ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
8 ta' Mejju 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Kunsill

2007/C 103/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-19 ta' Marzu 2007 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Sitt EDF) għas-sena finanzjarja 2005

1

2007/C 103/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-19 ta' Marzu 2007 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

2

2007/C 103/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-19 ta' Marzu 2007 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2005

3

2007/C 103/04

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-19 ta' Marzu 2007 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2007/C 103/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

2007/C 103/06

Tiġdid tal-ħatra tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 103/07

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 )

7

2007/C 103/08

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 )

11

2007/C 103/09

Modifika ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għal ċerti servizzi bl-ajru skedati ġewwa r-Reġjun Awtonomu ta' l-Ażores ( 1 )

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2007/C 103/10

Avviż ta' l-inizjazzjoni ta' reviżjoni ta' l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' kumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 103/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kunsill

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-19 ta' Marzu 2007

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Sitt EDF) għas-sena finanzjarja 2005

(2007/C 103/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Tielet Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fit-8 ta' Diċembru 1984 (1),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 86/126/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja (2), u partikolarment l-Artikolu 29(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-11 ta' Novembru 1986 applikabbli għas-Sitt Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Sitt EDF) (3), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 73 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati mas-Sitt EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2005 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (4),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 29(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Sitt EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Sitt EDF matul is-sena finanzjarja 2005 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Sitt EDF għas-sena finanzjarja 2005.

Magħmul fi Brussel, ta' l-19 ta' Marzu 2007

Ghall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 86, 31.3.1986, p. 3.

(2)  ĠU L 86, 31.3.1986, p. 210. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 86/281/KEE (ĠU L 178, 2.7.1986, p. 13).

(3)  ĠU L 325, 20.11.1986, p. 42.

(4)  ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.


8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/2


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-19 ta' Marzu 2007

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

(2007/C 103/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3), li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad-29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta' l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2005 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2005 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2005.

Magħmul fi Brussel, ta' l-19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(4)  ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

(5)  ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.


8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/3


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-19 ta' Marzu 2007

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2005

(2007/C 103/03)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta' l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2005 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-Tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2005 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2005.

Magħmul fi Brussel, ta' l-19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(5)  ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.


8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-19 ta' Marzu 2007

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

(2007/C 103/04)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat ta' Lussemburgu) fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE (3) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa' Fond Ewropew għall-Żvilupp (id-Disa' EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2005 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-Disa' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF matul is-sena finanzjarja 2005 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF għas-sena finanzjarja 2005.

Magħmul fi Brussel, ta' l-19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(4)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(5)  ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET U L-ORGANI TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

l-7 ta' Mejju 2007

(2007/C 103/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3615

JPY

Yen Ġappuniż

163,31

DKK

Krona Daniża

7,4516

GBP

Lira Sterlina

0,68230

SEK

Krona Żvediża

9,1655

CHF

Frank Żvizzeru

1,6471

ISK

Krona Iżlandiża

86,37

NOK

Krona Norveġiża

8,1220

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,5826

CZK

Krona Ċeka

28,167

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

246,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6966

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,7413

RON

Leu Rumen

3,3120

SKK

Krona Slovakka

33,537

TRY

Lira Turka

1,8230

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6483

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5028

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6428

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8442

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0613

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 255,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4161

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,4889

HRK

Kuna Kroata

7,3458

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 096,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,6495

PHP

Peso Filippin

64,331

RUB

Rouble Russu

35,0260

THB

Baht Tajlandiż

44,335


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/6


Tiġdid tal-ħatra tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura

(2007/C 103/06)

Il-ħatra tal-Kumitat Konsultattiv għas-sajd u l-Akkwakultura ġiet imġedda permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/864/KE tas-16 ta' Diċembru 2004 (1) kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/478/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 (2) li ġeddet il-ħatra tal-kumitat konsultattiv għas-sajd u l-akkwakultura.

