|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2007/C 116/01 |
||
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 116/02 |
||
|
2007/C 116/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4608 — Siemens/UGS Corporation) ( 1 ) |
|
|
2007/C 116/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4609 — Shell/Coller Capital/STV) ( 1 ) |
|
|
2007/C 116/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4559 — Balfour Beatty/Galaxy/Exeter Airport) ( 1 ) |
|
|
2007/C 116/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4665 — The Apollo Group/Claire’s Stores) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2007/C 116/07 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2007/C 116/08 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 ) |
|
|
2007/C 116/09 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 116/10 |
Notifika ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4628 — Salzgitter/Vallourec Précision Etirage/Werk Zeithain) ( 1 ) |
|
|
2007/C 116/11 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4486 — Leitner/Strabag/Nordpark) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2007/C 116/12 |
Avviż ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4671 — UTC/Initial Electronic Security Group) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Bank Ċentrali Ewropew
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta' April 2007
dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-bżonn li tittejjeb il-protezzjoni tagħha
(CON/2007/11)
(2007/C 116/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-23 ta' Jannar 2007 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u l-valutazzjoni tal-bżonn li tittejjeb il-protezzjoni tagħhom (1) (minn issa 'l quddiem id-“direttiva proposta”). Id-direttiva proposta tistabbilixxi proċedura għall-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (ECIs) li d-diżordni jew il-qerda tagħhom taffettwa b'mod sinifikanti żewġ Stati Membri jew aktar, jew Stat Membru wieħed, jekk l-infrastruttura kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċeduri tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
|
1.1 |
Il-BĊE jinkoraġġixxi bis-sħiħ l-għan tad-direttiva proposta li tittejjeb il-koordinazzjoni fost l-azzjonijiet ippjanati f'setturi rilevanti ta' l-Unjoni Ewropea differenti għall-prevenzjoni, l-istat ta' preparazzjoni u r-reazzjoni għal theddid, partikolarment attakki terroristiċi li jinvolvu infrastrutturi kritiċi u dipendenzi bejn is-setturi (2). B'mod partikolari, il-BĊE jikkunsidra li huwa importanti li jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet konsistenti u kkoordinati f'setturi differenti biex jirrispondu b'mod xieraq għal dan it-theddid. |
|
1.2 |
Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva proposta li jagħtu lill-Istati Membri ċerti responsabbiltajiet dwar l-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (minn issa 'l quddiem l-“ECIs”), in-notifika tagħhom lill-Kummissjoni, u l-istabbilment, l-aġġornar, l-istħarriġ u, b'mod partikolari, is-superviżjoni regolari tal-Pjanijiet ta' Sigurtà ta' l-Operatur (“OSPs”) ta' l-ECIs, kif ukoll l-irrappurtar tas-sommarju tar-riskji għal kull settur lill-Kummissjoni, għandhom jirrispettaw kompetenzi eżistenti ta' l-awtoritajiet nazzjonali u ta' dawk ta' l-UE. Dawn jinkludu l-ħidmiet esklużivi tal-banek ċentrali, meħtieġa biex jitwettqu f'manjiera indipendenti skond it-Trattat (3), kif ukoll il-ħidmiet attribwiti lill-banek ċentrali skond il-liġijiet nazzjonali applikabbli. B'mod partikolari, ikun meħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-direttiva proposta jkunu kumpatibbli għal kollox mas-setgħat regolatorji jew obbligi tal-banek ċentrali fir-rigward tal-ħlasijiet, sistemi w infrastrutturi ta' ikklerjar ta' titoli u ta' settlement, clearing houses u kontropartijiet ċentrali (4). F'dan ir-rigward huwa mifhum li l-qafas stabbilit minn din id-direttiva proposta ma jippreġudikax is-setgħat u l-indipendenza tal-banek ċentrali. Għandu jiġi ntrodott recital fid-direttiva proposta biex jirrifletti dawn il-kunsiderazzjonijiet. |
