ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
25 ta' Ottubru 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Kunsill

2005/C /1

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 30/2005 adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005, bi qbil mal-proċeduri msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, bil-għan li tiġi adottata d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tirrevoka d-Direttiva 91/157/KEE

1

2005/C /2

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 31/2005 adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005, bi qbil mal-proċeduri msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, bil-għan li jiġi adottat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Europea

18

2005/C /3

Pożizzjoni Komuni (KE) NRU 32/2005 adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005, bi qbil mal-proċeduri msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95

28

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Ufficjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 264 E.

MT

 


I Tagħrif

Kunsill

25.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 30/2005

adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005

bil-għan li tiġi adottata d-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tirrevoka d-Direttiva 91/157/KEE

(2005/C 264 E/01)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, u l-Artikolu 95(1) tiegħu fir-rigward ta' l-Artikoli 4, 5 u 18 ta' din id-Direttiva,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4),

Billi:

(1)

Hu mixtieq li jiġu armonizzati l-miżuri nazzjonali dwar batteriji u akkumulaturi u l-iskart tagħhom. L-għan ewlieni ta' din id-Direttiva hu li jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta' batteriji u ta' akkumulaturi u l-iskart tagħhom fuq l-ambjent, u b'hekk isir kontribut għall-protezzjoni, għall-preservazzjoni u għat-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent. Il-bażi legali hi għalhekk l-Artikolu 175(1) tat-Trattat. Madankollu, hu wkoll xieraq li jittieħdu miżuri f'livell Komunitarju fuq il-bażi ta' l-Artikolu 95(1) tat-Trattat sabiex jiġu armonizzati r-rekwiżiti dwar il-kontenut ta' metalli ta' densità għolja u l-ittikkettjar ta' batteriji u ta' akkumulaturi, għaldaqstant jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 1996 dwar ir-Reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart stabbiliet linji gwida għall-politika Komunitarja futura dwar l-iskart. Dik il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-kwantitajiet ta' sustanzi perikolużi fl-iskart u tiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji potenzjali ta' regoli għall-Komunità kollha li jillimitaw il-preżenza ta' sustanzi bħal dawn fi prodotti u fi proċessi ta' produzzjoni. Tgħid ukoll li, fejn il-ħolqien ta' skart ma jistax jiġi evitat, dak l-iskart għandu jiġu użat mill-ġdid jew irkuprat għall-materjal jew għall-enerġija tiegħu.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/157/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 dwar batteriji u akkumulaturi li fihom ċerti sustanzi perikolużi (5)wasslet għal approssimazzjoni tal-liġijiet ta' Stati Membri f'dan il-qasam. Madankollu, l-għanijiet ta' dik id-Direttiva ma ntlaħqux kompletament. Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li twaqqaf is-Sitt Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent tal-Komunità (6) u d-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (7)enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li d-Direttiva 91/157/KKE tiġi riveduta. Għalhekk id-Direttiva 91/157/KEE għandha tiġi riveduta u sostitwita fl-interessi taċ-ċarezza.

(4)

Sabiex tilħaq l-għanijiet ambjentali tagħha, din id-Direttiva tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ċerti batteriji u akkumulaturi li jkun fihom il-merkurju jew il-kadmju. Tippromwovi wkoll livell għoli ta' ġbir u riċiklaġġ ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi u prestazzjoni ambjentali mtejba ta' l-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' batteriji u akkumulaturi, eż. produtturi, distributuri u utenti finali u, b'mod partikolari, dawk l-operaturi involuti direttament fit-trattament u r-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi. Ir-regoli speċifiċi meħtieġa biex jagħmlu dan huma supplimentari għall-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti dwar l-iskart, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (8), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar l-irdim ta' skart (9) u d-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru dwar il-ħruq ta' skart (10).

(5)

Sabiex jiġi impedut li skart ta' batteriji u akkumulaturi jintrema b'mod li jniġġes l-ambjent, u sabiex tiġi evitata konfużjoni mill-utent finali dwar ir-rekwiżiti differenti għall-immaniġġjar ta' l-iskart għal batteriji u akkumulaturi differenti, din id-Direttiva għandha tapplika għall-batteriji u akkumulaturi kollha mqiegħda fis-suq fi ħdan il-Komunità. Firxa wiesgħa bħal din għandha wkoll tiżgura ekonomiji fil-kobor fil-ġbir u riċiklaġġ, kif ukoll l-aħjar preservazzjoni ta' riżorsi.

(6)

Batteriji u akkumulaturi affidabbli huma fundamentali għas-sigurtà ta' ħafna prodotti, appliances u servizzi, u fis-soċjetà tagħna huma sors ta' enerġija essenzjali.

(7)

Hu xieraq li issir distinzjoni bejn batteriji u akkumulaturi portabbli min-naħa waħda u batteriji u akkumulaturi industrijali u awtomotivi mill-oħra. Ir-rimi ta' batteriji u akkumulaturi industrijali u awtomotivi f'siti ta' irdim jew li jinqerdu permezz ta' ħruq għandu jiġi pprojbit.

(8)

Eżempji ta' batteriji u akkumulaturi industrijali jinkludu batteriji u akkumulaturi wżati għall-provvista ta' enerġija ta' emerġenza jew ta' riżerva fi sptarijiet, ajruporti jew uffiċini, batteriji u akkumulaturi wżati f'ferroviji jew ajruplani u batteriji u akkumulaturi wżati f'riggijiet taż-żejt 'il bogħod mix-xtut jew f'fanali tal-port. Eżempji jinkludu wkoll batteriji u akkumulaturi ddisinjati esklużivament għal terminals ta' ħlas li jinżammu fl-idejn fi ħwienet u ristoranti, bar code readers fil-ħwienet, tagħmir professjonali ta' vidjow għall-kanali tat-TV u studjows professjonali, lampi tal-minaturi u lampi ta' l-għaddasa mqabbdin ma' l-elmu ta' minaturi u ta' għaddasa professjonisti, batteriji u akkumulaturi ta' riżerva għal bibien li jinfetħu bl-elettriku sabiex ma jibblukkawx jew jgħaffġu n-nies, batteriji u akkumulaturi wżati fi strumentazzjoni jew f'tipi varji ta' tagħmir ta' kejl u ta' strumentazzjoni u batteriji u akkumulaturi wżati f'konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' enerġija rinnovabbli bħal panelli solari, dik fotovoltajka u oħrajn. Batteriji u akkumulaturi industrijali jinkludu wkoll batteriji u akkumulaturi wżati f'vetturi elettriċi, bħal karozzi elettriċi, siġġijiet bir-roti, roti, vetturi ta' l-ajruport u vetturi tat-trasport awtomatiċi. Barra minn din il-lista mhix eżawrjenti ta' eżempji, kwalunkwe batterija jew akkumulatur li ma jkunux issiġillati u mhux awtomotiv għandhom jiġu kkunsidrati li huma industrijali.

(9)

Eżempji ta' batteriji u akkumulaturi portabbli, li huma l-batteriji u l-akkumulaturi kollha li persuna medja tista' ġġorr b'idejha mingħajr diffikultà u li la huma batteriji jew akkumulaturi awtomotivi u lanqas batteriji jew akkumulaturi industrijali, jinkludu batteriji uniċellulari (bħal batteriji AA u AAA) u batteriji u akkumulaturi wżati mill-kosumatur jew mill-professjonisti f'telefonijiet ċellulari, kompjuters portabbli, għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija, ġugarelli u appliances tad-dar bħal xkupilji tas-snien elettriċi, magni tal-leħja u vakums ta' l-idejn (inkluż tagħmir simili użat fi skejjel, ħwienet, ristoranti, ajruporti, uffiċini jew sptarijiet) u kwalunkwe batterija li l-konsumatur jista' juża għal applikazzjonijiet normali fid-dar.

(10)

Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-ħtieġa għall-addattament ta' din id-Direttiva, filwaqt li tieħu kont ta' l-evidenza teknika u xjentifika disponibbli. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta' l-eżenzjoni mill-projbizzjoni tal-kadmju pprovduta għal batteriji u akkumulaturi portabbli intiżi għall-użu f'għodod mingħajr fil imħaddma bl-enerġija. Eżempji ta' għodod mingħajr fil imħaddma bl-enerġija huma għodod wżati mill-konsumatur jew minn professjonisti għall-inturnjar, l-issingjar, l-ixkatlar, il-molatura, l-isserrar, il-qtugħ, il-ġeżż, it-titqib bit-trapan, il-perforar, il-panċing, l-immartellar, l-irbattitura, l-invitar, il-lustratura jew proċessar simili ta' l-injam, metalli u materjali oħrajn, kif ukoll għall-ħsad, qtugħ u attivitajiet oħrajn tal-ġnien.

(11)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tissorvelja, u l-Istati Membri għandhom iħeġġu, żviluppi teknoloġiċi li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali ta' batteriji u akkumulaturi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fi skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS).

(12)

Sabiex l-ambjent jiġi protett, l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi għandu jinġabar. Għal batteriji u akkumulaturi portabbli, għandhom jiġu stabbiliti skemi ta' ġbir li jilħqu rata għolja ta' ġbir. Dan ifisser li għandhom jiġu stabbiliti skemi ta' ġbir sabiex l-utenti finali jistgħu jeħilsu mill-iskart kollu ta' batteriji u akkumulaturi portabbli b'mod konvenjenti u bla ħlas. Skemi differenti ta' ġbir u ta' arranġamenti finanzjarji huma xierqa għat-tipi differenti ta' batteriji u akkumulaturi.

(13)

Hu mixtieq li l-Istati Membri jilħqu rati għoljin ta' ġbir u ta' riċiklaġġ għall-iskart ta' batteriji u akkumulaturi sabiex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u rkupru ta' l-materjal fil-Komunità kollha. Din id-Direttiva għandha għalhekk tistabbilixxi miri minimi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ għall-Istati Membri. Hu xieraq li r-rata tal-ġbir tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-bejgħ annwali medju matul fis-snin preċedenti, sabiex ikun hemm miri komparabbli għall-Istati Membri kollha li huma proporzjonati għal-livell nazzjonali ta' l-konsum ta' batteriji.

(14)

Rekwiżiti speċifiċi ta' riċiklaġġ għandhom jiġu stabbiliti għal batteriji u akkumulaturi tal-kadmju u taċ-ċomb sabiex jintlaħaq livell għoli ta' rkupru tal-materjal fil-Komunità kollha u sabiex jiġu evitati disparitajiet bejn l-Istati Membri.

(15)

Il-partijiet kollha interessati għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fi skemi ta' ġbir, ta' trattament u ta' riċiklaġġ. Dawk l-iskemi għandhom ikunu intiżi sabiex jiġu evitati diskriminazzjoni fir-rigward ta' prodotti importati, ostakoli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(16)

L-iskemi ta' ġbir u ta' riċiklaġġ għandhom jiġu ottimizzati, partikolarment sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż u l-impatt ambjentali negattiv tat-trasport. L-iskemi ta' trattament u ta' riċiklaġġ għandhom jużaw l-aqwa tekniki disponibbli, skond id-definizzjoni fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tas-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (11).

(17)

Għandhom jiġu stabbiliti f'livell Komunitarju prinċipji bażiċi għall-finanzjament ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi. Skemi ta' finanzjament għandhom jgħinu sabiex jintlaħqu rati għolja ta' ġbir u ta' riċiklaġġ u sabiex jingħata effett lill-prinċipju ta' responsabbiltà tal-produttur. Il-produtturi għandhom għalhekk jiffinanzjaw l-ispejjeż ta' ġbir, ta' trattament u ta' riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi kollha miġbura filwaqt li jnaqqsu l-profitt li jsir mill-bejgħ tal-materjal irkuprat. F'ċerti ċirkostanzi, madankollu, tista' tkun ġustifikata l-applikazzjoni tar-regoli de minimis għall-produtturi żgħar.

(18)

Sabiex il-ġbir ikun ta' suċċess jeħtieġ li l-utenti finali jkunu infurmati dwar l-utilità ta' ġbir separat, dwar l-iskemi ta' ġbir disponibbli u dwar ir-rwol ta' l-utenti finali fl-immaniġġjar ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi. Għandhom isiru arranġamenti dettaljati għal skema ta' tikkettjar li tkun tipprovdi lill-utent finali informazzjoni trasparenti, affidabbli u ċara dwar batteriji u akkumulaturi u kwalunkwe metalli ta' densità għolja li jikkontjenu.

(19)

Jekk, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u partikolarment, sabiex jintlaħqu rati għoljin ta' ġbir separat u ta' riċiklaġġ, l-Istati Membri jużaw strumenti ekonomiċi, bħal rati ta' taxxa differenzjati, għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

(20)

Data affidabbli u komparabbli dwar il-kwantitajiet ta' batteriji u akkumulaturi li jkunu tqiegħdu fis-suq, inġabru u ġew riċiklati hija meħtieġa sabiex jiġi verifikat jekk l-għanijiet ta' din id-Direttiva jkunux intlaħqu.

(21)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

(22)

Il-Kunsill, skond il-paragrafu 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (12), għandu jinkoraġġixi lill-Istati Membri li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trasposizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(23)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni (13).

(24)

Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi protett l-ambjent u li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba d-daqs u l-effetti ta' l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunitá tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn ta' dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(25)

Din id-Direttiva tapplika bla ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar ir-rekwiżiti ta' sigurtà, kwalità u saħħa u għal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart, b'mod partikolari d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (14)u d-Direttiva 2002/96/KE.

(26)

Fir-rigward tar-responsabbiltà tal-produttur, il-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi u l-produtturi ta' prodotti oħrajn li jinkorporaw batterija jew akkumulatur huma responsabbli għall-immaniġġjar ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi li jqiegħdu fis-suq. Approċċ flessibbli hu xieraq sabiex l-iskemi ta' finanzjament ikunu jistgħu jirriflettu ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti u sabiex jittieħed kont ta' l-iskemi eżistenti, partikolarment dawk stabbiliti biex jikkonformaw mad-Direttivi 2000/53/KE u 2002/96/KE, filwaqt li jiġi evitat ħlas doppju.

(27)

Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi f'tagħmir elettriku u elettroniku (15)ma tapplikax għal batteriji u akkumulaturi wżati f'tagħmir elettriku u elettroniku.

(28)

Batteriji u akkumulaturi awtomotivi u industrijali wżati f'vetturi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/53/KE, b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha. Għalhekk, jeħtieġ li l-użu tal-kadmju f'batteriji u akkumulaturi industrijali għal vetturi elettriċi jkun projbit, sakemm ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni fuq il-bażi ta' l-Anness II għal dik id-Direttiva.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

1)

regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta' batteriji u akkumulaturi; u

2)

regoli speċifiċi għall-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ u r-rimi ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi biex jissupplimentaw leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-iskart.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull tip ta' batterija u akkumulatur, irrispettivament mill-forma, il-volum, il-piż, il-kompożizzjoni materjali jew l-użu tagħhom. Hi għandha tapplika bla ħsara għad-Direttivi 2000/53/KE u 2002/96/KE.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal batteriji u akkumulaturi wżati:

(a)

f'tagħmir konness mal-protezzjoni ta' l-interessi ta' sigurtà essenzjali ta' l-Istati Membri, armi, munizzjon u materjal tal-gwerra, bl-esklużjoni ta' prodotti li mhumiex intiżi għal għanijiet speċifikament militari;

(b)

f'tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“batterija” jew “akkumulatur” tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata bil-konversjoni diretta ta' enerġija kimika u li jikkonsisti f'ċellula primarja ta' batterija (mhux rikarikabbli) waħda jew aktar jew li jikkonsisti f'ċellula sekondarja ta' batterija (rikarikabbli) waħda jew aktar;

2)

“pakk ta' batteriji” tfisser kwalunkwe sett ta' batteriji jew akkumulaturi li huma konnessi flimkien u/jew magħluqin f'qoxra minn barra sabiex jifformaw unità kompleta li l-utent aħħari mhux intiż li jifred jew li jiftaħ;

3)

“batterija jew akkumulatur portabbli” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur li:

(a)

huma ssiġillati, u

(b)

jistgħu jinġarru fl-idejn, u

(ċ)

la huma batterija jew akkumulatur industrijali u lanqas batterija jew akkumulatur awtomotiv,

4)

“ċellula buttuna” tfisser kull batterija jew akkumulatur tond żgħir portabbli li d-dijametru tagħhom huwa akbar mill-għoli tagħhom u li huma wżati għal għanijiet speċjali bħalma huma apparat tas-smigħ, arloġġi, tagħmir portabbli żgħir u enerġijata' riżerva;

5)

“batterija jew akkumulatur awtomotiv” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur użat għall-enerġija ta' l-istartjar, dawl jew ignition awtomotiv;

6)

“batterija jew akkumulatur industrijali” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur maħsuba għal użu esklussivament industrijali jew professjonali jew wżati fi kwalunkwe tip ta' vettura elettrika;

7)

“skart ta' batterija jew ta' akkumulatur” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur li hu skart fi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE;

8)

“riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta' produzzjoni ta' materjal ta' l-iskart għall-għan oriġinali tiegħu jew għal għanijiet oħra, iżda li jeskludi l-irkupru ta' l-enerġija;

9)

“rimi” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIA għad-Direttiva 75/442/KEE;

10)

“trattament” tfisser kwalunkwe attività mwettqa fuq skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi wara li jkunu ġew mgħoddija lil xi faċilità sabiex jintgħażlu, jiġu ippreparati għar-riċiklaġġ jew ippreparati għar-rimi;

11)

appliance” tfisser kwalunkwe tagħmir ta' l-elettriku jew elettroniku, kif definit mid-Direttiva 2002/96/KE, li huwa mħaddem f'parti jew fis-sħubija tiegħu minn batteriji jew akkumulaturi jew jista' jkun hekk imħaddem;

12)

“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fi Stat Membru li, irrespettivament mit-teknika ta' bejgħ użata, inkluż permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif definiti fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (16), tqiegħed batteriji jew akkumulaturi, inklużi dawk inkorporati f'appliances jew vetturi, fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fuq bażi professjonali;

13)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna li tipprovdi batteriji u akkumulaturi fuq bażi professjonali lil utent aħħari;

14)

“tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni li jiġi magħmul disponibbli, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, lil terza parti fil-Komunità u tinkludi l-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità;

15)

“operaturi ekonomiċi” tfisser kull produttur, distributur, kollettur, riċiklatur jew operaturi oħra ta' trattament;

16)

“għodda mingħajr fil mħaddma bl-enerġija” tfisser kwalunkwe appliance miżmum fl-idejn u mħaddem b'batterija jew b'akkumulatur u intiż għal attivitajiet ta' manutenzjoni, kostruzzjoni jew ġardinaġġ.