Il-membri tal-Kumitat huma maħtura għal perjodu ta' tliet snin. Dan il-perjodu jista' jiġġedded. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv għas-sajd u l-Akkwakultura ta' l-1 ta' Mejju 2004 jiskadi fit-30 ta' April 2007.

Il-Kummissjoni għaldaqstant iddeċidiet li ġġedded il-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2007 u t-30 ta' April 2010, kif ġej:

OQSMA RILEVANTI GĦALL-POLITIKA KOMUNI TAS-SAJD

SIĠĠIJIET

MEMBRI

Il-Kumitat

 

Membri titolari

Membri supplimentari

Sidien privati ta' bastimenti

1

M. B. DEAS

M. J. M. GONZÁLEZ GIL DE BERNABÉ

Kooperattivi ta' sidien tal-bastimenti

1

M. G. VAN BALSFOORT

M. J. R. FUERTES GAMUNDI

Organizzazzjonijiet ta' produtturi

1

M. C. OLESEN

M. S. O'DONOGHUE

Dawk li jrabbu l-molluski/krostaċej

1

M. G. FUCCI

M. A. BAEKGAARD

Dawk li jrabbu l-ħut

1

M. I. STEPHANIS

M. P. A. SALVADOR

Dawk li jipproċessaw

1

M. G. PASTOOR

M. P. COMMERE

Negozjanti

1

M. P. BAMBERGER

M. T. F. GEOGHEGAN

Baħħara sajjieda u impjegati

1

M. R. OTERO

M. A. MACEDO

Konsumaturi

1

M. J. GODFREY

 

Ambjent

1

M. E. DUNN

Mme C. PHUA

Żvilupp

1

M. J. GOUYEN

Mme B. GOREZ

Gruppi ta' ħidma

 

President

Viċi-President

Grupp I

2

M. J. GARAT PÉREZ

M. J. L. DE FEUARDENT

Grupp II

2

M. R. FLYNN

M. G. BREST

Grupp III

2

M. M. KELLER

M. J. A. SUÁREZ LLANOS

Grupp IV

2

M. N. WICHMANN

M. J. A. MOZOS


(1)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 91.

(2)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 70.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/7


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 103/07)

Għajnuna Nru

XS 164/06

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Północny 1.6

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Zwolnienie od podatku od nieruchomości dla przedsiębiorców prowadzących działalność gospodarczą na terenie miasta Elbląg, realizujących nowe inwestycje.

Bażi legali

art. 18 ust. 2 pkt 8 w związku z art. 40 ust. 1 i art. 41 ust. 1 ustawy z dnia 8 marca 1990 r. o samorządzie gminnym (Dz.U. z 2001 r. nr 142, poz. 1591),

art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (Dz.U. z 2006 r. nr 121, poz. 844).

Nefqa annwali ippjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont globali annwali

0,2586 miljuni EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont ta' għajnuna globali

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

3.11.2006

Tul ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2006

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lil SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna lil SMEs

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Prezydent Miasta Elbląg

ul. Łączności 1

PL-82-300 Elbląg

Għotjiet individwali kbar

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


Għajnuna Nru

XS 170/06

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

32 Counties of the island of Ireland — Northern Ireland and Republic of Ireland

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Consultancy Aid for Software Development

Bażi legali

British/Irish Agreement Act 1999 Section 2.3 Part 7 of Annex 2 of the act empowers InterTradeIreland to invest, lend or grant aid for the purposes of its function

Nefqa annwali ippjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont globali annwali

2006: 70 000 GBP

2007: 86 000 GBP

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont ta' għajnuna globali

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.12.2006

Tul ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2007

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lil SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

Iva

Servizzi oħra

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

InterTradeIreland

Old Gasworks Business Park

Kilmorey Street

Newry BT34 2DE

United Kingdom

Għotjiet individwali kbar

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


Għajnuna Nru

XS 171/06

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Valenciana

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Programa GESTA (Generación de Soluciones de Tecnología Avanzada) a las pequeñas y medianas empresas para proyectos de investigación industrial dirigidos a alcanzar un objetivo tecnológico.

