ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
29 ta' Novembru 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

2005/C /1

Rapport mill-awditur estern dwar il-kontijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri Għas-sena finanzjarja 2004

1

MT

 


I Tagħrif

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

29.11.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


RAPPORT MILL-AWDITUR ESTERN DWAR IL-KONTIJIET TAL-QORTI TA’ L-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2004

AVVIŻ

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jagħti lill-Qorti ta’ l-Awdituri r-responsabbilità biex tivverifika d-dħul u l-infiq kollu tal-Komunità, u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 276 ta’ l-istess Trattat fuq l-għotja ta’ l-approvazzjoni, il-Qorti ta’ l-Awdituri kellha l-kontijiet tal-ġestjoni amministrattiva interna tagħha vverifikati minn awditur estern kull sena, sa mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti ta’ l-Awdituri għamel fir-rigward tal-kontijet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 kienu mibgħuta biss liċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Budget tal-Parlament Ewropew.

Wara deċiżjoni meħuda mill-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, ir-rapporti ta’ l-awditur estern qed jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, sa mir-rapport għas-sena finanzjarja 1992.

Għall-Qorti ta’ l-Awdituri

Hubert WEBER

President tal-Qorti


WERREJ

Ċertifikat fuq ir-regolarità u s-sinċerità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji sal-31 ta’ Diċembru 2004

Rapport fuq il-proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern

Dikjarazzjonijiet finanzjarji sal-31 ta’ Diċembru 2004

Ċertifikat fuq ir-regolarità u s-sinċerità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji sal-31 ta’ Deċembru 2004

Lill-Membri tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Skond l-istruzzjonijiet mogħtija lilna mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, aħna eżaminajna:

id-data tal-kontabilità mibgħuta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri lill-Kummissjoni għall-iskop ta’ l-abbozzar tal-kont ta’ dħul u nfiq u l-karta tal-bilanċ tal-Kommunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004;

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji sal-31 ta’ Deċembru 2004 tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, li kienu mfassla fuq il-bażi ta’ l-istess data tal-kontijiet u ppreparati għall-iskop ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej.

Id-data tal-kontabilità u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma r-responsabbiltà tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Ir-responsabbiltà tagħna hija, fuq il-bażi tax-xogħol tal-verifika tagħna, li nesprimu opinjoni fuq id-data tal-kontabilità u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Aħna għamilna x-xogħol tagħna skond standards internazzjonali tal-verifika. Skond dawn l-istandards, aħna rridu nippjanaw u nagħmlu xogħolna b’mod illi niksbu assigurazzjoni raġonvevoli li d-data tal-kontabilità u d-dikjarazzjonijiet finanzjarjji ma jkunx fihom xi anomaliji sinifikanti. Kif meħtieġ, il-verfika inkludiet eżaminazzjoni, fuq il-bażi ta’ kampjun, ta’ l-evidenza li jagħtu sostenn lill-ammonti u lill-informazzjoni fid-data tal-kontabilità u fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Hija inkludiet ukoll stima tal-prinċipji u metodi ta’ kontabilità li ġew applikati u ta’ l-estimi sinifikanti użati mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri fl-abbozzar tal-kontijiet, kif ukoll reviżjoni tal-preżentazzjoni tagħhom b’mod ġenerali. Aħna naħsbu li l-verifka pprovdiet bażi raġonevoli ta’ l-opinjoni espressa.

Fl-opinjoni tagħna, id-data tal-kontabilità u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji jagħtu opinjoni vera u ġusta, skond ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, prinċipji tal-kontabilità aċċettati u r-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, ta’ l-assi u l-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea sal-31 ta’ Deċembru 2004 u tar-riżultat ekonomiku u d-dħul u l-infiq tas-sena finanzjarja li għalqet.

Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tagħkom rigward l-informazzjoni li tidher fin-nota 1 ta’ l-Anness tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tgħid illi minħabba l-istandard tal-verifika Nru 12, “Benefiċċji għall-Persunal” adottat permezz ta’ Deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2004 tal-kontabilita’ tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti stabbiliet għall-ewwel darba, fil-31 ta’ Diċembru 2004, dispożizzjoni għall-pensjonijiet għall-Membri tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u dejn għal żmien twil għall-Istati Membri għal ammont ta’ 43 689 621 euro. L-ammont tad-dispożizzjoni ġie determinat fuq bażi ta’ analiżi attwarja magħmul mill-Kummissjoni Ewropea.

