ISSN 1725-5015 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 49 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Avviżi |
|
|
Il-Kummissjoni |
|
2006/C /1 |
||
2006/C /2 |
||
2006/C /3 |
||
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 14 A. |
MT |
|
III Avviżi
Il-Kummissjoni
19.1.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
ID-DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-EDUKAZZJONI U L-KULTURA (EAC)
Pubblikazzjoni għal post battal għal Deputat Direttur Ġenerali (Grad A*15)
(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)
COM/2006/10018
(2006/C 14 A/01)
Il-Kummissjoni qiegħda tfittex li taħtar Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC).
Deskrizzjoni sħiħa tax-xogħol, kriterji ta' għażla u dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fis-sit
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm
L-uffiċjal għoli se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u ta' impjieg tagħha. Il-pagi u l-kondizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bil-grad A*15. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.
Sabiex ikunu eliġibbli l-kandidati għandhom:
— |
ikunu ċittadini ta' wieħed mill-għaxar Stati Membri l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja); |
— |
ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji li jwasslu għal Dottorat; |
— |
ikollhom għallinqas 12-il sena esperjenza professjonali post-grad fuq livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih kif ukoll għallinqas sitt snin fuq livell għoli ta' maniġment; |
— |
ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien xieraq ta' lingwa uffiċjali oħra. |
Jekk trid tapplika, għandek tinkiteb permezz ta' l-internet billi tmur fuq il-websajt
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw l-istadji varji tal-proċedura. Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz postali elettroniku; dan se jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.
Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi l-20 ta' Frar 2006. Reġistrazzjoni online mhijiex se tkun possibbli wara 12: 00 nofsinhar, ħin ta' Brussell.
19.1.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/2 |
ID-DIRETTORAT ĠENERALI GĦAT-TKABBIR (ELARG)
Pubblikazzjoni għal post battal għal Deputat Direttur Ġenerali (Grad A*15)
(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)
COM/2006/10016
(2006/C 14 A/02)
Il-Kummissjoni qiegħda tfittex li taħtar Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir (DĠ ELARG).
Deskrizzjoni sħiħa tax-xogħol, kriterji ta' għażla u dettalji ta' l-applikazzjoni jinsabu fis-sit
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm
L-uffiċjal għoli se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u ta' impjieg tagħha. Il-pagi u l-kondizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bil-grad A*15. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.
Sabiex ikunu eliġibbli l-kandidati għandhom:
— |
ikunu ċittadini ta' wieħed mill-għaxar Stati Membri l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja); |
— |
ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji li jwasslu għal Dottorat; |
— |
ikollhom għallinqas 12-il sena esperjenza professjonali post-grad fuq livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih kif ukoll għallinqas sitt snin fuq livell għoli ta' maniġment; |
— |
ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien xieraq ta' lingwa uffiċjali oħra. |
Jekk trid tapplika, għandek tinkiteb permezz ta' l-internet billi tmur fuq il-websajt
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html u timxi ma' l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw l-istadji varji tal-proċedura. Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz postali elettroniku; dan se jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.
Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi l-20 ta' Frar 2006. Reġistrazzjoni online mhijiex se tkun possibbli wara 12: 00 nofsinhar, ħin ta' Brussell.
19.1.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/3 |
ID-DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-KOMPETIZZJONI (COMP)
Pubblikazzjoni għal post battal għal Deputat Direttur Ġenerali għall-Politika ta' Ġlieda kontra l-Monopolji (Grad A*15)
(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti ta' l-Istaff)
COM/2006/10017
(2006/C 14 A/03)
Il-Kummissjoni qiegħda tfittex li taħtar Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (DĠ COMP).
Deskrizzjoni sħiħa tax-xogħol, kriterji ta' għażla u dettalji ta' l-applikazzjoni jistgħu jinsabu fis-sit
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm
L-uffiċjal għoli se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u ta' impjieg tagħha. Il-pagi u l-kondizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bil-grad A*15. Il-Kummissjoni tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.
Biex ikunu eliġibbli l-kandidati għandhom:
— |
ikunu ċittadini ta' wieħed mill-għaxar Stati Membri l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja); |
— |
ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studju li jwassal għal Dottorat; |
— |
ikollhom għallinqas 12-il sena esperjenza professjonali post-grad f'livell li l-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih kif ukoll għallinqas sitt snin fuq livell għoli ta' maniġment; |
— |
ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien xieraq ta' lingwa uffiċjali oħra. |
Jekk trid tapplika, għandek tinkiteb permezz ta' l-internet billi tmur fuq il-websajt
http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html u timxi ma' l-istruzzjonijiet dwar l-istadji varji tal-proċedura. Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz tal-posta elettronika; dan se jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek.
Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi l-20 ta' Frar 2006. Reġistrazzjoni online mhix se tkun possibbli wara 12.00 p.m. ħin ta' Brussell.