ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 101 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 50 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Qorti ta’ l-Awdituri |
|
2007/C 101/01 |
||
2007/C 101/02 |
||
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet, Orjentazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Qorti ta’ l-Awdituri
4.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 101/1 |
OPINJONI Nru 2/2007
dwar l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp
(skond l-Artikolu 248(4) it-tieni sotto paragrafu, it-Trattat tal-KE)
(2007/C 101/01)
IL-QORTI TA' L-AWDITURI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 248(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati ACP u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), hawnehekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Sħubija ACP-KE”, kif irrevedut mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 5/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal-25 ta' Ġunju 2005 dwar miżuri transitorji applikabbli mid-data ta' l-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE revedut (3),
Wara kkunsidrat id-Deċiżjoni 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (4),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amministrazzjoni ta' l-Għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE u l-allokazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom Parti IV tat-Trattat KE hija applikabbli (5),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) (6),
Wara li kkunsidrat l-Opinjoni tal-Qorti Nru 12/2002 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp permezz tal-Ftehim ta' Sħubija ACP/UE iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (7),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2/2002 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tas-7 ta' Ottubru 2002 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 28, 29 u 30 ta' l-Anness IV tal-Ftehim ta' Cotonou (8),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9), hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ ir- “Regolament Finanzjarju Ġenerali”, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 (10),
Wara li kkunsidrat l-Opinjoni tal-Qorti Nru 4/2006 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (11),
Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' EDF tas-27 ta' Novembru 2006 (12),
Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kunsill għal opinjoni dwar dik il-proposta mibgħuta lill-Qorti fil-15 ta' Jannar 2007,
ADOTTAT L-OPINJONI SEGWENTI:
1. |
Kif jindika l-memorandum spjegattiv, il-proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' EDF timmira li titrasferixxi numru limitat ta' emendi magħmula lir-Regolament Finanzjarju Ġenerali riveduti riċentament. |
2. |
L-emendi proposti huma maħsuba prinċipalment sabiex:
|
3. |
Il-proposta tonqos milli tiġġustifika għaliex il-bidliet proposti huma kkunsidrati neċessarji u urġenti sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-disa' EDF. B'mod partikolari, il-premessi tal-proposta ma jagħmlu l-ebda referenza għar-raġunijiet għaliex huwa kkunsidrat neċessarju li jkun permess illi kompiti ta' l-implimentazzjoni jiġu fdati lill-kopri nazzjonali tas-settur pubbliku fl-Istati Membri f'dan l-istadju ta' l-implimentazzjoni tad-disa' EDF. |
4. |
Kif tindika l-proposta, fit-tieni premessa tiegħu, ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' EDF jieħu in konsiderazzjoni bħala pedament ir-Regolament Finanzjarju Ġenerali. Għal din ir-raġuni, mhuwiex ċar għaliex il-proposta ma tipproponix biex jiġu trasferiti l-emendi relevanti li saru riċentament lir-Regolament Finanzjarju Ġenerali mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 bi ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u li jiġi rrinfurzat il-prinċipju ta' responsabbilità, bħal:
|
5. |
Ma' dawn, l-emendi ta' l-Artikolu 143(2)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali dwar l-iskeda ta' żmien għat-tqassim tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u r-Rapport Annwali tal-Qorti ma ġewx trasferiti fil-proposta preżenti, b'hekk ħallew il-problem ta' skeda ta' żmien mhux realistika diġa' msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Opinjoni tal-Qorti Nru 12/2002 mhix mgħeluba u ġew introdotti mill-ġdid differenzi bejn id-dispożizzjonijiet tal-Baġit Ġenerali u l-EDF applikabbli rispettivament. |
6. |
Il-Qorti tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-Opinjoni tagħha Nru 12/2002, li fiha hija ssuġġeriet li l-leġiżlatur ikun innovattiv u jadotta Regolament Finanzjarju wieħed applikabbli għall-EDFs kollha preżenti u futuri, li bħar-Regolament Finanzjarju Ġenerali, ikun emendat kull meta jinħass il-bżonn. Miżura ta' dan it-tip tkun tista' tassigura kontinwità ta' l-approċċ, mingħajr ir-riskju li tinterrompi l-implimentazzjoni ta' l-EDFs, u tissemplifika ħafna t-tmexxija. Il-Qorti stiednet ukoll lil-leġislatur biex jipproduċi leġiżlazzjoni ċara u mhux komplikata li tikkonċentra fuq id-dispożizzjonijiet li huma essenzjali u neċessarji għall-implimentazzjoni ta' l-EDFs. |
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha ta' 8 ta' Marzu 2007.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(4) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001.