|
1.3 |
Barra minn dan, il-BĊE jixtieq jenfasizza li l-banek ċentrali ta' l-Eurosistema u/jew il-banek ċentrali nazzjonali diġà stabbilixxew miżuri li jiżguraw kontinwità tan-negozju f'sistemi ta' ħlas taż-żona ta' l-euro, u l-BĊE jikkunsidra li dan ix-xogħol għandu jiġi rrikonoxxut bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni u żgurata l-konsistenza fix-xogħol magħmul minn diversi awtoritajiet. |
2. Kummenti speċifiċi
|
2.1 |
L-ewwel, is-settur finanzjarju identifikat fid-direttiva proposta huwa sub-diviż fi (1) infrastruttura u sistemi ta' ħlasijiet u kklerjar ta' titoli u ta' settlement; u (2) swieq irregolati. Il-BĊE jipproponi għażla ta' kliem aktar wiesgħa biex ikopri l-kummerċ, sistemi w infrastrutturi ta' ħlas, ikklerjar u ta' settlement għal strumenti finanzjarji. |
|
2.2 |
It-tieni, id-definizzjoni ta' “infrastruttura kritika ”tirrikonoxxi b'mod ċar dipendenzi tul is-settur billi l-effettività ta' miżuri implimentattivi għal kull settur tista' tiddgħajjef b'mod sever jekk l-interdipendenzi settorali ma jiġux indirizzati kif suppost. Madankollu, huwa nnutat li din id-definizzjoni ma tirreferix b'mod ċar biss għal assi li jinsabu biss ġewwa l-UE. Għalhekk, mhuwiex ċar kif l-assi li jinsabu xi wħud minnhom barra l-UE, li d-diżordni jew qerda tagħhom taffettwa infrastrutturi kritiċi Ewropej, jiġu ttrattati skond id-direttiva proposta. Il-BĊE jilqa' aktar kjarifika ta' din il-kwistjoni. |
|
2.3 |
It-tielet, it-“test tas-severità ”rilevanti għall-identifikazzjoni ta' infrastruttri kritiċi Ewropej huwa pjuttost wiesa' u għandu jittejjeb b'indikazzjonijiet aktar ċari biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' l- indikazzjoni tul il-pajjiżi u s-setturi. Ikun ta' għajnuna jekk dan il-kunċett jiġi ċċarat aktar meta jiġu stabbiliti kriterji “cross-cutting”u settorali permezz tal-proċedura ta' komitoloġija skond id-direttiva proposta. Huwa nnutat li x'aktarx id-direttiva proposta se toħloq rekwiżiti amministrattivi addizzjonali li x'aktarx se jkollhom spejjeż assoċjati għall-infrastrutturi u l-awtoritajiet rilevanti. Jiddependi fuq l-istabbilment ta' dawn il-limiti (thresholds), l-infrastrutturi li fil-preżent mhumiex qed jiġu kkunsidrati jistgħu “jinqabdu ”u jiġu suġġetti għal spejjeż addizzjonali. |
|
2.4 |
Ir-raba', att separat tal-Komunità jista' jiġi bżonnjuż biex jiġu stabbiliti proċeduri biex jidentifikaw u jindikaw ECIs fil-proprjetà ta' jew operati minn istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji tal-Komunità. Filwaqt li skond id-direttiva proposta l-Kummissjoni tista' tipproponi lista ta' infrastrutturi kritiċi biex jiġu indikati bħala ECIs fuq il-bażi kemm ta' notifikazzjonijiet magħmula minn Stati Membri, kif ukoll “ta' kull informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni”, jista' ma jkunx prattiku għall-ECIs operati minn korpi Komunitarji u li għandhom dimensjoni pan-Ewropea biex ikunu parti minn sistema li tkun amministrata mill-Istati Membri. |
|
2.5 |
