|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/1 |
Appell imressaq fit-12 ta' Frar 2007 minn Franco Campoli mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla Estiża) mogħtija fid-29 ta' Novembru 2006 fil-kawża T-135/05, Campoli vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-71/07 P)
(2007/C 117/01)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Franco Campoli (rappreżentanti: G. Vandersanden, L. Levi, S. Rodrigues, avocats)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris, D. Martin, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (M. Arpio, I. Šulce, aġenti)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-KE, tad-29 ta' Novembru 2006, fil-kawża T-135/05; |
|
— |
konsegwentement, tilqa' t-talbiet tar-rikorrent magħmula fl-ewwel istanza, kif emendati fir-rigward ta' l-inammissibbiltà tat-talbiet tar-rikorrent rigward l-allowance għan-numru ta' nies id-dar u l-allowance għall-edukazzjoni u, għaldaqstant,
|
|
— |
tordna li l-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha ta' l-ewwel istanza u ta' l-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jinvoka diversi argumenti in sostenn tal-motiv uniku tiegħu, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali u n-nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligu ta' motivazzjoni impost fuq il-qorti Komunitarja.
L-imsemmi prinċipju ġie miksur, l-ewwel nett, inkwantu l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-leġiżlatur jista' jemenda r-Regolamenti tal-Persunal billi jistabbilixxi kundizzjonijiet iktar sfavorevoli mis-sistema fis-seħħ sakemm jipprovdi għal perijodu tranżitorju li jkun twil biżżejjed. L-eżistenza ta' perijodu ta' tranżizzjoni u l-eżami tal-kwistjoni jekk dan iż-żmien kienx twil biżżejjed huma fil-fatt elementi li ma jiġux ikkunsidrati fl-eżami tal-legalità ta' miżura ġdida fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali, li l-osservanza tiegħu tippresupponi l-verifika, mill-qorti, tan-nuqqas ta' distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fid-dawl ta' l-objettiv mixtieq mil-leġiżlatur Komunitarju. Issa, f'din il-kawża, is-sentenza kkontestata la ddefiniet l-objettiv mixtieq mir-regoli l-ġodda dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni, u lanqas, a fortiori, eżaminat jekk hemmx distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fid-dawl ta' dan l-objettiv. Ir-rikorrent iżid li koeffiċjent tal-korrezzjoni stabbilit fuq il-livell medju ta' l-għoli tal-ħajja ta' pajjiż jippreġudika kemm l-objettiv taż-żamma tal-kapaċità ta' xiri tal-pensjonanti kif ukoll dak tal-libertà ta' moviment u ta' residenza tagħhom peress illi pensjonanti li jirrisjedu fil-belt kapitali ta' pajjiż jew f'ibliet jew reġjuni oħrajn għaljin ta' dak il-pajjiż ikollhom kapaċità ta' xiri iktar baxxa mill-pensjonanti li jkunu stabbilew ir-residenza tagħhom barra minn din il-belt kapitali jew minn dawn l-ibliet jew reġjuni.
Permezz tat-tieni argument tiegħu, ir-rikorrent isostni li, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż fis-sentenza kkontestata, is-sistema l-ġdida ta' pensjonijiet tipprovdi effettivament għal ness ma' l-għoli tal-ħajja fi Brussell, b'tali mod li d-dħul tal-pensjonanti li jirrisjedu fil-Belġju huwa stabbilit billi jittieħed in kunsiderazzjoni biss l-għoli tal-ħajja fil-belt kapitali ta' dan l-Istat Membru, filwaqt li d-dħul tal-pensjonanti li jirrisjedu fl-ibliet kapitali ta' Stati Membri oħrajn huwa stabbilit permezz ta' koeffiċjent tal-korrezzjoni li jieħu in kunsiderazzjoni l-għoli tal-ħajja medju fil-pajjiż kollu. Barra minn hekk, ir-rikorrent jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tgħid li l-legalità ta' att leġiżlattiv Komunitarju ma tistax tiddependi fuq il-mod kif dan l-att huwa applikat fil-prattika, billi l-miżuri ta' implementazzjoni ta' tali att huma strettament marbuta ma' l-att stess, u jinvoka vjolazzjoni tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tal-prinċipju ta' ugwaljanza tal-partijiet quddiem il-qorti Komunitarja inkwantu huwa sar jaf bil-miżuri ta' implementazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' pensjonijiet biss wara l-għeluq tal-proċedura bil-miktub.
Permezz ta' l-aħħar argument tiegħu, ir-rikorrent jikkontesta, fl-aħħar nett, l-allegazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li huwa m'għandux interess ġuridiku, skond l-Artikolu 241 KE, billi jirreferi għall-vantaġġ mogħti lill-pensjonanti li jirrisjedu fi Stat Membru “mhux għali ħafna”. Billi jikkritika t-trattament differenti rriżervat għall-pensjonanti li jirrisjedu fi Stat Membru “mhux għali ħafna ”meta mqabbla mal-pensjonanti li jirrisjedu fi Stat Membru “għali”, huwa jikkritika fil-fatt il-vjolazzjoni tal-prinċipju ta' ekwivalenza tal-kapaċità ta' xiri u jipprova, b'dan il-mod, jikkontesta s-sistema ta' pensjonijiet li tirriżulta mir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda u l-miżuri tranżitorji tagħha.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fit-13 ta' Frar 2007 — Ispettorato Provinciale dell'Agricoltura di Enna, Assessorato all'agricoltura e foreste della regione Sicilia, Regione Sicilia vs Domenico Valvo
(Kawża C-78/07)
(2007/C 117/02)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ispettorato Provinciale dell'Agricoltura di Enna, Assessorato all'agricoltura e foreste della regione Sicilia, Regione Sicilia
Konvenut: Domenico Valvo
Domandi preliminari
Il-konċessjoni ta' l-allokazzjoni kumpensatorja prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2328/91 (kif emendat mir-Regolament Nru 3669/93) u mir-Regolament KE Nru 950/97 (1) ta' l-20 ta' Mejju 1997, dwar it-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-istrutturi agrikoli, tista' tiġi rrifjutata lil bidwi meta huwa jirċievi pensjoni, b'mod partikolari, pensjoni tax-xjuħija?
(1) ĠU L 142, p. 1.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Bonn (Il-Ġermanja) fl-20 ta' Frar 2007 — Andrea Raccanelli vs Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften e. V.
(Kawża C-94/07)
(2007/C 117/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht Bonn (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrea Raccanelli.
Konvenuta: Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften e. V.
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-rikorrent għandu jitqies li huwa ħaddiem impjegat, skond il-kunċett Ewropew ta' ħaddiem impjegat, jekk ma jiġix mitlub jaħdem iżjed milli jiġi mitlub minn studenti li qed jistudjaw għad-dottorat li jkollhom kuntratt ta' xogħol BAT/2 (Bundesangestellten — Tarifvertrag: ftehim kollettiv tal-ħaddiema tas-settur pubbliku)? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tkunx saret diskriminazzjoni biss meta l-konvenuta tkun ippermettiet lir-rikorrent almenu jagħżel bejn kuntratt ta' xogħol u borża ta' studju qabel ikun beda l-perijodu ta' l-istudji tiegħu tad-dottorat? |
|
3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun li r-rikorrent imissu ngħata l-possibbiltà jikkonkludi kuntratt ta' xogħol, x'inhuma l-konsegwenzi legali fil-każ ta' diskriminazzjoni kontra l-barranin? |
(1) ĠU L 257, p. 2.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale (L-Italja) fl-20 ta' Frar 2007 — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3
(Kawża C-95/07)
(2007/C 117/04)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ecotrade spa
Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Genova 3.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 17, 21(1) u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali (f'dan il-każ l-Artikolu 19 tad-D.P.R. 26/10/72 nru 633) milli tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dovuta minn persuna taxxabbli fl-eżerċizzju ta' l-attività kummerċjali tagħha għal ħarsien ta' terminu partikolari (ta' sentejn), taħt piena ta' telf ta' dan l-istess dritt; b'mod partikolari, fir-rigward tal-każijiet li fihom l-issuġġettar għall-VAT ta' l-oġġett jew servizz miksub isseħħ skond proċedura ta' reverse charge, li tippermetti lill-amministrazzjoni teżiġi l-ħlas tat-taxxa filwaqt li tibbenefika minn terminu (ta' erba' snin skond l-Arikolu 57 tad-D.P.R. 633/72) itwal minn dak mogħti lill-kummerċjant għat-tnaqqis tat-taxxa, li jkun skada minħabba l-fatt li jkun għadda? |
|
2) |
L-Artikolu 18(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali milli, fir-regolamentazzjoni tal-“formalitajiet ”indikati minn dan l-artikolu permezz tal-proċedura ta' reverse charge, stabbilita fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 17 u fl-Artikoli 23 u 25 tad-D.P.R. 633/72, tinkludi (bi ħsara biss għall-persuna taxxabbli) il-ħarsien ta' limitu ta' żmien — kif previst fl-Artikolu 19 tad-D.P.R. 633/72 — għall-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 17 ta' l-istess direttiva? |
(1) ĠU L 145, p. 1.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale (L-Italja) fl-20 ta' Frar 2007 — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3
(Kawża C-96/07)
(2007/C 117/05)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Il-qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale
Il-partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ecotrade spa
Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Genova 3.
Id-domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 17, 21(1) u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali (f'dan il-każ l-Artikolu 19 tad-D.P.R. 26/10/72 nru 633) milli tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dovuta minn persuna taxxabbli fl-eżerċizzju ta' l-attività kummerċjali tagħha għal ħarsien ta' terminu partikolari (ta' sentejn), taħt piena ta' telf ta' dan l-istess dritt; b'mod partikolari, fir-rigward tal-każijiet li fihom l-issuġġettar għall-VAT ta' l-oġġett jew servizz miksub isseħħ skond proċedura ta' reverse charge, li tippermetti lill-amministrazzjoni teżiġi l-ħlas tat-taxxa filwaqt li tibbenefika minn terminu (ta' erba' snin skond l-Arikolu 57 tad-D.P.R. 633/72) itwal minn dak mogħti lill-kummerċjant għat-tnaqqis tat-taxxa, li jkun skada minħabba l-fatt li jkun għadda? |
|
2) |
L-Artikolu 18(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali milli, fir-regolamentazzjoni tal-“formalitajiet ”indikati minn dan l-artikolu permezz tal-proċedura ta' reverse charge, stabbilita fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 17 u fl-Artikoli 23 u 25 tad-D.P.R. 633/72, tinkludi (bi ħsara biss għall-persuna taxxabbli) il-ħarsien ta' limitu ta' żmien — kif previst fl-Artikolu 19 tad-D.P.R. 633/72 — għall-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 17 ta' l-istess direttiva? |
(1) ĠU L 145, p. 1.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/4 |
Rikors imressaq fis-26 ta' Frar 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-112/07)
(2007/C 117/06)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea (rappreżentanti: E. De Persio u M.Condou-Durande, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li billi ma adottatx, jew f'kull każ billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE (1) tad-29 ta' April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha minn din id-direttiva; |
|
— |
tordna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/80/KE skada fl-1 ta' Jannar 2006, ħlief għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 12(2) tagħha, li għalih it-terminu kien ġie stabbilit għall-1 ta' Lulju 2005.
(1) ĠU L 261, p. 15.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/4 |
Appell imressaq fis-27 ta' Frar 2007 minn Selex Sistemi Integrati S.p.A kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla), fit-12 ta' Diċembru 2006 fil-Kawża T-155/04, Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-113/07 P)
(2007/C 117/07)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Selex Sistemi Integrati S.p.A (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u D. Fioretti, avvocati)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Eurocontrol — Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru
Talbiet
|
— |
L-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Diċembru 2006, fil-kawża T-155/04, u r-rinviju tal-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fid-dawl ta' l-indikazzjonijiet li jogħġobha tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
Li l-Kummissjoni tiġi ordnata tbati l-ispejjeż ta' din il-kawża u dawk tal-kawża T-155/04. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tqajjem sensiela ta' żbalji ta' dritt rispettivament rigward il-proċedura u l-mertu.
Fuq l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-proċedura
Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt, relattivi għall-proċedura, li wettqet il-Qorti tal-Prim'Istanza, ir-rikorrenti ssostni:
|
— |
il-ksur ta' l-Artikolu 116(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, billi din il-Qorti awtorizzat lil Eurocontrol tiġi nnotifikata bl-atti tal-kawża u tippreżenta nota bil-miktub; |
|
— |
il-ksur ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba interpretazzjoni żbaljata tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li l-motivi l-ġodda tar-rikorrenti jiġu ddikjarati inammissibbli; |
|
— |
il-ksur ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba li ma ġiex ikkunsidrat l-aġir tal-Kummissjoni fir-rigward tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li l-motivi l-ġodda tar-rikorrenti jiġu ddikjarati inammissibbli; |
|
— |
il-ksur ta' l-Artikolu 66(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba li ma ngħatax digriet fuq it-talba għal miżuri istruttorji. |
Fuq l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-mertu
Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-applikabbiltà ta' l-Artikolu 82 KE għall-attività ta' assistenza lill-amministrazzjonijiet nazzjonali li tiżvolġi Eurocontrol, ir-rikorreni ssostni:
|
— |
l-interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tad-deċiżjoni in kwistjoni; |
|
— |
in-natura kontradittorja tal-motivazzjoni billi d-deċiżjoni in kwistjoni ma ġietx annullata minkejja li ntlaqa' l-ewwel motiv tar-rikors; |
|
— |
in-natura kontradittorja tal-motivazzjoni, billi l-Qorti tal-Prim'Istanza ssostitwiet il-motivazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni in kwistjoni; |
|
— |
in-nuqqas ta' osservanza tal-ġurisprudenza Komunitarja stabbilita fir-rigward tal-limiti ta' l-istħarriġ ġudizzjarju; |
|
— |
l-iżball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-ksur ta' l-Artikolu 82 KE. |
Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-applikabbiltà ta' l-Artikolu 82 KE għall-attività ta' standardizzazzjoni li tiżvolġi Eurocontrol, ir-rikorrenti tallega:
|
— |
interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tad-deċiżjoni in kwistjoni; |
|
— |
l-adozzjoni ta' kunċett ta' attività ekonomika li jmur kontra dak żviluppat mill-ġurisprudenza Komunitarja; |
|
— |
interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza Komunitarja fir-rigward ta' servizzi ta' assistenza soċjali; |
|
— |
il-vjolazzjoni ta' l-obbligu li tingħata motivazzjoni suffiċjenti. |
Fir-rigward ta' l-iżbalji ta' dritt relattivi għall-applikabbiltà ta' l-Artikolu 82 KE għall-attività ta' riċerka u żvilupp (b'mod partikolari, l-akkwist ta' prototipi u s-sistema ta' proprjetà intellettwali) li tiżvolġi Eurocontrol, ir-rikorrenti ssostni:
|
— |
interpretazzjoni manifestament żbaljata tad-deċiżjoni in kwistjoni; |
|
— |
l-adozzjoni ta' kunċett ta' attività ekonomika li jmur kontra dak żviluppat mill-ġurisprudenza Komunitarja; |
|
— |
l-interpretazzjoni mhux korretta u żbaljata ta' l-elementi ta' prova mressqa mir-rikorrenti dwar in-natura ekonomika ta' l-amministrazzjoni tas-sistema ta' proprjetà intellettwali ta' Eurocontrol. |
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Darmstadt (Il-Ġermanja) fis-27 ta' Frar 2007 — Container Service Thorsten Sperzel GmbH vs Land Hesse
(Kawża C-119/07)
(2007/C 117/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Darmstadt.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Container Service Thorsten Sperzel GmbH.