Artikolu 4

Projbizzjonijiet

1.   Bla ħsara għad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta':

(a)

il-batteriji u l-akkumulaturi kollha, kemm jekk inkorporati f'appliances jew le, li jkun fihom aktar minn 0,0005 % ta' merkurju fil-piż; u

(b)

batteriji jew akkumulaturi portabbli, inklużi dawk inkorporati f'appliances, li jkun fihom aktar minn 0,002 % ta' kadmju fil-piż.

2.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(a) m'għandhiex tapplika għal ċelluli buttuna b'kontenut ta' merkurju ta' mhux aktar minn 2 % fil-piż.

3.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(b) m'għandhiex tapplika għal batteriji u akkumulaturi portabbli intiżi għall-użu:

(a)

f'sistemi ta' emerġenza u ta' allarm, inkluż dawl ta' emerġenza;

(b)

f'tagħmir mediku; jew

(ċ)

f'għodda mingħajr fil mħaddma bl-enerġija.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 3(ċ) u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa….. (17), flimkien ma', jekk ikun xieraq, proposti rilevanti, bil-ħsieb li l-kadmju f'batteriji u f'akkumulaturi jiġi pprojbit.

Artikolu 5

Tqegħid fis-suq

1.   L-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet trattati f'din id-Direttiva, jimpedixxu, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom ta' batteriji u akkumulaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li batteriji jew akkumulaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma jitqiegħdux fis-suq jew jiġu rtirati minnu.

Artikolu 6

Għan ġenerali

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jimmassimizzaw il-ġbir separat ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, b'kont meħud ta' l-impatt ambjentali tat-trasport, u sabiex jimminimizzaw ir-rimi ta' batteriji u akkumulaturi bħala skart muniċipali mhux magħżul.

Artikolu 7

Skemi ta' ġbir

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu jeżistu skemi ta' ġbir xierqa għal skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi portabbli. Dawn l-iskemi:

(a)

għandhom jippermettu lill-utenti aħħarin li jarmu skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi portabbli f'punt tal-ġbir fil-viċinanza tagħhom, b'kont meħud tad-densità tal-popolazzjoni;

(b)

m'għandhomx jgħabbu b'xi ħlas lill-utenti aħħarin meta jarmu skart ta' batteriji jew akkumulaturi portabbli, u lanqas b'xi obbligu li jixtru batterija jew akkumulatur ġdid;

(ċ)

jistgħu jitmexxew flimkien ma' l-iskemi msemmija fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/96/KE.

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 75/442/KEE m'għandux japplika għall-postijiet ta' ġbir stabbiliti biex jikkonformaw mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

2.   Kemm-il darba li l-iskemi jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jesiġu li l-produtturi jistabbilixxu tali skemi;

(b)

jesiġu li operaturi ekonomiċi oħra jipparteċipaw f'tali skemi;

(ċ)

iżommu fis-seħħ skemi eżistenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi industrijali, jew terzi partijiet li jaġixxu f'isimhom, m'għandhomx jirrifjutaw li jieħdu lura skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi mingħand utenti aħħarin, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika u l-oriġini. Terzi partijiet indipendenti jistgħu wkoll jiġbru batteriji u akkumulaturi industrijali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi awtomotivi, jew terzi partijiet, jistabbilixxu skemi għall-ġbir ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi awtomotivi mingħand utenti aħħarin jew minn punt tal-ġbir aċċessibbli fil-viċinanza tagħhom, fejn il-ġbir ma jsirx taħt l-iskemi msemmijin fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/53/KE. Fil-każ ta' batteriji u akkumulaturi awtomotivi minn vetturi privati u mhux kummerċjali, tali skemi m'għandhom jgħabbu b'ebda ħlas lill-utenti aħħarin meta jarmu skart ta' batteriji jew ta' akkumulaturi, u lanqas b'xi obbligu li jixtru batterija jew akkumulatur ġdid.

Artikolu 8

Strumenti ekonomiċi

L-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi biex jippromwovu l-ġbir ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jew biex jippromwovu l-użu ta' batteriji u akkumulaturi li jkun fihom inqas sustanzi li jniġġsu, per eżempju billi jadottaw rati ta' taxxi differenzjati jew sistemi ta' depożitu. Jekk jagħmlu dan, huma għandhom jinnotifikaw il-miżuri dwar l-implimentazzjoni ta' dawk l-istrumenti lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Miri ta' ġbir

1.   Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, ir-“rata ta' ġbir” għal Stat Membru partikolari f'sena kalendarja partikolari għandha tfisser il-persentaġġ miksub meta jiġi diviż il-piż ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi portabbli miġbura skond l-Artikolu 7(1) f'dik is-sena kalendarja bil-bejgħ annwali medju ta' batteriji u akkumulaturi portabbli lill-utent aħħari bil-piż f'dak l-Istat Membru matul dik is-sena kalendarja u s-sentejn kalendarji ta' qabel. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' ġbir għall-ewwel darba fir-rigward tas-sitt sena kalendarja sħiħa wara d-dħil fis-seħħta' din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/96/KE, iċ-ċifri ta' ġbir u ta' bejgħ annwali għandhom jinkludu batteriji u akkumulaturi inkorporati f'appliances.

2.   L-Istati Membri għandhom jilħqu r-rati minimi ta' ġbir li ġejjin:

(a)

25 % sa … (18);

(b)

45 % sa … (19).

3.   L-Istati Membri għandhom jissorveljaw ir-rati ta' ġbir fuq bażi annwali skond l-iskema stabbilita fl-Anness I. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika dwar l-iskart (20), l-Istati Membri għandhom jittrasmettu rapporti lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena kalendarja konċernata. Ir-rapporti għandhom jindikaw kif inkisbet d-data neċessarja biex tiġi kkalkulata r-rata ta' ġbir.

4.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2):

(a)

arranġamenti transitorji jistgħu jiġu stabbiliti biex jiġu trattati diffikultajiet li jiltaqa' magħhom Stat Membru fit-twettiq tar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 minħabba xi ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi;

(b)

għandha tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta' batteriji u akkumulaturi portabbli lill-utenti aħħarin sa … (21).

Artikolu 10

Trattament u riċiklaġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard minn … (22):

(a)

produtturi jew terzi partijiet jistabbilixxu skemi bl-użu ta' l-aħjar tekniki disponibbli biex jipprovdu għat-trattament u r-riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi; u

(b)

il-batteriji u l-akkumulaturi identifikabbli kollha miġbura skond l-Artikolu 7 jiġu trattati u riċiklati permezz ta' dawn l-iskemi.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, bi qbil mat-Trattat, jarmu batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura li jkun fihom il-kadmju, il-merkurju jew iċ-ċomb f' radam jew f'ħażniet taħt l-art bħala parti minn strateġija biex jinqata' gradwalment l-użu ta' metalli ta' densità għolja jew meta ma jkun disponibbli l-ebda suq aħħari vijabbli. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw abbozzi ta' miżuri lill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (23).

2.   It-trattament għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III, Parti A.

3.   Il-proċessi ta' riċiklaġġ għandhom, sa mhux aktar tard minn… (24) jissodisfaw il-miri ta' riċiklaġġ u d-dispożizzjonijiet assoċjati li hemm fl-Anness III, Parti B.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-livelli ta' riċiklaġġ miksuba f'kull sena tal-kalendarju ikkonċernata u dwar jekk il-miri msemmija fl-Anness III, Parti B inkisbux. Għandhom jissottomettu l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-aħħar tas-sena kalendarja konċernata.

5.   L-Anness III jista' jiġi addattat jew supplimentat biex jieħu kont tal-progress tekniku jew xjentifiku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). B'mod partikolari:

(a)

regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom jiġu miżjuda mhux aktar tard minn … (25); u

(b)

il-miri minimi ta' riċiklaġġ għandhom jiġu valutati regolarment u addattati għall-aħjar teknika disponibbli u fid-dawl ta' l-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.

6.   Qabel ma tipproponi kwalunkwe emenda għall-Anness III il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari l-produtturi, il-kolletturi, ir-riċiklaturi, l-operaturi ta' t-trattamenti, l-organizzazzjonijiet ambjentali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-impjegati. Hi għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(1) bir-riżultat ta' din il-konsultazzjoni.

Artikolu 11

Rimi

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi f'radam jew bil-ħruq ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi industrijali jew awtomotivi. Madankollu, ir-residwi ta' kwalunkwe batterija u akkumulatur li jkun sarilhom sew trattament u sew riċiklaġġ skond l-Artikolu 10(1) jistgħu jintremew f'radam jew jinħarqu.

Artikolu 12

Esportazzjonijiet

1.   It-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jsiru barra mill-Istat Membru konċernat jew barra mill-Komunità, basta li t-trasport bil-baħar ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunita Ewropea (26).

2.   Skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi esportati barra mill-Komunità skond ir-Regolament (KEE) Nru 259/93, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċertu pajjiżi mhux ta' l-OECD (27)u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabilixxi l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li għandhom japplikaw għat-trasport ta' ċertu tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni finali tal-OECD C(92)39 (28) għandhom jgħoddu fir-rigward tat-twettiq ta' l-obbligi u l-miri stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva biss jekk ikun hemm evidenza soda li l-operazzjoni ta' riċiklaġġ tkun saret taħt kondizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

3.   Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 13

Finanzjament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi, jew terzi partijiet li jaġixxu f'isimhom, jiffinanzjaw kwalunkwe spejjeż netti li jirriżultaw:

(a)

mill-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ ta' l-iskart kollu ta' batteriji u l-akkumulaturi portabbli miġbur skond l-Artikolu 7(1) u (2); u

(b)

mill-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ ta' l-iskart kollu ta' batteriji u ta' akkumulaturi industrijali u awtomotivi skond l-Artikoli 7(3) u (4).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 tevita kwalunkwe ħlas doppju mill-produtturi fil-każ ta' batteriji jew akkumulaturi miġbura taħt skemi stabbiliti skond id-Direttiva 2000/53/KE jew id-Direttiva 2002/96/KE.

3.   L-ispejjez tal-ġbir, tat-trattamet u tar-riċiklaġġ m'għandhomx jintwerew separatament lill-utenti aħħarin fil-mument tal-bejgħ ta' batteriji u akkumulaturi portabbli ġodda.

4.   Il-produtturi u l-utenti ta' batteriji u akkumulaturi industrijali u awtomotivi jistgħu jikkonkludu ftehim li jistipula arranġamenti għall-finanzjament ta' xort'oħra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur huwa reġistrat.

Artikolu 15

Produtturi żgħar

Regoli de minimis għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 13(1) u 14 għandhom, jekk ikun xieraq, jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) mhux aktar tard minn… (29).

Artikolu 16

Parteċipazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operaturi ekonomiċi kollha u l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha jistgħu jipparteċipaw fl-iskemi ta' ġbir, trattament u riċiklaġġ imsemmija fl-Artikoli 7 u 10.

2.   Dawn l-iskemi għandhom japplikaw ukoll għal prodotti importati minn terzi pajjiżi taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji u għandhom ikunu magħmula b'mod li jevitaw ostakoli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

Artikolu 17

Informazzjoni għal utenti aħħarin

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, illi l-utenti aħħarin ikunu infurmati b'mod sħiħ dwar:

(a)

l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem tas-sustanzi wżati f'batteriji u akkumulaturi;

(b)

kemm ikun aħjar li l-iskart ta' batteriji u ta' akkumulaturi ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux magħżul u li jipparteċipaw fil-ġbir separat ta' dan l-iskart sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament u r-riċiklaġġ;

(ċ)

l-iskemi ta' ġbir u riċiklaġġ disponibbli għalihom;

(d)

ir-rwol tagħhom f'li jikkontribwixxu għar-riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi;

(e)

it-tifsira tas-simbolu tal-barmil ta' l-iskart bir-roti maqtugħ b'salib murija fl-Anness II u s-simboli kimiċi Hg, Cd u Pb.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-operaturi ekonomiċi li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kollha jew parti minnha.

Artikolu 18

Ittikkettjar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-batteriji, l-akkumulaturi u l-pakki ta' batteriji kollha jkunu mmarkati kif jixraq bis-simbolu muri fl-Anness II.

2.   Batteriji, akkumulaturi u ċelluli buttuna li jkun fihom aktar minn 0,0005 % merkurju, aktar minn 0,002 % kadmju jew aktar minn 0,004 % ċomb, għandhom ikunu mmarkati bis-simbolu kimiku għall-metall ikkonċernat: Hg, Cd jew Pb. Is-simbolu li jindika l-kontenut tal-metall ta' densità għolja għandu jkun stampat taħt is-simbolu muri fl-Anness II u għandu jgħatti spazju ta' mill-anqas kwart tad-daqs ta' dak is-simbolu.

3.   Is-simbolu muri fl-Anness II għandu jgħatti mill-anqas 3 % ta' l-ispazju ta' l-akbar naħa tal-batterija, akkumulatur jew pakk ta' batteriji, sa daqs massimu ta' 5 x 5 cm. Fil-każ ta' ċelluli ċilindriċi, is-simbolu għandu jgħatti mill-anqas 1,5 % taż-żona tal-wiċċ tal-batterija jew l-akkumulatur u għandu jkollu daqs massimu ta' 5 x 5 cm.

4.   Meta d-daqs tal-batterija, akkumulatur jew pakk ta' batteriji ikun tali li s-simbolu jkun iżgħar minn 0,5 x 0,5 cm, il-batterija, akkumulatur jew pakk ta' batteriji m'għandhomx għalfejn jiġu mmarkati iżda simbolu ta' daqs ta' mill-anqas 1 x 1 cm għandu jkun stampat fuq l-imballaġġ.

5.   Is-simboli għandhom ikunu stampati b'mod li jidher, li jinqara u li ma jitħassarx.

6.   Eżenzjonijiet mir-rewkiżiti ta' l-ittikkettjar ta' dan l-Artikolu jistgħu jingħataw skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 19

Rapporti ta' implimentazzjoni nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva kull tliet snin. Madankollu, l-ewwel rapport għandu jkopri l-perijodu sa … (30).

2.   Ir-rapporti għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu ta' l-ewwel perijodu li r-rapport għandu jkopri.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar kwalunkwe miżura li huma jieħdu sabiex iħeġġu żviluppi li jaffettwaw l-impatt tal-batteriji u l-akkumulaturi fuq l-ambjent, b'mod partikolari:

(a)

żviluppi, inklużi passi volontarji meħuda mill-produtturi, li jnaqqsu l-kwantitajiet ta' metalli ta' densità għolja u sustanzi perikolużi oħra li jkun hemm f'batteriji u akkumulaturi.

(b)

teknika ġdida ta' riċiklaġġ u ta' trattament;

(ċ)

il-parteċipazzjoni ta' operaturi ekonomiċi fi skemi ta' immaniġġjar ambjentali;

(d)

riċerka f'dawk l-oqsma; u

(e)

miżuri meħuda biex jippromwovu l-prevenzjoni ta' l-iskart.

4.   Ir-rapport għandu jkun magħmul disponibbli lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tal-perijodu konċernat ta' tliet snin jew, fil-każ ta' l-ewwel rapport, mhux aktar tard minn… (31).

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u dwar l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern mhux aktar tard minn disa' xhur wara li tirċievi r-rapporti mingħand l-Istati Membri skond il-paragrafu 4.

Artikolu 20

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-ambjent u il-funzjonament tas-suq intern wara li tirċievi rapporti mingħand l-Istati Membri skond l-Artikolu 19(4) għat-tieni darba.

2.   It-tieni rapport li l-Kummissjoni tippubblika skond l-Artikolu 19(5) għandu jinkludi valutazzjoni ta' l-aspetti li ġejjin ta' din id-Direttiva:

(a)

jekk ikunx xieraq li jittieħdu aktar miżuri ta' maniġġjar tar-riskju għal batteriji u akkumulaturi li fihom metalli ta' densità għolja;

(b)

jekk il-miri ta' ġbir minimi għall-batteriji u l-akkumulaturi portabbli kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(2) humiex xierqa, u l-possibiltà li jiġu introdotti miri oħra għas-snin ta' wara, b'kont meħud tal-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri;

(ċ)

jekk ir-rekwiżiti minimi ta' riċiklaġġ stabbiliti fl-Anness III, Parti B, humiex xierqa, b'kont meħud ta' l-informazzjoni li jipprovdu l-Istati Membri, il-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri.