Lussemburgu, 27 ta’ Settembru 2005.

KPMG Audit S.à.r.l.

Awdituri

P. WIES

Rapport fuq il-proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja kif ukoll is-sistema ta’ kontroll intern

Lill-Membri tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Bħala parti mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri għall-għeluq tas-sena finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2004, aħna eżaminajna l-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja kif ukoll is-sistema ta’ kontroll intern. Din il-verifika saret sabiex tikkonferma li d-dipartimenti differenti tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri għandhom assigurazzjoni raġjonevoli li tippermettilhom li jikkunsidraw:

li għandhom viżjoni ċara ta’ safejn qed jintlaħqu l-oġġettivi operazzjonali,

li l-bażi li fuqhom huma stabbiliti d-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma serji biżżejjed,

li l-ġestjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri hija konformi mar-regolamenti fis-seħħ.

Ir-regolamenti fis-seħħ huma:

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,

Ir-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-budget ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 80-2003 u adottati mill-Qorti fil-laqgħat tagħha miżmuma fis-17 u fit-18 ta’ Diċembru 2003.

Id-Deċiżjoni Nru 80-2003 tal-Qorti dwar ir-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-budget ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea tannulla u tieħu post id-Deċiżjoni 97-47 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1997 u daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2003.

Aħna għalhekk eżaminajna mill-qrib l-ambjent ta’ kontroll, il-valutazzjoni tar-riskju, l-attivitajiet ta’ kontroll, is-sistemi ta’ l-informazzjoni u komunikazzjoni kif ukoll il-proċeduri tal-ġestjoni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Il-fażi inizjali deskrittiva ġiet segwita minn valutazzjoni tas-sistemi bbażata fuq kampjuni ta’ verifiki ta’ dokumenti ta’ sostenn u intervisti mal-persunal. In-natura u t-tip tat-testijiet tagħna kienu kkaratterizzati mill-apprezzament tagħna ta’ l-ambjent tal-kontroll. Aħna naħsbu li x-xogħol tagħna jifforma bażi raġjonevoli għall-konklużjonijiet tagħna rigward il-proċeduri, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri.

Fl-opinjoni tagħna, ir-regoli attwali fuq il-kontroll intern jassiguraw li l-objettivi operazzjonali huma milħuqa b’mod sodisfaċenti, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma abbozzati b’mod ta’ min joqgħod fuqhom u huma konformi mal-qafas legali.

Lussemburgu, 27 ta’ Settembru 2005.

KPMG Audit S.à.r.l.

Awdituri

P. WIES

Dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2004

Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2004 u 2003

(1000 euro)

 

Noti

2004

2003

ATTIV

Assi fissi mhux tanġibbli

2

415

433

Assi fissi tanġibbli

2

42 161

42 676

Artijiet u bini

 

39 094

11 329

Impjant, makkinarju u għodda

 

230

212

Għamara u vetturi

 

675

373

Materjal informatiku

 

1 289

905

Assi fissi tanġibbli oħrajn

 

783

957

Assi tanġibbli fil-kors ta’ kostruzzjoni, avvanzi u pagamenti akkont ta’ assi tanġibbli

 

90

28 900

Assi finanzjarji

3

555

Assi finanzjarji oħrajn

 

555

Stokks

4

197

179

Assi għal żmien qasir

5

1 384

1 142

Assi kurrenti

 

819

747

Assi diversi

 

565

395

Assi għal żmien twil

6

43 689

Assi biex jiġu disposti

7

7 108

6 434

Attiv totali

 

94 954

51 419

PASSIV

Kapital proprju

8

43 252

43 850

Eżitu ekonomiku tas-sena finanzjarja

 

(598)

11 922

Eżiti miġjuba ‘l quddiem minn snin preċedenti

 

43 850

31 928

Dispożizzjonijiet għall-Pensjonijiet

6

43 689

Passiv fuq perijodu fit-tul

9

19

72

Passiv ieħor fuq perijodu fit-tul

 

19

72

Passiv fuq terminu qasir

9

7 994

7 497

Passiv kurrenti

 

 

 

— Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji

 

7 055

6 860

— Kredituri varji

 

939

637

Passiv totali

 

94 954

51 419

In-noti hawn annessi jagħmlu parti integrali mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji.


Karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2004 u 2003

(1000 euro)

 

Noti

2004

2003

Aġġustamenti pożittivi

Tnaqqis fl-infiq: żieda fl-attiv

 

 

 

— Assi fissi mhux tanġibbli

2

257

193

— Assi fissi tanġibbli

2

2 827

13 221

— Stokks

4

29

22

Restawr tan-nuqqas fil-valur

2

190

496

Dħul minn drittijiet tal-budget miksuba matul is-sena u mhux irkuprati

10

393

677

Totali

 

3 696

14 609

Aġġustamenti negattivi

Tnaqqis fid-dħul: tnaqqis fl-attiv

 

 

 

— Assi fissi tanġibbli

2

191

498

— Stokks

4

11

12

— Ġbir ta’ drittijiet imwaqqfa fis-snin preċedenti

11

564

197

Allokazzjoni għad-deprezzament

2

3 616

1 979

Allokazzjoni għal tnaqqis fil-valur

 

2

Nfiq mhux mill-budget

12

(90)

1

Totali

 

4 294

2 687

Eżitu ekonomiku għas-sena

8

(598)

11 922

In-noti hawn annessi jagħmlu parti integrali minn dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.


Dikjarazzjoni tad-dħul u ta’ n-nefqa għas-snin finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2004 u 2003

(1000 euro)

 

Noti

2004

2003

Dħul

Kontribuzzjoni mid-dħul ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

 

71 275

79 574

Dħul proprju tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

13

 

 

— Taxxi u dazji Komunitarji mnaqqsa mis-salarji

 

11 195

9 624

— Dħul mill-operat amministrattiv ta’ l-istituzzjoni

14

1 880

801

— Dħul ieħor

 

90

20

Dħul totali

 

84 443

90 019

Nefqa

15, 17

 

 

Nefqa rigward persuni li jaħdmu għall-istituzzjoni

— Membri ta’ l-istituzzjoni

 

8 586

6 579

— Persunal impjegat

 

59 316

53 222

— Vjaġġar fuq missjonijiet u xogħol ieħor

 

2 030

1 979

— Oħrajn

 

2 089

1 830

 

 

72 021

63 610

Nefqa operazzjonali

— Nefqa fuq proprjetà immobbli

 

5 459

15 250

— Nefqa relatata ma’ l-IT

 

2 761

1 865

— Proprjetà mobbli u spejjeż assoċjati

 

1 586

662

— Nefaqa amministrattiva kurrenti

 

671

701

— Pubblikazzjonijiet u informazzjoni

 

709

1 204

— Oħrajn

 

1 013

570

 

 

12 199

20 252

Nfiq totali

 

84 220

83 862

Bilanċ għas-sena finanzjarja

16

223

6 157

In-noti hawn annessi jagħmlu parti integrali minn dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2004

PRINĊIPJI TAL-KONTABILITÀ

1.

Il-kontijiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri (minn issa “il-Qorti”) huma miżmuma u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma mfassla in konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 imsemmi hawn fuq.

Fl-2004 ġie deċiż illi jiġu eliminati t-titoli li kellhom x’jaqsmu ma’ kontijiet transitorji miż-żewġ naħat tal-karta tal-bilanċ u li dawn il-kontijiet jiġu klassifikati mill-ġdid taħt djun kurrenti u taħt kredituri oħrajn rispettivament.

Il-figuri murija taħt il-punti korrispondenti fis-sena preċedenti ġew aġġustati kif meħtieġ sabiex dawn ikunu jistgħu jitqabblu.

Skond l-istandard tal-kontabilità Nru 12 (“Benefiċċji ta’ l-impjegat”) li kien adottat fit-28 ta’ Diċembru 2004 b’deċiżjoni ta’ l-Uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju tal-Kummissjoni applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej, sa mill-2004 il-Qorti rreġistrat dispożizzjoni għall-pensjonijiet tal-Membri tagħha għall-valur, ikkalkulat b’mod attwarju, ta’ l-approprjazzjonijiet li joħorġu mit-tul tas-servizz fid-data tal-kalkolazzjoni. Il-Qorti tibbilanċja din id-dispożizzjoni permezz ta’ dejn għal żmien twil fuq l-Istati Membri. Il-figuri korrispondenti għall-2003 ma ġewx aġġustati.