Konvenuta: Land Hesse.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, ta' l-1 ta' Frar 1993, dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-mument tal-kalkolu ta' l-ispejjeż amministrattivi għat-twettiq tal-proċedura ta' notifika u ta' superviżjoni, tista' tittieħed in kunsiderazzjoni, barra mill-ispejjeż amministrattivi effettivament sostnuti għal att amministrattiv, anki l-importanza ta' l-att amministrattiv għan-notifikatur, bħala destinatarju ta' l-att amministrattiv? Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta pożittiva għall-ewwel domanda: |
|
2) |
L-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa possibbli li l-ispejjeż amministrativi għat-twettiq tal-proċedura ta' notifika u ta' superviżjoni jiġu kkunsidrati bħala spejjeż xierqa anki meta, fil-kuntest tal-kalkolu ta' l-ispejjeż amministrativi, it-titolu kontabbli “valur ta' l-att amministrattiv għan-notifikatur”, ikun jindika valur superjuri għall-ispejjeż amministrattivi li ġew effettivament sostnuti (f'dan il-każ, 20 darba iktar mill-imsemmija spejjeż)? |
(1) ĠU L 30, p. 1.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/6 |
Appell imressaq fit-2 ta' Marzu 2007 minn Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (It-Tieni Awla) fl-14 ta' Diċembru 2006 fil-kawżi magħuda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG u.a. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment ghall-kawża T-264/02
(Kawża C-125/07 P)
(2007/C 117/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG (irrappreżentata minn: F. Montag, avukat)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiġi annullata parzjalment is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (it-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2006, kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02 (1), safejn din ċaħdet ir-rikors fil-kawża T-264/02 kontra d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-11 ta' Ġunju 2002, C(2002) 2091 def., rigward proċediment għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE, u tiġi annullata l-imsemmija deċiżjoni tal-konvenuta fil-parti fejn din timponi multa fuq ir-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, titnaqqas b'mod adegwat il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-konvenuta tal-11 ta' Ġunju 2002, C(2002) 2091 def., dwar proċediment għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE; |
|
— |
ulterjorment u sussidjarjament ukoll, tiġi annullata s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza msemmija fil-punt nru 1 u tiġi mibgħuta lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza. |
|
— |
f'kull każ, tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1. |
Qed jiġi sostnut li s-sentenza kkontestata biddlet il-portata tad-dritt għal waħda kontraddittorja. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma ġietx mismugħa regolarment fir-rigward ta' l-akkuża prevista tal-kwoti tas-suq tas-settur tal-banek tat-tfaddil Awstrijaċi li saret mill-Kummissjoni. Il-Qorti tal-Prim'Istanza tidher li qalet żbaljatament fis-sentenza tagħha li r-riferiment min-naħa tal-konvenuta, meta ressqet l-argumenti tagħha, dwar il-fatt li r-rikorrenti kienet l-ogħla istitut tas-settur tal-banek tat-tfaddil, kien biżżejjed sabiex id-drittijiet tad-difiża ta' din ta' l-aħħar jiġu ssalvagwardati. Bil-kontra, il-konvenuta jmissha indikat ukoll lir-rikorrenti liema konklużjonijiet kellha l-intenzjoni toħroġ minn din iċ-ċirkustanza. |
|
2. |
Mil-lat ġuridiku sostanzjali r-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tikkunsidra numru ta' ksur tad-dritt Komunitarju li kien jinsab fid-deċiżjoni tal-konvenuta. B'mod partikolari, din id-deċiżjoni:
|
(1) ĠU C 331, p. 29.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti ta' Arbitraġġ fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka u tal-Kamra ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Ċeka fis-26 ta' Frar 2007 — Reisebüro Bühler GmbH vs Dom.info e.K., Sebastian Dieterle
(Kawża C-126/07)
(2007/C 117/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Il-Qorti ta' Arbitraġġ fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka u tal-Kamra ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Ċeka
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Reisebüro Bühler GmbH.
Konvenut: Dom.info e.K., Sebastian Dieterle.
Domandi preliminari
|
1) |
Abbażi tar-Regolament Nru 874/2004 (1), il-Qorti ta' Arbitraġġ fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka u tal-Kamra ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Ċeka (Qorti ta' Arbitraġġ Ċeka) għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw ismijiet bid-dominju .eu tista' tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234(2) KE? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: Is-setgħa mogħtija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 874/2004 tippermetti li jiġu adottati regoli għar-riżoluzzjoni alternattiva ta' disputa (Regoli ADR) li jipprovdu, inter alia, li konvenut mhux biss jista' jitlob li jiġi miċħud ilment iżda jitlob dikjarazzjoni li lment tressaq in mala fede u jikkostitwixxi abbuż tal-proċedura amministrattiva (paragrafu B12(h) tar-Regoli ADR)? |
|
3) |
Fil-każ ta' risposta negattiva għat-tieni domanda: Bord ADR tal-Qorti ta' Arbitraġġ jista', abbażi ta' liġi Komunitarja oħra jew abbażi tal-prinċipji legali ġenerali tad-dritt Komunitarju li joriġinaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali ta' l-Istat Membri, jiddeċiedi dwar talba għal dikjarazzjoni? |
(1) ĠU L 162.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fil-5 ta' Marzu 2007 — Société Arcelor Atlantique et Lorraine, Société Sollac Méditerranée, Société Arcelor Packaging International, Société Ugine & Alz France, Société Industeel Loire, Société Creusot Métal, Société Imphy Alloys et Société Arcelor vs Premier ministre, Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie, Ministre de l'Écologie et du Développement durable
(Kawża C-127/07)
(2007/C 117/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Arcelor Atlantique et Lorraine, Société Sollac Méditerranée, Société Arcelor Packaging International, Société Ugine & Alz France, Société Industeel Loire, Société Creusot Métal, Société Imphy Alloys, Société Arcelor.
Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie, Ministre de l'Écologie et du Développement durable.
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003 (1) hija valida fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali safejn hija tirrendi applikabbli l-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-istallazzjonijiet tas-settur ta' l-azzar, mingħajr ma tinkludi l-industriji ta' l-aluminju u tal-plastik?
(1) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja) fil-5 ta' Marzu 2007 — Angelo Molinari vs Agenzia Entrate Ufficio Latina
(Kawża C-128/07)
(2007/C 117/12)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angelo Molinari.
Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Latina.
Domandi preliminari
|
1) |
Is-sentenza C-207/04 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlatur Taljan kellu jestendi għall-irġiel il-limitu ta' età vantaġġuż previst għan-nisa? |
|
2) |
Fil-każ in eżami għandu jiġi deċiż li, fir-rigward ta' l-irġiel li għandhom 'il fuq minn 50 sena, għandha tapplika rata tat-taxxa ekwivalenti għal nofs dik prevista mit-tassazzjoni tat-T.F.R. fuq is-somom ta' flus mogħtija bħala inċentiv għal irtirar kmieni mix-xogħol? |
|
3) |
Fid-dawl tal-fatt li s-somom ta' flus imħallsa mill-persuna taxxabbli taħt l-Irpef mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-salarju peress li mhumiex imħallsa mill-persuna li timpjega minħabba relazzjoni ta' xogħol u, fid-dawl tal-fatt li s-somma ta' flus imħallsa, sabiex tiffavorixxi l-inċentiv, mill-persuna li timpjega lill-impjegat mhijiex meqjusa bħala salarju, huwa konformi mad-dritt Komunitarju li jiġi deċiż li d-differenza fl-età, 50 sena għan-nisa u 55 għall-irġiel, hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju meta wieħed jikkunsidra li d-Direttiva 79/7 (2) tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limiti differenti ta' età għall-pensjoni? |
|
4) |
L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju (Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (3), tad-9 ta' Frar 1976, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess) tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li wasslet sabiex dan il-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għal din il-qorti nazzjonali jkun ifisser li d-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 17 li issa sar il-paragrafu 4a ta' l-Artikolu 19) hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju jew ma tipprekludix din l-applikazzjoni u għalhekk id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? |
(1) Ġabra 2005, p. I-07453.
(2) ĠU L 6, p. 24.
(3) ĠU L 39, p. 40.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja) fil-5 ta' Marzu 2007 — Giovanni Galeota vs Agenzia Entrate Ufficio Latina
(Kawża C-129/07)
(2007/C 117/13)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Giovanni Galeota.
Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Latina.
Domandi preliminari
|
1) |
Is-sentenza C-207/04 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlatur Taljan kellu jestendi għall-irġiel il-limitu ta' età vantaġġuż previst għan-nisa? |
|
2) |
Fil-każ in eżami għandu jiġi deċiż li, fir-rigward ta' l-irġiel li għandhom 'il fuq minn 50 sena, għandha tapplika rata tat-taxxa ekwivalenti għal nofs dik prevista mit-tassazzjoni tat-T.F.R. fuq is-somom ta' flus mogħtija bħala inċentiv għal irtirar kmieni mix-xogħol? |
|
3) |
Fid-dawl tal-fatt li s-somom ta' flus imħallsa mill-persuna taxxabbli taħt l-Irpef mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-salarju peress li mhumiex imħallsa mill-persuna li timpjega minħabba relazzjoni ta' xogħol u, fid-dawl tal-fatt li s-somma ta' flus imħallsa, sabiex tiffavorixxi l-inċentiv, mill-persuna li timpjega lill-impjegat mhijiex meqjusa bħala salarju, huwa konformi mad-dritt Komunitarju li jiġi deċiż li d-differenza fl-età, 50 sena għan-nisa u 55 għall-irġiel, hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju meta wieħed jikkunsidra li d-Direttiva 79/7 (2) tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limiti differenti ta' età għall-pensjoni? |
|
4) |
L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju (Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (3), tad-9 ta' Frar 1976, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess) tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li wasslet sabiex dan il-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għal din il-qorti nazzjonali jkun ifisser li d-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 17 li issa sar il-paragrafu 4a ta' l-Artikolu 19) hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju jew ma tipprekludix din l-applikazzjoni u għalhekk id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? |
(1) Ġabra 2005, p. I-07453.
(2) ĠU L 6, p. 24.
(3) ĠU L 39, p. 40.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja) fil-5 ta' Marzu 2007 — Salvatore Barbagallo vs Agenzia entrate Ufficio Latina
(Kawża C-130/07)
(2007/C 117/14)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Salvatore Barbagallo.
Konvenuta: Agenzia entrate Ufficio Latina.
Domandi preliminari
|
1) |
Is-sentenza C-207/04 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlatur Taljan kellu jestendi għall-irġiel il-limitu ta' età vantaġġuż previst għan-nisa? |
|
2) |
Fil-każ in eżami għandu jiġi deċiż li, fir-rigward ta' l-irġiel li għandhom 'il fuq minn 50 sena, għandha tapplika rata tat-taxxa ekwivalenti għal nofs dik prevista mit-tassazzjoni tat-T.F.R. fuq is-somom ta' flus mogħtija bħala inċentiv għal irtirar kmieni mix-xogħol? |
|
3) |
Fid-dawl tal-fatt li s-somom ta' flus imħallsa mill-persuna taxxabbli taħt l-Irpef mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-salarju peress li mhumiex imħallsa mill-persuna li timpjega minħabba relazzjoni ta' xogħol u, fid-dawl tal-fatt li s-somma ta' flus imħallsa, sabiex tiffavorixxi l-inċentiv, mill-persuna li timpjega lill-impjegat mhijiex meqjusa bħala salarju, huwa konformi mad-dritt Komunitarju li jiġi deċiż li d-differenza fl-età, 50 sena għan-nisa u 55 għall-irġiel, hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju meta wieħed jikkunsidra li d-Direttiva 79/7 (2) tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limiti differenti ta' età għall-pensjoni? |
|
4) |
L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju (Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (3), tad-9 ta' Frar 1976, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess) tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li wasslet sabiex dan il-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għal din il-qorti nazzjonali jkun ifisser li d-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 17 li issa sar il-paragrafu 4a ta' l-Artikolu 19) hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju jew ma tipprekludix din l-applikazzjoni u għalhekk id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? |
(1) Ġabra 2005, p. I-07453.
(2) ĠU L 6, p. 24.
(3) ĠU L 39, p. 40.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Latina (l-Italja) fil-5 ta' Marzu 2007 — Michele Ciampi vs Agenzia Entrate Ufficio Latina
(Kawża C-131/07)
(2007/C 117/15)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michele Ciampi.
Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Latina.
Domandi preliminari
|
1) |
Is-sentenza C-207/04 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlatur Taljan kellu jestendi għall-irġiel il-limitu ta' età vantaġġuż previst għan-nisa? |
|
2) |
Fil-każ in eżami għandu jiġi deċiż li, fir-rigward ta' l-irġiel li għandhom 'il fuq minn 50 sena, għandha tapplika rata tat-taxxa ekwivalenti għal nofs dik prevista mit-tassazzjoni tat-T.F.R. fuq is-somom ta' flus mogħtija bħala inċentiv għal irtirar kmieni mix-xogħol? |
|
3) |
Fid-dawl tal-fatt li s-somom ta' flus imħallsa mill-persuna taxxabbli taħt l-Irpef mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-salarju peress li mhumiex imħallsa mill-persuna li timpjega minħabba relazzjoni ta' xogħol u, fid-dawl tal-fatt li s-somma ta' flus imħallsa, sabiex tiffavorixxi l-inċentiv, mill-persuna li timpjega lill-impjegat mhijiex meqjusa bħala salarju, huwa konformi mad-dritt Komunitarju li jiġi deċiż li d-differenza fl-età, 50 sena għan-nisa u 55 għall-irġiel, hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju, meta wieħed jikkunsidra li d-Direttiva 79/7 (2) tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limiti differenti ta' età għall-pensjoni? |
|
4) |
L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju (Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (3), tad-9 ta' Frar 1976, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess) tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li wasslet sabiex dan il-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għal din il-qorti nazzjonali jkun ifisser li d-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 17 li issa sar il-paragrafu 4a ta' l-Artikolu 19) hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju jew ma tipprekludix din l-applikazzjoni u għalhekk id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? |
(1) Ġabra 2005, p. I-07453.
(3) ĠU L 39, p. 40.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Rechtbank van koophandel Brussel (Il-Belġju) fil-5 ta' Marzu 2007 — Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV vs Andacon NV
(Kawża C-132/07)
(2007/C 117/16)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van koophandel Brussel (Il-Belgju).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Beecham Group plc, SmithKline Beecham plc, Glaxo Group Ltd, Stafford-Miller Ltd, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare NV, GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV.
Konvenuta: Andacon NV.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1891/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa pprojbit għad-dipartiment doganali kompetenti jew l-uffiċċju doganali kompetenti milli jipproċedi (jew milli jagħti l-permess li jipproċedi) għal komunikazzjoni, skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 (2), jew għal ispezzjoni, skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, għal daqshekk żmien li l-applikazzjoni għal azzjoni, imressqa qabel l-1 ta' Lulju 2004, tkun nieqsa mid-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1383/2003? Fi kliem ieħor, din l-aħħar dikjarazzjoni tikkostitwixxi kundizzjoni formali li għandha tiġi soddisfatta sabiex it-talba għal azzjoni jibqa' jkollha l-istess effetti? |
|
2) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lid-dwana ta' Antwerp il-possibbiltà li tippreżenta lis-sid tat-trade mark sitt kampjuni li ttieħdu mill-merkanzija sabiex tkun tista' tiddetermina jekk din tirrigwardax jew le merkanzija ffalsifikata, fil-konsapevolezza tal-fatt li t-tali komunikazzjoni m'għandhiex titqjes li hija ispezzjoni ddettaljata skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, li fil-kuntest tiegħu mhuwiex permess li jiġu kkontrollati fid-dettal l-oriġini u l-provenjenza tal-merkanzija, u l-anqas analiżi teknika ddettaljata ta' kampjun ipprelevat, skond l-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003? Jekk iva, din il-preżentazzjoni għandha ssir fi żmien tlett ijiem tax-xogħol previsti mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament? |
|
3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 jipprekludi li l-uffiċjali Belġjani jipprovdu informazzjoni, miksuba fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tar-Regolament, barra mill-kanali previsti mir-Regolament — u, f'dan il-każ, il-Qorti tal-Prim'Istanza tirreferi fost oħrajn għall-Artikolu 9(2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament — per eżempju fil-kuntest ta' smiegħ ta xhieda jew ta' produzzjoni ta' provi ordnati mill-qrati Belġjani? |
|
4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 jipprekludi li l-informazzjoni miksuba permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 4(2) (ara t-tieni domanda) u 9(2) u (3), minbarra dawk koperti mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9(3), ta' l-imsemmi Regolament jew li l-informazzjoni miksuba permezz ta' smiegħ ta' xhieda jew ta' preżentata ta' dokumenti ordnati mill-imħallef Belġjan (ara t-tielet domanda) jintużaw fil-kuntest ta' proċediment li mhuwiex proċediment intiż li tiġi kkonstatata falsifikazzjoni ta' merkanzija, bħall-proċediment intiż għall-ġlieda kontra l-importazzjonijiet paralleli? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 tal-21 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intelletwali u l-miżuri li għandhom jittiħedu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawn id-drittijiet (ĠU L 328, tat-30.10.2004, p. 16).
