ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 38E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 48
15 ta' Frar 2005


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Kunsill

2005/C 038E/1

Pożizzjoni komuni (KE) Nru 6/2005, tal-15 ta' Novembru 2004, adottata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-Suq Intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru. 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Inġusti)

1

2005/C 038E/2

Pożizzjoni komuni (KE) Nru 7/2005, tal-15 ta' Novembru 2004, adottata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

21

2005/C 038E/3

Pożizzjoni komuni (KE) Nru 8/2005, tad-29 ta' Novembru 2004 adottata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

36

2005/C 038E/4

Pożizzjoni komuni (KE) Nru 9/2005, tad-29 ta' Novembru 2004, adottata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-iffissar tal-ħtiġijiet ta' l-Eko-Disinn għal Prodotti li Jużaw l-Enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

45

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 38 E.

MT

 


I Tagħrif

Kunsill

15.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 38/1


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 6/2005

adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2004

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2005/….KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'......, dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-Suq Intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru. 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Inġusti”)

(Test b' relevanza għaż-ŻEE)

(2005/C 38 E/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 153(1) u 3(a) tat-Trattat jipprovdu li l-Komunità tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur bil-miżuri li tadotta skond l-Artikolu 95 tiegħu.

(2)

Skond l-Artikolu 14(2) tat-Trattat, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi, u l-libertà ta' stabbiliment huma żgurati. L-iżvilupp ta' prattiċi kummerċjali inġusti f'żona mingħajr fruntieri interni hu vitali għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' attivitajiet transkonfinali.

(3)

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali inġusti juru differenzi ċari li jiġġeneraw distorzjonijiet sinifikanti ta' kompetizzjoni u xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Fil-qasam tar-reklamar, id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, ta' l-10 ta' Settembru 1984 dwar riklamar li jqarraq u komparattiv (3) tistabbilixxi kriterji minimi għall-armonizzazzjoni ta' leġislazzjoni dwar riklamar li jqarraq, imma ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu fis-seħħ jew jadottaw miżuri li jipprovdu protezzjoni iktar wiesgħa għall-konsumaturi. Bħala riżultat ta' dan, id-disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar riklamar li jqarraq, huma sinifikament differenti.

(4)

Dawn id-disparitajiet jikkawżaw nuqqas ta' ċertezza dwar liema regoli nazzjonali japplikaw għal prattiċi kummerċjali inġusti li jagħmlu ħsara lil interessi ekonomiċi u joħolqu ostakli li jolqtu lill-kummerċ u lill-konsumaturi. Dawn l-ostakli jżidu l-prezz għan-negozji fl-eżerċizzju tal-libertajiet tas-suq intern, b'mod partikolari meta n-negozji jixtiequ jidħlu f'marketing transkonfini, kampanji ta' riklamar u promozzjonijiet ta' bejgħ. Dawn l-ostakoli joħolqu wkoll inċertezzi għall-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u jnaqqsulhom il-fiduċja fis-suq intern.

(5)

Fin-nuqqas ta' regoli uniformi fil-livell tal-Komunità, xkiel għal moviment liberu tas-servizzi u tal-merkanzija transkonfinali jew għal-libertà ta' stabbiliment jistgħu jiġu ġustifikati fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sakemm dawn ifittxu li jipproteġu l-għanijiet ta' interess pubbliku rikonoxxuti u jkunu proporzjonali ma' dawk l-għanijiet. Fid-dawl ta' l-għanijiet tal-Komunità, kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat u fil-liġi Komunitarja sekondarja dwar il-libertà tal-moviment, u skond il-politika tal-Kummissjoni dwar komunikazzjonijiet kummerċjali kif indikata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-tkomplija għal Green Paper dwar Komunikazzjonijiet Kummerċjali fis-Suq Intern”, dan ix-xkiel għandu jiġi eliminat. Dan ix-xkiel jista' jiġi eliminat biss bl-istabbiliment ta' regoli uniformi fil-livell tal-Komunità li jistabbilixxu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u billi jiġu ċċarati ċerti kunċetti legali fil-livell tal-Komunità safejn meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern u biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' ċertezza legali.

(6)

Din id-Direttiva għalhekk tapprossima l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali inġusti, inkluż ir-riklamar inġust, li jagħmel ħsara b'mod dirett l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u għalhekk jagħmel ħsara b'mod indirett lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, din id-Direttiva tħares lil konsumaturi mill-konsegwenzi ta' prattiċi kummerċjali inġusti bħal dawn fejn huma materjali imma tagħraf li f' ċerti każijiet l-impatt fuq il-konsumatur jista' jkun negliġibbli. Ma tkoprix u lanqas ma taffetwa l-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali inġusti li jagħmlu ħsara biss lil interessi ekonomiċi tal-kompetituri jew li għandhom x'jaqsmu ma' xi transazzjoni bejn kummerċjanti; b'kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b'konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan. Din id-Direttiva lanqas ma tkopri jew taffettwa d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 84/450/KEE dwar riklamar li jqarraq lis-settur tal-kummerċ iżdu mhux lill-konsumaturi, u dwar riklamar komparattiv. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma taffetwax riklamar aċċettat u prattiċi ta' marketing, bħat-tqegħid leġittimu ta' prodotti, differenzjazzjoni bejn marki jew l-offerta ta' inċentivi li jistgħu jaffetwaw leġittimament perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar prodotti u jinfluwenzaw l-imġieba tagħhom mingħajr ma jfixxklu l-konsumatur meta jagħmel deċiżjoni nformata.