Bażi legali

Resolución de 2 de noviembre de 2006, del presidente del Instituto de la Pequeña y Mediana Industria de la Generalitat Valenciana (IMPIVA), por la que se convocan ayudas del Programa GESTA (Generación de Soluciones de Tecnología Avanzada) a las pequeñas y medianas empresas para proyectos de investigación industrial dirigidos a alcanzar un objetivo tecnológico. [2006/S13035] DOGV — Núm. 5 387 de 14.11.2006

Nefqa annwali ippjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont globali annwali

3,5 miljun EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont ta' għajnuna globali

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Tul ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2007

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lil SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Instituto de la Pequeña y Mediana Industria de la Generalitat Valenciana

Plaza del Ayuntamiento, 6

E-46002 Valencia

Tlf. (34-6) 398 62 91

Għotjiet individwali kbar

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


Għajnuna Nru

XS 174/06

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Basilicata

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Agevolazioni per investimenti per l'innovazione tecnologica, per la tutela ambientale, per l'innovazione organizzativa e per l'innovazione commerciale.

Bażi legali

Deliberazione della giunta regionale n. 1110 del 17 luglio 2006 (B.U.R. n. 39 del 21 luglio 2006) «POR Basilicata 2000-2006 — Approvazione avviso pubblico Innovazione tecnologica, ambientale, organizzativa e commerciale a valere sulle misure IV.19 e IV.4», modificativa del regolamento di cui alla L. 598/84 — art. 11 e s.m.i. già approvata dalla Commissione con lettera D/53877 del 17 luglio 2000 — Aiuto N 487/95

Nefqa annwali ippjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont globali annwali

7 miljun EUR (1)

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont ta' għajnuna globali

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

21.7.2006

Tul ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2006

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lil SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Minjieri u barrieri

Industrija tal-manifattura

Provvista u distribuzzjoni ta' l-elettriku, il-gass u l-ilma

Servizzi

Le

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Basilicata — Dipartimento Attività produttive, politiche dell'impresa e innovazione tecnologica

Viale della Regione Basilicata

I-85100 Potenza

Tel. (39) 0971 66 87 30


Għajnuna Nru

XS 181/06

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

All Regions

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Capital Allowances for SME Hotels (XS/24/2001)

Bażi legali

Sections 268 to 282 of the Taxes Consolidation Act 1997

Nefqa annwali ippjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont globali annwali

20 miljun EUR (1.1.2007 — 31.7.2008)

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont ta' għajnuna globali

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

2.2.2001

Tul ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali

31.7.2008

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lil SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

Iva

Servizzi oħra

Is-Settur tal-Lukandi

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Revenue Commissioners

Dublin Castle

Dublin 2

Ireland

Għotjiet individwali kbar

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


(1)  In-nefqa annwali indikata hawn tiġbor fiha iż-żewġ liġijiet imsemmija taħt il-bażi legali.


8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/11


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 103/08)

Għajnuna Nru

XS 187/06

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Alle Regionalfördergebiete gemäß der Fördergebietskarte für Deutschland 2007-2013

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

ERP-Regionalförderprogramm

Bażi legali

ERP-Wirtschaftsplangesetz, ERP-Richtlinie „ERP-Regionalförderprogramm “sowie „Allgemeine Bedingungen für die Vergabe von ERP-Mitteln“

Nefqa annwali ippjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont globali annwali

21 miljuni EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont ta' għajnuna globali

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Tul ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali

Sal-31.12.2007 jew sa ma jiskadi r-regolament attwali dwar l-eżenzjoni ta' l-SMEsMT

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lil SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna lil SMEs

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

KfW-Bankengruppe im Auftrag des Bundesministeriums für Wirtschaft und Technologie

Palmengartenstraße 5-9

D-60325 Frankfurt am Main

Għotjiet individwali kbar

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


Għajnuna Nru

XS 2/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Wszystkie 16 województw

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Wsparcie w zakresie inwestycji udzielane małym i średnim przedsiębiorcom posiadającym siedzibę na terytorium Rzeczypospolitej Polskiej (SPO-WKP 2.3)

Przedłużenie (XS133/04)

Bażi legali

Art. 6b ust. 2 ustawy z dnia 9 listopada 2000 r. o utworzeniu Polskiej Agencji Rozwoju Przedsiębiorczości (Dz.U. z dnia 13 grudnia 2000 r., nr 109, poz. 1158 z późn. zm.).

