|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 49 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Tagħrif |
|
|
|
Il-Qorti ta’ l-Awdituri |
|
|
2006/C /1 |
Rapport mill-Awditur estern dwar il-Kontijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-Sena Finanzjarja 2005 |
|
|
|
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 315 |
|
MT |
|
I Tagħrif
Il-Qorti ta’ l-Awdituri
|
21.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
RAPPORT MILL-AWDITUR ESTERN DWAR IL-KONTIJIET TAL-QORTI TA' L-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2005
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jagħti lill-Qorti ta' l-Awdituri r-responsabbilità biex tivverifika d-dħul u l-infiq kollu tal-Komunità, u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 276 ta' l-istess Trattat fuq l-għotja ta' l-approvazzjoni, il-Qorti ta' l-Awdituri kellha l-kontijiet tal-ġestjoni amministrattiva interna tagħha vverifikati minn awditur estern kull sena, sa mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987.
Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti ta' l-Awdituri għamel fir-rigward tal-kontijet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 kienu mibgħuta biss liċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Budget tal-Parlament Ewropew.
Wara deċiżjoni meħuda mill-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta' Lulju 1993, ir-rapporti ta' l-awditur estern qed jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sa mir-rapport għas-sena finanzjarja 1992.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President tal-Qorti
WERREJ
Ċertifikat dwar ir-regolarità u l-affidabilità tar-rendikonti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2005
Rapport dwar il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta' kontroll intern
Rendikonti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2005
Ċertifikat dwar ir-regolarità u l-affidabilitàtar-rendikonti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2005
Lill-Membri tal-Qorti
Ewropea ta’ l-Awdituri
Skond l-istruzzjonijiet mogħtija lilna mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, aħna eżaminajna ir-rendikonti finanzjarji tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru 2005. Ir-rendikonti finanzjarji huma r-responsabilità tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. Ir-responsabilità tagħna hija li, fuq il-bażi tax-xogħol tal-verifika tagħna, nesprimu opinjoni dwar ir-rendikonti finanzjarji.
Aħna wettaqna x-xogħol tagħna skond standards tal-verifika internazzjonali. Dawn l-istandards jeħtieġu illi aħna nippjanaw u nwettqu xogħolna b'tali mod illi niksbu assigurazzjoni raġonevoli li r-rendikonti finanzjarju ma fihomx anomaliji sinifikanti. Kif meħtieġ, il-verifika kienet tinkludi eżami, fuq il-bażi ta' kampjun, ta' l-evidenza ta' sostenn relatata maċ-ċifri u l-informazzjoni fir-rendikonti finanzjarji. Kienet tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-prinċipji u l-prattiċi tal-kontabilità li ġew applikati u ta' l-estimi sinifikanti użati mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-preparazzjoni tal-kontijiet, kif ukoll reviżjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tagħhom. Aħna naħsbu li l-verifika pprovdiet bażi raġonevoli għall-opinjoni espressa.
Skond l-istandard tal-kontabilità Nru 12 (“Benefiċċji ta' l-impjegat”), li kien adottat fit-28 ta' Diċembru 2004 b'deċiżjoni ta' l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, fil-31 ta' Diċembru 2004, għall-ewwel darba, il-Qorti rreġistrat proviżjoni għall-pensjonijiet tal-Membri tagħha u riċevibbli ta' skadenza twila mingħand l-Istati Membri b'valur ta' 43 689 621 euro. Fil-preżent, l-istandard tal-kontabilità Nru 12 qed jiġi revedut. Sa ma tittieħed deċiżjoni finali dwar dan is-suġġett u billi tosserva l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Qorti ta' l-Awdituri tnaqqas ir-“riċevibbli” tagħha mingħand l-Istati Membri għall-impenji tal-pensjoni sabiex tistabbilixxi l-ammont ta' l-attivi netti.
Fl-opinjoni tagħna, li hija soġġetta għal kwalunkwe rettifiki li jistgħu jkunu neċessarji fir-rigward tat-trattament tal-kontabilità għall-pensjonijiet imsemmi hawn fuq, ir-rendikonti finanzjarji annessi jagħtu stampa reali u ġusta, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-regoli ta' implimentazzjoni, prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati u r-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, ta' l-attivi u l-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2005 u tar-riżultat ekonomiku u d-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja li ntemmet dak in-nhar.