(7)

Din id-Direttiva tindirizza prattiċi kummerċjali relatati direttament ma' l-influwenza fuq deċiżjonijiet transazzjonali ta' konsumaturi fejn għandhom x'jaqsmu prodotti. Ma tindirizzax prattiċi kummerċjali mwettqa primarjament għal skopijiet oħrajn, inkluż per eżempju komunikazzjoni kummerċjali mmirata lejn investituri, bħal rapporti annwali u letteratura promozzjonali ta' korporazzjonijiet. Ma tindirizzax kondizzjonijiet legali relatati ma' gosti u deċenza li jvarjaw ħafna bejn Stati Membri. Prattiċi kummerċjali bħal, per eżempju, solleċitazzjoni kummerċjali fit-toroq, tista' ma tkunx mixtieqa fi Stati Membri għal raġunijiet kulturali. L-Istati Membri jkunu jistgħu għalhekk ikomplu jipprojbixxu prattiċi kummerċjali fit-territorju tagħhom, b'konformità mal-liġi Komunitarja, għal raġunijiet ta' gosti u deċenza anke meta dawn il-prattiċi ma jillimitawx il-libertà ta' l-għażla tal-konsumatur.

(8)

Din id-Direttiva tipproteġi direttament l-interessi leġittimi tal-konsumatur minn prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur. B'hekk tħares ukoll b'mod indirett negozji leġittimi mill-kompetituri tagħhom li ma jimxux mar-regoli ta' din id-Direttiva u b'hekk tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta fl-oqsma kordinati minnha. Hu mifhum li hemm prattiċi kummerċjali oħrajn li, għalkemm ma jagħmlux ħsara lil konsumatur, jistgħu jweġġgħu lil kompetituri u klijenti kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa l-bżonn għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' kompetizzjoni inġusta lil hinn mill-iskop ta' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposta leġiżlattiva li tkopri l-aspetti oħra ta' kompetizzjoni nġusta.

(9)

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet individwali miġjuba minn dawk li sofrew ħsara minn prattika kummerċjali nġusta. Hi ukoll mingħajr preġudizzju għal regoli Komunitarji u nazzjonali dwar il-liġi kontrattwali, dwar id-drittijiet ta' proprjeta intellettwali, dwar l-aspetti ta' saħħa u sigurtà ta' prodotti, dwar il-kundizzjonijiet ta' stabbiliment u reġimi ta' awtorizzazzjoni, inkluż dawk ir-regoli li, konformement mal-liġi Komunitarja, għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet tal-logħob ta' l-azzard, u għar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni u disposizzjonijiet nazzjonali li jimplimentawhom. B'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew idaħħlu restrizzjonijiet u projbizzjonijiet ta' prattiċi kummerċjali abbażi ta' ħarsien ta' saħħa u sigurta ta' konsumaturi fit-territorju fejn hu bbażat il-kummerċjant, per eżempju, fejn għandhom x'jaqsmu l-alkoħol, it-tabakk jew il-farmaċewtiċi. Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli, minħabba l-komplessità tagħhom u r-riskji serji inerenti, jeħtieġu kondizzjonijiet dettaljati, inklużi obbligazzjonijiet positivi tal-kummerċjanti. Għal din ir-raġuni, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u proprjetà immobbli, din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stati Membri li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tagħha li tħares l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Mhux xieraq li jiġu hawnhekk regolati ċ-ċertifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' l-istandard ta' finezza ta' artikli ta' metall prezzjuż.

(10)

Hu meħtieġ li jiġi żgurat li r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-liġi Komunitarja eżistenti hi koerenti, b'mod partikolari fejn disposizzjonijiet dettaljati dwar prattiċi kummerċjali inġusti japplikaw għal setturi speċifiċi. Din id-Direttiva għalhekk temenda d-Direttiva 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-ħarsien ta' konsumaturi fir-rispett ta' kuntratti ta' distanza (4), id-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi (5) u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar it-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi (6). Din id-Direttiva b'hekk tapplika biss safejn m'hemmx dispożizzjonijiet ta' liġi Komunitarja speċifiċi li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' prattiċi kummerċjali inġusti, bħal kondizzjonijiet ta' tagħrif u regoli dwar kif it-tagħrif hu ppreżentat lill-konsumatur. Tipprovdi ħarsien għal konsumaturi fejn m'hemmx leġiżlazzjoni speċifika settorali fil-livell tal-Komunità u trażżan lill-kummerċjanti milli joħolqu impressjoni falza tan-natura ta' prodotti. Dan hu importanti b'mod partikolari għal prodotti kumplessi b'livelli għolja ta' riskju għal konsumaturi, bħal ċerti prodotti ta' servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva konsegwentement tikkumplimenta l-acquis tal-Komunità, li hu applikabbli għal prattiċi ta' kummerċ li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

(11)

Il-livell għoli ta' konverġenza milqugħ mill-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali permezz ta' din id-Direttiva joħloq livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur. Din id-Direttiva tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali waħda għal dawk il-prattiċi kummerċjali inġusti joħolqu distorsjoni fl-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Tistabbilixxi wkoll regoli dwar prattiċi kummerċjali aggressivi, li mhumiex attwalment regolati fil-livell tal-Komunità.

(12)

L-armonizzazzjoni għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali għal konsumaturi kif ukoll għall-kummerċ. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċ ser ikunu jistgħu jserrħu fuq qafas regolatorju wieħed ibbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw l-aspetti kollha ta' prattiċi kummerċjali inġusti fl-UE. L-effett għandu jkun li jiġu eliminati l-ostakli li joħorġu mit-tfarrik tar-regoli dwar prattiċi kummerċjali inġusti li jagħmlu ħsara lil interessi ekonomiċi tal-konsumatur, u li jippermetti l-kisba tas-suq intern f'dan il-qasam.

