istati miftuħa wkoll għaċ-ċittadini ta' l-UE, ż-ŻEE u l-Konfederazzjoni Żvizzera:

1.

Gibina – Bukovje

2.

Imeno – Miljana

3.

Orešje – Mihanović Dol

4.

Ormož – Otok Virje

5.

Podplanina – Čabar

6.

Razkrižje – Banfi

7.

Rigonce – Harmica

8.

Rogatec – Hum na Sutli

9.

Slovenska vas – Bregana naselje

10.

Zg. Leskovec – Cvetlin

Fruntieri ta' l-art – Traffiku tal-fruntieri lokali:

1.

Božakovo – Obrež

2.

Brezovica pri Gradinu – Lucija

3.

Brezovica – Brezovica

4.

Drenovec – Gornja Voća

5.

Hotiza – Sveti Martin na Muri

6.

Krasinec – Pravutina

7.

Krmačina – Vivodina

8.

Nova vas ob Sotli – Draše

9.

Novi Kot – Prezid I

10.

Novokračine – Lipa

11.

Osilnica – Zamost

12.

Planina v Podboču – Novo Selo Žumberačko

13.

Podčetrtek – Luke Poljanske

14.

Radovica – Kašt

15.

Rajnkovec – Mali Tabor

16.

Rakitovec – Slum

17.

Rakovec – Kraj Donji

18.

Sedlarjevo – Plavić

19.

Sodevci – Blaževci

20.

Središče ob Dravi I – Preseka

21.

Stara vas/Bizeljsko – Donji Čemehovec

22.

Žuniči – Prilišće

Fruntieri tal-Baħar:

1.

Izola – Isola (skond l-istaġun)

2.

Koper – Capodistria

3.

Piran – Pirano

Fruntieri ta' l-ajru:

1.

Ljubljana–Brnik

2.

Maribor–Slivnica

3.

Portorož–Portorose


(1)  Miftuħa wkoll għaċ-ċittadini ta' l-UE, taż-ŻEE u tal-Konfederazzjoni Żvizzera

postijiet oħra transkonfinali miftuħa biss għall-benefiċjarji li għandhom il-permess tat-traffiku għall-fruntieri lokali


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153/15


Aġġornament tal-karti-Mudell maħruġa mill-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi konsulari u membri tal-familji tagħhom, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni fuq il-fruntieri (Il-Kodiċi ta' Fruntieri ta' Schengen) kif ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 85

(2007/C 153/04)

Il-pubblikazzjoni ta' karti-Mudell maħruġa mill-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi konsulari u membri tal-familji tagħhom, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 34 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni fuq il-fruntieri (Il-Kodiċi ta' Fruntieri ta' Schengen) hi bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi ta' Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

L-ESTONJA

Sostituzzjoni tal-mudelli ppubblikati fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006

Karta ta' l-Identità Diplomatika

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur – blu

Kategorija A – Kap ta' Missjoni u membru tal-familja tiegħu/tagħha

 


Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur – blu

Kategorija B – Diplomatiku u membru tal-familja tiegħu/tagħha

 

Karta tas-servizz

Quddiem

Image

Wara

Image

Lewn – aħmar

Kategorija C – Impjegat amministrattiv u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha

 


Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur – aħdar

Kategorija D – Staff ta' servizz u l-membru tal-familja tiegħu/tagħha

 


Quddiem

Image

Wara

Image

Lewn – aħdar

Kategorija E – Impjegat privat

 


Quddiem

Image

Wara

Image

Lewn – aħdar

Kategorija F – Impjegat lokali

 


Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur – griż

Kategorija KO – Konslu onorarju

 

L-ITALJA

Sostituzzjoni tal-mudelli ppubblikati fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006

Carta d'identità M.A.E.