Il-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2006.
KPMG Audit S.à r.l.
Awdituri
P. WIES
Rapport dwar il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern
Lill-Membri tal-Qorti
Ewropea ta’ l-Awdituri
Skond l-istruzzjonijiet mogħtija lilna mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, aħna eżaminajna l-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2005. L-iskop ta' l-eżami tagħna kien li nassiguraw li d-dipartimenti varji tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri jista jkollhom assigurazzjoni raġonevoli li:
|
— |
il-ġestjoni finanzjarja tal-Qorti ta’ l-Awdituri hija konformi mar-regolamenti applikabbli; |
|
— |
is-sistema ta' kontroll intern tippermetti l-preparazzjoni ta' rendikonti finanzjarji affidabbli u osservanza tal-qafas tar-regolamenti. |
Ir-regolamenti applikabbli huma:
|
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, |
|
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, |
|
— |
Ir-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 80-2003 u adottati mill-Qorti fil-laqgħat tagħha tas-17 u t-18 ta’ Diċembru 2003. |
Aħna eżaminajna l-ambjent tal-kontroll, l-evalwazzjoni tar-riskju, s-sistemi u l-attivitajiet ta' kontroll u s-sistemi ta' kontroll tal-ġestjoni. Il-xogħol tagħna kien jikkonsisti f'evalwazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, proċeduri tal-ġestjoni, testijiet ta' kampjuni fuq dokumenti ta' sostenn u intervisti mal-persunal. In-natura u l-firxa tat-testijiet kienu ddeterminati mill-evalwazzjoni tagħna ta’ l-ambjent tal-kontroll. Aħna naħsbu li xogħolna jagħti bażi raġonevoli għall-konklużjonijiet tagħna dwar il-proċeduri tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern tagħha.
Fuq il-bażi tal-proċeduri deskritti hawn fuq, xogħolna ma kixef ebda fatti li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-adegwatezza tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità jew il-kontroll intern jew l-konformità tal-ġestjoni finanzjarja mar-regolamenti applikabbli.
Il-Lussemburgu, il-25 ta' Ottubru 2006.
KPMG Audit S.àr.l,
Awdituri
P. WIES
Rendikonti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2005
Karta tal-Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2005 u fil-31 ta' Diċembru 2004
|
(1000 euro) |
||||
|
|
Noti |
2005 |
2004 |
|
|
Attivi mhux kurrenti |
|
38 532 |
43 322 |
|
|
Attivi fissi mhux tanġibbli |
2 |
537 |
443 |
|
|
Attivi fissi tanġibbli |
2 |
37 995 |
42 879 |
|
|
Attivi kurrenti |
|
5 623 |
12 531 |
|
|
Prefinanzjament ta' skadenza qasira |
3 |
— |
3 514 |
|
|
Riċevibbli ta' skadenza qasira |
4 |
2 777 |
1 909 |
|
|
Likwidità u ekwivalenti likwidi |
|
2 846 |
7 108 |
|
|
Attivi totali |
|
44 155 |
55 853 |
|
|
Passivi mhux kurrenti |
|
47 869 |
43 884 |
|
|
Benefiċċji ta' l-impjegat |
5 |
47 694 |
43 689 |
|
|
Passivi oħrajn ta' skadenza twila |
|
175 |
195 |
|
|
Passivi kurrenti |
|
7 736 |
6 599 |
|
|
Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż |
|
2 031 |
1 634 |
|
|
Pagabbli kurrenti |
6 |
5 705 |
4 965 |
|
|
Passivi totali |
|
55 605 |
50 483 |
|
|
Attivi netti |
7 |
(11 450) |
5 370 |
|
|
Ammonti li għandhom jinġabru mill-Istati Membri |
|
|
|
|
|
|