(13)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità permezz tat-tneħħija tal-ostakli tas-suq intern, hu meħtieġ li jiġu sostitwiti klawżoli ġenerali u prinċipji legali eżistenti u diverġenti ta' l-Istati Membri. Il-projbizzjoni ġenerali waħda u komuni, stabbilita b'din id-Direttiva għalhekk tkopri prattiċi kummerċjali inġusti li jgħawġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Sabiex jingħata sostenn lill-fiduċja tal-konsumatur, il-projbizzjoni ġenerali għandha tapplika ugwalment għal prattiċi kummerċjali inġusti li jirriżultaw barra minn xi relazzjoni kontrattwali bejn kummerċjant u konsumatur jew wara l-konklużjoni ta' kuntratt u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu. Il-projbizzjoni ġenerali hi elaborata minn regoli dwar żewġ tipi ta' prattiċi kummerċjali li huma mill-iżjed komuni, li huma prattiċi kummerċjali li jqarrqu u prattiċi kummerċjali aggressivi.

(14)

Il-prattiċi kummerċjali li jqarrqu għandhom ikopru dawk il-prattiċi, inkluż r-riklamar li jqarraq, li billi jqarrqu bil-konsumatur, iżommuh milli jagħmel għażla infurmata u b'hekk effiċjenti. B'konformità mal-liġijiet u prattiċi ta' Stati Membri dwar riklamar li jqarraq, din id-Direttiva tikklassifika prattiċi li jqarrqu f'azzjonijiet li jqarrqu u ommissjonijiet li jqarrqu. Fejn għandhom x'jaqsmu ommissjonijiet, din id-Direttiva tistabbilixxi numru limitat ta' punti ewlenin ta' tagħrif li l-konsumatur għandu bżonn biex jagħmel deċiżjoni transazzjonali infurmata. Dan it-tagħrif m'għandux jiġi mogħti f'kull reklam, imma biss fejn il-kummerċjant jagħmel stedina għax-xiri, li hu kunċett definit b'mod ċar f'din id-Direttiva. Il-posizzjoni ta' armonizzazzjoni sħiħa adottata f'din id-Direttiva ma teskludix lil Stati Membri milli jispeċifikaw fil-liġi nazzjonali tagħhom il-karatteristiċi ewlenin ta' prodotti partikolari bħal, per eżempju, oġġetti ta' kollezzjoni jew merkanzija elettrika, li l-ommissjoni tagħhom tkun materjali meta hija magħmula stedina għax-xiri. Mhix l-intenzjoni ta' din id-Direttiva li tnaqqas l-għażla tal-konsumatur billi trażżan il-promozzjoni ta' prodotti li jixxieħbu ma' prodotti oħra sakemm din is-similarità ma tfixkilx lil konsumaturi dwar l-oriġini kummerċjali tal-prodott u b'hekk tkun qarrieqa. Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal liġi Komunitarja eżistenti li tagħti espressament lill-Istati Membri l-għażla bejn bosta għażliet regulatorji għall-ħarsien tal-konsumaturi fil-qasam ta' prattiċi kummerċjali. B'mod partikolari din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (7).

(15)

Fejn il-liġi Komunitarja tistabbilixxi kondizzjonijiet ta' tagħrif fir-rigward ta' komunikazzjoni kummerċjali, riklamar u marketing, dak it-tagħrif hu meqjus bħala materjal li jaqa' taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu u jżidu kondizzjonijiet ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu ma' liġi kuntrattwali u li għandhom konsegwenzi kuntrattwali fejn dan hu permess mill-klawżoli minimi fl-istrumenti eżistenti tal-liġi Komunitarja. Lista mhux kompluta ta' dawn il-kondizzjonijiet ta' tagħrif fl-acquis tinsab fl-Anness II. Minħabba l-armonizzazzjoni sħiħa li ġiet introdotta b'din id-Direttiva, it-tagħrif meħtieġ fil-liġi Komunitarja biss hu kkunsidrat bħala materjal għall-iskop ta' Artikolu 7(5) tagħha. Fejn l-Istati Membri jkunu introduċew iktar ħtiġijiet ta' informazzjoni minn dak li huwa speċifikat fil-liġi Komunitarja, fuq il-bażi ta' klawżoli minimi, l-ommissjoni ta' dik l-informazzjoni żejda ma tikkostitwix ommissjoni li tqarraq taħt din id-Direttiva. B'kuntrast, l-Istati Membri jkunu jistgħu, meta jkun permess mill-klawżoli minimi fil-liġi Komunitarja, iżommu jew jintroduċu disposizzjonijiet iktar stretti b'konformità mal-liġi Komunitarja sabiex jiżguraw livell iktar għoli ta' ħarsien tad-drittijiet kuntrattwali individwali tal-konsumaturi.

(16)

Id-disposizzjonijiet dwar prattiċi kummerċjali aggressivi għandhom ikopru dawk il-prattiċi li jfixxklu sinifikament il-libertà ta' l-għażla tal-konsumatur. Dawk huma prattiċi li jużaw il-fastidju, il-kostrizzjoni, inkluż l-użu ta' forza fiżika, u influwenza mhux xierqa.

(17)

Hu mixtieq li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f'kull ċirkustanza inġusti jiġu identifikati biex jipprovdu ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta' dawn il-prattiċi. Dawn huma biss prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa inġusti, mingħajr ma jsir eżami ta' kull każ għalih, kontra d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 5 sa 9.

(18)

Hu xieraq li l-konsumaturi kollha jiġu protetti minn prattiċi inġusti; il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja madankollu sabet li wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 84/450/KEE, meta tkun qed tiddeċiedi każijiet dwar riklamar hu meħtieġ li teżamina l-effett fuq konsumatur konċettwali u tipiku. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, u sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni effettiva tal-protezzjonijiet kontenuti fiha, din id-Direttiva tieħu bħala benchmark il-konsumatur medju kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja imma tinkludi disposizzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jrażżnu l-esplojtazzjoni ta' konsumaturi li l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għal prattiċi kummerċjali inġusti. Fejn prattika kummerċjali hi mmirata speċifikament għal grupp partikolari ta' konsumaturi, bħal tfal, hu mixtieq li l-impatt tal-prattika kummerċjali hu eżaminat mill-perspettiva tal-membru medju ta' dak il-grupp. L-eżami tal-konsumatur medju mhuwiex eżami statistiku. Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw l-fakoltà ta' ġudizzju tagħhom, billi jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, biex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f'każ determinat.

