12.8.2005
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
|
C NaN/1
|
Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni li jimplimenta l-Programm ta' The Hague dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea
(2005/C 198/01)
1. ORJENTAZZJONI ĠENERALI
Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom l-intenzjoni li dan il-Pjan ta' Azzjoni jkun il-kwadru ta' referenza għax-xogħol tagħhom tul il-ħames snin li ġejjin, u huwa mifhum illi:
—
|
irid jiġi supplimentat mill-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drogi sottomess lill-Kunsill/il-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni (8652/1/05 REV 1 + COR 1), mill-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tas-17 u t-18 ta' Ġunju 2004 (10586/04) u mill-istrateġija dwar l-aspetti esterni taż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja li ser ikunu sottomessi lill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2005;
|
—
|
jeħtieġ iżomm grad ta' flessibbiltà, per eżempju sabiex jittieħed l-ikbar kont possibbli ta' l-esiġenzi ta' ġrajjiet kurrenti;
|
—
|
ser ikun aġġornat fl-aħħar ta' l-2006, sabiex il-Kunsill Ewropew ikun jista' jistabbilixxi l-prijoritajiet leġiżlattivi u operattivi ta' l-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;
|
—
|
jistabbilixxi l-lista ta' miżuri leġiżlattivi (bil-korsiv) u non-leġiżlattivi li l-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw meħtieġa biex il-linji gwida stabbiliti fil-Programm ta' The Hague jitqiegħdu fil-prattika. L-adozzjoni tal-lista hija mingħajr preġudizzju għall-kamp ta' applikazzjoni jew il-kontenut tal-proposti għall-miżuri li ser ikunu nnegozjati skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati. Ħlief fejn indikat mod ieħor, il-pjan jispeċifika d-data sa meta huwa mistenni li l-Kummissjoni jew Stat Membru jieħu inizjattiva;
|
—
|
ser ikun implimentat f'konformità stretta mal-bażijiet legali stabbiliti fit-Trattati u l-prinċipji tas-solidarjetà, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;
|
—
|
ser ifittex li jiżgura koerenza aħjar bejn l-istrumenti legali;
|
—
|
ma jindaħalx mad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni fil-kwistjonijiet li dwarhom jittratta t-Titolu IV tat-TKE jew mad-drittijiet ta' inizjattiva tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li dwarhom jitratta t-Titolu VI tat-TUE;
|
—
|
jieħu kont dovut tad-dibattiti li saru fil-Parlament Ewropew bil-ħsieb li u wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjoni tagħha (8922/05) mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tal-Parlament Ewropew.
|
1.1. VALUTAZZJONI
—
|
It-twaqqif ta' sistema għal valutazzjoni oġġettiva u imparzjali ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' l-UE fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja
—
|
Komunikazzjoni dwar u Proposta għall-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni, kif maħsub fl-Artikolu III-260 tat-Trattat Kostituzzjonali (2006)
|
|
1.2. RISPETT GĦAL U PROMOZZJONI ATTIVA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI
—
|
Il-Programm Kwadru “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” taħt il-Perspettivi Finanzjarji ġodda (2005)
(a)
|
Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm speċifiku dwar iċ-ċittadinanza u d-drittijiet fundamentali (2005)
|
(b)
|
Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm speċifiku dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne), il-prevenzjoni tad-droga, u l-informazzjoni
|
|
—
|
L-Adeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali (diskussjonijiet informali li għandhom jibdew fl-2005)
(ċ)
|
Proposta li testendi l-mandat taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija lejn Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (proposta fl-2005)
|
|
—
|
Promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal
(d)
|
Il-Programm Daphne II: programm ta' ħidma ta' l-2006 (2005)
|
(e)
|
Studju dwar miżuri ta' prevenzjoni biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa (2006)
|
(f)
|
Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal (2005)
|
|
—
|
Protezzjoni ta' Data Personali
(g)
|
Komunikazzjoni dwar il-miżuri ta' segwitu għall-Programm ta' Ħidma għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-Data (2005)
|
(h)
|
Komunikazzjoni dwar il-PETs (Teknoloġiji għat-Tisħiħ tal-Privatezza) (2005)
|
(i)
|
Proposta għal leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta' Data Personali fil-kuntest ta' koperazzjoni tal-pulizija u koperazzjoni gudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (ara l-punt 3.1 (ċ))
|
|
1.3. QORTI EWROPEA TAL-ĠUSTIZZJA
(a)
|
Proposta dwar mezzi biex il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tkun tista' tittratta talbiet għal sentenzi preliminari dwar il-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (2006).
|
1.4. STRATEĠIJA EWROPEA DWAR ID-DROGI
—
|
Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-drogi 2005-2008 (2005) u 2009-2012 (2009)
(a)
|
Valutazzjoni kontinwa tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-Drogi 2005-2008 (annwali)
|
(b)
|
Green Paper dwar l-irwol tas-soċjetà ċivili fit-tfassil ta' linji politiċi fil-qasam tad-drogi (2006)
|
(ċ)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tad-Deċiżjoni Kwadru dwar it-traffikar tad-drogi (2007)
|
(d)
|
Rapport dwar il-progress u l-valutazzjoni ta' l-impatt tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-drogi 2005-2008 (2008)
|
(e)
|
Komunikazzjoni dwar Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-drogi 2009-2012 (2009)
|
|
1.5 RELAZZJONIJIET ESTERNI
—
|
Strateġija dwar l-aspetti esterni kollha tal-politika ta' l-Unjoni dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, ibbażata fuq il-miżuri żviluppati fil-programm ta' The Hague (2005)
—
|
Komunikazzjoni dwar l-aspetti esterni kollha tal-politika ta' l-Unjoni dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (nofs-2005 — kontribut għall-istrateġija).