Ammonti miġjuba 'il quddiem mis-snin preċedenti |
|
5 370 |
5 370 |
|
|
Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja |
|
(16 820) |
— |
|
In-noti hawn annessi huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji. |
||||
Kont tar-Riżultat Ekonomiku fil-31 ta' Diċembru 2005
|
(1000 euro) |
|||
|
|
Noti |
2005 |
|
|
Dħul operattiv |
|||
|
|
Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet oħra |
|
70 787 |
|
|
Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi |
8 |
16 163 |
|
|
|
86 950 |
|
|
Spejjeż operattivi |
|||
|
Spejjeż amministrattivi |
|
|
|
|
|
Spejjeż tal-persunal |
|
(74 686) |
|
|
Spejjeż relatati ma' l-attiv fiss |
|
(4 396) |
|
|
Pensjonijiet |
|
(6 033) |
|
|
Spejjeż amministrattivi oħra |
9 |
(18 761) |
|
|
|
(103 876) |
|
|
Riżultat operattiv |
|
(16 926) |
|
|
Attivitajiet mhux operattivi |
|||
|
|
Dħul minn operazzjonijiet ta' investiment |
|
53 |
|
|
Dħul minn operazzjonijiet finanzjarji |
|
68 |
|
|
Spejjeż ta' operazzjonijiet finanzjarji |
|
(15) |
|
|
|
106 |
|
|
Riżultat ekonomiku għas-sena |
|
(16 820) |
|
|
In-noti hawn annessi huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji. |
|||
Rendikont tal-likwidità għas-sena finanzjarja 2005
|
(1000 euro) |
||||
|
Likwidità minn attivitajiet ordinarji |
||||
|
Dħul mill-attivitajiet tas-sena finanzjarja |
(16 925) |
|||
|
|
Aġġustamenti li jikkonċernaw attivitajiet: |
|
||
|
|
|
311 |
||
|
|
|
3 522 |
||
|
|
|
397 |
||
|
|
|
4 004 |
||
|
|
|
3 514 |
||
|
|
|
(889) |
||
|
21 |
||||
|
|
|
(19) |
||
|
|
|
348 |
||
|
|
|
393 |
||
|
|
|
571 |
||
|
|
|
62 |
||
|
Likwidità minn attivitajiet normali |
(4 690) |
|||
|
Likwidità minn attivitajiet ta' investiment |
||||
|
|
Xiri ta' attivi tanġibbli u mhux tanġibbli |
(1 680) |
||
|
|
Bejgħ ta' attivi tanġibbli jew mhux tanġibbli |
2 003 |
||
|
|
Dħul finanzjarju |
52 |
||
|
Likwidità minn attivitajiet t'investiment |
376 |
|||
|
Likwidità minn attivitajiet finanzjarji |
||||
|
|
Dħul finanzjarju |
68 |
||
|
|
Infiq finanzjarju |
(15) |
||
|
Likwidità minn attivitajiet finanzjarji |
53 |
|||
|
Żieda (tnaqqis) nett fil-likwidità |
(4 261) |
|||
|
Likwidità fil-bidu tas-sena finanzjarja |
7 108 |
|||
|
Likwidità fl-aħħar tas-sena finanzjarja |
2 846 |
|||
NOTI DWAR IR-RENDIKONTI FINANZJARJI FIL-31 TA’ DIĊEMBRU 2005
1. Prinċipji tal-kontabilità
1.1 Regolamenti u preżentazzjoni tal-kontijiet
Il-kontijiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri (“il-Qorti”) huma miżmuma u r-rendikonti finanzjarji huma ppreparati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament finanzjarju msemmi hawn fuq.
Mill-1 ta’ Jannar 2005, ir-rendikonti finanzjarji ġew ippreparati skond il-prinċipju tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti. Il-karta ta’ bilanċ tal-ftuħ tal-Qorti kienet preparata skond ir-regoli ġodda tal-kontabilità adottati fit-28 ta’ Diċembru 2004 u applikabbli għall-ewwel darba għas-sena finanzjarja 2005.
Id-dejta komparattivi għas-sena finanzjarja 2004 ġew aġġustati sabiex jirriflettu l-prinċipji ġodda tal-kontabilità tal-Qorti.
Rikonċiljazzjoni tal-kontijiet tal-karta ta’ bilanċ, kif iddeterminat minn qabel skond il-prinċipji ta’ l-2004, hija mogħtija f’nota 10.