3.   Jekk ikun meħtieġ, proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mar-rapport.

Artikolu 21

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn (32) u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti lilhom.

Artikolu 23

Trasposizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn... (32)

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta' tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill--Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti kollha adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 24

Ftehimiet volontarji

1.   Bil-kondizzjoni li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet li hemm fl-Artikoli 7, 12 u 17 permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi konċernati. Tali ftehim għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu inforzabbli;

(b)

għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bl-iskadenzi korrispondenti;

(ċ)

għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li huwa daqstant aċċessibbli mill-pubbliku u trasmessi lill-Kummissjoni;

2)   ir-riżultati miksuba għandhom jiġu sorveljati regolarment, u rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni, u magħmula disponibbli lill-pubbliku taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim.

3)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress magħmul taħt dawn il-ftehim jiġi eżaminat;

4)   F'każijiet fejn ma jkunx hemm konformità mal-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva b'miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi.

Artikolu 25

Revoka

Id-Direttiva 91/157/KEE hija mħassra b'effett minn... (32).

Referenzi għad-Direttiva 91/157/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 96, tal-21.4.2004, p. 5.

(2)  ĠU C 117, tat-30.4.2004, p. 5.

(3)  ĠU C 121, tat-30.4.2004, p. 35.

(4)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta’ April 2004 (ĠU C 104E, tat-30.4.2004, p. 354), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta'..... (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta'........ (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 38. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1).

(6)  ĠU L 242, ta' l-10.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 24. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 106).

(8)  ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(9)  ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.

(10)  ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 91.

(11)  ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.

(12)  ĠU L 321, tal-31.12.2003, p. 1.

(13)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

(14)  ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 34. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċi¿joni tal-Kummissjoni 2002/525/KE. (ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 81).

(15)  ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 19.

(16)  ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE(ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16.)

(17)  Erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(18)  Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(19)  Għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(20)  ĠU L 332, tad-9.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) 783/2005 (ĠU L 131, tal-25.5.2005, p. 38)

(21)  Sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(22)  Tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(23)  ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

(24)  Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(25)  42 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(26)  ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2557/2001 (ĠU L 349, tal-31.12.2001 p. 1).

(27)  ĠU L 166,ta' l-1.7.1999, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 105/2005 (ĠU L 20, tat-22.1.2005)

(28)  ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 105/2005.

(29)  42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(30)  Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(31)  81 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(32)  24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-ANNESS I

SORVELJANZA TAL-KONFORMITÀ MAL-MIRI TA' ĠBIR TA' L-ARTIKOLU 9

Sena

Ġbir ta' data

Kalkolu

Rekwiżit ta' rapportar

X (1) +1

-

 

 

 

X + 2

Bejgħ fis-sena 2 (S2)

-

-

 

X + 3

Bejgħ fis-sena 3 (S3)

-

-

 

X + 4

Bejgħ fis-sena 4 (S4)

Ġbir fis-sena 4 (C4)

Rata ta' ġbir (CR4) = 3*C4/(S2 + S3 + S4)

(Mira ffissata għal 25 %.)

 

X + 5

Bejgħ fis-sena 5 (S5)

Ġbir fis-sena 5 (C5)

Rata ta' ġbir (CR5) = 3*C5/(S3 + S4 + S5)

CR4

X + 6

Bejgħ fis-sena 6 (S6)

Ġbir fis-sena 6 (C6)

Rata ta' ġbir (CR6) = 3*C6/(S4 + S5 + S6)

CR5

X + 7

Bejgħ fis-sena 7 (S7)

Ġbir fis-sena 7 (C7)

Rata ta' ġbir (CR7) = 3*C7/(S5 + S6 + S7)

CR6

X + 8

Bejgħ fis-sena 8 (S8)

Ġbir fis-sena 8 (C8)

Rata ta' ġbir (CR8) = 3*C8/(S6 + S7 + S8)

(Mira ffissata għal 45 %.)

CR7

X + 9

Bejgħ fis-sena 9 (S9)

Ġbir fis-sena 9 (C9)

Rata ta' ġbir (CR9) = 3*C9/(S7 + S8 + S9)

CR8

X + 10

Bejgħ fis-sena 10 (S10)

Ġbir fis-sena 10 (C10)

Rata ta' ġbir (CR10) = 3*C10/(S8 + S9 + S10)

CR9

X + 11

Eċċ.

Eċċ.

Eċċ.

CR10

Eċċ.

 

 

 

 


(1)  Is-sena X hija s-sena li tinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 23.


L-ANNESS II

SIMBOLI GĦAL BATTERIJI, AKKUMULATURI U PAKKI TA' BATTERIJI GĦAL ĠBIR SEPARAT

Is-simbolu li jindika “ġbir separat” għall-batteriji u l-akkumulaturi kollha għandu jkun il-landa ta' l-iskart bir-roti maqtugħa b'salib murija hawn taħt:

Image


L-ANNESS III

REKWIżiti DETTALJATI TA' TRATTAMENT U RIĊIKLAĠĠ

PARTI A:   TRATTAMENT

1.

It-trattament għandu, bħala minimu, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi u l-aċidi kollha.

2.

It-trattament u kwalunkwe ħżin, inkluż ħżin temporanju, f'faċilitajiet ta' trattament għandu jsir f'postijiet b'uċuħ impermeabbli u b'għata addatt li jilqa' mit-temp jew f'kontenituri xierqa.

PARTI B:   RIĊIKLAĠĠ

3.

Il-proċessi ta' riċiklaġġ għandhom jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ minimi li ġejjin:

(a)

riċiklaġġ ta' 65 % fil-piż medju ta' batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu, inkluż ir-riċiklaġġ tal-kontenut taċ-ċomb sa l-ogħla livell li teknikament jista' jsir filwaqt li jkunu evitati spejjeż eċċessivi;

(b)

riċiklaġġ ta' 75 % fil-piż medju ta' batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju, inkluż ir-riċiklaġġ tal-kontenut tal-kadmju sa l-ogħla livell li teknikament jista' jsir filwaqt li jkunu evitati spejjeż eċċessivi; u

(ċ)

riċiklaġġ ta' 50 % fil-piż medju ta' skart ieħor ta' batteriji u ta' akkumulaturi.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha (1) għal Direttiva ġdida dwar il-batteriji u l-akkumulaturi f'Novembru 2003.

Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu ta' wara l-ewwel qari f'April 2004.

Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu f'April 2004 (2). Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu f'Mejju 2004 (3).

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fit-18 ta' Lulju 2005.

II.   GĦAN

Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li jwaqqaf is-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali (4), l-għan tad-Direttiva proposta huwa:

li jiġi ristrett ir-rimi ta' skart ta' batteriji u akkumulaturi;

li jitnaqqsu l-volumi ta' batteriji u akkumulaturi perikolużi li jiġu prodotti; u

li jiżdied il-livell ta' ġbir u riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u akkumulaturi.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Ġenerali

Il-pożizzjoni komuni tinkorpora l-maġġoranza ta' l-emendi mill-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, verbatim, parzjalment jew fl-ispirtu. B'mod partikolari, tinkludi modifiki għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li jżidu r-restrizzjonijiet attwali fuq l-użu ta' metalli tqal f'batteriji u akkumulaturi, jipprovdu għal reviżjoni tal-ħtieġa li jiġu estiżi dawn ir-restrizzjonijiet, ineħħu l-ħtieġa għas-sorveljanza ta' skart solidu muniċipali u jibbażaw il-miri tal-ġbir fuq iċ-ċifri ta' bejgħ tal-passat.

Madankollu, ma tirriflettix numru ta' emendi minħabba li l-Kunsill qabel mal-Kummissjoni li dawn ma kinux meħtiġa u/jew mixtieqa. B'mod partikolari, il-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni li:

l-emenda 9 mhix aċċettabbli għax tkun f'kunflitt mad-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (id-“Direttiva WEEE”);

l-emendi 2, 6, 18, 19, 41, 54, 63 u 65 mhumiex meħtieġa u potenzjalment joħolqu konfużjoni jew huma diffiċli biex jiġu implimentati;

l-emendi 39, 45, 77, 92 u 101 mhumiex prattikabbli;

l-emendi 32 u 55 jittrattaw kwistjonijiet (sistemi ta' depożitu u l-iffinanzjar ta' kampanji ta' informazzjoni) li ma jixraqx li jiġu regolati f'livell Komunitarju;

l-emendi 25, 67 u 68 mhumiex aċċettabbli billi mhux xieraq li jitfittex li jiġu regolati ċ-ċelluli tal-karburanti permezz tad-Direttiva proposta.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi wkoll numru ta' bidliet li mhumiex dawk maħsuba fl-opinjoni ta' wara l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew. Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddeskrivu l-bidliet ta' sustanza. Barra minn dan, hemm bidliet ta' abbozzar biex jiġi ċċarat it-test jew biex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tad-Direttiva.

2.   Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet (Artikoli 1, 2 u 3)

Il-pożizzjoni komuni hija parzjalment konsistenti ma' l-emendi 7 u 8 tal-Parlament Ewropew, billi dikjarazzjoni simili ta' l-għanijiet tad-Direttiva tidher fil-premessa 4.

L-Artikolu 2 huwa ġeneralment konsistenti ma' l-emenda 10, billi jiċċara l-eżenzjoni proposta għal batteriji u akkumulaturi militari u jkun jeskludi batteriji u akkumulaturi wżati f'tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Il-kliem ta' l-eżenzjoni għal batteriji u akkumulaturi militari huwa konsistenti ma' l-Artikolu 296(1)(b) tat-Trattat.

L-Artikolu 2 jiddikjara wkoll li d-Direttiva tkun tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (id-“Direttiva ELV”) u d-Direttiva WEEE.

Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 huma għal kollox konsistenti ma' l-emendi 11, 12, 14, 16 u 21.

Bħall-emenda 85, id-definizzjonijiet fil-pożizzjoni komuni jfittxu li jevitaw li d-definizzjonijiet tat-tliet tipi ta' batteriji u akkumulaturi (portabbli, industrijali u awtomotivi) jirkbu fuq xulxin. Dawn jimmiraw ukoll li jiġi żgurat li d-definizzjonijiet flimkien ikopru l-batteriji u l-akkumulaturi kollha. Madankollu, fil-pożizzjoni komuni l-kategorija “portabbli” pjuttost milli dik “industrijali” hija dik predefinita. Il-pożizzjoni komuni tissimplifika wkoll id-definizzjonijiet billi tneħħi l-eżempji ta' batteriji u akkumulaturi portabbli u industrijali. Listi estiżi ta' eżempji jidhru minflok fil-premessi 8 u 9. Il-pożizzjoni komuni tiċċara wkoll li batteriji u akkumulaturi portabbli għandhom ikunu ssiġillati.

Id-definizzjoni ta' “produttur” hija parzjalment konsistenti ma' l-emenda 20, billi tkopri l-batteriji u l-akkumulaturi kollha inkorporati f'apparekkjaturi. Il-Kunsill issimplifika d-definizzjoni sabiex jiġi żgurat li, għal kull batterija li titqiegħed fis-suq fi Stat Membru, ikun hemm produttur faċilment identifikabbli f'dak l-Istat. Dan huwa meħtieġ sabiex il-prinċipju ta' responsabbiltà tal-produttur isir effettiv.

Il-pożizzjoni komuni mhix konsistenti ma' l-emenda 22. Hija ma fihiex aktar definizzjoni ta' “sistema ta' ċirkuwitu magħluq”, billi d-Direttiva m'għadhiex tuża dan il-kunċett. Madankollu, dispożizzjonijiet oħra fil-pożizzjoni komuni jinkorporaw it-tħassib li hemm wara l-emenda billi jiċċaraw li partijiet terzi indipendenti jistgħu wkoll jiġbru batteriji u akkumulaturi għar-riċiklaġġ.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi tliet definizzjonijiet ġodda meta mqabbla mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, biex tiġi ċċarata t-tifsira tat-termini “tqegħid fis-suq”, “operaturi ekonomiċi” u “għodda mħaddma bl-enerġija mingħajr fil”.

3.   Metalli tqal (Artikolu 4)

Il-pożizzjoni komuni hija parzjalment konsistenti ma' l-emendi 23 u 82 tal-Parlament Ewropew, billi hija tipprovdi għal projbizzjoni fuq il-kadmju, soġġetta għal eżenzjonijiet, u għal reviżjoni li l-għan tagħha hu li tiġi kkunsidrata l-estensjoni tal-projbizzjoni. Madankollu, il-projbizzjoni fuq il-kadmju inizjalment ma tkunx tapplika fuq għodda mħaddma bl-enerġija mingħajr fil. Ma jkun hemm ebda restrizzjoni fuq l-użu taċ-ċomb. Madankollu, ir-reviżjoni speċifika prevista fl-Artikolu 4 tkun tapplika biss għal għodda mħaddma bl-enerġija mingħajr fil (għalkemm l-Artikolu 20(2)(a) jipprovdi għal reviżjoni ulterjuri dwar jekk jaqbilx li jkun hemm aktar restrizzjonijiet fuq l-użu ta' metalli tqal f'termini ġenerali).

Bħala konsegwenza, il-pożizzjoni komuni ma fihiex ħtiġiet ta' monitoraġġ għall-Istati Membri fir-rigward ta' skart solidu muniċipali. Dan huwa konsistenti ma' l-emendi 1 u 26.

4.   Ġbir (Artikoli 6 sa 9 u l-Anness I)

L-Artikolu 6 tal-pożizzjoni komuni jiddikjara prinċipju ġenerali (li jiġi massimizzat il-ġbir separat tal-batteriji u l-akkumulaturi u jiġi minimizzat ir-rimi tagħhom). Dan jissostitwixxi l-kunċett ta' sistema ta' ċirkuwitu magħluq maħsub fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. Il-pożizzjoni komuni għalhekk mhix konsistenti ma' l-emenda 27 tal-Parlament Ewropew.

L-Artikolu 7 jfittex li jiċċara l-ħtiġiet minimi għal skemi ta' ġbir għal batteriji u akkumulaturi u l-flessibbiltà għall-Istati Membri li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-arranġamenti eżistenti. Dan ikun jeskludi punti ta' ġbir mill-ħtiġiet ta' permess. Huwa konsistenti ma' l-għanijiet ta' l-emendi 28, 108 u 30, 51 u 109, iżda mhux ma' l-emendi 29 u 47 (billi ħtieġa għall-utenti aħħarin li jużaw faċilitajiet ta' ġbir ma tkunx inforzabbli).

L-Artikolu 9 jiffissa miri ta' ġbir u jipprovdi poter ġenerali biex jiġu stabbiliti arranġamenti transizzjonali permezz tal-komitoloġija. (Dan jissostitwixxi r-regoli pjuttost komplikati dwar derogi mill-miri ta' ġbir, u l-adattazzjonijiet għalihom, previsti fl-Artikolu 14 tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.) Huwa parzjalment konsistenti ma' l-emendi 34 sa 37, u konsistenti ma' l-għanijiet ta' l-emenda 66 u 69 sa 76, billi jiffissa miri ta' ġbir ibbażati fuq ċifri tal-bejgħ, m'hemm ebda mira ta' ġbir speċifika għall-batteriji tan-nijkil-kadmju u l-proċedura għal derogi hija aktar trasparenti.

L-Istati Membri jkollhom jiżguraw li tintlaħaq rata ta' ġbir ekwivalenti għal 25 % tal-bejgħ fi żmien 4 snin mit-traspożizzjoni tad-Direttiva. Il-mira għall-ġbir titla' għal 45 % 8 snin wara t-traspożizzjoni. Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali, metodoloġija komuni għall-kalkolu taċ-ċifri tal-bejgħ ikollha tiġi stabbilita permezz tal-komitoloġija. It-tabella fl-Anness I tiċċara x'jeħtieġu li jikkalkulaw l-Istati Membri, meta u kif.

5.   Trattament, riċiklaġġ u rimi (Artikoli 10 sa 12 u l-Anness III)

Il-pożizzjoni komuni tibdel il-preżentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament, ir-riċiklaġġ u r-rimi, b'mod partikolari billi ċċaqlaq il-ħtiġiet dettaljati u l-miri tar-riċiklaġġ għal Anness III ġdid. Dan huwa xieraq billi jkun possibbli li jiġu emendati l-ħtiġiet u l-miri dettaljati permezz tal-komitoloġija fid-dawl ta' żviluppi xjentifiċi u tekniċi.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni, it-terminoloġija u l-komitoloġija ta' l-Artikolu 10 huma b'mod ġenerali konsistenti ma' l-emendi 43, 99 u 100 tal-Parlament Ewropew. Il-pożizzjoni komuni hija wkoll parzjalment konsistenti ma' l-emendi 38 u 120, 40 u 95, billi l-premessi jiċċaraw it-tifsira ta' l-aħjar teknoloġija disponibbli, hemm dispożizzjonijiet komuni għat-trattament u r-riċiklaġġ u l-Anness III jeħtieġ it-tneħħija tal-kadmju u ċ-ċomb waqt ir-riċiklaġġ għall-ogħla grad li huwa teknikament fattibbli waqt li jiġu evitati spejjeż eċċessivi.

