ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 48 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Tagħrif |
|
|
Kunsill |
|
2005/C 160/1 |
||
2005/C 160/2 |
||
2005/C 160/3 |
||
2005/C 160/4 |
||
2005/C 160/5 |
||
MT |
|
I Tagħrif
Kunsill
30.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160/1 |
KONVENZJONI
DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA U R-REPUBBLIKA SLOVAKKA MAL-KONVENZJONI DWAR L-ELIMINAZZJONI TAT-TAXXA DOPPJA IN KONNESSJONI MA’ L-AĠĠUSTAMENT TAL-QLIGĦ TA’ INTRAPRIŻI ASSOĊJATI
(2005/C 160/01)
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IL-PRESIDENT TA’ L-IRLANDA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IL-KABINETT TAL-MINISTRI TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IL-PRESIDENT TA’ MALTA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ L-OLANDA,
IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IL-GVERN TAR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka b’dan jaderixxu mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati, iffirmata fi Brussell fit-23 ta’ Lulju 1990, ma’ l-aġġustamenti u l-emendi kollha magħmula lilha mill-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Iżvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati, iffirmata fi Brussell fil-21 ta’ Diċembru 1995, u mill-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati, iffirmat fi Brussell nhar il-25 ta’ Mejju 1999.
Artikolu 2
Il-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 2 (2):
|
2) |
Id-daħliet li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-Artikolu 3(1):
. |
3) |
Fl-Artikolu 3(1), id-daħla:
għandha tinbidel bi:
. |
Artikolu 3
Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jittrasmetti lill-Gvernijiet tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka kopja awtentikata ta’:
— |
il-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati; |
— |
il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati; u |
— |
il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati, |
bil-lingwa Daniża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Olandiża, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Taljana.
It-test tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati, tal-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati, u tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati bil lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Polakka, Slovena u Slovakka jinsab fl-Annessi I sa IX ma’ din il-Konvenzjoni. It-testi mfassla bil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Polakka, Slovena u Slovakka għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati.
Artikolu 4
Din il-Konvenzjoni għandha tkun soġġetta għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Istati Firmatarji. L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ bejn l-Istati Kontraenti li rratifikawha, aċċettawha jew approvawha, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni minn dawn l-Istati.
Artikolu 6
Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jinnotifika lill-Istati Firmatarji kollha dwar:
(a) |
id-depożitu ta’ kull strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni; |
(b) |
id-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni bejn l-Istati li rratifikawha, aċċettawha jew approvawha. |
Artikolu 7
Din il-Konvenzjoni, imfassla f’oriġinal wieħed bil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża, kull wieħed mill-wieħed u għoxrin test ugwalment awtentiku, għandha tiġi depożitata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jittrażmetti kopja lill-Gvernijiet ta’ kull Stat Firmatarju.
Hecho en Bruselas, el ocho de diciembre de dos mil cuatro.
V Bruselu dne osmého prosince dva tisíce čtyři.
Udfærdiget i Bruxelles den ottende december to tusind og fire.
Geschehen zu Brüssel am achten Dezember zweitausendundvier.
Kahe tuhande neljanda aasta detsembrikuu kaheksandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα.
Done at Brussels on the eighth day of December in the year two thousand and four.
Fait à Bruxelles, le huit décembre deux mille quatre.
Fatto a Bruxelles, addì otto dicembre duemilaquattro.
Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada astotajā decembrī.
Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų gruodžio aštuntą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer-negyedik év december hό nyolcadik napján.
Magħmul fi Brussell fit-tmien jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u erbgħa.
Gedaan te Brussel, de achtste december tweeduizendvier.
Sporządzono w Brukseli, dnia ósmego grudnia roku dwutysięcznego czwartego.
Feito em Bruxelas, em oito de Dezembro de dois mil e quatro.
V Bruseli ôsmeho decembra dvetisícštyri.
V Bruslju, dne osmega decembra leta dva tisoč štiri.
Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaneljä.
Som skedde i Bryssel den åttonde december tjugohundrafyra.
POUR SA MAJESTE LE ROI DES BELGES
VOOR ZIJNE MAJESTEIT DE KONING DER BELGEN
FÜR SEINE MAJESTÄT DER KÖNIG DER BELGIER
ZA PREZIDENTA ČESKÉ REPUBLIKY
FOR HENDES MAJESTÆT DANMARKS DRONNING
FÜR DEN PRÄSIDENTEN DER BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND
EESTI VABARIIGI PRESIDENDI NIMEL
ΓΙΑ ΤΟΝ ΠΡΟΕΔPO THΣ EΛΛHNIKHΣ ΔHMOKPATIAΣ
POR SU MAJESTAD EL REY DE ESPAÑA
POUR LE PRÉSIDENT DE LA RÉPUBLIQUE FRANÇAISE
THAR CEANN UACHTARÁN NA hÉIREANN
FOR THE PRESIDENT OF IRELAND
PER IL PRESIDENTE DELLA REPUBBLICA ITALIANA
ΓΙΑ ΤΟΝ ΠΡΟΕΔPO THΣ KYΠPIAKHΣ ΔHMOKPATIAΣ
LATVIJAS REPUBLIKAS MINISTRU KABINETA VĀRDĀ
LIETUVOS RESPUBLIKOS PREZIDENTO VARDU
POUR SON ALTESSE ROYALE LE GRAND-DUC DE LUXEMBOURG
A MAGYAR KÖZTÁRSASÁG ELNÖKE RÉSZÉRŐL
GĦALL-PRESIDENT TA’ MALTA
VOOR HARE MAJESTEIT DE KONINGIN DER NEDERLANDEN
FÜR DEN BUNDESPRÄSIDENTEN DER REPUBLIK ÖSTERREICH
ZA PREZYDENTA RZECZYPOSLITEJ POLSKIEJ
PELO PRESIDENTE DA REPÚBLICA PORTUGUESA
ZA PREDSEDNIKA REPUBLIKE SLOVENIJE
ZA PREZIDENTA SLOVENSKEJ REPUBLIKY
SUOMEN TASAVALLAN PRESIDENTIN PUOLESTA
FÖR REPUBLIKEN FINLANDS PRESIDENT
FÖR KONUNGARIKET SVERIGES REGERING
FOR HER MAJESTY THE QUEEN OF THE UNITED KINGDOM OF GREAT BRITAIN AND NORTHERN IRELAND
30.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160/11 |
KONVENZJONI
dwar l-Eliminazzjoni Tat-Taxxa Doppja in Konnessjoni ma' l-Aġġustament tal-Qligħ ta' Intrapriżi Assoċjati
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI:
Philippe de SCHOUTHEETE de TERVARENT,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA:
Niels HELVEG PETERSEN,
Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:
Theo WAIGEL,
Ministru Federali tal-Finanzi;
Jürgen TRUMPF,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA:
Ioannis PALAIOKRASSAS,
Ministru tal-Finanzi;
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA:
Carlos SOLCHAGA CATALÁN,
Ministru ta' l-Affarjiet Ekonomiċi u l-Finanzi;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:
Jean VIDAL,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA:
Albert REYNOLDS,
Ministru tal-Finanzi;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA:
Stefano DE LUCA,
Segretarju ta' l-Istat għall-Finanzi;
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU:
Jean-Claude JUNCKER,
Ministru għall-Budget, Ministru tal-Finanzi, Ministru tax-Xogħol,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA:
P.C. NIEMAN,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:
Miguel BELEZA,
Ministru tal-Finanzi;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ:
David H.A. HANNAY KCMG,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
QABLU KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAL-KONVENZJONI
Artikolu 1
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika fejn, għall-finijiet ta' taxxa, qligħ li huwa inkluż fil-qligħ ta' intrapriża ta' Stat Kontraenti huma wkoll inklużi jew probabbli jiġu inklużi wkoll fil-qligħ ta' intrapriża ta' Stat Kontraenti ieħor fuq il-bażi li l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u applikati direttament jew f'dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi ta' l-Istat konċernat ma ġewx osservati.
2. Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni, l-istabbiliment permanenti ta' intrapriża ta' Stat Kontraenti li tinsab fi Stat Kontraenti ieħor għandha titqies li hi intrapriża ta' l-Istat li tinsab fih.
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fejn xi waħda mill-intrapriżi konċernati għamlu telf minflok qligħ.
Artikolu 2
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għal taxxi fuq id-dħul.
2. It-taxxi eżistenti li għalihom għandha tapplika din il-Konvenzjoni huma, b'mod partikolari dawn li ġejjin:
(a) |
fil-Belġju:
|
(b) |
fid-Danimarka:
|
(ċ) |
fil-Ġermanja:
|
(d) |
fil-Greċja:
|
(e) |
fi Spanja:
|
(f) |
fi Franza:
|
(g) |
fl-Irlanda:
|
(h) |
fl-Italja:
|
(i) |
fil-Lussemburgu:
|
(j) |
fl-Olanda:
|
(k) |
fil-Portugall:
|
(l) |
fir-Renju Unit:
|
3. Il-Konvenzjoni għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe taxxi identiċi jew simili li huma mposti wara d-data tal-firma tagħha flimkien ma', jew minflok taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdiliet magħmula fil-liġijiet domestiċi rispettivi.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Taqsima I
Definizzjonijiet
Artikolu 3
1. Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni: “awtorità kompetenti” għandha tfisser:
— fil-Belġju |
: |
De Minister van Financiën jew rappreżentant awtorizzat, Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, |
— fid-Danimarka |
: |
Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Ġermanja |
: |
Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Greċja |
: |
Ο Υπουργός των Οικονομικών |
— fi Spanja |
: |
El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat, |
— fi Franza |
: |
Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat, |
— fl-Irlanda |
: |
The Revenue Commissioners jew rappreżentant awtorizzat, |
— fl-Italja |
: |
Il Ministro delle Finanze jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Lussemburgu |
: |
Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, |
— fl-Olanda |
: |
De Minister van Financiën jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Portugall |
: |
O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat, |
— fir-Renju Unit |
: |
The Commissioners of Inland Revenue jew rappreżentant awtorizzat. |
2. Kwalunkwe terminu mhux definit fil-Konvenzjoni għandu, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor, ikollu s-sens li għandu taħt il-konvenzjoni dwar it-taxxa doppja bejn l-Istati konċernati.
Sezzjoni II
Il-Prinċipji li japplikaw għall-aġġustament ta' qligħ ta' intrapriżi assoċjati u għall-attribuzzjoni ta' qligħ għal stabbilimenti permanenti
Artikolu 4
Il-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu osservati fl-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni:
1) |
Fejn:
u fiż-żewġ każijiet kondizzjonijiet huma magħmula jew imposti bejn iż-żewġ intrapriżi fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li huma differenti minn dawk li kieku jiġu magħmula bejn intrapriżi indipendenti, imbagħad kwalunkwe qligħ li, kieku mhux minħabba dawk il-kondizzjonijiet, kien jakkumula f'idejn waħda mill-intrapriżi, imma, minħabba dawk il-kondizzjonijiet, m'akkumulax b'dan il-mod, jista' jiġi inkluż fil-qligħ ta' dik l-intrapriża u intaxxat f'dan is-sens. |
2) |
Fejn intrapriża ta' Stat Kontraenti tagħmel negozju fi Stat Kontraenti ieħor permezz ta' stabbiliment permanenti li jinsab hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti l-qligħ li jista' jiġi mistenni li jagħmel kieku kien intrapriża distinta u separata involuta fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili taħt l-istess kondizzjonijiet jew kondizzjonijiet simili u li għandha x'taqsam b'mod kompletament indipendenti ma' l-intrapriża li tagħha hija stabbiliment permanenti. |
Artikolu 5
Fejn Stat Kontraenti bi ħsiebu jaġġusta l-qligħ ta' intrapriża skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, għandu jinforma lill-intrapriża bl-azzjoni intiża fi żmien dovut u jagħtiha l-opportunità li tinforma lill-intrapriża l-oħra sabiex b'hekk tagħti lil dik l-intrapriża l-oħra l-opportunità biex hi mbagħad tinforma lill-Istat Kontraenti l-ieħor.
Madankollu, l-Istat Kontraenti li jkun qed jipprovdi tali informazzjoni m'għandux jiġi ostakolat milli jagħmel l-aġġustament propost.
Jekk wara li tali informazzjoni tkun ġiet mogħtija ż-żewġ intrapriżi u l-Istat Kontraenti l-ieħor jaqblu ma' l-aġġustament, l-Artikoli 6 u 7 m'għandhomx japplikaw.