Rozdział 3 rozporządzenia Ministra Gospodarki i pracy z dnia 27 sierpnia 2004 r. w sprawie udzielania przez Polską Agencję Rozwoju Przedsiębiorczości pomocy finansowej w ramach Sektorowego Programu Operacyjnego — Wzrost konkurencyjności przedsiębiorstw (Dz.U. z 2004 r., nr 195, poz. 2010 z 7 września 2004 r. z późn. zm.) — w zakresie inwestycji

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 387 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

7.9.2004

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

30.6.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Prezes Polskiej Agencji Rozwoju Przedsiębiorczości

ul. Pańska 81/83

PL-00-834 Warszawa


Għajnuna Nru

XS 3/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Wszystkie 16 województw

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Wsparcie w zakresie doradztwa udzielane małym i średnim przedsiębiorcom posiadającym siedzibę na terytorium Rzeczypospolitej Polskiej (SPO-WKP doradztwo)

Przedłużenie (XS 134/04)

Bażi legali

Art. 6b ust. 10 ustawy z dnia 9 listopada 2000 r. o utworzeniu Polskiej Agencji Rozwoju Przedsiębiorczości (Dz.U. z dnia 13 grudnia 2000 r., nr 109, poz. 1158 z późn. zm.).

Rozdział 2 rozporządzenia Ministra Gospodarki i Pracy z dnia 27 sierpnia 2004 r. w sprawie udzielania przez Polską Agencję Rozwoju Przedsiębiorczości pomocy finansowej w ramach Sektorowego Programu Operacyjnego — Wzrost konkurencyjności przedsiębiorstw (Dz.U. z 2004 r., nr 195, poz. 2010 z 7 września 2004 r. z późn. zm.) — w zakresie doradztwa

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 19 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

7.9.2004

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

30.6.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Prezes Polskiej Agencji Rozwoju Przedsiębiorczości

ul. Pańska 81/83

PL-00-834 Warszawa


Għajnuna Nru

XS 47/07

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Alle regio's

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Innovatieve Prestatie Contracten (IPC)

Bażi legali

Kaderwet EZ-subsidies (versie 01-01-1998)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 34 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

1.1.2012

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerie van Economische Zaken

Bezuidenhoutseweg 20

2500 EC Den Haag

Nederland


Għajnuna Nru

XS 127/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Cantabria

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Ayudas de desarrollo rural para determinadas zonas con riesgo de despoblamiento

Bażi legali

Secciones 1a y 2a de la Orden GAN/8/2007, de 23 de febrero, por la que se establecen las bases reguladoras y se aprueba la convocatoria para el año 2007 de las ayudas de desarrollo rural para determinadas zonas con riesgo de despoblamiento (BOC no 43, de 1 de marzo de 2007)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: 0,25 miljun EUR; Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

2.3.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-Intrapriżi Żgħar jew Medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejero de Ganadería, Agricultura y Pesca del Gobierno de Cantabria

Consejería de Ganadería, Edificio Europa

E-39011 Santander (Cantabria)

Tfno (34) 942 20 78 60


8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/14


Modifika ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għal ċerti servizzi bl-ajru skedati ġewwa r-Reġjun Awtonomu ta' l-Ażores

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 103/09)