Barra minn dan, il-pożizzjoni komuni tiċċara li l-projbizzjoni fuq ir-rimi ta' batteriji u akkumulaturi awtomotivi u industrijali f'radam japplika għal batteriji sħaħ biss u mhux għal residwi. Taħt ċerti ċirkostanzi hija tkun tippermetti r-rimi ta' batteriji portabbli miġbura li fihom metalli tqal bħala parti minn strateġija biex jitneħħew gradwalment il-metalli tqal jew meta ma jkun hemm ebda suq aħħari vijabbli, li tkun parzjalment konsistenti ma' l-emenda 33. Hija tbaxxi l-mira tar-riċiklaġġ għall-batteriji u l-akkumulaturi li mhumiex batteriji tan-nikil-kadmju u taċ-ċomb-aċidu minn 55 % għal 50 %.

6.   Finanzjament (Artikoli 13 sa 15)

Il-pożizzjoni komuni tfittex li tiċċara r-responsabbiltajiet finanzjarji tal-produtturi tal-batteriji. Hija tiddikjara, b'mod partikolari, li m'għandu jkun hemm ebda imposta doppja fuq produtturi li jikkontribwixxu wkoll għal skemi stabbiliti taħt id-Direttivi ELV u WEEE. Billi tfittex li jiġi evitat li l-iskemi differenti jirkbu fuq xulxin hija konsistenti wkoll ma' l-għan ta' l-emenda 46 tal-Parlament Ewropew. Hija wkoll konsistenti ma' l-emendi 44 u 112 billi espliċitament tipprovdi biex il-produtturi jiffinanzjaw l-ispejjeż tal-ġbir u tipprojbixxi ħlasijiet viżibbli għall-utenti aħħarin.

Il-pożizzjoni komuni fiha biss ħtiġijiet minimi, sabiex l-iskemi nazzjonali jibqgħu flessibbli. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita dwar skart storiku. Għalhekk mhix konsistenti ma' l-emendi 48, 49, 50 u 103. Madankollu, l-Artikolu 13 ikun japplika għall-batteriji kollha li jsiru skart wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva, irrispettiv minn meta tqiegħdu fis-suq.

Biex jipprovdi aktar flessibbiltà, l-Artikolu 15 jagħmilha possibbli li regoli de minimis għal produtturi żgħar jiġu stabbiliti permezz tal-komitoloġija jekk l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-produtturi tkun ħolqot problemi prattiċi fil-każ ta' produtturi li jimmaniġġaw numri żgħar ħafna ta' batteriji jew akkumulaturi.

7.   Informazzjoni għal utenti aħħarin (Artikoli 17 u 18 u l-Anness II)

Il-pożizzjoni komuni ma tinkorpora l-ebda bidla kbira għad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni għall-utenti aħħarin ħlief għal dawk meħtieġa biex jingħata effett, fis-sħiħ jew parzjalment, għall-emendi 4, 52, 53, 56, 57, 59 sa 62, 64 u 78 sa 81 tal-Parlament Ewropew. Hija ma tinkorporax l-emendi 5 jew 58 għax il-Kunsill ma jemminx li huwa xieraq li jkun meħtieġ tikkettar biex jindika l-kapaċità ta' batteriji u akkumulaturi.

8.   Rapport u reviżjoni (Artikoli 19 u 20)

Il-pożizzjoni komuni tifred il-ħtiġiet dwar rapportar u reviżjoni. Għaldaqstant, filwaqt li jkun hemm rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, reviżjoni ġenerali waħda biss tkun speċifikata fid-Direttiva.

9.   Oħrajn

Barra minn dan, il-pożizzjoni komuni:

fiha, minflok l-eżortazzjonijiet ġenerali u mhux inforzabbli għall-promozzjoni ta' prestazzjoni ambjentali mtejba li jinsabu fl-Artikoli 5 u 17 tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, ħtiġiet konkreti ta' rapportar fl-Artikolu 19(3) u inkoraġġiment ġenerali fil-preambolu (li huwa parzjalment konsistenti ma' l-emenda 24 tal-Parlament Ewropew);

tiddeferixxi bi ftit id-data tat-traspożizzjoni (l-Artikolu 23); u

tillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' ftehim volontarji għal skemi ta' ġbir, esportazzjoni u informazzjoni għall-utenti aħħarin (l-Artikolu 24).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni tirrappreżenta pakkett bilanċjat ta' miżuri li jkun jagħti kontribut għall-protezzjoni ta' l-ambjent mingħajr ma joħloq spejjeż soċjali jew ekonomiċi mhux ġustifikati. Jistenna bil-ħerqa diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' l-adozzjoni bikrija tad-Direttiva.


(1)  ĠU C 96, tal-21.4.2004, p. 5.

(2)  ĠU C 121, tat-30.4.2004, p 35.

(3)  ĠU C 117, tat-30.4.2004, p. 5.

(4)  ĠU L 242, ta' l-10.9.2002, p. 1.


25.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/18


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 31/2005

adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005

bil-għan li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru …/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Europea

(2005/C 264 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-liġi Komunitarja, fil-qasam ta' l-ambjent, għandha l-għan li tikkontribwixxi inter alia għall-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(2)

Is-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (3)jisħaq fuq l-importanza li tingħata informazzjoni adegwata dwar l-ambjent u l-opportunitajiet effettivi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tiswir ta' deċiżjonijiet dwar l-ambjent, sabiex b'hekk tiżdied ir-responsabbiltà u t-trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet u jsir kontribut għall-kuxjenza pubblika u jiżdied l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda. Barra dan, il-programm jinkoraġġixxi, kif għamlu dawk ta' qablu (4), l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni aktar effettivi tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, inkluż l-infurzar tar-regoli Komunitarji u t-teħid ta' azzjoni kontra l-ksur tal-liġi Komunitarja dwar l-ambjent.

(3)

Fil-25 ta' Ġunju 1998 il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni ta' Århus”). Il-Komunità approvat il-Konvenzjoni ta' Århus fis-17 ta' Frar 2005. Id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja għandhom ikunu konsistenti ma' dik il-Konvenzjoni.

(4)

Il-Komunità diġà adottat corpus ta' leġiżlazzjoni, li qiegħed jevolvi u li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji.

(5)

Huwa xieraq li jiġu kunsidrati t-tliet pilastri tal-Konvenzjoni ta' Århus, jiġifieri l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, f'liġi waħda u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni fir-rigward ta' l-għanijiet u d-definizzjonijiet. Dan jikkontribwixxi għar-razzjonalizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u għaż-żieda fit-trasparenza tal-miżuri ta' implimentazzjoni meħuda fir-rigward ta' l-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji.

(6)

Bħala prinċipju ġenerali, id-drittijiet garantiti mit-tliet kolonni tal-Konvenzjoni ta' Århus huma mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward ta' ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju.

(7)

Il-Konvenzjoni ta' Århus tiddefinixxi “awtoritajiet pubbliċi” f'sens wiesa', fejn il-kunċett bażiku huwa li kull fejn tiġi eżerċitata awtorità pubblika, għandu jkun hemm drittijiet għall-individwi u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Huwa għalhekk neċessarju li l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji koperti minn dan ir-Regolament jiġu definiti bl-istess mod ġenerali u funzjonali. Taħt il-Konvenzjoni ta' Århus, l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva. Madankollu, għal raġunijiet ta' konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5), id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji meta jaġixxu f'kapaċità leġiżlattiva.

(8)

Id-definizzjoni ta' informazzjoni dwar l-ambjent f'dan ir-Regolament tiġbor fiha informazzjoni fi kwalunkwe forma dwar l-istat ta' l-ambjent. Din id-definizzjoni, li ġiet allinjata mad-definizzjoni (ta' tagħrif dwar l-ambjent) adottata fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (6), għandha l-istess kontenut ta' dik stabbilita fil-Konvenzjoni ta' Århus. Id-definizzjoni ta' “dokument” fir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tiġbor fiha informazzjoni dwar l-ambjent kif definit f'dan ir-Regolament.

(9)

Huwa xieraq li dan ir-Regolament jipprovdi għal definizzjoni ta' “pjani u programmi” b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus, b'mod parallel ma' l-approċċ segwit fir-rigward ta' l-obbligi ta' l-Istati Membri taħt il-liġi eżistenti tal-KE. Il-“pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent” għandhom jiġu definiti fir-rigward tal-kontribut tagħhom, jew ta' l-effett sinifikattiv probabbli tagħhom, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ambjentali Komunitarja. Għall-perjodu ta' għaxar snin li jibda mit-22 ta' Lulju 2002, is-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent jistabbilixxi l-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Komunità u l-azzjonijiet ippjanati sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Fit-tmiem ta' dan il-perjodu għandu jiġi adottat programm sussegwenti ta' azzjoni dwar l-ambjent.

(10)

Minħabba l-fatt li l-liġi dwar l-ambjent qed tevolvi kontinwament, id-definizzjoni ta' 'liġi ambjentali' għandha tirriferi għall-għanijiet tal-politika Komunitarja dwar l-ambjent kif stabbiliti fit-Trattat.

(11)

Atti amministrattivi li għandhom applikazzjoni individwali għandhom ikunu miftuħa għall-possibbiltà ta' reviżjoni interna fejn dawn għandhom effetti esterni u li jorbtu legalment. Bl-istess mod, l-ommissjonijiet għandhom ikunu koperti fejn hemm l-obbligu li jiġi adottat att amministrattiv taħt il-liġi ambjentali. Billi l-atti adottati minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva, jistgħu jiġu esklużi, l-istess għandu japplika għal proċeduri oħra ta' inkjesta meta l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità jaġixxu bħala korpi amministrattivi ta' reviżjoni skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

(12)

Il-Konvenzjoni ta' Århus issejjaħ għal aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent fuq xi talba jew permezz ta' tixrid attiv mill-awtoritajiet koperti mill-Konvenzjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni, kif ukoll għal aġenziji u korpi simili stabbiliti minn att legali tal-Komunità. Dan jipprovdi regoli għal dawn l-istituzzjonijiet li jaqblu fil-parti l-kbira mar-regoli stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Århus. Huwa meħtieġ li tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kollha tal-Komunità.

(13)

Fejn il-Konvenzjoni ta' Århus fiha dispożizzjonijiet li ma jinstabux ukoll, b'mod sħiħ jew parzjali, fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, huwa meħtieġ li dawn jiġu indirizzati, b'mod parikolari fir-rigward tal-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-ambjent.

(14)

Sabiex id-dritt għall-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent ikun effettiv, huwa essenzjali informazzjoni ta' kwalità tajba dwar l-ambjent. Huwa għalhekk xieraq li jiġu introdotti regoli li jobbligaw lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità jiżguraw tali kwalità.

(15)

Fejn ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprevedi eċċezzjonijiet, dawn għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal talbiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent taħt dan ir-Regolament. Ir-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta' l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom jiġu interpretati b'mod restrittiv, b'kont meħud ta' l-interess pubbliku fl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax emissjonijiet fl-ambjent. It-terminu “interessi kummerċjali” jkopri ftehim ta' konfidenzjalità konklużi minn istituzzjonijiet jew korpi li jaġixxu f'kapaċità bankarja.

(16)

Diġà ġie stabbilit, taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' netwerk għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (7), netwerk fil-livell Komunitarju għall-promozzjoni ta' koperazzjoni u kordinazzjoni bejn l-Istati Membri, bl-assistenza tal-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu mtejba l-prevenzjoni u l-kontroll fil-Komunità ta' numru ta' tipi ta' mard li jinxterdu. Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 (8)tadotta programm Komunitarju ta' azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika li jikkomplementa l-linji politiċi nazzjonali. It-titjib ta' l-informazzjoni u tal-konoxxenza għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika u t-titjib tal-kapaċità ta' rispons rapidu u b'mod kordinat għat-theddid għas-saħħa, li t-tnejn huma elementi ta' dan il-programm, huma għanijiet ugwalment konformi għal kollox mal-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus. Dan ir-Regolament għalhekk għandu idealment japplika bla preġudizzju għad-Deċiżjoni Nru. 2119/98/KE u d-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE.

(17)

Il-Konvenzjoni ta' Århus tirrikjedi li l-Partijiet jadottaw dispożizzjonijiet li jippermettu li l-pubbliku jipparteċipa fit-tħejjija ta' pjani u programmi relatati ma' l-ambjent. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu termini ta' żmien raġonevoli sabiex il-pubbliku jiġi informat dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent in kwistjoni. Sabiex tkun effettiva, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku għandha sseħħ kmieni, meta l-possibbiltajiet kollha ta' għażla jkunu miftuħin. Meta jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji għandhom jidentifikaw il-pubbliku li jista' jipparteċipa.

(18)

L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta' Århus jipprovdi għal aċċess għal proċeduri ġudiżżjarji jew proċeduri oħra ta' reviżjoni għall-kontestazzjoni ta' atti u ommissjonijiet minn persuni fiżiċi u minn awtoritajiet pubbliċi li jiksru dispożizzjonijiet tal-liġi relattivi għall-ambjent. Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja għandhom ikunu konsistenti mat-Trattat. Huwa xieraq f'dan il-kuntest li dan ir-Regolament jindirizza biss atti u ommissjonijiet minn awtoritajiet pubbliċi.

(19)

Sabiex jiġu żgurati rimedji adegwati u effettivi, inkużi dawk disponibbli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej taħt id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattat, huwa xieraq li tingħata l-opportunità lill-istituzzjoni Komunitarja jew lill-korp Komunitarju li ħarġu l-att li sejjer jiġi kkontestat, jew li, fil-każ ta' allegazzjoni ta' ommissjoni amministrattiva, naqsu milli jaġixxu, li jerġgħu jikkonsidraw id-deċiżjoni preċedenti tagħhom, jew, fil-każ ta' ommissjoni li jaġixxu.

(20)

Organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent li jissodisfaw ċerti kriterji, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li huma organizzazzjonijiet indipendenti bl-għan primarju li jippromwovu l-protezzjoni ta' l-ambjent, għandhom ikunu awtorizzati jitolbu reviżjoni interna fil-livell Komunitarju ta' atti adottati jew ta' ommissjonijiet taħt il-liġi ta' l-ambjent minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità bil-ħsieb ta' rikonsiderazzjoni mill-istituzzjoni jew korp in kwistjoni.

(21)

Fejn ma ġewx milqugħa talbiet preċedenti għal reviżjoni interna, għandu jkun possibbli għall-organizzazzjoni mhux governattiva konċernata li ġġib azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.

(22)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fondamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

It-TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

1.   L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-obbligi li jirriżultaw taħt il-Konvenzjoni ta' l-UNECE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni Århus”, billi jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, partikolarment billi:

(a)

jiġi garantit id-dritt għall-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent riċevuta jew prodotta minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità u miżmuma minnhom, u billi jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet bażiċi ta' l-eżerċizzju ta' dak id-dritt u l-arranġamenti prattiċi għall-istess eżerċizzju;

(b)

jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-ambjent tiġi progressivament magħmula disponibbli u mxerrda lill-pubbliku sabiex jinkisbu kemm id-disponibbiltà kif ukoll it-tixrid sistematiċi l-aktar ampji tagħha. Għal dak il-għan għandu jiġi promoss, fejn disponibbli, l-użu, partikolarment, tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika;

(ċ)

jsiru dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward ta' pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent;

(d)

jingħata aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fil-livell Komunitarju taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

2.   Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jassistu u jipprovdu gwida lill-pubbliku fir-rigward ta' l-aċċess għall-informazzjoni, tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“applikant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li titlob informazzjoni dwar l-ambjent;

(b)

“il-pubbliku” tfisser persuna, jew persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi ta' tali persuni;

(ċ)

“istituzzjoni jew korp tal-Komunità” tfisser kull istituzzjoni pubblika, korp, uffiċċju jew aġenzija stabbiliti mit-Trattat jew abbażi ta' l-istess Trattat ħlief meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva. Madankollu, id-dispożizzjonijiet taħt it-Titlu II għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità meta dawn jaġixxu f'kapaċità leġiżlattiva;

(d)

“informazzjoni dwar l-ambjent” tfisser kull informazzjoni f'għamla miktuba, li tidher, li tinstema', elettronika jew fi kwalunkwe forma materjali oħra dwar:

(i)

l-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent, bħalma huma l-arja u l-atmosfera, l-ilma, il-ħamrija, il-pajżaġġ u s-siti naturali inklużi l-artijiet mistagħdra, iż-żoni kostali u marini, id-diversità bijoloġika u l-komponenti tagħha, inklużi organiżmi ġenetikament modifikati, u l-interazzjoni fost dawn l-elementi;

(ii)

fatturi, bħalma huma s-sustanzi, l-enerġija, il-ħsejjes, ir-radjazzjoni jew l-iskart, inklużi l-iskart radjuattiv, l-emissjonijiet, l-iskarigi u ħruġ ieħor fl-ambjent, li jaffettwaw jew x'aktarx jaffettwaw l-elementi ta' l-ambjent msemmija fil-punt (i);

(iii)

miżuri (inklużi l-miżuri amministrattivi), bħalma huma l-linji politiċi, il-leġiżlazzjoni, il-pjanijiet, il-programmi, il-ftehim ambjentali, u l-attivitajiet li jaffettwaw jew li x'aktarx jaffettwaw l-elementi u l-fatturi msemmija fil-punti (i) u (ii) kif ukoll miżuri jew attivitajiet intiżi sabiex jipproteġu dawn l-elementi;

(iv)

rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-ambjent;

(v)

l-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u analiżi u ipotesi ekonomiċi oħra wżati fil-qafas tal-miżuri u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (iii); u

(vi)

l-istat tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem, inklużi t-tniġġiż tal-katina alimentari, fejn rilevanti, il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-bniedem, is-siti kulturali u l-istrutturi mibnija safejn jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent imsemmija fil-punt (i) jew, permezz ta' dawn l-elementi, minn kwalunkwe materja msemmija fil-punti (ii) u (iii).