KARTA TAL-BILANĊ

2.

Assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli

Huma misjuba taħt l-intestatura ta’ assi fissi mhux tanġibbli, il-pakketti ta’ l-informatika li ġew akkwistati u li huma koperti permezz ta’ liċenzja tas-sit jew kuntratt ta’ kont prinċipali.

(1000 euro)

 

Softwares tal-kompjuter

Valur ta’ l-akkwist

Fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti

959

Tibdil matul is-sena finanzjarja

— Kisbiet fis-sena finanzjarja

258

Fl-aħħar tas-sena finanzjarja

1 217

Inżul u telf fil-valur

Fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti

(526)

Tibdil matul is-sena finanzjarja

— Reġistrati

(276)

Fl-aħħar tas-sena finanzjarja

(802)

Valur nett deprezzat fl-aħħar tas-sena finanzjarja

415

Iż-żieda fil-punt “Art u bini” tasal għal EUR 27 765 000 u hija prinċiparjament magħmula mill-valur tax-xiri tat-tieni bini li l-Qorti bdiet tuża fl-2004 u li ġie mixtri mill-Qorti għal EUR 27 969 000 netti wara d-deprezzament.

L-assi tanġibbli u mhux tanġibbli huma valutati fil-valur ta’ l-akkwist tagħhom fil-munita nazzjonali, mibdula f’euro bir-rata ta’ kontabilità fis-seħħ fiż-żmien tax-xiri.

Il-prezz ta’ l-akkwist ta’ l-art u l-valur nett, ikkalkulati wara d-deprezzament ta’ l-assi fissi tanġibbli l-oħra jiġu mdaħħla fin-naħa ta’ l-attiv għall-perijodu sħiħ ta’ l-użu tagħhom.

Assi fissi tanġibbli differenti minn art u bini huma reġistrati biss f’kontijiet ta’ assi fissi jekk il-prezz tax-xiri jew il-prezz tal-produzzjoni huwa ta’ EUR 420 jew aktar, b’perijodu ta’ użu itwal minn sena, u li m’humiex beni ta’ konsum fis-sens ta’ l-Artikolu 222 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Qorti kkalkulat id-deprezzament ta’ l-assi fissi tagħha skond ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2909/2000 tad-29 ta’ Diċembru 2000 dwar l-amministrazzjoni tal-kontijiet ta’ l-assi fissi li mhumiex finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej.

It-tibdiliet fil-valur u d-deprezzament, ikkalkulati fuq il-metodu lineari u fuq sena sħiħa, kienu kif ġej fl-aħħar tas-sena finanzjarja:

(1000 euro)

 

Artijiet u bini

Impjant, makkinarju u għodda

Għamara u vetturi

Materjal informatiku

Assi fissi tanġibbli oħrajn

Assi fissi fil-kors ta’ kostruzzjoni u pagamenti akkont

Totali

Valur ta’ l-akkwist

Fl-aħħar tas-sena preċedenti

24 560

1 293

1 527

2 730

1 044

28 900

60 054

Tibdil matul is-sena

— Kisbiet

830

107

513

1 046

686

3 182

— Disponimenti u divestiment ta’ assi

(14)

(81)

(95)

(190)

— Trasferimenti minn titolu għal ieħor

29 135

(29 135)

— Tibdil ieħor

5

(361)

(356)

Fl-aħħar tas-sena preċedenti

54 525

1 386

1 964

3 681

1 044

90

62 690

Deprezzament u aġġustamenti tal- valur

Fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti

(13 231)

(1 081)

(1 154)

(1 825)

(87)

(17 378)

Tibdil matul is-sena

— Reġistrati

(2 200)

(89)

(216)

(662)

(174)

(3 341)

— Annullati wara disponimenti u divestiment ta’ assi

14

81

95

190

— Aġġustamenti oħrajn

Fl-aħħar tas-sena finanzjarja

(15 431)

(1 156)

(1 289)

(2 392)

(261)

(20 529)

Valur nett deprezzat fl-aħħar tas-sena finanzjarja

39 094

230

675

1 289

783

90

42 161

3.