Il-Gvern tar-Reġjun Awtonomu ta' l-Ażores, skond l-avviż mill-Kummissjoni (ĠU C 115, 16.5.2002, p. 2) tas-16 ta' Mejju 2002, wettaq ir-reviżjoni tat-tariffi li jirrigwardaw l-obbligi modifikati ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru skedati għar-rotot ġewwa r-Reġjun Awtonomu ta' l-Ażores, billi emenda l-Annessi A u B ta' l-avviż imsemmi kif jidher f'dawn it-tabelli:

“ANNESS A

Tariffa normali ekonomika (RT) (f'EUR) fl-2007

 

CVU

FLW

GRW

HOR

PDL

PIX

SJZ

SMA

TER

CVU

 

50

174

106

174

174

174

174

174

FLW

50

 

174

106

174

174

174

174

174

GRW

174

174

 

174

174

174

174

174

106

HOR

106

106

174

 

174

174

174

174

172

PDL

174

174

174

174

 

174

174

106

174

PIX

174

174

174

174

174

 

174

174

172

SJZ

174

174

174

174

174

174

 

174

106

SMA

174

174

174

174

106

174

174

 

174

TER

174

174

106

172

174

172

106

174

 

CVU: Corvo; FLW: Flores; GRW: Graciosa; HOR: Horta; PDL: Ponta Delgada; PIX: Pico; SJZ: São Jorge; SMA: Santa Maria; TER: Terceira.

ANNESS B

Tariffa għar-residenti (RT) (f'EUR) fl-2007

 

CVU

FLW

GRW

HOR

PDL

PIX

SJZ

SMA

TER

CVU

 

42

146

82

146

146

146

146

146

FLW

42

 

146

82

146

146

146

146

146

GRW

146

146

 

94

146

94

94

146

82

HOR

82

82

94

 

146

94

94

146

140

PDL

146

146

146

146

 

146

146

82

146

PIX

146

146

94

94

146

 

94

146

140

SJZ

146

146

94

94

146

94

 

146

82

SMA

146

146

146

146

82

146

146

 

146

TER

146

146

82

140

146

140

82

146

 

CVU: Corvo; FLW: Flores; GRW: Graciosa; HOR: Horta; PDL: Ponta Delgada; PIX: Pico; SJZ: São Jorge; SMA: Santa Maria; TER: Terceira.”


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/15


Avviż ta' l-inizjazzjoni ta' reviżjoni ta' l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' kumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2007/C 103/10)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-kumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (2).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba saret fit-8 ta' Frar 2007 mill-Kunsill Ewropew ta' l-Industrija Kimika (CEFIC) (“l-applikant”) f'isem il-produttur waħdieni fil-Komunità li jirrappreżenta t-totalità tal-produzzjoni Komunitarja tal-kumarin.

2.   Il-Prodott

Il-prodott taħt reviżjoni huwa l-kumarin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jista' jiġi kklassifikat fil-kodiċi NM 2932 21 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss bħala tagħrif.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li qegħdin fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2002 (3) u estiż għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Indja u mit-Tajlandja mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2272/2004 (4) u lill-Indoneżja u l-Malażja mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1650/2006 (5).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issoktar jew ir-rikorrenza ta' dumping u ħsara għall-industrija Komunitarja.

L-applikant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ssoktaw jidħlu fil-Komunità fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet dumped.

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant iffissa l-valur normali għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa, imsemmi fil-paragrafu 5.1(c). L-allegazzjoni tal-kontinwazzjoni tad-dumping tissejjes fuq tqabbil tal-valur normali, kif stipulat fis-sentenza ta' qabel, bil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità.

Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.

B'rigward għar-ripetizzjoni tad-dumping, hu allegat ukoll li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra, jiġifieri l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Brażil, isiru bi prezzijiet dumped.

L-applikant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina baqgħu sinifikanti f'termini assoluti u f'termini tas-sehem tas-suq.

Huwa allegat ukoll li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat komplew, fost konsegwenzi oħra, ikollhom impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija Komunitarja. Dan wassal għal effetti sostanzjali negattivi fuq il-qagħda finanzjarja tagħha u l-qagħda ta' l-impjiegi ta' l-industrija Komunitarja.

