ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
11ta' Jannar 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2007/C /01

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Konsulent Prinċipali (Grad AD 14)(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta’ l-Istaff) – COM/2007/10036

1

2007/C /02

Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (Grad AD14) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff) – COM/2007/10041

3

2007/C /03

Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Deputat Direttur-Ġenerali (Grad AD 15) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal) – COM/2007/10042

4

2007/C /04

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (Grad AD14) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal) – COM/2007/10043

5

2007/C /05

Direttorat Ġenerali tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni u l-Media – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Konsulent Prinċipali (Grad AD 14) (Artikolu 29(2) tar-Regolament ta' l-Istaff) – COM/2007/10044

6

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 6 A.

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

11.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


DIRETTORAT ĠENERALI GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Konsulent Prinċipali (Grad AD 14)(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta’ l-Istaff)

COM/2007/10036

(2007/С 6 А/01)

Min aħna:

Id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (DĠ RELEX) jikkontribwixxi għall-formulazzjoni mill-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni, flimkien mal-kollegi tagħha, ta' politika effettiva u koerenti tar-relazzjonijiet esterni għall-Unjoni Ewropea, sabiex tippermetti lill-UE tasserixxi l-identità tagħha fix-xena internazzjonali. Din il-ħidma tinkludi oqsma ta' politika li jaqgħu kemm fl-ambitu tal-kompetenza tal-Komunità kif ukoll fl-ambitu tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni.

Qed noffru:

Il-Pożizzjoni ta' Konsulent Prinċipali, li se jkun imsieħeb mad-Deputat Direttur Ġenerali responsabbli għal żewġ Direttorati fid-DĠ RELEX, Ażja (ħlief il-Ġappun u l-Korea) u l-Amerika Latina. L-impenji prinċipali tal-Konsulent Prinċipali huma li jipprovdi sostenn lid-Deputat Direttur Ġenerali għall-promozzjoni ta' koerenza ikbar fl-azzjoni esterna ta' l-UE u s-sehem tal-Kummissjoni f'dan, u li jassisti fil-koordinazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi kemm fuq il-livell reġjonali u kif ukoll fuq il-livell nazzjonali.

L-applikanti għandhom:

1.

Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru l-ġdid ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja);

2.

Ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat;

3.

Ikollhom għall-inqas 12-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih. Għall-inqas 6 snin minn din l-esperjenza professjonali għandha tkun f'livell ta' maniġment għoli;

4.

Ikollhom għarfien sod ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' oħra minn dawn il-lingwi. Il-kandidati għandhom ikunu mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

Il-Konsulent Prinċipali jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta’ għażla u reklutaġġ tagħha. Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolament ta' l-Istaff għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bi grad AD 14. Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs.

Għal deskrizzjoni ddettalljata tal-post, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu f'

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Il-link għall-applikazzjoni on-line hija:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

admin-management-online@ec.europa.eu

Id-data ta’ l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija d-9 ta’ Frar 2007. Ir-reġistrazzjoni on-line ma tibqax possibbli wara 12.00 p.m. ħin ta' Brussell.


11.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/3


DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SAJD U L-AFFARIJIET MARITTIMI

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (Grad AD14) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)

COM/2007/10041

(2007/С 6 А/02)

Min aħna

Id-Direttorat-Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi (DĠ FISH) għandu l-għan li jiżgura t-twettiq tal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni fl-oqsma tas-sajd, il-Liġi Marittima u l-Affarijiet Marittimi. Aħna responsabbli għad-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ, f'isem il-Kummissjoni, tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (CFP) biex tingħata l-bażi għal sajd sostenibbli fl-ibħra tal-Komunità u barra minnhom, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aspetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali u li jkunu applikati l-prinċipji tat-tmexxija tajba.