(19)

Fejn ċerti karatteristiċi bħall-età, mard fiżiku jew mentali jew kredulità jagħmlu lill-konsumaturi partikolarment suxxettibbli għal xi prattika kummerċjali jew għall-prodott relatat magħha u huwa probabbli li l-imġieba ekonomika ta' dawn il-konsumaturi biss tista' tiġi distorta mill-prattika b'mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment jipprevedi, hu xieraq li jiġi żgurat li l-konsumaturi huma adegwatament protetti billi tiġi stmata l-prattika mill-perspettiva tal-membru medju ta' dak il-grupp.

(20)

Hu xieraq li jiġi stabbilit rwol għal kodiċi ta' kondotta, li jippermettu li l-kummerċjanti japplikaw il-prinċipji ta' din id-Direttiva effettivament f'oqsma ekonomiċi speċifiċi. F'setturi fejn hemm kondizzjonijiet obbligatorji speċifiċi li jirregolaw l-imġieba tal-kummerċjanti, hu xieraq li dawn jipprovdu ukoll prova tar-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali f'dak is-settur. Il-kontroll eżerċitat minn dawk li għandhom tali kodiċi f'livell nazzjonali jew komunitarju biex jeliminaw prattiċi kummerċjali inġusti jista' jevita l-bżonn għar-rikors għal azzjoni amministrattiva jew ġuridika u għandu għalhekk ikun inkoraġġut. Bl-għan li jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jistgħu jiġu nfurmati u nvoluti fl-abbozzar tal-kodiċi ta' kondotta.

(21)

Persuni u organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu fil-kwistjoni għandu jkollhom rimedji legali biex jibdew proċeduri kontra l-prattiċi kummerċjali inġusti, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li hi kompetenti li tiddeċiedi dwar ilmenti jew biex jinbdew proċeduri legali xierqa. Waqt li l-liġi nazzjonali għandha tiddetermina l-oneru tal-prova, hu xieraq li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi ikunu jistgħu jitolbu lill-kummerċjanti jipproduċu prova dwar l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali li għamlu.

(22)

Huwa meħtieġ li L-Istati Membri jistabbilixxu penali għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu nfurzati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(23)

Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, li huma li jiġu eliminati l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern rappreżentati minn liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali inġusti u li jiġi provdut livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, permezz ta' approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali inġusti, ma jistgħux suffiċentement jintlaħqu mill-Istati Membri u allura jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jiġu eliminati l-ostakli tas-suq intern u sabiex jiġi milħuq livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur.

(24)

Hu xieraq li tiġi riveduta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li l-ostakli għas-suq intern kienu ndirizzati u livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur kien ġie milħuq. Ir-reviżjoni tista' twassal għal proposta tal-Kummissjoni li temenda din id-Direttiva, li tista' tinkludi estensjoni limitata tad-deroga fl-Artikolu 3(5), u/jew emendi għal leġiżlazzjoni oħra għall-ħarsien tal-konsumatur li jirriflettu l-impenn tal-Kummissjoni fl-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur biex tirrevedi l-acquis eżistenti sabiex jintlaħaq livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur.

(25)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu li tikkontribwixxi għal funzjonament tajjeb tas-suq intern u tikseb livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali inġusti li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, fi prattiċi kummerċjali taħt din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha;

(b)

“kummerċjant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali li jaqgħu taħt din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi fl-isem jew għall-kummerċjant;

(ċ)

“prodott” tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

(d)

“prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'prattiċi kummerċjali') tfisser kull att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi riklamar u marketing, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni, bejgħ u proviżjon ta' prodott lil konsumaturi;

(e)

“toħloq distorsjoni materjali fl-imġieba ekonomika ta' konsumaturi” tfisser li tuża prattika kummerċjali biex tfixkel b'mod apprezzabbli l-abbiltà tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni nfurmata, għalhekk iġġiegħel lil konsumatur jieħu deċiżjoni transazzjonali li kieku ma kienx jieħu;

(f)

“kodiċi ta' kondotta” tfisser ftehim jew sensiela ta' regoli mhux imposti minn liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva ta' Stat Membru, li jiddefinixxi l-imġieba ta' kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fejn għandhom x'jaqsmu waħda jew iktar prattiċi kummerċjali partikolari jew setturi ta' negozju;

(g)

“sid ta' kodiċi” tfisser kull entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta' kummerċjanti, li hija responsabbli għat-tfassil u r-reviżjoni ta' kodiċi ta' kondotta u/jew għall-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh;

(h)

“diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta' sengħa u kura speċjali li kummerċjant hu raġjonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta' konsumaturi, proporzjonat ma' prattika tas-suq onesta u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta' attività tal-kummerċjant;

(i)

“stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f'mod adegwat għall-mezzi ta' komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja;

(j)

“influwenza mhux xierqa” tfisser l-isfruttament ta' pożizzjoni ta' poter fil-konfront tal-konsumatur biex tapplika pressjoni, anke mingħajr ma tuża jew thedded li tuża forza fiżika, b'mod li jillimita sostanzjalment l-abbiltà tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni infurmata;

(k)

“deċiżjoni transazzjonali” tfisser deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u fuq liema termini jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta', iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita dritt kontrattwali fir-rigward ta' prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu;jew ma jieħux xi azzjoni;

(l)

“professjoni regolata” tfisser attività professjonali jew grupp ta' attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom jew l-insegwiment tagħhom, jew wieħed mill-modi kif issegwihom, huwa kondizzjonat, b'mod dirett jew indirett, mill-pussess ta' kwalifiki professjonali speċifiċi, skond liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi.