L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' aktar dumping dannuż. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell ta' l-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li l-qagħda ta' l-industrija Komunitarja hi tali li kwalunkwe żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet bi prezzijiet dumped mill-pajjiż ikkonċernat probabbilment tikkawża aktar ħsara lill-industrija Komunitarja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

Barra minn hekk, l-applikant ipponta l-fatt li matul il-perjodi ta' impożizzjoni tal-miżuri, l-esportaturi/il-produtturi tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina pprovaw iwaqqgħu l-miżuri eżistenti permezz ta' prattiki ta' evażjoni, li ġew ibbilanċjati bl-estensjoni tal-miżuri kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2272/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1650/2006.

5.   Proċedura

Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

5.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' dumping u ħsara

L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli, jew le, li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-issoktar jew r-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Fid-dawl tan-numru apparenti ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni billi jikkuntattjawha u jipprovdulha t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

isem, indirizz, indirizz elettroniku, telefown, u numri tal-faks u persuna ta' kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq lokali waqt il-perijodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum tal-bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-volum tal-produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (6) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun,

meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li ma kinitx ikkooperat fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż li qiegħed jesporta, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fi żmien il-limitu stabbilit fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

isem, indirizz, indirizz elettroniku, telefown, u numri tal-faks u persuna ta' kuntatt,

Id-dħul totali f'EUR tal-kumpanija tul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007,

in-numru totali ta' impjegati,

l-attivitajiet eżatti tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati u l-valur f'EUR ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007 tal-prodott ikkonċernat importat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-ismijiet u l-attivitajiet eżatti tal-kumpaniji relatati kollha (7) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun,

meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li ma kinitx ikkooperat fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex jinkiseb it-tagħrif li hi tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' l-importaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja, barra minn hekk, kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu kwalunkwe tagħrif rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tal-kampjun għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjuni għandhom iwieġbu għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk il-kooperazzjoni ma tkunx disponibbli, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Konklużjoni bbażata fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġjuża għall-parti kkonċernata, hekk kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Kwestjonarji

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja u lil kull assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma parti mill-kampjun, lil kull assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi li huma parti mill-kampjun, lil kull assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fit-talba jew li kkooperat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal din ir-reviżjoni, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.

(c)   Għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-Kummissjoni biħsiebha tuża l-Indja bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa għall-għan ta' l-istabbiliment tal-valur normali rigward ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma għalhekk mistiedna jikkummentaw dwar kemm hu xieraq dan il-pajjiż fil-limitu taż-żmien speċifikat stabbilit fil-punt 6(c).

(d)   Ġbir ta' tagħrif u smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu dokumenti ta' prova. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

5.2.   Proċedura għall-valutazzjoni ta' l-interess Komunitarju

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-probabbiltà ta' issoktar jew ta' rikorrenza ta' dumping jew ħsara tkun ikkonfermata, għandha ssir determinazzjoni dwar jekk iż-żamma, jew ir-revoka tal-miżuri anti-dumping humiex se jkunu kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni l-industrija Komunitarja, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentanti tal-konsumatur u ta' l-utenti, dment li huma jippruvaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, billi jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex huma għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Għandu jiġi osservat li kwalunkwe tagħrif ippreżentat skond l-Artikolu 21 se jitqies biss jekk ikun sostnut b'evidenza fattwali fil-waqt tal-preżentazzjoni.

