|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 105/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4630 — Bear Stearns/Nylstar) ( 1 ) |
|
|
2007/C 105/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4625 — Apollo Group/Countrywide) ( 1 ) |
|
|
2007/C 105/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ Nru COMP/M.4565 — Cerberus/Bawag) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2007/C 105/04 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 105/05 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 105/06 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4648 — Peter Döhle Schiffahrts-KG/GE Transportation Finance Inc./JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2007/C 105/07 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4630 — Bear Stearns/Nylstar)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 105/01)
Fi 02/05/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4630. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4625 — Apollo Group/Countrywide)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 105/02)
Fi 02/05/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4625. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4565 — Cerberus/Bawag)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 105/03)
Fi 28/02/2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. |
|
— |
F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4565. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/3 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
l-8 ta' Mejju 2007
(2007/C 105/04)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3558 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
162,29 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4522 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,68030 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1890 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6489 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
86,83 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1360 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CYP |
Lira Ċiprijotta |
0,5828 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
28,232 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
245,85 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6967 |
|
MTL |
Lira Maltija |
0,4293 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,7491 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,3053 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
33,627 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,8190 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6355 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4946 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6018 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8363 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0545 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 251,34 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,3921 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,4342 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3415 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 052,38 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6204 |
|
PHP |
Peso Filippin |
63,824 |
|
RUB |
Rouble Russu |
34,9560 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
44,340 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/4 |
IL-PROPOSTI SUB 01-2007
(2007/C 105/05)
Il-Kummissjoni tipprevedi li talloka sussidji għal ammont globali indikattiv ta' 5 700 000 EUR bil-għan li jiġu promossi l-għanijiet tal-politika tat-trasport. Il-prijoritajiet politiċi kienu ġew iffissati fil-programm ta' ħidma li l-Kummissjoni adottat għas-sena 2007.
It-temi prinċipali magħżula jirrigwardaw is-sikurezza fit-toroq kif ukoll l-aspetti tat-titjib ta' l-użu mill-infrastrutturi għall-benefiċċju ta' l-operaturi (tat-triq u tal-baħar).
L-informazzjoni dwar din is-sejħa għall-proposti tinsab fuq is-sit tad-DĠ TREN f'dan l-indirizz:
http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/grants/proposal_en.htm
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/5 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ Nru COMP/M.4648 — Peter Döhle Schiffahrts-KG/GE Transportation Finance Inc./JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 105/06)
|
1. |
Fis-27 ta' April il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Peter Döhle Schiffahrts-KG (il-Ġermanja) (“PD”) u GE Transportation Finance, Inc. proprjetà tal-Grupp General Electric (l-Istati Uniti) (“GETF”) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt permezz ta' xiri ta' ishma ta' kumpanija mwaqqfa ġdida GDM Shipping GmbH & Co KG (“GDM”), li tikkostitwixxi negozju bi sħab. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara investigazzjoni preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ possibbilment jista' jiġi ttrattat skond il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax +32/2/2964301 jew 2967244) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4648 — Peter Döhle Schiffahrts-KG/GE Transportation Finance Inc./JV, f'dan l-indirizz:
|
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
|
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 105/6 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 105/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ACEITE DEL BAIX EBRE — MONTSIÀ ”jew “OLI DEL BAIX EBRE — MONTSIÀ”
Nru tal-KE: ES/PDO/005/0274/23.01.2003
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Subdirección General de Denominaciones de Calidad y Relaciones Interprofesionales y Contractuales. Dirección General de Alimentación. Subsecretaría de Agricultura, Pesca y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Tel: |
(34) 91 347 53 94 |
||
|
Faks: |
(34) 91 347 54 10 |
||
|
Posta elettronika: |
sgcaproagro@mapya.es |
2. Grupp:
|
Isem: |
Josep Antoni Curto Fumado, D.N.I. no 40909857-X, au nom et pour le compte de l'associació de cooperatives productores d'oli d'oliva del Baix Ebre i Montsià (ACOBEM), C.I.F. no G43577055, ayant son siège à carretera Raval de Crist s/n Tortosa et al. |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Tel: |
(34) 977 58 12 12 |
||
|
Faks: |
(34) 977 58 12 12 |
||
|
Posta elettronika: |
info@acobem.com |
||
|
Composición: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Klassi 1.5 — Xaħmijiet u żjut.
4. Speċifikazzjoni:
(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).
4.1. Isem: “Aceite del Baix Ebre — Montsià ”jew “Oli del Baix Ebre — Montsià”
4.2. Deskrizzjoni: Żejt taż-żebbuġa extra verġni, miksub miż-żebbuġa ta' l-ispeċi Olea Europea L., minn tliet varjetajiet awtoktoni: Morruda jew Morrut, Sevillenca u Farga, permezz ta' metodi mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra li ma jaffettwawx iż-żejt, u jżommu t-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi taż-żebbuġa li jiġi minnha.