(e)

“pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent” tfisser pjanijiet u programmi,

(i)

li huma soġġetti għall-preparazzjoni u, skond il-każ, l-adozzjoni minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità;

(ii)

li huma meħtieġa taħt dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi; u

(iii)

li jikkontribwixxu jew li jistgħu isarrfu sinifikattivament għall-kisba ta' l-objettivi tal-politika ambjentali Komunitarja, bħal dawk stabbiliti fis-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent, jew fi kwalunkwe programm ġenerali ta' azzjoni ambjentali sussegwenti.

Il-programmi ġenerali ta' azzjoni ambjentali għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent.

Din id-definizzjoni m'għandhiex tinkludi pjanijiet u programmi finanzjarji, bankarji jew tal-baġit, jiġifieri dawk li jistabbilixxu kif għandhom jiġu finanzjati proġetti jew attivitajiet partikolari, jew dawk relatati mal-baġits annwali proposti, programmi interni ta' xogħol ta' xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, jew pjanijiet u programmi ta' emerġenza magħmula għall-għan waħdieni tal-protezzjoni ċivili;

(f)

“liġi ambjentali” tfisser leġiżlazzjoni Komunitarja li, irrispettivament mill-bażi legali tagħha, tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-politika Komunitarja dwar l-ambjent kif stabbiliti fit-Trattat: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-użu prudenti u razzjonali ta' risorsi naturali, u l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu trattati problemi ambjentali reġjonali jew dinjija;

(g)

“att amministrattiv” tfisser kwalunkwe miżura ta' ambitu individwali taħt il-liġi ambjentali, meħuda minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, u li għandha effetti esterni u li jorbtu legalment;

(h)

“ommissjoni amministrattiva” tfisser kwalunkwe nuqqas minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità milli jadottaw xi att amministrattiv kif definit fil-punt (g).

2.   Atti amministrattivi u ommissjonijiet amministrattivi ma għandhomx jinkludu miżuri meħuda jew ommissjonijiet minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità fil-kapaċità tagħhom bħala korpi amministrattivi ta' reviżjoni, bħal taħt:

(a)

l-Artikoli 81,82, 86 u 87 tat-Trattat (regoli tal-kompetizzjoni);

(b)

l-Artikoli 226 u 228 tat-Trattat (proċeduri fuq ksur ta' liġi);

(ċ)

l-Artikolu 195 tat-Trattat (proċeduri ta' l-Ombudsman);

(d)

l-Artikolu 280 tat-Trattat (proċeduri ta' l-OLAF).

TITOLU II

AĊĊESS GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-AMBJENT

Artikolu 3

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal kwalunkwe talba minn applikant għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fil-pussess ta' istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità minghajr diskriminazzjoni fir-rigward ta' ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju u, fil-każ ta' persuna ġuridika, minghajr diskriminazzjoni dwar fejn hija reġistrata jew fejn ikun iċ-ċentru effettiv ta' l-attivitajiet tagħha.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kelma “istituzzjoni” fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha tinqara bħala “istituzzjoni jew korp tal-Komunità”.

Artikolu 4

Ġbir u tixrid ta' informazzjoni dwar l-ambjent

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jorganizzaw l-informazzjoni dwar l-ambjent pertinenti għall-funzjonijiet tagħhom u li tinsab fil-pussess tagħhom, bil-għan li tiġi mxerrda lill-pubbliku b'mod attiv u sistematiku, partikolarment permezz tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika skond l-Artikolu 11(1) u (2), u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Huma għandhom jagħmlu din l-informazzjoni dwar l-ambjent progressivament disponibbli f'databases elettroniċi li huma faċilment aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' netwerks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom iqiegħdu din l-informazzjoni dwar l-ambjent miżmuma minnhom f'databases u jattrezzaw dawn b'għajnuniet għat-tiftix u forom oħra ta' software maħsuba sabiex jgħinu lill-pubbliku jsib l-informazzjoni li għandu bżonn.

M'hemmx bżonn li l-informazzjoni provduta permezz tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika tinkludi l-informazzjoni miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm din mhijiex diġa' disponibbli f'forma elettronika.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli sabiex iżommu l-informazzjoni dwar l-ambjent miżmuma minnhom f'forom jew f'formati li jistgħu jiġu riprodotti faċilment u li huma aċċessibbli bil-mezzi kompjuterizzati tat-telekomunikazzjoni jew b'meżżi oħra elettroniċi.

2.   L-informazzjoni dwar l-ambjent li għandha ssir disponibbli u tiġi mxerrda għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ. Barra d-dokumenti elenkati fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, id-databases jew ir-reġistri għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

testi ta' trattati internazzjonali, konvenzjonijiet jew ftehim, u tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent jew relatata miegħu, u ta' linji politiċi, pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent;

(b)

rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-elementi msemmija fil-punt (a) fejn ikunu preparati jew miżmuma f'forma elettronika mill-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità;

(ċ)

rapporti dwar l-istat ta' l-ambjent kif imsemmi fil-paragrafu 4;

(d)

data jew riassunti ta' data meħuda mill-monitoraġġ ta' attivitajiet li jaffettwaw, jew li jistgħu jaffettwaw, l-ambjent;

(e)

awtorizzazzjonijiet b'impatt sinifikattiv fuq l-ambjent u ftehim dwar l-ambjent, jew riferenza għall-post fejn tista' tintalab jew tinkiseb tali informazzjoni;

(f)

studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u l-istima tar-riskji li jirrigwardaw elementi ambjentali, jew riferenza għall-post fejn tista' tintalab jew tinkiseb tali informazzjoni.

3.   Fejn ikun opportun, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 billi joħolqu kollegamenti ma' siti ta' l-Internet fejn tista' tinstab l-informazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, f'intervalli regolari li ma jaqbżux erba' snin, jiġi pubblikat u mxerred rapport dwar l-istat ta' l-ambjent, inkluża informazzjoni dwar il-kwalità ta' l-ambjent u l-pressjonijiet fuqu.

Artikolu 5

Kwalità ta' l-informazzjoni dwar l-ambjent

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom, safejn ikun fis-setgħa tagħhom, jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni miġbura minnhom tkun aġġornata, preċiża u komparabbli.

2.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom, meta jiġu mitluba, jinfurmaw lill-applikant bil-post fejn tista' tinstab, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar il-proċeduri ta' kejl, inklużi l-metodi ta' analiżi, ta' teħid ta' kampjuni u ta' pre-trattament ta' kampjuni, użati fil-ġbir ta' l-informazzjoni. Alternattivament, huma jistgħu jirreferuh għall-proċedura standardizzata li ġiet użata.

Artikolu 6

Applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent

1.   Fir-rigward ta' l-ewwel inċiż ta' l-Arikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jitqies li jeżisti interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar fejn l-informazzjoni mitluba tkun konnessa ma' emissjonijiet fl-ambjent. Fir-rigward ta' l-eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-fatt li l-informazzjoni mitluba tkun konnessa ma' emissjonijiet fl-ambjent għandu jiġi partikolarment kunsidrat fejn jiġi deċiż jekk hemmx jew le interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar.

2.   Barra mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità jistgħu jirrifjutaw aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fejn l-iżvelar ta' l-informazzjoni jolqot ħażin il-protezzjoni ta' l-ambjent li għalih tirriferi l-informazzjoni, bħas-siti tat-trobbija ta' speċi rari.

3.   Meta istituzzjoni jew korp tal-Komunità għandhom f'idejhom informazzjoni dwar l-ambjent li toriġina minn Stat Membru għandhom jikkonsultaw ma' dak l-Istat Membru u għandhom japplikaw kwalunkwe eċċezzjonijiet pertinenti taħt il-liġi Komunitarja. L-istituzzjoni jew il-korp konċernati għandhom jirrilaxxaw l-informazzjoni jekk ma tkun tapplika l-ebda eċċezzjoni.

Artikolu 7

Talbiet għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent li mhijiex fil-pussess ta' istituzzjoni jew korp tal-Komunità

Fejn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità jirċievu talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent u fejn din l-informazzjoni ma tkunx fil-pussess ta' dik l-istituzzjoni jew ta' dak il-korp tal-Komunità, dawn għandhom, malajr kemm jista' jkun, jinformaw lill-applikant b'dik l-istituzzjoni jew b'dak il-korp tal-Komunità jew bl-awtorità pubblika fis-sens tad-Direttiva 2003/4/KE li minn għandhom huma jemmnu li tista tinkiseb l-informazzjoni mitluba, jew jittrasferixxu t-talba lill-istituzzjoni jew korp tal-Komunità jew lill-awtorità pubblika pertinenti u jinformaw lill-applikant bl-istess.

Artikolu 8

Koperazzjoni

Fil-każ ta' theddida imminenti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, kemm jekk ikkawżata minn attivitajiet tal-bniedem kif ukoll jekk dovuta għal kawżi naturali, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom, fuq talba ta' l-awtoritajiet pubbliċi fis-sens tad-Direttiva 2003/4/KE, jikkollaboraw ma' dawk l-awtoritajiet pubbliċi u jassistuhom sabiex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jxerrdu minnufih u mingħajr dewmien lill-pubbliku, li jista' jintlaqat, l-informazzjoni kollha dwar l-ambjent li tista' tgħinu jieħu miżuri sabiex jimpedixxi jew inaqqas l-ħsara kawżata mit-theddida, safejn din l-informazzjoni tkun fil-pussess, jew miżmuma għan-nom, ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u/jew dawk l-awtoritajiet pubbliċi.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu speċifiku stabbilit fil-liġi Komunitarja, partikolarment bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE u bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE.

It-TITOLU III

PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU FIR-RIGWARD TA' PJANIJIET U PROGRAMMI RELATATI MA' L-AMBJENT

Artikolu 9

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jipprovdu, permezz ta' dispożizzjonijiet prattiċi u/jew oħrajn adegwati, opportunitajiet bikrija u effettivi għall-pubbliku sabiex jipparteċipa matul il-preparazzjoni, il-modifika jew ir-reviżjoni tal-pjanijiet jew programmi relatati ma' l-ambjent meta l-għażliet kollha ikunu għadhom miftuħa. Partikolarment fejn il-Kummissjoni tipprepara proposta għal tali pjan jew programm li tiġi preżentata lil istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Komunità għal deċiżjoni, hija għandha tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'dak l-istadju preparatorju.

2.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jidentifikaw il-pubbliku milqut jew li probabbilment jiġi milqut minn xi pjan jew programm tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1, jew li jkollu interess fih, b'kont meħud ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jiżguraw li l-pubbliku msemmi fil-paragrafu 2 jiġi nformat, jew permezz ta' avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra adatti, bħal mezzi elettroniċi fejn disponibbli, b'dawn li ġejjin:

(a)

l-abbozz tal-proposta, fejn disponibbli;

(b)

l-informazzjoni dwar l-ambjent jew l-istima ambjentali pertinenti għall-pjan jew programm li jkun qiegħed jiġi preparat, fejn disponibbli; u

(ċ)

arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni, inklużi:

(i)

l-entità amministrattiva li minnha tista' tinkiseb l-informazzjoni pertinenti,

(ii)

l-entità amministrattiva li lilha jistgħu jiġu preżentati kummenti, opinjonijiet jew mistoqsijiet, u

(iii)

limiti kronoloġiċi raġonevoli li jagħtu żmien suffiċjenti lill-pubbliku sabiex jinforma ruħu u jipprepara u jipparteċipa effettivament fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ambjent.

4.   Għandu jiġi ffissat limitu ta' żmien perentorju ta' mhux inqas minn erba' ġimgħat sabiex jiġu milqugħa kummenti. Fejn jiġu organizzati laqgħat jew udjenzi, għandu jingħata avviż minn qabel ta' mhux inqas minn erba' ġimgħat. Il-limiti ta' żmien perentorji jistgħu jitnaqqsu f'każijiet urġenti jew fejn il-pubbliku diġa' kellu l-opportunità li jikkummenta dwar il-pjan jew programm in kwistjoni.

It-TITOLU IV

REVIŻJONI INTERNA U AĊĊESS GĦALL-ĠUSTIZZJA

Artikolu 10

Talba għal reviżjoni interna ta' l-atti amministrattivi

1.   Kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 għandha d-dritt li tagħmel talba għal reviżjoni interna lill-istituzzjoni jew korp tal-Komunità li adottaw att amministrattiv taħt xi liġi ambjentali jew, f'każ ta' allegazzjoni ta' ommissjoni amministrattiva, li kellhom jadottaw tali att.

Tali talba għandha ssir bil-miktub u f'limitu ta' żmien perentorju li ma jaqbiżx l-erba' ġimgħat wara li l-att amministrattiv ikun ġie adottat, notifikat jew pubblikat skond liema jkun l-aktar tard, jew, f'każ ta' allegazzjoni ta' ommissjoni, erba' ġimgħat wara d-data li fiha l-att amministrattiv kien meħtieġ. It-talba għandha tinkludi r-raġunijiet għar-reviżjoni.

2.   L-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw kull talba bħal din, sakemm hija ma tkunx b'mod ċar infondata. L-istituzzjoni jew korp tal-Komunità għandhom jagħtu r-raġunijiet tagħhom f'risposta bil-miktub malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara r-riċezzjoni tat-talba.

3.   Fejn, minkejja l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità ma jkunux jistgħu jaġixxu skond il-paragrafu 2, huma għandhom jinformaw lill-organizzazzjoni mhux governattiva li għamlet it-talba malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-perjodu msemmi f'dak il-paragrafu, bir-raġunijiet għan-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tagħhom u dwar meta għandhom il-ħsieb li jaġixxu.

Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità għandhom jaġixxu fi żmien tmintax-il ġimgħa mir-riċezzjoni tat-talba.

Artikolu 11

Kriterji għal dritt fil-livell Komunitarju

1.   Organizzazzjoni mhux governattiva għandha d-dritt li tagħmel talba għal reviżjoni interna skond l-Artikolu 10, kemm-il darba:

(a)

tkun persuna ġuridika, indipendenti u mingħajr fini ta' profitt skond il-liġi nazzjonali jew il-prassi ta' Stat Membru;

(b)

ikollha l-għan primarju dikjarat li tippromwovi l-protezzjoni ta' l-ambjent fil-kuntest tal-liġi ambjentali;

(ċ)

tkun ilha teżisti għal aktar minn sentejn u tkun qiegħda ssegwi b'mod attiv l-għan imsemmi fil-punt (b);

(d)

is-suġġett li dwaru ssir it-talba għal reviżjoni interna jinsab fl-ambitu ta' l-għan u ta' l-attivitajiet tagħha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni trasparenti u konsistenti tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 12

Proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1.   L-organizzazzjoni mhux governattiva li għamlet it-talba għal reviżjoni interna skond l-Artikolu 10 tista' ġġib azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattat.

2.   Fejn l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità jonqsu milli jaġixxu skond l-Artikolu 10(2) jew (3), l-organizzazzjoni mhux governattiva tista' ġġib azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattat.

It-TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Miżuri ta' applikazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jadattaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn l-adattamenti għandhom ikollhom effett minn....... (9).

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn....... (10).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 117, tat-30.4.2004. p. 52.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2004 (ĠU C 123 E, tad-29.4.2004, p. 612), Pożizzjoni Komuni tat-18 ta’ Lulju 2005, u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (ĠU L 242, ta' l-10.9.2002, p. 1).

(4)  Ir-Raba' Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (ĠU C 328, tas-7.12.1987, p. 1). Il-Ħames Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1).

(5)  ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

(6)  ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 26.

(7)  ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p.1).

(8)  ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, tat-30.4.2004, p. 7).

(9)  …

(10)  …


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-KE fit-28 ta' Ottubru 2003.

Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-sessjoni tiegħu mid-29 ta' Marzu sa l-1 ta' April 2004.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu fit-29 ta' April 2004. (1)

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fi 18 ta' Lulju 2005.

II.   OBJETTIV

Ir-Regolament propost għandu l-għan li japplika l-prinċipji tal-Konvenzjoni ta' Århus għall-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji, billi jintroduċi qafas ta' ħtiġiet għall-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali f'livell Komunitarju. Hu għalhekk jikkontribwixxi għall-kisba ta' l-objettivi tal-politika ambjentali Komunitarja deskritti fl-Artikolu 174(1) Trattat tal-KE. Fl-aħħarnett, l-adozzjoni tal-proposta attwali għal Regolament tkun turi fuq livell globali li l-Komunità Ewropea hi determinata li tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fi kwistjonijiet ambjentali.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Ġenerali

Il-pożizzjoni komuni tinkorpora numru ta' emendi mill-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, verbatim, parzjalment jew fl-ispirtu. B'mod partikolari, il-ħtiġiet proċedurali li l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji jridu jissodisfaw fir-rigward ta' informazzjoni tal-pubbliku u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet ġew iċċarati u mtejba. Fir-rigward ta' l-aċċess għall-ġustizzja, il-kriterji għad-dritt li ssir talba għal reviżjoni interna ġew issemplifikati. Entitajiet kwalifikati (issa ddefiniti bħala NGOs li jissodisfaw il-kriterji rilevanti) mhumiex aktar meħtieġa li jkunu attivi f'livell Komunitarju per se, iżda kwalunkwe talba trid tindirizza kwistjonijiet ta' livell Komunitarju, jiġifieri tkun konsistenti mad-definizzjoni tal-liġi ambjentali kif tidher fl-Artikolu 2 (f).