|
|
2. IT-TISĦIĦ TAL-LIBERTÀ
2.1. ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI
(a)
|
Rapporti dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi 90/364, 90/365 u 93/96 dwar id-dritt ta' residenza ta' pensjonanti, studenti u persuni li mhumiex attivi u ta'
|
(b)
|
Id-Direttiva 93/109/KE dwar id-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, inkluż fl-Istati Membri ġodda u, jekk hu xieraq, proposti għall-emenda ta' din id-Direttiva ta' l-aħħar (2005/2006)
|
(ċ)
|
Proposta biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni diplomatika u konsulari (2006)
|
(d)
|
Proposta dwar dispożizzjonijiet u kondizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (2007)
|
(e)
|
L-eżami ta' miżuri possibbli biex isaħħu u jżidu mad-drittijiet stabbiliti taħt id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċittadinanza tat-Trattati (l-Artikolu 22 TKE) (2008)
|
—
|
Li jkun permess li ċittadini ta' l-UE u l-membri tal-familja tagħhom jiċċaqilqu fl-Unjoni Ewropea skond termini simili għaċ-ċittadini ta' Stat Membru li jkunu qed jiċċaqilqu jew jibdlu l-post tar-residenza tagħhom fil-pajjiż tagħhom stess
(f)
|
Il-kontroll tat-traspożizzjoni, il-konformità u l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 2004/38/KE dwar iċ-ċaqliq ħieles u r-residenza (2006)
|
(g)
|
Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE dwar iċ-ċaqliq ħieles u r-residenza u dwar is-sitwazzjoni taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri ġodda (2006)
|
(h)
|
Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar iċ-ċaqlieq ħieles u r-residenza u, jekk hu xieraq, proposti għall-emenda tad-Direttiva (2008)
|
|
2.2. POLITIKA DWAR IL-KENN POLITIKU, IL-MIGRAZZJONI U L-FRUNTIERI
—
|
Programm Kwadru “Solidarjetà u Maniġġar ta' Flussi ta' Emigranti” taħt il Perspettivi Finanzjarji ġodda (2005)
|
—
|
Analiżi komuni ta' fenomeni ta' migrazzjoni fl-aspetti kollha tagħhom (L-infurzar tal-kollezzjoni, il-forniment, l-iskambju u l-użu effiċjenti ta' informazzjoni u data aġġornati)
(a)
|
Rapporti annwali ta' l-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-kenn politiku (għadhom għaddejjin)
|
(b)
|
L-adozzjoni ta' Regolament Kwadru ta' l-UE dwar il-ġbir ta' statistika dwar il-migrazzjoni u l-kenn politiku (2005)
|
(ċ)
|
Green Paper dwar il-futur tan-Network Ewropew ta' Migrazzjoni (2005), li possibbilment titkompla bi proposta li tistabbilixxi Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tal-Migrazzjoni (2006)
|
(d)
|
Proposta għal sistema ta' informazzjoni reċiproka dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni (2005)
|
|
2.3. SISTEMA KOMUNI EWROPEA TA' REFUĠJU
(a)
|
L-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Kenn Politiku (2005)
|
(b)
|
Konklużjoni ta' l-hekk imsejħa “ftehim paralleli” mad-Danimarka f'“Dublin II” u l-“Eurodac” (2005)
|
—
|
Valutazzjoni ta' l-istrumenti legali ta' l-ewwel fażi
(ċ)
|
Il-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' strumenti ta' l-ewwel fażi (2005 għaddej)
|
|
—
|
It-tieni fażi ta' l-żvilupp ta' Sistema Komuni Ewropea tal-Kenn Politiku, l-istabbiliment ta' proċedura komuni dwar il-kenn politiku u status uniformi għal dawk li jingħataw kenn politiku jew protezzjoni sussidjarja
(d)
|
Proposta dwar status ta' residenti għall-perijodu fit-tul għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali (2005)
|
(e)
|
Strumenti u miżuri tat-tieni fażi li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (adozzjoni qabel l-aħħar ta' l-2010)
|
|
—
|
Studji dwar l-implikazzjonijiet, l-adegwatezza u l-fattibbiltà ta' l-ipproċessar konġunt ta' applikazzjonijiet għall-asil
(f)
|
Studju dwar l-ipproċessar konġunt ta' applikazzjonijiet għall-kenn politiku fi ħdan l-Unjoni (2006)
|
(g)
|
Studju, li għandu jitmexxa b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), dwar l-ipproċessar konġunt ta' l-applikazzjonijiet għall-kenn politiku barra mit-territorju ta' l-UE, (2006)
|
|
—
|
Koperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar is-Sistema Komuni Ewropea ta' l-Asil, wara l-istabbiliment ta' proċedura komuni għall-asil
(h)
|
L-istabbiliment ta' strutturi li jinvolvu s-servizzi nazzjonali tal-kenn politiku ta' l-Istati Membri għall-promozzjoni tal-koperazzjoni (Komunikazzjoni - 2005)
|
(i)
|
L-istabbiliment ta' uffiċju Ewropew ta' sostenn inkarigat mill-forom kollha ta' koperazzjoni dwar sistema komuni tal-kenn politiku abbażi ta' valutazzjoni.
|
|
—
|
Stabbiliment tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF) 2005-2013 biex jassisti l-Istati Membri fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-kenn politiku u biex jilqgħu lil ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi
(j)
|
Rapport Finali dwar il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2005)
|
(k)
|
Proposta għal emenda tad-deċiżjoni dwar il-Fond Ewropew għar-Refuġjati li tgħin lill-Istati Membri biex jilqgħu lil ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (2005)
|
(l)
|
Approvazzjonijiet ta' programmazzjoni pluriennali nazzjonali tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2005, 2008 u 2011)
|
|
2.4. MIGRAZZJONI LEGALI INKLUŻI L-PROĊEDURI TA' AMMISSJONI
—
|
Żvilupp ta' politika dwar migrazzjoni legali
(a)
|
Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' direttivi ta' l-ewwel fażi dwar il-migrazzjoni legali (mill-2005 ‘l quddiem)
|
(b)
|
Dibattitu dwar il-Green Paper dwar il-migrazzjoni ekonomika (2005)
|
(ċ)
|
Abbażi ta' l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper dwar il-migrazzjoni ekonomika, preżentazzjoni ta' Pjan tal-Politika dwar il-migrazzjoni legali, inklużi l-proċeduri ta' ammissjoni (2005)
|
|
2.5. L-INTEGRAZZJONI TA' ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI
—
|
L-istabbiliment ta' kwadru Ewropew għall-integrazzjoni koerenti
(a)
|
Komunikazzjoni dwar kwadru Ewropew għall-integrazzjoni (2005)
|
|
—
|
Promozzjoni ta' l-iskambju strutturali ta' esperjenzi u informazzjoni dwar l-integrazzjoni
(1)
(b)
|
Maniġġar ta' l-azzjonijiet preparatorji INTI (2005-2006)
|
(ċ)
|
Rapporti annwali dwar l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni (2005 għadhom għaddejjin)
|
