|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 103E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Kunsill |
|
|
2007/C 103E/01 |
||
|
2007/C 103E/02 |
Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 5/2007 tat-22 ta' Marzu 2007 adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) ( 1 ) |
|
|
2007/C 103E/03 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Kunsill
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 103/1 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 4/2007
adottata mill-Kunsill fil-5 ta' Marzu 2007
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 programm speċifiku sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi l-vittmi u l-gruppi li jkunu f'riskju (il-Programm Daphne III) bħala parti mill-Programm Ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”
(2007/C 103 E/01)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
It-Trattat jistabbilixxi li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi u attivitajiet Komunitarji kollha għandu jiġi żgurat livell għoli ta' saħħa tal-bniedem; l-Artikolu 3(1)(p) tiegħu jesiġi li l-azzjoni Komunitarja tinkludi kontribut għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa. |
|
(2) |
L-azzjoni Komunitarja għandha tikkomplementa l-linji politiċi nazzjonali diretti lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, filwaqt li tevita s-sorsi ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem. |
|
(3) |
Il-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, inkluż it-theddid ta' tali atti, ta' koerċizzjoni jew tat-tneħħija arbitrarja tal-libertà, kemm jekk isiru fil-ħajja pubblika kif ukoll jekk isiru f'dik privata, jikkostitwixxu ksur tad-dritt tagħhom għall-ħajja, għas-sigurtà, għal-libertà, għad-dinjità u għall-integrità fiżika u emozzjonali tagħhom u theddid serju għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi ta' tali vjolenza. Din il-vjolenza, mifruxa kif inhi fil-Komunità kollha, tikkostitwixxi ksur reali tad-drittijiet fundamentali, qerda tas-saħħa u ostakolu għat-tgawdija ta' ċittadinanza sigura, libera u ġusta. |
|
(4) |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tiddefinixxi s-saħħa bħala stat sħiħ ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss bħala n-nuqqas ta' mard jew infermità. Skond riżoluzzjoni ta' l-1996 ta' l-Assemblea tal-WHO, il-vjolenza hija problema ewlenija tas-saħħa pubblika fid-dinja kollha. Fir-rapport tagħha dwar il-vjolenza u s-saħħa tat-3 ta' Ottubru 2002, il-WHO tirrakkomanda l-promozzjoni ta' risposti preventivi ewlenin, it-tisħiħ tar-risposti għall-vittmi tal-vjolenza u t-tiżjid tal-kollaborazzjoni u ta' l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza. |
|
(5) |
Dawn il-prinċipji huma rikonoxxuti f'bosta konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u protokolli ta' l-organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali ewlenin bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO), il-Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u l-Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal. |
|
(6) |
Il-ġlieda kontra l-vjolenza għandha titpoġġa fil-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif rikonoxxuti mill-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (4) u l-ispjegazzjonijiet li jakkumpanjawha, filwaqt li jittieħed kont ta' l-istatus tagħha, li tirrikonoxxi, inter alia, id-dritt għad-dinjità, għall-ugwaljanza u għas-solidarjetà. Din tinkludi numru ta' artikoli speċifiċi relatati mal-protezzjoni u l-promozzjoni ta' l-integrità fiżika u mentali, it-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa, id-drittijiet tat-tfal u n-non-diskriminazzjoni, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-projbizzjoni ta' trattament inuman jew degradanti, ta' l-iskjavitù u tax-xogħol forzat, u tax-xogħol tat-tfal. Hija tirrikonoxxi li huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi u l-attivitajiet Komunitarji kollha. |
|
(7) |
Il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tfassal u timplimenta programmi ta' azzjoni sabiex jikkumbattu tali vjolenza, inter alia, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: “Għal azzjonijiet ulterjuri fil-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa” (5); ta' l-20 ta' Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ġenitali feminili (6); tas-17 ta' Jannar 2006 dwar strateġiji ta' prevenzjoni kontra t-traffikar ta' nisa u tfal li jkunu vulnerabbli għall-isfruttament sesswali (7); u tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa (8) u kwalunkwe azzjoni futura. |
|
(8) |
Il-programm ta' azzjoni Komunitarja stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (2000 sa 2003) dwar miżuri preventivi li jikkumbattu l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa (9), għen sabiex jiżdied l-għarfien ġewwa l-Unjoni Ewropea u sabiex tiżdied u tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn organizzazzjonijiet, fl-Istati Membri, attivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza. |
|
(9) |
Il-programm ta' azzjoni Komunitarja stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jadotta programm ta' azzjoni Komunitarja (2004 sa 2008) sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi l-vittmi u l-gruppi li jkunu f'riskju (il-programm Daphne II) (10), żviluppa aktar ir-riżultati miksuba diġà mill-programm Daphne; skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura konsistenza bejn l-approprjazzjonijiet annwali u l-perspettivi finanzjarji l-ġodda. |
|
(10) |
Huwa kunsiljabbli li tiġi żgurata l-kontinwità għall-proġetti appoġġati mill-programmi Daphne u Daphne II. |
|
(11) |
Huwa importanti u meħtieġ li jiġu rikonoxxuti l-implikazzjonijiet serji immedjati u dawk fit-tul tal-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom, u għall-iżvilupp psikoloġiku u soċjali tagħhom, kif ukoll għall-opportunitajiet ugwali għal dawk konċernati, għall-individwi, familji u komunitajiet, u l-ispejjeż għolja soċjali u ekonomiċi għas-soċjetà ġeneralment. |
|
(12) |
Il-vjolenza kontra n-nisa tieħu ħafna forom li jvarjaw minn vjolenza domestika, li hija prevalenti fil-livelli kollha tas-soċjetà, għal drawwiet tradizzjonali dannużi assoċjati ma' l-eżerċizzju ta' vjolenza fiżika kontra n-nisa, bħall-mutilazzjoni ġenitali u bħal reati relatati ma' l-unur, li jikkostitwixxu forma partikolari ta' vjolenza kontra n-nisa. |
|
(13) |
It-tfal, iż-żgħażagħ jew in-nisa li jkunu xhieda ta' qarib viċin li jiġi attakkat għandhom jiġu meqjusa bħala vittmi ta' vjolenza skond il-programm stabbilit minn din id-Deċiżjoni (“il-programm”). |
|
(14) |
Fir-rigward tal-prevenzjoni tal-vjolenza, inklużi l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal, taż-żgħażagħ u tan-nisa u l-protezzjoni tal-vittmi u tal-gruppi li jkunu f'riskju, l-Unjoni Ewropea tista' tagħti valur miżjud lill-azzjonijiet li prevalentement iridu jittieħdu mill-Istati Membri b'dawn il-mezzi li ġejjin: id-disseminazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni, ta' l-esperjenza u ta' prattika tajba; il-promozzjoni ta' approċċ innovattiv; it-twaqqif konġunt ta' prijoritajiet; l-iżvilupp tan-networking skond kif ikun meħtieġ; l-għażla ta' proġetti mifruxa mal-Komunità kollha inklużi proġetti li jappoġġaw free-phone helplines għat-tfal u hotlines għal tfal neqsin u sfruttati sesswalment; il-motivazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-partijiet kollha konċernati u kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku kontra l-vjolenza fl-Ewropa kollha. Dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu wkoll appoġġ għat-tfal, żgħażagħ u nisa li jkunu vittmi ta' traffikar. |
|
(15) |
Billi l-kawżi bażilari u l-konsegwenzi ta' vjolenza jistgħu sikwit jiġu indirizzati b'mod effettiv minn organizzazzjonijiet lokali u reġjonali li jaġixxu f'koperazzjoni mal-kontraparti tagħhom minn Stati Membri oħrajn, il-programm għandu jagħti importanza xierqa lill-miżuri u azzjonijiet preventivi ta' appoġġ għall-vittmi li jitwettqu fil-livelli lokali u reġjonali. |
|
(16) |
Ladarba l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri sabiex tipprevjeni u tikkumbatti kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa ta' skambju ta' informazzjoni fil-livell Komunitarju u tad-disseminazzjoni mal-Kommunità kollha ta' informazzjoni dwar prattika tajba, u jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, minħabba l-ħtieġa ta' ħidma koordinata u multidixxiplinari u minħabba l-iskala jew l-impatt tal-programm, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-perjodu operattiv kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (11), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
|
(18) |
Hija meħtieġa l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (12), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (13) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) 1605/2002, li jissalvagwardaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipji tas-sempliċità u tal-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti baġitarji, ta' limitazzjoni fuq in-numru tal-każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma' l-użu tagħhom. |
|
(19) |
Għandhom jittieħdu wkoll miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa, sabiex jiġu rkuprati fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew skorrettament użati, konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (14), mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (15) u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (16). |
|
(20) |
Ir-Regolament Finanzjarju jesiġi li jkun provdut att bażiku sabiex jiġu koperti l-għotjiet operattivi. |
|
(21) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (17). |
|
(22) |
Il-parteċipazzjoni bilanċjata ta' nisa u rġiel fil-proċess deċiżjonali hija element ċentrali fil-kisba ta' ugwaljanża sostantiva bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jużaw l-aqwa sforzi tagħhom sabiex jiksbu bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Filwaqt li tibni fuq il-linji politiċi u l-objettivi stabbiliti fil-programmi Daphne u Daphne II, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi lill-vittmi u lill-gruppi li jkunu f'riskju (il-programm Daphne III), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-programm”, bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fondamentali u Ġustizzja”, sabiex jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni mill-vjolenza sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa fiżika u mentali.
2. Il-programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.
3. Għall-finijiet tal-programm, it-terminu “tfal” ikopri firxa ta' età ta' 0-18-il sena, skond l-istrumenti internazzjonali li jirrigwardaw id-drittijiet tat-tfal.
4. Madankollu, il-proġetti b'azzjonijiet imfassla b'mod partikolari għal gruppi benefiċjarji bħal, per eżempju, “adoloxxenti” (13 sa 19-il sena) jew persuni minn 12 sa 25 sena, għandhom jiġu kkunsidrati bħala proġetti li jimmiraw lejn il-kategorija taż-żgħażagħ.
Artikolu 2
Objettivi ġenerali
1. L-għan tal-programm għandu jkun li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal, taż-żgħażagħ u tan-nisa kontra kull forma ta' vjolenza u li jikseb livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, benessere u koeżjoni soċjali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-objettivi u setgħat tal-Komunità Ewropea, l-objettivi ġenerali tal-programm għandhom jikkontribwixxu, b'mod speċjali fir-rigward ta' tfal, żgħażagħ u nisa, għall-iżvilupp ta' linji politiċi Komunitarji, u b'mod iżjed speċifiku, għal dawk marbuta mas-saħħa pubblika, mad-drittijiet tal-bniedem u ma' l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll għal azzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u mal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali.
Artikolu 3
Objettiv speċifiku
Il-programm għandu jkollu l-objettiv speċifiku li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra, kull forma ta' vjolenza li sseħħ fil-pubbliku jew fil-privat kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, inklużi l-isfruttament sesswali u t-traffikar fil-bnedmin, billi jittieħdu miżuri preventivi u jingħata appoġġ lill-vittmi u lill-gruppi li jkunu f'riskju. Dan għandu jinkiseb permezz ta' l-azzjonijiet transnazzjonali li ġejjin, jew tipi oħrajn ta' azzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 4:
|
(a) |
l-għoti ta' assistenza u inkoraġġiment lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u organizzazzjonijiet oħrajn attivi f'dan il-qasam, kif imsemmi fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-kuxjenzi li jimmiraw udjenzi speċifiċi, bħal professjonijiet speċifiċi, awtoritajiet kompetenti, setturi identifikati tal-pubbliku ġenerali u gruppi li jkunu f'riskju, bil-ħsieb kemm li jitjieb l-apprezzament ta', u tiġi promossa l-adozzjoni ta', approċċ ta' tolleranza-żero lejn il-vjolenza kif ukoll li jiġi inkoraġġut l-appoġġ għall-vittmi u r-rapportar ta' inċidenti ta' vjolenza lill-awtoritajiet kompetenti; |
|
(ċ) |
id-disseminazzjoni tar-riżultati miksuba taħt il-programmi Daphne u Daphne II, inklużi l-adattament, it-trasferiment u l-użu tagħhom minn benefiċjarji oħrajn jew f'żoni ġeografiċi oħrajn; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni u t-tisħiħ ta' azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-trattament pożittiv ta' persuni li jkunu f'riskju ta' vjolenza, jiġifieri permezz ta' approċċ li jinkoraġġixxi rispett għalihom u jippromwovi l-benessere u r-realizzazzjoni personali tagħhom; |
|
(e) |
it-twaqqif u l-appoġġ ta' networks multidixxiplinarji bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-NGOs u organizzazzjonijiet oħrajn attivi f'dan il-qasam; |
|
(f) |
l-assigurazzjoni ta' l-espansjoni ta' informazzjoni bbażata fuq evidenza u tal-bażi tal-konoxxenza, l-iskambju ta' informazzjoni, l-identifikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni u prattika tajba, anke permezz ta' riċerka, taħriġ, żjarat ta' studju u skambju ta' persunal; |
|
(g) |
it-tfassil u l-ittestjar ta' materjali ta' sensibilizzazzjoni tal-kuxjenza u edukattivi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, u s-supplimentar u addattament ta' dawk li huma diġà disponibbli għall-użu f'żoni ġeografiċi oħrajn jew għal gruppi mmirati oħrajn; |
|
(h) |
studju ta' fenomeni relatati mal-vjolenza u l-impatt tagħhom, kemm fuq il-vittmi kif ukoll fuq is-soċjetà kollha, inklużi l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażilari tal-vjolenza fil-livelli kollha tas-soċjetà; |
|
(i) |
l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta' programmi ta' appoġġ għal vittmi u persuni li jkunu f'riskju u programmi ta' intervent għal min jikkommetti r-reat, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-vittmi. |
Artikolu 4
Tipi ta' azzjonijiet
Bil-ħsieb li jsegwi l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, il-programm għandu jappoġġa t-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi annwali ta' ħidma:
|
(a) |
azzjonijiet speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, bħal studji u riċerka, stħarriġ pubbliku u surveys, żvilupp ta' indikaturi u metodoloġiji, ġbir, żvilupp u disseminazzjoni ta' data u ta' statistika, seminars, konferenzi u laqgħat ta' esperti, organizzazzjoni ta' kampanji pubbliċi u avvenimenti, żvilupp u manteniment ta' servizz ta' helpdesk u websites, tħejjija u disseminazzjoni ta' materjal ta' informazzjoni (inklużi applikazzjonijiet ta' IT u riżorsi ta' taħriġ), twaqqif u faċilitazzjoni ta' think-tank ta' partijiet interessati li jipprovdi konsulenza esperta relatata mal-vjolenza, appoġġ għal networks ta' esperti nazzjonali, u attivitajiet ta' analiżi, monitoraġġ u valutazzjoni; |
|
(b) |
proġetti transnazzjonali speċifiċi ta' interess Komunitarju li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi annwali ta' ħidma; |
|
(ċ) |
appoġġ għall-attivitajiet ta' NGOs jew organizzazzjonijiet oħrajn f'ħidma għal għan ta' interess Ewropew ġenerali rigward l-objettivi ġenerali tal-programm, stabbiliti fl-Artikolu 2 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi annwali ta' ħidma. |
Artikolu 5
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
Il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem fl-azzjonijiet tal-programm:
|
(a) |
pajjiżi li magħhom l-Unjoni Ewropea iffirmat Trattat ta' Adeżjoni; |
|
(b) |
pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni, skond il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi Komunitarji stabbiliti, rispettivament, bil-Ftehim Kwadru u bid-deċiżjonjiet tal-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni; |
|
(ċ) |
l-Istati ta' l-EFTA li huma Partijiet għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim; |
|
(d) |
il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, skond l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti ma' dawk il-pajjiżi taħt ftehim kwadru dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji; |
Mal-proġetti jistgħu jkunu assoċjati pajjiżi kandidati li ma jieħdux sehem fil-programm, fejn dan jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tagħhom għall-adeżjoni, jew pajjiżi terzi oħrajn li ma jieħdux sehem fil-programm, fejn dan iservi għall-finijiet tal-proġetti.