Il-ħames, skond id-direttiva proposta, il-lista ta' infrastrutturi kritiċi indikati bħala ECIs hija meħtieġa biex tiġi adottata skond il-proċedura ta' komitoloġija stabbilita mid-direttiva proposta (5). Il-lista ta' l-ECIs kollha tiġi adottata qabel l-istabbilment u l-bidu ta' l-operat tal-OSPs li jinkludu s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-protezzjoni ta' l-ECIs indikati, billi l-operaturi għandhom sena wara l-indikazzjoni biex iħejju OSP. F'dan il-kuntest, mhix mixtieqa pubbliċità għal infrastrutturi u sistemi ta' kklerjar ta' ħlas u ta' titoli u ta' settlement. B'mod partikolari, minħabba li l-għan tad-Direttiva jinkludi l-preparazzjoni għal theddid li jaffettwa s-swieq finanzjarji, ma jkunx validu li tiġi żvelata pubblikament il-lista ta' infrastrutturi kritiċi li huma rilevanti b'mod sostanzjali għall-operat bla xkiel tas-swieq finanzjarji. Illum, l-ebda pajjiż fid-dinja ma jiżvela pubblikament lista bħal din minħabba kunsiderazzjonijiet simili. Il-BĊE għalhekk jirrikkmanda bis-sħiħ li l-lista ta' l-ECIs tinżamm kunfidenzjali. |
|
2.6 |
Finalment, il-BĊE jirrikkmanda bis-sħih li miżuri eżistenti, fid-definizzjoni ta' miżuri implimentattivi u fl-iffukar fuq dawk l-oqsma fejn l-ebda miżura speċifika ma tkun ġiet identifikata, jingħataw kunsiderazzjoni adegwata. F'dan il-kuntest jidher għalhekk li huwa mixtieq biex ma jinbediex xogħol fid-definizzjoni jew l-implimentazzjoni ta' miżuri fl-oqsma ta' ħlasijiet u kklerjar, imma aktar biex jiġi rikonoxxut ix-xogħol li sar diġà mill-awtoritajiet kompetenti. Min-naħa l-waħda, regolazzjoni addizzjonali u piżijiet relatati għandhom ikunu ġġustifikati permezz ta' analiżi ta' impatt adegwat. Min-naħa l-oħra, huwa importanti li f'dan il-qasam jinżammu standards u regolamenti flessibbli biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati faċilment u kontinwament għal kuntest li dejjem qed jinbidel. Il-BĊE jippreferi li ma tiġi adottata l-ebda miżura speċifika li torbot legalment. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta miżuri implimentattivi, il-BĊE ikollu jiġi ikkonsultat formalment skond it-Trattat dwar miżuri bħal dawn fir-rigward ta' infrastrutturi u sistemi ta' kklerjar ta' ħlas u ta' titoli u ta' settlement, u miżuri oħra li jaqgħu taħt l-oqsma ta' kompetenza tal-BĊE (6). |
3. Proposti t'abbozzar
Meta l-parir t'hawn fuq iwassal għal tibdiliet fid-direttiva proposta, qed jiġu stabbiliti proposti t'abbozzar f'dan l-Anness.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-13 ta' April 2007.
Il-Viċi-President tal-BĊE
Lucas D. PAPADEMOS
(1) COM(2006) 787 finali.
(2) Il-BĊE jinkoraġġixxi wkoll il-fehma li l-Programm Ewropew għall-Protezzjoni ta' l-Infrastruttura Kritika għandu jkun skond il-metodu tal-perikli kollha (all-hazards approach) filwaqt li jikkumbatti theddid mit-terroriżmu bħala prijorità u li skond dan il-metodu, it-theddid magħmul mill-bniedem jew dawk teknoloġiċi, u diżastri naturali għandhom jitqiesu fil-proċess ta' protezzjoni ta' l-infrastruttura kritika Ewropea.
(3) Fl-istess waqt, fil-kuntest tal-preparazzjoni ta' strateġija globali matul l-UE kollha biex tipproteġi infrastrutturi kritiċi kontra attakki terroristiċi, ir-rikonoxximent li l-Eurosistema għandha din il-kompetenza esklużiva m'għandux il-konsegwenza li jisseparaha għal kollox mill-Komunità Ewropea u li jeżentaha minn kull regola tad-dritt Komunitarju (il-paragrafu 135 ta' Każ Ċ-11/00 Kummissjoni v Bank Ċentrali Ewropew [2003] ECR I-7147).
(4) Per eżempju, l-Eurosistema stabbilixxiet prinċipji u proċeduri għas-superviżjoni tas-sistemi w infrastruttura ta' ħlas u ta' kklerjar, inklużi miżuri preventivi kontra l-problemi operattivi, bħall-aspettazzjonijiet tas-superviżjoni tal-kontinwità tan-negozju għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti ta' Ġunju 2006.