(2) ĠU L 196, tat-2.8.2003, p. 7.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/10 |
Appell imressaq fis-6 ta' Marzu 2007 mir-Raiffeisen Zentralbank Österreich AG kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Diċembru 2006, fil-kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment għall-kawża T-259/02
(Kawża C-133/07 P)
(2007/C 117/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (rappreżentanti: S. Völcker e G. Terhorst, avukati)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
It-talbiet tar-rikorrenti
|
— |
l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2006, kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02 (1), safejn tiċħad ir-rikors ta' Raiffeisen Zentralbank; |
|
— |
l-annullament ta' l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2002 C(2002) 2091 finali, fil-parti li tirrigwarda lil Raiffeisen Zentralbank: |
|
— |
sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multi imposti fuq Raiffeisen Zentralbank mill-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata skond kif il-Qorti tal-Ġustizzja jidrilha li huwa xieraq; |
|
— |
li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 81 KE billi ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet iġġustifikata li tikkunsidra li s-sempliċi estensjoni ta' l-akkordji interbankarji għal territorju ta' Stat Membru setgħet tikkawża ħsara għall-kummerċ bejn l-Istati.
Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta dritt meta kkwalifikat l-akkordji interbankarji bħala “ksur partikolarment gravi”, fis-sens tal-linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi. Din il-Qorti applikat ħażin il-kriterji previsti f'dawn il-linji gwida li jirrigwardaw il-gravità tal-ksur (natura tal-ksur, effetti konkreti fuq is-suq, firxa tas-suq ġeografiku rilevanti), ma kkunsidratx is-selettività tal-miżuri ta' infurżar adottati mill-Kummissjoni u, fl-aħħar nett, m'għamlitx l-evalwazzjoni kumplessiva ta' l-opinjonijiet kollha li hija stess talbet.
Il-Qorti tal-Prim'Istanza inġustament attribwiet lill-Raiffeisen Zentralbank il-kwoti tas-suq tas-settur kollu tal-banek Raiffeisen. Din il-Qorti illegalment illimitat il-kriterju ta' evalwazzjoni tagħha biss għad-differenzi “evidenti ”ta' trattament ma banek oħra. Ma kienx hemm il-bażijiet legali meħtieġa sabiex ikun hemm allokazzjoni sħiħa.
Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' dritt meta evalwat il-kooperazzjoni ta' Raiffeisen Zentralbank. Hija applikat il-kriterju tal-“valur miżjud rilevanti ”bi ksur tal-projbizzjoni ta' retroattività, injorat il-volontarjetà tad-diversi kontributi li Raiffeisen Zentralbank ipprovdiet fil-kuntest tal-kooperazzjoni, inġustament qalbet l-oneru tal-prova f'dak li jirrigwarda l-valur tal-kooperazzjoni, inammissibbilment caħdet l-Espożizzjoni konġunta taċ-ċirkustanzi fattwali bħala kooperazzjoni mhux xierqa, u inġustament ma aċċettatx, bħala kontribut għall-finijiet ta' kooperazzjoni, id-dikjarazzjoni li Raiffeisen Zentralbank għamlet fir-rigward ta' l-iskop anti kompetittiv ta' l-akkordji.
(1) ĠU C 331, p. 29.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/11 |
Appell imressaq fis-6 ta' Marzu 2007 mill-Bank Austria Creditanstalt AG kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Diċembru 2006 fil-Kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment għall-kawża T-260/02
(Kawża C-135/07 P)
(2007/C 117/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bank Austria Creditanstalt AG (rappreżentanti: Dres. C. Zschocke u J. Beninca, avukati)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
l-annullament totali jew parzjali tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2006, kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02 (1), f'dak li jirrigwarda l-kawża T-260/02; |
|
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2002, kawża COMP/36.571, safejn tirrigwarda lil Bank Austria Creditanstalt; |
|
— |
sussidjarjament, it-tnaqqis xieraq tal-multa li l-Kummissjoni imponiet fuq Bank Austria Creditanstalt permezz tad-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2006. Ir-rikorrenti tilmenta li kien hemm diversi nuqqasijiet ta' motivazzjoni kif ukoll żbalji ta' dritt u vizzji ta' proċedura.
Ir-rikorrenti tirrileva li s-sentenza kkontestata inġustament ikkonfermat l-opinjoni żbaljata tal-Kummissjoni li tgħid li l-akkordji interbankarji kellu jkollhom effetti ekonomiċi negattivi. Is-sentenza kkontestata, skond ir-rikorrenti, tikser il-prinċipju ta' amministrazzjoni tal-prova billi tinterpreta ħażin ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-perizji ekonomiċi u tekniċi sabiex jipprovaw in-nuqqas ta' effetti ekonomiċi. Skond ir-rikorrenti, fid-dawl tal-perizja ppreżentata, ma kellhomx jittieħdu in kunsiderazzjoni l-effetti ekonomiċi fil-kuntest ta' l-iffissar tal-multa.
Ir-rikorrenti tikkritika s-sentenza kkontestata talli injorat il-kundizzjonijiet, stabbiliti mill-qrati Komunitarji, li jeżiġu, jekk jiġu sodisfatti, tnaqqis tal-multa abbażi ta' ċirkustanzi attenwanti. Abbażi ta' tali żball ta' dritt is-sentenza kkontestata ma rrettifikatx l-iżball ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li huwa li ma ġewx ikkunsidrati bħala ċirkustanzi attenwanti li jiġġustifikaw tnaqqis tal-multa la l-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi u lanqas l-għarfien wiesa u pprovat ta' l-akkordji interbankarji fuq livell tal-pubbliku.
Permezz tat-tielet motiv tagħha r-rikorrenti ssostni li kien hemm nuqqasijiet ta' motivazzjoni, ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, kif ukoll żbalji oħrajn ta' dritt u vizzji ta' proċedura tas-sentenza kkontestata f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni li l-Kummissjoni għamlet tal-kontribut tagħha għall-finijiet ta' kooperazzjoni.
Ir-rikorrenti ssostni li hija sa mill-bidu kkollaborat mal-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti l-fatti tal-każ. Fil-fatt, fil-fażijiet bikrin tal-proċedura ppreżentat espożizzjoni wiesgħa ta' l-akkordji interbankarji, kif ukoll ħafna dokumenti, li hija ma kinitx obbligata li tipprovdi u li, kif ġie kkonstatat mill-Qorti tal-Prim'Istanza, intużaw mill-Kummissjoni fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, ir-rikorrenti ppreżentat espożizzjoni taċ-ċirkustanzi ta' fatt li, kif ġie ukoll ikkonstatat fid-deċiżjoni kkonstatata, il-Kummissjoni setgħet tuża fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Is-sentenza kkontestata — bl-istess mod bħad-deċiżjoni kontroversa — naqset milli tagħti tnaqqis tal-multa abbażi tal-kooperazzjoni wiesa, utli u pprovata tar-rikorrenti. Dan jikkostitwixxi applikazzjoni ħażina tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, li tikser il-prinċipju tat-trattament ugwali u l-prinċipju tal-ħarsien ta' l-aspettattivi leġittimi. Barra minn hekk, is-sentenza kkontestata kisret id-dritt tar-rikorrenti li tiġi mismugħha peress li tiżviluppa, hija stess, kunsiderazzjonijiet dwar l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u li fuqhom din ta' l-aħħar ma ngħatatx l-opportunità tieħu pożizzjoni minn qabel.
(1) ĠU C 331, p. 29.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/12 |
Rikors imressaq fis-7 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-136/07)
(2007/C 117/19)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li r-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi tiegħu fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988, 89/48/KEE (1), dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija wara edukazzjoni u taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, u tad-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1992, 92/51/KEE (2), dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplementata d-Direttiva 89/48/KEE, fir-rigward ta' l-aċċess għall-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1) |
Id-Direttiva 89/48/KEE hija applikabbli għall-aċċess u għall-eżerċizzju tal-professjoni tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru fi Spanja bil-kundizzjoni li:
|
|
2) |
Minkejja dan, ir-Renju ta' Spanja ma adottax il-miżuri meħtieġa biex jimplementa d-Direttiva 89/48/KEE fir-rigward tal-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru. |
|
3) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju ta' Spanja naqas ukoll mill-obbligi tiegħu fis-sens tad-Direttiva 92/51/KEE peress illi:
|
|
4) |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/23/KE (3), tal-5 ta' April 2006, dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku ta' l-Ajru, toħloq sistema ta' rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji ta' kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru maħruġa b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Madankollu, it-terminu mogħti lill-Istati Membri għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva ma jiskadix sas-17 ta' Mejju 2008. Konsegwentement, qabel din id-data, id-Direttivi 89/48/KEE u 92/51/KEE jibqgħu applikabbli għall-aċċess u għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru fi Spanja. |
(1) ĠU L 19, paġ. 16.
(2) ĠU L 209, paġ. 25.
(3) ĠU L 114, paġ. 22.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/12 |
Appell imressaq fit-8 ta' Marzu 2007 minn Österreichischen Volksbanken-AG kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2006 fil-Kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment għall-kawża T-271/02
(Kawża C-137/07 P)
(2007/C 117/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Österreichischen Volksbanken-AG (rappreżentanti: A. Ablasser-Neuhuber, R. Bierwagen e F. Neumayr, avukati)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
1) |
L-annullament tal-punti 2 u 4 tal-parti dispożittiva tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2006, kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02 (1) u,
|
|
2) |
li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, sussidjarjament, fil-każ ta' ċaħda, li d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż titħalla f'idejn il-Qorti tal-Prim'Istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti timmotiva l-kontestazzjoni tagħha ta' l-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza kif ġej.
|
|
Il-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat ħażin il-kriterju li l-akkordji bejn l-impriżi jew l-imġiba ta' dawn ta' l-aħħar jistgħu jeffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u applikatu b'mod ħażin għal-kawża in kwistjoni. Fid-deċiżjoni tagħha hija wettqet żball ta' dritt meta tat importanza relattiva lis-sinjifikat tal-kriterju li jirrigwarda t-tqassim tas-suq: mhuwiex ċar għal-liema raġuni il-Qorti tal-Prima'Istanza ddieċidiet li ma tagħtix lil kriterju ta' l-effetti tat-tqassim tas-suq, minn ta' l-inqas, valur probatorju qawwi f'dak li jirrigwarda ta' l-eżistenza ta' effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll li l-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni kumplessiva ta' l-effett transfruntaljier tal-laqgħat, minflok ma tistħarreġ fuq il-laqgħat individwali tan-“netwerk Lombard ”b'mod separat fir-rigward ta' l-effett li dawn jista' jkollhom fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-interpretazzjoni wiesgħa ta' l-Artikolu 81 KE, li tgħid li kartell mifrux fuq it-territorju kollu ta' Stat Membru jista', minnhu nnifsu, jikkawża tqassim tas-suq u jeffettwa l-kummerċ intrakomunitarju, jew inkella li hemm preżunzjoni qawwija f'dan ir-rigward, mhijiex kompatibbli mar-ratio legis ta' l-imsemmija dispożizzjoni Komunitarja. |
|
|
Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' dritt meta naqset milli tapplika l-kundizzjonijiet, żviluppati mill-Kummissjoni u mill-ġurisprudenza, li jirrigwardaw il-kalkolu tal-fatturat filwaqt li attribwiet il-kwoti tas-suq tal-banek deċentralizzati lill-istituzzjoni prinċipali. Billi għamlet dan, hija injorat il-fatt li kemm il-kalkolu tal-fatturati, kif ukoll il-kalkolu tal-kwoti tas-suq huma, f'dan il-każ, l-istess kwistjoni fattwali, jiġifieri d-determinazzjoni tal-multa ammissibbli. Ma jidher li hemm l-ebda raġuni għaliex kwistjonijiet simili bħal mhuma l-kalkolu tal-fatturat u l-kalkolu tal-kwoti tas-suq għandhom jiġu evalwati abbażi ta' kriterji differenti. Madankollu, anke li kieku jiġi meqjus li l-attribuzzjoni tal-kwoti tas-suq tal-banek deċentrati lill-istituzjoni prinċipali tista' ssir skond kriterju differenti minn dak applikabbli għall-kalkolu tal-fatturat, il-kriterju effettivament magħżul mill-Qorti tal-Prim'Istanza huwa żbaljat u illegali. |
|
|
Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet żbaljata meta ma laqgħatx l-ilmenti tar-rikorrenti f'dak li jirrigwarda n-nuqqas li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi attenwanti. B'mod partikolari, fl-evalwazzjoni legali tagħha hija naqset milli tikkunsidra suffiċjentement il-fatt li, fil-kuntest tal-kartell ġenerali, ir-rikorrenti kellha biss rwol minuri u li fir-rigward tagħha ma kienx hemm bżonn li jsir stħarriġ permezz ta'' mezzi ta' infurzar peress li hija kkooperat volontarjament mal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti għandha kwota tas-suq żgħira ħafna, ma ġietx mistiedna mill-banek l-oħra sabiex tieħu sehem fil-grupp ristrett u n-numru ta' laqgħat li għalihom hija pparteċipat huwa evidentement inqas. Parti mill-argumenti li r-rikorrenti esponiet fir-rigward tal-konċessjoni ta' ċirkustanzi attenwanti ma ġewx ikkunsidrati. La l-Kummissjoni u lanqas il-Qorti tal-Prim'Istanza ma ssodisfaw l-obbligu li jikkunsidraw il-fatti ppreżentati u li jevalwawhom mingħajr l-ebda żball ta' dritt. |
(1) ĠU C 331, p. 29.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fid-9 ta' Marzu 2007 — Belgische Staat vs N.V. Cobelfret
(Kawża C-138/07)
(2007/C 117/21)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgische Staat.
Konvenuta: N.V. Cobelfret.
Domandi preliminari
Is-sistema fis-seħħ fil-Belġju f'dak li jirrigwarda dħul taxxabbli definittiv, li abbażi tagħha dividendi l-ewwel jiġu miżjuda mal-bażi taxxabbli tal-kumpannija prinċipali u, suċċessivament, l-ammont ta' dawn id-dividendi riċevuti jitnaqqas, skond l-Artikolu 205(2) tal-Kodiċi Belġjan dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija prinċipali (bl-ammont ta' 95 %) jekk l-imsemmija kumpannija prinċipali tkun għamlet dħul taxxabbli, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1), inkwantu r-riżultat ta' tali restrizzjoni fuq it-tnaqqis mid-dħul taxxabbli definittiv huwa li kumpannija prinċipali tiġi, f'sena finanzjarja sussegwenti, intaxxata fuq id-dividendi li hija tkun irċeviet fil-każ fejn hija ma tkunx iġġenerat, jew ma tkunx iġġenerat biżżejjed, dħul taxxabbli matul il-perijodu taxxabbli li fih hija rċeviet id-dividendi, jew minn ta' l-anqas ir-riżultat li t-telf fiskali marbut mal-perijodu taxxabbli in kwistjoni jintuża ħażin u konsegwentement ma jibqax trasferibbli sa l-ammont tad-dividendi riċevuti, li fin-nuqqas ta' telf fiskali, xorta waħda kellhom jiġu eżonerati sa 95 %?
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fit-12 ta' Marzu 2007 — Hecht-Pharma GmbH vs Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Lüneburg
(Kawża C-140/07)
(2007/C 117/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hecht-Pharma GmbH
Konvenut: Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Lüneburg.
Il-parti l-oħra fil-kawża: Vertreterin des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domandi preliminari
|
1) |
Jekk ir-regola f'każi ta' dubju fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KEE tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1) kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/27/KE tal-31 ta' Marzu 2004 (2), għandha tinftiehem fis-sens li d-Direttiva 2001/83/KEE għandha tiġi applikata fir-rigward tal-prodotti kollha li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' prodott mediċinali, anki għal dawk li l-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom mhumiex stabbiliti? Liema marġni ta' probabbiltà u konsegwentement liema livell ta' verifika tal-fatti, huma sussegwentement bżonnjużi sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KEE? |
|
2) |
Jekk prodott li mhuwiex prodott mediċinali “minħabba preżentazzjoni ”huwa kkunsidrat bħala prodott mediċinali “minħabba użu ”skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2004/27/KE, minħabba li fih sustanza li, f'doża speċifika, tista' tibdel il-funzjonijiet fiżjoloġiċi fil-bniedem, iżda li f'dan il-każ — dejjem jekk il-prodott jittieħed skond l-ispeċifikazzjonijiet għall-użu tiegħu — jibqa' taħt dan il-livell? Sabiex tissolva l-kwistjoni, għandha tittieħed in kunsiderazzjoni, l-“effiċjenza farmakoloġika ”jew il-“modifika fil-funzjonijiet fiżjoloġiċi tal-bniedem”? |
|
3) |
Jekk karatteristiċi bħal “il-modalitajiet ta' użu tiegħu, il-firxa tad-distribuzzjoni tiegħu, il-konoxxenza li l-konsumaturi għandhom tiegħu u l-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu ”(sentenza tad-9 ta' Ġunju 2005, kawżi magħquda C-211/03 et, Ġabra p. I-5141, 5217, punt 51), huma kkunsidrati kollha bħala rilevanti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, flimkien mal-proprjetajiet farmakoloġiċi, sabiex prodott jiġi kklassifikat bħala prodott mediċinali, dawn għadhom ta' importanza fid-definizzjoni l-ġdida ta' mediċina skond id-Direttiva 2004/27/KE? |
(1) ĠU L 311, p. 67.