Il-karatteristiċi ta' dan iż-żejt huma kif ġej:
Karatteristiċi organolettiċi:
Karatteristiċi kimiċi u fiżiċi:
4.3. Żona ġeografika: Iż-żona tal-produzzjoni hija kkostitwita mill-artijiet li jinsabu fil-muniċipalitajiet tal-Baix Ebre u Montsià, it-tnejn li huma fil-provinċja ta' Tarragona, fl-aktar punt fin-nofsinhar tal-Komunità Awtonoma tal-Katalonja, b'fruntiera mal-muniċipalitajiet tal-Baix Maestrat (provinċja ta' Castellón) u Matarraña (provinċja ta' Teruel).
Għaldaqstant, il-muniċipalitajiet li jkopru din iz-żona ġeografika huma dawn li ġejjin:
L-elaborazzjoni u l-ippakkjar isiru fl-istess żona.
4.4. Prova ta' l-oriġini: Iż-żebbuġ li jasal fl-impjanti ta' estrazzjoni joriġina minn imsaġar taż-żebbuġ fiż-żona ta' produzzjoni, u jiġi magħżul, ippreparat u ppakkjat f'impjanti industrjali fl-istess żona, imniżżlin fir-reġistru korrispondenti tal-Kunsill Regolatorju. Iż-żjut miksubin li jgħaddu mit-testijiet kollha matul il-proċess tal-produzzjoni u tal-preparament, kif ukoll mill-analiżi fiżika, kimika u sensorjali, jitqiegħdu fis-suq bid-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini u bit-tikketta ta' quddiem jew ta' wara, jew fejn meħtieġ, is-siġill innumerat ta' kwalità mogħti mill-Kunsill Regolatorju.
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
Il-kundizzjonijiet tal-koltivazzjoni:
|
— |
Id-distanza bejn is-siġar: Bħala regola, is-siġar jitħawlu b'densità ta' bejn 70 u 90 siġra kull ettaru. |
|
— |
Il-preparazzjoni tal-ħamrija u ż-żbir: Il-ħamrija tiġi maħduma skond id-drawwiet tipiċi taż-żona tal-produzzjoni. L-injam il-qadim jinżabar sabiex is-siġra tieħu forma tonda, li tiffavorixxi l-produzzjoni tal-frott kif ukoll il-ħsad. |
|
— |
Il-kontroll kontra l-parassiti u l-mard: Minbarra l-istandards obbligatorji li jirregolaw l-użu tal-prodotti u l-perjodi speċifiċi ta' sikurezza, għat-trattament u l-kontroll ta' parassiti u mard, speċjalment id-dubbiena taż-żebbuġ Bracocera oleac u l-baħrija Prays oleae, jeħtieġ li jkunu sodisfatti l-istandards speċifiċi ta' kontroll skond l-Área de Defensa Vegetal (l-awtorità għall-ħarsien tal-pjanti) tal-Baix Ebre u Montsià. |
|
— |
It-tisqija: 96 % mis-siġar jinsab f'ħamrija niexfa, u 4 % f'ħamrija msaqqija. |
|
— |
Il-ħsad: Ladarba jkun intlaħaq l-aqwa stat ta' tisjir, iż-żebbuġ jinħasad direttament minn fuq is-siġar, waqt li ż-żebbuġ li jkun waqa' ma' l-art jiġi skartat. Tradizzjonalment, il-ħsad isir permezz ta' metodu msejjaħ “ordeño”(ħlib), li jinvolvi l-ġbir taż-żebbuġ direttament minn fuq is-siġar meta jkun fl-aqwa stat ta' tisjir tiegħu. F'dawn l-aħħar snin ġie introdott progressivament l-użu ta' vibraturi. Din hija l-aqwa sistema biex jinkiseb prodott ta' kwalità għax ftit li xejn tagħmel ħsara lis-siġar u lill-frott. Il-ħsad jibda f'nofs Novembru u jkompli sa l-aħħar ta' Frar. Mhux permess l-użu ta' prodotti li jwaqqgħu l-frott artifiċjalment. |
|
— |
It-trasport u l-ħżin taż-żebbuġ fil-mitħna taż-żejt: It-trasport taż-żebbuġ sa l-imtieħen taż-żejt isir f'kaxxi tal-plastik jew bl-ingrossa ġol-karru. Fiż-żewġ każijiet, għandhom ikunu rispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Manwal ta' Kwalità sabiex il-frott ma jitħassarx. |
|
— |
Ladarba ż-żebbuġ kollu jkun miġbur fl-imtieħen taż-żejt, isir il-ħasil u t-tindif tiegħu. Iż-żebbuġ imbagħad jintiżen, u jittieħed kampjun rappreżentattiv biex jiġu evalwati l-produzzjoni ta' żejt u ta' xaħam, kif ukoll l-aċidità. |
|
— |
Żmien bejn il-ħsad u t-tagħsir: inqas minn 48 siegħa. |
Il-metodu tal-produzzjoni u ta' l-ippakkjar
Wara dan, isiru l-proċessi mekkaniċi ta' l-estrazzjoni, li jinkludu l-ħasil u t-tħin taż-żebbuġ, it-tisħiq tal-pasta, it-tifrid tal-fażijiet differenti u l-ħżin.