Skond l-istandard tal-kontabilità Nru 12 (“Benefiċċji ta’ l-impjegat”), li kien adottat fit-28 ta’ Diċembru 2004 b’deċiżjoni ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju tal-Kummissjoni applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej, il-Qorti kienet irreġistrat, għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2004, proviżjoni għall-pensjonijiet tal-Membri tagħha għall-valur, ikkalkulat b’mod attwarju, ta’ l-impenji li joħorġu mit-tul tas-servizz fid-data tal-kalkolu. Fl-2004, il-Qorti kienet ibbilanċjat din il-proviżjoni permezz ta’ riċevibbli ta’ skadenza twila mingħand l-Istati Membri. Preżentement, l-istandard tal-kontabilità Nru 12 qed jiġi revedut. Sa kemm ma titieħed deċiżjoni finali fuq din il-kwistjoni, u b’konformità ma’ l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Qorti, sa mill-2005 naqqset, ir-“riċivibbli” mingħand l-Istati Membri għall-impenji tal-pensjoni sabiex tistabbilixxi l-ammont ta’ l-attivi netti. Iċ-ċifri komparattivi ġew adattati.
1.2 Attivi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli
L-attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli huma mniżżla bil-prezz storiku tagħhom li minnu jiġi mnaqqas id-deprezzament u d-deterjorament.
Id-deprezzament huwa kkalkolat bil-metodu ta’ rata fissa sabiex il-prezz ta’ l-akkwist sal-valur residwali tagħhom jiġi allokat fuq stima tal-ħajja utli tagħhom, kif ġej:
|
Softwer tal-kompjuter |
4 snin |
|
Bini |
25 sena |
|
Impjant, makkinarju u għodda |
4, 8 snin |
|
Għamara u vetturi |
4, 8, 10 snin |
|
Hardwer tal-kompjuter |
4 snin |
|
Tagħmir speċifiku mal-bini mikri |
It-tul tal-kirja |
1.3 Prefinanzjament
Prefinanzjament huwa pagament intiż biex jipprovdi lill-benefiċjarju b’avvanz likwidu, jiġifieri bilanċ ta’ kontanti. Dan jista jinqasam fuq numru ta’ pagamenti fuq perijodu definit fil-ftehim ta’ prefinanzjament partikolari. Il-bilanċ ta’ kontanti jew avvanz huwa mħallas lura jew użat għall-għan li għalih kien mogħti waqt il-perijodu definit fil-ftehim.
Fl-aħħar tas-sena ammonti ta’ prefinanzjament li jkunu għadhom dovuti huma vvalutati fuq l-ammonti oriġinali mħallsa lill-benefiċjarju li minnu jitnaqsu: kwalunkwe ammonti mogħtija lura, ammonti eliġibbli li ġew approvati, l-ammonti eliġibbli stmati li għadhom ma ġewx approvati u l-ammont ta’ tnaqqis fil-valur.
1.4 Riċevibbli
Riċevibbli huma murija bil-valur oriġinali tagħhom li minnu jiġi mnaqqas it-tnaqqis fil-valur, fejn japplika.
1.5 Pagabbli
Pagabbli huma mdaħħla fil-karta ta’ bilanċ bil-valur nominali tagħhom.
1.6 Impenji għall-iskema tal-pensjoni tal-Membri
Skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jiddetermina s-salarji tal-membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri (ĠU L 268, 20.10.1977), il-ħlas tal-benefiċċji previsti f’din l-iskema ta’ pensjoni għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Komunitajiet u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b’mod konġunt il-ħlas ta’ dawn il-benefiċċji.
L-ammonti garantiti mill-Istati Membri huma bbażati, min-naħa, fuq standard tal-kontabilità Nru 12 “Benefiċċji ta’ l-impjegat” li ġie adottat fit-28 ta’ Diċembru 2004 b’deċiżjoni ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej, u, min-naħa l-oħra, fuq il-bażi ta’ analiżi attwarja mwettqa mill-esperti ta’ l-unità speċjalizzata tal-PMO fil-Kummissjoni.