Assi finanzjarji

Fl-2004 il-bilanċ tal-kapital li jiċċirkola li kien disponibbli għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li ammonta għal total ta’ 555 000 euro taħt is-sub-titolu “Avvanzi mogħtija” kien rimborżat.

4.

Stokks

L-istokks ikopru fornimenti għall-uffiċċju u oġġetti għall-użu relatati ma’ l-uffiċċju, valutati bil-prezz ta’ l-aħħar fornimenti mdaħħla. Fejn il-prezz ta’ l-akkwist huwa muri f’munita nazzjonali, dan jiġi konvertit f’euro fir-rata ta’ kontabilità wżata fit-tfassil tal-karta tal-bilanċ.

5.

Assi għal żmien qasir

L-intestatura “Assi kurrenti” tiġi analizzata kif ġej fl-aħħar tas-sena:

(1000 euro)

 

2004

2003

Talbiet relatati ma’ istituzzjonijiet u korpi Komunitarji

49

57

Debituri varji

770

690

Totali

819

747

Il-punt “Debituri varji” jikkonsisti essenzjalment f’ammonti riċevibbli, kważi fit-totalità tagħhom, bħala riżultat ta’ l-akkwist ta’ drittijiet ta’ pensjoni nazzjonali mill-uffiċjali ta’ l-istituzzjoni.

It-“Talbiet varji” jikkonċernaw prinċiparjament avvanzi mħallsa fuq spejjeż ta’ missjonijiet li diġa ġew magħmula mill-Istati Membri u mill-persunal tal-Qorti imma għad mhux imnaqqsa.

6.

Assi għal żmien twil u dispożizzjoni għall-pensjonijiet

Il-Qorti ddeċidiet li tistabbilixxi, fil-31 ta’ Diċembru 2004 u għall-ewwel darba, dispożizzjoni dwar il-pensjonijiet tal- Membri tagħha, ikkumpensata minn dejn għall-istess ammont fuq l-Istati Membri (ara nota 1).

7.

Assi biex jiġu disposti

Il-punt “Assi biex jiġu disposti” jikkonsisti f’talba fi transitu lill-Kummissjoni Ewropea għal fondi għall-valur ta’ EUR 5 500 000 (2003: EUR 5 500 000), skond il-Kapitolu IX tal-Manwal tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-Kontabilità u l-Konsolidament (ara wkoll nota 9.2 isfel).

8.

Kapital proprju

Għas-sena finanzjarja 2004, it-total għall-kapital proprju jkopri l-eżitu ekonomiku tas-sena finanzjarja u l-eżitu miġjub ‘l quddiem mis-snin preċedenti.

L-eżitu ekonomiku tas-sena finanzjarja jikkonsisti fl-eżitu ta’ l-implimentazzjoni tal-budget għas-sena u l-eżitu ta’ l-aġġustamenti.

L-eżitu ta’ l-implimentazzjoni tal-budget tas-sena finanzjarja jista’ jiġi stabbilit f’livell ta’ konsolidazzjoni biss tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni Ewropea.

Għall-istituzzjonijiet l-oħrajn, l-eżitu ekonomiku tas-sena finanzjarja huwa limitat għas-somma ta’ l-aġġustamenti pożittivi u negattivi mdaħħla fil-kontijiet mhux mill-budget ta’ l-infiq u d-dħul.

9.

Passiv

9.1.

Passiv fuq perijodu fit-tul

It-terminu “Passiv fuq perijodu fit-tul” ikopri l-parti tal-ħlasijiet miżmuma ta’ l-arkitett u ta’ l-inġinier konsulent bħala garanzija ta’ eżekuzzjoni għal xogħolhom rigward l-estensjoni tal-bini tal-Qorti.

9.2.

Passiv fuq terminu qasir

Il-punt “Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji” ikopri l-bilanċ li għandu jiġi miġjub ’il quddiem għas-sena finanzjarja ta’ wara u jinkludi s-somma ta’ EUR 5 500 000 bħala kontroparti għall- ammont ta’ talba lill-Kummissjoni għal fondi rigward pagamenti li għandhom isiru fix-xahar ta’ Jannar 2005 (ara wkoll nota 7 hawn fuq).