Artikolu 6
Il-gruppi benefiċjarji u l-gruppi mmirati
1. Il-programm għandu jibbenefika t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa li jkunu vittmi, jew li jkunu f'riskju li jsiru vittmi, tal-vjolenza.
2. Il-gruppi prinċipalment immirati mill-programm għandhom ikunu, inter alia, il-familji, l-għalliema u l-persunal edukattiv, il-ħaddiema soċjali, il-pulizija u l-gwardjani tal-fruntiera, l-awtoritajiet lokali, nazzjonali u militari, il-persunal mediku u paramediku, il-persunal ġudizzjali, l-NGOs, it-trade unions u l-komunitajiet reliġjużi.
Artikolu 7
Aċċess għall-programm
L-aċċess għall-programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet privati jew pubbliċi (l-awtoritajiet lokali fil-livell xieraq, dipartimenti ta' l-università u ċentri ta' riċerka) li jaħdmu sabiex jipprevjenu u jikkumbattu l-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa jew sabiex jipprovdu protezzjoni minn din il-vjolenza jew sabiex jagħtu appoġġ lill-vittmi jew jimplimentaw azzjonijiet maħsuba sabiex jippromwovu ċ-ċaħda ta' din il-vjolenza jew iħeġġu tibdil fl-attitudni jew fl-imġiba lejn il-gruppi vulnerabbli u l-vittmi tal-vjolenza.
Artikolu 8
Tipi ta' intervent
1. Il-finanzjament Komunitarju jista' jkun fil-forom legali li ġejjin:
|
— |
għotjiet, |
|
— |
kuntratti ta' akkwist pubbliku. |
2. L-għotjiet tal-Komunità għandhom jingħataw wara l-konsiderazzjoni ta' l-applikazzjonijiet li jiġu preżentati fuq sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza debitament sostanzjati jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallux għażla oħra għal azzjoni partikolari. L-għotjiet tal-Komunità għandhom jiġu pprovduti permezz ta' għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet. Ir-rata massima ta' kofinanzjament għandha tiġi speċifikata fil-programmi annwali ta' ħidma.
3. Barra minn hekk, in-nefqa tista' ssir disponibbli għal miżuri komplementari, permezz ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, f'liema każ il-fondi Komunitarji għandhom ikopru l-akkwist ta' servizzi u ta' oġġetti, relatati direttament mal-miri tal-programm. Dan għandu jkopri, inter alia, in-nefqa għal informazzjoni u komunikazzjoni, tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, kontroll u valutazzjoni ta' proġetti, linji politiċi, programmi u leġislazzjoni.
Artikolu 9
Miżuri implimentattivi
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-asssitenza Komunitarja skond ir-Regolament Finanzjarju.
2. Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta' l-objettivi ġenerali, tal-programm, stabbiliti fl-Artikolu 2, tadotta programm annwali ta' ħidma li jispeċifika l-objettivi speċifiċi tiegħu, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament previsti fl-Artikolu 8 u, jekk tkun meħtieġa, lista ta' azzjonijiet oħrajn. Il-programm annwali ta' ħidma għandu jispeċifika l-perċentwali minima tan-nefqa annwali li għandha tingħata għall-għotjiet.
3. Il-programm annwali ta' ħidma għandu jkun addottat skond il-proċedura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).
4. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-materji l-oħrajn kollha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(3).
5. Il-proċeduri ta' valutazzjoni u ta' allokazzjoni relatati ma' għotjiet għal azzjonijiet għandhom jieħdu kont ta', inter alia, dawn il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-objettivi ġenerali u speċifiċi kif speċifikati fl-Artikoli 2 u 3 u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikati fl-Artikolu 3 u l-konformità mal-programm annwali ta' ħidma; |
|
(b) |
il-kwalità ta' l-azzjoni proposta fir-rigward tal-konċezzjoni, organizzazzjoni, preżentazzjoni u r-riżultati mistennija tagħha; |
|
(ċ) |
l-ammont mitlub għall-finanzjament Komunitarju u l-effikaċja fid-dawl ta' l-ispejjeż fir-rigward tar-riżultati mistennija; |
|
(d) |
l-impatt tar-riżultati mistennija fir-rigward ta' l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm definiti fl-Artikoli 2 u 3 u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikati fl-Artikolu 3; |
|
(e) |
l-innovazzjoni: |
6. L-applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi, imsemmija fl-Artikolu 4(ċ), għandhom jiġu valutati fid-dawl ta' dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-konsistenza ma' l-objettivi tal-programm; |
|
(b) |
il-kwalità ta' l-attivitajiet pjanati; |
|
(ċ) |
l-effett multiplikatorju probabbli fuq il-pubbliku ta' dawn l-attivitajiet; |
|
(d) |
l-impatt ġeografiku ta' l-attivitajiet imwettqa; |
|
(e) |
l-involviment taċ-ċittadini fl-organizzazzjoni tal-korpi konċernati; |
|
(f) |
il-proporzjon spiża-effikaċja ta' l-attività proposta. |
Artikolu 10
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 11
Komplementarjetà
1. Għandhom ikunu mfittxija s-sinerġiji u l-komplementarjetà ma' strumenti Komunitarji oħrajn, b'mod partikolari mal-programmi ġenerali “Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet” u “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”, is-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka u Żvilupp kif ukoll il-programmi dwar il-protezzjoni tas-saħħa, “Impjiegi u Solidarjetà Soċjali — PROGRESS” u “Safer Internet Plus”. Il-komplementarjetà għandha tiġi mfittxija ma' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. L-element statistiku ta' informazzjoni dwar il-vjolenza għandu jiġi żviluppat b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, bl-użu kif meħtieġ tal-Programm Statistiku Komunitarju.
2. Dan il-programm jista' jikkondividi riżorsi ma' strumenti Komunitarji oħrajn, b'mod partikolari mal-programmi ġenerali “Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet”, “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” u s-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka u Żvilupp sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jilħqu l-objettivi tal-programmi kollha.
3. L-operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu assistenza għall-istess skop minn strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarji tal-programm jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar finanzjament riċevut mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u minn sorsi oħrajn, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għal finanzjament.
Artikolu 12
Finanzjament
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 116,85 miljun għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1.
2. L-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet previsti fil-programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 13
Monitoraġġ
1. Għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-programm, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jippreżenta rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress fix-xogħol. Għandu jiġi ppreżentat ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-kontenut tar-rapporti.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-programm jipprovdu b'mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ permezz ta' kontrolli fuq il-post, inkluż kontrolli ta' kampjuni, u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri.
3. Għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni, il-Kummissjoni għandha tesiġi li l-benefiċjarju ta' għajnuna finanzjarja jżomm, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, id-dokumenti kollha ta' sostenn rigward l-infiq fuq l-azzjoni.
4. Abbażi tar-riżultati tar-rapporti u tal-kontrolli ta' kampjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, taġġusta l-iskala jew il-kondizzjonijiet ta' l-allokazzjoni ta' l-assistenza finanzjarja oriġinarjament approvata, kif ukoll l-iskeda ta' żmien għall-pagamenti.
5. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass ieħor meħtieġ sabiex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu korrettament u konformement mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 14
Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji Komunitarji jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u permezz ta' l-irkupru ta' l-ammonti indebitament imħallsa u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt dan il-programm, għandhom japplikaw ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għal kull ksur ta' xi dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku, li jkollu, jew kien ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati taħtu, b'element ta' nefqa mhux ġustifikat.
3. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta' assistenza finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew tad-deċiżjoni individwali jew tal-kuntratt jew ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun ġiet suġġetta għal tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kondizzjonijiet implimentattivi tal-proġett.
4. Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-assistenza finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju sabiex jippreżenta osservazzjonijiet fi żmien perjodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tikkanċella l-assistenza finanzjarja li jkun fadal u tesiġi ir-rimbors tas-somom diġà mħallsa.
5. Kwalunkwe pagament indebitu għandu jiġi rimborsat lill-Kummissjoni. L-interessi għandhom jiġu magħduda ma' kull somma mhux rimborsata fiż-żmien adegwat taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 15
Valutazzjoni
1. Il-programm għandu jiġi mmonitorjat regolarment sabiex tiġi segwita l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet imwettqa taħtu.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura valutazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-programm.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
|
(a) |
rapport interim ta' valutazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2011 akkumpanjat minn lista tal-proġetti u miżuri ffinanzjati; |
|
(b) |
komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta' dan il-programm mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2012; |
|
(ċ) |
rapport ta' valutazzjoni ex post, dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014. |
Artikolu 16
Il-pubblikazzjoni tal-proġetti
Il-Kummissjoni għandha annwalment tippubblika lista tal-proġetti ffinanzjati taħt il-programm flimkien ma' deskrizzjoni qasira ta' kull proġett.
Artikolu 17
Miżuri transitorji
Id-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE hija b'dan imħassra. L-azzjonijiet mibdija skond dik id-Deċiżjoni għandhom ikomplu jkunu regolati minnha, sakemm jitlestew.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika minn …
Magħmul fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(2) ĠU C 192, 16.8.2006, p. 25.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2007, u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(5) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 307.
(6) ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 126.
(7) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 75.
(8) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 66.
(10) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
(14) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(15) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(16) ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.
(17) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. DAĦLA
Fit-13 ta' April 2005, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill, abbażi ta' l-Artikolu 152 tat-Trattat, proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne) u prevenzjoni u informazzjoni dwar id-drogi” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”.
Madankollu, bi tweġiba għall-fehmiet espressi mill-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza f'Jannar 2006 u x-xewqa tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar id-Drittijiet tan-Nisa biex il-programm Daphne jiġi separat mill-programm dwar il-prevenzjoni tad-drogi, il-Kummissjoni, fl-24 ta' Mejju 2006, ippreżentat proposta emendata li tistabbilixxi żewġ programmi speċifiċi.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fid-19 ta' Jannar 2006.
Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-Opinjoni tiegħu fis-16 ta' Frar 2006.
Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fil-5 ta' Settembru 2006 (l-ewwel qari).
Il-Kunsill adotta Pożizzjoni Komuni fl-5 ta' Marzu 2007 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
II. OBJETTIV
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' seba' snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 biex jipprevjeni u jiġġieled il-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u li jipproteġi l-vittmi u l-gruppi f'riskju (Daphne III). Dan huwa parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” u jibni fuq il-linji politiċi u l-objettivi stabbiliti fl-ewwel programm Daphne u l-programm Daphne II.
L-objettivi speċifiċi tal-programm huma mmirati lejn il-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, inkluż l-esplojtazzjoni sesswali u t-traffikar fi bnedmin, li jseħħu fil-kamp pubbliku jew privat. Biex dawn l-objettivi jinkisbu, il-programm għandu baġit globali ta' EUR 116.85 miljun, li jirrappreżenta żjieda konsiderevoli meta mqabbel mal-programm Dapne II li kellu EUR 50 miljun għal perijodu ta' ħames snin.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
1. Osservazzjonijiet Ġenerali
Il-Pożizzjoni Komuni nqablet abbażi ta' negozjati tripartitiċi informali, wara serje ta' laqgħat bejn il-Presidenza attwali, il-ko-relaturi u r-relaturi alternattivi, u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Fl-1 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill EPSCO laħaq ftehim politiku dwar dan it-test u, bħala parti mill-ftehim ta' kompromess, qabel dwar dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew li tistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà ta' inizjattiva għas-Sena Ewropea biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa (1).
2. L-Emendi tal-Parlament Ewropew
Fl-ewwel qari tiegħu fil-5 ta' Settembru 2006, il-Parlament Ewropew adotta 53 emenda.
2.1 Emenda tal-Parlament Ewropew aċċettata mill-Kunsill
Fil-pożizzjoni Komuni tiegħu, il-Kunsill ħa kont ta' 32 emenda. Minn dawn, il-Kunsill:
|
— |
aċċetta 7 emenda fl-intier, kif għamlet il-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha. Dawn kienu l-emendi 6, 13, 22, 25, 30, 50 u 65. |
|
— |
aċċetta 17-il emenda fil-prinċipju jew parzjalment, billi segwa l-approċċ meħud mill-Kummissjoni (Nri. 3, 5, 15, 23, 27, 29, 31, 34, 38, 39, 43, 45, 46, 55, 56, 61, 66); |
|
— |
laħaq kompromess mal-Parlament dwar 8 emendi oħrajn (Nri. 4, 32, 33, 35, 70, 59, 63, 64). |
2.2 Emendi tal-Parlament Ewropew mhux aċċettabbli għall-Kunsill
Il-Kunsill ma aċċettax 19-il emenda għar-raġunijiet spjegati mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha (Nri 14, 17 & 67, 18, 19, 24, 26, 36, 37, 40, 41, 68, 42, 44, 51, 53, 54, 58, 60 u 74).
Il-Kunsill ma setax jaċċetta wkoll l-emendi 20 u 69 & 72 marbuta man-Netwerk Ewropew ta' Difensuri Ċiviċi għat-Tfal (ENOC) peress li pprefera li l-organizzazzjonijiet kollha li jkunu jixtiequ jibbenifikaw minn għotja operattiva jiġu trattati b'mod ugwali. Il-Kunsill għaldaqstant ħassar ukoll il-premessa 13 u l-Artikoli 4(d) u 9(6) tal-proposta emendata tal-Kummissjoni li semmiet organizzazzjoni speċifika waħda.