Qed noffru

Il-post ta' Direttur fid-Direttorat 'Politika Strutturali'. Id-Direttur huwa responsabbli għat-tfassil tal-politika strutturali fil-qasam tas-sajd u l-akwakultura u għall-ippjanar u l-implimentazzjoni effettivi tax-xogħol f'dawn l-oqsma.

L-applikanti għandhom

1.

Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru ġdid ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija is-Slovakkja, is-Slovenja);

2.

Ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat;

3.

ikollhom mill-inqas 12-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li jagħtu aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq. Mill-inqas 6 snin minn dik l-esperjenza professjonali jridu jkunu nkisbu fuq livell ta' management għoli;

4.

Ikollhom għarfien sod ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra. Il-kandidati huma mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

Id-Direttur jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-uffiċjali fi grad AD 14 tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Id-deskrizzjonijiet sħaħ ta' l-impjieg, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fis-sit ta' l-internet

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Il-link għall-applikazzjoni online hi:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

admin-management-online@ec.europa.eu

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija d-9 ta' Frar 2007. Ir-reġistrazzjoni elettronika mhux ser tkun possibbli wara 12.00 p.m. (nofsinhar) ħin ta' Brussell.


11.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/4


DIRETTORAT-ĠENERALI GĦALL-EDUKAZZJONI U L-KULTURA

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Deputat Direttur-Ġenerali (Grad AD 15) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

COM/2007/10042

(2007/С 6 А/03)

Min aħna

Il-missjoni tad-Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) għandha tliet aspetti ewlenin: li tibni Ewropa ta' għarfien; li tiżviluppa żona kulturali Ewropea, u li tinvolvi liċ-ċittadini fl-integrazzjoni Ewropea.

Flimkien mal-politika u l-azzjoni regolatorja, id-DĠ għall-Kultura jimplimenta varjetà wiesgħa ta' programmi li jinvolvu mijiet ta' eluf ta' benefiċjarji kull sena. Permezz ta' dawn l-azzjonijiet, id-DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura jikkontribwixxi b'mod deċisiv sabiex ikunu salvagwardjati l-valuri u l-prosperità ta' l-Ewropa, u jinvolvi liċ-ċittadini b'mod mill-aktar reali fl-integrazzjoni Ewropea u jsaħħaħ is-sentiment ta' appartenenza għal din il-komunità li għadha qed tikber.

Nipproponu

Il-pożizzjoni ta' Deputat Direttur-Ġenerali, li, fost l-oħrajn, jiżviluppa politika ta' l-UE/l-Kummissjoni fl-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat-Ġenerali u jikkontribwixxi għat-twettiq tagħhom.

L-applikanti għandhom

1.

Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja);

2.

Ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess sabiex jinbdew studji dottorali;

3.

Ikollhom mill-inqas tnax-il sena ta' esperjenza professjonali wara l-gradwazzjoni, f'livell li jippermettu d-dħul għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq. Għallinqas sitt snin minn dik l-esperjenza professjonali jridu jkunu nksibu f'funzjoni ta' tmexxija għolja;

4.

Ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adekwat ta' waħda oħra minn dawn il-lingwi uffiċjali. Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-proċeduri ta' għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

Id-Deputat Direttur-Ġenerali għandu jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Is-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk stabbiliti fir-Regolamenti ta' l-Impjegati għall-uffiċjali AD 15 tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Deskrizzjonijiet sħaħ tal-pożizzjonijiet, kriterji ta' għażla u dettalji ta' applikazzjoni jinsabu fuq

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Il-link għall-applikazzjoni bl-internet hi:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil:

admin-management-online@ec.europa.eu

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi d-9 ta' Frar 2007. Ir-reġistrazzjoni bl-internet ma tkunx possibbli wara nofsinhar, ħin ta' Brussell.


11.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/5


DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (Grad AD14) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

COM/2007/10043

(2007/С 6 А/04)

Min aħna:

Ir-rwol ewlieni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) huwa dak li jieħu ħsieb is-suċċess ta' l-Għaqda Ekonomika u Monetarja sew fi ħdan, kif ukoll barra, mill-Unjoni Ewropea, billi javvanza l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika, iwettaq sorveljanza ekonomika u jipprovdi l-valutazzjoni tal-politika.