L-impriżi tal-produzzjoni mniżżla f'din id-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini llum jħaddmu sistemi kontinwi f'żewġ fażijiet fl-imtieħen kollha taż-żejt.
Wara dan, iż-żejt taż-żebbuġa jiġi ppakkjat f'kontenituri b'kapaċità sa ħames litri, ittikkettati skond il-punt 4.8. Fejn meħtieġ mill-kundizzjoni speċjali taż-żebbuġa, huwa permess l-użu tat-talk.
L-ippakkjar taż-żejt b'Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini għandu jsir f'impjanti ta' l-ippakkjar li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefiniti fil-punt 4.3. L-għan huwa li jkunu ggarantiti l-oriġini u l-kwalità proprja ta' dan iż-żejt, billi jiġi evitat it-trasport bl-ingrossa barra miż-żona tal-produzzjoni.
Il-garanzija ta' l-oriġini: Iż-żejt protett bid-DPO jista' jitħallat ma' żejt ieħor mhux protett iżda li jkollu karatteristiċi simili. Peress li huwa diffiċli ħafna jew saħansitra impossibbli li dan it-taħlit jinkixef analitikament, l-uniku metodu biex din il-frodi tiġi kkontrollata b'mod effettiv huwa permezz tas-sistemi ta' traċċar fl-oriġini. B'hekk l-awtentiċità tal-prodott tiġi garantita.
Il-garanzija tal-kwalità: Iż-żjut taż-żebbuġa extra verġni huma sensittivi ħafna għall-aġenti esterni, li jikkaġunaw kull tip ta' trasformazzjoni u modifika, fosthom l-ossidazzjoni. Bit-trasport bl-ingrossa, iż-żejt jiġi soġġett għal kundizzjonijiet ambjentali mhux xierqa, li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi sensorjali tiegħu u għaldaqstant jimmodifikaw il-kwalitajiet proprji li jiddeterminaw id-Denominazzjoni Protett ta' l-Oriġini.
Għal dawn ir-raġunijiet, huwa ta' l-akbar importanza li l-ippakkjar ta' dan it-tip ta' żejt isir fl-istess żona ġeografika.
4.6. Rabta:
Ir-rabta storika: Kif jixhed biċ-ċar l-isem almazaras għall-imtieħen taż-żejt taż-żebbuġa, l-oriġini tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ fil-Katalonja, u b'mod partikolari fil-muniċipalitajiet tal-Baix Ebre u Montsià, għandha tiġi attribwita lill-Għarab.
Matul is-seklu Erbatax, l-agrikoltura fil-muniċipalitajiet tal-Baix Ebre u Montsià kienet imsejsa fuq it-tkabbir taż-żebbuġ u tad-dwieli, kif jindika biċ-ċar l-istoriku prolifiku Enric Bayerri fl-opra tiegħu “Historia de Tortosa y su comarca”(Storja ta' Tortosa u l-inħawi tagħha), permezz ta' stqarrija uffiċjali ta' assi magħmula mill-abitanti taż-żona fl-1353 (“fejn il-biċċa l-kbira jiddikjaraw il-pussess ta' masġar taż-żebbuġ, ta' dielja, jew tat-tnejn li huma”). Id-dwieli, il-ħarrub, u fuq kollox iż-żebbuġ, koltivazzjonijiet li ta' spiss ikunu marbutin ma' xulxin, kienu l-attività ewlenija taż-żona, u koprew l-art kważi kollha tar-reġjun.
Fl-opra tiegħu “Historia de Tortosa y su comarca”(1958), l-istoriku Enric Bayerri jikkwota li “fil-bidu tas-sena 1931, kien hemm 1 135 mitħna taż-żejt f'Tortosa u fl-irħula tal-muniċipalità tagħha, li taħnu 83 626 042 kg żebbuġ, b'medja ta' 126 323 kg kull mitħna”. Dan huwa ewkivalenti għall-produzzjoni totali ta' 16,6 tunnellata żejt, b'medja ta' 25 000 kg kull mitħna.