(d)
|
Manwal dwar l-integrazzjoni (it-tieni edizzjoni 2006, għaddej)
|
(e)
|
Żvilupp ta' websajt fuq l-internet (2006)
|
|
2.6. ĠLIEDA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI LLEGALI
(a)
|
Kontribut għall-maniġġar ta' networks ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni f'pajjiżi terzi rilevanti (2005 għadu għaddej)
|
(b)
|
Rapport annwali dwar il-politika komuni dwar il-migrazzjoni illegali (2005 għadu għaddej)
|
(ċ)
|
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi network sigur ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet għas-servizzi ta' migrazzjoni ta' l-Istati Membri (ICONET) (2005)
|
(d)
|
Proposta għall-konklużjoni u l-firma tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin (CAHTEH) (2005)
|
(e)
|
Il-kisba mill-Istati Membri ta' miri biex titnaqqas l-ekonomija informali kif imniżżla fl-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi
|
(f)
|
Preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport li jista' jinkludi strumenti għall-ġlieda kontra x-xogħol illegali
|
—
|
Stabbiliment ta' politika ta' tneħħija u ripatrijazzjoni effettiva bbażata fuq standards komuni u koperazzjoni aktar mill-qrib u għajnuna teknika reċiproka
(g)
|
Proposta dwar proċeduri ta' ritorn (2005)
|
(h)
|
Bidu ta' l-azzjonijiet preparatorji għall-appoġġ finanzjarju għall-Maniġġar tar-Ritorn (2005)
|
(i)
|
Ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tal-Kummissjoni għal politika komuni dwar l-ammissjoni mill-ġdid (2005)
|
(j)
|
Konklużjoni ta' ftehimiet tal-Komunità dwar l-ammissjoni mill-ġdid u l-maniġġar ta' ftehimiet eżistenti (fil-ħin)
|
|
2.7. DIMENSJONI ESTERNA TA' L-KENN POLITIKUU L-MIGRAZZJONI
—
|
Koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-maniġġar tal-migrazzjoni u l-asil
(a)
|
Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp (2005)
|
(b)
|
Verżjoni rtukkata għall-2006 jew id-dokument ta' riferenza tal-Programm AENEAS, 2004‐2006 (2005) (2)
|
(ċ)
|
It-tkomplija ta' l-integrazzjoni tal-migrazzjoni fid-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż u r-Reġjun għall-pajjiżi terzi kollha rilevanti (2005)
|
(d)
|
Konklużjonijiet sabiex tkun intensifikata l-koperazzjoni ta' l-Istati Membri fil-prevenzjoni ta' aktar telf ta' ħajja li huwa riżultat ta' tentattivi għal dħul illegali fl-UE, l-aktar fil-Mediterran (2005)
|
|
—
|
L-iżvilupp ta' Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali ta' l-UE
(e)
|
Pjan ta' azzjoni għall-Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali ta' l-UE, inkluża l-iskema ta' sistemazzjoni mill-ġdid ta' l-UE (2005)
|
(f)
|
Tnedija ta' programmi pilota ta' protezzjoni (2005)
|
|
—
|
Koperazzjoni intensifikata ma' pajjiżi ta' transitu biex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jimmaniġġaw aħjar il-migrazzjoni u biex jipprovdu protezzjoni adegwata għar-refuġjati
(g)
|
Rapport dwar progress u kisbiet fl-kenn politikuu l-migrazzjoni, fil-kuntest tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat (2005)
|
|
2.8. MANIĠĠAR TAL-FRUNTIERI, IL-BIJOMETRIKA, IS-SISTEMI TA' L-INFORMAZZJONI U L-POLITIKA DWAR IL-VIŻA
—
|
Abolizzjoni ta' kontrolli ta' persuni mal-fruntieri interni
(a)
|
Proposta dwar strumenti legali SIS II (2005)
|
(b)
|
Bidu ta' valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-acquis li mhux relatat mal-SIS II fl-Istati Membri ġodda (2006)
|
(ċ)
|
Valutazzjoni ta' l-acquis relatat mal-SIS II fl-Istati Membri ġodda (wara l-SIS II operattiv - 2007)
|
(d)
|
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tneħħija ta' kontrolli mal-fruntieri ma' l-Istati Membri ġodda u bejniethom, meta l-ħtiġijiet kollha dwar l-applikazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen intlaħqu u ladarba s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) issir operattiva (2007)
|
(e)
|
Proposta biex il-mekkaniżmu eżistenti ta' valutazzjoni ta' Schengen jiġi supplimentat b'mekkaniżmu ta' superviżjoni
|
|
—
|
Stabbiliment ta' sistema integrata ta' maniġġar għall-fruntieri esterni
(f)
|
Proposta dwar l-istabbiliment, il-poteri u l-finanzjament ta' gruppi ta' esperti nazzjonali biex tkun provduta għajnuna teknika u operattiva lill-Istati Membri fil-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni fil-kwadru ta' l-Aġenzija dwar il-Maniġġar tal-Fruntieri (2007)
|
(g)
|
“Manwal għall-Gwardjani tal-Fruntieri” (wara l-adozzjoni tal-Kodiċi Komunitarja dwar ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni bejn il-fruntieri)
|
(h)
|
Rapport ta' valutazzjoni dwar l-Aġenzija tal-Fruntieri Esterni, inkluża reviżjoni tal-kompiti ta' l-Aġenzija u valutazzjoni dwar jekk din għandiex tkopri aspetti oħra tal-maniġġar tal-fruntieri (inkluża l-valutazzjoni tal-funzjonament tal-gruppi ta' esperti nazzjonali u l-fattibbiltà ta' sistema ta' gwardjani tal-fruntieri Ewropej) (2007)
|
|
—
|
Applikazzjoni parzjali ta' l-acquis ta' Schengen
(i)
|
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni parzjali ta' l-acquis ta' Schengen mill-Irlanda (2006)
|
(j)
|
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni parzjali ta' l-acquis ta' Schengen (SIS) mir-Renju Unit (2005)
|
|
—
|
Strateġija koerenti u soluzzjonijiet armonizzati fl-UE dwar identifikaturi u data bijometriċi
(k)
|
Proposta li timmodifika l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar standards u proċeduri għat-teħid ta' data bijometrika, inkluż l-obbligu li tiġi pprovduta tali data u l-ispeċifikar ta' l-eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu (2005)
|
(l)
|
Preparazzjoni għall-iżvilupp ta' standards minimi għall-Karti ta' l-Identità nazzjonali (mill-2005 'l quddiem)
|
(m)
|
Preparazzjoni għall-iżvilupp ta' standards minimi għall-Karti ta' l-Identità speċifiċi għas-setturi, jekk ikun japplika (mill-2005 ‘l quddiem)
|
(n)
|
L-użu mxerred ta' identifikaturi bijometriċi dwar dokumenti ta' l-ivjaġġar, viżi, permessi ta' residenza, passaporti ta' ċittadini ta' l-UE u sistemi ta' informazzjoni (mill-2006 ‘l quddiem) (3)
|
(o)
|
Komunikazzjoni dwar sinerġiji msaħħa bejn l-SIS II, il-VIS u l-Eurodac (2006)
|
|
2.9. POLITIKA DWAR IL-VIŻA, INKLUŻ L-IŻVILUPP TAS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-VIŻA (VIS)