(2) ĠU L 136, p. 34.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/14 |
Rikors imressaq fid-9 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-141/07)
(2007/C 117/23)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
|
— |
tiddikjara illi r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset li twettaq l-obbligi tagħha imposti mill-Artikoli 28 KE u 30 KE, peress li imponiet, skond l-Artikoli 14(4) u 14(6) ta' l-Apothekengesetz, kundizzjonijiet kumulattivi fil-kuntratt ta' provvista ta' mediċinali li jagħmluha prattikament impossibbli li sptar ikollu provvista regolari ta' mediċinali pprovduti minn spiżeriji li qegħdin fi Stati Membri oħrajn; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skond l-Artikolu 28 KE, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti bejn l-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti. Kull leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri li tista' tfixkel direttament jew indirettament, attwalment kew potenzjalment, il-kummerċ fil-Komunità għandu jitqies li huwa miżura ta' effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi. Il-fatt illi, fl-istat preżenti tad-dritt Komunitarju, il-leġiżlazzjoni dwar it-tqassim tal-mediċinali hija armonizzata biss għal xi oqsma ma jeżentax lill-Istati Membri mill-obbligu impost fuqhom li josservaw id-dispożizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-merkanzija.
Skond l-Artikolu 14 ta' l-Apothekengesetz Ġermaniża (il-liġi dwar l-Ispiżeriji), l-isptarijiet Ġermaniżi jistgħu jirċievu provvista ta' mediċinali minn spiżerija esterna minflok minn spiżerija ġo l-isptar stess. Din id-dispożizzjoni tipprovdi iżda illi l-kuntratt ta' provvista ta' mediċinali tkun suġġetta għal kundizzjonijiet kumulattivi li jirrendu prattikament impossibbli l-provvista regolari ta' sptar b'mediċinali determinati viċin l-isptar li għandu jkun provvist, peress li ċerti obbligi stipulati taħt il-kuntratt jistgħu jiġu sodisfatti biss minn spiċeriji stabbiliti fil-viċinanza ta' l-isptar li għandu jirċievi l-provvisti.
Skond il-ġurisprduenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjonijiet nazzjonali illi jillimitaw jew jipprojbixxu dan il-metodu ta' bejgħ ma' jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 28 KE, dejjem jekk jkunu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet: qabel xejn, illi d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jgħoddu fil-konfront ta' l-operaturi kollha interessati li joperaw fit-territorju nazzjonali u, fit-tieni lok, illi huma jolqtu b'mod ugwali, kemm taħt il-lat ġuridiku kif ukoll dak sostanzjali, il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti kemm nazzjonali kif ukoll dawk ġejjin minn Stati Membri oħrajn. F'dan il-każ jidher li l-ewwel kundizzjoni biss hija ssodisfatta, peress li prodotti lokali u barranin ma jiġux effettwali bl-istess mod, fil-liġi u fil-fatt, minbħabba rekwiżit leġiżlattiv li l-obbligi kollha taħt il-kuntratt jitwettqu minn fornitur wieħed. Din ir-regola tirrendi l-aċċess għas-suq aktar diffiċli għal prodotti li ġejjin minn Stati membri oħrajn milli għall-prodotti lokali. F'dan ir-rigward, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jkun irrilevanti l-fatt illi anki spiżeriji nazzjonali illi ma jinstabux fil-qrib ta' sptar jiltaqgħu ma' l-istess problemi. Dispożizzjoni nazzjonali li tiffavorixxix prodotti nazzjonali u li toħloq ostakli wkoll għall-prodotti interni u mhux biss prodotti barranin tista' xorta titqies li hija xkiel għal kummerċ bejn l-Istati Membri.
Xkiel ta' kummerċ intrakomunitarju jista' jiġi ġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali, u b'mod partikolari minn eżiġenzi ta' sigurtà pubblika u ta' ħarsien tas-saħħa. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet nazzjonali in kwistjoni għandhom ikunu adegwati, neċessarji u proprozjonati. F'dan il-każ iżda, l-eżekuzzjoni kumulattiva, imposta mil-liġi, ta' l-obbligi tal-kuntratt mhijiex iġġustifikata minn motivi ta' saħħa pubblika. Anzi, bil-kontra, għandu jkun possibbli għal spiżerija li tinsab f'distanza itwal mill-isptar li għandu jirċievi l-provvisti, u fi Stat Membru ieħor, li tipprovdilha l-mediċinali b'mod regolari.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Germanja) fit-13 ta' Marzu 2007 — A.O.B. Reuter & Co. vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-143/07)
(2007/C 117/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A.O.B. Reuter.
Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas.
Domandi preliminari
Hija biss informazzjoni falza mogħtija mill-esportatur fid-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni li hija ppenalizzata fis-sens ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 (1), jew anki s-sempliċi inosservanza tar-rekwiżiti materjali għal rifużjoni hija suġġetta għal penali?
(1) ĠU L 351, p. 1.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/15 |
Appell imressaq fit-13 ta' Marzu 2007 minn K-Swiss, Inc. kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim' Istanza (It-Tielet Awla) mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2006 fil-Kawża T-14/06, K-Swiss, Inc. vs L-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-144/07 P)
(2007/C 117/25)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (rappreżentant: H.E. Hübner, Advocate)
Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
l-annullament tad-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
tordna lill-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ibati l-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li billi ddikjarat l-azzjoni tagħha tardiva, il-Qorti tal-Ġustizzja kisret ir-Regoli 61, 62 u 68 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/16 |
Rikors imressaq fil-15 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-150/07)
(2007/C 117/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u M. Afonso, agenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, billi rifjutat li tħallas lill-Kummissjoni l-interessi għad-dewmien dovuti għad-dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA u billi ma bidlitx il-prattika nazzjonali tagħha dwar it-tniżżil fil-kontabbiltà tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema msemmija, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2, 6(2), 9, 10 u 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1552/89 (1). |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-21 ta' Frar 1992, meta ġie vverifikat ex officio id-dħul mit-taxxi tad-dwana in kwistjoni, dan id-dħul ma kienx ġie formalment ikkontestat la minn naħa tad-debituri u lanqas mill-korp garanti, u l-ħlas ta' dawn it-taxxi kien iggarantit skond l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ATA. B'hekk, kienu sodisfatti l-kundizzjonijiet għat-tniżżil fil-kontabbiltà A tad-dazji kkonfermati.
Id-dħul in kwistjoni kellu jitniżżel fil-kontabbiltà A u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-bilanċ Komunitarju fit-termini ta' żmien stabbiliti mir-Regolament Nru 1552/89. Peress li l-awtoritajiet Portugiżi damu biex iniżżlu dan id-dħul fil-kont skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1552/89, huma dovuti interessi għad-dewmien ikkalkulati skond l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament u, sa mill-31 ta' Mejju 2000, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000 (2). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Portugiżi kellhom jagħmlu l-prattiċi nazzjonali tagħhom konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fit-trattament tal-każijiet kollha analogi li seħħew fil-kuntest tal-Konvenzjoni ATA.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 130, p. 1).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Simvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fid-19 ta' Marzu 2007 — Theologos-Grigorios Chatzithanasis vs Ypourgos Igeias kai Koinonikis Allilengis u Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis (OEEK)
(Kawża C-151/07)
(2007/C 117/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Simvoulio tis Epikrateias (Kunsill ta' l-Istat)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Theologos-Grigorios Chatzithanasis.
Konvenuti: Ypourgos Igeias kai Koinonikis Allilengis (Ministru tas-saħħa u tas-solidarjetà soċjali), Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis (Awtorità għat-tagħlim u għat-taħriġ professjonali, ΟΕΕΚ).
Domanda preliminari
“Meta ċittadin ta' Stat Membru, li jsostni kwalifika li taqa', fil-fehma tiegħu, fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1992, 92/51/KEE, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta[ta] d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209), jitlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti sabiex jagħtuh il-permess li jkollu aċċess għal professjoni rregolata fit-tali Stat jew li jeżerċitaha, dawn l-awtoritajiet għandhom id-dritt, skond l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Direttiva 92/51, interpretati fid-dawl ta' l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jiċħdu t-talba tal-persuna kkonċernata (b'hekk jeskludu b'mod assolut il-possibbiltà li dan ikollu aċċess għat-tali professjoni jew jeżerċitaha fl-Istat Membru ospitanti), għas-sempliċi raġuni li l-imsemmija kwalifika ngħatat mill-Awtorità ta' l-Istat Membru minn fejn ġej, iżda wara studji li saru fil-parti l-kbira fl-Istat Membru ospitanti u minn stabbiliment li, minkejja li jopera liberament fl-Istat Membru ospitanti, mhuwiex rikonoxxut fit-tali Stat bħala stabbiliment ta' tagħlim taħt dispożizzjoni ġenerali tal-leġiżlazzjoni tagħha.”
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (L-Olanda) fit-22 ta' Marzu 2007 — Jacqueline Förster vs IB-Groep
(Kawża C-158/07)
(2007/C 117/28)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jacqueline Förster
Konvenuta: IB-Groep
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 1251/70 (1) jirrigwarda wkoll student li jmur l-Olanda prinċipalment minħabba raġunijiet ta' studju u li fil-bidu kien wettaq, fuq livell minimu, attività ta' xogħol flimkien ma' l-istudju tiegħu, iżda li sadanittant kien temm tali attività? |
|
2) |
Id-Direttiva 93/96 (2) tipprekludi li l-istudent in kwistjoni fl-ewwel domanda jinvoka b'suċċess l-Artikolu 12 KE sabiex jikseb sussidju komplet għall-istudji tiegħu? |
|
3) |
|
|
4) |
F''każijiet individwali għandu jiġi osservat perijodu ta' residenza legali iktar qasir, jekk fatturi oħra mit-tul tar-residenza jindikaw livell adegwat ta' intergrazioni fis-soċjetà tal-pajjiż ospitanti? |
|
5) |
Jekk, bis-saħħa ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interessati jistgħu jinvokaw b'effett retroattiv drittijiet ikbar mill-Artikolu 12 KE minn ta' qabel, jistgħu jiġu imposti fuqhom kundizzjonijiet marbuta ma dawn id-drittijiet dwar il-perijodi mgħoddija jekk il-kundizzjonijiet ikunu ġew ippubblikati ftit taż-żmien wara li tkun ingħatat din is-sentenza? |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70 tad-29 ta' Ġunju 1970 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (ĠU L 142, p. 24).
(2) Id-Direttiva Tal-Kunsill 93/96/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar id-dritt ta' residenza għall-istudenti (ĠU L 31, p. 59).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/17 |
Rikors imressaq fit-22 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Reppublika Portugiża
(Kawża C-159/07)
(2007/C 117/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Simonsson u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Reppublika Portugiża
Talbiet
|
— |
tikkonstata li r-Repubblika Portugiża, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħa mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE (1) tat-8 ta' Marzu 2005, li temenda d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/25/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx dan lill-Kummissjoni, naqset mill-obbligi li hija għandha taħt din id-direttiva; |
|
— |
tordna lir-Reppublika Portugiża tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva skada fid-29 ta' Settembru 2005.
(1) ĠU L 62, p. 14.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/18 |
Rikors imressaq fid-29 ta' Marzu 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-167/07)
(2007/C 117/30)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
L-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 (1), tal-21 ta' Diċembru 2006, li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtiega limiti ta' qbid, safejn dan ma jallokax kwoti speċifiċi lill-flotta Spanjola fl-ilmiijiet Komunitarji tal-Baħar tat-Tramuntana; |
|
— |
tordna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1) Ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni
Ir-Renju ta' Spanja jemmen li r-regolament ikkontestat, safejn huwa ma jallokax lil Spanja kwoti fl-ilmijiet Komunitarji, jikser il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, peress li, meta jiskadi l-perijodu ta' tranżizzjoni previst mill-Att ta' Adeżjoni, jiġi rikonoxxut lill-Istati l-oħrajn id-dritt ta' aċċess għal dawn l-ilmijiet u r-riżorsi tagħhom, filwaqt li lir-Renju ta' Spanja jiġi rikonoxxut biss id-dritt ta' aċċess għall-ilmijiet.
2) Interpretazzjoni żbaljata ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja:
Meta jirregola l-perijodu ta' tranżizzjoni għal Spanja fir-rigward tas-sajd, l-Att ta' Adeżjoni ma jiddistingwix bejn l-aċċess għall-ilmijiet u l-aċċess għar-riżorsi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' Adeżjoni għandhom jiġu interpretati b'mod konformi mal-kuntest u ma' l-għanjiet tiegħu.
3) Ksur ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament 2371/2002 (2):
Mata ma allokatx lil Spanja kwoti li jikkostitiwixxu possibbiltajiet ġodda ta' sajd u li ġew imqassma għall-ewwel darba wara l-iskadenza tal-perijodu ta' tranżizzjoni previst mill-Att ta' Adeżjoni, tinkiser id-dispożizzjoni msemmija.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/18 |
Talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance ta' Nanterre (Franza) fit-2 ta' April 2007 — 1. S.A. SAFBA vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 2. S.A. Sucreries et Raffineries d'Erstein vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 3. S.A. Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 4. S.A. Sucrerie de Bourgogne vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 5. Sucrerie Bourdon vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 6. S.A. des Sucreries du Marquenterre vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 7. Cristal Union vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 8. S.A. Lesaffre Frères vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 9. Société Vermendoise Industries vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers, 10. S.A. Sucreries de Toury et Usines annexes vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers
(Kawża C-175/07 - Kawża C-176/07 - Kawża C-177/07 - Kawża C-178/07 - Kawża C-179/07 - Kawża C-180/07 - Kawża C-181/07 - Kawża C-182/07 - Kawża C-183/07 - Kawża C-184/07)
(2007/C 117/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance ta' Nanterre — Franza.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: S.A. SAFBA (C-175/07), S.A. Sucreries et Raffineries d'Erstein (C-176/07), SA Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils (C-177/07), S.A Sucrerie de Bourgogne (C-178/07), Sucrerie Bourdon (C-179/07), S.A. des Sucreries du Marquenterre (C-180/07), Cristal Union (C-181/07), S.A. Lesaffre Frères (C-182/07), Société Vermendoise Industries (C-183/07), S.A. Sucreries de Toury et Usines annexes (C-184/07)
Konvenuti: Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea Nru 314/2002 (1) huwa invalidu fid-dawl ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (2) u fid-dawl tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' non diskriminazzjoni, safejn ma jipprovdix, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq il-produzzjoni, għall-esklużjoni mill-ħtiġijiet finanzjarji tal-kwantitajiet ta' zokkor li jinsabu fi prodotti pproċessati li jiġu esportati mingħajr ma jibbenefikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni? |
|
2) |
Fl-eventwalità li tingħata risposta negattiva għal din id-domanda: Ir-Regolament Nru 1686/2005 (3) huwa invalidu fid-dawl tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea Nru 314/2002, fid-dawl ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001 u fid-dawl tal-prinċipju ta' proporzjonalità, safejn jistabbilixxi taxxa fuq il-produzzjoni għaz-zokkor li hija kkalkulata abbażi ta “telf medju ”fuq kull tunnellata esportata, li ma tieħux in kunsiderazzjoni kwantitajiet esportati mingħajr rifużjoni minkejja li dawn l-istess kwantitajiet huma inklużi fit-total użat sabiex jiġi evalwat it-telf globali li għandu jiġi ffinanzjat? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, ta' l-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta' Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1).
(3) Regolament tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, ta' l-14 ta' Ottubru 2005, li jistabbilixxi għas-sena tas-suq 2004/2005, l-ammonti tat-taxxi fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tat-taxxa addizzjonali fis-settur tas-suq (ĠU L 271, p. 12).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/19 |
Rikors imressaq fit-3 ta'April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-192/07)
(2007/C 117/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durnade u W. Bogensberger, agenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet tal-parti(jiet) rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), jew, talli ma infurmatx lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' żmien stabbilit għall-implementazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE skada fit-3 ta' Ottubru 2005.