(5) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(7) ĠU C 12, 17.1.2003, p. 19.
(11) ĠU C 273, 9.11.2006, p. 2.
(12) COM(2006) 721 finali.
4.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 101/4 |
OPINJONI Nru 3/2007
dwar proposta għall-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
(skond l-Artikolu 280(4), KE)
(2007/C 101/02)
WERREJ
1-2 |
Introduzzjoni |
3-6 |
Rimarki Ġenerali |
7-13 |
Rimarki Speċifiċi |
IL-QORTI TA' L-AWDITURI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 280(4) tiegħu;
Wara li kkunsidrat il-proposta għal Regolament tal-Parlament u l-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (1);
Wara li kkunsidrat it-talba għal opinjoni ppreżentata lill-Qorti ta' l-Awdituri mill-Kunsill fit-23 ta' Frar 2007,
ADOTTAT L-OPINJONI SEGWENTI:
INTRODUZZJONI
1. |
L-objettiv imfittex mill-abbozz tar-regolament huwa l-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni doganali u agrikola tal-Komunità, li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali u oħrajn ta' l-Istati Membri b'mekkaniżmi aktar effettivi biex jgħinuhom f'operazzjonijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola. Għal dan il-għan il-proposta:
|
2. |
Il-Qorti eżaminat il-proposta tal-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati tax-xogħol tal-verifika tagħha. |
RIMARKI ĠENERALI
3. |
Il-Qorti tikkunsidra li l-proposta ser tikkontribwixxi biex jinkiseb l-objettiv tar-regolament imfittex mir-Regolament, sakemm il-Kummissjoni tieħu azzjoni xierqa sabiex timplimenta mingħajr aktar dewmien l-infrastruttura ta' l-IT, databases u applikazzjonijiet ta' software meħtieġa għall-operat prattiku tagħha. Iżda, ir-regolament propost ma jindirizzax kwestjonijiet importanti diġà enfasizzati mill-Qorti li xorta jibqgħu validi u li huma msemmija f'paragrafi 4, 5 u 6. |
4. |
Il-Qorti identifikat duplikazzjoni potenzjali bejn ir-RIF (Formula ta' Informazzjoni dwar ir-riskju) u l-komunikazzjonijiet MA (assistenza reċiproka) u rrakkomandat li l-OLAF u DĠ TAXUD għandhom jintegraw kemm ir-rappurtar u l-monitoraġġ lejn approċċ aktar integrat (3). |
5. |
Il-Qorti sabet li fil-każ speċjali tal-proċedura ta' assistenza reċiproka fis-setturi doganali u agrikoli m'hemmx segwitu sistematiku mill-OLAF (4). Sa Frar 2007 is-sitwazzjoni ma nbidlitx. |
6. |
Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni lejn ir-rakkomandazzjoni tagħha fir-Rapport Speċjali Nru 11/2006 tagħha dwar is-Sistema ta' Transitu Komunitarju (5) li l-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex ittejjeb l-affidabilità tas-sorsi ta' informazzjoni fuq il-frodi, u għandha tagħmel użu aħjar minnhom billi tiżviluppa strateġiji ta' tmexxija tar-riskju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tirsisti biex ittejjeb il-kompletezza u l-affidabilità tal-komunikazzjonijiet MA u id-DIS. |
RIMARKI SPEĊIFIĊI
7. |
L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(1) ta' l-abbozz tar-regolament jiddefinixxi l-leġiżlazzjoni doganali u jinkludi referenza għall-korp ta' dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw it-taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Il-Qorti tilqa' dan l-approċċ imma tikkunsidra li, minħabba raġunijiet ta' konsistenza mad-definizzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali mniżżla fil-Konvenzjoni ta' Napli II (6), dan l-Artikolu għandu jirreferi wkoll għall-korp ta' dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju għal taxxi tas-sisa fuq l-importazzjoni armonizzati flimkien mad-dispożizzjonijiet implimentattivi assoċjati. |
8. |