3. Bidliet oħra mwettqa mill-Kunsill
Fl-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tiegħu, il-Kunsill għamel numru ta' bidliet oħrajn għall-proposta emendata tal-Kummissjoni, li diversi minnhom huma modifiki ta' natura teknika. Il-bidliet ewlenin l-oħrajn huma marbuta ma' dan li ġej:
|
|
Premessa 13: il-premessa fil-proposta emendata tal-Kummissjoni tħassret peress li l-Kunsill ma aċċettax l-emenda 20, iżda kienet sostitwita b'referenza għar-rwol li seta' jiġi kopert minn organizzazzjonijiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-għeruq-kawżi u l-konsegwenzi tal-vjolenza. |
|
|
Artikolu 2 (Objettivi ġenerali): il-Kunsill ipprefera jiffoka direttament fuq il-kwistjoni li jipproteġi t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa kontra kull forma ta' vjolenza minflok isemmi l-objettiv usa' li tiġi stabbilita żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
|
Artikolu 3 (Objettiv speċifiku): għal raġunijiet ta' ċarezza, il-Kunsill biddel l-istruttura ta' dan l-artikolu, sabiex hemm objettiv speċifiku wieħed biss, segwit b'lista tad-diversi azzjonijiet transnazzjonali. |
|
|
Artikolu 4(b) (Tipi ta' azzjonijiet): il-Kunsill ipprefera jmur lura għas-sitwazzjoni f'Daphne II fejn, biex ikun hemm l-eliġibbiltà għal finanzjament taħt il-programm, proġetti transnazzjonali ta' interess Komunitarju kellhom jinvolvu mill-anqas żewġ, aktar minn tliet, Stati Membri. |
|
|
Artikolu 5 (Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi): l-istruttura nbidlet biex tirrifletti l-formula li ntużat reċentament fid-Deċiżjoni 771/2006/KE dwar is-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd (2007) (2). |
|
|
Artikolu 6 (Benefiċjarji u Gruppi ta' Mira): Il-Kunsill biddel il-proposta tal-Kummissjoni biex jagħmel distinzjoni bejn il-benefiċjarji tal-programm (tfal, żgħażagħ u nisa li huma, jew li jirriskjaw isiru, vittimi tal-vjolenza) u l-gruppi ta' mira ewlenin tal-programm, bħal familji, għalliema, assistenti soċjali, u organizzazzjonijiet mhux governattivi, eċċ. |
|
|
Artikolu 9(2) (Miżuri ta' implimentazzjoni): Sabiex jiġi żgurat li proporzjon suffiċjenti tal-baġit jintuża biex jiffinanzja proġetti transnazzjonali, il-paragrafu 2 issa jistipula li l-programm ta' ħidma annwali ser jistabbilixxi perċentwal minimu ta' nefqa annwali li għandu jiġi ddedikat għal għotjiet. |
|
|
Artikolu 9(3 u 3a) (Miżuri ta' implimentazzjoni): u Artikolu 10 (Kumitat): il-Kunsill ipprefera li jmur lura għall-proċedura ta' komitoloġija mħallta li kienet intużat fil-programm Daphne II, fejn il-programm ta' ħidma annwali jiġi adottat skond il-proċedura ta' ġestjoni tal-kumitat u miżuri oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni jiġu adottati bl-użu tal-proċedura konsultattiva tal-kumitat. |
|
|
Artikolu 11 (Kumplimentarjetà): il-Kunsill jikkonsidra xieraq li tiddaħħal referenza għall-Programm Komunitarju adottat reċentament għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali — PROGRESS (3). |
|
|
Artikolu 13(3) (Monitoraġġ): id-dispożizzjonijiet kontra l-frodi fit-tielet paragrafu kienu sostitwiti bi premessa standard (17a) li tirreferi għal diversi Regolamenti tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, il-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew għall-Kontra l-Frodi. |
Għandu wkoll ikun innotat li sar numru ieħor ta' bidliet tekniċi lit-test finali waqt il-proċedura legali/lingwistika normali bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.
IV. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill jikkonsidra li, kollox ma' kollox, il-Pożizzjoni Komuni hija konformi ma' l-objettivi fundamentali tal-proposta emendata tal-Kummissjoni u jikkonsidra li ntlaħaq kompromess tajjeb mal-Parlament Ewropew matul in-negozjati informali.
(1) Dok. 15869/06.
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 103/11 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 5/2007
adottata mill-Kunsill fit-22 ta' Marzu 2007
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 103 E/02)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, (1)
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità tista' tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini permezz ta' azzjonijiet fil-qasam tas-saħħa pubblika. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet Komunitarji kollha. Skond l-Artikolu 152 tat-Trattat, il-Komunità hi meħtieġa tadotta rwol attiv billi tieħu miżuri li ma jistgħux jittieħdu minn Stati Membri individwali, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Komunità tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabilitajiet ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika. |
|
(2) |
Is-settur tas-saħħa hu karatterizzat min-naħa mill-potenzjal konsiderevoli tiegħu għat-tkabbir, l-innovazzjoni u d-dinamiżmu u min-naħa l-oħra mill-isfidi li jħabbat wiċċu magħhom f'termini ta' sostenibbiltà finanzjarja u soċjali u l-effiċjenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa minħabba, fost affarijiet oħra, l-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ u l-progress mediku. |
|
(3) |
Il-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kien l-ewwel programm integrat tal-Komunità Ewropea f'dan il-qasam, u dan diġà ipprovda għadd ta' żviluppi u titjib importanti. |
|
(4) |
Jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġew stabbiliti diġà mill-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit it-tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja dwar is-saħħa (2007-2013) (minn hawn 'il quddiem “il-Programm”). |
|
(5) |
Jeżisti numru ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa li jista' jkollu dimensjoni dinjija u qiegħed jitfaċċa theddid ġdid li jeħtieġ aktar azzjoni Komunitarja. Il-Komunità għandha tittratta t-theddid serju transkonfinali lis-saħħa bħala prijorità. Il-Programm għandu jagħmel enfasi fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ġenerali Komunitarji billi jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Il-monitoraġġ, it-twissija bikrija u azzjoni biex jiġu miġġielda theddid serju għas-saħħa huma oqsma importanti fejn rispons effettiv u kkoordinat għat-theddid tas-saħħa għandu jiġi promoss fil-livell Komunitarju. Azzjonijiet li jiżguraw kooperazzjoni djanjostika ta' kwalità għolja bejn laboratorji huma meħtieġa bħala tweġiba għat-theddid għas-saħħa. Il-Programm għandu jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' sistema ta' laboratorji ta' referenza Komunitarji. Madankollu, tali sistema teħtieġ li tkun ibbażata fuq bażi legali soda. |
|
(6) |
Skond ir-rapport fuq is-Saħħa Ewropea ta' l-2005 ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), fir-rigward ta' Snin ta' Ħajja Aġġustati minħabba Diżabbiltà (DALYs) il-kawżi l-aktar importanti tal-piż tal-mard fir-Reġjun Ewropew tal-WHO huma l-mard li ma jitteħidx (NCDs — 77 % tat-total), kawżi esterni ta' korriment u avvelenament (14 %) u mard li jittieħed (9 %). Seba' kondizzjonijiet ewlenin — il-mard tal-qalb iskemiku, dipressjoni unipolari, mard ċerebrovaskulari, mard relatat ma' l-użu ta' l-alkoħol, mard kroniku pulmonari, kankru fil-pulmun u leżjonijiet kkważati minn inċidenti tat-traffiku- jammontaw għal 34 % tad-DALYs fir-Reġjun. Is-seba fatturi ewlenin ta' riskju — it-tipjip, l-alkoħol, il-pressjoni għolja, il-kolesterol għoli, l-obeżità, il-konsum baxx ta' frott u ħaxix u n-nuqqas ta' attività fiżika — jammontaw għal 60 % tad-DALYs. Barra minn hekk, il-mard li jittieħed bħall-HIV/AIDS, l-influwenza, it-tuberkolożi u l-malarja qegħdin ukoll jheddu s-saħħa tan-nies fl-Ewropa. Kompitu importanti tal-Programm, f'kooperazzjoni fejn xieraq mal-Programm Komunitarju ta' l-Istatistika, għandha tkun dik li tidentifika aħjar il-piżijiet ewlenin tas-saħħa fil-Komunità. |
|
(7) |
Tmien kawżi ewlenin ta' mewt u morbożità mill-NCDs fir-Reġjun Ewropew tad-WHO huma l-mard kardjovaskulari, mard neuropsikjatriku, il-kanċer, mard ta' diġestjoni, mard respiratorju, mard ta' l-organi sensorjali, mard ta' l-iskeletru u l-muskoli u d-dijabete mellitus. |
|
(8) |
Ir-reżistenza mikrobika għall-antibijotiċi u infezzjonijiet li jittieħdu mill-isptar qegħdin isiru theddida għas-saħħa fl-Ewropa. Nuqqas ta' anti-bijotiċi effettivi ġodda kif ukoll nuqqas ta' mezzi biex jiġi żgurat l-użu xieraq ta' l-anti-bijotiċi eżistenti huma tħassib prinċipali. Għalhekk huwa importanti li tinġabar u tiġi analizzata d-data rilevanti. |
|
(9) |
It-tisħiħ tar-rwol taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) huwa importanti fil-ġlieda kontra l-mard li jittieħed. |
|
(10) |
Il-Programm għandu jkun imsejjes fuq il-kisbiet tal-programm preċedenti għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008). Huwa għandu jikkontribwixxi lejn il-kisba ta' livell għoli ta' saħħa fiżika u mentali u ugwaljanza akbar fi kwistjonijiet ta' saħħa fil-Komunità kollha billi l-azzjonijiet jiġu diretti lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard u diżordnijiet oħra tal-bniedem, u t-tneħħija ta' sorsi ta' perikolu għas-saħħa sabiex tiġi miġġielda l-morbożità u l-mewt prematura. |
|
(11) |
Il-Programm għandu jenfasizza t-titjib tal-kondizzjoni tas-saħħa u jippromwovi stil ta' ħajja san u kultura ta' prevenzjoni fost it-tfal u ż-żgħażagħ. |
|
(12) |
Il-Programm għandu jappoġġa l-integrazzjoni ta' l-għanijiet tas-saħħa fil-linji politiċi u l-attivitajiet Komunitarji kollha, mingħajr ma jidduplika x-xogħol imwettaq taħt linji politiċi Komunitarji oħra. Il-koordinazzjoni ma' linji politiċi u programmi oħra tal-Komunità huma parti ewlenija ta' l-għan ta' integrazzjoni tas-saħħa f'linji politiċi oħrajn. Sabiex jiġu promossi s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, jistgħu jittieħdu azzjonijiet konġunti ma' programmi u azzjonijiet relatati tal-Komunità u għandu jsir użu xieraq ta' fondi u programmi oħra Komunitarji inklużi l-programmi kwadri attwali u futuri tal-Komunità għar-riċerka u r-riżultati tagħhom, il-Fondi Strutturali, u l-Fond Ewropew għas-Solidarjetà, l-istrateġija Ewropea għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (6), il-programm “Prevenzjoni tad-Droga u Informazzjoni”, il-programm “Niġġieldu kontra l-vjolenza (Daphne)” u l-Programm Komunitarju ta' l-Istatistika fl-attivitajiet rispettivi tagħhom. |
|
(13) |
Għandhom isiru sforzi speċjali biex jiżguraw koerenza u sinerġiji bejn il-Programm u l-azzjonijiet esterni tal-Komunità, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-influwenza tat-tjur, l-HIV/AIDS, it-tuberkolożi u theddid ieħor transkonfinali għas-saħħa. Barra minn hekk, għandu jkun hemm kooperazzjoni internazzjonali li tippromwovi r-riforma ġenerali tas-saħħa u l-kwistjonijiet istituzzjonali ġenerali tas-saħħa f'pajjiżi terzi. |
|
(14) |
Iż-żieda fis-Snin ta' Ħajja Sana (HLY), imsejjaħ ukoll indikatur ta' l-għomor mingħajr diżabbiltà, permezz tal-prevenzjoni ta' mard u l-promozzjoni ta' linji politiċi li jwasslu għal stil ta' ħajja aktar san, hu importanti għall-benesseri taċ-ċittadini ta' l-UE u jgħin sabiex jiġu milqugħa l-isfidi tal-proċess ta' Lisbona fir-rigward tas-soċjetà ta' l-għarfien u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li huma taħt pressjoni minħabba l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-kura tas-saħħa u s-sigurtà soċjali. |
|
(15) |
It-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea ġab miegħu tħassib ulterjuri għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ingwaljanzi tas-saħħa fi ħdan l-UE u hu probabbli li dan it-tħassib jinħass fi tkabbir futur. Għalhekk, din il-kwistjoni għandha tkun waħda mill-prijoritajiet tal-Programm. |
|
(16) |
Il-Programm għandu jgħin fl-identifikazzjoni tal-kawżi ta' l-inugwaljanzi tas-saħħa u jħeġġeġ, fost affarijiet oħrajn, l-iskambju ta' l-aħjar prassi biex dawn jiġu indirizzati. |
|
(17) |
Jeħtieġ li d-data komparabbli tiġi sistematikament miġbura, ipproċessata u analizzata, fi ħdan limiti nazzjonali, għal monitoraġġ effettiv ta' l-istat tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. Dan jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu t-tagħrif għall-pubbliku u jfasslu strateġiji, politika u azzjonijiet xierqa biex jinkiseb livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tas-sistemi u n-netwerks għall-iskambju ta' tagħrif u data għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika għandhom jiġu segwiti fl-azzjonijiet u l-miżuri ta' appoġġ. Is-sess, l-istatus soċjo-ekonomiku u l-età huma konsiderazzjonijiet tas-saħħa importanti. Il-ġbir ta' data, safejn hu possibbli għandu jibni fuq xogħol li diġa sar, u proposti għal ġbir ġdid għandhom jirriflettu l-ispiża u jkunu bbażati fuq ħtieġa ċara. Il-ġabra tad-data għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet legali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali. |
|
(18) |
L-aħjar prassi hi importanti minħabba li l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-effiċjenza u l-effettività u mhux biss f'termini ekonomiċi. Għandha tiġi promossa l-aħjar prattika u l-aħjar metodi ta' trattament għall-mard u l-korrimenti sabiex tiġi evitata aktar deterjorazzjoni tas-saħħa, u għandhom jiġu żviluppati netwerks Ewropej ta' ċentri ta' referenza għal kondizzjonijiet speċifiċi. |
|
(19) |
Għandha tittieħed azzjoni sabiex jiġu evitati korrimenti billi jsir ġbir ta' data, analiżi tal-fatturi determinanti tal-leżjoni u tixrid ta' l-informazzjoni rilevanti. |
|
(20) |
Is-servizzi tas-saħħa huma primarjament ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri iżda l-kooperazzjoni fil-livell Komunitarju tista' tibbenefika lill-pazjenti u lis-sistemi tas-saħħa. Attivitajiet finanzjati mill-Programm kif ukoll proposti ġodda żviluppati bħala riżultat ta' dawn, għandhom jagħtu kont debitu lill-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar valuri u prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa ta' l-Unjoni Ewropea (7) adottati f'Ġunju 2006 li jendorsjaw dikjarazzjoni dwar il-valuri u l-prinċipji komuni tas-Sistemi tas-Saħħa ta' l-UE u jistiednu lill-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea biex jirrispettawhom fil-ħidma tagħhom. Il-Programm għandu jieħu kont ta' żviluppi futuri fir-rigward ta' azzjoni Komunitarja dwar is-servizzi tas-saħħa kif ukoll tal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Servizzi tas-Saħħa u l-Kura Medika li jipprovdi forum importanti għall-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prattika bejn is-sistemi ta' saħħa ta' l-Istati Membri. |
|
(21) |
Il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-ġabra ta' data, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' metodi u għodda, l-istabbiliment ta' netwerks u tipi differenti ta' kooperazzjoni u l-promozzjoni ta' linji politiċi rilevanti dwar il-mobbiltà ta' pazjenti kif ukoll dwar il-mobbiltà tal-professjonisti tas-saħħa. Għandu jħaffef l-iżvilupp 'il quddiem taż-Żona e-Saħħa Ewropea, permezz ta' inizjattivi Ewropej konġunti ma' żoni oħra ta' politika ta' l-UE, li jinkludu l-politika reġjonali, filwaqt li jikkontribwixxi lejn xogħol ibbażat fuq il-kriterji tal-kwalità għal websites relatati mas-saħħa u lejn il-karta Ewropea ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa. Għandu jittieħed kont tat-telemedicine peress li applikazzjonijiet tat-telemedicine jistgħu jikkontribwixxu għall-kura transkonfinali filwaqt li jiżguraw il-kura medika fid-dar. |