Fix-xogħlijiet tiegħu “El aceite de oliva en España”(Iż-żejt taż-żebbuġa fi Spanja, 1961) u “Problema del aceite virgen de oliva”(Il-problema taż-żejt taż-żebbuġa verġni, 1967), Daniel Mangrané jfaħħar il-kwalità taż-żjut mill-inħawi tal-Baix Ebre. Jisħaq b'mod partikolari fuq “is-suq wiesa' taż-żjut ta' Tortosa, l-ewwel reġjun li beda jipproduċi u jikkummerċjalizza ż-żjut taż-żebbuġa ta' l-ifjen kwalità, bi dsatax-il kummerċjant stabbilit jiddedikaw ruħhom esklussivament għall-kummerċ taż-żejt, b'klijentela kemm Spanjola kif ukoll Franċiża”. Bis-saħħa ta' din il-kwalità, l-esperti fil-produzzjoni taż-żejt ħolqu skola u bdew jgħallmu lil reġjuni oħra l-arti tal-produzzjoni taż-żejt, “għax iż-żejt ta' din iż-żona kien l-aktar wieħed apprezzat, u b'hekk għallmu l-produzzjoni tiegħu f'Toledo, fil-Bajo Aragón u fil-provinċja ta' Lérida”.
L-Estación Olivarera (ċentru taż-żebbuġ) ta' Tortosa u l-Estación de Ovicultura y Elayotecnia (ċentru għat-tkabbir taż-żebbuġ u għall-produzzjoni taż-żejt) imorru lura għall-istess epoka. L-inġinier Isidro Aguiló, id-Direttur ta' l-Estación de Ovicultura y Elayotecnia, fid-daħla għal xogħol ippubblikat dwar il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa jsemmi “r-reputazzjoni li jgawdu ż-żjut tal-Baix Ebre madwar id-dinja, l-ewwel reġjun fi Spanja li żviluppa l-produzzjoni taż-żejt f'temperaturi baxxi, u t-tradizzjoni twila ta' produzzjoni taż-żejt bil-varjetà wiesgħa tagħha, speċjalment fl-inħawi ta' Tortosa, Roquetes u artijiet oħra fil-qrib”. F'dak iż-żmien, dawn iż-żewġ ċentri kellhom prestiġju kbir fis-settur dinji taż-żejt taż-żebbuġa, bis-saħħa tal-ħafna rapporti u xogħlijiet ta' riċerka li ħarġu, kif ukoll tas-sehem li ħadu f'diversi kungressi (bħall-Kungress Internazzjonali dwar it-Tkabbir taż-Żebbuġ f'Ruma).
Ir-rabta naturali: Il-karatteristiċi partikolari ta' l-ambjent naturali tar-reġjun, flimkien mal-varjetajiet awtoktoni taż-żona ġeografika ddefinita fid-DPO, Morruda jew Morrut, Sevillenca u Farga, jolqtu l-karatteristiċi taż-żejt bil-mod li ġej: Il-karatteristiċi tal-ħamrija, speċjalment in-nuqqas ta' nutrijenti, flimkien mal-klima taż-żona, fuq kollox ir-riħ bħala fattur li jiddistingwiha minn klimi oħra (ir-riħ “dalt ”jew Majjistral, niexef u persistenti, li jonfoħ bil-qawwi fil-ħarifa u fix-xitwa, ikkanalizzat mid-dipressjoni tax-xmara Ebro u aċċelerat mill-għoljiet u l-widien taż-żona), itaqqlu t-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ u jżidu l-perċentwal ta' polifenoli fil-frott. Dan jirriżulta f'żejt tipiku mogħni b'aromi sekondarji tat-tip aħdar, u b'togħma moderatament astrinġenti, morra u taħraq.
4.7. Organu ta' spezzjoni:
|
Isem: |
Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Aceite del Baix Ebre-Montsià ”u “Oli del Baix Ebre-Montsià” |
||
|
Indirizz: |
|
||
|
Tel: |
(34) 977 58 12 12 |
||
|
Faks: |
(34) 977 58 12 12 |
||
|
Posta elettronika: |
cr@acobem.com |
Il-Kunsill Regolatorju tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Aceite del Baix Ebre — Montsià ”jew “Oli del Baix Ebre — Montsià ”huwa konformi ma' l-istandard EN-45011 skond ir-Regolament Komunitarju fis-seħħ dwar id-DPO u l-IĠP.
4.8. Tikkettar: Huwa obbligatorju li jidher ċar l-isem tad-DPO “Aceite del Baix Ebre — Montsià ”jew “Oli del Baix Ebre — Montsià”, il-logo tagħhom u l-logo Komunitarju, kif ukoll it-tagħrif ġenerali rikjest mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.