Sezzjoni III
Ftehim Reċiproku u Proċedura ta' arbitraġġ
Artikolu 6
1. Fejn intrapriża tikkunsidra li, fi kwalunkwe każ li tapplika għalih din il-Konvenzjoni, il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 ma ġewx osservati, tista', irrispettivament mir-rimedji previsti mil-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti konċernati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Kontraenti ta' liema hi intrapriża jew li fih jinsab l-istabbiliment permanenti tagħha. Il-każ irid jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel notifika ta' l-azzjoni li tirriżulta jew li probabbli tirriżulta f'taxxa doppja fis-sens ta' l-Artikolu 1.
L-intrapriża għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-awtorità kompetenti jekk Stati Kontraenti oħra jistgħu jkunu konċernati fil-każ. L-awtorità kompetenti għandha mbagħad mingħajr dewmien tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Kontraenti l-oħra.
2. Jekk l-ilment jidher li għandu bażi soda u jekk mhix kapaċi hi nnifisha tasal għal soluzzjoni sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tistinka biex issolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma' l-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Kontraenti ieħor konċernat, bil-ħsieb ta' l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kwalunkwe ftehim reċiproku li jintlaħaq għandu jiġi implimentat irrispettivament minn kwalunkwe limiti ta' żmien preskritti mil-liġijiet domestiċi ta' l-Istati Kontraenti konċernati.
Artikolu 7
1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jaslux għal ftehim li jelimina t-taxxa doppja msemmija fl-Artikolu 6 fi żmien sentejn mid-data li fiha l-każ kien sottomess l-ewwel darba lil waħda mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 6(1), għandhom jistabbilixxu kummissjoni konsultattiva bir-responsabbiltà li tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in kwistjoni.
L-intrapriżi jista' jkollhom rikors għar-rimedji disponibbli għalihom taħt il-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti konċernati; madankollu, fejn il-każ ġie hekk sottomess lil qorti jew tribunal, it-terminu ta' sentejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinħadem mid-data li fih ġiet mogħtija s-sentenza tal-qorti ta' l-appel finali.
2. Is-sottomissjoni tal-każ lill-kummissjoni konsultattiva m'għandhiex tostakola lil Stat Kontraenti milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal pieni amministrattivi fir-rigward ta' l-istess kwistjonijiet.
3. Fejn il-liġi domestika ta' Stat Kontraenti ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat biex jidderogaw mid-deċiżjonijiet tal-korpi ġudizzjarji tagħhom, il-paragrafu 1 m'għandux japplika sakemm l-intrapriża assoċjata ta' dak l-Istat ma tkunx ħalliet iż-żmien previst għal appell biex jiskadi, jew ma tkunx irtirat kwalunkwe tali appell qabel ma tkun ġiet mogħtija deċiżjoni. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa l-appell jekk u sa fejn tirrelata ma' kwistjonijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6.
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu bi ftehim reċiproku u bil-qbil ta' l-intrapriżi assoċjati konċernati jirrinunzjaw għal-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1.
5. Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 m'humiex applikati, id-drittijiet ta' kull waħda mill-intrapriżi assoċjati, kif stabbilit fl-Artikolu 6, m'għandhomx ikunu affettwati.
Artikolu 8
1. L-awtorità kompetenti ta' Stat Kontraenti m'għandhiex tkun obbligata tibda l-proċedura ta' ftehim reċiproku jew li tistabbilixxi l-kummissjoni konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7 fejn proċedimenti legali jew amministrattivi rriżultaw f'sentenza finali li b'azzjonijiet li jagħtu lok għal aġġustament ta' trasferimenti ta' qligħ taħt l-Artikolu 4 waħda mill-intrapriżi konċernati tista' tiġi mogħtija piena serja.
2. Fejn proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, mibdija bil-ħsieb ta' sentenza li b'azzjonijiet li jwasslu għal aġġustament ta' qligħ taħt l-Artikolu 4 waħda mill-intrapriżi konċernati setgħet tiġi mogħtija piena serja, qed jiġu mwettqa simultanjament ma' kwalunkwe mill-proċedimenti msemmija fl-Artikoli 6 u 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-proċedimenti msemmija l-aħħar sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu ġew konklużi.
Artikolu 9
1. Il-kummissjoni konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tikkonsisti fi, flimkien mal-President tagħha:
— |
żewġ rappreżentanti ta' kull awtorità kompetenti konċernata; dan in-numru jista' jiġi mnaqqas għal wieħed bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
— |
numru indaqs ta' persuni indipendenti ta' pożizzjoni għandhom jiġu maħtura bi ftehim reċiproku mil-lista ta' persuni msemmija fil-paragrafu 4 jew, fin-nuqqas ta' ftehim, bit-tlugħ bil-polza mill-awtoritajiet kompetenti konċernati. |
2. Meta l-persuni indipendenti ta' pożizzjoni huma maħtura, għandu jiġi maħtur supplenti għal kull wieħed minnhom skond ir-regoli għall-ħatra tal-persuni indipendenti f'każ li l-persuni indipendenti huma ostakolati milli jwettqu d-doveri tagħhom.
3. Fejn tiġi mtella' l-polza, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tista' toġġezzjona għall-ħatra ta' kwalunkwe persuna indipendenti partikolari ta' pożizzjoni fi kwalunkwe ċirkostanza miftehma minn qabel bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati jew f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
— |
fejn dik il-persuna hija parti minn jew qed taħdem f'isem waħda mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa konċernati; |
— |
fejn dik il-persuna għandha, jew kellha, sehem kbir fi, jew hija jew kienet impjegata ta', jew konsulent għal, waħda mill-intrapriżi assoċjati jew kull waħda minnhom; |
— |
fejn dik il-persuna ma toffrix garanzija suffiċjenti ta' oġġettività għar-risoluzzjoni tal-każ jew tal-każijiet li jridu jiġu deċiżi. |
4. Il-lista ta' persuni indipendenti ta' pożizzjoni għandha tikkonsisti mill-persuni indipendenti kollha nominati mill-Istati Kontraenti. Għal dan il-għan kull Stat Kontraenti għandu jinnomina ħames persuni u għandu jinforma lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej b'dan.
Tali persuni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Kontraenti u residenti fit-territorju li għalih tapplika din il-Konvenzjoni. Iridu jkunu kompetenti u indipendenti.
L-Istati Kontraenti jistgħu jagħmlu tibdiliet fil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu; għandhom jinfurmaw lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej b'dan mingħajr dewmien.