|
(22) |
Tniġġis ambjentali hu riskju serju għas-saħħa u kawża ewlenija ta' tħassib għaċ-ċittadini Ewropej. Azzjoni speċjali għandha tiffoka fuq it-tfal u gruppi oħra li huma partikolarment vulnerabbli għal kondizzjonijiet ambjentali perikolużi. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-azzjonijiet meħuda fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Saħħa u l-Ambjent 2004-2010. |
|
(23) |
Il-Programm għandu jindirizza kwistjonijiet tas-saħħa marbuta mas-sess u max-xjuħija. |
|
(24) |
Il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju huma fatturi ewlenin għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u għalhekk għandhom ikunu parti mill-integrazzjoni ulterjuri fil-linji politiċi u attivitajiet Komunitarji oħra. |
|
(25) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju, għat-tul kollu tal-Programm, li jikkostitwixxi ir-referenza prinċipali fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda (8), għall-awtorita' baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali, |
|
(26) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet u l-inizjattivi meħuda mill-Komunità u mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Programm, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tittejjeb l-effettività tan-netwerks eżistenti u futuri fil-qasam tas-saħħa pubblika. Il-parteċipazzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fuq livell adatt skond is-sistemi nazzjonali għandhom jitqiesu fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Programm. |
|
(27) |
Jeħtieġ li jiżdied l-investiment ta' l-UE fis-saħħa u l-proġetti relatati mas-saħħa. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jidentifikaw it-titjib tas-saħħa bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom. Għarfien aħjar dwar il-possibbilitajiet tal-finanzjament ta' l-UE għas-saħħa hu meħtieġ. Għandu jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' esperjenzi bejn l-Istati Membri dwar il-finanzjament tas-saħħa permezz tal-Fondi Strutturali. |
|
(28) |
Korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm. Sabiex isegwu wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-Programm dawn jistgħu jeħtieġu kontributi Komunitarji biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti kriterji dettaljati ta' eliġibbiltà, dispożizzjonijiet rigward it-trasparenza finanzjarja u l-perijodu tal-kontributi Komunitarji għal korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati li jikkwalifikaw għal appoġġ Komunitarju skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (9). Tali kriterji jkunu jinkludu l-obbligi ta' tali korpi u netwerks fl-istabbiliment ta' għanijiet ċari, pjanijiet ta' azzjoni u riżultati li jitkejjlu li jirrapreżentaw dimensjoni Ewropea b'saħħitha u valur miżjud reali għall-għanijiet tal-Programm. Minħabba n-natura partikolari ta' l-organizzazzjonijiet konċernati u f'każijiet ta' utilità eċċezzjonali, għandu jkun possibli li t-tiġdid ta' l-appoġġ Komunitarju għall-operat ta' tali korpi u netwerks speċjalizzati jiġi eżentat mill-prinċipju ta' tnaqqis gradwali tal-livell ta' appoġġ Komunitarju. |
|
(29) |
L-implimentazzjoni tal-Programm għandha ssir b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-għaqdiet u l-aġenziji rilevanti, b'mod partikolari maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. |
|
(30) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li tiġi rispettata l-ħtieġa għat-trasparenza kif ukoll bilanċ raġjonevoli bejn l-għanijiet differenti tal-Programm. |
|
(31) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-Ftehim ŻEE) jipprovdi għall-kooperazzjoni fl-oqsma tas-saħħa bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa u l-pajjiżi ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles li jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-pajjiżi EFTA/ŻEE), min-naħa l-oħra. Għandu wkoll jiġi previst li l-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, b'mod partikolari il-pajjiżi ġirien tal-Komunità u pajjiżi li qed japplikaw għal adeżjoni mal-Komunità, jew li huma kandidati jew ser jaderixxu magħha, filwaqt li jitqies b'mod partikolari il-potenzjal għat-theddid għas-saħħa li jirriżulta f'pajjiżi oħra li jkollu impatt fil-Komunità. |
|
(32) |
Relazzjonijiet xierqa ma' pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-Programm għandhom jiġu ffaċilitati b'għajnuna għall-kisba ta' l-għanijiet tal-Programm, filwaqt li jitqies kull ftehim rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Komunità. Dan jista' jinvolvi pajjiżi terzi li jmexxu 'l quddiem attivitajiet komplementari għal dawk iffinanzjati permezz tal-Programm f'oqsma ta' interess reċiproku, iżda m' għandhomx jinvolvu kontribut finanzjarju taħt il-Programm. |
|
(33) |
Huwa xieraq li tiġi żviluppata kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b'mod partikolari l-WHO, kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, bil-ħsieb li jiġi implimentat il-Programm permezz tal-massimizzazzjoni ta' l-effettività u l-effiċjenza ta' azzjonijiet marbuta mas-saħħa fuq livell Komunitarju u internazzjonali, filwaqt li jittieħed kont tal-kapaċitajiet u r-rwoli partikolari ta' l-organizzazzjonijiet differenti. |
|
(34) |
L-implimentazzjoni b'suċċess ta' l-għanijiet taħt il-Programm għandha tiġi bbażata fuq kopertura tajba tal-kwistjonijiet inklużi fil-pjanijiet ta' ħidma annwali, l-għażla ta' azzjonijiet adatti u finanzjament ta' proġetti, li lkoll fihom proċess xieraq ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, u monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, inkluż evalwazzjonijiet esterni indipendenti, li għandhom iqisu l-impatt ta' l-azzjonijiet u juru l-kontribut tagħhom għall-għanijiet globali tal-Programm. L-evalwazzjoni tal-Programm għandha tieħu kont tal-fatt li l-kisba ta' l-għanijiet tal-Programm jistgħu jeħtieġu tul ta' żmien itwal mill-perijodu tal-Programm. |
|
(35) |
Il-pjanijiet ta' ħidma annwali għandhom ikopru l-attivitajiet prinċipali previsti biex jiġu ffinanzjati mill-Programm permezz tal-mekkaniżmi differenti kollha ta' finanzjament, inkluż sejħiet għal offerti. |
|
(36) |
Peress li l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali tal-kwistjonijiet involuti, u għalhekk jistgħu, minħabba l-potenzjal għal azzjoni Komunitarja li jkunu aktar effiċjenti u effettivi minn azzjoni nazzjonali waħedha fil-ħarsien tas-saħħa u tas-sikurezza taċ-ċittadini, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(37) |
Skond l-Artikolu 2 tat-Trattat, li jipprovdi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hu prinċipju tal-Komunità, u skond l-Artikolu 3(2) tiegħu, li jipprovdi li l-Komunità għandha timmira li tneħħi l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet Komunitarji kollha inkluż il-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa, l-għanijiet u l-azzjonijiet kollha koperti mill-Programm jikkontribwixxu għal promozzjoni ta' fehim u għarfien aħjar tal-ħtiġijiet tan-nisa u ta' l-irġiel rispettivament u l-approċċi lejn is-saħħa. |
|
(38) |
Hu xieraq li tiġi żgurata transizzjoni xierqa bejn il-Programm u l-programm preċedenti li jibdlu, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontinwità ta' arranġamenti pluriennali għat-tmexxija tiegħu, bħal finanzjament ta' assistenza teknika u amministrattiva. Mill-1 ta' Jannar 2014, l-approprjazzjoni ta' assistenza teknika u amministrattiva għandhom ikopru, jekk meħtieġ, l-infiq relatat mat-tmexxija ta' azzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx iffinalizzati sa l-aħħar ta' l-2013. |
|
(39) |
Din id-Deċiżjoni tieħu post id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE. Dik id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi mħassra. |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-istabbiliment tal-Programm
It-tieni Programm ta' “azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013)” li jkopri l-perijodu minn … (10) sal-31 ta' Diċembru 2013 (minn issa 'l quddiem “il-Programm”) huwa b'dan stabbilit.
Artikolu 2
Miri u għanijiet
1. Il-Programm għandu jikkomplementa, jappoġġa u jżid valur lil-linji politiċi ta' l-Istati Membri u jikkontribwixxi għal solidarjetà u prosperità akbar fl-Unjoni Ewropea bil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza u t-titjib tas-saħħa pubblika.
2. L-għanijiet li għandhom jiġu segwiti tul l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu:
|
— |
It-titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; |
|
— |
Il-promozzjoni tas-saħħa; |
|
— |
Il-ħolqien u t-tixrid ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa. |
L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, fejn xieraq, jappoġġaw il-prevenzjoni ta' mard prinċipali u jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' l-inċidenza tagħhom kif ukoll għall-morbożità u l-mortalità kkawżata minnhom.
Artikolu 3
Finanzjament
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1 huwa hawn stabbilit għal EUR 365 600 000.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 4
Kontributi finanzjarji
1. Kontributi finanzjarji mill-Komunità m'għandhomx jeċċedu l-livelli li ġejjin:
|
(a) |
60 % ta' l-ispejjeż għal azzjoni maħsuba biex tgħin sabiex jintlaħaq għan li jagħmel parti mill-Programm, minbarra f'każijiet ta' utilità eċċezzjonali fejn il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż it-80 %; u |
|
(b) |
60 % ta' l-ispejjeż għall-operat ta' korp mhux governattiv jew netwerk speċjalizzat, mhux għall-profitt u huwa indipendenti mill-industrija, l-interessi kummerċjali u ta' negozju jew interessi oħrajn li joħolqu kunflitt, għandu membri mill-inqas f'nofs l-Istati Membri, b'kopertura ġeografika bilanċjata, u jsegwi għan wieħed jew aktar tal-Programm bħala l-mira primarja tiegħu, fejn tali appoġġ huwa meħtieġ għat-twettiq ta' dawk l-għanijiet. Fil-każijiet ta' utilità eċċezzjonali, il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż it-80 %. |
2. It-tiġdid ta' kontributi finanzjarji stipulat fil-paragrafu 1(b) lill-korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati jista' jiġi eżentat mill-prinċipju ta' tnaqqis gradwali.
3. Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità jistgħu, fejn jixraq, minħabba n-natura ta' l-għan li għandu jinkiseb, jinkludu finanzjament konġunt mill-Komunità u Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra. F' dan il-każ, il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż il-50 %, ħlief f'każijiet ta' utilità eċċezjonali, fejn il-kontribut Komunitarju m'għandux jaqbeż is-70 %. Dawn il-kontributi Komunitarji jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp li ma joperax bi qligħ magħżula permezz ta' proċedura trasparenti mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u bil-qbil tal-Kummissjoni.
4. Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità jistgħu wkoll jingħataw fil-forma ta' somma globali u finanzjament b'rata fissa fejn dan jaqbel għan-natura ta' l-azzjonijiet ikkonċernati. Għal kontributi finanzjarji bħal dawn il-limiti perċentwali stipulati fil-paragrafi 1 u 3 m'għandhomx japplikaw, minkejja li xorta waħda jinħtieġ ko-finanjzament.
Artikolu 5
Assistenza teknika u amministrattiva
1. L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż relatati ma' attivitajiet ta' tħejjija, superviżjoni, kontroll, verifika u valutazzjoni, meħtieġa direttament għat-tmexxija tal-Programm u t-twettiq ta' l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat, azzjonijiet ta' tagħrif u pubblikazzjoni, spejjeż marbuta ma' netwerks ta' l-informatika li jiffokaw fuq l-iskambju ta' tagħrif, flimkien ma' kull spiża ta' assistenza teknika u amministrattiva oħra li l-Kummissjoni tista' tirrikorri għaliha għat-tmexxija tal-Programm.
2. L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll l-ispejjeż ta' l-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skond id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE. Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu ma jiddaħħlux fil-baġit lil hinn mill-2013 biex jiġu koperti spejjeż simili, sabiex jippermettu t-tmexxija ta' azzjonijiet li jkunu għadhom ma ntemmewx sal-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 6
Metodi ta' implimentazzjoni
Azzjonijiet sabiex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jużaw bis-sħiħ il-metodi xierqa disponibbli ta' l-implimentazzjoni, inklużi partikolarment:
|
(a) |
implimentazzjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni fuq bażi ċentralizzata; u |
|
(b) |
ġestjoni konġunta ma' għaqdiet internazzjonali, fejn xieraq. |
Artikolu 7
Implimentazzjoni tal-Programm
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, ta' l-azzjonijiet u l-miżuri stipulati fil-Programm skond l-Artikoli 3 u 8.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, fl-oqsma ta' kompetenza rispettiva tagħhom, biex tiġi żgurata t-tmexxija effiċjenti tal-Programm u biex jiġu żviluppati mekkaniżmi fil-livell tal-Komunità u ta' l-Istati Membri biex jinkisbu l-għanijiet tal-Programm. Huma għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta l-informazzjoni adatta dwar l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm u li tinkiseb il-parteċipazzjoni adatta.
3. Għall-kisba ta' l-għanijiet tal-Programm, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri ser:
|
(a) |
tfittex li tikseb il-komparabbiltà tad-data u l-informazzjoni, u l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tas-sistemi u n-netwerks għall-iskambju ta' data u informazzjoni dwar is-saħħa; u |
|
(b) |
tiżgura l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni meħtieġa maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u aġenziji Ewropej rilevanti oħrajn sabiex tagħmel l-aħjar użu mill-fondi Komunitarji. |
4. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tad-data personali u, fejn xieraq, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konfidenzjalità u s-sikurezza ta' tali data.
Artikolu 8
Miżuri ta' implimentazzjoni
1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni marbuta mal-kwistjonijiet t'hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2):
|
(a) |
il-pjan ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm, li jistabbilixxi:
|
|
(b) |
kriterji ta' għażla, għoti u kriterji oħrajn għall-kontribut finanzjarju għall-azzjonijiet tal-Programm koperti bl-Artikolu 4. |
2. Kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3).
Artikolu 9
Strateġiji u azzjonijiet konġunti
1. Sabiex jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u attivitajiet Komunitarji kollha u sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni tal-politika tas-saħħa f'politika oħra, l-għanijiet tal-Programm jistgħu jiġu implimentati bħala strateġiji konġunti u azzjonijiet konġunti billi jinħolqu rabtiet mal-Programmi, azzjonijiet u fondi Komunitarji rilevanti.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sinerġija ottimali tal-Programm ma' programmi, azzjonijiet u fondi Komunitarji oħrajn.