(1) ĠU L 251, p. 12.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/19 |
Rikors imressaq fit-12 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-199/07)
(2007/C 117/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.Patakià u D.Kukovec)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tiddikjara li r-Repubblika Griega, billi introduċiet kriterju supplimentari ta' esklużjoni awtomatika barra dawk espliċitament previsti mill-Artikolu 31(2), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE (1), ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, għad-dannu ta' l-uffiċċji ta' konsulenza barranin, u naqset milli tiddistingwi fis-sejħa għal offerti kkontestata bejn kriterji għal selezzjoni kwalitattiva u kriterji ta' allokazzjoni, naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-kuntratti tas-servizz pubbliku u b'mod partikolari ta' l-Artikoli 4(2), 31(1) u (2) u 34(1)(a) tad-Direttiva 93/38/KEE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki formali li jirregolaw id-dritt Komunitarju dwar il-kuntratti għas-servizzi pubbliċi, kif ukoll mill-Artikoli 12 u 49 tat-Trattat; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar irregolaritajiet fil-kuntest ta' sejħa għal offerti, imħabbra mill-kumpannija ERGA OSE fis-sena 2003, li kellha bħala għan “Studji relatati ma' xogħolijiet ta' kostruzzjoni u elettromekkaniċi u installazzjonijiet — l-ewwel fażi tal-grupp ta' stazzjonijiet fil-wita ta' ‘Thriásion’”.
Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni li l-klawżola ta' parteċipazzjoni ta' l-uffiċċji ta' konsulenza fis-sejħa għal offerti li tipprevedi l-klassifikazzjoni tagħhom skond is-sistema Griega fil-klassijiet u saħansitra fil-klassijiet “mistiedna”, tintroduċi de facto motiv ta' esklużjoni barra dawk imsemmija espliċitament fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 93/38/KEE u tikkostitwixxi, f'xi każijiet, diskriminazzjoni u dannu kontra l-uffiċċji ta' konsulenza barranin bi ksur ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/38/KEE.
Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-klawżola msemmija hawn fuq fl-avviż tas-sejħa għal offerti tikser il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-lawrji, tad-diplomi u ta' kwalifiki formali oħra kif ukoll l-Artikoli 12 u 49 KE.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-avviż tas-sejħa għal offerti kkontestat ma jagħmilx distinzjoni bejn il-fażi ta' selezzjoni u dik ta' allokazzjoni u jħawwad il-kriterji ta' selezzjoni mal-kriterji ta' allokazzjoni, bi ksur ta' l-Artikoli 31 u 34 tad-Direttiva 93/38/KEE.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li r-revoka, mill-awtoritajiet Griegi, tal-liġijiet li kienu fis-seħħ qabel ma ttemmx il-ksur allegat sa fejn din tirrigwarda applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet Komunitarji f'dan ir-rigward minn naħa ta' l-awtoritajiet Griega u mhux trażposizzjoni mhux kompleta fl-ordinament Grieg.
Konsegwentement, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikoli 4(2), 31(1) u (2), u 34(1)(a) tad-Direttiva 93/38/KEE kif ukoll il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki formali u l-Artikoli 12 u 49 KE.
(1) ĠU L 199 tad-9 ta' Awwissu 1993, p. 84.
Il-Qorti tal-Prim' Istanza
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/21 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Marzu 2007 — Hamdi vs Il-Kunsill
(Kawża T-75/07)
(2007/C 117/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ahmed Hamdi (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: M.J.G Uiterwaal, avocat)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK (ĠU 2001, L 344, p. 93), safejn tirrigwarda r-rikorrent, intużat inġustament bħala l-bażi tar-Regolament 2001/2580/KE (ĠU 2001, L 344, p. 70), fis-sens li r-Regolament ma jorbotx lir-rikorrent; |
|
— |
Għaldaqstant, dan ir-Regolament m'għandux japplika kontra r-rikorrent; |
|
— |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/1008/KE tal-21 ta' Diċembru 1996 (ĠU L 379, p. 123) għandha tiġi annullata; |
|
— |
tikkundanna lil-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent kien ġie kkundannat għal piena ta' priġunerija wara li l-qorti nazzjonali kkunsidrat li kien ġie stabbilit li r-rikorrent kien jagħmel parti minn organizzazzjoni terrorista, il-“Hofstadgroep”. Ir-rikorrent kien ressaq appell kontra din id-Deċiżjoni.
Permezz tad-Deċiżjoni 2006/1008/KE (1), il-Kunsill żied l-isem tar-rikorrent fil-lista ta' persuni u gruppi li għalihom huwa applikabbli r-Regolament Nru 2580/2001 (2).
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreċiża li kemm id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-Regolament ġew adottati bi ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali, u li b'mod partikolari, ma kienux suffiċjentement motivati. Fir-rigward tar-Regolament, ir-rikorrent iżid li l-Kunsill ma ressaqx motivazzjoni għalfejn dan kien neċessarju fil-kuntest tas-suq komuni. Fir-rigward tad-Deċiżjoni, ir-rikorrent jippreċiża li r-raġuni għalfejn il-Kunsill sostna li kellu jkun applikabbli r-Regolament Nru 2580/2001 għar-rikorrent mhijiex motivata.
Barra min hekk, ir-rikorrent isostni li m'hemmx bażi legali għad-Deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, ir-Regolament imur kontra t-Trattat KE safejn dan ir-Regolament jiġi applikat għar-rikorrent. Huwa jżid li r-Regolament ikkontestat ma jipprovdix ezekuzzjoni obbligatorja ta' obbligi li jirriżultaw minn riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda rabta bejn ir-rikorrent u l-pajjiżi terzi jew aspetti oħra tal-PESK, tat-tip li t-tieni pilastru mhuwiex applikabbli fil-każ tar-rikorrent.
F'dan ir-rigward, ir-rikorrent iżid li l-Artikolu 308 KE ma jikkostitwixxix bażi legali peress li m'għandu l-ebda rabta mat-twettiq tas-suq komuni. Barra minn hekk, ir-Regolament ikkontestat ma jippermetti li jitwettqu l-ebda mill-għanijiet ta' l-Unjoni, li għalihom l-Artikoli 60, 301 u 308 KE ma jikkostitwixxux bażi legali suffiċjenti.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jafferma li d-Deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet fundamentali tiegħu u b'mod partikolari tad-dritt għat-tgawdija paċifika tal-possedimenti u tar-rispett tal-ħajja privata tiegħu, kif jirriżulta mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB).
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1008/KE, tal-21 ta' Diċembru 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi kkumbattut it-terroriżmu (ĠU L 379, p. 123).
(2) Regolament (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi kkumbattut it-terroriżmu (ĠU L 344, p. 70).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/21 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Marzu 2007 — El Fatmi vs Il-Kunsill
(Kawża T-76/07)
(2007/C 117/35)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Nouriddin El Fatmi (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: M.J.G. U iterwaal, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Il-pożizzjoni komuni 2002/402/GBVB (ĠU L 344, p. 93) fir-rigward tar-rikorrent, inġustament tirreferi għar-Regolament 2001/2580/KE (ĠU 2001, L 344, p. 70) u għaldaqstant ir-regolament ma jorbotx lir-rikorrent; |
|
— |
dan ir-regolament m'għandux jiġi applikat fil-konfronti tar-rikorrent; |
|
— |
id-deċiżjoni tal-21 ta' Diċembru 2006, 2006/1008/KE (ĠU L 379, p. 123) għandha tiġi annullata; |
|
— |
il-Kunsill għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali, ippreżentati mir-rikorrent, huma l-istess bħal dawk ippreżentati fil-kawża T-75/07, Hamdi vs Il-Kunsill, bl-eċċezzjoni ta' l-aħħar motiv, li ma ġiex ippreżentat mir-rikorrent f'din il-kawża.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/22 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2007 — K.G. Holding vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-81/07)
(2007/C 117/36)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Jan Rudolf Maas, fil-kwalità tiegħu bħala kuratur fil-falliment ta' K.G. Holding N.V.(Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2006, fil-kawża C-30/2005; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent qed jikkontesta id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE tad-19 ta' Lulju 2006, dwar l-għajnuna mill-istat innotifikata mill-Olanda għal KG Holding NV (1).
Il-pjan ta' għajnuna kien jirrigwarda għajnuna għar-ristrutturazzjoni li l-Olanda riedet tagħti lil KG Holding NV, taħt il-forma ta' bdil f'kapital azzjonarju tas-self ta' salvataġġ preċedentement awtorizzat u ta' l-imgħaxijiet imposti relatati. Fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat, taħt il-forma ta' għajnuna għar-ristrutturazzjoni, hija inkompatibbli mas-suq komuni.
Il-Kummissjoni tiddeċiedi wkoll li l-Olanda għandha titlob lil KG Holding NV u lil Kliq BV ir-restituzzjoni ta' parti mill-għajnuna li bħala self ta' salvataġġ ġie ttrasferit minn KG Holding NV lill-kumpannija sussidjarja Kliq NV u li nbidel f'kapital azzjonarju, u li l-Olanda, inkwantu kreditriċi fil-proċedura ta' falliment, għandha tirreġistra l-kreditu tagħha kontra KG Holding NV u/jew Kliq Reïntergratie.
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent l-ewwel nett isostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta' evalwazzjoni, u għaldaqstant id-deċiżjoni kkontestata mhijiex immotivata biżżejjed u tikser l-Artikolu 87(1) KE. B'mod partikolari l-Kummissjoni indebitament iddediċidiet li l-Olanda kellha tirreġistra mal-kuratur, fil-proċeduri ta' falliment, il-kreditu tagħha kontra KG Holding u Kliq Reïntegratie għall-ammont ta' EUR 35.75 miljun. Mhuwiex ċar jekk fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni tgħidx li fir-rigward tal-KG dan jirrigwarda għajnuna illegali ta' EUR 35.75 miljun li l-Olanda għandu jitlob lura, jew jekk dan jirrigwardax għajnuna għal salvataġġ li l-Kummissjoni tapprova fid-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-punt 23(d) tal-Linji Gwida Komunitarji għall-għajnuna mogħtija mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (2). Barra minn dan, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha tas-16 ta' Diċembru 2003 (3), qablet li dan l-ammont kien intiż għall-iffinanzjar tat-tkeċċija tal-persunal u l-fidi tal-kuntratti superfluwi ta' Kliq Reïntegratie, u li Kliq Reïntegratie kellha sussegwentement titqiegħed fi stralċ.
It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni hija żbaljata dwar il-ħlas kollu ta' l-ishma ta' KG Holding fi Kliq BV permezz ta' tpaċija ta' l-obbligu ta' ħlas mal-kreditu ta' KG Holding fir-rigward ta' Kliq BV taħt il-kuntratt ta' self. Dan ma kienx parti mid-deċiżjoni tal-5 ta' Awissu 2005 li permezz tiegħu bdew il-proċeduri (4). Huwa allegat, li l-Kummissjoni, wetqet abbuż ta' poter, aġixxiet b'mod li mar kontra d-drittijiet tad-difiża u kontra l-prinċipju audi alteram partem.
It-tielet nett, il-Kummissjoni indebitament naqset milli tistabbilixxi li din l-għajnuna seta' jkollha effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn Stati Membri, jew għallinqas li l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward mhumiex biżżejjed motivati.
Ir-raba' nett, il-Kummissjoni indebitament stabbilixxiet li l-Olanda għandha titlob lura l-allegata għajnuna ta' EUR 9.25 miljun mingħand KG Holding u Kliq BV. Il-Kummissjoni sostniet b'mod żbaljat li l-għajnuna ta' EUR 35.75 miljun għandha titħallas lura minn KG Holding u/jew Kliq Reïntegratie permezz tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-krediti fil-proċeduri ta' falliment. Minħabba fil-falliment ta' KG Holding, Kliq Reïntegratie u Kliq BV, il-ħlas lura ta' dawn l-ammonti ta' din l-għajnuna huwa fil-biċċa l-kbira impossibbli, u f'kull każ, bla sens, billi l-ħlas lura permezz ta' reġistrazzjoni tal-falliment ta' dawn il-kumpanniji mhuwiex neċessarju, u huwa superfluwu sabiex tintemm id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Il-ħames nett, il-Kummissjoni hija żbaljata meta sostniet u stabbilixxiet faċilità ta' kreditu ta' EUR 17 miljun għal kont kurrenti, ġà pprovdut mill-Olanda lil KG Holding meta din ta' l-aħħar ġiet stabbilita, skond ir-regoli ta' l-għajnuna mill-istat u li ma jagħmlux parti ta' l-għajnuna eżaminata fid-deċiżjoni kkontestata.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija żbaljata meta ddediċidiet li l-Olanda għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex titlob lura mingħand KG Holding l-ammont ta' EUR 9.25 miljun, flimkien ma' l-imgħax mid-data li fiha l-partijiet individwali ta' dan l-ammont tqegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-ħlas lura effettiv tagħhom. Din it-talba tmur kontra l-liġi nazzjonali dwar il-falliment.
(1) ĠU L 366, p. 40.
(3) Għajnuna ta' l-Istat Nru 510/2003 — Għajnuna għal salvataġġ għall-Kliq Holding NV (ĠU 2004, C 33, p. 8).
(4) Għajnuna ta' l-Istat C-30/2005 (ex Nru 78/2004) — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħti lil KG Holding NV — Talba sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE (ĠU 2005, C 280, p. 2).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/23 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2007 — Kliq (taħt falliment) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-82/07)
(2007/C 117/37)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Jan Rudolf Mass u Corneils Van den Bergh, fil-kwalità tagħhom bħala kuraturi tal-falliment tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata Kliq B.V. (Apeldoorn, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2006, fil-Kawża C-30/2005; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE tad-19 ta' Lulju 2006, dwar miżura ta' għajnuna mill-Istat, innotifikata mill-Olanda favur KG Holding NV (1).
Il-pjan ta' għajnuna kien jirrigwarda għajnuna għar-ristrutturazzjoni li l-Olanda riedet tagħti lil KG Holding NV, taħt il-forma ta' bdil f'kapital azzjonarju tas-self ta' salvataġġ preċedentement awtorizzat u ta' l-imgħaxijiet imposti relatati. Fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat, taħt il-forma ta' għajnuna għar-ristrutturazzjoni, hija inkompatibbli mas-suq komuni.
Il-Kummissjoni tiddeċiedi wkoll li l-Olanda għandha titlob lil KG Holding NV u lil Kliq BV ir-restituzzjoni ta' parti mill-għajnuna li bħala self ta' salvataġġ ġie ttrasferit minn KG Holding NV lill-kumpannija sussidjarja Kliq NV u li nbidel f'kapital azzjonarju, u li l-Olanda, inkwantu kreditriċi fil-proċedura ta' falliment, għandha tirreġistra l-kreditu tagħha kontra KG Holding NV u/jew Kliq Reïntergratie.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti żżid tgħid li, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni kienet indebitament tat deċiżjoni fuq il-ħlas kollu ta' l-ishma fil-pussess ta' KG Holding fil-kumpannija Kliq BV permezz ta' kumpens ta' l-obbligu ta' ħlas sħiħ ta' KG Holding bil-kreditu ta' KG Holding fir-rigward ta' Kliq BV skond il-kuntratt ta' self. Dan ma kienx għamel parti mid-Deċiżjoni tal-5 ta' Awwissu 2005 (2) li permezz tagħha nbdiet il-proċedura. Il-Kummissjoni abbużat mis-setgħat tagħha u aġixxiet kontra d-dritt tad-difiża u kontra d-dritt tar-rikorrenti għal smiegħ xieraq. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kienet stabbilixxiet b'mod żbaljat li Kliq BV għandha titqies li hija l-benefiċjarja ta' l-għajnuna mill-Istat li jammonta għal 9.25 EUR. Il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tagħha, kienet ikkunsidrat b'mod żbaljat il-fatt li “l-bdil tas-self ta' salvataġġ f'kapital azzjonarju”, skond il-punti 43 u 46 tad-deċiżjoni kkontestata, bl-ebda mod ma jista' jiġi imputat lill-Olanda bħala Stat Membru u b'hekk ma jistax jitqies li huwa għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) KE. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni wettqet żbalji ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-fatti. Skond ir-rikorrenti, minħabba dawn il-motivi, id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata mill-aspett ġuridiku u/jew fattwali, jew ta' l-anqas ma tinftiehemx u/jew hija żbaljata jew insuffiċjentement motivata u tmur kontra l-Artikolu 87 u/jew l-Artikolu 253 KE.