5. Ir-rappreżentanti u l-persuni indipendenti ta' pożizzjoni maħtura skond il-paragrafu 1 għandhom jeleġġu President minn fost dawk il-persuni ta' pożizzjoni fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 4, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull awtorità kompetenti konċernata li toġġezzjona għall-ħatra tal-persuna ta' pożizzjoni hekk magħżula f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
Il-President irid ikollu l-kwalifiki meħtieġa biex jinħatar fl-ogħla pożizzjonijiet ġudizzjarji fil-pajjiż tiegħu jew ikun ġurist ta' kompetenza magħrufa.
6. Il-membri tal-kummissjoni konsultattiva għandhom iżommu sigrieta l-kwistjonijiet kollha li jsiru jafu bihom bħala riżultat tal-proċedimenti. L-Istati Kontraenti għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur ta' l-obbligi ta' segretezza. Għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bil-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tinforma lill-Istati Kontraenti l-oħra.
7. L-Istati Kontraenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kummissjoni konsultattiva tiltaqa' mingħajr dewmien ladarba jiġu referuti lilha każijiet.
Artikolu 10
1. Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 7, l-intrapriżi assoċjati konċernati jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, prova jew dokumenti li jidhrilhom li probabbilment ikunu ta' użu għall-kummissjoni konsultattiva biex tilħaq deċiżjoni. L-intrapriżi u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti konċernati għandhom jagħtu lok għal kwalunkwe talba magħmula mill-kummissjoni konsultattiva biex jipprovdu informazzjoni, prova jew dokumenti. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe tali Stat Kontraenti m'għandhomx ikunu taħt kwalunkwe obbligu:
(a) |
li jwettqu miżuri amministrattivi li jmorru kontra l-liġi domestika tiegħu jew il-prattika amministrattiva normali tiegħu; |
(b) |
li jagħtu informazzjoni li ma tistax tinkiseb taħt il-liġi domestika tiegħu jew fil-prattika amministrattiva normali tiegħu; jew |
(ċ) |
li jagħtu informazzjoni li kieku tiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali, industrijali, professjonali jew ta' negozju, jew ta' proċess ta' kummerċ, jew informazzjoni li l-iżvelar tagħha ikun kuntrarju għall-politika pubblika (ordre public) |
2. Kull waħda mill-intrapriżi assoċjati tista', fuq talba tagħha, tidher jew tkun rappreżentata quddiem il-kummissjoni konsultattiva. Jekk il-kummissjoni konsultattiva hekk titlob, kull waħda mill-intrapriżi assoċjati għandha tidher jew tkun rappreżentata quddiemha.
Artikolu 11
1. Il-kummissjoni konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7 għandha tagħti l-opinjoni tagħha mhux iżjed minn sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni kienet riferuta lilha.
Il-kummissjoni konsultattiva għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq l-Artikolu 4.
2. Il-kummissjoni konsultattiva għandha tadotta l-opinjoni tagħha b'maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha. L-awtoritajiet kompetenti konċernati jistgħu jiftehmu dwar regoli ta' proċedura addizzjonali.
3. L-ispejjeż tal-proċedura tal-kummissjoni konsultattiva, għajr dawk magħmula mill-intrapriżi assoċjati, għandhom jinqasmu indaqs mill-Istati Kontraenti konċernati.
Artikolu 12
1. L-awtoritajiet kompetenti partijiet għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 għandhom, filwaqt li jaġixxu b'kunsens komuni abbażi ta' l-Artikolu 4, jieħdu deċiżjoni li telimina t-taxxa doppja fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kummissjoni konsultattiva tat l-opinjoni tagħha.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu deċiżjoni li tiddevja mill-opinjoni tal-kummissjoni konsultattiva. Jekk ma jaslux għal ftehim għandhom ikunu obbligati li jaġixxu skond dik l-opinjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiftehmu li jippubblikaw id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, soġġetta għall-kunsens ta' l-intrapriżi konċernati.
Artikolu 13
Il-fatt li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Kontraenti, dwar it-taxxa ta' qligħ li jirriżulta minn transazzjoni bejn intrapriżi assoċjati, saru finali m'għandux jostakola rikors għall-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7.
Artikolu 14
Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni, it-taxxa doppja ta' qligħ għandha tkun meqjusa bħala li hi eliminata jekk:
(a) |
il-qligħ huwa inkluż fil-komputazzjoni ta' qligħ taxxabbli fi Stat wieħed biss; jew |
(b) |
it-taxxa dovuta fuq dak il-qligħ fi Stat wieħed hija mnaqqsa b'ammont daqs it-taxxa dovuta fuqu fl-Istat l-ieħor. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jaffettwa t-twettiq ta' obbligi usa' fir-rigward ta' l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fil-każ ta' aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati li jirriżulta minn konvenzjonijiet oħra li tagħhom l-Istati Kontraenti huma jew ser isiru partijiet jew mil-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti.
Artikolu 16
1. Il-firxa ta' applikazzjoni territorjali ta' din il-Konvenzjoni għandha tkun dik definita fl-Artikolu 227(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. Din il-Konvenzjoni m'għandhiex tapplika:
— |
għat-territorji Franċiżi msemmija fl-Anness IV għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, |
— |
għall-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja. |
Artikolu 17
Din il-Konvenzjoni ser tiġi ratifikata mill-Istati Kontraenti. L-istrumenti ta' ratifika ser jiġu depositati fl-uffiċċju tas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 18
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara dak li fih l-istrument ta' ratifika huwa depożitat mill-aħħar Stat firmatarju li jieħu dak il-pass. Il-Konvenzjoni għandha tapplika għal proċedimenti msemmija fl-Artikolu 6(1) li huma mibdija wara d-dħul fis-seħħ tagħha.
Artikolu 19
Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jinforma lill-Istati Kontraenti dwar:
(a) |
id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika; |
(b) |
id-data li fiha din il-Konvenzjoni ser tidħol fis-seħħ; |
(ċ) |
il-lista ta' persuni indipendenti ta' pożizzjoni maħtura mill-Istati Kontraenti u kwalunkwe tibdiliet fiha skond l-Artikolu 9(4). |
Artikolu 20
Din il-Konvenzjoni hija konkluża għal perijodu ta' ħames snin. Sitt xhur qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, l-Istati Kontraenti ser jiltaqgħu biex jiddeċiedu dwar l-estensjoni ta' din il-Konvenzjoni u kwalunkwe miżura oħra rilevanti.