Artikolu 10
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 11
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta':
|
a) |
pajjiżi EFTA/ŻEE skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE; u |
|
(b) |
pajjiżi terzi, partikolarment pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika ta-Viċinat Ewropew, pajjiżi applikanti, kandidati jew li ser jaderixxu ma' l-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi Balkani tal-punent inklużi fil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim bilaterali jew multilateral rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji. |
Artikolu 12
Kooperazzjoni internazzjonali
Matul l-implimentazzjoni tal-Programm, relazzjonijiet u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li mhumiex jieħdu sehem fil-Programm u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari d-WHO, għandhom jiġu mħeġġa.
Artikolu 13
Monitoraġġ, evalwazzjoni u tixrid tar-riżultati
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet tal-Programm fid-dawl ta' l-għanijiet tiegħu. Hi għandha tirrapporta lill-Kumitat kull sena dwar l-azzjonijiet u l-proġetti kollha ffinanzjati permezz tal-Programm, u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informati.
2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, li għandha tevita żieda disproporzjonata fil-piż amministrattiv ta' l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jissottomettu kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:
|
(a) |
mhux aktar tard minn … (11) rapport ta' evalwazzjoni interim estern u indipendenti dwar ir-riżultati miksuba fir-rigward ta' l-għanijiet tal-Programm u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll il-konsistenza u l-komplimentarjetà tiegħu ma' programmi, azzjonijiet u fondi Komunitarji rilevanti oħrajn. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni ta' l-impatt tal-miżuri fuq il-pajjiżi kollha. Ir-rapport għandu jkun fih sommarju tal-konklużjonijiet ewlenin u għandu jkun akkompanjat b'rimarki mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
mhux aktar tard minn … (12), Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-Programm; |
|
(ċ) |
mhux aktar tard mill-31 ta Diċembru 2015, rapport ta' evalwazzjoni ex-post estern u indipendenti li jkopri l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm. |
4. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-riżultati ta' l-azzjonijiet meħuda skond din id-Deċiżjoni u għandha tiżgura t-tixrid tagħhom.
Artikolu 14
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE għandha tkun imħassra.
Artikolu 15
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(2) ĠU C 192, 16.8.2006, p. 8.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Marzu 2006 (ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 372), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2007 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-… (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).
(5) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(6) Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39).
(7) ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 184,17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(10) Id-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
(11) Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
(12) Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
ANNESS
AZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(2)
|
1. |
Titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini |
|
1.1. |
Protezzjoni taċ-ċittadini kontra t-theddid għas-saħħa |
|
1.1.1. |
L-iżvilupp ta' strateġiji u mekkaniżmi għall-prevenzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni dwar u r-rispons għat-theddid tas-saħħa minn mard li jittieħed u minn dak li ma jitteħidx, u theddid tas-saħħa minn sorsi fiżiċi, kimiċi jew bioloġiċi, li jinkludu atti ta' rilaxx deliberat; it-teħid ta' azzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni dijanjostika ta' kwalità għolja bejn il-laboratorji ta' l-Istati Membri; l-appoġġ għall-ħidma ta' laboratorji eżistenti li jwettqu ħidma b'rilevanza għall-Komunità; il-ħidma dwar l-istabbiliment ta' netwerk ta' laboratorji ta' referenza Komunitarji. |
|
1.1.2. |
L-appoġġ għall-iżvilupp ta' linji politiċi ta' prevenzjoni, tilqim u immunizzazzjoni; titjib tas-sħubiji, netwerks, għodod u sistemi ta' rappurtaġġ dwar l-istatus ta' immunizzazzjoni u monitoraġġ ta' ġrajjiet avversi. |
|
1.1.3. |
L-iżvilupp tal-kapaċità u l-proċeduri ta' ġestjoni ta' riskju; it-titjib tat-tħejjija u l-ippjanar għall-emerġenzi tas-saħħa, inkluż it-tħejjija ta' reazzjonijiet koordinati internazzjonali u ta' l-UE għall-emerġenzi tas-saħħa; l-iżvilupp ta' proċeduri ta' komunikazzjoni ta' riskju u ta' konsultazzjoni dwar kontro-miżuri. |
|
1.1.4. |
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u t-titjib tal-kapaċità u l-assi ta' reazzjoni eżistenti, li jinkludu tagħmir protettiv, faċilitajiet ta' iżolazzjoni u laboratorji mobbli biex jiġu skjerati b'mod rapidu f'emerġenzi. |
|
1.1.5. |
L-iżvilupp ta' strateġiji u proċeduri għat-tfassil, it-titjib tal-kapaċità ta' intervent, it-twettiq ta' eżerċizzji u testijiet, il-valutazzjoni u r-reviżjoni ta' pjanijiet ta' kontinġenza ġenerali u ta' pjanijiet speċifiċi ta' emerġenzi tas-saħħa u l-interoperabbiltà tagħhom bejn l-Istati Membri. |
|
1.2. |
Titjib tas-sigurtà taċ-ċittadini |
|
1.2.1. |
L-appoġġ u t-titjib tal-konsulenza xjentifika u l-valutazzjoni tar-riskji permezz tal-promozzjoni ta' l-identifikazzjoni bikrija tar-riskji; l-analiżi ta' l-impatt potenzjali tagħhom; l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-perikolu u l-espożizzjoni; u t-trawwim ta' approċċi integrati u armonizzati. |
|
1.2.2. |
L-għajnuna sabiex jissaħħu s-sigurtà u l-kwalità ta' organi u sustanzi ta' oriġini umana, demm u derivati tad-demm; il-promozzjoni tad-disponibbiltà, l-intraċċar u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-użu mediku filwaqt li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri kif imniżżla fl-Artikolu 152(5) tat-Trattat. |
|
1.2.3. |
Il-promozzjoni ta' miżuri biex tittejjeb is-sigurtà tal-pazjenti permezz ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u sigura, inkluż rigward ir-reżistenza għal antibijotiċi u infezzjonijiet li jittieħdu mill-isptar. |
|
2. |
Il-promozzjoni tas-saħħa |
|
2.1. |
It-trawwim ta' stil ta' ħajja aktar san u għajnuna biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa |
|
2.1.1. |
Il-promozzjoni ta' inizjattivi biex jiżdiedu s-snin ta' ħajja sana u l-promozzjoni ta' xjuħija sana; is-sostenn ta' miżuri għall-promozzjoni u esplorazzjoni ta' l-impatt tas-saħħa fuq il-produttività u l-parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol bħala kontribut lejn it-twettiq tal-miri ta' Lisbona; miżuri ta' sostenn biex jiġu studjat l-impatt tas-saħħa ta' linji politiċi oħrajn. |
|
2.1.2. |
L-appoġġ għal inizjattivi li jidentifikaw il-kawżi ta', jindirizzaw u jnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fi ħdan u bejn l-Istati Membri, inklużi dawk dwar id-differenzi bejn is-sess sabiex jikkontribwixxu għall-prosperità u l-koeżjoni; il-promozzjoni ta' investiment fis-saħħa f'kooperazzjoni ma' linji politiċi u Fondi Komunitarji oħrajn; it-titjib tas-solidarjetà bejn sistemi nazzjonali tas-saħħa billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' kura transkonfini. |
|
2.2. |
Il-promozzjoni ta' mod ta' ħajja aktar sana u t-tnaqqis ta' mard u korrimenti maġġuri billi jiġu ttrattati l-fatturi determinanti tas-saħħa |
|
2.2.1. |
L-indirizzar ta' fatturi determinanti tas-saħħa għall-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa fiżika u mentali, il-ħolqien ta' ambjenti ta' sostenn għal stili ta' ħajja sani u l-prevenzjoni ta' mard; it-teħid ta' azzjoni fuq fatturi ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika u s-saħħa sesswali, u dwar fatturi determinanti marbuta mal-vizzji bħat-tipjip, l-alkoħol u d-drogi, b'iffokar fuq ambjenti ewlenin bħall-edukazzjoni u l-post tax-xogħol u ċ-ċiklu ta' matul il-ħajja. |
|
2.2.2. |
Il-promozzjoni ta' azzjonijiet dwar il-prevenzjoni ta' mard maġġuri ta' importanza partikolari minħabba fil-piż ġenerali tal-mard fil-Komunità, u dwar mard rari, fejn azzjoni Komunitarja tista' tipprovdi valur miżjud sinifikanti lill-isforzi nazzjonali billi tittratta l-fatturi tagħhom. |
|
2.2.3. |
Azzjoni ta' sostenn fuq l-effetti tas-saħħa ta' fatturi ambjentali u soċjo-ekonomiċi aktar mifruxa. |
|
2.2.4. |
Il-promozzjoni ta' azzjonijiet għat-tnaqqis ta' inċidenti u korrimenti. |
|
3. |
Il-ħolqien u t-tixrid ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa |
|
3.1. |
L-iskambju ta' għarfien u l-aħjar prattika |
|
3.1.1. |
L-iskambju ta' għarfien u l-aħjar prattika dwar kwistjonijiet ta' saħħa fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm. |
|
3.2. |
Ġbir, analiżi u tixrid ta' informazzjoni dwar is-saħħa |
|
3.2.1. |
L-iżvilupp ulterjuri ta' sistema ta' monitoraġġ tas-saħħa sostenibbli b'mekkaniżmi għal ġbir ta' data u informazzjoni, b'indikaturi adatti; il-ġabra ta' data dwar l-istatus u l-linji politiċi tas-saħħa; l-iżvilupp, mal-Programm Komunitarju ta' l-Istatistika, ta' l-element statistiku ta' din is-sistema. |
|
3.2.2. |
L-iżvilupp ta' mekkaniżmi għall-analiżi u t-tixrid, li jinkludu rapporti Komunitarji tas-saħħa, il-Portal tas-Saħħa u l-konferenzi; il-forniment ta' tagħrif liċ-ċittadini, lill-partijiet konċernati u lil dawk li jfasslu l-linji politiċi, l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u l-proċessi ta' parteċipazzjoni; ir-rapporti regolari dwar l-Istatus tas-Saħħa fl-Unjoni Ewropea msejjes fuq id-data u l-indikaturi kollha, inkluża analiżi kwalitattiva u kwantitattiva. |
|
3.2.3. |
Il-Provvista ta' Analiżi u għajnuna teknika għall-iżvilupp jew implimentazzjoni ta' politika jew leġiżlazzjoni relatati mal-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm. |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. DAĦLA
|
1. |
Fil-15 ta' April 2005, il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew proposta (1) għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa u l-protezzjoni tal-Konsumatur 2007-2013. |
|
2. |
L-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni ġew adottati rispettivament fl-14-15 ta' Frar 2006 (2) u fis-16 ta' Frar 2006 (3), filwaqt li l-Opinjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew ġiet adottata fis-16 ta' Marzu 2006 (4). |
|
3. |
Wara l-adozzjoni fis-17 ta' Mejju 2006 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (inkluż il-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013), il-Kummissjoni ssottomettiet fid-29 ta' Mejju 2006 proposta emendata (5) (minn issa “l quddiem tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa Pubblika”) li inkorporat numru ta' emendi mill-Parlament Ewropew, b'mod partikolari dwar id-diviżjoni tal-proposta f'żewġ programmi separati (wieħed fil-qasam tas-saħħa u wieħed fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur), kif ukoll l-allokazzjonijiet riveduti tal-baġit. |
|
4. |
Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat. |
II. OBJETTIV
It-tieni Programm fil-qasam tas-Saħħa Pubblika għall-perijodu 2007-2013 għandu jissostitwixxi l-programm attwali stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE (6).
L-objettivi prinċipali tat-tieni Programm tas-Saħħa Pubblika huma li:
|
— |
tittejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadin; |
|
— |
tiġi promossa s-saħħa; u |
|
— |
tiġi ġenerata u mxerrda informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa. |
Dawn l-objettivi ser jiġu segwiti permezz ta' l-azzjonijiet elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni li tirrappreżenta kontinwazzjoni fir-rigward tal-programm attwali, waqt li fl-istess ħin jiġu addattati għal kwistjonijiet strateġiċi ġodda, bħall-ħtieġa li tiġi promossa l-anzjanità sana, jiġi indirizzat aktar in-nuqqas ta' ugwaljanza fis-saħħa u jittejbu t-tħejjija u l-ippjanar għal emerġenzi tas-saħħa.
Prijoritajiet u azzjonijiet konkreti, kif ukoll aspetti oħra ta' l-implimentazzjoni tal-programm (eż. allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji, kriterji ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni għal kontribuzzjonijiet finanzjarji, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji u l-azzjonijiet konġunti), ser jiġu deċiżi fil-pjanijiet ta' ħidma annwali b'konsultazzjoni mal-Kumitat ta' ġestjoni tal-programm. L-objettivi ġenerali tal-Programm ta' Saħħa Pubblika jippermettu li jiġu ttrattati kwistjonijiet emerġenti ġodda matul il-perijodu ta'implimentazzjoni tiegħu, jekk dan ikun meħtieġ.
L-ammont totali tal-baġit allokat għall-programm huwa ta' EUR 365,6 miljun fi prezzijiet kurrenti.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
1. Kummenti ġenerali
In ġenerali, il-Kunsill segwa l-Opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew li ġiet inkorporata fil-biċċa l-kbira tagħha fil-proposta emendata tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-Kunsill qabel li l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tinqasam f'żewġ programmi separati (wieħed fil-qasam tas-saħħa u l-ieħor fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur). Il-Kunsill qabel ma' l-allokazzjonijiet baġitarji riveduti kif imsemmija fis-sezzjoni II ta' hawn fuq u il huma imniżżla fil-Ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Għandu jiġi nnotat li l-Opinjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew ġiet adottata fis-16 ta' Marzu 2006, jiġifieri qabel il-ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.
2. Emendi tal-Parlament Ewropew
Fil-vot tal-plenarja tiegħu fis-16 ta' Marzu 2006, il-Parlament Ewropew adotta 145 Emenda għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Il-maġġoranza ta' dawn l-emendi ġew integrati fil-proposta emendata tal-Kummissjoni, li fir-rigward tagħha l-Kunsill aċċetta emendi ulterjuri fil-pożizzjoni Komuni tiegħu.
Il-Kunsill:
|
(a) |
Introduċa fil-pożizzjoni komuni 22 Emenda relatati mad-diviżjoni tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni f'żewġ programmi separati, kif ġej:
|
|
(b) |
ma aċċettax l-Emenda 113 b'riżultat tan-numru mnaqqas ta' azzjonijiet fil-proposta emendata tal-Kummissjoni. |
|
(ċ) |
Introdotta fil-pożizzjoni komuni 91 Emendi li ma kinux relatati mad-diviżjoni tal-proposta kif ġej:
|
|
(d) |
Ma inkorporax 26 Emenda (5, 11, 12, 32, 33, 51, 54, 58, 65, 68, 82, 83, 87, 95, 96, 102, 103, 105, 122, 128, 130, 131, 145, 148, 152 u 153) fil-pożizzjoni komuni. Il-Kunsill ma jistax jaċċetta l-ħames emendi li ġejjin minħabba kostrizzjonijiet relatati mar-riżorsi wara l-adozzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006: 64, 97, 114, 127 u 129. |
IV. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill jikkunsidra li l-pożizzjoni komuni tiegħu, li tinkorpora l-Emendi msemmija fit-Taqsimiet III.2 (a) u (ċ), tieħu kont sew ta' l-Opinjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew.