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni kienet indebitament naqset milli tiddikjara li l-għajnuna allegata setgħet tinfluwenza negattivament il-kompetizzjoni u fuq l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri, jew ta' l-anqas il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward mhumiex suffiċjentement motivati.
Fir-raba' lok, il-Kummissjoni kienet indebitament stabbilixxiet li l-Olanda għandha tirkupra l-għajnuna allegata li tammonta għal 9.25 miljun EUR minn KG Holding u minn Kliq BV. Minħabba l-falliment ta' KG Holding, Kliq Reïntergratie u Kliq BV, l-irkupru ta' l-ammonti ta' l-għajnuna allegata huwa fil-każ preżenti impossibbli u, f'kull każ, sar mingħajr skop, minħabba li l-irkupru permezz tar-reġistrazzjoni tal-falliment tal-kumpanniji msemmija iktar 'il fuq mhuwiex neċessarju, u anzi huwa għal kollox inutli sabiex tintemm l-alterazzjoni tal-kompetizzjoni.
Fil-ħames lok, il-Kummissjoni kienet indebitament stabbilixxiet li l-ammont li għandu jiġi rkuprat minn KG Holding u minn Kluq BV jinkludi wkoll l-interessi sa mid-data li fiha l-partijiet individwali ta' l-ammont kienu ngħataw għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, sad-data ta' l-irkupru effettiv tagħhom. Din it-talba tmur kontra d-dritt nazzjonali fil-qasam ta' falliment.
(1) ĠU L 366, p. 40.
(2) Għajnuna mill-Istat C-30/2005 (ex nru 78/2004) — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija lil KG Holding NV — Talba sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE (ĠU 2005, C 280, p. 2).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/24 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2007 — Kliq Reïntegratie (taħt falliment) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-83/07)
(2007/C 117/38)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Jean Leon Marcel Groenewegen, fil-kwalità tiegħu ta' kuratur tal-falliment tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata Kliq Reïntegratie B.V. (Amersfoort, L-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2006 fil-kawża C-30/2005; |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE tad-19 ta' Lulju 2006, dwar miżura ta' għajnuna mill-Istat, innotifikata mill-Olanda favur KG Holding NV (1).
Il-pjan ta' għajnuna kien jirrigwarda għajnuna għar-ristrutturazzjoni li l-Olanda riedet tagħti lil KG Holding NV, taħt il-forma ta' bdil f'kapital azzjonarju tas-self ta' salvataġġ preċedentement awtorizzat u ta' l-imgħaxijiet imposti relatati. Fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat, taħt il-forma ta' għajnuna għar-ristrutturazzjoni, hija inkompatibbli mas-suq komuni.
Il-Kummissjoni tiddeċiedi wkoll li l-Olanda għandha titlob lil KG Holding NV u lil Kliq BV ir-restituzzjoni ta' parti mill-għajnuna li bħala self ta' salvataġġ ġie ttrasferit minn KG Holding NV lill-kumpannija sussidjarja Kliq NV u li nbidel f'kapital azzjonarju, u li l-Olanda, inkwantu kreditriċi fil-proċedura ta' falliment, għandha tirreġistra l-kreditu tagħha kontra KG Holding NV u/jew Kliq Reïntergratie.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tissottometti, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta' evalwazzjoni, b'tali mod li d-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjentement motivata u tikser l-Artikolu 87(1) KE. Ir-rikorrenti tiddikjara b'mod partikolari li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeċidiet li l-Olanda kellha tirreġistra fil-proċedura ta' falliment għand il-kuratur il-kreditu tagħha fil-konfront ta' KG Holding u Kliq Reïntegratie l-ammont ta' 35.75 miljun EUR.
Ir-rikorrenti tiddikjara f'dan ir-rigward li l-Olanda mhijiex kreditriċi fil-konfront ta' Kliq Reïntegratie. Barra minn dan, Kliq Reïntegratie mhijiex kumpannija benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat u lanqas ma hija meqjusa bħala tali mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant ma hemm ebda bażi għall-irkupru mill-Istat kontra Kliq Reïntegratie jew għall-applikazzjoni, b'mod partikolari, tal-punt 23(d) tal-Kliq Reïntegratie tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-restrutturazzjoni ta' impriżi f'diffikultà (2).
Ma huwa lanqas ċar jekk fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni kkonkludiet fil-konfront ta' KG jekk din kinitx għajnuna illegali ta' 35.75 EUR li l-Olanda kellha tirkupra, jew jekk din kinitx għajnuna ta' salvataġġ li l-Kummissjoni awtorizzat fid-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-punt 23(d) tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta' impriżi f'diffikultà (3). Barra minn dan, qed jiġi hu allegat li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha tas-16 ta' Diċembru 2003 (4), kienet approvat li dan l-ammont kien intiż għall-finanzjament tat-tkeċċija tal-persunal u l-fidi tal-kuntratti superfluwi ta' Kliq Reïntegratie, u li Kliq Reïntegratie kellha suċċessivament tiġi stralċjata.
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni kienet indebitament naqset milli tiddikjara li l-għajnuna allegata setgħet tinfluwenza negattivament il-kompetizzjoni u fuq l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri, jew ta' l-anqas il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward mhumiex suffiċjentement motivati.
Fit-tielet lok, huwa sottomess li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta ddeċidiet li l-għajnuna allegata ta' 35.75 miljun EUR kellu jiġi rkuprat minn KG Holding u/jew Kliq Reïntegratie permezz ta' reġistrazzjoni ta' dawn il-krediti fil-proċedimenti ta' falliment. Għar-raġuni ta' l-istralċ ta' KG Holding, Kliq Reïntegratie u Kliq BV, l-irkupru ta' l-allegati ammonti ta' l-għajnuna huwa, f'kull każ, bla sens billi l-irkupru permezz ta' reġistrazzjoni fil-proċedimenti ta' falliment ta' dawn il-kumpanniji mhuwiex meħtieġ, u hu tabilħaqq kompletament superfluwu għall-għan li tintemm id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Fir-raba' lok, il-Kummissjoni kienet iddikjarat indebitament u ddeċidiet illegalment dwar faċilità ta' kreditu ta' 17-il miljun EUR li diġà mal-ħolqien ta' KG Holding ġiet ipprovduta mill-Olanda lil KG Holding, b'applikazzjoni tar-regoli dwar għajnuna mill-Istat, u li ma kinitx tagħmel parti mill-għajnuna eżaminata fid-deċiżjoni kkontestata.
(1) ĠU L 366, paġ. 40.
(4) Għajnuna mill-Istat Nru 510/2003 — għajnuna ta' salvataġġ mogħti lil Kliq Holding NV (ĠU 2004, C 33, p. 8).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/25 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2007 — Mineral and Chemical Company “EuroChem ”vs Il-Kunsill
(Kawża T-84/07)
(2007/C 117/39)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Open Joint Stock Company Mineral and Chemical Company “EuroChem ”(Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u B. Evtimov, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-regolament ikkontestat, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu, safejn jikkonċerna r-rikorrenti u l-kumpanniji relatati tagħha identifikati fil-premessa 14(a) u (b) tar-regolament ikkontestat; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, li hija produttriċi u esportatriċi Russa ta' soluzzjonijiet ta' urea u ta' nitrati ta' l-ammonju, qiegħda titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006, tad-19 ta' Diċembru 2006, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u ta' nitrati ta' l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (1).
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet Komunitarji stabbilew il-valur normali għar-rikorrenti b'mod żbaljat u għamlu paragun żbaljat mal-prezz ta' l-esportazzjoni u għalhekk waslu għall-konstatazzjoni żbaljata li kien hemm dumping. Għalhekk, l-istituzzjonijiet Komunitarji wettqu sensiela ta' żbalji ta' evalwazzjoni manifesti u kisru prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-istituzzjonijiet Komunitarji kisru l-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament Bażiku (2) billi naqsu milli jwettqu reviżjoni interim flimkien mar-reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku u billi adottaw ir-regolament ikkontestat li estenda d-dazji għal-livell oriġinali tagħhom meta kellhom l-obbligu u l-possibbiltà li jwettqu reviżjoni interim jew ex officio jew fuq il-produzzjoni ta' evidenza suffiċjenti mir-rikorrenti.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/25 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Marzu 2007 — Gabel Industria Tessile vs L-UASI — Creaciones Garel (GABEL)
(Kawża T-85/07)
(2007/C 117/40)
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Gabel Industria Tessile S.p.A (Rovellasca, l-Italja) (rappreżentant: A.Petruzzelli, Avvocato)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Creaciones Garel S.A.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Jannar 2007, innotifikata fid-29 ta' Jannar 2007, safejn din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, Gabel, Nru 3754777 għall-klassi 24, billi mhijiex konformi ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 40/94; |
|
— |
tikkonferma d-deċiżjoni ta' l-istess Bord ta' l-Appell li ssir ir-reġistrazzjoni tat-trade mark fil-klassi 25 għal “lbies tal-banju”; |
|
— |
tordna lill-UASI jirreġistra t-trade mark Komunitarja Gabel Nru 3754777 għall-klassi 24 u għall-prodotti li jinsabu f'din il-klassi, kif ukoll għal “lbies tal-banju ”fil-klassi 25; |
|
— |
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “GABEL ”(applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.754.777), għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Creaciones Garel S.A.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja “GAREL”, għal prodotti fil-klassijiet 24, 25 u 26.
Deċiżjoni tad-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni ta l-Bord ta' l-Appell: Laqa' parzjalment l-appell, sa fejn ir-reġistrazzjoni tat-trade mark issir għal “lbies tal-banju ”(klassi 25).
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/26 |
Rikors ipprezentat fil-21 ta' Marzu 2007 — Deichmann-Schuhe vs L-UASI — Design for Woman (DEITECH)
(Kawża T-86/07)
(2007/C 117/41)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Rauscher, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Design for Woman SA
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Jannar 2007 (kawża R 791/2006-2); |
|
— |
tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark nru 3378643 li tirrigwarda l-prodotti kollha fil-klassi 25 (ħwejjeġ, żraben, kpiepel); |
|
— |
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Design for Woman SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “DEITECH ”għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 (applikazzjoni nru 3 378 643).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade marks jew sinjali invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Ġermaniża “DEITEX ”u t-trade mark figurattiva internazzjonali “DEI-tex ”għall-prodotti fil-klassi 25, billi l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tressqet kontra r-reġistrazzjoni għal din il-klassi.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħdet l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni ta l-Bord ta' l-Appell: ċaħad ir-rikors.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), għaliex il-provi ppreżentati mir-rikorrenti sabiex turi l-użu ġenwin ma ttieħdux in kunsiderazzjoni suffiċjentement, kif ukoll ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, għaliex teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewg trade marks in kwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/26 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 — Scil Proteins vs L-UASI — Indena (affilene)
(Kawża T-87/07)
(2007/C 117/42)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scil Proteins GmbH (Halle, Il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Dalichau, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Indena SpA (Milan, L-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut tat-23 ta' Jannar 2006, u d-deċiżjoni b'korriġendum tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-31 ta' Jannar 2007, Każ R 10/2006-2, in kwantu l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward tal-prodotti “estratti minn pjanti mediċinali għall-użu fl-[…] industriji tal-kosmetiċi u ta' l-ikel, u mhux għal skopijiet ta' dijanjosi”; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Scil Proteins
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “affilene ”għal prodotti fil-Klassi 1 — Applikazzjoni Nru 2 751 931
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: L-applikant
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja “AFFILIN ”għal prodotti fil-Klassijiet 1 u 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks in kwistjoni huma simili u jistgħu joħolqu konfużjoni anki fir-rigward tal-prodotti li għalihom il-Bord ta' l-Appell approva r-reġistrazzjoni.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/27 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 — Fabryka Samochodów Osobowych vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-88/07)
(2007/C 117/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Fabryka Samochodów Osobowych S.A. (Varsavja, il-Polonja) (Rappreżentanti: W. Radzikowski, R. A. Kozlowski u G. Dźwigala, konsulenti legali)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkwantu l-Artikolu 2(2) sa (4) jintroduċi miżuri kumpensatorji fil-forma ta' a) limitazzjoni tal-produzzjoni annwali ta' karozzi sa l-aħħar ta' Frar 2011 fil-konfront ta' FSO, tal-kumpanniji sussidjarji tagħha kollha, kemm dawk preżenti kif ukoll dawk futuri, u tal-kumpanniji kollha kkontrollati minn FSO bħala azzjonista, u b) projbizzjoni li jintalab it-tiġdid tal-permessi qabel l-aħħar ta' Frar 2011; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ta' l-20 ta' Diċembru 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C3/2005 [ex. N 592/2004 (ex. PL 51/2004)] li, kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħha, tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-miżuri ta' għajnuna, li diġà ġew parzjalment introdotti fil-Polonja favur ir-rikorrenti, safejn din id-deċiżjoni timponi fuq ir-rikorrenti, benefiċjarja ta' l-għajnuna, l-obbligu li tillimita l-produzzjoni annwali kif ukoll il-bejgħ ta' karozzi fit-territorju ta' l-UE sa l-2011. Il-motivazzjoni tad-deċiżjoni tipprojbixxi wkoll lir-rikorrenti milli titlob it-tiġdid tal-permessi qabel l-aħħar ta' l-2011.
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni msemmija peress li tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE kif ukoll regoli essenzjali dwar l-applikazzjoni tiegħu. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem il-motivi segwenti:
|
— |
meta ddikjarat li parti mill-għajnuna kienet diġà ngħatat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1) u wettqet ukoll żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti; |
|
— |
meta ddeterminat il-portata tal-miżuri kumpensatorji, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità, il-prinċipju ta' l-eżerċizzju liberu ta' attività ekonomika, l-Artikolu 253 KE u l-punti 11, 32, 37, 39 u 54 tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (2), u wettqet ukoll żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti in kwistjoni, b'mod partikolari, minħabba l-punti segwenti: id-determinazzjoni, fil-fehma tar-rikorrenti, inkorretta, tal-valur ta' l-għajnuna pubblika minħabba s-sopravalutazzjoni tagħha, in-nuqqas li tittieħed in kunsiderazzjoni l-forma ta' l-għajnuna, id-definizzjoni inkorretta tas-suq rilevanti, id-determinazzjoni inkorretta tas-sehem mis-suq tar-rikorrenti, li hija l-benefiċjarja ta' l-għajnuna, in-nuqqas li jittieħdu in kunsiderazzjoni elementi importanti fid-determinazzjoni ta' l-effetti ta' l-għoti ta' l-għajnuna lir-rikorrenti, id-determinazzjoni ta' miżuri kumpensatorji li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tar-rikorrenti li terġà tikseb l-effiċjenza fl-operat tagħha wara t-tmien tar-ristrutturar, u n-nuqqas li jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti kienet topera f'reġjuni li jikkwalifikaw għal għajnuna reġjonali; |
|
— |
il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' ċertezza legali u l-Artikolu 253 KE meta, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni, adottat miżuri kumpensatorji addizzjonali li mhumiex stabbiliti fil-parti dispożittiva prinċipali tad-deċiżjoni stess; |
|
— |
il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 253 KE peress li ma pprovdietx spjegazzjonijiet suffiċjenti fuq in-natura u l-portata tal-miżuri kumpensatorji imposti u peress li m'għamlitx referenza għall-proposti kollha mressqa fuq dan il-punt. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1).
(2) ĠU C 288 tad-9 ta' Ottubru 1999, p. 2.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/28 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Marzu 2007 — VIP Car Solutions vs Il-Parlament
(Kawża T-89/07)
(2007/C 117/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: VIP Car Solutions (Hoenheim, Franza) (rappreżentant: G. Welzer, avocat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' rifjut ta' għoti ta' kuntratt PE/2006/06/UTD/1 — trasport tal-membri tal-Parlament Ewropew għal-laqgħat ta' Strasburgu, innotifikata fl-24 ta' Jannar 2007; |
|
— |
tannulla l-atti kollha sussegwenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għas-somma ta' 500,000 EUR bħala danni u interessi; |
|
— |
tikkundanna l-Parlament ibati l-ispejjeż tal-kawża u l-ispejjeż legali; |
|
— |
tikkundanna l-Parlament iħallas l-ispejjeż irrikuperabbli relatati mal-kompetizzjoni, ta' ammont ta' 5,000 EUR. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-offerta tagħha rigward is-sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1 — trasport tal-Membri tal-Parlament Ewropew għal-laqgħat ta' Strasburgu (1).