Artikolu 21
Kull Stat Kontraenti jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob għal reviżjoni ta' din il-Konvenzjoni. F'dak il-każ, konferenza biex tiġi riveduta l-Konvenzjoni ser tiġi mlaqqa' mill-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 22
Din il-Konvenzjoni, imfassla f'oriġinali uniku fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża u Spanjola, bl-għaxar testi ugwalment awtentiċi, għandha tiġi depositata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jittrasmetti kopja awtentikata lill-Gvern ta' kull Stat Firmatorju.
B'XIEHDA TA' DAN is-sottoskritta Plenipotenzjarji ffirmaw din il-Konvenzjoni.
ATT FINALI
IL-PLENIPOTENZJARJI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
f'laqgħa fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elf disa' mija u disgħin, għall-firma tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament ta' qligħ ta' intrapriżi assoċjati,
fl-okkażjoni ta' l-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni:
(a) |
adottaw id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin mehmuża ma' l-Att Finali:
|
(b) |
ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet unilaterali li ġejjin mehmuża ma' dan l-Att Finali:
|
DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 4 (1)
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 (1) għandhom ikopru ż-żewġ każijiet fejn transazzjoni hija mwettqa direttament bejn żewġ intrapriżi legalment distinti kif ukoll każijiet fejn transazzjoni hija mwettqa bejn waħda mill-intrapriżi u l-istabbiliment permanenti ta' l-intrapriża l-oħra li tinsab f'pajjiż terz.
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 (6)
L-Istati Membri għandhom ikunu kompletament liberi fir-rigward tan-natura u l-firxa ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet xierqa li huma jadottaw biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur ta' l-obbligi ta' segretezza.
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 13
Fejn, f'wieħed jew iżjed mill-Istati Kontraenti konċernati, id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa li tati lok għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 ġew alterati wara li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tkun ġiet konkluża jew wara li d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12 tkun ġiet meħuda u fejn tirriżulta t-taxxa doppja fis-sens ta' l-Artikolu 1, filwaqt li jittieħed kont ta' l-applikazzjoni tar-riżultat ta' dik il-proċedura jew dik id-deċiżjoni, l-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw.
DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7
Franza u r-Renju Unit jiddikjaraw li huma ser japplikaw l-Artikolu 7 (3).
Dikjarazzjonijiet Individwali ta' l-Istati Kontraenti dwar l-Artikolu 8
Il-Belġju
It-terminu “piena serja” jfisser piena kriminali jew amministrattiva f'każijiet:
— |
ta' reat ta' liġi komuni mwettqa bl-għan ta' evażjoni tat-taxxa, |
— |
jew ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul jew ta' deċiżjonijiet meħuda fl-implimentazzjoni tagħhom, imwettqa b'intenzjoni ta' frodi jew bl-intenzjoni li jiġi kkawżat dannu. |
Id-Danimarka
Il-kunċett ta' “piena serja” jfisser piena għall-ksur intenzjonali ta' dispożizzjonijiet ta' Liġi Kriminali jew ta' leġislazzjoni speċjali f'każijiet li ma jistgħux jiġu regolati b'mezzi amministrattivi.
Il-każijiet ta' ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tat-taxxa jistgħu, bħala regola ġenerali, ikunu regolati b'mezzi amministrattivi fejn huwa kkunsidrat li l-ksur mhux ser jinvolvi kastig ikbar minn multa.
Il-Ġermanja
Ksur tal-liġijiet tat-taxxa punibbli b'“piena serja” huwa kkostitwit minn kwalunkwe ksur tal-liġijiet tat-taxxa penalizzat b'detenzjoni, multi kriminali jew amministrattivi.
Il-Greċja
Taħt il-leġislazzjoni Griega li tirregola t-taxxa, intrapriża tista' teħel “pieni ħorox”:
1) |
Jekk tonqos milli tissottometti dikjarazzjonijiet, jew tissottometti dikjarazzjonijiet mhux korretti, fir-rigward ta' taxxi, imposti jew kontribuzzjonijiet li jridu jinżammu u jiġu mħallsa lill-Istat taħt id-dispożizzjonijiet eżistenti, jew fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, it-taxxa fuq it-ternover jew it-taxxa speċjali fuq merkanzija ta' lussu, safejn l-ammont totali tat-taxxi, imposti u kontribuzzjonijiet ta' hawn fuq, li suppost ġew iddikjarati u mħallsa lill-Istat bħala riżultat ta' kummerċ jew attivitajiet oħra mwettqa matul perijodu ta' sitt xhur jaqbeż l-ammont ta' sitt mitt elf (600 000) drachmae jew miljun (1 000 000) drachmae matul perijodu ta' sena ta' kalendarju. |
2) |
Jekk tonqos milli tissottometti dikjarazzjoni ta' taxxa fuq id-dħul, safejn it-taxxa dovuta fir-rigward tad-dħul mhux dikjarat hija iktar minn tlett mitt elf (300 000) drachmae. |
3) |
Jekk tonqos milli tagħti d-dettalji tat-taxxa mniżżla fil-Kodiċi dwar id-Data tat-Taxxa. |
4) |
Jekk tagħti dettalji kif imsemmi taħt il-każ 3 preċedenti, li mhux korretti fir-rigward tal-kwantità jew il-prezz jew il-valur ta' unità, safejn in-nuqqas ta' preċiżjoni tirriżulta f'diskrepanza li taqbeż l-għaxra fil-mija (10 %) ta' l-ammont totali jew tal-valur totali tal-merkanzija, il-proviżjon ta' servizzi jew il-kummerċ in ġenerali. |