6   Limiti taż-żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju

Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għall din ir-reviżjoni għandha titlob kwestjonarju jew formoli ta' klejms oħrajn mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet li jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom, iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min jinnota li l-eżerċizzju ta' bosta drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi minn kemm il-parti tippreżenta lilha nnifisha fil-limiti tal-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta'-żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i) u 5.1(a)(ii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, minħabba li l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet li jifformaw parti mill-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 ġurnata mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

(c)   Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-partijiet ta' l-investigazzjoni jistgħu jixtiequ jikkummentaw fuq l-adegwatezza ta' l-Indja li, kif imsemmi fil-punt 5(c), hi prevista bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq għall-għan ta' l-istabbiliment tal-valur normali b'rigward għar-Repubblika tal-poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u r-rikjesti kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, it-telefown u n-numri tal-fax tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata (8) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat B

Uffiċċju: J-79 5/16

B-1049 Brussell

Faks (32-2) 295 65 05

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   Skeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   Il-possibbiltà li titlob għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Hekk kif din ir-reviżjoni ta' skadenza tingħata bidu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu għal-livell tal-miżuri attwali li qed jiġu emendati imma se jwasslu għal dawk il-miżuri li qed jiġu revokati jew miżmuma skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti fil-proċedimenti tikkunsidra li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri sabiex tippermetti l-possibiltà li temenda (jiġifieri żżid jew tnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir b'mod indipendenti mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f'dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.


(1)  ĠU C 196, 19.8.2006, p. 2.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(3)  ĠU L 123, 9.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1854/2003 (ĠU L 272, 23.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 396, 31.12.2004, p. 18.

(5)  ĠU L 311, 10.11.2006, p. 1.

(6)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(7)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(8)  Dan ifisser illi d-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim ta' l-Antidumping).


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 103/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 103/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU 510/2006

“PARDUBICKÝ PERNÍK”

Nru tal-KE: CZ/PGI/005/0408/26.10.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a

CZ-160 68 Praha 6

Tel.:

(420) 220 383 111

Feks:

(420) 224 324 718

Posta elettronika:

posta@upv.cz

2.   Grupp:

Isem

Sdružení Pardubický perník

Indirizz:

Rožkova 1009

CZ-530 02 Pardubice

Tel.:

(420) 466 303 637

Feks:

(420) 466 303 637

Posta elettronika:

info@goldfein.cz

Magħmula minn:

produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip tal-prodott:

Klassi 2.4, ħobż imħawwar

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2)) fuq il-preżentazzjoni tal-provi imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Pardubický perník”

4.2.   Deskrizzjoni: Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice huwa prodott tal-forn, moħmi, magħmul minn dqiq, zokkor, bajd sħiħ, għasel, konfettura, xaħmijiet veġetali, kawkaw, taħlita ta' ħwawar (kannella, kosbor, imsiemer tal-qronfol, ħlewwa, u bżar tal-Ġamajka...) u trab tal-ħami. Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice jeżisti f'żewġ forom, kif deskritti hawn isfel.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-ħobż imħawwar ta' Pardubice hija limitata għat-terriorju tal-belt ta' Pardubice, kif tidher fuq il-pjanta katastali, u tkopri t-territorju tal-komun ta' Spojil.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice jsir skond il-preskrizzjonijiet nazzjonali u Ewropej fis-seħħ u jiġi kkontrollat mill-ispettorat nazzjonali ta' l-agrikoltura u l-ikel u mill-mekkaniżmu tal-kontroll intern HACCP (analiżi tar-riskju u kontroll tal-punti kritiċi ). Skond il-leġiżlazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mat-traċċabbiltà, il-produtturi kollha jżommu reġistru tal-fornituri kollha tal-materja prima u tax-xerrejja tal-prodott lest. Il-ħobż imħawwar ma jidħolx fil-kategorija tal-prodotti tal-forn friski, għaliex għandu jgħaddi minn taħt idejn il-produttur u jkollu bħala minimu l-karatteristiċi indikati fuq, u b'mod partikolari l-isem, il-piż u l-kompożizzjoni tal-prodott kif ukoll l-identità tal-prodottur.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni: Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice huwa prodott tal-forn, u l-produzzjoni tiegħu ma tbiddiltx wisq tul tliet sekli.

Il-produzzjoni sseħħ f'żewġ fażijiet mifruda minn xulxin b'xi jiem.