Nipproponu:

Il-pożizzjoni ta' Direttur responsabbli għad-Direttorat ECFIN.A “Studji Ekonomiċi u Riċerka”, li jmexxi l-implimentazzjoni tal-programm ta' riċerka ekonomika tad-DĠ ECFIN. Ir-rwol ewlieni ta' dan id-direttorat huwa dak li jipprovdi l-għodod analitiċi (mudelli ekonometriċi, analiżi empirika, databases eċċ.) użati mid-DĠ ECFIN u li jħaddem il-kapaċità analitika kkonċentrata fi grupp ta' konsulenti ekonomiċi. Id-direttorat hu inkarigat ukoll mill-koordinazzjoni tat-tbassir tad-DĠ ECFIN.

L-applikanti għandhom:

1.

Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru l-ġdid ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja);

2.

Ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat;

3.

Ikollhom mill-inqas 12-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li jagħtu aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq; Mill-inqas 6 snin minn dik l-esperjenza professjonali jkunu nkisbu fuq livell maniġerjali għoli;

4.

Ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra. Il-kandidati għandhom ikunu mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

Id-Direttur jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-uffiċjali fi grad AD 14 tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Deskrizzjoni sħiħa ta' l-impjieg, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fil-websajt

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Il-link għall-applikazzjoni online hu:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

admin-management-online@ec.europa.eu

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija d-9 ta' Frar 2007. Ir-reġistrazzjoni on-line ma tkunx possibbli wara 12.00 p.m. (nofsinhar) ħin ta' Brussell.


11.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/6


DIRETTORAT ĠENERALI TAS-SOĊJETÀ TA' L-INFORMAZZJONI U L-MEDIA

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Konsulent Prinċipali (Grad AD 14) (Artikolu 29(2) tar-Regolament ta' l-Istaff)

COM/2007/10044

(2007/С 6 А/05)

Min aħna

Id-Direttorat Ġenerali tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni u l-Media (DĠ INFSO) jappoġġja l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIC) għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Ir-rwol tagħna huwa li mmexxu l-inizjattiva qafas i2010, billi nipprivileġġjaw it-TIC bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku u ta' l-impjiegi, niggarantixxu l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika, insaħħu l-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew u niġġestixxu l-parti tat-TIC fis-seba' programm qafas ta' l-RTD (FP 7) (2007-2013) kif ukoll fil-programm qafas għall-kompetittività u l-innovazzjoni (CIP) (2007-2013)

Qed noffru

Il-pożizzjoni ta' Konsulent Prinċipali, impjegat mad-Direttur Ġenerali. Minħabba n-natura li qed tevolvi malajr tat-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni (TIC), il-karigi huma partikolarment li titwettaq kull missjoni “ad hoc” fil-qasam tal-koordinazzjoni orizzontali tas-servizzi dwar ċerti attivitajiet immirati tad-DĠ INFSO.

L-applikanti għandhom

1.

Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru l-ġdid ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja);

2.

Ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat;

3.

Ikollhom għall-inqas 12-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li l-kwalifiċi msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih. Għall-inqas 6 snin minn din l-esperjenza professjonali għandha tkun f'livell maniġerjali għoli;

4.

Ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' oħra minn dawn il-lingwi. Il-kandidati huma mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

Il-Konsulent jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolament ta' l-Istaff għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bi grad AD 14. L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Għal deskrizzjoni ddettalljata tal-post, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji ta' l-applikazzjoni tista' tikkonsulta s-sit

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Il-link għall-applikazzjoni on-line hija:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

admin-management-online@ec.europa.eu.

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija d-9 ta' Frar 2007. Ir-reġistrazzjoni on-line ma tibqax possibbli wara 12pm (nofsinhar) ħin ta' Brussell.