(a)
|
Laqgħat ma' pajjjiżi terzi tal-lista pożittiva tal-viża sabiex jiġi żgurat vjaġġar bla viża għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri lejn dawk il-pajjiżi terzi kollha fil-kuntest tal-mekkaniżmu ġdid ta' reċiproċità li dalwaqt ikun adottat (għadu għaddej, li għandu jittieħed flimkien mar-reviżjoni tal-lista tal-viża)
|
(b)
|
Proposti dwar l-emendi meħtieġa biex tissaħħaħ aktar l-politika dwar il-viża u l-istabbiliment ta' ċentri ta' applikazzjoni komuni għall-viżi (2005)
|
(ċ)
|
Reviżjoni regolari tal-lista tal-viża (Regolament Nru 539/2001) (regolarment)
|
(d)
|
Proposta dwar it-tħaffif tal-proċeduri tal-viża għall-membri tal-Familja Olimpika — Turin 2006 (2005)
|
(e)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1295/2003 “Tħaffif tal-proċeduri tal-viża għall-membri tal-Familja Olimplika — Ateni 2004” (2005)
|
(f)
|
Proposta li temenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-ħlasijiet tal-viża (2005)
|
(g)
|
Proposti dwar it-transitu (2005)
|
(h)
|
Rakkomandazzjoni għal direttivi ta' negozjati għal ftehimiet dwar it-tneħħija tal-viża bejn il-KE u l-pajjiżi terzi dwar il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq ħieles fl-Unjoni għal perijodu ta' bejn tlieta u sitt xhur (2005 għadha għaddejja)
|
(i)
|
Adozzjoni ta' proposta li tistabbilixxi reġim dwar it-traffiku tal-fruntieri lokali (2005)
|
(j)
|
Rapport dwar l-operat ta' l-iskema ta' transitu ta' Kaliningrad (2005)
|
(k)
|
Il-Faċilità ta' Kaliningrad (4)
|
(l)
|
Faċilità ta' Schengen għal seba' Stati Membri
|
(m)
|
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal direttivi ta' negozjati dwar it-tħaffif tal-viża abbażi ta' każ b'każ ma' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-politika ta' ammissjoni mill-ġdid tal-KE, fejn hu possibbli u fuq il-bażi ta' reċiproċità, bil-ħsieb ta' l-iżvilupp ta' sħubija vera dwar kwistjonijiet ta' maniġġar tal-migrazzjoni (2005-2009)
|
(n)
|
Proposta dwar ir-reviżjoni ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, b'mod partikolari dwar koperazzjoni konsulari lokali (2006)
|
(o)
|
Implimentazzjoni teknika tal-VIS, li tibda mill-funzjonalitajiet għall-ipproċessar ta' data alfanumerika u ritratti (2006) u li żżid il-funzjonalitajiet għal data bijometrika (2006)
|
(p)
|
Proposta dwar il-ħolqien ta' uffiċċji komuni tal-viza (2007)
|
3. IT-TISĦIĦ TAS-SIGURTÀ
—
|
Programm Kwadru “Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet” taħt il-Perspettivi Finanzjarji ġodda (2005)
(a)
|
Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm speċifiku dwar “Il-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità” (2005)
|
(b)
|
Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm speċifiku dwar “Il-Prevenzjoni, l-Istat ta' Tħejjija u l-Maniġġar ta' Konsegwenza tat-Terroriżmu” (2005)
|
|
3.1. QSIM TA' INFORMAZZJONI FOST AWTORITAJIET TA' L-INFURZAR TAL-LIĠI U DAWK ĠUDIZZJARJI WAQT LI JINTLAĦAQ L-AĦJAR BILANĊ BEJN IL-PRIVATEZZA U S-SIGURTÀ
(a)
|
Adozzjoni ta' strument leġiżlattiv dwar iż-żamma ta' data pproċessata b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pubblika għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali (2005)
|
—
|
Prinċipju ta' disponibbiltà u protezzjoni ta' data personali
(b)
|
Proposta dwar l-istabbiliment ta' prinċipju ta' disponibbiltà ta' informazzjoni rilevanti għall-infurzar tal-liġi (2005)
|
(ċ)
|
Proposta dwar salvagwardji adegwati u rimedji legali effettivi għat-trasferiment ta' data personali għall-fini ta' koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja (2005)
|
(d)
|
Adozzjoni ta' proposta għal Deċiżjoni Kwadru dwar is-simplifikazzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u tagħrif sigriet bejn l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-UE (2005)
|
(e)
|
Proposta dwar l-aċċess permezz ta' l-infurzar tal-liġi għall-VIS (2006)
|
(f)
|
Żvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol (2006) .
|
(g)
|
Żvilupp ta' rabtiet bejn l-SIS II u s-sistema ta' informazzjoni ta' l-Europol (2007)
|
(h)
|
L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' disponibbiltà, dwar l-oqsma li ġejjin:
—
|
il-marki tas-swaba (2006)
|
—
|
in-numri tat-telefon (2006)
|
—
|
ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (2006)
|
—
|
ir-reġistri ċivili (2006)
|
|
(i)
|
Komunikazzjoni dwar sinerġiji msaħħa bejn l-SIS II, il-VIS u l-Eurodac (2006)
|
(j)
|
Proposta għal arkitettura ġenerali Komunitarja dwar databases forensiċi/tal- pulizija (2008)
|
(k)
|
Definizzjoni ta' politika għal approċċ koerenti dwar l-iżvilupp ta' teknoloġija ta' l-informatika biex issostni l-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni (2005)
|
|
—
|
Skambju ta' data dwar PNR
(l)
|
Proposta dwar approċċ komuni ta' l-UE għall-użu tad-data tal-passiġġieri għas-sigurtà tal-fruntieri u ta' l-avvjazzjoni u għanijiet oħra ta' infurzar tal-liġi (2005)
|
(m)
|
Reviżjoni konġunta dwar il-ftehim tad-Data tal-Passiġġieri ta' l-Ajru (PNR) ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (2005)
|
(n)
|
It-konklużjoni ta' negozjati tal-ftehimiet tal-PNR mal-Kanada u l-Awstralja (2005), u ma' pajjiżi oħra jekk ikun meħtieġ
|
(o)
|
Definizzjoni ta' linji gwida internazzjonali li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza għall-aċċess għad-data tal-PNR fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO)
|
|
3.2. TERRORIŻMU
—
|
Żvilupp ulterjuri ta' approċċ globali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu
(a)
|
Implimentazzjoni ulterjuri tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu
|
(b)
|
Segwitu għall-proġett pilota favur il-vittmi tat-terroriżmu (2006)
|
ċ)
|
Tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu permezz ta' l-iżvilupp ta' punti ta' kuntatt speżjalizzati fl-Istati Membri, li jkollhom aċċess għal kull informazzjoni meħtieġa fir-rigward ta' attivitajiet terroristiċi li jinvolvu persuni, gruppi jew entitajiet (2005)
|
(d)
|
Eżami tal-ħtieġa u l-fattibilità ta' l-istabbiliment ta' Network Ewropew ta' l-Infurzar tal-Liġi (LEN) għall-ġlieda kontra t-terroriżmu (2005) hu jekk meħtieġ proposta għall-istabbiliment tiegħu (2006).