Artikolu 3

L-ambitu ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara transazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' xi prodott.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-liġi kuntrattwali u, b'mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effett ta' kuntratt.

3.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' aspetti ta' saħħa u sigurtà ta' prodotti.

4.   Fil-każ ta' konflitt bejn disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' prattiċi kummerċjali inġusti, dawn ta' l-aħħar għandhom jirbħu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.

5.   Għal perjodu ta' sitt snin minn... (8), l-Istati Membri jistgħu japplikaw disposizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva u li jimplimentaw direttivi li għandhom klawżoli ta' armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali biex jiżguraw li konsumaturi huma mħarsa adegwatament minn prattiċi kummerċjali inġusti u għandhom ikunu proporzjonati sabiex jintlaħaq dan l-għan. Ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tista', jekk hekk jiġi kkunsidrat xieraq, tinkludi proposta biex tiġi mtawla din id-deroga għal perijodu ieħor limitat.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe disposizzjonijiet nazzjonali li applikati abbażi tal-paragrafu 5.

7.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli li jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati.

8.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjonijiet ta' stabbiliment jew reġimi ta' awtorizzazzjoni, jew ta' kodiċi deontoloġiċi jew regoli speċifiċi oħra li jiggvernaw professjonijiet regolati sabiex iżommu livelli għolja ta' integrità min-naħa tal-professjonisti, li l-Istati Membri jistgħu, b'konformità mal-liġi Komunitarja, jimponu fuq il-professjonisti.

9.   Fejn għandhom x'jaqsmu “servizzi finanzjarji” kif definiti fid-Direttiva 2002/65/KE, u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva f'dak il-qasam li hija tapprossima.

10.   Din id-Direttiva ma għandiex tapplika għall-applikazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu maċ-ċertifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-livell ta' finezza ta' artikoli ta' metall prezzjuż.

Artikolu 4

Suq intern

L-Istati Membri la għandhom jirrestrinġu l-libertà tal-proviżjoni tas-servizzi u lanqas għandhom jirrestrinġu l-moviment ħieles tal-merkanzija għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva.

KAPITOLU 2

PRATTIĊI KUMMERĊJALI INĠUSTI

Artikolu 5

Projbizzjoni ta' prattiċi kummerċjali inġusti

1.   Il-prattiċi kummerċjali inġusti għandhom ikunu projbiti.

2.   Prattika kummerċjali tkun inġusti jekk:

(a)

hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u

(b)

toħloq distorsjoni materjali jew tista' toħloq distorsjonimaterjali fl-imġieba ekonomika fir-rigward tal-prodott tal-konsumatur medju li tilħaq jew lil min hija ndirizzata, jew lill-membru medju tal-grupp meta prattika kummerċjali hija diretta lejn grupp partikolari ta' konsumaturi.

3.   Prattiċi kummerċjali li jilħqu lill-ġeneralità tal-konsumaturi, imma li x'aktarx joħolqu distorsjoni materjali fl-imġieba ekonomika ta' grupp ta' konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew il-prodott in kwistjoni minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b'mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta' membru medju ta' dak il-grupp. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta' riklamar li tagħmel stqarrijiet eżaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment.

4.   B'mod partikolari, ikunu inġusti dawk il-prattiċi kummerċjali li:

(a)

jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7, jew

(b)

ikunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.

5.   Fl-Anness I tinsab lista ta' dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f'kull ċirkostanza jitqiesu bħala inġusti.

SEZZJONI 1

PRATTIĊI KUMMERĊJALI LI JQARRQU

Artikolu 6

Azzjonijiet li jqarrqu

1.   Prattika kummerċjali għandha titqies bħala waħda li tqarraq jekk ikollha tagħrif falz, u li għalhekk ma tgħidx il-verità jew li b'xi mod, inkluża l-preżentazzjoni ġenerali tagħha, tqarraq jew x'aktarx tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f'kull każ iġġiegħlu jew x'aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li kieku ma kienx jieħu:

(a)

l-eżistenza jew in-natura tal-prodott;

(b)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbilità, benefiċċji, riskji, eżekuzzjoni, kompożizzjoni, aċċessorji, assistenza ta' wara l-bejgħ għal konsumatur u amministrazzjoni ta' ilmenti, metodi u data ta' manifattura jew proviżjon, tqassim, konvenjenza għall-iskop, użu, kwantità, speċifikazzjoni, oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali ta' eżamijiet jew kontrolli magħmula fuq il-prodott;

(ċ)

il-firxa ta' impenji min-naħa tal-kummerċjant, il-motivi għall-prattika kummerċjali u n-natura tal-proċess tal-bejgħ, kwalunkwe stqarrija jew simbolu fir-rigward ta' sponsorizzazzjoni diretta jew indiretta jew approvazzjoni tal-kummerċjant jew tal-prodott;

(d)

il-prezz jew il-mod kif il-prezz hu kkalkolat, jew l-eżistenza ta' vantaġġ speċifiku fil-prezz;

(e)

il-bżonn ta' servizz, parti, sostituzzjoni jew tiswija;

(f)

in-natura, l-attributi u d-drittijiet tal-kummerċjant jew ta' l-aġent tiegħu, bħall-identità u assi tiegħu, il-kwalifiki, l-istatus, l-approvazzjoni, l-affiljazzjoni jew il-konnessjoni tiegħu u d-drittijiet tiegħu fuq proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premji li ngħata u distinzjonijiet tiegħu;

(g)

id-drittijiet tal-konsumatur u r-riskji li jista' jiffaċċa.