(5) L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 11 tad-direttiva proposta.
(6) L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat.
ANNESS
Proposti t'abbozzar
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
|
Emenda 1 Recital ġdid 17a |
|
|
|
Għall-finijiet tas-settur finanzjarju, din id-Direttiva għandha tkun kumpatibbli mal-ħidmiet u d-dmirijiet mogħtija lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) bit-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. F'dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-operat u s-superviżjoni ta' infrastrutturi u sistemi ta' ħlas u ta' ikklerjar ta' titoli u ta' settlement mill-banek ċentrali tas-SEBĊ, u għall-kontribuzzjoni magħmula mill-banek ċentrali lejn l-istabbilta` tas-sistema finanzjarja. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni żejda ta' xogħol, l-Istati Membri għandhom joqogħdu fuq ix-xogħol u l-valutazzjonijiet regolari mwettqa mill-banek ċentrali fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tagħhom. |
|
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 1.2 ta' l-opinjoni |
|
|
Anness 1: Lista ta' setturi ta' infrastruttura kritika |
|
|
VII Finanzjarju Infrastrutturi u sistemi ta' ħlas u kklerjar ta' titoli u ta' settlement Swieq irregolati |
VII Finanzjarju Kummerċ, infrastrutturi u sistemi ta' kklerjar ta' ħlas u ta' titoli u ta' settlement u sistemi għal strumenti finanzjarji Swieq irregolati |
|
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.1 ta' l-opinjoni |
|
(1) It-tipa skura fil-qalba tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. It-tipa ingassata fil-qalba tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar xi test.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/5 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna proposti biex jiġu emendati r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja tar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità
(2007/C 116/02)
Fis-7 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-Kunsill għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja tar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (1) u proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (2).
L-għan ta' l-ewwel proposta jimmira li jwassal biex il-parteċipazzjoni fl-iskema tar-ristrutturar tkun iktar attraenti. Għalhekk, huwa propost li jiġi stabbilit il-perċentwal ta' l-għajnuna għar-ristrutturar li għandu jitħallas lill-produtturi u lill-kuntratturi tal-makkinarju għal 10 %, b'hekk tkun qed tingħeleb l-inċertezza li tirriżulta mill-possibbiltà attwali li Stat Membru jista' jiddeċiedi li jistipula perċentwal ogħla. Minflok, il-produtturi għandhom jirċievu pagament addizzjonali.
Qed jiġi propost ukoll li għas-sena tal-kummerċ 2008/2009 tiġi introdotta possibbiltà għall-produtturi li jagħtu spinta lill-proċess ta' ristrutturar billi jagħmlu applikazzjoni diretta għall-għajnuna għar-ristrutturar, bil-kundizzjoni li huma jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom ta' konsenja lil intrapriża li magħha huma kienu marbuta b'kuntratt ta' konsenja fis-sena tal-kummerċ preċedenti. Konsegwentement, l-Istat Membru għandu jirrinunzja l-kwota ta' l-intrapriża kkonċernata korrispondenti. Madankollu, l-applikazzjoni tal-miżura proposta hija limitata għal tnaqqis fil-kwota sa 10 % tal-kwota allokata lill-intrapriża kkonċernata, u l-aċċettazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-applikazzjonijiet tal-produtturi għandha għalhekk tkun ibbażata fuq lista f'ordni ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
L-emendi fir-Regolament (KE) Nru 320/2006 għandhom jibdew japplikaw mis-sena tal-kummerċ 2008/2009. Meta jitqies li l-iskadenza għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar hija l-31 ta' Jannar 2008, ta' min wieħed javża lill-intrapriżi taz-zokkor u l-produtturi biex janalizzaw bir-reqqa l-qagħda kompetittiva tagħhom fuq perjodu medju u twil u biex jippreparaw l-applikazzjonijiet eventwali tagħhom għall-għajnuna għar-ristrutturar meta jkun wasal iż-żmien.