5) |
Jekk tonqos milli żżomm b'mod preċiż il-kotba u r-rekords meħtieġa mill-Kodiċi dwar id-Data tat-Taxxa, safejn dak in-nuqqas ta' preċiżjoni jkun ġie innotat fil-kors ta' verifika regolari, li r-riżultati tagħhom ġew konfermati b'risoluzzjoni amministrattiva tad-diskrepanza jew minħabba li l-perijodu permess għal appell skada jew bħala riżultat ta' deċiżjoni definitiva minn tribunal amministrattiv, sakemm matul il-perijodu ta' l-amministrazzjoni verifikata d-diskrepanza bejn id-dħul gross u d-dħul dikjarat huwa iżjed minn għoxrin fil-mija (20 %) u fi kwalunkwe każ mhux inqas minn miljun (1 000 000) drachmae. |
6) |
Jekk tonqos milli tosserva l-obbligu li żżomm kotba u rekords kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar id-Data tat-Taxxa. |
7) |
Jekk toħroġ irċevuti foloz jew fittizzji - jew hi stess tiffalsifika - irċevuti għall-bejgħ ta' merkanzija jew il-forniment ta' servizzi jew kwalunkwe dettalji oħra ta' taxxa kif imsemmi fil-każ 3 hawn fuq. Dokument tat-taxxa huwa meqjus bħala falz jekk ġie mtaqqab jew stampat fi kwalunkwe mod mingħajr ma l-awtentikazzjoni xierqa tkun ġiet imdaħħla fil-kotba rilevanti ta' l-awtorità kompetenti tat-taxxa, safejn in-nuqqas li ssir tali partita ikun seħħ bl-għarfien li tali awtentikazzjoni hija meħtieġa għad-dokument tat-taxxa. Dokument tat-taxxa huwa wkoll meqjus falz jekk il-kontenut u dettalji oħra ta' l-oriġinali jew tal-kopja huma differenti minn dawk li huma reġistrati fuq il-kontromarka ta' dak id-dokument. Dokument tat-taxxa huwa meqjus bħala fittizzju jekk ġie maħruġ għal transazzjoni jew parti minn transazzjoni, trasferiment jew kwalunkwe raġuni oħra mhux reġistrata fit-total jew għal transazzjoni mwettqa minn persuni differenti minn dawk irreġistrati fid-dokument tat-taxxa. |
8) |
Jekk hi konxja ta' l-intenzjoni ta' l-azzjoni meħuda u tikkollabora bi kwalunkwe mod fil-produzzjoni ta' dokumenti tat-taxxa foloz jew hi konxja li d-dokumenti huma foloz jew fittizzji u tikkollabora bi kwalunkwe mod fil-ħruġ tagħhom jew taċċetta dokumenti tat-taxxa foloz, fittizzji jew falsifikati bl-intenzjoni li taħbi materjal rilevanti għat-taxxa. |
Spanja
It-terminu “pieni serji” jinkludi pieni amministrattivi għal ksur tat-taxxa serju, kif ukoll pieni kriminali għal reati mwettqa fir-rigward ta' l-awtoritajiet tat-taxxa.
Franza
It-terminu “pieni serji” jinkludi pieni kriminali u pieni tat-taxxa bħal, per eżempju, pieni għal nuqqas li jiġi magħmul prospett tat-taxxa wara li tasal taħrika, għal nuqqas ta' bonafidi, għal prattiċi bi frodi, għal oppożizzjoni għal inspezzjoni tat-taxxa, għal pagamenti jew distribuzzjoni sigrieta, jew għal abbuż tad-drittijiet.
L-Irlanda
“Pieni serji” għandha tinkludi pieni għal:
(a) |
nuqqas li jiġi sottomess prospett tat-taxxa, |
(b) |
prospett tat-taxxa mhux korrett magħmul bi frodi jew b'negliġenza, |
(ċ) |
nuqqas li jinżammu rekords xierqa, |
(d) |
nuqqas milli dokumenti jew rekords jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' inspezzjoni, |
(e) |
tfixkil ta' persuni milli jeżerċitaw setgħat statutorji, |
(f) |
nuqqas milli jiġi notifikat il-fatt li taxxa hija dovuta, |
(g) |
stqarrija ta' dikjarazzjoni falza biex tinkiseb allowance. |
Id-dispożizzjonijiet leġislattivi li jirregolaw dawn ir-reati, fit-3 ta' Lulju 1990, huma kif ġej:
— |
Il-Parti XXXV ta' l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul, 1967; |
— |
Is-Sezzjoni 6 ta' l-Att tal-Finanzi, 1968; |
— |
Il-Parti XIV ta' l-Att tat-Taxxa tal-Korporazzjoni, 1976;, |
— |
Is-Sezzjoni 94 ta' l-Att tal-Finanzi, 1983. |
Kwalunkwe dispożizzjonijiet sussegwenti li jissostitwixxu, jemendaw jew jaġġornaw il-kodiċi penali jkunu wkoll inklużi.
L-Italja
It-terminu “pieni serji” jfisser pieni stabbiliti għal atti illeċiti, fis-sens tal-liġi domestika, li jikkostitwixxu reat tat-taxxa.
Il-Lussemburgu
Il-Lussemburgu jikkunsidra bħala “piena serja” dak li l-Istat Kontraenti l-ieħor jikkunsidra li hu hekk għall-finijiet ta' l-Artikolu 8.
L-Olanda
It-terminu “piena serja” jfisser piena imposta minn imħallef għal kwalunkwe azzjoni, imwettqa intenzjonalment, li hija msemmija fl-Artikolu 68 tal-Liġi Ġenerali dwar it-taxxa.
Il-Portugall
It-terminu “pieni serji” jinkludi pieni kriminali kif ukoll il-pieni tat-taxxa oħra applikabbli għal ksur imwettqa bl-intenzjoni li ssir frodi jew li għalihom il-multa applikabbli hija ta' ammont li jaqbeż il-1 000 000 (miljun) escudo.
Ir-Renju Unit
Ir-Renju Unit ser jinterpreta t-terminu “piena serja” bħala li tinkludi sanzjonijiet kriminali u sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta' forniment negliġenti jew bi fordi ta' kontijiet, pretensjonijiet jew prospetti tat-taxxa mhux korretti għal finijiet tat-taxxa.
Id-Dikjarazzjoni mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-Artikolu 16
Il-gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jirriserva d-dritt li jiddikjara, meta jkun qed jippreżenta l-istrument tiegħu ta' ratifika li l-Konvenzjoni tapplika wkoll għal-Land ta' Berlin.
