ISSN 1725-5015 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 49 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Avviżi |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2006/C /1 |
||
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 32 A. |
MT |
|
III Avviżi
Il-Kummissjoni
3.2.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
SERVIZZ LEGALI
Pubblikazzjoni ta' avviż għal kariga ta' Konsulent Legali Prinċipali (Direttur) (Grade A*14)
(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)
COM/2006/10020
(2006/C 32 A/01)
Il-Kummissjoni qed tfittex li taħtar Konsulent Legali pinċipali fis-Servizz Legali.
Deskrizzjoni sħiħa tax-xogħol, kriterji ta' għażla u dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fuq
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm
L-uffiċjal għoli se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u ta reklutaġġ tagħha. Is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk stipulati fir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-uffiċjali grad A*14 tal-Komunitajiet Ewropej). Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.
Biex ikunu eliġibbli l-kandidati għandhom:
— |
ikunu ċittadini ta' wieħed mill-għaxar Stati Membri l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja); |
— |
ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji li jwasslu għal Dottorat; |
— |
ikollhom ta' l-anqas 12-il sena ta' esperjenza professjonali wara l-gradwazzjoni f'livell li għalih jagħtu aċċess il-kwalifiki hawn fuq imsemmija, inklużi ta' l-anqas sitt snin f'livell għoli ta' management; |
— |
ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra. |
Jekk trid tapplika, għandek tirreġistra permezz ta' l-internet billi tmur fuq is-sit
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html u ssegwi l-istruzzjonijiet dwar l-istadji varji tal-proċedura. Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz tal-posta elettronika; dan se jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.
Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija t-8 ta' Marzu 2006. Reġistrazzjoni on-line mhix se tkun possibbli wara 12.00 p.m. ħin ta' Brussel.