2. Attivi fiss mhux tanġibbli u tanġibbli
|
(1000 euro) |
||||||
|
|
2005 |
2004 |
||||
|
Valur deprezzabbli |
Deprezzament kumulattiv |
Valur nett |
Valur nett |
|||
|
Attivi fissi mhux tanġibbli |
1 621 |
(1 084) |
537 |
443 |
||
|
Attivi fissi tanġibbli |
||||||
|
52 581 |
(17 606) |
34 975 |
39 177 |
||
|
1 247 |
(889) |
358 |
514 |
||
|
1 993 |
(1 363) |
630 |
789 |
||
|
4 049 |
(2 651) |
1 398 |
1 516 |
||
|
1 044 |
(435) |
609 |
783 |
||
|
25 |
— |
25 |
100 |
||
|
Sotto-total |
60 939 |
(22 944) |
37 995 |
42 879 |
||
|
Total |
62 560 |
(24 028) |
38 532 |
43 322 |
||
3. Prefinanzjament ta’ skadenza qasira
Il-bilanċ ta’ l-2004 jikkorrispondi mal-fondi li l-Qorti kienet avanzat lill-Maniġer tal-Proġett biex jinbena l-bini.
4. Riċevibbli ta’ skadenza qasira
Riċevibbli ta’ skadenza qasira jikkorrispondu l-aktar ma’ intitolamenti stabbiliti imma li għadhom ma nġabrux li minnhom 1 392 326 euro huma attribwiti għall-akkwist ta’ drittijiet tal-pensjoni nazzjonali minn membri tal-persunal ta’ l-istituzzjoni.
Il-bilanċ ta’ l-ammont muri jikkonsisti prinċipalment minn avvanzi mħallsa fuq spejjeż ta’ missjonijiet diġà mġarrba mill-Membri u l-persunal tal-Qorti imma li għadhom ma ġewx imħallsa.
5. Benefiċċji ta’ l-impjegat
Benefiċċji ta’ l-impjegat jirrappreżentaw id-drittijiet għal pensjonijiet futuri tal-Membri tal-Qorti.
6. Pagabbli kurrenti
Il-punt “Pagabbli kurrenti” ikopri ammonti dovuti lill-fornituri, spejjeż ta’ missjonijiet li għadhom iridu jiġu fatturati mill-organizzazzjoni tal-karta ta’ kreditu u ammonti dovuti lill-varji benefiċjarji.
Barra dan, dan il-punt jinkludi ammonti dovuti lill-persunal għal drittijiet miksuba taħt ir-Regolamenti tal-Persunal u għall-spejjeż ta’ missjonijiet li għadhom iridu jiġu rimborżati.
7. Attivi netti
Il-movimenti fl-attivi netti fl-2005 kien is-segwenti:
|
(1000 euro) |
|
|
Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2004 |
43 252 |
|
Aġġustamenti — bidliet fil-prinċipji tal-kontabilità (nota 10) |
5 808 |
|
Kanċellazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2004 tal-kontraparti tal-proviżjoni għall-pensjonijiet tal-Membri tal-Qorti |
(43 690) |
|
Attivi netti fil-31 ta’ Diċembru 2004 |
5 370 |
|
Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja |
(16 820) |
|
Attivi netti fil-31 ta’ Diċembru 2005 |
(11 450) |
8. Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi
Dan il-punt jinkludi prinċipalment taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq is-salarji tal-Membri u tal-persunal.
9. Spejjeż amministrattivi oħra
Dan il-punt jinkludi prinċipalment kirjiet tal-bini u spejjeż relatati, spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal u l-Membri, spejjeż ta’ l-IT u spejjeż relatati mat-taħriġ professjonali.