2.   Prattika kummerċjali għandha tkun meqjusa bħala waħda li tqarraq fejn, fil-kuntest fattwali tagħha, wara li jitqiesu l-karatteristiċi u ċirkustanzi kollha tagħha, b'hekk tikkawża jew x'aktarx tikkawża lill-konsumatur medju li jieħu deċiżjoni transazzjonali li kieku ma kienx jieħu, u tinvolvi:

(a)

kwalunkwe marketing ta' prodott, inkluż riklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn kwalunkwe prodotti, trade marks, ismijiet tal-kummerċ u marki oħrajn distintivi ta' kompetitur;

(b)

non-konformità mill-kummerċjant ma' l-impenji kontenuti f'dawk il-kodiċi ta' kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, fejn:

(i)

l-impenn mhux wieħed li jedifika iżda huwa sod u li jista' jiġi verifikat, u

(ii)

il-kummerċjant jindika fi prattika kummerċjali li huwa marbut mill-kodiċi.

Artikolu 7

Ommissjonijiet li jqarrqu

1.   Prattika kummerċjali għandha tiġi meqjusa bħala waħda li tqarraq meta, fil-kuntest fattwali tagħha, wara li jiġu meqjusa l-karatteristiċi u ċirkustanzi u l-limitazzjonijiet tal-medju ta' komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif materjali li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali infurmata u għalhekk tikkawża jew x'aktarx tikkawża lill-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li kieku ma kienx jieħu.

2.   Għandha tiġi wkoll meqjusa bħala ommissjoni li tqarraq meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b'manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u mhux f'waqtha dak it-tagħrif materjali msemmi fil-paragrafu 1 jew ma jidentifikax l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest.

3.   Fejn il-medju wżat għall-komunikazzjoni tal-prattika kummerċjali jimponi limitazzjonijiet ta' spazju jew żmien, dawn il-limitazzjonijiet u kwalunkwe miżuri meħuda mill-kummerċjant biex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta' mezzi oħra għandhom jitqiesu meta jiġi deċiż jekk it-tagħrif ġiex imħolli barra.

4.   F'każ ta' stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala materjali, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:

(a)

il-karatteristiċi prinċipali tal-prodott, safejn xieraq għall-medju u l-prodott;

(b)

l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu qiegħed jaġixxi;

(ċ)

il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kkalkolat, kif ukoll, fejn hu xieraq, kull ammont ta' ħlas addizzjonali għat-trasport ta' merkanzija, ħlas ta' kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta' ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta' ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

(d)

l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u l-prassi tal-mmaniġġ l-ilmenti, jekk dawn jitbiegħdu mir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;

(e)

għal prodotti u transazzjonijiet li jinvolvu d-dritt ta' rtirar jew taħsir, l-eżistenza ta' dan id-dritt.

5.   Ir-rekwiżiti ta' tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja, marbuta ma' komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi riklamar jew marketing li jinsabu f'lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala materjali.

SEZZJONI 2

PRATTIĊI KUMMERĊJALI AGGRESSIVI

Artikolu 8

Prattiċi kummerċjali aggressivi

Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, wara li jitqiesu l-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta' fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew influwenza mhux xierqa, tfixkel b'mod sinifikanti jew x'aktarx tfixkel b'mod sinifikanti l-libertà ta' l-għażla jew l-imġieba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b'hekk iġġiegħlu jew x'aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li kieku ma kienx jieħu.

Artikolu 9

Użu ta' fastidju, kostrizzjoni u influwenza mhux xierqa

Fid-determinazzjoni ta' jekk prattika kummerċjali tużax fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fisika, jew influwenza mhux xierqa, għandu jittieħed kont ta':

(a)

iż-żmien, lok, natura u persistenza tagħha;

(b)

l-użu ta' lingwaġġ jew imġieba ta' theddid jew abbużiv;

(ċ)

l-isfruttament mill-kummerċjant ta' kwalunkwe sfortuna jew ċirkustanza speċifika ta' tali gravità li tfixkel il-ġudizzju tal-konsumatur, li l-kummerċjant ikun jaf biha, biex jinfluwenza d-deċiżjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott;

(d)

kwalunkwe ostakli mhux kontrattwali onerużi u sproporzjonati imposti mill-kummerċjant fejn konsumatur ikun jixtieq jeżerċita drittijiet skond il-kuntratt, inklużi drittijiet li jtemm il-kuntratt jew li jaqleb għal prodott ieħor jew għal kummerċjant ieħor;

(e)

kwalunkwe theddida li tiġi meħuda kwalunkwe azzjoni li ma tistax tittieħed legalment.

KAPITOLU 3:

KODIĊI TA' KONDOTTA

Artikolu 10

Kodiċi ta' kondotta

Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' prattiċi kummerċjali inġusti minn sidien ta' kodiċi u rikors għal tali korpi mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 jekk proċedimenti quddiem dawn il-korpi huma addizzjonali għall-proċeduri tal-qorti jew proċeduri amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.

KAPITOLU 4

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jiġġieldu prattiċi kummerċjali inġusti u għall-osservanza tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva fl-interess ta' konsumaturi.

Dawn il-mezzi għandhom jinkludu disposizzjonijiet legali li taħthom persuni u organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu l-prattiċi kummerċjali inġusti, inklużi kompetituri, jistgħu:

jieħdu azzjoni legali kontra tali prattiċi kummerċjali inġusti; u/jew

iġibu każijiet ta' tali prattiċi kummerċjali inġusti quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza sabiex jew tiddeċiedi dwar ilmenti jew tagħti bidu għal proċedimenti legali adegwati.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-faċilitajiet għandha tkun disponibbli u jekk iħallix lill-qrati jew awtoritajiet amministattivi jirrikjedu rikors preċedenti għal mezzi stabbiliti oħra ta' maniġġjar ta' ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 10. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli indipendentement minn jekk il-konsumaturi affetwati humiex fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn il-kummerċjant jinsab jew fi Stat Membru ieħor.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta' kummerċjanti mill-istess settur ekonomiku; u

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta' kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi n-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.

