|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 109E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Kunsill
|
15.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 109/1 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 7/2007
adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2007
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-… li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta' ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 109 E/01)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2005 dwar l-istrateġija Komunitarja dwar il-merkurju, li qieset l-użi kollha tal-merkurju, ikkonkludiet li jkun xieraq li jiġu introdotti restrizzjonijiet fuq livell Komunitarju għall-marketing ta' ċertu tagħmir li mhux elettriku jew mhux elettroniku għall-kejl u għall-kontroll li fih il-merkurju, li huwa l-grupp ewlieni tal-prodotti tal-merkurju li s'issa mhuwiex kopert mill-azzjoni Komunitarja. |
|
(2) |
Li kieku jiddaħħlu restrizzjonijiet fuq il-marketing ta' tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju, ikun hemm benefiċċji għall-ambjent, u għal saħħet il-bniedem għaż-żmien fit-tul, billi l-merkurju ma jitħalliex jidħol fil-mogħdija ta' l-iskart. |
|
(3) |
B'kont meħud tal-fattibbiltà teknika u ekonomika, l-evidenza disponibbli dwar it-tagħmir ta' kejl u ta' kontroll tindika li miżuri restrittivi immedjati għandhom ikopru biss dak it-tagħmir ta' kejl maħsub għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali u, b' mod partikolari, għat-termometri kollha għall-kejl tad-deni. |
|
(4) |
L-importazzjoni ta' tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju li għandu aktar minn 50 sena jikkonċerna jew antikitajiet, jew oġġetti kulturali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali (3). Tali kummerċ huwa limitat u jidher li mhu ta' l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u għaldaqstant dan m'għandux ikun ristrett. |
|
(5) |
Fil-preżent, il-barometri tal-merkurju huma manifatturati biss minn ftit intrapriżi żgħar speċjalizzati, u huma mibjugħa lill-pubbliku ġenerali prinċipalment bħala oġġetti dekorattivi. Perijodu ta' tneħħija gradwali addizzjonali għandu jkun previst għat-tqegħid fis-suq ta' barometri b' mod illi jippermetti lill-manifatturi jadattaw in-negozji tagħhom skond ir-restrizzjonijiet u sabiex jimxu lejn produzzjoni ta' barometri mingħajr merkurju. |
|
(6) |
Bil-għan li jiġi minimizzat ir-rilaxx tal-merkurju fl-ambjent u sabiex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali tal-bqija tat-tagħmir ta' kejl li fihom il-merkurju fl-użu professjonali u industrijali, speċjalment sphygmomanometers fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tad-disponibbiltà ta' alternattivi affidabbli aktar siguri li huma teknikament u ekonomikament fattibbli. Fil-każ ta' sphygmomanometers fil-qasam tal-kura tas-saħħa, għandhom ikunu kkonsultati esperti mediċi sabiex jiżguraw li l-ħtiġiet tad-dijanjosi u t-trattament ta' kondizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi huma indirizzati b'mod adegwat. |
|
(7) |
Skond din id-Direttiva għandu jiġi ristrett biss it-tqegħid fis-suq ta' mezzi ġodda għall-kejl. Din ir-restrizzjoni għalhekk ma tapplikax għal mezzi li diġà qed jintużaw, jew li jinbiegħu second hand. |
|
(8) |
Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri fir-rigward tar-restrizzjoni fuq il-merkurju f'tagħmir varju għall-kejl u għall-kontroll jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ, jgħawġu l-kompetizzjoni fil-Komunità u b'hekk jista' jkollhom impatt dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Jidher għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tagħmir għall-kejl u għall-kontroll billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet armonizzati fir-rigward ta' dawk il-prodotti li fihom il-merkurju, u b'hekk jiġi ppreservat is-suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħet il-bniedem u ta' l-ambjent. |
|
(9) |
Skond dan għandha tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (4) tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. |
|
(10) |
Id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal-leġislazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema li tinsab fid-Direttiva 89/391/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5), u direttivi individwali msejsa fuqha, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (6). |
|
(11) |
Skond il-punt 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa b' dan emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn … (8), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn il-miżuri minn … (9).
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 115.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta' April 2007 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- … (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(4) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/139/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 94).
(5) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(8) Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(9) Tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
ANNESS
Il-punt li ġej jiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE:
|
“19a Merkurju CAS Nru 7439-97-6 |
|
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(2) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fil-21 ta' Frar 2006, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha (1). |
|
2. |
Il-Grupp ta' Ħidma dwar Armonizzazzjoni Teknika (“Sustanzi Perikolużi”) eżamina f'diversi laqgħat fl-2006 l-proposta tal-Kummissjoni kif ukoll numru ta' abbozzi ta' emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni. Wara laqgħat informali li saru bejn il-Parlament Ewropew, il-Presidenza u l-Kummissjoni, tħejja abbozz ta' pakkett ta' kompromess, li l-kontenut tiegħu kien aċċettabbli kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Parlament Ewropew. |
|
3. |
Fil-31 ta' Ottubru 2006, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti approva l-abbozz tal-pakkett ta' kompromess (dok. 14419/06). |
|
4. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2006 (2). Din l-Opinjoni ma tinkludix biss il-pakkett ta' kompromess, iżda tinkludi wkoll emenda waħda li tagħti deroga illimitata lill-manifatturi tal-barometri flimkien ma' mekkaniżmi ta' liċenzjar li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, u xi emendi addizzjonali. It-test tar-riżoluzzjoni leġislattiva, minflok ma jippreżenta l-emendi waħda waħda, jippreżenta t-test tal-Proposta tal-Kummissjoni, kif emendat. |
|
5. |
Fit-13 ta' Diċembru 2006, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti approva l-istess test tal-pakkett ta' kompromess tal-31 ta' Ottubru 2006 u qabel li jissottomettih lill-Kunsill li jmiss bħala punt “A” wara reviżjoni legali/lingwistika tat-test, bil-ħsieb ta' Pożizzjoni Komuni. |
|
6. |
Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni (3) tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat KE fi 19 ta' April 2007. |
II. OBJETTIVI
L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva huwa r-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju permezz ta' l-emenda tad-Direttiva 76/769/KEE. Skond il-proposta, il-merkurju metalliku ma għandux jitqiegħed fis-suq fi kwalunkwe termometri tad-deni (għal użu mill-konsumaturi, użu professjonali jew użu ieħor) u lanqas ma għandu jitqiegħed fi kwalunkwe tagħmir ta' kejl ieħor maħsub biex jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali (per eżempju, barometri, sfigmomanometri u termometri oħra minbarra termometri tad-deni).
