ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
30 ta' Marzu 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Avviżi

 

Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini

2005/C /1

Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea Dwar il-Mediċini (Londra)

1

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠUC 76 A.

MT

 


III Avviżi

Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini

30.3.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA DWAR IL-MEDIĊINI (LONDRA)

2005/C 76 A/01

L-aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru L 136/1 tat-30 ta' April 2004). L-EMEA twaqqfet f'Jannar ta' l-1995 u għanda kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, il-25 Stat Membru ta' l-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l — EMEA u l-attivitajiet tagħha tista' ssibhom fuq l-internet f'dan l-indirizz http://www.emea.eu.int

EMEA/A/209: Kap tas-Settur, Informazzjoni Medika, Unità għall-Valutazzjoni ta' Wara l-Awtorizzazzjoni tal-Mediċini għall-Użu tal-Bniedem (A*9)

EMEA/A/210: Amministratur, Informazzjoni Medika, Unità għall-Valutazzjoni ta' Wara l-Awtorizzazzjoni tal-Mediċini għall-Użu tal-Bniedem (A*6)

EMEA/A/211: Amministratur, Informazzjoni Medika, Unità għall-Valutazzjoni ta' Wara l-Awtorizzazzjoni tal-Mediċini għall-Użu tal-Bniedem (A*6)

EMEA/A/212: Amministratur, Settur tas-Servizzi Legali, Direttorat (A*6)

EMEA/A/213: Amministratur, Unità għall-Mediċini Veterinarji u Spezzjonijiet (A*8)

Il-kandidati magħżula jitniżżlu f'lista ta' riserva u, skond is-sitwazzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu offruti kuntratt ta' ħames snin, li jiġġedded, konformi mal-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Ġurnal Uffiċjali ta l-Komunitajiet Ewropea Nru L  56 ta' l-4 ta' Marzu 1968) (1).

Il-post ta' l-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta' l-Iżlanda, in-Norveġja jew il-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha, id-deskrizzjonijiet tal-pożizzjonijiet u l-formola ta' l-applikazzjoni neċessarja għandhom jitniżżlu mill-websajt ta' l-EMEA http://www.emea.eu.int. Il-formola ta' l-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata u datata kif dovut u, flimkien mad-dokumenti rilevanti, tintbagħat lura sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2005(data tat-timbru tal-posta) f' dan l-indirizz: EMEA — Head of Personnel, 7 Westferry Circus, Canary Wharf, UK-London E14 4HB (Tel: 00 — 44 - 20 -7418 8400; Telefax: 00 — 44 - 20 -7418 8416).

Fil-futur, il-Ġurnal Uffiċjali mhuwiex se jintbagħat awtomatikament lill-listi tal-posta. Jekk tixtieq tkun mgħarraf meta joħorġu pubblikazzjonijiet ġodda, jekk jogħġbok irreġistra fuq http://www.emea.eu.int/“Online Mailing Service”


(1)  Il-Kunsill adotta Regolamenti ġodda għall-impjegati li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004. Dawn ir-Regolamenti jinkludu struttura ġdida tal-karriera. Għaldaqstant, il-kandidati li jintagħżlu jiġu reklutati abbażi tar-Regolamenti l-ġodda għall-impjegati, konformi ma' l-arranġamenti mniżżla, b'mod partikolari, f'Artikolu 12 tat-Tieni Taqsima ta' Anness XIII (ara l-websajt ta' l-IntraComm: http://www.europa.eu.int).