Il-punt “Kredituri varji” ikopri prinċiparjament l-ammonti dovuti rigward kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u assigurazzjoni għall-persunal kif ukoll spejjeż ta’ missjonijiet li għad iridu jiġu mitluba mill-organizzazzjoni tal-karta ta’ kreditu.

10.

Dħul li joħroġ minn drittijiet tal-budget akkwistati matul is-sena finanzjarja u mhux miġbur

Dan il-punt jikkonċerna d-dħul stabbilit matul is-sena finanzjarja li qed tiġi riveduta u li għadu ma nġabarx.

11.

Ġbir ta’ drittijiet stabbiliti fis- snin finanzjarji preċedenti

Dan il-punt jikkonċerna d-dħul stabbilit f’sena finanzjarja preċedenti li ġie miġbur u mdaħħal fil-kontijiet tas-sena finanzjarja li qed issir verifika tagħha.

12.

Infiq mhux mill-budget

Dan il-punt jikkonċerna l-infiq varju li ma jistax jiġi mniżżel fil-budget b’mod materjali. Għall-2004, huwa relatat mal-varjazzjoni għas-sena kurrenti ta’ nefqa fatturata mill-Kummissjoni.

DĦUL U NFIQ

13.

Dħul proprju tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Id-dħul proprju tal-Qorti huwa mdaħħal fil-kontijiet abbażi ta’ l-ammonti riċevuti matul is-sena finanzjarja.

14.

Dħul ġej minn operazzjonijiet amministrattivi

Il-punt “Dħul ġej mill-operazzjonijiet amministrattivi” jikkonsisti prinċiparjament fi:

dħul li jiġi mill-pubblikazzjoni tar- rapporti u l-opinjonijiet tal-Qorti fil- Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

il-ħlas ta’ riservi attwarji minn korpi nazzjonali tal-pensjoni u soċjetajiet ta’ provvediment permezz ta’ trasferimenti tad-drittijiet tal-pensjoni ta’ l-uffiċjali; u

interessi u dħul simili.

15.

Infiq

L-infiq għas-sena finanzjara, li huwa muri fid-Dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa, jirrappreżenta l-pagamenti magħmula ma’ l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja, ma’ l-approprjazzjonjiet miġjuba ‘l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti u ma’ l-approprjazzjonijiet disponibbli wara l-ġbir ta’ dħul assenjat, skond id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti applikabbli.

In konformità ma’ l-Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget għandhom jiġu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

16.

Sitwazzjoni finanzjarja u bilanċ għas-sena finanzjarja

Il-bilanċ għas-sena finanzjarja huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dħul totali għas-sena u n-nefqa kontra l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta’ qabel u l-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-ġbir tad-dħul assenjat.

It-tibdiliet li saru matul is-sena huma dawn li ġejjin:

(1000 euro)

 

2004

2003

Bilanċ trasferit mis-snin preċedenti

6 860

703

Bilanċ għas-sena

223

6 069

Qligħ/telf mill-kambju għas-sena

(28)

88

Bilanċ li jrid jiġi trasferit għas-sena li jmiss

7 055

6 860

17.

Implimentazzjoni tal-budget

L-implimentazzjoni tal-budget għas-sena finanzjarja 2004 tista’ jiġi diviża fl-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem u l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja.

a)

L-approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem jirrappreżentaw, fuq naħa, l-impenji kollha a karigu tal-Qorti li ġew imdaħħla qabel l-aħħar tas-sena u, fuq in-naħa l-oħra, approprjazzjonijiet li l-awtorità tal-budget iddeċidiet li ġġib ‘l quddiem. Approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem mis-sena ta’ qabel u mhux użati matul is-sena ta’ wara jsiru nulli:

(1000 euro)

 

Approprjazz-jonijiet miġjuba ‘l quddiem mill-2003 għall-2004

Pagamenti

Approprjazz-jonijiet annullati

Infiq li jikkonċerna persuni li jaħdmu għall-istituzzjoni

— Membri ta’ l-istituzzjoni

52

42

10

— Persunal f’impjieg attiv

74

74

— Missjonijiet u vjaġġi fuq xogħol

529

470

59

— Oħrajn

567

474

93

 