Madankollu, emendi oħrajn mhumiex riflessi fil-pożizzjoni komuni peress li l-Kunsill qabel li ma kinux meħtieġa u/jew mixtieqa jew peress li tħassru jew ġew abbozzati mill-ġdid b'mod eżawrjenti dispożizzjonijiet mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi wkoll bidliet li mhumiex dawk maħsuba fl-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew. Barra minn dan, numru ta' bidliet ta' abbozzar ġew introdotti biex jiġi ċċarat it-test jew biex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tar-Regolament.

2.   Speċifiku

B'mod partikolari, il-Kunsill qabel li:

l-emendi 39, 40 u 41 ma kinux aċċettabbli peress li l-iżvilupp sostenibbli hu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni u mhux konformi ma' l-Artikolu 174 tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta' l-objettivi tal-politika ambjentali;

l-emenda 1 kienet koperta mill-formulazzjoni tal-premessa 7;

l-emenda 56 setgħet ħolqot reġim ta' eżenzjonijiet sovrapost: ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprovdi qafas suffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Konvenzjoni;

l-emendi 3 u 7 u 10 marru lil hinn mill-ħtiġiet tal-Konvenzjoni ta' Århus u għalhekk ma kinux meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità;

l-emenda 5 ma kienet marbuta ma' ebda dispożizzjoni speċifika fir-Regolament; it-tħassib dwar il-fatt li l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati hu sodisfatt b'mod partikolari mill-Artikoli 10-12 fil-pożizzjoni komuni;

l-emendi 8 u 44 ma kinux aktar rilevanti peress li l-kunċett ta' “entità kwalifikata” tħassret mit-test;

l-emenda 9 ma kinetx aċċettabbli peress li d-definizzjoni ta' “informazzjoni ambjentali” li tidher fil-pożizzjoni komuni ttieħdet mid-Direttiva 2003/4/KE dwar l-Aċċess għal informazzjoni fil-qasam ta' l-ambjent;

l-emenda 16 marret lil hinn mid-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid ta' informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2003/4/KE u kieku kienet tinvolvi piż amministrattiv mhux meħtieġ;

l-emendi 17 u 19 tennew dispożizzjonijiet diġà ċari fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

l-emendi 21, 22 u 23 dehru wisq preskrittivi: għandu jitħalla f'idejn l-istituzzjonijiet u l-korpi biex jiġi determinat il-kif iridu jieħdu kont tar-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku, abbażi ta' prinċipji ġenerali stabbiliti fir-regolament;

l-emenda 25 ma setgħetx tiġi aċċettata peress li setgħet tnaqqas il-pass tal-proċeduri b'mod konsiderevoli;

l-emendi 30, 42, 47, 48, 49, 50, 52 u 53 ma kinux aċċettabbli peress li l-Konvenzjoni ta' Århus tħalli f'idejn il-Partijiet biex jiġu determinati l-modalitajiet biex jingħata aċċess għall-ġustizzja. Barra mill-fatt li tillimita l-kunċett ta' “entità kwalifikata” fir-rigward ta' NGOs li jissodisfaw numru ta' kondizzjonijiet, il-pożizzjoni Komuni żżomm bir-reqqa mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 230(4) u 232(3) tat-Trattat tal-KE, li huma biżżejjed biex tiġi żgurata l-konformità;

l-emenda 51 ma kenitx meħtieġa peress li l-modalitajiet ta' aċċess għall-Ombudsman, kif imniżżla fl-Artikolu 195 tat-Trattat tal-KE, huma biżżejjed biex jiżguraw konformità mal-Konvenzjoni u għalhekk m'għandux ikun hemm interferenza magħhom;

Xi elementi ta' l-emendi 33, 35 u 58 ġew adottati. Madankollu, iż-żieda ta' referenza għall-iżvilupp sostenibbli, ġiet meqjusa bħala mhux adegwata fil-kuntest attwali, fir-rigward tad-definizzjoni tal-liġi ambjentali, kif imfisser hawn fuq fir-rigward ta' l-emendi 39, 40 u 41. Barra minn hekk, il-pożizzjoni komuni tiżgura li l-kriterji għad-dritt li ssir talba (issa l-Artikolu 11) jevitaw ambigwitajiet legali;

l-emenda 36 tilfet ir-rilevanza tagħha peress li l-Artikolu li jikkorrispondi ġie mħassar (l-Artikolu 13 fil-proposta inizjali), u minħabba l-abbozzar mill-ġdid ta' dak li qabel kien l-Artikolu 12 (issa l-Artikolu 11);

l-emendi 37 u 38 għandhom jiġu rifjutati peress li mhux l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji kollha ser ikollhom b'mod awtomatiku jadattaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom. Jekk ikun jeħtieġ li jagħmlu dan, ikun irid jingħata ħin suffiċjenti għal dak l-iskop, fejn meħtieġ, u, sussegwentement, biex jiġi applikat ir-regolament il-ġdid.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni tirrappreżenta pakkett ta' miżuri ibbilanċjat li jkun jikkontribwixxi għall-kisba ta' l-objettivi tal-politika ambjentali Komunitarja deskritta fl-Artikolu 174(1) Trattat tal-KE waqt li tiġi żgurata l-konformità mal-ħtiġiet tal-Konvenzjoni ta' Århus u l-kompatibbiltà mal-leġislazzjoni rilevanti diġà fis-seħħ, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, mingħajr ma jinħolqu spejjeż mhux ġustifikati.

Jistenna bil-ħerqa diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' l-adozzjoni bikrija tar-Regolament.


(1)  ĠU C 117, tat-30.4.2004, p. 52.


25.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/28


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 32/2005

adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005

bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru .../2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- ...... dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95

(2005/C 264 E/03)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2).

Billi:

(1)

Il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kodiċi ISM”, ġie adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-1993. Dan il-kodiċi gradwalment sar obbligatorju għall-biċċa l-kbira tal-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi internazzjonali bl-adozzjoni f'Mejju ta' l-1994 tal-Kapitolu IX “Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri” tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS).

(2)

Il-Kodiċi ISM ġie emendat mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.104 (73), adottata fil-5 ta' Diċembru 2000

(3)

Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM mill-Amministrazzjonijiet ġew adottati bir-Riżoluzzjoni A.788(19) ta' l-IMO fit-23 ta' Novembru 1995. Dawn il-Linji Gwida ġew emendati bir-Riżoluzzjoni A.913 (22), adottata fid-29 ta' Novembru 2001.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà ta' vapuri tal-passiġġieri roll-on/roll-off (vapuri ro-ro) (3) għamel il-Kodiċi ISM obbligatorju fuq il-livell Komunitarju b'effett mill-1 ta' Lulju 1996 għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro kollha li joperaw fuq servizz regolari minn u lejn portijiet ta' l-Istati Membri, sew fuq vjaġġi domestiċi kif ukoll fuq dawk internazzjonali, irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Dan kien l-ewwel pass biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-Kodiċi ISM fl-Istati Membri kollha.

(5)

Fl-1 ta' Lulju 1998 il-Kodiċi ISM sar obbligatorju taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IX tas-SOLAS għal kumpanniji li joperaw vapuri tal-passiġġieri, inklużi inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-kimiċi, vapuri tal-gass, vapuri ta' merkanzija mhux ippakkjata u vapuri ta' veloċità kbira ta' tunnellaġġ gross ta' 500 u aktar, fuq vjaġġi internazzjonali.

(6)

Fl-1 ta' Lulju 2002, il-Kodiċi ISM sar obbligatorju għal kumpanniji li joperaw vapuri oħra tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' 500 u aktar, fuq vjaġġi internazzjonali.

(7)

Is-sigurtà tal-ħajja tal-bnedmin fuq il-baħar u l-protezzjoni ta' l-ambjent jistgħu jitjiebu b'mod effettiv billi l-Kodiċi ISM jiġi applikat b'mod strett u fuq bażi obbligatorja.

(8)

Ikun tajjeb li jiġi applikat direttament il-Kodiċi ISM għal vapuri li jtajru l-bandiera ta' xi Stat Membru kif ukoll għal vapuri, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi jew fuq servizz ta' tbaħħir regolari li jopera minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri.

(9)

L-adozzjoni ta' Regolament ġdid b'applikabbiltà diretta għandha tiżgura l-infurzar tal-Kodiċi ISM bl-intendiment li jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jimplimentawx il-Kodiċi għal vapuri, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li joperaw esklużivament f'żoni ta' portijiet.

(10)

Konsegwentement ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jiġi mħassar.

(11)

Jekk xi Stat Membru jqis li huwa diffiċli biex fil-prattika kumpanniji jissodisfaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, jista' jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-dispożizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti. Huwa jista', għal tali vapuri u kumpanniji, jistabbilixxi proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika.

(12)

Jinħtieġ li jittieħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-infurzar, b'riferenza għall-vapuri li qed jużaw il-portijiet tal-Komunità, ibaħħru f'ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, l-istandards internazzjoni tagħhom għas-sigurtà tal-vapuri, il-prevenzjoni tat-tniġġis, il-ħajja abbord il-vapuri u l-kondizzjonijiet tax-xogħol (il-kontroll portwali ta' l-Istat (4)).

(13)

Jinħtieġ ukoll li jittieħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar regoli u standards komuni għal organizzazzjonjiet ta' spezzjoni u sorveljanza ta' vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' amministrazzjonijiet marittimi (5), sabiex jiġu stabbiliti l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-iskop ta' dan ir-Regolament, u tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal- passiġġieri (6), bl-iskop li jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-emendar ta' l-Anness II għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7);

(15)

Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil' hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament hu li tittejjeb l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1), billi jiġi żgurat li l-kumpanniji li jħaddmu dawk il-vapuri jikkonformaw mal-Kodiċi ISM permezz ta':

(a)

l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni xierqa minn kumpanniji tas-sistemi ta' amministrazzjoni tas-sigurtà abbord u fuq ix-xatt; u,

(b)

il-kontroll tagħhom mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istat tal-bandiera u tal-port.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Il-Kodiċi ISM” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A.741 (18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.104 (73) tal-5 ta' Diċembru 2000 tal-Kumitat tas-Siġurtà Marittima u stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(2)

“Organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser korp rikonoxxut skond id-Direttiva 94/57/KE;

(3)

“Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun ħa responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ISM;

(4)

“Vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier, jew inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri;

(5)

“Passiġġier” tfisser kull persuna għajr:

(a)

il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew xi persuni oħra impjegati jew imqabbda fi kwalunkwe kapaċità abbord vapur fuq ix-xogħol ta' dak il-vapur; u

(b)

tfal taħt l-età ta' sena;

(6)

“Inġenju ta' veloċità kbira” tfisser inġenju ta' veloċità kbira kif definit fir-Regolament X-1/2 tal-Konvenzjoni SOLAS ta' l-1974, fil-verżjoni aġġornata tagħha. Għal inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni indikati fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 98/18/KE;

(7)

“Vapur tal-merkanzija” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li mhux vapur tal-passiġġieri;

(8)

“Vjaġġ internazzjonali” tfisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru jew kwalunkwe Stat ieħor lejn port barra minn dak l-Istat, jew viċi versa;

(9)

“Vjaġġ domestiku” tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru għall-istess port jew għal port ieħor li jinsab f'dak l-Istat Membru;

(10)

“Servizz ta' tbaħħir regolari” tfisser sensiela ta' traġitti bil-vapur imħaddma sabiex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ punti jew aktar, kemm:

(a)

skond skeda tal-ħin ippubblikata; jew

(b)

bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu sensiela sistematika rikonoxxibbli;

(11)

“Vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser bastiment tal-baħar tal-passiġġieri kif definit fil-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni SOLAS ta' l-1974 fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(12)

“Inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri” tfisser bastiment mobbli li jġorr il-passiġġieri, li primarjament jaħdem taħt l-ilma u jiddependi minn sostenn minn wiċċ l-ilma, Bħal vapur tal-wiċċ jew faċilitajiet ibbażati fix-xatt, għas-sorveljanza u għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

rikariku tal-provvista ta' l-enerġija;

(b)

rikariku ta' l-arja bi pressjoni għolja;

(ċ)

rikariku tal-mezzi ta' sostenn tal-ħajja;

(13)

“Unità mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar” tfisser bastiment li kapaċi jaħdem f'operazzjonijiet ta' tħaffir għall-esplorazzjoni jew għall-isfruttament ta' riżorsi taħt qiegħ il-baħar bħall-idrokarboni, il-kubrit jew il-melħ;

(14)

“Tunnellaġġ gross” tfisser it-tunnellaġġ gross ta' vapur determinat skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969 jew, fil-każ ta' vapuri impenjati esklużivament fi vjaġġi domestiċi u mhux imkejjel skond il-konvenzjoni msemmija, it-tunnellaġġ gross tal-vapur determinat skond id-dispożizzjonijiet ta' regolamenti nazzjonali eżistenti għall-kejl tat-tunnellaġġ.

Artikolu 3

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tipi ta' vapuri segwenti u għall-kumpanniji li jħaddmuhom:

(a)

vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, impenjati fuq vjaġġi internazzjonali;

(b)

vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi, irrispettivament mill-bandiera tagħhom;

(ċ)

vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri li joperaw minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri, fuq servizz regolari ta' tbaħħir, irrispettivament mill-bandiera tagħhom;

(d)

unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar, li joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għat-tipi ta' vapuri li ġejjin jew għall-kumpanniji li jħaddmuhom:

(a)

vapuri tal-gwerra u dawk ta' truppi u vapuri oħra li huma proprjetà ta' jew imħaddma minn Stat Membru u li jintużaw biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern;

(b)

vapuri mhux imħaddma b'mezzi mekkaniċi, vapuri ta' l-injam ta' għamla primittiva, jottijiet u inġenji tad-divertiment, ħlief jekk dawn ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali;

(ċ)

bastimenti tas-sajd;

(d)

vapuri tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 500;

(e)

vapuri tal-passiġġieri, minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro, f'żoni ta' baħar ta' Klassi Ċ u D kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE.

Artikolu 4

Konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanniji kollha li joperaw vapuri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' amministrazzjoni tas-sigurtà

Il-vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-kumpanniji li joperawhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Kodiċi ISM.

Artikolu 6

Ċertifikazzjoni u verifika

Għall-għanijiet ta' ċertifikazzjoni u verifika, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

Artikolu 7

Deroga

1.   Stat Membru jista', jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika l-kumpanniji jikkonformaw mal-paragrafi 6, 7, 9, 11 u 12 tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-dispożizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti.

2.   Stat Membru jista', għal vapuri u kumpanniji li għalihom ġiet adottata deroga bis-saħħa tal-paragrafu 1, jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika japplika r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6, iwaqqaf proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika.

3.   Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, fil-paragrafu 2, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

l-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar id-deroga u dwar il-miżuri li bi ħsiebu jadotta;

(b)

jekk, fi żmien sitt xhur min-notifika, jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), li d-deroga proposta mhix ġustifikata jew li l-miżuri proposti m'humiex biżżejjed, tali Stat Membru għandu jintalab jemenda jew joqgħod lura milli jadotta d-dispożizzjonijiet proposti;

(ċ)

l-Istat Membru għandu jagħmel pubbliċi kwalunkwe miżuri adottati b'referenza diretta għall-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, għall-paragrafu 2.

4.   Wara li ssir deroga taħt il-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 2 l-Istat Membru konċernat għandu joħroġ ċertifikat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Anness II.5, li jindika l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

Artikolu 8

Validità, aċċettazzjoni u rikonoxximent ta' ċertifikati

1.   Id-Dokument ta' Konformità għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.

2.   F'każijiet ta' tiġdid tad-Dokument ta' Konformità u taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

3.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġ mill-amministrazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f'isem din l-amministrazzjoni minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.

4.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa minn, jew f'isem, l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi.

Madankollu, għal vapuri impenjati fuq servizz regolari ta' tbaħħir, il-konformità mal-Kodiċi ISM tad-Dokumenti ta' Konformità, id-Dokumenti Interim ta' Konformità, Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u ċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, maħruġa f'isem l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, għandha tiġi verifikata, bi kwalunkwe mezz adattat, minn jew f'isem l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) ħlief jekk dawn inħarġu mill-amministrazzjoni ta' Stat Membru jew minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.

Artikolu 9

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur ta ' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 10

Rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tistabbilixxi kampjun ta' formola armonizzata għal tali rapporti.

3.   Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet ir-rapporti mill-Istati Membri, tħejji rapport konsolidat li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament flimkien ma' kwalunkwe miżuri proposti, jekk ikun xieraq. Dan ir-rapport għandu jiġi indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 11

Emendi

1.   Emendi tal-Kodiċi ISM jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat għal Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) (8) u jemenda r-Regolamenti fuq is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri..

2.   Kwalunkwe emenda għal Anness II għandha ssir skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 12

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għal Ibħra Siġuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jkun imħassar b'effett mill-... (9).

2.   Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, Dokumenti ta' Konformità u Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa qabel (10) għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu jew sa l-approvazzjoni li jkun imiss.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għal dak li jikkonċerna vapuri tal-merkanzija u tal-passiġġieri, li m'humiex diġà meħtieġa li jikkonformaw mal-Kodiċi ISM, dan ir-Regolament għandu japplika mill-.......... (9).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 302, tas-7.12.2004, p. 20.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta’ Marzu 2004 (C 102 E, tat-28.4.2004, p. 565), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2005 u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-…. (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 320, tat-30.12.1995, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).

(4)  ĠU L 157, tas-7.7.1995, p 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p.53).