30.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160/23 |
KONVENZJONI
dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja mal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni Tat-Taxxa Doppja in Konnessjoni ma' l-Aġġustament tal-Qligħ ta' Intrapriżi Assoċjati
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI:
Philippe de SCHOUTHEETE de TERVARENT,
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tal-Belġju għall-Unjoni Ewropea;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA:
is-Sur Poul SKYTTE CHRISTOFFERSEN
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:
Is-Sur Jochen GRÜNHAGE
Id-Deputat Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA:
Is-Sur Pavlos APOSTOLIDES
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Ellenika għall-Unjoni Ewropea;
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA:
Is-Sur Francisco Javier ELORZA CAVENGT
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti ta' Spanja għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:
Is-Sur Pierre de BOISSIEU
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Franċiża għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA:
Is-Sur Denis O'LEARY
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti ta' l-Irlanda għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA:
Is-Sur Luigi GUIDOBONO CAVALCHINI GAROFOLI
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Taljana għall-Unjoni Ewropea;
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU:
Is-Sur Jean-Jacques KASEL
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tal-Lussemburgu għall-Unjoni Ewropea;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA:
Is-Sur Bernard R. BOT
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti ta' l-Olanda għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA:
Is-Sur Manfred SCHEICH
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:
Is-Sur José Gregório FARIA QUITERES
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Portugiża għall-Unjoni Ewropea;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA:
is-Sur Antti SATULI
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika tal-Finlandja għall-Unjoni Ewropea;
IL-GVERN TAR-RENJU TA' L-IŻVEZJA:
Is-Sur Frank BELFRAGE
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti ta' l-Iżvezja għall-Unjoni Ewropea;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ:
Is-Sur J. S. WALL C. M. G., L. V. O
Ambaxxatur,
Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-Unjoni Ewropea
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja, b'dan jaderixxu mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati, miftuħa għall-firma fi Brussell fit-23 ta' Lulju 1990,
Artikolu 2
Il-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati hija b'dan emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2 (2):
|
2. |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 3 (1):
. |
Artikolu 3
Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jittrasmetti kopja awtentikata tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan lill-Gvernijiet tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja.
It-test tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati bil-lingwa Finlandiża u Żvediża huwa stabbilit fl-Annessi I u II għal din il-Konvenzjoni. It-testi mfassla bil-lingwa Finlandiża u Żvediża għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati.
Artikolu 4
Din il-Konvenzjoni għandha tiġi ratifikata mill-Istati Kontraenti. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ, bejn l-Istati li rratifikawha, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara li l-aħħar strument ta' ratifika jkun ġie depożitat mir-Repubblika ta' l-Awstrija jew ir-Repubblika tal-Finlandja jew ir-Renju ta' l-Iżvezja u minn Stat wieħed li rratifika l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati.
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal kull Stat Kontraenti li jirratifikaha sussegwentement fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara dak li fih l-istrument ta' ratifika jkun ġie depożitat.
Artikolu 6
Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jinnotifika lill-Istati Kontraenti dwar:
(a) |
id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika; |
(b) |
id-dati ta' dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni. |
Artikolu 7
Din il-Konvenzjoni, imfassla f'oriġinal wieħed bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bit-Taljan, bit-tnax-il test ilkoll ugwalment awtentiċi, għandha tiġi depożitata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jittrasmetti kopja awtentikata lill-Gvernijiet ta' kull Stat Kontraenti.
B'XIEHDA TA' DAN is-sottoskritta Plenipotenzjarji ffirmaw din il-Konvenzjoni.
MINUTI TA' L-IFFIRMAR
tal-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja mal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni Tat-Taxxa Doppja in Konnessjoni ma' l-Aġġustament tal-Qligħ ta' Intrapriżi Assoċjati
Il-Plenipotenzjarji tar-Renju tal-Belġju, tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, ta' l-Irlanda, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lusssemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tal-Finlandja. tar-Renju ta' l-Iżvezja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, fil-21.11.1995 fi Brussell, iffirmaw il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati.
F'din l-okkażjoni ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet unilaterali li ġejjin dwar l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati:
Dikjarazzjoni mir-Repubblika ta' l-Awstrija
Ksur punibbli b'“piena serja” huwa kkostitwit minn kwalunkwe evażjoni intenzjonali jew negliġenti tat-taxxa jew tad-dazju li hija penalizzata skond il-liġi dwar reati tat-taxxa.
Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Finlandja
It-terminu “pieni serji” jinkludi sanzjonijiet kriminali u tali sanzjonijiet amministrattivi li huma imposti fir-rigward tal-ksur tal-liġijiet tat-taxxa.
Dikjarazzjoni mir-Renju ta' l-Iżvezja
Ksur tal-liġijiet tat-taxxa punibbli b'“piena serja” huwa kkostitwit minn kwalunkwe ksur tal-liġijiet tat-taxxa penalizzat bid-detenzjoni, b'multi kriminali jew amministrattivi.
Dawn il-minuti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
30.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160/28 |
PROTOKOLL
li jemenda l-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-Eliminazzjoni Tat-Taxxa Doppja in Konnessjoni ma' l-Aġġustament tal-Qligħ ta' Intrapriżi Assoċjati
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA,
IR-RENJU TAL-BELĠJU:
Is-Sur Jean-Jacques VISEUR
Ministru tal-Finanzi;
IR-RENJU TAD-DANIMARKA:
Is-Sinjura Marianne JELVED
Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi u l-Koperazzjoni Nordika;
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:
Is-Sur Hans EICHEL
Ministru Federali tal-Finanzi;
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA:
Is-Sur Yannos PAPANTONIOU
Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi;
IR-RENJU TA' SPANJA:
Is-Sur Cristóbal Ricardo MONTORO MORENO
Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi;
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:
Is-Sur Dominique STRAUSS-KAHN
Ministru għall-Affarjiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Industrija;
L-IRLANDA:
Is-Sur Charlie McCREEVY
Ministru tal-Finanzi;
IR-REPUBBLIKA TALJANA:
Is-Sur Vincenzo VISCO
Ministru tal-Finanzi;
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU:
Is-Sur Jean-Claude JUNCKER
Prim Ministru, Ministru ta' l-Istat, Minstru tal-Finanzi, Ministru għax-Xogħol u l-Impjieg;
IR-RENJU TA' L-OLANDA:
Is-Sur Wilhelmus Adrianus Franciscus Gabriël (Willem) VERMEEND
Segretarju ta' l-Istat għall-Finanzi;
IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA:
Is-Sur Rudolf EDLINGER
Ministru Federali tal-Finanzi;
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:
Is-Sur António Luciano Pacheco DE SOUSA FRANCO
Ministru tal-Finanzi;
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA:
Is-Sur Sauli NIINISTÖ
Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi;
IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA:
Is-Sur Bosse RINGHOLM
Ministru tal-Finanzi;
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ:
Sir Stephen WALL, K.C.M.G., L.V.O.
Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-Unjoni Ewropea;
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati hija b'dan emendata kif ġej:
L-Artikolu 20 għandu jinqara kif ġej:
“Artikolu 20
Din il-Konvenzjoni hija konkluża għal perijodu ta' ħames snin. Għandha tiġi estiża għal perijodi oħra ta' ħames snin kull darba, sakemm Stat Kontraenti ma jinformax lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea bl-oġġezzjoni tiegħu għal dan bil-miktub mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta' kwalunkwe perijodu ta' ħames snin.”