1 222

1 060

162

Infiq operazzjonali

— Infiq fuq proprjetà immobbli

1 535

1 356

179

— Infiq fuq IT

1 090

1 086

4

— Beni mobbli u spejjeż assoċjati

707

674

33

— Infiq amministrattiv kurrenti

183

147

36

— Pubblikazzjonijiet u informazzjoni

509

396

113

— Oħrajn

342

316

26

 

4 366

3 975

391

Totali

5 588

5 035

553

b)

L-implimentazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja jirrappreżentaw il-pagamenti magħmula ma’ approprjazzjonijiet kommessi. Il-bilanċ mhux imħallas ta’ impenji marbuta jista’ jiġi trasferit għas-sena finanzjarja ta’ wara. Approprjazzjonijiet mhux kommessi fl-aħħar tas-sena jsiru nulli bħala regola ġenerali:

(1000 euro)

 

Approprjazzjonijiet għas-sena

Impenji a karigu għas-sena konċernata

Pagamenti

Approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem 2005

Approprjazzjonijiet annullati

Nefqa li tikkonċerna persuni li jaħdmu għall-istituzzjoni

— Membri ta’ l-istituzzjoni

9 361

8 672

8 544

128

688

— Persunal f’impieg attiv

68 216

60 095

59 242

853

8 121

— Missjonijiet u vjaġġi fuq xogħol

2 810

2 260

1 557

702

550

— Oħrajn

3 130

2 373

1 615

759

758

 

83 517

73 400

70 958

2 442

10 117

Nefqa operazzjonali

— Nefqa fuq proprjetà immobbli

5 186

4 961

4 088

873

225

— Nefqa fuq l-IT

3 037

3 037

1 675

1 362

— Beni mobbli u spejjeż assoċjati

1 637

1 148

900

248

489

— Nefqa amministrattiva kurrenti

796

775

476

299

20

— Pubblikazzjonijiet u informazzjoni

1 620

1 619

195

1 424

1

— Oħrajn

1 023

994

698

296

30

 

13 299

12 534

8 032

4 502

765

Nefqa Oħra

— Approprjazzjonijiet proviżorji

109

109

 

109

 

 

 

109

Total

96 925

85 934

78 990

6 944

10 991

It-total tal-pagamenti magħmula ma’ approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem (EUR 5 035 000), u l-approprjazzjonijiet għas-sena (EUR 78 990 000) u l-approprjazzjonijiet li jirriżulaw mid-dħul assenjat (EUR 195 000) ammontaw għal EUR 84 220 000, li huwa ugwali għall-infiq totali muri fid-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2004.

In-nefqa inkluża taħt nefqa “Oħra” li għandha x’taqsam mal-persuni li jaħdmu għall-istituzzjoni tikkonsisti prinċipalment f’nefqa fil-koperazzjoni interistituzzjonali, traduzzjoni, l-canteen, il-creche, formazzjoni, reklutaġġ, riċevimenti u rappreżentazzjoni.

In-nefqa inkluża taħt nefqa operazzjonali “Oħra” tikkonsisti prinċipalment f’nefqa fuq telekomunikazzjonijiet, laqgħat, studji u missjonijiet ta’ inkjesti.

18.

Impenji li ma jihrux fil-karta tal-bilanċ

Taħt il-ftehim qafas li jikkonċerna l-bini ta’ estensjoni waħda jew iktar tal-Qorti, li kien konkluż fil-15 ta’ Diċembru 1999 ma’ l-Istat tal-Lussemburgu, il-Qorti ntrabtet li tagħmel dak kollu li hu possibbli fil-ħila tagħha sabiex takkwista mingħand l-Istat l-art ikkonċernata fil-kuntratt. Għal dan il-għan, il-Qorti ser tersaq lejn l-awtorita’ tal-budget għall-fondi neċessarji.

Il-Qorti ntrabtet ukoll, permezz ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ bini li japplika sat-30 ta’ Ġunju 2009, li tħallas lill-kerrej is-somma fissa ta’ EUR 175 000 għal xogħlijiet sabiex jiġi rrinovat il-bini mikri.