Il-pożizzjoni komuni tirrappreżenta bilanċ ta' tħassib u interessi li jiżgura li l-objettivi tal-programm jistgħu jiġu implimentati permezz ta' numru aktar ristrett ta' azzjonijiet u strumenti kif ukoll metodi u proċeduri aktar preċiżi li ġew reformulati b'mod konformi ma' l-Opinjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u l-proposta emendata tal-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni ser ittejjeb l-effettività ta' l-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika u tqajjem kuxjenza dwar l-istat tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk tikkontribwixxi għat-titjib u l-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 172, 12.7.2005, p. 25.
(3) ĠU C 192, 16.8.2006, p. 8.
(4) 7537/06.
(5) 9905/06.
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 103/26 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 6/2007
adottata mill-Kunsill fit-22 ta' Marzu 2007
bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament (KE) Nru …/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u ta' l-enerġija
(2007/C 103 E/03)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 li sar f'Barċellona fil-konklużjonijiet tiegħu ssottolinja li netwerks b'saħħithom u integrati ta' l-enerġija u tat-trasport huma l-pedament tas-suq intern Ewropew u li użu aħjar tan-netwerks eżistenti u t-tlestija ta' konnessjonijiet neqsin ser jippermettu li jiżdiedu l-effettività u l-kompetittività u li jiġu garantiti livell xieraq ta' kwalità u tnaqqis fil-punti ta' saturazzjoni u, għalhekk, vijabbiltà aħjar fit-tul taż-żmien. Dawn il-ħtiġiet jaqgħu fil-qafas ta' l-istrateġija adottata mill-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet fil-Kunsill Ewropew tat-23 u t-24 ta' Marzu 2000 li sar f'Lisbona, li ġiet imsemmija regolarment minn dakinhar. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew tat-12 u t-13 ta' Diċembru 2003 li sar fi Brussel approva azzjoni Ewropea għat-tkabbir, u għamel sejħa lill-Kummissjoni biex tagħti direzzjoni ġdida lill-infiq, jekk meħtieġ, lejn investimenti f'kapital fiżiku, b'mod partikolari investimenti fl-infrastruttura tan-netwerks trans-Ewropej, li l-proġetti prijoritarji tagħhom jirrappreżentaw elementi essenzjali għat-tisħiħ tal-koeżjoni tas-suq intern. |
|
(3) |
Id-dewmien fit-tlestija ta' konnessjonijiet trans-Ewropej effettivi, b'mod partikolari it-taqsimiet transkonfinali, x'aktarx ikun ta' żvantaġġ serju għall-kompetittività ta' l-Unjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni periferali li ma jkunux jistgħu, jew ma jibqgħux jistgħu, japprofittaw bis-sħiħ mill-effetti pożittivi tas-suq intern. |
|
(4) |
Fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (3), l-ispiża biex jitlesta n-netwerk trans-Ewropew tat-trasport bejn l-2007 u l-2020, kienet stmata għal EUR 600 biljun. L-investimenti meħtieġa għall-proġetti prijoritarji skond it-tifsira ta' l-Anness III għal dik id-Deċiżjoni waħedhom jirrappreżentaw kważi EUR 160 biljun għall-perijodu 2007-2013. |
|
(5) |
Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ressqu 'l quddiem il-ħtieġa li l-istrumenti finanazjarji eżistenti jiġu msaħħa u adattati permezz ta' żieda fil-livell ta' ko-finanzjament Komunitarju, billi jsiru dispożizzjonijiet għall-possibbiltà li tiġi applikata rata ogħla ta' ko-finanzjament Komunitarju, b'mod partikolari għal proġetti kkaratterizzati minn natura transkonfinali tagħhom, mill-funzjoni tagħhom ta' transitu, jew minħabba li jaqsmu ostakoli naturali. |
|
(6) |
Skond il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-promozzjoni tat-trasport bil-passaġġi ta' l-ilma interni “NAIADES” u b'kunsiderazzjoni tan-natura sostenibbli tal-passaġġi ta' l-ilma interni, il-proġetti ta' passaġġi ta' l-ilma interni għandhom jingħataw attenzjoni speċjali. |
|
(7) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar l-isfidi politiċi u l-mezzi baġitarji ta' l-Unjoni mkabbra għall-2007-2013 (4), il-Parlament Ewropew issottolinja l-importanza strateġika tan-netwerks tat-trasport għat-tlestija tas-suq intern u għal relazzjonijiet eqreb ma' pajjiż kandidati, pre-kandidati u maċ-“ċirku ta' ħbieb”. Barra minn hekk, huwa esprima wkoll ir-rieda tiegħu li jeżamina strumenti ta' finanzjament innovattivi, bħal garanziji għal self, konċessjonijiet Ewropej, self Ewropew u fond li jtaffi l-interessi. |
|
(8) |
Bl-ammonti allokati għan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport u l-enerġija (minn hawn 'il quddiem “TEN-T” u “TEN-E”) skond il-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013, huwa impossibbli li jintlaħqu l-ħtiġijiet kollha li joħorġu mill-implimentazzjoni tal-prijoritajiet imniżżlin fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE għat-TEN-T u d-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE (5) għat-TEN-E. Għalhekk huwa xieraq, sabiex jiġu kkomplimentati s-sorsi nazzjonali ta' finanzjament, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li dawn ir-riżorsi jiġu ffokati fuq ċerti kategoriji ta' proġetti li jagħtu l-akbar valur miżjud għan-netwerks globalment, b'mod partikolari it-taqsimiet transkonfinali, inklużi t-toroq tal-baħar, u l-proġetti mmirati lejn it-tneħħija ta' punti ta' konġestjoni, bħal ostakoli naturali, sabiex tiġi garantita l-kontinwità ta' l-infrastruttura tat-TEN-T u tat-TEN-E. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni koordinata ta' ċerti proġetti, il-Koordinaturi Ewropej jistgħu jiġu magħżulin skond l-Artikolu 17a tad-Deċiżjoni Nru 1692/1996/KE. |
|
(9) |
B'kont meħud li l-investiment tat-TEN-T li fadal fi proġetti prijoritarji hu stmat madwar EUR 250 biljun u li l-ammont ta' referenza finanzjarja Ewropea ta' EUR 8 013 miljun għat-trasport għall-perijodu 2007-2013, jirrappreżenta biss parti żgħira tal-baġit meħtieġ għat-tlestija tal-proġetti prijoritarji, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Koordinaturi Ewropej fejn dawn ġew maħtura, twettaq azzjonijiet ta' appoġġ u tikkoordina l-isforzi ta' l-Istati Membri biex jiġi ffinanzjat u jitlesta it-TEN-T ippjanat f'konformità ma' l-iskeda stabbilita. Il-Kummissjoni għandha timplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-koordinaturi Ewropej imsemmija fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE. Il-Kummissjoni għandha tistudja wkoll u timmira li ssolvi, flimkien ma' l-Istati Membri, il-problema finanzjarja fit-tul taż-żmien tal-bini u t-tħaddim tat-TEN-T kollu, filwaqt li tqis li l-perijodu ta' bini jieħu mill-inqas żewġ perijodi baġitarji ta' seba' snin u li l-ħajja mistennija ta' l-infrastruttura l-ġdida hija mill-inqas mitt sena. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tidentifika l-objettivi, il-prijoritajiet għal azzjoni u l- proġetti ta' interess komuni biex jissupplimentaw u jiżviluppaw it-TEN-E, inklużi l-proġetti prijoritarji, u tassenja l-prijorità xierqa lil proġetti dikjarati li għandhom interess Ewropew. L-investimenti meħtieġa biex ikun possibbli li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem sħiħ fis-suq intern u biex jiġu jitlestew interkonnessjonijiet ma' pajjiżi ġirien huma ta' madwar EUR 28 biljun bejn l-2007 u l-2013 għall-proġetti prijoritarji biss. |
|
(11) |
Il-Kunsill Ewropew tat-12 u t-13 ta' Diċembru 2003 għamel ukoll sejħa lill-Kummissjoni biex tkompli tistudja l-ħtieġa li jinħoloq strument ta' garanzija Komunitarju speċifiku maħsub biex ikopri ċerti riskji ta' wara l-kostruzzjoni fil-qafas tal-proġetti tat-TEN-T. Fir-rigward ta' l-enerġija, il-Kunsill Ewropew għamel sejħa lill-Kummissjoni, biex tagħti direzzjoni ġdida lill-infiq, jekk meħtieġ, lejn investimenti f'kapital fiżiku sabiex jiġi stimulat it-tkabbir. |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta' Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (6) diġà jirrappreżenta progress reali, minħabba li jippermetti rata ta' finanzjament ogħla ta' 20 % għal proġetti dikjarati li għandhom prijorità. Madankollu, għadu jiddependi fuq regoli implimentattivi li jeħtieġu simplifikazzjoni u baġit totali b'riżorsi limitati. Għalhekk jidher li jeħtieġ li finanzjament pubbliku nazzjonali u privat jiġi kkumplimentat billi tiżdied l-għajnuna Komunitarja kemm f'dak li hu l-ammont tagħha kif ukoll f'dawk li huma rati ta' assistenza bil-ħsieb li jissaħħaħ l-effett ta' lieva tal-fondi Komunitarji, u b'hekk ikun possibbli li jitwettqu l-proġetti prijoritarji magħżula. |
|
(13) |
B'dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi stabbilit programm li jiddetermina r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tat-TEN-T u t-TEN-E. Dak il-programm, li għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi Komunitarja, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ambjent, għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-suq intern u jkollu effett stimulanti fuq il-kompetittività tal-Komunità u t-tkabbir fiha. |
|
(14) |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja taħt il-baġit għan-netwerks trans-Ewropej għandha, barra li tiffoka fuq il-proġetti jew partijiet ta' proġetti li jippreżentaw l-akbar valur miżjud Ewropew, tkun tali li tinkoraġġixxi lill-parteċipanti biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-proġetti prijoritarji taħt id-Deċiżjonijiet Nri 1692/96/KE u 1364/2006/KE. Hija għandha tagħmilha wkoll possibbli li jiġu ffinanzjati l-proġetti l-oħra ta' infrastruttura Ewropea ta' interess komuni definiti f'dawk id-deċiżjonijiet. |
|
(15) |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja tingħata bl-għan li tiżviluppa proġetti ta' investiment fit-TEN-T u t-TEN-E, li tipprovdi impenji finanzjarji sodi, li timmobilizza l-investituri istituzzjonali u li tinkoraġġixxi l-formazzjoni ta' sħubiji ta' finanzjament bejn is-setturi pubbliċi u privati. Fis-settur ta' l-enerġija, l-assistenza finanzjarja hija prinċipalment maħsuba biex tgħin biex jingħelbu l-ostakoli finanzjarji li jistgħu jitfaċċaw waqt il-preparazzjoni ta' proġetti u waqt l-iżvilupp ta' qabel il-kostruzzjoni, u għandha tkun ikkonċentrata fuq it-taqsimiet transkonfinali ta' proġetti prijoritarji u fuq l-interkonnessjonijiet ma' pajjiżi ġirien. |
|
(16) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' l-4 ta' Lulju 2005 dwar l-użu tas-sistema Ewropea ta' sinjalazzjoni ferrovjarja ERTMS/ETCS, il-Kummissjoni saħqet fuq l-importanza ta' migrazzjoni mgħaġġla u koordinata lejn dik is-sistema sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tat-TEN-T. Għal dan il-għan, jenħtieġ appoġġ Komunitarju mmirat u temporanju, kemm għat-tagħmir ta' l-art kif ukoll għat-tagħmir abbord. |
|
(17) |
Għal ċerti proġetti, l-Istati Membri konċernati jistgħu jiġu rrappreżentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal ċerti proġetti, il-Kummissjoni tista' tafda l-implimentazzjoni f'idejn impriżi konġunti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn is-sitwazzjonijiet speċjali jeħtieġu estensjoni tal-kunċett ta' benefiċjarju tal-kontribut finanzjarju Komunitarju għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Sabiex twieġeb għar-rekwiżiti speċifiċi ta' kull proġett u żżid l-effiċjenza u l-valur ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, din l-għajnuna jista' jkollha diversi forom: għotjiet għal studji u ħidmiet, għotjiet għal pagamenti ta' disponabbiltà, sussidji fuq ir-rati ta' interessi, garanziji għal self jew parteċipazzjoni f'fondi ta' kapital ta' riskju. Irrispettivament mill-forma tagħha, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) u r-regoli implimentattivi tiegħu, ħlief fejn dan ir-Regolament jitbiegħed espliċitament minn dawk ir-regoli. Il-ħruġ ta' garanziji għal self u l-parteċipazzjoni f'fondi ta' kapital ta' riskju għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-suq u jimmiraw lejn awtofinanzjament fit-tul ta' żmien. |
|
(19) |
Għall-implimentazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju għal proġetti ta' skala kbira fuq diversi snin, huwa rakkomandabbli li jkun permess impenn mill-Komunità fuq bażi pluriennali, li jiddistingwi skond il-proġett iffinanzjat u skond l-approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati kull sena. Huma biss impenji finanzjarji sodi, attraenti u li jorbtu fuq il-Komunità fuq tul ta' żmien li jagħmluha possibbli li jitnaqqsu l-inċertezzi marbuta mat-tlestija ta' dawn il-proġetti u li jimmobbilizzaw investituri kemm pubbliċi kif ukoll privati. Il-proġetti inklużi fil-programm pluriennali jirrappreżentaw l-ogħla prijoritajiet ta' l-iżvilupp tat-TEN-T kif imsemmi fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE u jeħtieġu azzjoni Komunitarja kontinwa biex tiġi żgurata t-tlestija bla xkiel u effiċjenti tagħhom. |
|
(20) |
Huwa xieraq li jiġu inkoraġġuti forom ta' finanzjament pubbliċi-privati, kemm istituzzjonali kif ukoll kuntrattwali, li jkunu taw prova li huma effettivi, permezz ta' garanziji ġuridiċi kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni u s-suq intern, u li tinxtered il-prassi tajba fost l-Istati Membri. |
|
(21) |
Għandha tingħata attenzjoni mill-qrib lil koordinazzjoni effettiva tal-miżuri Komunitarji kollha li għandhom impatt fuq in-netwerks trans-Ewropej, b'mod partikolari l-finanzjament mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta' Koeżjoni u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB). |
|
(22) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu ta' l-implimentazzjoni tiegħu, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, skond il-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar id-dixxiplina tal-baġit u amministrazzjoni finanzjarja tajba (8), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
|
(23) |
Il-mizuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9). |
|
(24) |
Fid-dawl ta' l-iżviluppi ta' kull wieħed mill-komponenti tat-TEN-E u TEN-T u tal-karatteristiċi intrinsiċi tagħhom, u bil-ħsieb ta' ġestjoni aktar effettiva, huwa rakkomandabbli li jiġu previsti diversi Regolamenti separati għall-oqsma koperti s'issa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95. |
|
(25) |
B'dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali għall-għoti ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-TEN-E u TEN-T skond id-dritt u l-linji politiċi Komunitarji rigward, b'mod partikolari, il-kompetizzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent, is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli, l-akkwist pubbliku u l-implimentazzjoni effettiva tal-linji politiċi Komunitarji dwar l-interoperabilità. |