Ftehim preliminari fl-ewwel qari kien ġie negozjat dwar il-proposta. Il-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti kien ikkonferma l-ftehim preliminari lill-Parlament Ewropew f'isem il-Kunsill. Il-Parlament Ewropew żied, madankollu, xi emendi addizzjonali ma' dawk li kienu ġew negozjati fost it-tliet Istituzzjonijiet (żied premessa dwar reviżjoni li għandha ssir, ifformula mill-ġdid premessa oħra dwar it-tqegħid fis-suq, espanda l-projbizzjoni fuq l-isfigmomanometri (minbarra strain gauges) għall-użu ta' kura tas-saħħa, żied mekkaniżmu biex tingħata eżenzjoni permanenti għall-barometri, filwaqt li pprova jistabbilixxi wkoll liċenzjar speċjali u jikkontrolla t-tqegħid fis-suq tagħhom).
III. POŻIZZJONI KOMUNI
Il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill tirrifletti parzjalment l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.
Hija tvarja mill-Opinjoni prinċipalment għaliex fiha perijodu transitorju ta' sentejn għall-barometri, li fl-Opinjoni jista' minflok ikun illimitat fiż-żmien.
Il-Kunsill ma jemminx li deroga permanenti għall-barometri tal-merkurju hija ġustifikata b'kont meħud inter alia tal-fatt li fihom ammont sinifikattiv ta' merkurju u li jeżistru alternattivi aktar siguri. Barra minn hekk, il-Kunsill jemmen li l-projbizzjoni anki ta' l-isfigmomanometri għall-użu ta' kura tas-saħħa tista' tkun prematura, minħabba n-nuqqas attwali ta' informazzjoni dwar alternattivi mingħajr merkurju affidabbli u aktar siguri. Il-Pożizzjoni Komuni għalhekk tgħid li l-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ta' l-alternattivi disponibbli.
Analiżi tal-Pożizzjoni Komuni kif tidher fid-dok. 5665/07
Elementi ġodda li jinsabu fil-Pożizzjoni Komuni kif imqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni:
Premessi
|
|
(3) kienet kemxejn formulata mill-ġdid. |
|
|
(4) dwar il-ħtieġa li ma tiġix ristretta l-importazzjoni ta' oġġetti ta' antikità u/jew kulturali li jkun fihom il-merkurju hija premessa ġdida. |
|
|
(5) dwar il-perijodu transitorju ta' sentejn għall-barometri hija premessa ġdida. |
|
|
(6) dwar il-ħtieġa li tiġi riveduta d-disponibbiltà ta' alternattivi affidabbli aktar siguri għall-isfigmomanometri hija premessa ġdida. |
|
|
(11) hija premessa ġdida. Din tħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu t-tabelli ta' korrellazzjoni proprji bejn din id-Direttiva u l-miżuri korrispondenti. |
Art. 2
It-tieni sentenza ta' l-Art. 2 par. 1 tħassret u kienet sostitwita bil-premessa (11) ġdida.
Anness
L-Anness jintroduċi żewġ eżenzjonijiet mill-projbizzjoni: waħda permanenti għal tagħmir ta' kejl li hu antikità (jiġifieri li għandu aktar minn ħamsin sena) u waħda oħra għall-barometri, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
IV. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill jikkunsidra li l-Pożizzjoni Komuni tiegħu, li hija appoġġata bis-sħiħ mill-Kummissjoni, hija konformi sew ma' l-objettivi tad-Direttiva proposta. Għalkemm ma setgħetx tinkludi l-emendi kollha tal-Parlament Ewropew, fiha eżenzjon i neċessarja addizzjonali waħda, tipprovdi perijodu ta' transizzjoni li għandu jippermetti lill-SMEs li jipproduċu l-barometri li jikkonvertu mill-ġdid il-produzzjoni tagħhom u klawżola ta' reviżjoni sabiex tkun żgurata t-tneħħija gradwali ta' l-istrumenti ta' kejl li jkun baqa' li fihom il-merkurju, speċjalment l-isfigmomanometri fil-kura tas-saħħa, kull meta jsiru disponibbli soluzzjonijiet alternattivi aktar siguri.
(1) Dok. 6693/06 ENT 39 ENV 118 CODEC 179.
(2) Dok. 15181/06.
(3) Dok. 5665/07.