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, fl-ewwel lok, ksur tal-kriterji ta' għoti ta' kuntratti li jinsabu fil-kuntratt ta' sejħa għal offerti, b'mod partikolari fuq il-prezz fejn hija tallega li pproponiet il-prezz l-aktar baxx u li dan il-kriterju għandu jammonta għal 55 % ta' l-għoti tal-kuntratt.
Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju (2), li jgħid li l-komunikazzjoni ta' ċerti elementi tista' titħalla barra fil-każ fejn hija tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' impriżi privati jew fil-każ fejn hija tista' tippreġudika kompetizzjoni leali bejniethom. Skond ir-rikorrenti, l-informazzjoni li hija talbet, jiġifieri l-prezz propost minn min il-kuntratt għandu jagħtih, ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-imsemmi Artikolu u, konsegwentement, ir-rifjut li din tiġi kkomunikata lilha hija irregolari.
(1) Avviż ta' sejħa għal offerti “Transport tal-membri tal-Parlament Ewropew fil-karozza u fil-minibus bis-sewweiq matul il-perijodi ta' sessjoni fi Strasburgu”, ĠU 2006, S 177 — 187988.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/[2002] tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-b[aġi]t ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/28 |
Appell imressaq fis-26 ta' Marzu 2007 mir-Renju tal-Belgju kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta' Marzu 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-90/07 P)
(2007/C 117/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentant: L. Van den Broeck, aġent)
Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Emmanuel Genette, Il-Kummissjoni tal-Komunita Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta' Jannar 2007 fil-kawża F-92/05 |
Motivi u argumenti prinċipali
Bis-sentenza tas-16 ta' Jannar 2007, mogħtija fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) laqa' r-rikors mressaq minn E. Genette li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2005 li tiċħad, minn naħa, l-awtorizzazzjoni li jirtira t-talba għat-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni miksuba taħt l-iskema ta' pensjoni Belġjana, ippreżentata fl-2001, u, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni li jitlob trasferiment mill-ġdid.
In sostenn tar-rikors ta' l-appell tiegħu, ir-Renju tal-Belgju, intervenjent fl-ewwel istanza in sostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni, iqis l-ewwel nett li t-TSP mhuwiex kompetenti sabiex jevalwa l-ammissibbiltà fir-rigward tad-dritt Belġjan tat-talba għall-irtirar ta' talba li tfittex li tittrasferixxi lis-sistema Komunitarja d-drittijiet għal pensjoni miksuba taħt l-iskema ta' pensjoni Belġjana. Skond ir-rikorrenti, it-TSP qabeż il-kompetenzi tiegħu meta ddeċieda fuq il-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali Belġjan li huma applikabbli f'din il-kawża.
It-tieni nett, ir-Renju tal-Belġju jippretendi li t-TSP kiser id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut, fl-evalwazzjoni tiegħu ta' l-ammissibbiltà li tiġi ppreżentata talba ġdida għal trasferiment.
Barra minn dan, ir-Renju tal-Belġju jqis li t-TSP kiser id-dritt Komunitarju, bl-evalwazzjoni żbaljata tiegħu ta' l-eżistenza ta' fatt ġdid li, skond huwa, m'għandhux jiġi evalwat bi tqabbil mad-dħul fis-seħħ tar-riforma ta' l-Istatut, iżda fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Belġjana.
Fl-aħħar nett, ir-Renju tal-Belġju jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/29 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2007 — WWF-UK Ltd vs Il-Kunsill
(Kawża T-91/07)
(2007/C 117/46)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: WWF-UK Ltd (Godalming, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Sands, QC, J. Simor, Barrister, R. Stein, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla t-TAC adottati mir-Regolament tal-Kunsill Nru 41/2006 għal dak li jirrigwarda l-merluzz fiż-żoni koperti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 423/2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta' l-istokkijiet ta' merluzz; |
|
— |
tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jkomplu jkollhom effett sakemm ma jiġux issostitwiti b'miżura ġdida; |
|
— |
tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors qed jiġi ppreżentat skond l-Artikolu 230 KE fir-rigward tal-qabdiet totali permissibbli (“TAC”) għall-2007 adottati mill-Kunsill fir-Regolament Nru 41/2006 (1) (ir-“Regolament TAC”) għal dak li jirrigwarda l-merluzz fiż-żoni koperti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 423/2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta' l-istokkijiet ta' merluzz (2) (il-“Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz”), wara l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2006 (3).
Essenzjalment, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta' evalwazzjoni ta' dritt billi ma adottax TAC żero, li fil-fehma tagħha huwa, skond il-parir xjentifiku rilevanti, neċessarju sabiex l-istokkijiet jiżdiedu meta mqabbla mal-livelli attwali, li huma mhedda minn riskju serju ta' tnaqqis drastiku u li qatt ma jerġgħu jaqgħu f'limiti bioloġiċi vijabbli:
L-ewwel nett, ir-rikorrenti tafferma li t-TAC in kwistjoni huma illegali għaliex ma ġewx stabbiliti skond ir-rekwiżiti tal-Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz. Barra minn hekk, skond l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti, kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni jidhru li bbażaw ruħhom fuq l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2371/2002 (4) (ir-“Regolament ta' l-2002”) sabiex jadottaw it-TAC in kwistjoni, u mhux fuq il-Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li t-TACs in kwistjoni huma illegali għaliex mhumiex konformi mal-prinċipju ta' prekawzjoni kif mitlub mill-Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz, l-Artikoli 5(3), 4 u 2(1) tar-Regolament ta' l-2002, il-Politika Komuni dwar is-Sajd, l-Artikolu 174 KE u l-Artikolu 5 u 6 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1995.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-adozzjoni tat-TAC in kwistjoni mhijiex loġika safejn dawn ġew stabbiliti f'livell fejn, skond il-provi xjentifiċi kollha disponibbli, l-istokkijiet jew ser jibqgħu f'livelli fejn ikunu mhedda minn riskju serju ta' tnaqqis drastiku jew jonqsu drastikament.
Ir-raba' nett, ir-rikorrenti hija tal-fehma li l-Kunsill abbuża mill-poteri tiegħu billi adotta TAC fuq livelli intiżi sabiex jilħqu għanijiet politiċi u ekonomiċi, minflok fuq livelli neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan tal-Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz, li huwa li jiżdiedu l-istokkijiet tal-merluzz fi żmien sena, jew fl-iqsar żmien possibbli, 'il fuq minn livelli fejn ikunu medda minn riskju serju ta' tnaqqis drastiku.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti tafferma li f'każ li l-Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz ma jippermettix li jiġi stabbilit TAC żero, il-pjan fih innifsu jkun illegali peress illi ma jkunx konformi mal-prinċipju ta' prekawzjoni.
Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill wettaq żball ta' dritt meta ma kkunsidrax l-istokkijiet ta' merluzz fiż-żona VII(d) ta' l-ICES (International Council for the Exploration of the Sea) (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar), koperta mill-Pjan għall-Irkuprar tal-Merluzz.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (ĠU 2007, L 15, p. 1).
(3) COM (2006) 774.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU 2002, L 358, p. 59).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/30 |
Appell imressaq fit-28 ta' Marzu 2007 minn Jacques Frankin et kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta' Jannar 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-3/06, Jacques Frankin et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-92/07 P)
(2007/C 117/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jacques Frankin (Sorée, Il-Belgju) u 482 rikorrenti oħra (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta' Jannar 2007 mogħtija fil-kawża F-3/06, li għandha bħala suġġett prinċipali rikors għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' l-10 ta' Ġunju 2005 li biha l-Kummissjoni ċaħdet lir-rikorrenti l-assistenza skond l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal; |
|
— |
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż tal-kawża, spejjeż oħra u drittijiet u tordna lill-Kummissjoni tħallashom. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn ta' l-appell tagħhom ir-rikorrenti jsostnu li billi ċaħad ir-rikors tagħhom fl-ewwel istanza, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta' dritt waqt l-eżami tal-motivi invokati fl-ewwel istanza bbażati, minn naħa, fuq il-ksur ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal u ta' l-obbligu ta' premura u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta' non-diskiriminazzjoni
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/30 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/07)
(2007/C 117/48)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla n-nota Nru 175, tal-11 ta' Jannar 2007, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li tikkonċerna pagamenti mill-Kummissjoni differenti mill-ammonti totali mitluba. Ref. Programm POR Sicilia (N. CCI 1999 IT 161 PO 011); |
|
— |
tannulla n-nota Nru 234, tat-12 ta' Jannar 2007, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li tikkonċerna pagamenti mill-Kummissjoni differenti mill-ammonti totali mitluba. Ref. Programm POR Sicilia (N. CCI 1999 IT 161 PO 011); |
|
— |
tannulla l-atti kollha konnessi u preliminari, u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU C 262 tat-23.10.2004, p. 55.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/30 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2007 — EREF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/07)
(2007/C 117/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Renewable Energies Federation (EREF) ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej K(2006) 4963 finali, mill-24 ta' Ottubru 2006; |
|
— |
tiddikjara l-vettura finanzjarja in kwistjoni, fil-forma u fl-istruttura attwali tagħha, bħala għajnuna mogħtija mill-Istat illegalment; |
|
— |
sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni tibda proċedura formali ta' stħarriġ skond l-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-Każ NN 62/B/2006; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż kollha, inklużi dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fl-2004, ir-rikorrenti ppreżentat ilment lill-Kummissjoni li fih allegat, fost affarijiet oħra, li diversi aspetti tal-finanzjament ta' l-impjant nukleari ġdid li kien qed jinbena fil-Finlandja kienu jikkostitwixxu għajnuna mogħtija mill-Istat, li ma kinitx ġiet innotifikata. Fl-2006, il-Kummissjoni qasmet il-fajl f'żewġ każijiet bin-numri NN 62/A/2006 u NN 62/B/2006.
F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, li tikkonċerna l-għajnuna mogħtija mill-Istat taħt il-każ NN 62/B/2006, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonstatat li l-faċilità ta' kreditu mogħtija minn konsorzju ta' ħames banek u self mogħti minn AB Svensk Exportkredit (iktar 'il quddiem “SEK”) ma kinux jikkostitwixxu għajnuna fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE.
Ir-rikorrenti ssostni li l-fatt li l-Kummissjoni qasmet il-fajl f'żewġ każijiet separati huwa illegali kemm mill-aspett proċedurali kif ukoll minn dak sostantiv. Fil-fehma tar-rikorrenti, kien possibbli biss li l-faċilità ta' kreditu u s-self jingħataw b'rata ta' mgħax daqshekk baxxa minħabba garanzija mogħtija mill-aġenzija Franċiża li tipprovdi assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni COFACE. Madankollu, l-aspetti ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat ta' l-involviment ta' COFACE kienu ttrattati fil-każ NN 62/A/2006. Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni li t-taqsim tal-fajl f'żewġ każijiet separati u għaldaqstant, it-tneħħija ta' l-element tal-garanzija mill-każ NN 62/B/2006, wassal lill-Kummissjoni għall-fehim żbaljat li l-għoti ta' faċilità ta' kreditu u s-self mogħti minn SEK b'rata ta' mgħax daqshekk baxxa ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mogħtija mill-Istat sempliċement peress li, skond il-Kummissjoni, il-banek li pparteċipaw kienu privati.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li rrispettivament mill-garanzija mogħtija minn COFACE, il-faċilità ta' kreditu kif ukoll is-self mogħti minn SEK xorta jikkostitwixxu għajnuna mogħtija mill-Istat peress li:
|
— |
il-faċilità ta' kreditu ngħatat b'rata ta' mgħax baxxa bil-parteċipazzjoni tal-banek BLB u BNP Paribas, li r-rikorrenti tallega li huma t-tnejn banek pubbliċi; u |
|
— |
is-self minn SEK ingħata minn bank li jappartjeni 100 % lill-Istat b'rata ta' mgħax inqas mill-kundizzjonijiet tas-suq. |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka nuqqas ta' motivazzjoni u żball manifest ta' evalwazzjoni.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/31 |
Rikors ipprezentat fit-30 ta' Marzu 2007 — Aventis Pharma SA vs L-UASI — Altana Pharma (PRAZOL)
(Kawża T-95/07)
(2007/C 117/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aventis Pharma SA (Antony, Franza) (irrappreżentata minn: R.Gilbey, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Altana Pharma AG (Konstanz, il-Ġermanja)
Talbiet
|
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 302/2005-4) u l-konferma tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tas-26 ta' Jannar 2005; |
|
— |
li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern jiġi ordnat ibati l-ispejjeż ta' l-appellanti f'din l-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Altana Pharma AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Prazol ”għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 1 154 269
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark nazzjonali verbali “PREZAL ”għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u ċaħda ta' l-oppożizzjoni
Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell naqas milli jqabbel it-trade marks b'mod globali billi jikkunsidra l-fatturi kollha rilevanti
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/31 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Marzu 2007 — Telecom Italia Media vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-96/07)
(2007/C 117/51)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Telecom Italia Media S.p.A. (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: prof. F. Bassan u S. Venturini, avvocati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
It-talbiet tar-rikorrenti
|
— |
prinċipalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6634 finali, ta' l-24 ta' Jannar 2007, li tirrigwarda l-għajnuna mill-Istat C 52/2005 (preċedentement NN 88/2005, preċedentement CP 101/2004), u ta' l-atti magħha konnessi, preċedenti u konsegwenti; |
|
— |
sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6634 finali, safejn timponi fuq l-Istat Taljan li jirkupra l-għajnuna skond il-modalitajiet indikati fiha; |
|
— |
f'kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. Bil-konsegwenzi kollha legali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li kkunsidrat bħala illegali l-għajnuna mogħtija mill-Istat Taljan fl-2004 u fl-2005 u li tinvolvi kontribuzzjonijiet għax-xiri ta' dekoders diġitali. F'dan ir-rigward jiġi enfasizzat li, permezz ta' deċiżjoni li ġġib l-istess data, ġew ikkunsidrati bħala legali skond l-Artikolu 87(c) tat-Trattat KE l-kontribuzzjonijiet għad-dekoders bl-API miftuħa previsti għall-2006.
Skond ir-rikorrenti, id-differenza bejn l-għajnuna legali ta' l-2006 u dik illegali ta' l-2004 u l-2005 tinsab fl-esklużjoni espliċita, f'dawn ta' l-aħħar, tal-finanzjament għad-dekoders tat-televiżjoni satellitari, li għalhekk tiġi eskluża fid-dritt, filwaqt li fl-2006 tiġi eskluża biss “de facto”, peress li d-dekoder ingħażel mis-sistema monopolistika SKY “mhux miftugħ”.
Sabiex issostni t-talbiet tagħha r-rikorrenti ssostni:
|
— |
L-iżball ta' evalwazzjoni mwettaq mill-konvenuta. F'dan ir-rigward hija targumenta li:
|
|
— |
Il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 87(1) u 87(3)(c) tat-Trattat KE, safejn il-Kummissjoni ma pprovatx li l-miżura tfixkel jew tgħedded li tfixkel il-kompetizzjoni, u għaldaqstant tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1). Barra minn hekk hija lanqas ma wriet kif l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 87(3) tista' tiġi applikata għall-produtturi tad-dekoders iżda mhux għax-xandara televiżivi, li jibbenefikaw indirettament minnhom, li jagħmlu użu minn dawn id-dekoders. |
|
— |
Id-deċiżjoni kkontestata hija internament kuntradittorja u intrinsikament illoġika. F'dan ir-rigward jiġi enfasizzat li skond il-Kummissjoni l-miżura hija selettiva fir-rigward biss ta' wħud mill-benefiċjarji indiretti (ix-xandara televiżivi) u mhux fir-rigward ta' oħrajn (il-produtturi tad-dekoders). |
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/33 |
Appell imressaq fid-29 ta' Marzu 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta' Jannar 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-99/07 P)
(2007/C 117/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti)
Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Emmanuel Genette, Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta' Jannar 2007 fil-kawża F-92/05; |
|
— |
tiddikjara r-rikors inammissibbli; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara dan ir-rikors infondat; |
|
— |
tiddeċiedi li kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi għal din l-istanza u għal dik imressqa quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tas-sentenza tas-16 ta' Jannar 2007, mogħtija fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) laqa' r-rikors imressaq mis-Sur Genette li kellu bħala għan l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2005 li tirrifjuta, minn naħa, li tawtorizzah jirtira t-talba mressqa fl-2001 sabiex jiġu ttrasferiti d-drittijiet għall-pensjoni li huwa kiseb fl-iskemi ta' pensjoni Belġjani, u, min-naħa l-oħra, li tawtorizzah jitlob trasferiment ġdid tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni.