(5)  ĠU L 319, tat-12.12.1994, p 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE.

(6)  ĠU L 144, tal-15.5.1998, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummmissjoni 2003/75/KE (ĠU L 190, tat-30.7.2003, p. 6).

(7)  ĠU L 184, tas-17.17.1999, p 23.

(8)  ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 415/2004 (ĠU L 68, tas-6.3.2004. p. 10).

(9)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(10)  Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ANNESS I

KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI GĦAT-TĦADDIM SIGUR TA' VAPURI U GĦALL-PREVENZJONI TAT-TNIĠĠIS (KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM))

PARTI A —   IMPLIMENTAZZJONI

1.

ĠENERALI

1.1.

Definizzjonijiet

1.2.

Għanijiet

1.3.

Applikazzjoni

1.4.

Rekwi¿iti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)

2.

POLITIKA DWAR IS-SIGURTÀ U L-PROTEZZJONI AMBJENTALI

3.

RESPONSABBILTAJIET U AWTORITÀ TAL-KUMPANNIJA

4.

PERSUNA/I NOMINATI

5.

RESPONSABBILTÀ U AWTORITÀ TAL-KAPTAN

6.

RI¿ORSI U PERSUNAL

7.

ŻVILUPPI TA' PJANI GĦAL OPERAZZJONIJIET ABBORD

8.

STAT TA' TĦEJJIJA GĦALL-EMERĠENZI

9.

RAPPORTI U ANALI¿I DWAR NON-KONFORMITAJIET, INĊIDENTI U OKKORRENZI PERIKOLU¿I

10.

MANUTENZJONI TAL-VAPUR U TAT-TAGĦMIR

11

DOKUMENTAZZJONI

12.

VERIFIKA TAL-KUMPANNIJA, REVI¿JONI U EVALWAZZJONI

PARTI B —   ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA

13.

ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA PERJODIKA

14.

ĊERTIFIKAZZJONI INTERIM

15.

VERIFIKA

16.

FOROM TAĊ-ĊERTIFIKATI

KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI GĦAT-TĦADDIM SIGUR TA' VAPURI U GĦALL-PREVENZJONI TAT-TNIĠĠIS (KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM))

PARTI A —   IMPLIMENTAZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1   Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-partijiet A u B ta' dan il-Kodiċi.

1.1.1.

“Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM)” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis kif adottat mill-Assemblea, kif jista' jiġi emendat mill-Organizzazzjoni.

1.1.2.

“Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun qabel li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi.

1.1.3.

“Amministrazzjoni” tfisser il-gvern ta' l-Istat li l-vapur huwa intitolat itajjar il-bandiera tiegħu.

1.1.4.

“Sistema għall-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser sistema strutturata u dokumentata li tippermetti lill-persunal tal-Kumpannija jimplimenta b'mod effettiv il-politika tas-sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-Kumpannija.

1.1.5.

“Dokument ta' Konformità” tfisser dokument maħruġ lil xi Kumpannija li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi.

1.1.6.

“Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser dokument maħruġ lil vapur li juri li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapur joperaw skond is-sistema approvata ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà.

1.1.7.

“Evidenza oġġettiva” tfisser informazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva, dokumentazzjonijiet jew stqarrijiet ta' fatt dwar is-sigurtà jew dwar l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' element tas-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà, li hija bbażata fuq osservazzjoni, kejl jew test u li tista' tiġi verifikata.

1.1.8.

“Osservazzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta' fatt magħmula waqt verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u sostanzjata b'evidenza oġġettiva.

1.1.9.

“Non-konformità” tfisser sitwazzjoni osservata fejn evidenza oġġettiva tindika li ma twettaqx xi rekwiżit speċifiku.

1.1.10

“Non-konformità maġġuri” tfisser devjazzjoni identifikabbli li tippreżenta theddida serja għas-sigurtà tal-persunal jew tal-vapur jew riskju serju għall-ambjent li teħtieġ azzjoni korrettiva immedjata u tinkludi n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' xi rekwiżit ta' dan il-Kodiċi.

1.1.11

“Data ta' l-anniversarju” tfisser il-jum u x-xahar ta' kull sena li tikkorrispondi mad-data ta' l-iskadenza tad-dokument jew taċ-ċertifikat rilevanti.

1.1.12

“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 kif emendata.

1.2.   Għanijiet

1.2.1

L-għanijiet tal-Kodiċi huma li tiġi żgurata s-sigurtà fuq il-baħar, il-prevenzjoni ta' korriment jew telf ta' ħajja ta' bnedmin, u li tiġi evitata l-ħsara lill-ambjent, b'mod partikolari, lill-ambjent marittimu, u lill-proprjetà.

1.2.2.

L-għanijiet ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija għandhom, inter alia:

1.2.2.1.

jipprovdu għal prattiki siguri fit-tħaddim tal-vapuri u ambjent ta' xogħol sigur;

1.2.2.2.

jistabbilixxu salvagwardji kontra r-riskji kollha identifikati; u

1.2.2.3.

kontinwament itejbu l-ħiliet amministrattivi ta' sigurtà tal-persunal fuq ix-xatt u abbord il-vapuri, inkluża t-tħejjija għal emerġenzi relatati kemm mas-sigurtà kif ukoll mal-protezzjoni ta' l-ambjent.

1.2.3.

Is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandha tiżgura:

1.2.3.1.

konformità mar-regoli u r-regolamenti mandatorji; u

1.2.3.2.

li jittieħed kont tal-kodiċi, il-linji gwida u l-istandards applikabbli rrikkmandati mill-Organizzazzjoni, minn amministrazzjonijiet, minn soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u minn organizzazzjonijiet ta' l-industrija marittima.

1.3.   Applikazzjoni

Ir-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi jistgħu jiġu applikati għall-vapuri kollha.

1.4   Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)

Kull kumpannija għandha tiżviluppa, timplimenta u żżomm sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS) li tinkludi r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

1.4.1.

politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent;

1.4.2.

struzzjonijiet u proċeduri sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' vapuri u l-protezzjoni ta' l-ambjent skond il-leġislazzjoni rilevanti internazzjonali u dik ta' l-Istat tal-bandiera;

1.4.3.

livelli definiti ta' awtorità u linji ta' komunikazzjoni bejn, u fost, persunal tax-xatt u abbord il-vapuri;

1.4.4.

proċeduri għar-rapportar ta' inċidenti u non-konformitajiet mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi;

1.4.5.

proċeduri għat-tħejjija u r-rispons għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; u

1.4.6.

proċeduri għal verifiki interni u reviżjonijiet amministrattivi.

2.   POLITIKA DWAR IS-SIGURTÀ U L-PROTEZZJONI AMBJENTALI

2.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali li tiddeskrivi kif l-għanijiet, mogħtija fil-paragrafu 1.2, ser jintlaħqu.

2.2.

Il-Kumpannija għandha tiżgura li l-politika tiġi implimentata u tibqa' tinżamm fil-livelli kollha ta' l-organizzazzjoni kemm abbord il-vapuri kif ukoll fuq ix-xatt.

3.   RESPONSABBILTAJIET U AWTORITÀ TAL-KUMPANNIJA

3.1.

Jekk l-entità li hija responsabbli għat-tħaddim tal-vapur m'hijiex is-sid, is-sid għandu jirrapporta l-isem sħiħ u d-dettalji ta' tali entità lill-amministrazzjoni.

3.2.

Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta r-responsabbiltà, l-awtorità u l-interrelazzjoni tal-persunal kollu li jamministra, iwettaq u jivverifika xogħol relatat ma', u li jaffettwa, s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

3.3.

Il-kumpannija hija responsabbli biex tiżgura li jkun hemm provvista adegwata ta' riżorsi u sostenn minn fuq ix-xatt sabiex il-persuna jew il-persuni magħżula jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

4.   PERSUNA/I MAGĦŻULA

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' kull vapur u sabiex jiġi pprovdut kollegament bejn il-kumpannija u dawk abbord, kull kumpannija, skond kif jixraq, għandha tagħżel persuna jew persuni fuq ix-xatt li jkollhom aċċess dirett għall-ogħla livell ta' amministrazzjoni. Ir-responsabbiltà u l-awtorità tal-persuna jew persuni nominati għandhom jinkludu s-sorveljanza ta' l-aspetti tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tat-tħaddim ta' kull vapur u li jiżgura(w) li jiġu applikati riżorsi adegwati u sostenn ibbażat fuq ix-xatt, kif meħtieġ.

5.   RESPONSABBILTÀ U AWTORITÀ TAL-KAPTAN

5.1

Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-kaptan fir-rigward ta':

5.1.1.

l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-kumpannija;

5.1.2.

li l-ekwipaġġ jiġi mmotivat fl-osservanza ta' dik il-politika;

5.1.3.

il-ħruġ b'mod ċar u sempliċi ta' ordnijiet u struzzjonijiet xierqa;

5.1.4.

li jiġi verifikat li ħtiġiet speċifikati jiġu osservati; u

5.1.5.

li jirrevedi l-SMS u jirrapporta n-nuqqasijiet tagħha lill-amministrazzjoni bbażata fuq ix-xatt.

5.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-SMS imħaddma abbord il-vapur ikun fiha dikjarazzjoni ċara li tenfasizza l-awtorità tal-kaptan. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi fl-SMS li l-kaptan għandu l-awtorità 'l fuq minn kollox u r-responsabbiltà li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis u li jitlob l-għajnuna tal-kumpannija hekk kif jista' jkun meħtieġ.

6.   RIŻORSI U PERSUNAL

6.1.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-kaptan:

6.1.1.

ikun ikkwalifikat kif suppost biex jikkmanda;

6.1.2.

ikun jaf tajjeb l-SMS tal-kumpannija; u

6.1.3.

jingħata s-sostenn meħtieġ sabiex id-dmirijiet tal-kaptan ikunu jistgħu jitwettqu mingħajr periklu.

6.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li kull vapur ikollu baħħara kkwalifikati, iċċertifikati u medikament f'saħħithom skond il-ħtiġiet nazzjonali u internazzjonali.

6.3.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li persunal ġdid u persunal trasferit għal kompiti ġodda relatati mas-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent jingħataw familjarizzazzjoni xierqa mad-dmirijiet tagħhom.

L-istruzzjonijiet li jkunu essenzjali li jiġu pprovduti qabel it-tbaħħir għandhom jiġu identifikati, dokumentati u mogħtija.

6.4.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal kollu involut fl-SMS tal-kumpannija jkun jifhem b'mod adegwat ir-regoli, ir-regolamenti, il-kodiċi u l-linji gwida rilevanti.

6.5.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe taħriġ li jista' jkun meħtieġ għas-sostenn ta' l-SMS u sabiex jiġi żgurat li tali taħriġ jingħata lill-persunal kollu kkonċernat.

6.6.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri li bihom il-persunal tal-vapur jirċievi informazzjoni rilevanti dwar l-SMS f'lingwa jew lingwi ta' xogħol li huma jifhmu.

6.7.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal tal-vapur ikun jista' jikkomunika b'mod effettiv waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu relatati ma' l-SMS.

7.   ŻVILUPPI TA' PJANI GĦAL OPERAZZJONIJIET ABBORD

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għat-tħejjija ta' pjani u struzzjonijiet, inklużi listi ta' kontroll skond il-każ, għal operazzjonijiet ewlenin abbord li jikkonċernaw is-sigurtà tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Id-diversi kompiti involuti għandhom jiġu definiti u assenjati lil persunal ikkwalifikat.

8.   STAT TA' TĦEJJIJA GĦALL-EMERĠENZI

8.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tidentifika, tiddeskrivi u tirrispondi għal sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza abbord il-vapur.

8.2.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi programmi ta' provi u eżerċizzji sabiex tħejji għal azzjonijiet ta' emerġenza.

8.3.

L-SMS għandha tipprevedi miżuri li jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-kumpannija tista' tirrispondi fi kwalunkwe ħin għal perikli, inċidenti u sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu l-vapuri tagħha.

9.   RAPPORTI U ANALIŻI TA' NON-KONFORMITAJIET, INĊIDENTI U OKKORRENZI PERIKOLUŻI

9.1.

L-SMS għandha tinkludi proċeduri li jiżguraw li non-konformitajiet, inċidenti u sitwazzjonjiet perikolużi jiġu rrapportati lill-kumpannija, investigati u analizzati bl-għan li tiġi mtejba s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

9.2.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għall-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva.

10.   MANUTENZJONI TAL-VAPUR U TAT-TAGĦMIR

10.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li l-vapur jinżamm f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regoli u r-regolamenti rilevanti u ma' kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mill-kumpannija.

10.2.

Sabiex tissodisfa dawn il-ħtiġiet il-kumpannija għandha tiżgura li:

10.2.1.

isiru spezzjonijiet f'intervalli adattati;

10.2.2.

kwalunkwe non-konformità tiġi rrapportata bil-kawża possibbli tagħha, jekk tkun magħrufa;

10.2.3.

tittieħed azzjoni korrettiva xierqa; u

10.2.4.

tinżamm reġistrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

10.3.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri fl-SMS sabiex jiġu identifikati t-tagħmir u s-sistemi tekniċi li l-waqfien għall-għarrieda tagħhom jista' jirriżulta f'sitwazzjonijiet perikolużi. L-SMS għandha tipprevedi miżuri speċifiċi bl-għan li jippromwovu l-affidabbiltà ta' tali tagħmir jew sistemi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu testijiet regolari ta' arranġamenti ta' riżerva u ta' tagħmir jew ta' sistemi tekniċi li m'humiex f'użu kontinwu.

10.4.

L-ispezzjonijiet imsemmija f'10.2 kif ukoll il-miżuri msemmija f'10.3 għandhom jiġu integrati fir-rutina/manutenzjoni tat-tħaddim tal-vapur.

11.   DOKUMENTAZZJONI

11.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tikkontrolla d-dokumenti u d-data kollha, li huma rilevanti għall-SMS.

11.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li:

11.2.1.

dokumenti validi jkunu disponibbli fil-postijiet rilevanti kollha;

11.2.2.

bidliet fid-dokumenti jiġu riveduti u approvati mill-persunal awtorizzat; u

11.2.3.

dokumenti li m'għadhomx jintużaw jitneħħew minnufih.

11.3.

Id-dokumenti wżati biex jiddeskrivu u jimplimentaw l-SMS jistgħu jissejħu bħala l-“manwal ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà”. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm f'forma li l-kumpannija tqis l-aktar effettiva. Kull vapur għandu jġorr abbord id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għal dak il-vapur.

12.   VERIFIKA, REVIŻJONI U VALUTAZZJONI TAL-KUMPANNIJA

12.1.

Il-kumpannija għandha twettaq verifiki interni tas-sigurtà biex tivverifika jekk l-attivitajiet tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis jikkonformawx ma' l-SMS.

12.2.

Perjodikament, il-kumpannija għandha tivvaluta l-effikaċja u meta jkun meħtieġ tirrevedi l-SMS skond proċeduri stabbiliti mill-kumpannija.

12.3.

Il-verifiki u l-azzjonijiet korrettivi possibbli għandhom jitwettqu skond proċeduri dokumentati.

12.4.

Il-persunal li jwettaq il-verifiki għandu jkun indipendenti mill-oqsma li jkunu qed jiġu verifikati sakemm dan ma jkunx imprattikabbli minħabba d-daqs u n-natura tal-kumpannija.

12.5.

Ir-riżultati tal-verifiki u r-reviżonijiet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-persunal kollu li jkollu responsabbiltà fil-qasam involut.

12.6.

Il-persunal ta' l-amministrazzjoni responsabbli mill-qasam involut għandu jieħu azzjoni korrettiva f'waqtha dwar nuqqasijiet li jinstabu.

PARTI B —   ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA

13   ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA PERJODIKA

13.1

Il-vapur għandu jitħaddem minn Kumpannija li jkun inħarġilha Dokument ta' Konformità jew Dokument Interim ta' Konformità skond il-paragrafu 14.1, rilevanti għal dak il-vapur.

13.2

Id-Dokument ta' Konformità għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni, minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq it-talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor għall-Konvenzjoni lil kwalunkwe Kumpannija li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi għal perijodu speċifikat mill-Amministrazzjoni li m'għandux ikun iktar minn ħames snin. Dokument bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-Kumpannija hija kapaċi tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi.

13.3

Id-Dokument ta' Konformità huwa validu biss għat-tipi ta' vapur indikati espliċitament fid-dokument. Tali indikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta' vapur li fuqhom ġiet ibbażata l-verifika inizjali. Tipi oħra ta' vapur għandhom jiġu inklużi biss wara verifika tal-kapaċità tal-Kumpannija li tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi applikabbli għal tali tipi ta' vapur. F'dan il-kuntest, it-tipi ta' vapur huma dawk imsemmija fir-regolament IX/1 tal-Konvenzjoni.

13.4

Il-validità ta' Dokument ta' Konformità għandha tkun soġġetta għal verifika annwali mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni minn Gvern Kontraenti ieħor fi żmien tliet xhur qabel jew wara d-data ta' l-anniversarju.

13.5   Id-Dokument ta' Konformità għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba tagħha, mill-Gvern Kontraenti li ħareġ id-dokument, meta l-verifika annwali meħtieġa fil-paragrafu 13.4 ma tiġix mitluba jew jekk hemm prova ta' non-konformitajiet maġġuri ma' dan il-Kodiċi.

13.5.1

Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u/jew iċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà kollha għandhom ukoll jiġu rtirati jekk id-Dokument ta' Konformità jiġi rtirat.

13.6

Kopja tad-Dokument ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata.