|
(e)
|
Komunikazzjoni dwar sigurtà akbar ta' splussivi, tagħmir għall-fabbrikazzjoni ta' bombi (2005)
|
(f)
|
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar radikalizzazzjoni vjolenti u l-istrateġija tal-Kunsill dwar ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ (2005)
|
(g)
|
Proposta għall-prevenzjoni ta' l-użu ħażin ta' ogranizzazzjonijiet ta' karità għall-finanzjament tat-terroriżmu (2006)
|
(h)
|
Komunikazzjoni dwar riżultati tal-mekkaniżmu ta' valutazzjoni mill-pari dwar it-terroriżmu fil-25 Stat Membru (2006/2007)
|
(i)
|
Identifikazzjoni tal-ħtieġa u tal-kamp ta' applikazzjoni għal strumenti legali li jiżguraw li l-Istati Membri kollha jistgħu jiffriżaw l-assi ta' persuni magħżula fuq bażi preventiva skond ir-Rakkomandazzjonijiet Speċjali tat-Task Force ta' l-Azzjoni Finanzjarja (2007)
|
(j)
|
Kontribut għall-ħidma li għaddejja biex ixxekkel il-produzzjoni u t-tixrid ta' armi kimiċi, nukleari u bijoloġiċi (2007)
|
(k)
|
Żvilupp tal-koperazzjoni ATLAS u l-qafas legali tagħha (2006)
|
(l)
|
Bini ta' kapaċitajiet f'pajjiżi terzi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u klawżoli adatti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-ftehimiet li jridu jiġu konklużi mill-UE/KE ma' pajjiżi terzi.
|
(m)
|
Żvilupp ta' sħubiji pubbliċi/privati biex titjieb il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu
|
|
—
|
Reviżjoni u adattament tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE b'mod parallel ma' miżuri li għandhom jiġu adottati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
(n)
|
It-tieni rapport ibbażat fuq l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13.6.2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2005) u l-valutazzjoni (2006)
|
|
3.3. PREVENZJONI U ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA
(a)
|
Komunikazzjoni dwar l-iżvilupp ta' strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (2005)
|
—
|
Titjib ta' l-għarfien dwar il-kriminalità organizzata u dik gravi u tisħiħ tal-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni
(b)
|
Komunikazzjoni dwar pjan ta' azzjoni — Statistika ta' l-UE dwar il-Kriminalità (2005)
|
(ċ)
|
Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi kontra l-kriminalità bbażat fuq tagħrif sigriet (2005)
|
(d)
|
Rakkomandazzjonijiet għal metodoloġija standard għall-vulnerabbiltà fil-protezzjoni kontra l-kriminalità (2007)
|
(e)
|
Preżentazzjoni ta' rapport Ewropew dwar il-Kriminalità (2007)
|
(f)
|
Analiżi mill-Europol dwar it-Theddid mill-Kriminalità Organizzata (mill-2006)
|
|
—
|
Tisħiħ tal-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata
(g)
|
Protezzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-kriminalità u t-tfassil ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' kriminalità fi prodotti u servizzi (2005)
|
(h)
|
Rapport dwar ir-riżultati ta' studju wara r-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-2001 dwar il-kontribut tas-soċjetà ċivili fis-sejbien ta' tfal neqsin jew sfruttati sesswalment (2005)
|
(i)
|
Pjan ta' Azzjoni dwar sħubiji privati/pubbliċi għall-protezzjoni ta' organizzazzjonijiet pubbliċi u kumpanniji privati mill-kriminalità organizzata (2006)
|
(j)
|
Titjib tal-koordinazzjoni u l-koperazzjoni Ewropea bejn unitajiet tal-kriminalità ta' teknoloġija għolja fl-Istati Membri, u mas-settur privat (Network ta' Informazzjoni dwar il-kriminalità Elettronika), inkluż l-iżvilupp ta' manwal Ewropew dwar il-kriminalità Elettronika (2006)
|
(k)
|
Komunikazzjoni dwar il-kriminalità elettronika u l-politika dwar is-sigurtà elettronika (2006)
|
|
—
|
Miżuri kontra l-korruzzjoni:
(l)
|
Eżami tal-ħtieġa għal kodiċi ta' kondotta dwar l-etika u l-integrità għall-uffiċjali pubbliċi (2007)
|
(m)
|
Proposta li tintroduċi ċerti obbligi għal ċerti kategoriji ta' uffiċjali fir-rigward tar-rapportar tat-tixħim kif ukoll l-iżvelar ta' assi u interessi kummerċjali (2009)
|
|
—
|
Tisħiħ ta' l-għodda biex ikunu indirizzati l-aspetti finanzjarji tal-kriminalità organizzata
(n)
|
Inizjattivi biex ikun promoss l-użu ta' investigazzjoni finanzjarja bħala teknika ta' l-infurzar tal-liġi u biex jiġu stabbiliti standards komuni minimi ta' taħriġ (2005-2007):
|
(o)
|
Sett komuni ta' standards ta' taħriġ f'ħiliet ta' investigazzjoni finanzjarja (2005)
|
(p)
|
Rakkomandazzjoni għal Memorandum ta' Ftehim dwar reazzjonijiet minn unitajiet ta' informazzjoni finanzjarja lil korpi ta' rappurtar dwar rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi (2006)
|
(q)
|
Rakkomandazzjoni u/jew proposta biex tissaħħaħ it-trasparenza ta' entitajiet legali biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-infiltrazzjoni mill-kriminalità organizzata (2006)
|
(r)
|
Promozzjoni ta' l-istabbiliment ta' unitajiet ta' tagħrif sigriet dwar assi tal-kriminalità fl-Istati Membri ta' l-UE (kontinwa)
|
(s)
|
Eżami ta' standards għar-ritorn ta' assi kkonfiskati jew mitlufa bħala kumpens jew restituzzjoni lil vittmi identifikabbli tal-kriminalità jew ta' organizzazzjonijiet tal-karità (2008)
|
|
—
|
Titjib ta' leġiżlazzjoni u reviżjoni ta' strumenti legali eżistenti fejn hu meħtieġ
(a)
|
Adozzjoni ta' Deċiżjoni Kwadru dwar il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali (2006)
|
(b)
|
Pakkett leġiżlattiv dwar il-ġlieda kontra l-kontrafazzjoni (2005)
|
(ċ)
|
Komunikazzjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin (2005)
|
(d)
|
Reviżjoni u, fejn xieraq, żvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-traffikar tal-bnedmin, per eżempju sabiex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni pubblika-privata, il-koordinazzjoni madwar l-UE u l-involviment ta' l-Europol (2006)