L-ewwel fażi hija ddedikata għall-għaġina ewlenija, li titħalla tistrieħ għal xi jiem qabel tingħaġen.

It-tieni fażi tibda bit-taħlita ta' l-għaġina mal-bajd, il-konfettura, il-ħwawar u t-trab tal-ħami, sakemm issir massa elastika, li mbagħad tinħadem bil-lembuba, u tingħaġen:

skond il-metodu msemmi fil-punt 4.2 a), biċċiet ta' għaġina ta' l-istess daqs jinqatgħu jew jinħadmu u, wara li jinħmew fil-forn, jinksew b'ġelu jew biċ-ċikkulata, qabel ma jiġu pakkjati fis-selofejn b'tikketti li juru l-indikazzjonijiet dwar il-prodott, jew

skond il-metodu msemmi fil-punt 4.2. b): biċċiet ta' l-għaġina jinqatgħu jew jinħadmu skond forom partikolari (ara l-punt 4.2) jew sabiex il-biċċiet jinħadmu f'għamla tridimensjonali (ara l-punt 4.2) Wara jinħmew, u mbagħad jitħallew jiksħu; meta jinbiegħu hekk kif ikunu, spiss ikunu mikisja bil-ġelu jew biċ-ċikkulata. Il-prodotti miksuba b'dan il-mod huma mbagħad mżejna bl-idejn biz-zokkor, materjal xaħmi jew ċikkulata, qabel ma jiġu ppakkjati f'pakkett bl-indikazzjonijiet dwar il-prodott.

Il-proċess tal-fabrikazzjoni, inkluż l-imballaġġ, isir kollu fil-post tal-produzzjoni, fi ħdan iż-żona definita. L-imballaġġ fuq il-post huwa ġġustifikat min-natura tal-prodott, minħabba li t-trasport tal-prodotti lesti mhux ippakkjati jissogra li jagħmel il-ħsara lill-kisi u t-tiżjin, u bl-istess mod il-liġi tipprevedi l-prodotti tal-forn li jistgħu jinżammu għal żmien twil għandhom jiġu ppakkjati għand il-produttur.

4.6.   Rabta: F'Pardubice, l-istorja tal-produzzjoni tal-ħobż imħawwar ilha mis-seklu Sittax u d-dritt tal-bejgħ tal-prodott ġie stabbilit fl-1759 minn Marija Tereża. Il-produzzjoni bdiet l-espansjoni tagħha fis-seklu Għoxrin, fejn il-produzzjoni internazzjonali żdiedet mal-produzzjoni artiġjanali. Wieħed jista' jara l-fama eċċezzjonali li jgawdi l-ħobż imħawwar ta' Pardubice permezz ta' artikli fil-gazzetti (Noviny Pernštejn, Blesk eċċ.) u ritratti meħuda waqt iż-żjara ta' Václav Havel f'Pardubice, li dak iż-żmien kien il-President tar-Repubblika Ċeka, fuq il-lant tax-xogħol tal-kumpanija Goldfein CZ. Barra minn hekk, Pardubice kienet, għal żmien twil, post minn fejn telgħu artiġjani speċjalizzati li kisbu għarfien kbir tas-sengħa tal-produzzjoni tal-ħobż imħawwar u xandruh lill-ġenerazzjonijiet ta' wara. Il-mottivi karatteristiċi li jżejnu l-ħobż imħawwar ta' Pardubice huma wkoll wirt din l-epoka. Dawn l-istili u metodi ta' tiżjin, li mhuma mgħallma mkien ieħor, jinkisbu biss bil-prattika.

4.7.   Organu ta' Spezzjoni:

Isem

Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Hradci Králové

Indirizz:

Březhradská 182

CZ-530 32 Hradec Králové

Tel.:

(420) 495 454 110

Feks:

(420) 495 532 518

Posta elettronika:

hradec@szpi.gov.cz

4.8.   Tikkettar: —


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12