Fir-rikors ta' l-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka l-ewwel nett il-kwistjoni ta' l-ammissibbiltà tar-rikors inizjali. Hija ssostni li t-Tribunal iddeċieda ultra petita, billi biddel is-suġġett tal-kawża u billi wettaq żbalji ta' evalwazzjoni fl-eżami ta' l-allegati fatti ġodda invokati mir-rikorrent fl-ewwel istanza sabiex jiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tat-termini favur tiegħu. Il-Kummissjoni ssostni li l-evalwazzjoni korretta kemm tas-suġġett tal-kawża kif iddefinit fir-rikors fl-ewwel istanza kif ukoll ta' l-allegati fatti ġodda invokati mir-rikorrent, kienet neċessarjament twassal lit-TSP sabiex jiddikjara r-rikors inammissibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tallega li t-TSP qabeż il-limiti tal-kompetenza tiegħu u saħansitra kiser id-drittijiet tad-difiża tagħha, billi ddeċieda ċerti kwistjonijiet mingħajr ma ppermetta lill-Kummissjoni tressaq l-argumenti favur tagħha.
In sostenn ta' l-appell tagħha fir-rigward ta' l-evalwazzjoni tal-kawża fil-mertu li wettaq it-TSP fis-sentenza appellata, il-Kummissjoni tinvoka diversi motivi bbażati fuq il-ksur mit-TSP ta' diversi dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ġurisprudenzjali, billi, skond il-Kummissjoni, is-sentenza appellata tippermetti li atti ġuridiċi jiġu rtirati u, sussidjarjament, tikser id-dritt awtonomu tal-Kummissjoni li ma tirtirax id-deċiżjonijiet ikkontestati.
Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/34 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2007 — Pouzol vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-17/07)
(2007/C 117/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michel Pouzol (Chemin des Peyridisses, Franza) (rappreżentanti: D. Grisay, I Andoulsi u D. Piccininno, avocats)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri tat-23 ta' Novembru 2006 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta' Mejju 2006; |
|
— |
tirrikonoxxi li r-rikorrent għandu d-dritt li fil-kalkolu tal-pensjoni tiegħu jittieħed in kunsiderazzjoni perijodu addizzjonali ta' 6 snin, 10 xhur u jum, jew perijodu globali ta' 10 snin, 3 xhur u 24 jum; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri ssarraf dan il-perijodu f'pensjoni addizzjonali għar-rikorrent ta' EUR 1,232.32 fix-xahar; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri tħallas lir-rikorrent kumpens għal dannu finanzjarju subit minnu, li fil-jum tal-preżentata ta' dan ir-rikors kien ikkalkolat fl-ammont ta' EUR 17,252.48 (jew telf ta' dħul għar-rikorrent ta' EUR 1,232.32 fix-xahar mid-data li fiha rtira, jiġifieri l-1 ta' Jannar 2006, sa l-1 ta' Marzu 2007; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri tħallas lir-rikorrent kumpens għal dannu morali subit minnu għal iktar minn 13-il sena, li l-ammont tiegħu għandu jiġi ddeterminat iktar 'il quddiem bi qbil bejn il-partijiet; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent, li qabel kien uffiċjal tal-Qorti ta' l-Awdituri u li llum huwa rtirat, jikkontesta, b'mod partikolari, il-kalkolu tat-trasferiment fl-iskema Komunitarja tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni miksuba fi Franza, peress li dan il-kalkolu ma jieħux in kunsiderazzjoni d-drittijiet li huwa kiseb vis-à-vis l-Association des régimes de retraites complémentaires (ARRCO) u l-Association générale des institutions de retraite des cadres (AGIRC).
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka 4 motivi bbażati, rispettivament, fuq: (i) il-ksur ta' diversi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' l-Anness VIII tiegħu (b'mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 26 ta' dan l-anness); (ii) il-ksur tad-dover ta' ħarsien ta' l-interessi ta' l-uffiċjali u ta' assistenza imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal; (iii) il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali u tal-prinċipju li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni; (iv) il-ksur tal-prinċipju ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/34 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2007 — M vs L-EMEA
(Kawża F-23/07)
(2007/C 117/54)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: M (Broxbourne, Royaume-Uni) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)
Talbiet tal-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2006 li permezz tagħha d-direttur eżekuttiv ta' l-EMEA ċaħad it-talba tar-rikorrent li tirreferi l-kwistjoni quddiem il-Kumitat ta' l-Invalidità; |
|
— |
tordna lill-EMEA tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 100,000 bħala danni u imgħaxijiet minħabba żbalji amministrattivi; |
|
— |
tordna lill-EMEA tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fis-17 ta' Marzu 2005, ir-rikorrent, aġent temporanju ma' l-EMEA, kien vittma ta' inċident fuq il-post tax-xogħol li minħabba fih ma setax iktar iwettaq xogħolu. Fl-14 ta' Frar 2006, huwa ġie informat li l-kuntratt tiegħu ma kienx ser jiġi mġedded wara l-15 ta' Ottubru 2006. It-talba tiegħu għal rinviju tal-kwistjoni quddiem il-Kumitat ta' l-Invalidità ġiet miċħuda.
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka b'mod partikolari l-ksur ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 31 u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 33 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra (KIIO), kif interpretati mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu tas-16 ta' Jannar 2007, Gesner vs L-UASI (F-119/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/35 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Marzu 2007 — Lafleur-Tighe vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-24/07)
(2007/C 117/55)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Virginie Lafleur-Tighe (Makati, il-Filippini) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad 13, skala 1, fid-data tar-reklutaġġ tagħha bħala aġent kuntrattwali, deċiżjoni li tirriżulta mill-kuntratt ta' reklutaġġ iffirmat fit-22 ta' Diċembru 2005; |
|
— |
tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, u b'mod partikolari, it-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-esperjenza professjonali tar-rikorrenti mis-16 ta' Novembru 1993, data li fiha kisbet il-grad ta' Bachelor u r-riklassifikazzjoni tagħha fil-grad 14, retroattivament mit-22 ta' Diċembru 2005; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, barra milli tinvoka motivi simili ħafna għal dawk diġà mqajma fil-kawża F-135/06 (1), tinvoka, b'mod partikolari, il-ksur tal-prinċipju ta' moviment liberu tad-diplomi u tal-kwalifiki professjonali.
(1) ĠU C 236 tat-30.12.2006, p. 87.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/35 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 — Bleser vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej
(Kawża F-25/07)
(2007/C 117/56)
Lingwa tal-Kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Bleser (Nittel, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Goergen, avocat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Gustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla l-klassifikazzjoni tal-grad attribwit lilu bid-deċiżjoni tas-16 ta' Marzu 2006; |
|
— |
tannulla l-Artikoli 2 u 13 ta' l-Anness XIII u l-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004; |
|
— |
terġa tikklassifika lir-rikorrent fil-grad avżat fl-avviż tal-konkors, jew fil-grad ekwivalenti għalih skond ir-Regolamenti tal-Persunal il-ġdid (u fl-livell korrispondenti għad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel l-1 ta' Mejju 2004); |
|
— |
tordna li jitħallsu d-danni u l-interessi sa' l-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-gradi kkonċernati; |
|
— |
tordna li jitħallsu d-danni u l-interessi sa' 10,000 EUR għad-danni morali subiti; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors essenzjalment jikkontesta d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 u ta' l-Artikolu 13 ta' l-Anness XIII kif ukoll l-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.
Ir-rikorrent isostni li l-klassifikazzjoni tiegħu kellha sseħħ skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal preċedenti, li kienu aktar vantaġġjużi għalih, u li kienu fis-seħħ fid-data li fiha għadda mill-konkors. Ir-rikorrent iqis li l-klassifikazzjoni tiegħu tmur kontra l-prinċipju ta' ugwaljanza u l-prinċipju ta' non diskriminazzjoni, kif ukoll kontra l-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet abbażi ta' l-età.
Minbarra dan, ir-rikorrent jikkunsidra li dan imur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, u b'mod partikolari ta' l-obbligu ta' premura u tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, trasparenza, osservanza ta' l-aspetattiva leġittima, ta' ċertezza legali, ta' bona fede, kif ukoll tal-projbizzjoni tar-“reformatio in peius ”kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/36 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Marzu 2007 — Potoms u Scillia vs Il-Parlament
(Kawża F-26/07)
(2007/C 117/57)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gerrit Potoms (Malines, Il-Belgju) u Mario Scillia (Brussell, Il-Belgju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats]
Konvenut: Il-Parlament Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li l-Artikoli 5 u 12 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal huma illegali; |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet individwali li jinnominaw lir-rikorrenti għal impjieg ta' amministratur, peress li dawn jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tagħhom skond l-Artikolu 5(2) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tiddikjara li l-miżuri ta' applikazzjoni li jirrigwardaw l-għoti ta' punti ta' mertu u ta' promozzjoni huma illegali peress li jipprovdu għat-tneħħija ta' punti ta' mertu u ta' promozzjoni fil-każ li wieħed jgħaddi minn grupp ta' funzjoni għal ieħor; |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet individwali li jneħħu l-punti ta' mertu u ta' promozzjoni miġbura mir-rikorrenti fil-kategorija tagħhom ta' qabel; |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet individwali li japplikaw fattur multiplikatur inqas minn 1 sabiex jiġi ddeterminat is-salarju tar-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropej ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi simili għal dawk invokati fil-kawża F-31/06 (1).
(1) ĠU C 131 tat-3.6.2006, p. 50.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/36 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/07)
(2007/C 117/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar l-abbozzar ta' rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu li jmur mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, in eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-20 ta' April 2005, Sundholm vs Il-Kummissjoni (T-86/04); |
|
— |
tikkundanna l-parti konvenuta tħallas, f'dan l-istadju tal-proċedura, EUR 1 bħala danni morali; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, l-ewwel nett, ksur ta' l-Artikolu 233 KE u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, in kwantu d-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix li jinftihem kif il-motivi tas-sentenza ċċitata iktar 'il fuq ittieħdu in kunsiderazzjoni.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, ma rrikonoxxietx l-objettivi u l-għanijiet imfittxija mis-sistema l-ġdida ta' evalwazzjoni tal-karriera u, min-naħa l-oħra, hija vvizzjata minn inkoerenza bejn il-kummenti u l-punti mogħtija.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn l-elementi fattwali li jservu ta' bażi għall-evalwazzjoni tagħha ma ġewx ikkomunikati lilha la fil-mument meta saru u lanqas fil-kuntest tal-proċedura ta' evalwazzjoni.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/36 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Marzu 2007 — Quadu vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-29/07)
(2007/C 117/59)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sandro Quadu (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats]
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra, tas-26 ta' April 2006, li taħtar lir-rikorrent uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej safejn tikklassifikah fil-grad AST 2, livell 3; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' deċiżjoni tas-26 ta' April 2006, ir-rikorrent, li, f'dak iż-żmien, kien aġent temporanju tal-Parlament Ewropew fil-grad C*4, livell 7, u li għadda minn kompetizzjoni interna għal assistenti klerikali (karriera C4-5) nru C/348, ippubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (1), ġie maħtur bħala uffiċjal ikklassifikat fil-grad AST 2, livell 3.
Fir-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, b'mod partikolari, il-ksur ta' l-avviż tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta' trattament ugwali u tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni. B'mod partikolari, huwa jakkuża lill-amministrazzjoni talli interpretat l-Artikolu 5(4) ta' l-Anness XIII tar-Regoli tal-Persunal fis-sens li l-aġenti temporanji maħtura bħala uffiċjali m'għandhomx id-dritt li jżommu l-grad u l-livell li kellhom qabel ħlief fl-eventwalità li l-ħatra tinvolvi bidla fil-kategorija għal waħda superjuri.
(1) ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/37 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Marzu 2007 — Noworyta vs Il-Parlament
(Kawża F-30/07)
(2007/C 117/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lidia Noworyta (Brussell, Il-Belġju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati]
Konvenut: Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra tat-28 ta' April 2006 li tiċħad il-proposta tas-superjur dirett tar-rikorrenti ta' l-20 ta' Ottubru 2005 li tingħatalha allowance fissa għas-sigħat ta' sahra maħduma taħt kundizzjonijiet speċjali fis-sens ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness VI tar-Regolament tal-Persunal jew xi allowance oħra, jew taħt l-Artikolu 56a jew taħt l-Artikolu 56b tar-Regolament tal-Persunal; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, fl-ewwel lok, il-ksur tal-prinċipju ġenerali li kull impjegat għandu jkun suġġett għal kundizzjonijiet ta' xogħol ġusti, b'mod partikolari f'termini ta' xogħol u ta' leave ta' kumpens jew ta' remunerazzjoni għas-sigħat ta' sahra maħduma jew minħabba l-karatteristiċi partikolari ta' l-organizzazzjoni tas-sigħat ta' xogħol tiegħu.
B'mod aktar partikolari, hija ssostni li, b'differenza mill-Artikoli 56a u 56b tar-Regolament tal-Persunal, l-Artikolu 3 ta' l-Anness VI tar-Regolament tal-Persunal ma jissuġġettax il-possibbiltà li tingħata allowance fissa għas-sigħat ta' sahra maħduma taħt kundizzjonijiet speċjali ta' xogħol għall-kundizzjoni li dawn is-sigħat jinħadmu fuq bażi regolari. Skond ir-rikorrenti, l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra (l-Awtorità tal-Ħatra) wettqet żball ta' dritt meta żiedet din il-kundizzjoni fir-regoli interni dwar il-kumpens tas-sigħat ta' sahra.
L-Awtorità tal-Ħatra wettqet ukoll żball ta' dritt meta indikat li l-uffiċjali impjegati mill-1 ta' Mejju 2004 ma jistgħux jibbenefikaw minn din l-allowance filwaqt li din il-possibbiltà hija espressament stipulata fl-Artikolu 1 ta' dawn ir-regoli interni.
Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni li ma jingħatalha l-ebda leave ta' kumpens jew remunerazzjoni ta' sahra għall-kundizzjonijiet speċjali tax-xogħol tagħha tikser l-Artikoli 56a u 56b tar-Regolament tal-Persunal kif ukoll il-prinċipju ta' trattament ugwali.
Fl-aħħar nett, skond ir-rikorrenti, il-pożizzjoni tal-Parlament mhijiex koerenti peress li d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Presidenza kien iddikjara li l-ebda persuna li taħdem fiċ-ċentrali telefonika ma kellha taħdem sigħat ta' sahra fuq bażi regolari filwaqt li l-Awtorità tal-Ħatra kienet ikkonkludiet, min-naħa tagħha, li kien qed isir studju sabiex jiġu eżaminati l-possibiltajiet ta' armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-servizz ikkonċernat preċiżament minħabba l-ħinijiet atipiċi tax-xogħol, li ma kinux jaqgħu fil-ħinijiet ġenerali/normali tax-xogħol.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/37 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2007 — Putterie-de-Beukelaer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-31/07)
(2007/C 117/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Françoise Putterie-de-Beukelaer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
tannulla r-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera (iktar 'il quddiem ir-“REC”) tar-rikorrenti, li jirrigwarda l-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005, inklużi l-proċeduri ta' appell u deċiżjonijiet oħra relatati magħhom u b'mod iktar partikolari t-titolu 6.5 “potenzjal”, sa fejn ma jirrikonoxxix il-potenzjal tar-rikorrenti li teżerċita l-inkarigi li jaqgħu fil-kategorija B*; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, l-ewwel nett, il-fatt li l-amministrazzjoni wettqet żbalji manifesti ta' evalwazzjoni billi ma rrikonoxxietx fir-rigward tagħha l-potenzjal li teżerċita l-inkarigi li jaqgħu fil-kategorija B* għall-finijiet tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(3) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). B'mod partikolari, kuntrarjament għal dak li ġie indikat fir-REC tar-rikorrenti, l-inkarigi tagħha bħala l-persuna responsabbli għat-taħriġ informatiku jaqgħu (iktar 'il quddiem ir-“REFOi”) fil-kategorija B*.
It-tieni nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur ta' l-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipji ta' osservanza tad-drittijiet tad-difiża, ta' trasparenza u tal-kontradittorju kif ukoll tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba tal-persunal. B'mod partikolari, hija ssostni li ċerti dokumenti li ntużaw fl-evalwazzjoni tagħha ma ntbagħtulhiex fiż-żmien preskritt.
It-tielet nett, ir-rikorrenti teċċepixxi l-ksur ta' l-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni.
Ir-raba' nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-persunal u ta' non diskriminazzjoni, sa fejn l-inkarigi mwettqa mir-REFOi huma evalwati, għall-finijiet tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni, b'mod differenti skond id-direttorati ġenerali u s-superjuri tagħha.