2.   Taħt id-disposizzjonijiet legali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li jippermettulhom, fil-każijiet fejn jikkunsidraw li dawn il-miżuri huma meħtieġa wara li jittieħed kont ta' l-interessi kollha nvoluti u b'mod partikolari ta' l-interess pubbliku:

jordnaw il-waqfien ta', jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-ordni ta' waqfien ta' prattiċi kummerċjali inġusti, jew

jekk il-prattika kummerċjali inġusta għadha ma seħħetx iżda hija imminenti, jordnaw il-projbizzjoni tal-prattika, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għal ordni għal projbizzjoni tal-prattika,

anki mingħajr prova ta' telf attwali jew ħsara jew ta' intenzjoni jew negligenza min-naħa tal-kummerċjant.

L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu sabiex il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu meħuda taħt proċedura aċċelerata:

jew b'effett proviżorju, jew

b'effett definittiv,

iżda għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema miż-żewġ possibilitajiet jagħżel.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati u lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li jippermettulhom, bil-ħsieb li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' prattiċi kummerċjali inġusti li t-terminazzjoni tagħhom ġiet ordnata permezz ta' deċiżjoni finali:

jitolbu l-pubblikazzjoni ta' dik id-deċiżjoni sħiħa jew in parti u fil-forma li huma jikkunsidraw adegwata,

li jitolbu barra minn dan il-pubblikazzjoni ta' stqarrija korrettiva.

3.   L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu komposti b'mod li ma jqanqlu l-ebda dubbju dwar l-imparzjalità tagħhom;

(b)

ikollhom setgħat adegwati, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jikkontrollaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament;

(ċ)

normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom.

Meta s-setgħat msemmija fil-paragrafu 2 jiġu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, għandhom dejjem jiġu mogħtija r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. Barra minn hekk, f'dan il-każ, għandhom jiġu previsti proċeduri li jippermettu r-reviżjoni ġudizzjarja ta' l-eżerċizzju skorrett jew mhux raġonevoli mill-awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew tan-nuqqas skorrett jew mhux raġjonevoli ta' l-eżeċizzju ta' l-imsemmija setgħat.

Artikolu 12

Qrati u awtoritajiet amministattivi: il-prova tal-bażi tal-pretensjonijiet

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li jeħtieġu fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 11 sabiex:

(a)

jitolbu lill-kummerċjant iġib prova ta' l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta' xi prattika kummerċjali jekk, wara li jittieħed kont ta' l-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta' kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, tali kondizzjoni tidher xierqa abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari; u

(b)

jikkunsidra l-pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk il-prova mitluba skond (a) mhijiex miġjuba jew titqies insuffiċjenti mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva.

Artikolu 13

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur ta' disposizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu nfurzati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 14

Emendi għad-Direttiva 84/450/KEE

Id-Direttiva 84/450/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tħares lill-kummerċjanti minn riklamar li jqarraq u l-konsegwenzi inġusti tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-riklamar komparattiv.”;

(2)

L-Artikolu 2:

Il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3)

‘kummerċjant’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li qed taġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isem jew għan-nom ta' xi kummerċjant;”;

Il-punt li ġej għandu jiżdied:

“4)

‘sid ta' kodiċi’ tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta' kummerċjanti, li hija responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta' kodiċi ta' kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh.”.

(3)

L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Ir-riklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun hu konċernat, jiġi permess fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

a)

ma jqarraqx skond l-Artikoli 2(2), 3 u 7(1) ta' din id-Direttiva jew l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'...… (9) dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (10);

b)

jagħmel paragun bejn merkanziji jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan;

ċ)

jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi materjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta' dawk il-merkaniziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz;

d)

ma jiskreditax jew ma jmaqdarx it-trade marks, l-ismijiet tal-kummerċ, jew marki oħra distintivi, il-merkanziji, is-servizzi, l-attivitajiet, jew iċ-ċirkustanzi ta' xi kompetitur;

e)

għal prodotti b'titlu ta' oriġini, għandu x'jaqsam f'kull każ ma prodotti bl-istess titlu;

f)

ma jieħux vantaġġ inġust mir-reputazzjoni ta' trade mark, isem ta' kummerċ jew marki oħra distintivi ta' xi kompetitur jew tat-titlu ta' oriġini ta' prodotti li jikkompetu;

g)

ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta' merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem tal-kummerċ protett;

h)

ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirriklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet ta' kummerċ jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi ta' dak li jirriklama u dawk ta' xi kompetitur.

4)

L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġġieldu kontra r-riklamar li jqarraq u sabiex jiżguraw konformità mad-disposizzjonijiet dwar riklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri. Tali mezzi għandhom jinkludu disposizzjonijiet legali li taħthom persuni u organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-riklamar li jqarraq jew li jirregolaw r-riklamar komparattiv jistgħu:

a)

jieħdu azzjoni legali kontra tali riklamar; jew

b)

iġibu każijiet ta' tali riklamar quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza sabiex jew tiddeċiedi dwar ilmenti jew tistitwixxi proċedimenti legali adegwati.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-mezzi għandhom ikunu disponibbli u jekk għandux jippermetti lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi jeħtieġu rikors preċedenti għal mezzi stabbiliti oħra ta' trattament ta' ilmenti, inklużi dawk msemmija fl-Artikolu 5.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:

a)

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta' kummerċjanti mill-istess settur ekonomiku; u

b)

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta' kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.”

5)

L-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva ma teskludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw disposizzjonijiet bil-ħsieb li jiżguraw ħarsien iktar wiesa', fir-rigward ta' riklamar li jqarraq, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.”.