|
(26) |
Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-implimentazzjoni tan-TEN-T u TEN-E ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, u jistgħu, minħabba l-ħtieġa ta' koordinazzjoni ta' miżuri nazzjonali, jintlaħqu b'mod aktar effettiv fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kondizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u ta' l-enerġija, taħt l-Artikolu 155(1) tat-Trattat.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
1) |
“proġett ta' interess komuni” tfisser proġett jew parti minn proġett identifikat li huwa ta' interess komuni għall-Komunità fil-qasam tat-trasport fil-qafas tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE jew fil-qasam ta' l-enerġija fil-qafas tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE; |
|
2) |
“proġett prijoritarju” fil-qasam tat-trasport tfisser proġett ta' interess komuni li jinsab fuq assi jew kwalunkwe proġett ieħor elenkat fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE jew fil-qasam ta' l-enerġija tfisser proġett ta' interess komuni meqjus bħala prijorità għall-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE; |
|
3) |
“proġett ta' Interess Ewropew għall-enerġija” tfisser proġett matur li jkun fuq assi ta' prijorità msemmija fid-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jkun ta' natura transkonfinali jew li jkollu impatt sinifikanti fuq il-kapaċità ta' trasmissjoni transkonfinali. |
|
4) |
“parti ta' proġett” tfisser kwalunkwe attività li hija finanzjarjament, teknikament jew maż-żmien indipendenti u li tikkontribwixxi għat-tlestija ta' proġett; |
|
5) |
“taqsima transkonfinali” tfisser it-taqsimiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 19b tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, u taqsimiet transkonfinali li jiżguraw, permezz ta' Stat terz, il-kontinwità ta' proġett prioritarju bejn żewġ Stati Membri; |
|
6) |
“punt ta' konġestjoni” fil-qasam tat-trasport tfisser ostakli għall-ħeffa u/jew għall-kapaċità, li jagħmluha impossibbli li tiġi garantita l-kontinwità tal-flussi tat-trasport; |
|
7) |
“benefiċjarju” tfisser Stat Membru wieħed jew aktar, organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat, jew impriżi jew korpi pubbliċi jew privati li għandhom ir-responsabbiltà sħiħa għal proġett u li jipproponu li jinvestu fondi tagħhom stess jew fondi fornuti minn partijiet terzi bil-ħsieb li jiġi implimentat proġett; |
|
8) |
“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għall-preparazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' proġett, inkluż studji preparatorji, ta' fattibbiltà, ta' evalwazzjoni u ta' validazzjoni, u kwalunkwe miżura oħra ta' appoġġ tekniku, inklużi azzjonijiet li jsiru qabel biex jiġi definit u żviluppat proġett interament u tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti konċernati u l-preparazzjoni tal-pakkett finanzjarju; |
|
9) |
“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta' komponenti, sistemi u servizzi, it-twettiq ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni u installazzjoni relatati ma' proġett, l-aċċettazzjoni ta' installazzjonijiet u t-tnedija ta' proġett; |
|
10) |
“spiża tal-proġett” tfisser l-ispiża totali a karigu ta' benefiċjarju ta' studji jew xogħlijiet relatati direttament mat-twettiq ta' proġett u meħtieġa għat-twttiq tiegħu; |
|
11) |
“spiża eliġibbli” tfisser il-parti ta' l-ispiża tal-proġett li tiġi kkunsidrata mill- Kummissjoni għall-kalkolu ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja; |
|
12) |
“strument ta' garanzija għal self” tfisser garanzija maħruġa mill-Bank Ewropew għall- Investiment (EIB) favur faċilità ta' likwidità disponibbli mogħtija għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tat-trasport. Din tkopri r-riskji ta' servizz ta' debitu minħabba nuqqasijiet tad-domanda u t-telf ta' dħul li jirriżulta u li ma jkunx imbassar waqt il-perijodu tat-tħaddim inizjali tal-proġett. L-istrument ta' garanzija għal self huwa użat biss għal proġetti li l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom tkun ibbażata, interament jew parzjalment, fuq dħul, ħlasijiet għall-użu tat-toroq jew dħul ieħor imħallas minn jew f'isem l-utenti jew il-benefiċjarji; |
|
13) |
“skemi ta' pagament għal disponibbiltà” tfisser skemi ta' finanzjament għal proġetti ta' infrastruttura, mibnija u mħaddma minn investitur privat li jirċievi pagamenti perijodiċi wara l-fażi tal-kostruzzjoni għas-servizz ta' infrastruttura provdut. Il-livell tal-pagament jiddependi minn kemm jintlaħqu l-livelli ta' prestazzjoni miftiehma bil-kuntratt. Il-pagamenti għal disponibbiltà jitwettqu tul iż-żmien kollu ta' kuntratt bejn l-awtorità li tagħti l-kuntratt u min jippromwovi l-proġett u jservu biex ikopru l-ispejjeż ta' kostruzzjoni, l-ispejjeż ta' finanzjament, l-ispejjeż taż-żamma u l-ispejjeż operattivi. |
KAPITOLU II
PROĠETTI ELIĠIBBLI, FOROM U METODI TA' GĦAJNUNA FINANZJARJA, TAĦLIT TAL-FINANZJAMENTI
Artikolu 3
Eliġibiltà tal-proġetti u ta' l-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja Komunitarja
1. Il-proġetti ta' interess komuni biss għandhom ikunu jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja Komunitarja taħt dan ir-Regolament.
L-eliġibbiltà ta' l-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja Komunitarja għal tali proġetti hija kkondizzjonata minn konformità mad-dritt Komunitarju.
2. Fil-qasam tat-trasport biss, l-eliġibbiltà hija wkoll soġġetta għal impenn, mill-applikant għal għajnuna finanzjarja Komunitarja u, fejn xieraq, mill-Istati Membri konċernati, biex isir kontribut finanzjarju għall-proġett ippreżentat, u jekk ikun meħtieġ, jiġu mmobilizzati fondi privati.
3. Il-proġetti relatati mat-trasport li jinvolvu taqsimiet transkonfinali jew parti minn tali taqsimiet għandhom ikunu jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja Komunitarja jekk ikun hemm ftehim bil-miktub bejn l-Istati Membri konċernati jew bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi konċernati relatat mat-twettiq tat-taqsimiet transkonfinali. Eċċezzjonalment, meta proġett ikun meeħtieġ biex joħloq kollegament man-netwerk ta' Stat Membru ġar jew pajjiż terz ġar iżda fil-fatt ma jaqsamx il-fruntiera, il-ftehim bil-miktub imsemmi hawn fuq m'għandux ikun meħtieġ.
Artikolu 4
Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja Komunitarja
L-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew, bil-qbil ta' l-Istati Membri konċernati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, u impriżi jew korpi pubbliċi jew privati.
Il-metodi għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 9(1).
Artikolu 5
Għażla ta' proġetti
1. Proġetti ta' interess komuni għandhom jingħataw għajnuna finanzjarja Komunitarja skond il-kontribut tagħhom għall-objettivi u l-prijoritajiet definiti fil-qafas tad-Deċiżjonijiet Nru 1692/96/KE u 1364/2006/KE.
2. Fil-qasam tat-trasport, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti li ġejjin:
|
(a) |
proġetti prijoritarji; |
|
(b) |
proġetti biex jiġu eliminati punti ta' konġestjoni, b'mod partikolari fil-qafas ta' proġetti prijoritarji; |
|
(ċ) |
proġetti ppreżentati jew appoġġati konġuntament minn mhux inqas minn żewġ Stati Membri, b'mod partikolari dawk li jinvolvu taqsimiet transkonfinali; |
|
(d) |
proġetti li jikkontribwixxu għall-kontinwità tan-netwerk u għall-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tiegħu; |
|
(e) |
proġetti li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità ta' servizz offrut fit-TEN-T u li jippromwovu, inter alia permezz ta' azzjoni relatata ma' l-infrastruttura, is-sigurezza u s-sigurtà ta' l-utenti u li jiżguraw interoperabilità bejn netwerks nazzjonali; |
|
(f) |
proġetti relatati ma' l-iżvilupp u t-tpoġġija fis-seħħ ta' sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku tat-trasport ferrovjarju, tat-triq, ta' l-ajru, tal-baħar, ta' passaġġi ta' l-ilma interni u ta' max-xtut li jassiguraw interoperabilità bejn netwerks nazzjonali; |
|
(g) |
proġetti li jikkontribwixxu għat-tlestija tas-suq intern; u |
|
(i) |
proġetti li jikkontribwixxu għall-bilanċjar mill-ġdid ta' modi ta' trasport favur dawk li l-aktar iħarsu l-ambjent, bħall-passaġġi ta' l-ilma interni; |
3. Fil-qasam ta' l-enerġija, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil proġetti ta' interess Ewropew li jikkontribwixxu għal:
|
(a) |
l-iżvilupp tan-netwerk biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi titnaqqas l-isolazzjoni ta' reġjuni inqas iffavoriti u reġjuni gżejjer tal-Komunità; |
|
(b) |
l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tan-netwerk u t-tlestija tas-suq intern ta' l-enerġija, b'mod partikolari proġetti li jikkonċernaw taqsimiet transkonfinali; |
|
(ċ) |
is-sigurtà tal-provvista ta' enerġija, id-diversifikazzjoni ta' sorsi ta' provvista ta' l-enerġija u, b'mod partikolari, l-interkonnessjonijiet ma' pajjiżi terzi, |
|
(d) |
il-konnessjoni ta' riżorsi ta' enerġija rinovabbli; u |
|
(e) |
is-sigurezza, l-affidibbiltà u l-interoperabilità tan-netwerks interkonnessi. |
4. Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha fost oħrajn, tieħu kont ta':
|
(a) |
il-maturità tal-proġett; |
|
(b) |
l-effett stimulanti ta' intervent Komunitarju fuq finanzjament pubbliku u privat; |
|
(ċ) |
il-validità tal-pakkett finanzjarju; |
|
(d) |
l-effetti soċjo-ekonomiċi; |
|
(e) |
il-konsegwenzi ambjentali; |
|
(f) |
il-ħtieġa li jingħelbu ostakoli finanzjarji; u |
|
(g) |
il-komplessità ta' proġetti, per eżempju dik li tinħoloq minħabba l-ħtieġa li jinqasam ostakolu naturali. |
Artikolu 6
Forom u metodi ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja
1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-proġetti ta' interess komuni tista' tieħu waħda jew iżjed mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
għotjiet għal studji jew xogħlijiet; |
|
(b) |
fil-qasam tat-trasport, għotjiet għal xogħlijiet fil-qafas ta' skemi ta' ħlas għad-disponibbiltà; |
|
(ċ) |
tnaqqis fuq ir-rata ta' interessi fuq self mogħti mill-EIB jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra pubbliċi jew privati; |
|
(d) |
kontribut finanzjarju għall-forniment u l-allokazzjoni ta' kapital għal garanziji li għandhom jinħarġu mill-EIB fuq ir-riżorsi tiegħu nnifsu taħt l-istrument ta' garanzija għal self. Id-dewmien ta' dawn il-garanziji m'għandux jisboq il-5 snin wara d-data li fiha l-proġett jibda jopera. Eċċezzjonalment, f'każijiet debitament iġġustifikati, il-garanzija tista' tingħata għal mhux iżjed minn seba' snin. Il-kontribut mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għall-istrument ta' garanzija għal self ma jistax jaqbeż 500 miljun euro. L-EIB għandu jikkontribwixxi ammont indaqs. L-espożizzjoni Komunitarja għall-istrument ta' garanzija għal self, inklużi ħlasijiet ta' ġestjoni u spejjeż eliġibbli oħra, għandha tiġi limitata għall-ammont tal-kontribut Komunitarju għall-istrument ta' garanzija għal self u m'għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà ulterjuri fuq il-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Ir-riskju residwu li huwa inerenti fl-operazzjonijiet kollha jinġarr mill-EIB. Il-modalitajiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri ewlenin ta' l-istrument ta' garanzija għal self huma stabbiliti fl-anness; |
|
(e) |
parteċipazzjoni f'kapital ta' riskju għal fondi ta' investiment jew impriżi finanzjarji paragunabbli b'fokus prijoritarju fuq il-forniment ta' kapital ta' riskju għal proġetti tan-netwerk trans-Ewropew u li jinvolvi intestiment sostanzjali tas-settur privat; tali parteċipazzjoni f'kapital ta' riskju m' għandiex taqbeż 1 % tar-riżorsi baġitarji stabbiliti fl-Artikolu 18; |
|
(f) |
kontribut finanzjarju lejn l-attivitajiet ta' impriżi konġunti relatati ma' proġett. |
2. L-ammont ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija fil-forom imsemmija fil-paragrafu 1 (a), (b), (ċ) u (f) għandu jieħu kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 u m' għandux jaqbeż ir-rati li ġejjin:
|
(a) |
għal studji: 50 % ta' l-ispiża eleġibbli, irrispettivament mill-proġett ta' interess komuni konċernat; |
|
(b) |
għal xogħlijiet:
|
|
(ċ) |
għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS):
|
|
(d) |
għas-sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku tat-triq, ta' l-ajru, ta' passaġġi ta' l-ilma interni, dak marittimu u ta' max-xtut massimu ta' 20 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tax-xogħlijiet. |
3. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15(2) għandha tadotta l-miżuri implimentattivi għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 (ċ) u (e) ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Għajnuna finanzjarja u strumenti oħra
1. L-operazzjonijiet ta' l-EIB għandhom ikunu kompatibbli ma' l-għoti ta' għajnuna finanzjarja taħt dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkordina u tiżgura l-koerenza tal-proġetti kofinanzjati fil-qafas ta' dan ir-Regolament ma' azzjonijiet relatati li jibbenefikaw minn kontributi u strumenti finanzjarji Komunitarji oħra kif ukoll minn operazzjonijiet ta' l-EIB.
KAPITOLU III
PROGRAMMAR, IMPLIMENTAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 8
Programmi ta' ħidma pluriennali u annwali
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 15(2), għandha tapplika l-kriterji ta' l-Artikolu 5 u l-objettivi u l-prijoritajiet definiti fil-qafas tad-Deċiżjonijiet Nri 1692/96/KE u 1364/2006/KE meta tistabbilixxi programm ta' ħidma pluriennali u annwali.
2. Programm ta' ħidma pluriennali fil-qasam tat-trasport għandu japplika għall-proġetti prijoritarji, u għas-sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku tat-triq, ta' l-ajru, tal-ferrovija, ta' passaġġi ta' l-ilma interni, ta' max-xtut u dak marittimu. L-ammont tal-pakkett finanzjarju għandu jkun bejn 80 % u 85 % tar-riżorsi baġitarji imsemmija fl-Artikolu 18 riservati għat-trasport.
3. Il-programm ta' ħidma annwali fil-qasam tat-trasport għandu japplika l-kriterji għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja għal proġetti ta interess komuni li ma jkunux inklużi fil-programm pluriennali.
4. Il-programm ta' ħidma annwali fil-qasam ta' l-enerġija għandu japplika l-kriterji għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja għal proġetti ta' interess komuni.
5. Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jiġi rivedut, mill-inqas f'nofs iż-żmien, u jekk meħtieġ, jiġi rivedut skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 9
Għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja
1. Wara kull sejħa għal proposti bbażati fuq il-programmi ta' ħidma pluriennali jew annwali msemmija fl-Artikolu 8(1), il-Kummissjoni, li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), għandha tiddeċiedi dwar l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li għandha tingħata lill-proġetti jew lill-partijiet ta' proġetti magħżula. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom.
2. Il-benefiċjarji u l-Istati Membri konċernati għandhom jiġu informati mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe għajnuna finanzjarja li għandha tingħata.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Impenji baġitarji jistgħu jiġu maqsuma f'pagamenti annwali. Kull sena l-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti annwali b'kont meħud ta' l-istat ta' progress tal-proġetti jew il-fażijiet tal-proġetti li jkunu qed jirċievu l-għajnuna finanzjarja, tal-ħtiġijiet stmati u tal-baġit disponibbli.
L-iskeda indikattiva għall-impenn tal-pagamenti annwali individwali għandha tiġi kkomunikata lill-benefiċjarji u lill-Istati Membri konċernati.
2. Għajnuna Komunitarja tista' tkopri biss infiq relatat ma' proġett magħmul mill-benefiċjarji jew minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġett.
L-infiq għandu jkun eliġibbli mid-data li fiha ssir applikazzjoni għal għajnuna. Infiq li jirriżulta minn proġetti inklużi fil-programm pluriennali jista' jkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti, mill-1 ta' Jannar 2007.
Il-VAT m'għandiex tkun spiża eliġibbli, ħlief il-VAT mhux rimborsabbli.
3. Il-pagamenti għandhom isiru f'forma ta' prefinanzjament, li fejn ikun xieraq ikunu maqsuma f'diversi pagamenti, pagamenti intermedjarji u l-pagament tal-bilanċ.
Il-metodi ta' ħlas għandhom jiġu definiti b'tali mod li jittieħed kont b'mod partikolari ta' l-implimentazzjoni pluriennali tal-proġetti ta' infrastruttura.
Il-prefinanzjament, jew fejn xieraq l-ewwel pagament tiegħu, għandu jitħallas meta tingħata l-għajnuna finanzjarja.
Kwalunkwe pagamenti intermedji għandhom isiru abbażi ta' l-applikazzjonijiet għal ħlas, soġġetti għall-konformità ma' l-Artikolu 13.
Il-ħlas tal-bilanċi għandu jsir wara l-aċċettazzjoni tar-rapport finali relatat mal-proġett ppreżentat mill-benefiċjarju u ċċertifikat mill-Istati Membri konċernati. Ir-rapport finali għandu jagħti dettalji b'mod partikolari dwar l-infiq kollu li jkun effettivament sar.
4. Fil-każ ta' skemi ta' pagament għal disponibbiltà, l-ewwel pagament ta' prefinanzjament għandu jsir fi żmien perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin wara l-għoti ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja maċ-ċertifikazzjoni mill-Istati Membri tal-bidu tal-proġett u mal-preżentazzjoni tal-kuntratt rispettiv ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat. Pagamenti ta' prefinanzjament ulterjuri jistgħu jsiru maċ-ċertifikazzjoni mill-Istati Membri tal-progress tal-proġett.
Il-ħlas tal-bilanċ għandu jsir wara l-bidu tal-fażi operattiva tal-proġett mal-verifika tat-twettiq ta' l-infrastruttura, iċ-ċertifikazzjoni mill-Istati Membri li l-ispejjeż mitluba fil-fatt saru u l-prova ta' l-ammont totali ta' pagamenti għal disponibbiltà li jkunu daqs l-ammont ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja.
Fejn l-ebda pagament ma jkun dovut minħabba nuqqas tat-twettiq ta' l-infrastruttura, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-pagamenti ta' prefinanzjament li jkunu saru.
Artikolu 11
Responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jimplimentaw, fl-ambitu tar-responsabbiltà tagħhom, il-proġetti ta' interess komuni li jirċievu għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija taħt dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb il-monitoraġġ tekniku u l-kontroll finanzjarju tal-proġetti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u għandhom jiċċertifikaw ir-realtà u l-konformità tan-nefqa mġarrba fir-rigward ta' proġetti jew partijiet ta' proġetti. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni waqt il-kontrolli fuq il-post.
3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 2 u, b'mod partikolari, għandhom jagħtuha deskrizzjoni tas-sistemi ta' kontroll, ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ stabbiliti biex jiżguraw li l-proġetti jitlestew b'suċċess.
Artikolu 12
Kompatibilità mad-dritt Komunitarju u l-linji politiċi Komunitarji
Proġetti ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jitwettqu f'konformità mad-dritt Komunitarju u għandhom jieħdu kont tal-linji politiċi Komunitarji relevanti, b'mod partikolari dawk dwar il-kompetizzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent, is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli, l-akkwist pubbliku u l-interoperabilità.
Artikolu 13
Tħassir, tnaqqis, sospensjoni u interruzzjoni ta' l-għajnuna
1. Il-Kummissjoni, wara eżami adegwat u wara li tkun informat lill-benefiċjarji u lill-Istati Membri konċernati sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien determinat:
|
(a) |
għandha tħassar, għajr f'każijiet debitament iġġustifikati, għajnuna finanzjarja mogħtija għal proġetti jew partijiet ta' proġetti li ma jkunux inbdew fis-sentejn wara d-data tal-bidu tal-proġett stabbilita fil-kondizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' l-għajnuna; |
|
(b) |
tista' tissospendi, tnaqqas jew tinterrompi l-għajnuna finanzjarja:
|
|
(ċ) |
b'kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha, tista' titlob ir-rimbors ta' l-għajnuna finanzjarja jekk, fi żmien erba' snin mid-data ta' tlestija stabbilita fil-kondizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' l-għajnuna, l-implimentazzjoni tal-proġetti jew parti minn proġett li tkun irċeviet l-għajnuna finanzjarja ma tkunx tlestiet. |
2. Il-Kummissjoni tista' tirkupra l-ammonti kollha jew parti minnhom li jkunu diġà tħallsu:
|
(a) |
fejn meħtieġ, b'mod partikolari wara taħsir, interruzzjoni, jew tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja jew talba għar-rimbors ta' l-għajnuna finanzjarja; jew |
|
(b) |
fil-każ ta' akkumulazzjoni ta' għajnuna Komunitarja għal parti minn proġett. |
Artikolu 14
Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji
1. L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (10).
2. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja jistgħu, b'mod partikolari, jipprovdu għal monitoraġġ u kontrolli finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni — jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha — u għal verifiki li għandhom jitwettqu mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn xieraq fuq il-post.
3. L-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw immedjatament l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandhom japplikaw, b' konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
4. L-EIB għandu jaħtar rappreżentant għall-Kumitat li m'għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.
Artikolu 16
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, assistiti mill-benefiċjarji, jistgħu jwettqu evalwazzjoni tal-metodi ta' twettiq tal-proġetti kif ukoll dwar l-impatt ta' l-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jiġi valutat jekk l-objettivi, inkluż dawk rigward il-ħarsien ta' l-ambjent ikunux intlaħqu.
2. Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru benefiċjarju biex jippreżenta evalwazzjoni speċifika tal-proġetti ffinanzjati taħt dan ir-Regolament jew, fejn xieraq, li jagħtiha l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa biex twettaq evalwazzjoni ta' tali proġetti.
Artikolu 17
Informazzjoni u pubbliċità
1. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna finanzjarja Komunitarja fl-oqsma differenti ta' applikazzjoni fir-rigward ta' l-objettivi oriġinali, kif ukoll kapitolu dwar is-sustanza u l-implimentazzjoni tal-programm pluriennali attwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll tagħrif dwar is-sorsi ta' finanzjament għal kull proġett.
2. L-Istati Membri kkonċernati u, fejn xieraq, il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li tingħata pubbliċità adegwata lill-għajnuna mogħtija taħt dan ir-Regolament sabiex il-pubbliku jkun informat bir-rwol li għandha l-Komunità fl-implimentazzjoni tal-proġetti.
Artikolu 18
Riżorsi baġitarji
1. Il-pakkett finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-perijodu 2007-2013 għandu jkun ta' EUR 8 168 000 000 li minnhom EUR 8 013 000 000 għandhom ikunu għat-TEN-T u EUR 155 000 000 għat-TEN-E.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 19
Klawżola ta' reviżjoni
Qabel tmiem l-2010, il-Kummissjoni għandha tippeżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bil-mekkaniżmi provduti b'dan ir-Regolament għall-għoti ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu skond il-proċedura prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 156 tat-Trattat, għandhom jiddeċiedu jekk, u taħt liema kondizzjonijiet, il-mekkaniżmi pprovduti b'dan ir-Regolament għandhomx jinżammu jew jiġu emendati lil hinn mill-perijodu msemmi fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Azzjonijiet li għaddejjin fil-qasam tat-trasport u ta' l-enerġija fid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu jkunu soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2236/95, fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 234, 22.9.2005, p. 69.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2005 (ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 405), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2007 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-… (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 228, 9.9.1996. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(4) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 373.
(5) Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għan-netwerks ta' l-enerġija trans-ewropej (ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1).
(6) ĠU L 228, 23.9.1995, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1159/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 16).
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(10) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
ANNESS
MODALITAJIET, KONDIZZJONIJIET U PROĊEDURI PRINĊIPALI TA' L-ISTRUMENT TA' GARANZIJA GĦAL SELF MSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1) (d)
L-EIB għandu jkun imsieħeb għall-qsim ta' riskju u għandu jiġġestixxi l-kontribut tal-Komunità għall-istrument ta' garanzija għal self f'isem il-Komunità. Modalitajiet u kondizzjonijiet aktar dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-istrument ta' garanzija għal self, inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti fi ftehima ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-EIB, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness.
|
STRUMENT TA' GARANZIJA GĦAL SELF GĦAL PROĠETTI TA' TRASPORT TEN |
|||||||||||||||||||
|
Kontribut Komunitarju |
|
||||||||||||||||||
|
Kont Fiduċjarju |
|
||||||||||||||||||
|
Użu tal-Kontribut Komunitarju |
L-EIB għandu juża l-Kontribut Komunitarju:
|
||||||||||||||||||
|
Qsim tar-Riskju |
|
||||||||||||||||||
|
Il-garanzija ta' l-EIB |
|
||||||||||||||||||
|
Ipprezzar |
L-ipprezzar ta' garanziji taħt l-istrument ta' garanzija għal self, ibbażat fuq il-marġini ta' riskju u l-kopertura ta' l-ispejjeż amministrattivi kollha relatati mal-proġett ta' l-istrument ta' garanzija, għandu jiġi determinat skond ir-regoli u l-kriterji rilevanti tas-soltu ta' l-EIB. |
||||||||||||||||||
|
Proċedura ta' applikazzjoni |
L-applikazzjonijiet għall-kopertura ta' riskju taħt l-istrument ta' garanzija għal self għandha tiġi indirizzata lill-EIB skond il-proċedura ta' applikazzjoni standard ta' l-EIB. |
||||||||||||||||||
|
Proċedura ta' approvazzjoni |
L-EIB għandu jwettaq id-diliġenza dovuta ta' riskju, finanzjarja, teknika u legali u għandu jiddeċiedi l-ħruġ ta' garanzija taħt l-istrument ta' garanzija għal self skond ir-regoli u l-kriterji tas-soltu tiegħu, inkluż, inter alia, il-kwalità ta' proposti individwali, il-creditworthiness ta' dawk li jissellfu, termini u kondizzjonijiet aċċettabbli u d-domanda tas-suq. |
||||||||||||||||||
|
Tul ta' żmien għall-istrument ta' garanzija għal self |
|
||||||||||||||||||
|
Rappurtar |
`Il-metodi ta' rappurtar annwali dwar l-implimentazzjoni ta' l-istrument ta' garanzija għal self għandu jiġu maqbul bejn il-Kummissjoni u l-EIB. |
||||||||||||||||||
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fl-20 ta' Lulju 2004 l-Kummissjoni bagħtet proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u l-enerġija u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95.
Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni ta' l-ewwel qari tiegħu fis-26 ta' Ottubru 2005.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fit-22 ta' Settembru 2005.
Minħabba li r-riżorsi baġitarji mniżżlin fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni eċċedew l-ammonti maqbulin fil-qafas finanzjarju 2007-2013 fit-TENs, il-Kummissjoni tat proposta modifikata fl-24 ta' Mejju 2006 (COM(2006) 245 finali). Il-proposta modifikata ħadet kont ta' l-emendi ewlenin proposti mill-PE fl-ewwel qari tiegħu.
Il-Presidenza informalment innegozjat mar-relatur tal-Parlament Ewropew sabiex tilħaq qbil dwar Pożizzjoni Komuni li tista' tkun aċċettata mill-Parlament mingħajr emendi.
Fis-6 ta' Diċembru 2006 l-President tal-Kumitat tal-Baġits tal-Parlament Ewropew, is-Sur LEWANDOWSKI, kiteb ittra (16218/06) lill-President tal-Coreper, li tinforma dwar il-ftehim tal-kumitat tiegħu dwar il-kompromess tal-Presidenza kif imniżżel fid-dokument 12777/2/06 REV 2. Jekk it-test tal-Pożizzjoni Komuni jkun għaldaqstant adottat, is-Sur LEWANDOWSKI informa bl-intenzjoni tiegħu li jirrakkomanda lis-Sessjoni plenarja tal-Parlament biex tapprovah mingħajr emendi.
Fil-11 ta' Diċembru 2006 l-Kunsill laħaq qbil politiku dwar il-kompromess tal-Presidenza kif imniżżel fid-dokument 12777/2/06 REV 2. Il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-minuti tal-Kunsill meta l-Pożizzjoni Komuni tkun adottata.
II. OBJETTIV
Dan ir-Regolament isaħħaħ u jadatta strumenti finanazjarji eżistenti b'żjieda fil-livell ta' ko-finanzjament Komunitarju billi tiġi prevista l-possibbiltà li tiġi applikata rata ogħla ta' ko-finanzjament Komunitarju, b'mod partikolari għal proġetti kkaratterizzati minn natura transkonfinali, il-funzjoni tagħhom ta' transitu, jew minħabba li jaqsmu ostakoli naturali. Ir-regolament għandu jippermetti użu aħjar tan-netwerks eżistenti, it-tneħħija ta' punti ta' xkiel u t-tkomplija ta' l-għaqdiet nieqsa li jagħmlu possibbli li tiżdied l-effettività u l-kompetittività u li jiggarantixxu livell xieraq ta' kwalità u tnaqqis ta' punti ta' saturazzjoni u għalhekk vijabbiltà għall-perijodu fit-tul aħjar.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
1. Osservazzjonijiet Ġenerali
Il-Pożizzjoni Komuni nqablet abbażi tan-negozjati tripartitiċi informali, wara serje ta' laqgħat bejn il-Presidenza attwali, ir-relatur u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni.
IV. KONKLUŻJONIJIET
Il-Kunsill jikkunsidra li, globalment, il-Pożizzjoni Komuni hija konformi ma' l-objettivi fundamentali tal-proposta emendata tal-Kummissjoni u jikkunsidra li ntlaħaq kompromess tajjeb mal-Parlament Ewropew waqt in-negozjati informali.