|
(e)
|
Reviżjoni u, jekk meħtieġ, żvilupp ulterjuri tal-qafas legali li jippreveni u jikkumbattu t-traffikar fl-organi, it-tessuti u ċ-ċelluli umani (2006)
|
(f)
|
Reviżjoni u, jekk meħtieġ, tisħiħ tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar l-ikkonfiskar ta' assi kriminali (2008)
|
(g)
|
Studju komparattiv li jivvaluta l-ħtieġa għal strumenti li jikkumbattu l-attivitajiet tal-Kriminalità Organizzata relatati ma' Frodi Fiskali fi ħdan l-Istati Membri ta' l-UE u pajjiżi aderenti u kandidati (2005)
|
(h)
|
Abbażi ta' l-istudju, Proposta għal leġiżlazzjoni fi kwistjonijiet kriminali, fil-qasam tal-kriminalità organizzata relatata ma' frodi fiskali jew dwar standards u l-aħjar prattiki għall-għan li tittejjeb il-koperazzjoni fl-infurzar tal-liġi(2007)
|
(i)
|
Proposta dwar serq ta' identità u miżuri ta' maniġġar ta' identitajiet (2007)
|
(j)
|
Eżami ta' l-inizjattiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi f'offerti pubbliċi (2006)
|
(k)
|
Studju u riċerka dwar il-ħtieġa għal approssimazzjoni ulterjuri tal-leġiżlazzjoni, per eżempju, fl-oqsma tat-traffikar illeċitu ta' l-armi, ir-racketeering u l-estorsjoni (2008)
|
|
—
|
Titjib tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni
(l)
|
It-tieni rapport ibbażat fuq l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-money
laundering, l-identifikazzjoni, it-traċċar, l-iffriżar, il-ħtif u l-konfiska ta' mezzi u r-rikavati mill-kriminalità (2005)
|
(m)
|
It-tieni rapport ibbażat fuq l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li tikkumbatti l-frodi u l-kontrafazzjoni ta' mezzi ta' ħlas mhux f'kontanti (2005)
|
(n)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru “Il-korruzzjoni fis-settur privat” (2005)
|
(o)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tas-27 ta' Jannar 2003 dwar il-Protezzjoni ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali (2005)
|
(p)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi u Proprjetajiet Relatati mal-Kriminalità (2007)
|
(q)
|
Valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-koperazzjoni doganali (Konvenzjoni ta' Napli II) inkluż l-istatus ta' ratifikazzjoni (2007)
|
(r)
|
Valutazzjoni dwar il-politika ta' l-Istati Membri għal kontra l-korruzzjoni (2009)
|
(s)
|
Valutazzjoni dwar miżuri li jikkumbattu l-kriminalità finanzjarja (2001)
|
|
3.4. KOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA U DIK DOGANALI
(a)
|
Implimentazzjoni u valutazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar koperazzjoni doganali approvata mill-Kunsill ĠAI fit-30.3.2004 wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2.10.2003 dwar strateġija għal koperazzjoni doganali (2004-2006)
|
(b)
|
Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-traffikar transkonfini lleċitu f'oġġetti ristretti jew ipprojbiti (2007)
|
(ċ)
|
Proposta dwar l-iżvilupp ta' l-Europol u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju ta' l-attivitajiet ta' l-Europol (li għandha tidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008)
|
—
|
Titjib tal-koperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fir-rigward tal-koperazzjoni operattiva transkonfini fl-infurzar tal-liġi
(d)
|
Segwitu għall-Komunikazzjoni u l-Proposta dwar it-titjib tal-koperazzjoni fl-infurzar tal-liġi b'mod partikulari fil-fruntieri interni bejn l-Istati Membri (2005)
|
(e)
|
Komunikazzjoni u proposta għal Direttiva dwar sikurezza mtejba fit-trasport u sigurtà miżjuda permezz tal-ħolqien ta' żona ta' koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fuq in-Networks ta' trasport Trans-Ewropej (2005)
|
(f)
|
L-aġġornament tal-manwal SIRENE (2005)
|
(g)
|
Ħidma ulterjuri fir-rigward ta' standards tal-pulizija (etika tal-pulizija, programmi ta' monitoraġġ) (2008)
|
(h)
|
Definizzjoni ta' standards ta' kwalità ta' laboratorji forensiċi (2008)
|
|
—
|
Programmi ta' skambju sistematiku għall-awtoritajiet ta' l-uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi
(i)
|
Adozzjoni ta' proposta mmirata lejn l-emenda tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s- CEPOL (Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija) bħala korp ta' l-Unjoni (2005)
|
(j)
|
Valutazzjoni tas-CEPOL (2006) u, jekk xieraq, żvilupp ulterjuri (2006)
|
|
—
|
Titjib tal-koperazzjoni operattiva
(k)
|
Żvilupp ta' metodoloġija komuni u l-istabbiliment ta' operazzjonijiet ta' tul qasir konġunti tad-dwana u tal-pulizija u/jew gruppi konġunti multidixxiplinari (kontinwu)
|
(l)
|
Elaborazzjoni ta' standards minimi għall-użu trans-konfini ta' tekniki ta' l-investigazzjoni (2006)
|
(m)
|
Gwida dwar l-aħjar prattika għall-promozzjoni u l-espansjoni ta' l-użu ta' forom speċjali ta' koperazzjoni għal amministrazzjonijiet doganali kif previst mill-Konvenzjoni ta' Napli II (2008)
|
(n)
|
Titjib tal-koperazzjoni Ewropea bejn korpi kontra l-korruzzjoni u eżami ta' l-istabbiliment ta' network bejn awtoritajiet ta' kontra l-korruzzjoni (inklużi awtoritajiet tal-pulizija, ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni u dawk doganali) (2007)
|
(o)
|
Definizzjoni ta' politika dwar ir-relazzjoni bejn l-Europol u l-Eurojust (mhux aktar tard mill-2008)
|
(p)
|
Definizzjoni tar-rwol tal-kumitat ta' sigurtà (COSI) (mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2006)
|
(q)
|
Reviżjoni u, fejn xieraq, żvilupp ulterjuri tas-sistemi ta' l-IT tad-dwana (kontinwa)
|
(r)
|
Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2004 relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent.