13.7

Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ lil vapur għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mill-Amministrazzjoni jew xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ wara verifika li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapuri joperaw skond is-sistema approvata ta' amministrazzjoni tas-sigurtà. Ċertifikat bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-vapur qed jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kodiċi.

13.8

Il-validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun soġġetta għal mill-inqas verifika intermedja waħda mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Jekk tkun ser tiġi mwettqa verifika intermedja waħda biss u l-perijodu ta' validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jkun ta' ħames snin, din għandha sseħħ bejn it-tieni u t-tielet data ta' anniversarju taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà.

13.9

Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.5.1, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, mill-Gvern Kontraenti li jkun ħarġu meta l-verifika intermedja meħtieġa fil-paragrafu 13.8 ma tintalabx jew jekk hemm xhieda ta' non-konformità maġġuri ma' dan il-Kodiċi.

13.10

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 13.2 u 13.7, meta l-verifika tat-tiġdid titlesta fi żmien tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ- Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandhom ikunu validi mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti.

13.11

Meta l-verifika tat-tiġdid titlesta aktar minn tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandu jkun validu mid-data ta' tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid.

14.   ĊERTIFIKAZZJONI INTERIM

14.1

Dokument Interim ta' Konformità jista' jinħareġ biex jiffaċilita l-implimentazzjoni inizjali ta' dan il-Kodiċi meta:

1.

Kumpannija tkun għadha kif ġiet stabbilita; jew

2.

tipi ġodda ta' vapuri jkunu ser jiġu miżjuda ma' Dokument ta' Konformità eżistenti, wara verifika li l-Kumpannija għandha sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 ta' dan il-Kodiċi, dment li l-Kumpannija turi pjani biex timplimenta sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan il-Kodiċi fi żmien il-perijodu ta' validità tad-Dokument Interim ta' Konformità. Dokument Interim ta' Konformità bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Kopja tad-Dokument Interim ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata.

14.2

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ:

1.

lil vapuri ġodda mal-kunsinna;

2.

meta Kumpannija tieħu r-responsabbiltà għat-tħaddim ta' vapur li huwa ġdid għall-Kumpannija; jew

3.

meta vapur jibdel il-bandiera.

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 6 xhur mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor.

14.3

Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, Gvern Kontraenti ieħor, tista', f'każijiet speċjali, testendi l-validità ta' Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għal perijodu ieħor li m'għandux ikun aktar minn 6 xhur mid-data ta' l-iskadenza.

14.4

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ wara verifika li:

1.

id-Dokument ta' Konformità, jew id-Dokument Interim ta' Konformità, huwa rilevanti għall-vapur ikkonċernat;

2.

is-Sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà pprovduta mill-Kumpannija għall-vapur ikkonċernat tinkludi elementi ċentrali ta' dan il-Kodiċi u ġiet valutata waqt il-verifika għall-ħruġ tad-Dokument ta' Konformità jew murija għall-ħruġ tad-Dokument Interim ta' Konformità;

3.

il-Kumpannija ppjanat il-verifika tal-vapur fi żmien tliet xhur;

4.

il-kaptan u l-uffiċjali huma familjari mas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà u ma' l-arranġamenti ppjanati għall-implimentazzjoni tagħha;

5.

qabel it-tbaħħir jiġu pprovduti struzzjonijiet li jkunu ġew identifikati bħala essenzjali; u

6.

informazzjoni rilevanti dwar is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tkun ingħatat b'lingwa jew lingwi tax-xogħol mifhuma mill-persunal tal-vapur.

15   VERIFIKA

15.1

Il-verifiki kollha meħtieġa mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi għandhom jitwettqu skond il-proċeduri aċċettabbli għall-Amministrazzjoni, b'kont meħud tal-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni (1).

16   FOROM TAĊ-ĊERTIFIKATI

16.1

Id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandhom jitfasslu f'forma li tikkorrispondi mal-mudelli mogħtija fl-appendiċi għal dan il-Kodiċi. Jekk il-lingwa użata m'hix l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi.

16.2

Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.3 t-tipi ta' vapur indikati fuq id-Dokument ta' Konformità u d-Dokument Interim ta' Konformità jistgħu jiġu approvati biex jirriflettu kwalunkwe limitazzjonijiet fl-operazzjonijiet tal-vapuri deskritti fis-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà.


(1)  Irreferi għal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mill-Amministrazzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni bir-riżoluzzjoni A. 913(22).

Appendiċi

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-AMMINISTRAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM)

Parti A   Dispożizzjonijiet ġenerali

Parti B   Ċertifikazzjoni u Standards

2.

Proċess ta' ċertifikazzjoni

3.

Standard ta' Amministrazzjoni

4.

Standards ta' Kompetenza

5.

Forma tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà

Parti A —   Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.1

Meta jwettqu verifiki u kompiti ta' ċertifikazzjoni meħtieġa mid-dispo¿izzjonijiet tal-Kodiċi ISM għal vapuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwi¿iti u l-istandards stabbiliti fil-Parti B ta' dan it-Titolu.

1.2

Barra minn dan l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet, adottati mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni A.913 (22) tad-29 ta' Novembru 2001, sa fejn dawn ma jkunux koperti taħt il-Parti B ta' dan it-Titolu.

Parti B —   Ċertifikazzjoni u standards

2.   PROĊESS TA' ĊERTIFIKAZZJONI

2.1.

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni rilevanti għall-ħruġ ta' dokument ta' konformità għal kumpannija u ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà lil kull vapur għandu jitwettaq b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2.2.

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu normalment jinvolvi l-passi li ġejjin:

1.

verifika inizjali;

2.

verifika annwali jew intermedja;

3.

verifika tat-tiġdid; u,

4.

verifika addizzjonali.

Dawn il-verifiki jitwettqu fuq talba tal-kumpannija lill-amministrazzjoni jew lill-organizzazzjoni rikonoxxuta meta din taġixxi f'isem l-amministrazzjoni.

2.3.

Il-verifiki għandhom jinkludu verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà.

2.4.

Awditur ewlieni u, jekk ikun rilevanti, grupp ta' awdituri, għandhom jiġu nnominati biex iwettqu l-verifika.

2.5.

L-awditur ewlieni nnominat għandu j¿omm kuntatt mal-kumpannija u jipproduċi pjan ta' verifika.

2.6.

Rapport tal-verifika għandu jitħejja taħt id-direzzjoni ta' l-awditur ewlieni, li huwa responsabbli għall-preċiżjoni u għall-kompletezza tiegħu.

2.7.

Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi l-pjan tal-verifika, l-identifikazzjoni tal-membri tal-grupp tal-verifika, dati u identifikazzjoni tal-kumpannija, reġistrazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjonijiet u non-konformitajiet u osservazzjonijiet dwar l-effettività tas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà fil-kisba ta' l-għanijiet speċifikati.

3.   STANDARD TA' AMMINISTRAZZJONI

3.1.

Awdituri jew il-grupp ta' awdituri li jamministra l-verifika tal-konformità mal-Kodiċi ISM għandu jkollhom kompetenza fir-rigward ta':

1.

li tiġi ¿gurata konformità mar-regoli u r-regolamenti inklu¿a ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, għal kull tip ta' vapur imħaddem mill-kumpannija;

2.

attivitajiet ta' approvazzjoni, ta' sorveljanza u ta' ċertifikazzjoni rilevanti għaċ-ċertifikati marittimi;

3.

it-termini ta' referenza li għandhom jiġu kkunsidrati taħt is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà kif meħtieġ mill-Kodiċi ISM; u

4.

esperjenza prattika tat-tħaddim ta' vapur.

3.2.

Fit-twettiq ta' verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għandu jiġi żgurat li teżisti indipendenza bejn il-persunal li jipprovdi servizzi ta' konsulenza u dak involut fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni.

4.   STANDARDS TA' KOMPETENZA

4.1.   Kompetenza bażika għat-twettiq ta' verifika

4.1.1.

Persunal li ser jipparteċipa fil-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM għandu jissodisfa l-kriterji minimi għall-ispetturi kif stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness VII tad-Direttiva 95/21/KE.

4.1.2.

Il-persunal għandu jkun għamel taħriġ biex tiġi żgurata kompetenza u ħila adegwata għat-twettiq ta' verifiki ta' konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a)

li jkun jaf u jifhem il-Kodiċi ISM;

(b)

regoli u regolamenti mandatorji;

(ċ)

it-termini ta' referenza li l-Kodiċi ISM jitlob li l-kumpanniji għandhom iqisu;

(d)

tekniki ta' valutazzjoni ta' e¿aminazzjoni, mistoqsijiet, valutazzjoni u rapportar;

(e)

aspetti tekniċi jew ta' l-operat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà;

(f)

konnoxxenza ba¿ika tat-tbaħħir u ta' operazzjonijiet abbord; u

(g)

parteċipazzjoni f'mill-inqas verifika waħda ta' sistema ta' amministrazzjoni relatata mal-baħar.

4.2.   Kompetenza għal verifika inizjali u verifika tat-tiġdid

4.2.1

Sabiex jiġi valutat għal kollox jekk il-kumpannija jew kull tip ta' vapur jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM, flimkien mal-kompetenza bażika mniżżla hawn fuq, il-persunal li għandu jwettaq verifiki inizjali jew verifiki ta' tiġdid għal dokument ta' konformità u għal ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandu jkollu l-kompetenza li:

(a)

jiddetermina jekk is-sistema ta' amministrazzjoni ta' sigurtà tikkonformax jew le mal-Kodiċi ISM;

(b)

jiddetermina l-effettività ta' l-SMS tal-kumpannija, jew dik ta' kull tip ta' vapur, biex tiġi żgurata konformità mar-regoli u r-regolamenti kif evidenzjati mir-reġistri statutorji u dawk tas-surveys ta' klassifikazzjoni;

(ċ)

jivvaluta l-effettività ta' l-SMS f'li jiżgura l-konformità ma' regoli u regolamenti oħra li m'humiex koperti minn surveys statutorji u ta' klassifikazzjoni u li jippermetti l-verifika tal-konformità ma' dawn ir-regoli u r-regolamenti; u

(d)

jivvaluta jekk il-prattiki siguri rakkomandati mill-IMO, amministrazzjonijiet, soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u organizzazzjonjiet ta' l-industrija marittima jkunux ġew ikkunsidrati.

4.2.2.

Din il-kompetenza tista' tintlaħaq permezz ta' timijiet, li flimkien ikollhom il-kompetenza totali meħtieġa.

5.   FORMA TA' DOKUMENTI TA' KONFORMITÀ U ĊERTIFIKATI TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

Meta vapuri joperaw biss f'xi Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-formoli mehmuża mal-Kodiċi ISM jew id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mfassla fil-forma stabbilita hawn taħt.

F'każ ta' deroga taħt l-Artikolu 7 (1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7 (2), iċ-ċertifikat maħruġ għandu jkun differenti minn dak imsemmi hawn fuq u jkun jindika b'mod ċar li ngħatat deroga skond l-Artikolu 7 (1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7 (2) ta' dan ir-Regolament u għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fil-qafas tal-proċedura tal-kodeċiżjoni (art. 251/TKE), il-Kunsill laħaq, fid-9 ta' Diċembru 2004, ftehim politiku dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (Kodiċi ISM) fi ħdan il-Komunità (1). Wara reviżjoni legali/lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fil-18 ta' Lulju 2005.

Il-Parlament Ewropew qabel fl-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2004 li japprova l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi (2). Fit-teħid tal-pożizzjoni tiegħu, il-Kunsill ħa kont ukoll ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (3)  (4).

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jissostitwixxi u jestendi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 bil-ħsieb li tittejjeb l-amministrazzjoni tas-sigurtà, l-operazzjoni sigura u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għandhom japplikaw għall-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, impenjati fuq vjaġġi internazzjonali u domestiċi, u għall-bastimenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni SOLAS li huma esklussivament impenjati fuq vjaġġi domestiċi jew li joperaw minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri fuq servizz ta' tbaħħir regolari.

II.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) adottat fl-1993 il-Kodiċi ta' Amministrazzjoni Internazzjonali għall-Operazzjoni Sigura ta' Bastimenti u Prevenzjoni tat-Tniġġis, l-hekk imsemmi “Kodiċi ISM”, bħala parti mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (SOLAS), sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta' kultura ta' sigurtà u kuxjenza ambjentali mifruxin fuq medda wiesgħa fost l-ekwipaġġ u l-kumpaniji li joperaw il-bastimenti. Hija tipprovdi linji gwida għall-amministrazzjoni u l-operazzjoni ta' bastimenti mill-kumpaniji rispettivi tagħhom.

Il-Komunità antiċipat, bħala reazzjoni għall-inċident traġiku ta' l-Estonia, l-implimentazzjoni ta' dan il-Kodiċi ISM bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 3051/95 li japplika għal bastimenti tal-passiġġieri ro-ro impenjati fuq vjaġġi internazzjonali u domestiċi fi ħdan il-Komunità.

Il-Kunsill jappoġġja l-prinċipju stipulat fil-proposta tal-Kummissjoni sottomessa f'Diċembru 2003 biex tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 3051/95 b'test ġdid li jobbliga l-kumpaniji u l-bastimenti kollha koperti mill-Kapitolu IX tal-Konvenzjoni SOLAS biex japplikaw il-Kodiċi ISM, waqt li jieħdu kont ukoll li l-Kodiċi sar mandatorju fuq livell internazzjonali fl-2002. Huwa jaqsam il-ħsieb li r-Regolament il-ġdid ser jiffaċilita l-implimentazzjoni korretta, stretta u armonizzata tal-Kodiċi fl-Istati Membri kollha.

Bil-ħsieb li d-dispożizzjonijiet internazzjonali jiġu riflessi b'mod xieraq, il-Kunsill kkunsidra l-ħtieġa li jmur lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni kif indikat hawn taħt.

Il-Kunsill jaqbel li, bħala pass loġiku ulterjuri, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għandu jkopri wkoll bastimenti, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, fuq vjaġġi domestiċi u bastimenti, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, impenjati esklussivament fuq vjaġġi domestiċi jew li joperaw minn jew lejn portijiet ta' Stati Membri fuq servizz ta' tbaħħir regolari. Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, bastimenti tal-passiġġieri, għajr bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, li joperaw inqas minn 5 mili mill-kosta kif ukoll — skond il-Kodiċi ISM — bħala bastimenti tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' inqas minn 500 tunnellaġġ gross huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Sabiex tkun provduta leġiżlazzjoni ċara u preċiża, id-definizzjonijiet ġew ikkumplimentati u, fejn xieraq, allinjati skond strumenti internazzjonali eżistenti, b'kont meħud ta' inġenji ta' veloċità kbira, inġenji sommerġibbli tal-passiġġieri, bastimenti tal-passiġġieri ro-ro u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar kif ukoll partikolaritajiet relatati mal-kejl b'tunnellaġġ gross.

Il-Kunsill jemmen li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità li timplimenta strumenti legali internazzjonali għandha tiġi allinjata kemm jista' jkun ma' dawn l-istrumenti. Għalhekk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-validità tad-dokumenti li għandhom jiġu maħruġa lil bastimenti u l-kumpaniji li joperawhom (Dokument ta' Konformità, Dokument Interim ta' Konformità, Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà) jikkorrispondu għal dawk tal-Kodiċi ISM, u li jipprovdu għal validità ta' ħames snin mid-data ta' ħruġ.

Skond il-prinċipju ta' rispett tal-Kodiċi ISM, dawn id-dokumenti għandhom jiġu aċċettati mill-Istati Membri jekk huma maħruġa mill-amministrazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f'isem din l-amministrazzjoni minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta taħt id-Direttiva 94/57/KE, jew jekk huma maħruġa minn, jew f'isem, l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Fil-każ ta' dan l-aħħar, l-Istati Membri għandhom, għal bastimenti impenjati fuq servizz ta' tbaħħir regolari, jivverifikaw, bi kwalunkwe mezz xierqa, il-konformità ta' dawn id-dokumenti mal-Kodiċi ISM.

Il-Kunsill huwa ta' l-opinjoni li permezz ta' l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal vjaġġi domestiċi tqum il-ħtieġa li jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li sitwazzjonijiet jistgħu ivarjaw fl-Istati Membri. Ir-Regolament għalhekk jipprovdi għal skema ta' deroga possibbli f'każ li Stat Membru iqisha diffiċli biex fil-prattika kumpaniji jikkonformaw ma' paragrafi speċifiċi tal-Kodiċi ISM għal ċerti bastimenti jew kategoriji ta' bastimenti esklussivament impenjati fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru. Taħt din il-proċedura ta' deroga l-Istat Membru kkonċernat għandu jimponi miżuri li jiżguraw li l-objettivi tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti, jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deroga u l-miżuri maħsuba u jagħmel il-miżuri adottati pubbliċi. Konsegwentement, f'każ ta' deroga, iċ-ċertifikat maħruġ lill-bastiment u l-kumpanija li topera għandu jkun differenti mill-formoli ta' l-Anness I jew II tar-Regolament, jindika b'mod ċar li deroga skond ir-Regolament ġiet mogħtija u għandha tinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

Fl-aħħar, il-pożizzjoni komuni tinkorpora numru ta' modifiki fil-parti l-kbira tekniċi, li huma meħtieġa sabiex it-test il-ġdid jikkonforma mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità.


(1)  Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha fil-11 ta’ Diċembru 2003.

(2)  C 102 E, tat-28.4.2004, p. 565.

(3)  ĠU C 302, tas-07.12.2004, p. 20.

(4)  Il-Kumitat tar-Reġjuni ma tax opinjoni.