It-tieni proposta tikkonċerna emendi fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 li jirregola l-istrument ta' l-irtirar. Dan jinkludi l-integrazzjoni fir-Regolament tal-Kunsill tal-kriterji stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2007 (3) fir-rigward ta' rtirar ieħor possibbli fil-ħarifa ta' l-2007. Qed jiġi propost ukoll li titneħħa d-dispożizzjoni li biha l-ħtiġijiet tradizzjonali tal-provvista lir-raffinaturi għandhom jitnaqqsu f'każ ta' rtirar. Dan kieku japplika mis-sena tal-kummerċ 2007/2008.
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 48.
(3) ĠU L 78, 17.3.2007, p. 20.
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4608 — Siemens/UGS Corporation)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/03)
Fi 27/04/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4608. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4609 — Shell/Coller Capital/STV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/04)
Fi 29/03/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4609. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4559 — Balfour Beatty/Galaxy/Exeter Airport)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/05)
Fi 12/03/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4559. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4665 — The Apollo Group/Claire’s Stores)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/06)
Fi 22/05/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4665. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/8 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
l-25 ta' Mejju 2007
(2007/C 116/07)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3441 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
163,50 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4518 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,67750 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1912 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6499 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
83,47 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0945 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5832 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
28,308 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
249,83 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6961 |
|
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,8105 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,2724 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
34,025 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,7885 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6399 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4570 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5146 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8506 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0546 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 247,66 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,5780 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,2860 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3128 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 760,88 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5578 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,963 |
|
RUB |
Rouble Russu |
34,8120 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,057 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/9 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/08)
|
Għajnuna Nru |
XR 5/07 |
|||||||||||||||||||||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|||||||||||||||||||||||
|
Reġjun |
Tier 1(87 3(a)) — Tier 2 (87 3(c)) |
|||||||||||||||||||||||
|
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Scottish Property Support Scheme |
|||||||||||||||||||||||
|
Bażi legali |
Enterprise and New Towns (Scotland) Act 1990 as amended by Scottish Statutory Instrument 2001 No 126 Local Government Act 1973 and Section 171 of the Local Government Act ect (Scotland) Act 1994 |
|||||||||||||||||||||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||||||||||||||||||||
|
Baġit annwali |
16 miljun GBP |
|||||||||||||||||||||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
30 % |
|||||||||||||||||||||||
|
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||||||||||||||||||||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.1.2007 |
|||||||||||||||||||||||
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
|||||||||||||||||||||||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||||||||||||||||||||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||||||||||||||||||||||
|
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
http://stateaidscotland.gov.uk/state_aid/SA_ApprovalsView.jsp?pContentID=354&p_applic=CCC&p_service=Content.show& |
|||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni oħra |
— |
|
Għajnuna Nru |
XR 7/07 |
||||||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
||||||||
|
Reġjun |
Northern Ireland |
||||||||
|
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Urban Development Grant Scheme |
||||||||
|
Bażi legali |
Social Need Order 1986 |
||||||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||
|
Baġit annwali |
9 miljun GBP |
||||||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
30 % |
||||||||
|