|
|
3.5. MANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA
(a)
|
Arranġamenti integrati ta' maniġġar ta' kriżijiet ta' l-UE (li jridu jiġu implimentati sa l-1 ta' Lulju 2006)
|
(b)
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni li toħloq sistema sigura ta' allert rapidu ġenerali (ARGUS) u Ċentru ta' Kriżijiet tal-Kummissjoni biex jikkoordina s-sistemi eżistenti ta' allert (2005)
|
(ċ)
|
Proposta għall-ħolqien ta' Network ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar Infrastruttura Kritika (CIWIN) (2005)
|
(d)
|
Pjan dwar il-protezzjoni ta' l-infrastrutturi kritiċi (2005)
|
3.6. PREVENZJONI ĠENERALI TAL-KRIMINALITÀ
(a)
|
Tisħiħ u professjonalizzazzjoni tal-prevenzjoni tal-kriminalità, inkluż permezz tan-Network Ewropew tal-Prevenzjoni tal-Kriminalità (2005)
|
(b)
|
Stabbiliment ta' strumenti Ewropej għall-ġbir, l-analiżi u t-tqabbil ta' informazzjoni dwar il-kriminalità u l-vittimizzazzjoni u x-xejriet rispettivi tagħhom fl-Istati Membri, bl-użu ta' statistiċi nazzjonali u sorsi oħra ta' informazzjoni bħala indikaturi miftiehma.
|
4. TISĦIĦ TAL-ĠUSTIZZJA
—
|
Ara wkoll
il-Programm Kwadru “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” taħt il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda (2005)
(a)
|
Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm speċifiku dwar il-Koperazzjoni Ġudizzjarja fi kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali (2005)
|
(b)
|
Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm speċifiku dwar il-Koperazzjoni Ġudizzjarja fi kwistjonijiet Kriminali (2005)
|
|
4.1. BINI TA' KUNFIDENZA U FIDUĊJA REĊIPROKA
(a)
|
Valutazzjoni sistematika oġġettiva u imparzjali ta' l-implimentazzjoni tal-linji politiċi ta' l-UE fil-qasam tal-ġustizzja bil-ħsieb li tiġi msaħħa il-fiduċja reċiproka waqt li tiġi rispettata l-indipendenza tal-ġudikatura (Komunikazzjoni — 2006)
|
(b)
|
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-taħriġ ġudizzjarju fl-UE (2005), żvilupp abbażi tal-proġett pilota għall-iskambju ta' maġistrati (2005) u ta' l-azzjoni Preparatorja (2006)
|
(ċ)
|
Il-ħolqien, mill-istrutturi eżistenti, ta' network effettiv ta' taħriġ Ewropew għall-awtoritajiet ġudizzjarji kemm għall-kwistjonijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali (2007)
|
(d)
|
Workshops ta' l-UE għall-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn il-membri tal-professjonijiet legali bil-ħsieb li jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki (2006)
|
4.2. KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA FI KWISTJONIJIET KRIMINALI
—
|
Twettiq ta' l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku:
(a)
|
Komunikazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet kriminali u r-rinfurzar tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri (2005)
|
(b)
|
White Paper dwar skambji ta' informazzjoni dwar il-kundanni penali u l-effett ta' tali kundanni fl-UE (2005)
|
(ċ)
|
Proposta dwar it-teħid fil-kont ta' kundanni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-kors ta' proċedimeni kriminali ġodda (2005)
|
(d)
|
Proposta dwar it-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali u ż-żamma tagħhom mill-Istat Membru tan-nazzjonalità (2005)
|
(e)
|
Komunikazzjoni dwar il-ħolqien ta' indiċi ta' ċittadini li m'humiex mill-UE li ġew ikkundannati fi Stat Membru ta' l-UE (2005) u proposta leġiżlattiva (2006)
|
(f)
|
Inizjattiva dwar l-Ordni ta' Infurzar Ewropew u t-trasferiment ta' persuni kkundannati bejn l-Istati Membri ta' l-UE (2005)
|
(g)
|
Proposta dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' superviżjoni mhux ta' kustodja ta' qabel il-kawża (2005)
|
(h)
|
Komunikazzjoni dwar skwalifiki (2005)
|
(i)
|
Rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta' Arrest Ewopew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (2005 u 2006)
|
(j)
|
Inizjattiva dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar fl-Unjoni Ewropea ta' projbizzjonijiet li joħorġu minn kundanni għal reati sesswali kommessi kontra t-tfal (2005)
|
(k)
|
Proposta dwar skwalifiki tas-sewqan (2006)
|
(l)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tat-22.7.2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-UE ta' ordnijiet għall-iffriżar ta' proprjetà jew evidenza (2006)
|
(m)
|
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penalitajiet finanzjarji (2007)
|
(n)
|
Proposta dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sanzjonijiet alternattivi u dwar sentenzi sospiżi (2007)
|
(o)
|
Proposta li tikkompleta l-Mandat Ewropew għall-Provi (2007)
|
|
—
|
Approssimazzjoni
(a)
|
Green Paper dwar il-Konflitti ta' Ġurisdizzjoni u d-Double Jeopardy (ne bis in idem) (2005)
|
(b)
|
Green Paper dwar il-preżunzjoni ta' l-innoċenza (2005)
|
(ċ)
|
It-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-15.3.2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fi proċedimenti kriminali (2005)
|
(d)
|
It-tielet rapport dwar id-Deċiżjoni Kwadru tal-15.3.2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fi proċedimenti kriminali (2006)
|
(e)
|
Proposta dwar konflitti ta' ġurisdizzjoni u l-prinċipju ta' ne bis in idem (2006)
|
(f)
|
Green Paper dwar il-maniġġar ta' l-evidenza (2006)
|
(g)
|
Green Paper dwar sentenzi b'kontumaċja (in absentia) (2006)
|
(h)
|
Proposta dwar standards minimi li jikkonċernaw it-teħid ta' evidenza bil-ħsieb li jkun hemm ammisibbiltà reċiproka (2007)
|
(i)
|
Proposta dwar sentenzi b'kontumaċja (in absentia) (2007)
|
(j)
|
Segwitu għall-Green Paper dwar l-approssimazzjoni ta' sanzjonijiet kriminali u, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva (2008)
|
(k)
|
Analiżi ta' standards minimi fi proċeduri ta' detenzjoni ta' qabel il-kawża u r-rutini għal reviżjoni regolari tar-raġunijiet għad-detenzjoni (2007)
|
|
—
|
Strumenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali:
(a)
|
Rakkomandazzjoni dwar standards minimi għall-qabda u l-iskambju ta' evidenza elettronika (2006)
|
(b)
|
Proposta dwar id-distruzzjoni volontarja ta' dokumenti ta' sostenn (2007)
|
(ċ)
|
Proposta dwar il-protezzjoni tax-xhieda u l-kollaboraturi mal-ġustizzja (2007)
|
(d)
|
Inizjattiva biex titħaffef il-prosekuzzjoni ta' reati tat-traffiku tat-triq (2005)
|
(e)
|
Valutazzjoni ta' l-effiċjenza ta' korpi ġudizzjarji speċjalizzati għall-investigazzjoni ta' każijiet marbuta mal-kriminalità organizzata (2009)