Il-paragrafu nru 2 il-ġdid, miżjud ma' l-Artikolu 15, ikun jeħtieġ l-inklużjoni fl-Artikolu 2(1) ta' definizzjonijiet ta' komunikazzjoni progressiva, komunikazzjoni f'intervalli regolari, format strutturat u format mhux strutturat. Barra dan, l-għażla ta' komunikazzjoni f'intervalli regolari hija f'kontraddizzjoni ma' l-obbligazzjoni attwali f'Artikolu 15 biex l-Istati Membri l-oħra kkonċernati jiġu nnotifikati immedjatament b'informazzjoni relatata ma' operazzjonijiet li jikkostitwixxu, jew li lilhom jidhrilhom li jikkostitwixxu, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u agrikola. |
9. |
Il-Qorti tikkunsidra li l-possibilità pprovduta għall-komunikazzjonijiet MA biex tiġi użata għall-għan ta' analiżi strateġika skond il-paragrafu nru. 7 il-ġdid ta' l-Artikolu 18 tista tgħin isaħħaħ l-effettività ta' l-OLAF. Minkejja dan, il-Qorti tikkunsidra li l-proposta imissa marret lil hinn fl-Artikolu 18a billi tagħti lill-Kummissjoni aċċess sħiħ għall-informazzjoni disponibbli f'sistemi diġà implimentati jew previsti (7) għat-tipi kollha ta' merkanziji (mhux biss għall-merkanziji sensittivi) għall-fini ta' analiżi strateġika u operattiva u tmexxija tar-riskju filwaqt li tassigura protezzjoni xierqa tad-dejta personali. |
10. |
L-Artikolu 18b ma jipprovdix biċ-ċar bażi leġali għall-infrastruttura permanenti sabiex tassigura l-koordinazzjoni tajba ta' operazzjonijiet tad-dwana konġunti miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti jew uffiċjali tal-kollaborazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali kompetenti, korpi ta' l-Unjoni Ewropea jew aġenziji u pajjiżi terzi, kif imħabbar fil-memorandum ta' spjegazzjoni. |
11. |
Il-Qorti tikkunsidra li l-Artikolu 23(2) ta' l-abbozz tar-regolament mhux essenzjalment differenti mill-artikolu attwali u li l-għan tad-DIS għandu jkun spjegat aħjar billi jispeċifika li l-effettività tal-proċeduri ta' koperazzjoni u kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti issa jistgħu jiżdiedu wkoll permezz ta' analiżi operattiva u strateġika. |
12. |
Il-Qorti tistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-Artikoli 41b(2)(b) u 41c(2)(b) in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxi tas-sisa (numru ta' identifikazzjoni SEED) previst fir-Regolament dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa (8) u fid-Direttiva 92/12/KEE (9) sabiex tiffaċilita investigazzjonijiet jew mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru. |
13. |
Għalkemm il-Kummissjoni indikat li l-proposta ma kellha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul, il-Qorti tikkunsidra li l-proposta għandha jkollha impatt pożittiv fuq riżorsi tradizzjonali u tal-VAT permezz tat-tnaqqis tal-frodi, u dan l-impatt imissu ġie stmat fir-rendikonti finanzjarji leġiżlattivi tal-proposta sabiex jippermetti evalwazzjoni aktar preċiża tal-valur għall-flus tal-proġett. |
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-21 ta' Marzu 2007.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) COM(2006) 866 finali tat-22 ta’ Diċembru 2006.
(3) Ara l-paragrafi 4.12 u 4.27(a) tar-Rapport Annwali (ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1).
(4) Ara l-paragrafi 32 u 85 tar-Rapport Speċjali Nru 1/2005 (ĠU C 202, 18.8.2005).
(5) Ara l-paragrafu 74 tar-Rapport Speċjali Nru 11/2006 (ĠU C 44, 27.2.2007).
(6) Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana (ĠU C 24, 23.1.1998).
(7) Bħall-NCTS (Sistema Ġdida ta' Transitu Kompjuterizzata), l-ECS (Sistema ta' Kontroll ta' l-Esportazzjoni), l-AIS (Sistema Awtomata ta' l-Importazzjoni), l-EMCS (Sistema ta' Kontroll tal-Ġestjoni tat-Taxxi tas-Sisa).
(8) L-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2073/2004 (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1).
(9) L-Artikolu 15a(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għal prodotti soġġetti għas-sisa u ż-żamma, moviment u monitoraġġ ta' tali prodotti (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992 (ĠU L 390, 31.12.1992, p. 124).