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
|||||||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.1.2007 |
||||||||
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
||||||||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
||||||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||||||
|
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
http://www.dsdni.gov.uk/index/urcdg-urban_regeneration/programmes_measures/special_measures_focusing_on_belfast_and_londonderry/udg.htm |
||||||||
|
Informazzjoni oħra |
— |
|
Għajnuna Nru |
XR 15/07 |
|||||||||||||||||||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|||||||||||||||||||||
|
Reġjun |
Tier 1 (87 3 (a)) — Tier 2 (87 3(c)) |
|||||||||||||||||||||
|
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Regional Selective Assistance — Scotland |
|||||||||||||||||||||
|
Bażi legali |
Industrial Development Act 1982, section 7 Enterprise and New Towns (Scotland) Act 1990, as amended by Scottish Statutory Instrument 2001 No 126 |
|||||||||||||||||||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||||||||||||||||||
|
Baġit annwali |
85 miljun GBP |
|||||||||||||||||||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
30 % |
|||||||||||||||||||||
|
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||||||||||||||||||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.1.2007 |
|||||||||||||||||||||
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
|||||||||||||||||||||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||||||||||||||||||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||||||||||||||||||||
|
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.rsascotland.gov.uk |
|||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni oħra |
— |
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/12 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/09)
|
Numru ta' l-għajnuna |
XS 116/07 |
|||||
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||
|
Reġjun |
Regione Lazio |
|||||
|
Titolu tas-sistema ta' għajnuna jew isem ta' l-impriża li tirċievi għajnuna waħda biss |
Agevolazioni a favore di PMI per progetti di ricerca industriale e sviluppo precompetitivo |
|||||
|
Bażi legali |
Deliberazione della giunta regionale n. 28 del 25.1.2007, in corso di pubblicazione sul Bollettino Ufficiale della Regione Lazio, attuativa della legge 27.10.1994, n. 598, art. 11 e s.m.i. |
|||||
|
Nefqa għal kull sena prevista mis-sistema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna waħda mogħtija lill-impriża |
25 miljun EUR |
|||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Il-kontribut ma jistax jeċċedi l-ammonti massimi previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ |
|||||
|
Data ta' applikazzjoni |
25.1.2007 |
|||||
|
Dewmien tas-sistema jew ta' l-għajnuna waħda mogħtija |
Mingħajr limitu, madankollu, is-sistema ta' għajnuna hija eżentata mill-obbligu ta' notifika li jinsab fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE sat-30 ta' Ġunju 2008, id-data meta jispiċċa l-perjodu ta' validità tar-Reg. (KE) 70/2001, kif emendat, bla ħsara għall-prorogi li jista' jkun hemm |
|||||
|
Għan ta' l-għajnuna |
L-għajnuna għandha l-għan li tħaffef l-attività ta' riċerka industrijali u ta' żvilupp ta' qabel il-kompetizzjoni |
|||||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha fejn jista' jkun hemm għajnuna lill-SMEs |
|||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
Regione Lazio — Assessorato della Piccola e media impresa, commercio e artigianato |
|||||
|
||||||
|
Informazzjoni oħra |
Is-sistema ta' għajnuna, fil-passat, kienet approvata mill-Kummissjoni bid-Deċiżjoni C(2002) 691 kor. tal-5.3.2002 |
|
Għajnuna Nru |
XS 132/07 |
|
Stat Membru |
Ċipru |
|
Reġjun |
— |
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Πρόγραμμα «Διακρατική Συνεργασία Κύπρου-Ρουμανίας»/Programma «Diakratiki Synergasia Kyproy-Roymanias» |
|
Bażi legali |
Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου 64.596 ημερομηνίας 9 Νοεμβρίου 2006 και Απόφαση του Διοικητικού Συμβουλίου του Ιδρύματος Προώθησης Έρευνας της 14ης Μαρτίου 2006 |
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-Estimi |
Baġit annwali: 0,2 miljun EUR; Baġit globali: — |
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
2.4.2007 |
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2007 |
|
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji |
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
Ίδρυμα Προώθησης Έρευνας/Idryma Proothisis Ereynas Γωνία Απελλή και Νιρβάνα, Αγ. Ομολογητές, CY-1683, Λευκωσία/Gonia Apelli kai Nirbana, Ag. Omologites, CY-1683, Leykosia |
|
Għajnuna Nru |
XS 133/07 |
|
Stat Membru |
Ċipru |
|
Reġjun |
— |
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Πρόγραμμα «Διακρατική Συνεργασία Κύπρου-Σλοβενίας»/Programma «Diakratiki Synergasia Kyproy-Slobenias» |
|
Bażi legali |
Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου 58.911 ημερομηνίας 12 Νοεμβρίου 2003 και Απόφαση του Διοικητικού Συμβουλίου του Ιδρύματος Προώθησης Έρευνας της 14ης Μαρτίου 2006 |
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-Estimi |
Baġit annwali: 0,175 miljun EUR; Baġit globali: — |
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
2.4.2007 |
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2007 |
|
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji |
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
Ίδρυμα Προώθησης Έρευνας/Idryma Proothisis Ereynas Γωνία Απελλή και Νιρβάνα, Αγ. Ομολογητές, CY-1683, Λευκωσία/Gonia Apelli kai Nirbana, Ag. Omologites, CY-1683, Leykosia |
|
Għajnuna Nru |
XS 134/07 |
||||
|
Stat Membru |
L-Awstrija |
||||
|
Reġjun |
Niederösterreich |
||||
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Richtlinien der NÖ Bürgschaften GmbH |
||||
|
Bażi legali |
|
||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-Estimi |
Baġit annwali: 2,3 miljun EUR; Baġit globali: — |
||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.4.2007 |
||||
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
30.6.2008 |
||||
|
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
||||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji |
||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|
Għajnuna Nru |
XS 142/07 |
|||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|||||
|
Reġjun |
North East of England |
|||||
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Sea Dragon Technical Services Ltd |
|||||
|
Bażi legali |
Regional Development Act 1999 |
|||||
|
Tip ta' miżura |
Għajnuna individwali |
|||||
|
L-Estimi |
Baġit annwali: —; Baġit globali: 0,065 miljun GBP |
|||||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
26.4.2007 |
|||||
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
30.12.2007 |
|||||
|
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Il-manifattura kollha |
|||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|
Għajnuna Nru |
XS 145/07 |
|||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||
|
Reġjun |
Sachsen-Anhalt |
|||
|
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Richtlinie über die Gewährung von Zuwendungen zur Inanspruchnahme von Beratungsleistungen durch Kleinstunternehmen, kleine und mittlere Unternehmen in Sachsen-Anhalt (Beratungshilfeprogramm) |
|||
|
Bażi legali |
Mittelstandsförderungsgesetz (MFG) vom 27.6.2001, Landeshaushaltsordnung des Landes Sachsen-Anhalt (LHO) vom 30.4.1991, zuletzt geändert durch Artikel 2 des Gesetzes vom 28.4.2004 |
|||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
|
L-Estimi |
Baġit annwali: 1,239 miljun EUR; Baġit globali: — |
|||
|
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||
|
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.5.2007 |
|||
|
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
30.6.2008 |
|||
|
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
|
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji |
|||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/16 |
Notifika ta' konċentrazzjoni
(Każ Nru COMP/M.4628 — Salzgitter/Vallourec Précision Etirage/Werk Zeithain)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/10)
|
1. |
Fil-21/05/2007, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Salzgitter AG (“Salzgitter”, il-Ġermanja) tikseb, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll fuq l-impriża Vallourec Précision Etirage S.A.S. (“VPE”, Franza) kollha kemm hi, ikkontrollata minn Vallourec SA (“Vallourec”, Franza) permezz tax-xiri ta' l-ishma u fuq l-impjant ta' l-azzar ta' V&M Deutschland GmbH ibbażat f'Zeithain, (“Werk Zeithain”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' l-assi. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (in-numri tal-faks huma +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4628 — Salzgitter/Vallourec Précision Etirage/Werk Zeithain, fl-indirizz ta' hawn taħt:
|
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/17 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ Nru COMP/M.4486 — Leitner/Strabag/Nordpark)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/11)
|
1. |
Fil-21/05/2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża A-WAY Infrastrukutrprojekt-entwicklungs- und –betriebs GmbH (“A-WAY”, l-Awstrija), parti mill-grupp STRABAG SE (“STRABAG”, Awstrija), u l-impriża Leitner GmbH, parti mill-grupp Leitner SpA (“Grupp Leitner”, l-Italja), jakkwistaw fi skond l-Artikolu 3 (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt ta' l-impriża Nordpark Errichtungs- und Betriebs GmbH (“Nordpark”), kumpanija li qabel kienet kontrollata kollha kemm hi minn A-WAY, permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi msemmija huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' tidħol fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż ta-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-feks (nru +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4486 — Leitner/Strabag/Nordpark, fl-indirizz li ġej:
|
|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/18 |
Avviż ta' konċentrazzjoni
(Każ Nru COMP/M.4671 — UTC/Initial Electronic Security Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 116/12)
|
1. |
Fis-16.05.2007, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża United Technologies Corporation (“UTC”, l-Istati Uniti) tikseb, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll fuq l-impriża Electronic Security Group (“Initial ESG”, ir-Renju Unit) ta' Rentokil Initial plc permezz tax-xiri ta' l-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (in-numri tal-faks huma +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4671 — UTC/Initial Electronic Security Group, fl-indirizz ta' hawn taħt:
|