ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
2 ta' Diċembru 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Avviżi

 

L-uffiċċju Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti

2005/C /1

Sejħa għal turija ta’ interess għall-karigi ta’ membri fuq il-bord ta’ l-appell ta’ l-uffiċċju komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti

1

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 305 A.

MT

 


III Avviżi

L-uffiċċju Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti

2.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


SEJĦA GĦAL TURIJA TA’ INTERESS GĦALL-KARIGI TA’ MEMBRI FUQ IL-BORD TA’ L-APPELL TA’ L-UFFIĊĊJU KOMUNITARJU TAL-VARJETAJIET TAL-PJANTI

(2005/C 305 A/01)

Deskrizzjoni ta’ l-uffiċċju u l-bord ta’ l-appell tiegħu

L-uffiċċju Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”, twaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 2100/94 tal-Kunsill, tas-27 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi sistema ta’ protezzjoni Komunitarja fir-rigward tal-varjetajiet tal-pjanti (ĠU Nru L 227 ta’ l-1.9.1994, p. 1).

Korp komunitarju li għandu l-istejtus ta’ entità legali u li jiddisponi mill-awtonomija ġuridika, amministrattiva u finanzjarja, l-Uffiċċju għandu l-għan li jamministra s-sistema komunitarja ta’ protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti, jistabbilixxi b’mod speċifiku d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-varjetajiet ġodda ta’ pjanti. B’mod partikolari, l-Uffiċċju jiddeċiedi fuq l-għoti ta’ dawn id-drittijiet, li jiggarantixxu protezzjoni uniformi fil-Komunità kollha. Is-sede ta’ l-Uffiċċju tinsab fi Franza, f’Angers.

Ġie stabbilit bord ta’ l-appell bir-Regolament (KE) Nru 1239/95 tal-Kummissjoni (ĠU Nru L 121 ta’ l-1.6.1995, p. 37) ; huwa għandu s-setgħa jiddeċiedi fuq l-appelli kontra Deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju, u b’mod partikolari fuq l-għoti jew fuq ir-rifjut tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet tal-pjanti, fuq l-oġġezzjonijiet, in-nullità jew it-telf tal-protezzjoni komunitarja għall-varjetajiet tal-pjanti jew fuq l-għoti jew fuq ir-rifjut ta’ liċenzji obbligatorji.

Il-bord ta’ l-appell huwa kompost minn president u minn żewġ membri oħra; ma’ dawn jistgħu jingħaqdu żewġ membri oħra supplimentari.

Deskrizzjoni tad-dmirijiet

Il-membru magħżul (R/M) huwa mistenni li jeżerċita l-kompetenzi devoluti għall-bord ta’ l-appell, u b’mod partikolari dawk ta’ relatur jekk ikun ġie maħtur/ġiet maħtura bħala tali.

Ħtir

Il-membri kkwalifikati (R/M), għajr il-president u s-sostitut tiegħu, jiġu reġistrati fuq lista stabbilita għal ħames snin mill-bord eżekuttiv ta’ l-Uffiċċju, fuq proposta ta’ l-Uffiċċju.

Il-membri tal-bord ta’ l-appell huma indipendenti. Meta huma jkunu qegħdin jieħdu xi deċiżjonijiet, huma ma huma marbutin b’ebda struzzjoni. Huma ma jistgħux ikollhom kariga oħra fi ħdan l-Uffiċċju.

Il-kundizzjonijiet ta’ impjieg

Il-membru (R/M) jista’ jkompli jsegwi l-attivitajiet professjonali tiegħu.

Il-membru (R/M) huwa magħżul minn lista mill-president tal-bord ta’ l-appell, pass, pass, b’tali mod li l-bord ikun magħmul minn tliet membri jew minn ħames membri skond il-każ.

Il-membru (R/M) magħżul għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu/tagħha fi ħdan is-sede ta’ l-Uffiċċju fuq bażi part-time. Id-disponibbiltà tiegħu għandha tkun mhux inqas minn għaxart ijiem fis-sena kalendarja.

Id-deċiżjoni tal-bord eżekuttiv tas-26 ta’ Marzu 2003 tistabbilixxi li r-rimunerazzjoni tal-membru maħtur bħala relatur tammonta għal 1 600 euro ma’ kull każ u tal-membru jew tal-membri l-oħrajn għal 800 euro ma’ kull każ. Ma’ dan l-ammont, wieħed għandu jqis l-ammont ta’ 400 euro għal kull membru sabiex jagħmel tajjeb għall-ħin tal-vjaġġ sa u minn Angers.

Kwalifiki

il-kandidat (R/M) għandu jkun ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea.

il-kandidat (R/M) għandu jkun jaf tajjeb ħafna waħda mil-lingwi tal-Komunità u għandu jkun jaf lingwa oħra tal-Komunità fuq livell sodisfaċenti. Li wieħed ikun jaf l-Ingliż jiġi apprezzat.

il-kandidat (R/M) għandu wkoll :

ikun avukat u jkun kiseb esperjenza rikonoxxuta fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti,

ikun fil-pussess ta’ diploma fil-botanija jew fl-agronomija u għandu jkun kiseb esperjenza rikonoxxuta fil-qasam. Li l-kandidat ikun familjari mal-linji gwida ta’ l-CPVO u ma’ l-eżaminazzjonijiet tekniċi DHS ikun ta’ vantaġġ

ikollu esperjenza professjonali għal perjodu ta’ żmien adattat; esperjenza professjonali ta’ ħames snin jew aktar tkun ta’ vantaġġ addizzjonali.

Applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet, akkompanjati b’curriculum vitae dettaljat, li traduzzjoni tiegħu fil-lingwa Ingliża tkun apprezzata, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2006, bit-timbru postali jattesta dan, fl-indirizz li ġej :

Community Plant Variety Office (CPVO/OCVV) Secretariat of the Board of Appeal BP 62141 FR – 49021 Angers Cedex 02

Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni mill-istess indirizz jew permezz ta’ fax (33) 241 25 64 10 jew email (doreau@cpvo.eu.int)