|
ISSN 1725-5015 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 49 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Avviżi |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
2006/C /1 |
||
|
|
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 182 A. |
|
MT |
|
III Avviżi
Il-Kummissjoni
|
4.8.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
DĠ SAĦĦA U ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Direttur (grad AD14) (Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)
COM/2006/10029
(2006/C 182 A/01)
Min aħna:
Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur (DĠ SANCO). Fil-kuntest ta' l-għanijiet ġenerali tal-Kummissjoni, l-iskop tagħna huwa li nagħtu s-setgħa lill-konsumatur, inħarsu u ntejbu s-saħħa tal-bniedem, niżguraw li l-ikel ikun sikur u bnin, inħarsu s-saħħa ta' l-annimali u l-pjanti, kif ukoll nippromwovu t-trattament tajjeb ta' l-annimali.
Qed infittxu
kandidati li għandhom għarfien tajjeb u esperjenza fi kwistjonijiet fil-qasam tas-saħħa u l-benessri ta' l-annimali, inkluż l-aspett internazzjonali tagħhom, kif ukoll kapaċitajiet ta' ġestjoni tajbin ħafna sabiex jiġu żgurati ippjanar u amministrazzjoni effettivi ta' l-attivitajiet u r-riżorsi tad-Direttorat. Għaldaqstant, il-kanididati għandu jkollhom il-profil segwenti:
|
— |
Kapaċitajiet ta' ġestjoni u organizzazzjoni ppruvati, b'mod partikolari l-abbiltà li jmexxu, jimmotivaw u jiżviluppaw tim ta' professjonisti kwalifikati. |
|
— |
Għarfien tajjeb u konoxxenza eċċellenti ta' l-attivitajiet relatati mas-sigurtà ta' l-ikel b'mod ġenerali u partikolarment fi kwistjonijiet ta' saħħa u benessri ta' l-annimali, inkluż il-ġestjoni tat-tixrid ta' mard ta' l-annimali li potenzjalment iwassal għal sitwazzjonijiet ta' kriżi ta' epidemija madwar l-UE. |
|
— |
Abbiltà li jaħdmu taħt pressjoni; |
|
— |
Esperjenza kbira u soda fil-ġestjoni u s-sorveljanza ta' attivitajiet fi kwistjonijiet ta' saħħa u benessri ta' l-annimali u l-valutazzjonijiet tar-riskju relatati; |
|
— |
il-kapaċità li jittrattaw l-aspetti tekniċi tas-saħħa u l-benessri ta' l-annimali u jkun meħtieġ li joperaw b'mod effettiv f'qasam xjentifiku; |
|
— |
Għarfien tajjeb tar-relazzjonijiet internazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà ta' l-ikel u b'mod partikolari ma' l-entitajiet li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali; |
|
— |
L-abbiltà li jintegraw viżjoni ta' sigurtà ta' l-ikel ma' linji ta' politika oħrajn tad-DĠ, l-aktar is-saħħa pubblika u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur; |
|
— |
Kapaċitajiet kbar ta' komunikazzjoni u persważjoni biex jippromwovu l-approċċ tal-Kummissjoni lejn is-saħħa ta' l-annimali u s-sigurtà ta' l-ikel; |
|
— |
Abbiltà kbira li jinnegozjaw fuq livell għoli ma' l-Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
— |
Għarfien dwar il-proċeduri ta' komitoloġija jkun ta' vantaġġ. |
L-applikanti għandhom:
|
— |
ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat; |
|
— |
ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih, preferibbilment fix-xjenzi veterinarji jew tal-ħajja (mill-inqas ħames snin minn din l-esperjenza professjonali trid tkun inkisbet f'livell għoli ta' maniġment); |
|
— |
ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra; |
|
— |
ikunu ċittadini ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea. |
Il-kandidati għandhom ikunu mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss. Il-kandidati għandhom jindikaw id-daqs (numru ta' staff) u n-natura tad-dipartimenti li jkunu mexxew preċedentement.
Deskrizzjoni sħiħa ta' l-impjieg, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fil-websajt
http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm
Ħatra u kundizzjonijiet ta' l-impjieg
Id-Direttur jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha.
Is-salarju u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti ta' l-Istaff għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-grad AD14.
Link għall-applikazzjoni online:
http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html
Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil:
ADMIN-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu.
Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-14 ta' Settembru 2006. Ir-reġistrazzjoni online mhux ser tkun possibbli wara 12.00 p.m. (nofsinhar) ħin ta' Brussell.