10. L-impatt ta’ l-adozzjoni tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti
Waqt is-sena finanzjarja, il-Qorti adottat il-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti. L-adozzjoni ta’ dawn il-prinċipji teħtieġ l-aġġustament tar-rendikonti komparattivi kif ġej:
Attivi
|
(1000 euro) |
|||
|
|
31.12.04 iddikjarat mill-ġdid |
Tibdil |
31.12.04 |
|
Attivi fissi mhux tanġibbli |
443 |
28 |
415 |
|
Attivi fissi tanġibbli |
42 879 |
719 |
42 160 |
|
Stokks |
— |
(197) |
197 |
|
Prefinanzjament ta’ skadenza qasira |
3 514 |
3 514 |
— |
|
Riċevibbli ta’ skadenza qasira |
1 909 |
525 |
1 384 |
|
Riċevibbli ta’ skadenza twila (1) |
43 690 |
— |
43 690 |
|
Attivi li jistgħu jitneħħew |
7 108 |
— |
7 108 |
|
|
99 543 |
4 589 |
94 954 |
Passivi
|
(1000 euro) |
|||
|
|
31.12.04 iddikjarat mill-ġdid |
Aġġustamenti |
31.12.04 |
|
Attivi netti (nota 7) |
49 060 |
5 808 |
43 252 |
|
Passivi mhux kurrenti |
43 885 |
176 |
43 709 |
|
Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż |
1 634 |
1 634 |
— |
|
Pagabbli kurrenti |
4 964 |
(3 029) |
7 993 |
|
|
99 543 |
4 589 |
94 954 |
It-tibdil fir-regoli u l-metodi tal-kontabilità li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti jeħtieġ l-aġġustamenti li ġejjin biex jieħu in konsiderazzjoni elementi li qabel ma kellhomx jintwerew fir-rendikonti finanzjarji:
|
(1000 euro) |
|
|
Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-bilanċ pożittiv ta’ avvanzi ta’ fondi bħala dħul mill-Kummissjoni Ewropea |
7 051 |
|
Attivi fissi (li jinkludiu 99 843 għall-attivi fissi fil-proċess li jinbnew), deprezzament ikkalkolat fuq bażi ta’ kull xahar aktar milli annwali |
746 |
|
Stokks, esklużjoni mill-karta ta’ bilanċ |
(197) |
|
Prefinanzjament favur il-maniġer tal-proġett ta’ K2 |
3 514 |
|
Pagabbli, fatturi għadhom ser jiġu rċevuti |
(624) |
|
Kontijiet ta’ settlement u suspense, spejjeż għadhom iridu jiġu fatturati |
(3 048) |
|
Oħrajn: il-valur tal-leave li ma ġiex meħud mill-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2004 |
(1 634) |
|
Total |
5 808 |
11. Impenji li ma ġewx imdaħħla fil-karta ta’ bilanċ
Skond il-ftehim qafas li jikkonċerna l-bini ta’ estensjoni waħda jew iktar mal-bini tal-Qorti, li kien konkluż mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-15 ta’ Diċembru 1999, il-partijiet fil-kuntratt ftehmu dwar is-segwenti:
L-Istat tal-Lussemburgu jintrabat li jagħti lill-Qorti kirja tal-bini fuq l-art għall-ewwel estensjoni bil-prezz ta’ EUR 1(wieħed) għal perijodu li ma jaqbiżx 49 sena. Kwalunkwe kirjiet oħra ta’ bini fuq artijiet oħra neċessarji għal estensjonijiet oħra ma jridux jaqbżu d-data t’għeluq tal-kirja tal-bini mogħtija għall-ewwel estensjoni.
L-Istat tal-Lussemburgu jintrabat ukoll illi jbigħ l-art fi kwalunkwe ħin bir-rata tas-suq iddeterminata minn opinjoni ta’ espert konġunt.
Min-naħa tagħha, il-Qorti tintrabat li tagħmel l-għalmu tagħha biex tixtri l-art mingħand l-Istat tal-Lussemburgu. Hija ser titlob lill-awtorità tal-baġit il-fondi neċessarji.
Barra dan, il-garanziji bankarji li ġejjin ġew magħmula minn fornituri ta’ partijiet terzi għall-implimentazzjoni xierqa ta’ kuntratti:
|
(1000 euro) |
|||
|
20 |
||
|
75 |
||
|
28 |
||
|
Total |
123 |
||
Għall-erba’ kuntratti ta’ kiri tal-bini fis-seħħ, impenji dovuti ta’ kera jammontaw għal 9 951 290 euro, maqsuma kif muri hawn taħt:
|
(1000 euro) |
|||
|
9 758 |
||
|
144 |
||
|
50 |
||
|
Total |
9 952 |
||
(1) Ammont imnaqqas mill-attivi netti (nota 7)