Artikolu 2
1. Dan il-Protokoll għandu jkun soġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Istati Firmatarji. L-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jinnotifika lill-Istati Firmatarji dwar:
(a) |
id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni; |
(b) |
id-data li fiha dan il-Protokoll ser jidħol fis-seħħ. |
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jiġi wara li jkun ġie depożitat l-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-aħħar Stat Firmatarju li jkun ħa dan il-pass.
2. Dan il-Protokoll għandu jieħu effett mill-1 ta' Jannar 2000.
3. Il-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2000 u li jintemm fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll m'għandux jitqies biex jiġi determinat jekk każ ikunx ġie ppreżentat fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ.
Artikolu 4
Dan il-Protokoll, imfassal f'oriġinal wieħed bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bit-Taljan, bit-tnax-il test ilkoll ugwalment awtentiċi, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jittrasmetti kopja awtentikata lill-Gvern ta' kull Stat Firmatarju.
(1) ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 10.
(2) ĠU L 26, tat-31.1.1996, p. 1.
ATT FINALI
tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill fil-25 ta' Mejju 1999
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-4 STATI MEMBRI,
LI LTAQGĦU FI ĦDAN il-Kunsill fil-25 ta' Mejju 1999,
WAQT LI JFAKKRU L-KONKLUŻJONIJIET tad-19 ta' Mejju 1998 dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (il-“Konvenzjoni ta' Arbitraġġ”), li fih qablu li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ għandha tiġi estiża għal perijodu ieħor ta' ħames snin mid-data ta' skadenza tagħha u li wara t-tmiem ta' dak il-perijodu għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi oħra ta' ħames snin kull darba, sakemm l-ebda Stat Kontraenti ma joġġezzjona.
QABLU dwar il-ħtieġa li jestendu l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ għal perijodu ieħor ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2000;
IPPROĊEDEW bil-firma tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati.
30.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160/32 |
MINUTI TA’ L-IFFIRMAR
tal-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni Tat-Taxxa Doppja in Konnessjoni ma’ l-Aġġustament tal-Qligħ ta’ Intrapriżi Assoċjati
Il-Plenipotenzjarji tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, ta’ l-Irlanda, tar-Repubblika Taljana, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Renju ta’ l-Olanda, tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Finlandja, tar-Renju ta’ l-Iżvezja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, fit-08/12/2004 fi Brussell, iffirmaw il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati.
F’din l-okkażjoni ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet unilaterali li ġejjin:
I. |
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati Dikjarazzjoni mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja u s-Slovenja dwar l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja u s-Slovenja jiddikjaraw li ser japplikaw l-Artikolu 7(3). |
II. |
Dikjarazzjonijiet dwar l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati:
|
Hecho en Bruselas, el ocho de diciembre de dos mil cuatro.
V Bruselu dne osmého prosince dva tisíce čtyři.
Udfærdiget i Bruxelles den ottende december to tusind og fire.
Geschehen zu Brüssel am achten Dezember zweitausendundvier.
Kahe tuhande neljanda aasta detsembrikuu kaheksandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα.
Done at Brussels on the eighth day of December in the year two thousand and four.
Fait à Bruxelles, le huit décembre deux mille quatre.
Fatto a Bruxelles, addì otto dicembre duemilaquattro.
Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada astotajā decembrī.
Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų gruodžio aštuntą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer-negyedik év december hό nyolcadik napján.
Magħmul fi Brussell fit-tmien jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u erbgħa.
Gedaan te Brussel, de achtste december tweeduizendvier.
Sporządzono w Brukseli, dnia ósmego grudnia roku dwutysięcznego czwartego.
Feito em Bruxelas, em oito de Dezembro de dois mil e quatro.
V Bruseli ôsmeho decembra dvetisícštyri.
V Bruslju, dne osmega decembra leta dva tisoč štiri.
Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaneljä.
Som skedde i Bryssel den åttonde december tjugohundrafyra.
POUR SA MAJESTE LE ROI DES BELGES
VOOR ZIJNE MAJESTEIT DE KONING DER BELGEN
FÜR SEINE MAJESTÄT DER KÖNIG DER BELGIER
ZA PREZIDENTA ČESKÉ REPUBLIKY
FOR HENDES MAJESTÆT DANMARKS DRONNING
FÜR DEN PRÄSIDENTEN DER BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND
EESTI VABARIIGI PRESIDENDI NIMEL
ΓΙΑ ΤΟΝ ΠΡΟΕΔPO THΣ EΛΛHNIKHΣ ΔHMOKPATIAΣ
POR SU MAJESTAD EL REY DE ESPAÑA
POUR LE PRÉSIDENT DE LA RÉPUBLIQUE FRANÇAISE
THAR CEANN UACHTARÁN NA hÉIREANN
FOR THE PRESIDENT OF IRELAND
PER IL PRESIDENTE DELLA REPUBBLICA ITALIANA
ΓΙΑ ΤΟΝ ΠΡΟΕΔPO THΣ KYΠPIAKHΣ ΔHMOKPATIAΣ
LATVIJAS REPUBLIKAS MINISTRU KABINETA VĀRDĀ
LIETUVOS RESPUBLIKOS PREZIDENTO VARDU
POUR SON ALTESSE ROYALE LE GRAND-DUC DE LUXEMBOURG
A MAGYAR KÖZTÁRSASÁG ELNÖKE RÉSZÉRŐL
GĦALL-PRESIDENT TA’ MALTA
VOOR HARE MAJESTEIT DE KONINGIN DER NEDERLANDEN
FÜR DEN BUNDESPRÄSIDENTEN DER REPUBLIK ÖSTERREICH
ZA PREZYDENTA RZECZYPOSLITEJ POLSKIEJ
PELO PRESIDENTE DA REPÚBLICA PORTUGUESA
ZA PREDSEDNIKA REPUBLIKE SLOVENIJE
ZA PREZIDENTA SLOVENSKEJ REPUBLIKY
SUOMEN TASAVALLAN PRESIDENTIN PUOLESTA
FÖR REPUBLIKEN FINLANDS PRESIDENT
FÖR KONUNGARIKET SVERIGES REGERING
FOR HER MAJESTY THE QUEEN OF THE UNITED KINGDOM OF GREAT BRITAIN AND NORTHERN IRELAND