|
(f)
|
Żvilupp ulterjuri tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali (kontinwu)
|
|
—
|
Eurojust
(g)
|
It-2 rapport dwar it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28.2.2002 li tistabbilixxi l-Eurojust (2005)
|
(h)
|
Proposta dwar l-Eurojust skond l-Artikolu III — 273 (li trid tidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008)
|
|
—
|
Ordni Legali Internazzjonali
(i)
|
Involviment attiv ta' l-attivitajiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali u fora oħra (G8, NU, OECD, OSCE, FATF) fi kwistjonijiet kriminali (2005-2009)
|
(j)
|
Eżami tal-każ għal ftehimiet bilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi dwar l-estradizzjoni (2005-2009)
|
(k)
|
Eżami tal-każ għal ftehimiet bilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi dwar għajnuna legali reċiproka (2005-2009)
|
(l)
|
Proposta dwar il-konklużjoni u l-iffirmar tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa kontra l-money
laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu f'isem il-KE (2005/2006)
|
(m)
|
L-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna kontra t-terroriżmu fir-reviżjoni proposta ta' strumenti eżistenti li jirregolaw l-għajnuna esterna (2006)
|
(n)
|
Proposta dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni f'isem il-KE (2006)
|
(o)
|
Proposta dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-manifattura illeċita u t-traffikar fl-armi, il-partijiet u l-komponenti tagħhom, u munizzjoni f'isem il-KE (2007)
|
|
4.3. KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA FI KWISTJONIJIET ĊIVILI
—
|
Rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet u l-eliminazzjoni ta' l-ostakli għall-funzjonament tajjeb tal-proċedimenti
(a)
|
Green Paper dwar is-suċċessjoni (2005)
|
(b)
|
Green Paper dwar il-konflitt tal-liġijiet u l-ġurisdizzjoni dwar kwistjonijiet ta' divorzju (Ruma III) (2005)
|
(ċ)
|
Proposta dwar konflitti ta' liġijiet fir-rigward ta' l-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (2005)
|
(d)
|
Proposta dwar pretensjonijiet żgħar (2005)
|
(e)
|
Proposta dwar obbligi ta' manteniment (2005)
|
(f)
|
Adozzjoni tal-proposta Ruma II dwar il-konflitti tal-liġijiet fir-rigward ta' obbligi mhux kuntrattwali (2006)
|
(g)
|
Adozzjoni ta' Regolament li jistabbilixxi proċedura Ewropea għall-ordni ta' ħlas (2006)
|
(h)
|
Adozzjoni ta' Direttiva dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2006)
|
(i)
|
Green paper dwar il-konflitt ta' liġijiet fi kwistjonijiet li jikkonċernaw reġimi ta' proprjetà matrimonjali, inkluża l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent reċiproku (2006)
|
(j)
|
Green Paper(s) dwar l-infurzar effettiv ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji (2006-2007)
|
(k)
|
Green Paper dwar standards minimi għal ċerti aspetti tal-liġi proċedurali (2008)
|
(l)
|
Valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi kompluta l-abolizzjoni ta' l-exequatur (2006-2010), u proposti leġiżlattivi jekk meħtieġ
|
(m)
|
Proposta għall-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u dawk extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (2005)
|
|
—
|
Tisħiħ tal-koperazzjoni
(n)
|
Rapport dwar il-funzjonament tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2005) u proposta għal emenda, jekk meħtieġ (2006)
|
(o)
|
Kontinwazzjoni ta' l-iżvilupp tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u tad-databases dwar każistika li tirrelata ma' strumenti Ewropej (kontinwa)
|
(p)
|
Aġġornament u titjib kontinwu ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew (kontinwu)
|
(q)
|
Sostenn ta' l-UE għal networks ta' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet ġudizzjarji (kontinwu)
|
(r)
|
Workshops ta' l-UE għall-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn il-membri tal-professjonijiet legali bil-ħsieb li jiġu identifikati l-aħjar prattiki (2006)
|
(s)
|
Ċelebrazzjoni annwali tal-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili (kontinwa)
|
|
—
|
Segwitu ta' l-implimentazzjoni ta' atti adottati
(t)
|
Rapport dwar il-funzjonament tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar it-teħid ta' evidenza u proposta għal emenda, jekk meħtieġ (2007)
|
(u)
|
Rapport dwar il-funzjonament tar-Regolament Brussell I (2007) u proposta għal emenda, jekk meħtieġ (mhux iktar tard mill-2009)
|
(v)
|
Rapport dwar il-funzjonament tad-Direttiva 2004/80/KE li tirrelata mal-kumpens għal vittmi tal-kriminalità
|
|
—
|
Żgurar ta' konsistenza
(w)
|
Rapport finali ta' riċerka li jinkludi abbozz ta' kwadru ta' referenza komuni fil-qasam tal-liġi kuntrattwali Ewropea (2007)
|
(x)
|
Adozzjoni ta' kwadru ta' referenza komuni (CFR) fil-qasam tal-liġi kuntrattwali Ewropea (2009)
|
|
—
|
Ordni legali internazzjonali
(a)
|
Proposta għall-konklużjoni ta' Konvenzjoni ta' Lugano ġdida (2006)
|
(b)
|
Proposta għall-konklużjoni ta' ftehimiet paralleli mad-Danimarka dwar Brussell I u s-servizz ta' dokumenti (2005)
|
(ċ)
|
Konklużjoni ta' negozjati dwar il-Konvenzjoni dwar l-għażla tal-forum (2005)
|
(d)
|
Adeżjoni tal-Komunità għall-Konferenza ta' The Hague dwar il-liġi privata internazzjonali (2006)
|
(e)
|
Konklużjoni ta' negozjati dwar il-Konvenzjoni dwar l-obbligi ta' manteniment (2007)
|
(f)
|
Ratifika tal-Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1996 dwar Ġurisdizzjoni, Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Koperazzjoni fir-rigward ta' Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal
|
(g)
|
Tkomplija ta' negozjati u konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali li jirrelataw mal-koperazzjoni fi kwistjonijiet ċivili.
|
|
(1) Barra minn hekk, qed isiru attivitajiet komplementari fil-kwadru ta' l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Proċess dwar l-Inklużjoni Soċjali.
(2) Titqies fil-kwadru tal-perspettivi finanzjarji ġodda.
(3) B'kont meħud ta' l-iżviluppi fir-rigward ta' l-awtentikazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, il-firem diġitali u s-servizzi ta' e-Government.
(4) Il-Faċilità ta' Kaliningrad ser tiġi sostitwita b'disposizzjonijiet speċifiċi fi ħdan il-Fond propost għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programm kwadru “Solidarjetà u Maniġġar ta' flussi migratorji”.