(Karta ta' l-Identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)

Mod. 1 (blu) Corpo diplomatico accreditato e consorti titolari di passaporto diplomatico

(Mudell 1 (blu) Membri akkreditati tal-korp diplomatiku u l-konjugi tagħhom li jkollhom passaport diplomatiku)

Mod. 2 (verde) Corpo consolare titolare di passaporto diplomatico

(Mudell 2 (aħdar) Membri tal-korp konsulari li jkollhom passaport diplomatiku)

Mod. 3 (arancione) Funzionari II FAO titolari di passaporto diplomatico, di servizio o ordinario

(Mudell 3 (oranġjo) Kategorija II Uffiċjali ta' l-FAO li jkollhom passaport diplomatiku, ta' servizz jew ordinarju)

Mod. 4 (arancione) Impiegati tecnico-amministrativi presso Rappresentanze diplomatiche titolari di passaporto di servizio

(Mudell 4 (oranġjo) Staff tekniku u amministrattiv ta' rappreżentanzi diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 5 (arancione) Impiegati consolari titolari di passaporto di servizio

(Mudell 5 (oranġjo) Staff konsulari li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 7 (grigio) Personale di servizio presso Rappresentanze diplomatiche titolare di passaporto di servizio

(Mudell 7 (griż) Staff tas-servizz ta' rappreżentanzi diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 8 (grigio) Personale di servizio presso Rappresentanze Consolari titolare di passaporto di servizio

(Mudell 8 (griż) Staff tas-servizz ta' rappreżentanzi konsulari li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 11 (beige) Funzionari delle Organizzazioni internazionali, Consoli Onorari, impiegati locali, personale di servizio assunto all’estero e venuto al seguito, familiari Corpo Diplomatico e Organizzazioni Internazionali titolari di passaporto ordinario

(Mudell 11 (beige) Uffiċjali ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, konsli onorarji, impjegati lokali, staff domestiku rreklutat barra l-pajjiż u li jkun baqa' ma' min iħaddmu, il-familjari ta' membri tal-korp diplomatiku u organizzazzjonijiet internazzjonali li jkollhom passaport ordinarju)

NB: Il-mudelli 6 (oranġjo) u 9 (aħdar) għal staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jkollhomx immunità u konsli onorarji barranin, rispettivament, m'għadhomx jinħarġu u ġew sostitwiti mill-mudell 11. Madankollu, dawn id-dokumenti jibqgħu validi sad-data ta' skadenza indikata fuqhom.

MOD. MAE/1

Image

Image

MOD. MAE/2

Image

Image

MOD. MAE/3

Image

Image

MOD. MAE/4

Image

Image

MOD. MAE/5

Image

Image

MOD. MAE/7

Image

Image

MOD. MAE/8

Image

Image

MOD. MAE/11

Image

Image


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153/21


Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 17

(2007/C 153/05)

Il-pubblikazzjoni tal-Lista tas-servizzi responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament mensili fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.

MALTA

Servizz statali ġdid responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera:

Forzi Armati ta' Malta.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 153/22


Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 19

(2007/C 153/06)

Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament mensili fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.

FRANZA:

Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006:

L-ammont ta' referenza għal mezzi adegwati ta' sussistenza għat-tul ta' żmien ippjanat tas-soġġorn ta' barrani jew għat-tranżitu tiegħu minn Franza għal destinazzjoni fi stat terz huwa daqs l-ammont tal-paga minima garantita fi Franza (SMIC) ikkalkulat kuljum fuq il-bażi tar-rata ffissata fl-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti.

Dan l-ammont huwa regolarment evalwat mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-indiċi Franċiż ta' l-għoli tal-ħajja:

b'mod awtomatiku kull meta l-indiċi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut jogħla b'aktar minn 2 %,

B'deċiżjoni tal-gvern – wara kunsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali għan-negozjar kollettiv – sabiex tingħata żieda ogħla miż-żieda fl-indiċi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut.

Mill-1 ta' Lulju 2005, l-ammont ta' kuljum ta' l-SMIC (paga minima) huwa EUR 56,20.

Il-persuni li jkollhom prova ta' l-akkomodazzjoni (“attestation d'accueil”) għandu jkollhom ammont minimu ta' flus, ekwivalenti għal nofs l-SMIC, sabiex jibqgħu fi Franza. Għalhekk dan l-ammont huwa EUR 28,10 kuljum.