Artikolu 15

Emendi għad-Direttivi 97/7/KE u 2002/65/KE

1)   L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/7/KE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Bejgħ bl-inerzja

Fid-dawl tal-projbizzjoni ta' prattiki ta' bejgħ bl-inerzja stabbilita fid-Direttiva 2005/.../KE (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ……dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (12), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu ta' kwalunkwe ħlas f'każijiet ta' kunsinna mhux solleċitata, fejn in-nuqqas ta' tweġiba ma jikkostitwix kunsens.

2)   L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/65/KE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Fid-dawl tal-projbizzjoni ta' prattiki ta' bejgħ bl-inerzja stabbilita fid-Direttiva 2005/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …… (11) dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (13), u bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-tiġdid taċitu ta' kuntratti b'distanza, meta tali regoli jippermettu tiġdid taċitu, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu ta' kwalunkwe ħlas f'każijiet ta' kunsinna mhux solleċitata, bin-nuqqas ta' tweġiba ma jikkostitwix kunsens.

Artikolu 16

Emendi fid-Direttiva 98/27/KE u fir-Regolament (KE) Nru. 2006/2004

1)   Fl-Anness tad-Direttiva 98/27/KE, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Id-Direttiva 2005/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … (11) dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L...)”.

2)   Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru. 2006/2004 ta' 27 ta' Ottubru 2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar il-koperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur”) (14) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“15.

Id-Direttiva 2005/.../KE (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar prattiċi kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L..., p.).”.

Artikolu 17

Tagħrif

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jgħarrfu lill-konsumatur dwar il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu, kummerċjanti u sidien ta' kodiċijiet sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċi ta' kondotta tagħom.

Artikolu 18

Revi¿joni

1.   Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard minn …. (16) tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komplet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari ta' l-Artikolu 4 u l-Anness I miegħu, dwar l-iskop għal iżjed armonizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-liġi Komunitarja li għandha x'taqsam mal-ħarsien tal-konsumatur, u, waqt li jittieħed kont ta' l-Artikolu 3(5), dwar kwalunkwe miżuri li meħtieġa fil-livell Komunitarju sabiex jiżguraw li l-livelli xierqa ta' ħarsien tal-konsumatur jiġu miżmuma. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposta biex tiġi riveduta din id-Direttiva jew partijiet relevanti oħra tal-liġi Komunitarja.

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex jaġixxu, skond it-Trattat, fi żmien sentejn mill-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' kwalunkwe proposta magħmula skond il-paragrafu 1.

Artikolu 19

Trasposizzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa... (16). Huma għandhom minnufih jinfurmaw lil-Kummissjoni bihom u jinfurmaw il-Kummissjoni dwar emendi sussegwenti mingħajr dewmien.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri sa... (17). Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jikkontienu riferiment għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'riferiment tali meta jkunu ppublikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandu jsir tali riferiment.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 108, 30.4.2004, p. 81.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004…….. (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' …… (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ……. (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 290, 23.10.1997, p. 18).

(4)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.).

(5)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/65/KE.

(6)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(7)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(8)  24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

(9)  Din id-Direttiva.

(10)  ĠU L …”

(11)  Din id-Direttiva.

(12)  ĠU L …”

(13)  ĠU L …”

(14)  ĠU L 364, 9.12.2004, p.1.

(15)  Din id-Direttiva.

(16)  24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(17)  30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS 1

PRATTIĊI KUMMERĊJALI LI F'KULL ĊIRKOSTANZA HUMA KKUNSIDRATI INĠUSTI

Prattiċi kummerċjali li jqarrqu:

1)

Fejn il-kummerċjant isostni li hu firmatarju ta' kodiċi ta' kondotta meta l-kummerċjant mhuwiex.

2)

Fejn il-kummerċjant juri marka ta' fiduċja, marka ta' kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

3)

Fejn il-kummerċjant isostni li kodiċi ta' kondotta għandu appoġġ minn korp pubbliku jew korp ieħor appoġġ li ma għandux.

4)

Fejn il-kummerċjant isostni li prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta ma kienx jew isostni hekk mingħajr konformità mat-termini ta' l-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni.

5)

Fejn il-kummerċjant jagħmel stedina biex jinxtraw prodotti bi prezz speċifikat mingħajr ma juri l-eżistenza ta' kwalunkwe bażi raġonevoli li l-kummerċant jista' jkollu għaliex jemmen li ma jkunx jista' joffri li jforni jew iqabbad kummerċjant ieħor biex iforni, dawk il-prodotti jew prodotti ekwivalenti għal dak il-prezz għal perijodu li huwa, u fil-kwantitajiet li huma raġonevoli meta jitqies il-prodott, il-livell ta' riklamar tal-prodott u l-prezz offrut (bait advertising).

6)

Fejn il-kummerċjant jagħmel stedina biex jinxtraw prodotti bi prezz speċifikat u mbagħad:

a)

jirrifjuta li juri l-oġġett riklamat lill-konsumaturi, jew

b)

jirrifjuta li jieħu ordnijiet għall-prodott jew li jikkunsinjah fi żmien raġonevoli, jew

ċ)

juri kampjun difettuż tiegħu,

bl-intenzjoni li jippromwovi prodott differenti (’bait and switch’).

7)

Fejn il-kummerċjant jiddikjara falzament li l-prodott ser ikun disponibbli biss għal żmien limitat ħafna sabiex iqanqal deċiżjoni immedjata u jċaħħad lill-konsumaturi mill-opportunità jew iż-żmien suffiċjenti sabiex jagħmlu għażla infurmata.

8)

Fejn il-kummerċjant jimpenja ruħu li jipprovdi servizz ta' wara l-bejgħ lill-konsumaturi li magħhom il-kummerċjant ikkomunika qabel it-transazzjoni b'lingwa li mhijiex il-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-kummerċjant jinsab u mbagħad joffri dan is-servizz disponibbli biss b'lingwa oħra mingħajr ma jindika dan b'mod ċar lill-konsumatur qabel il-konsumatur jimpenja ruħu fit-transazzjoni.

9)

Fejn il-kummerċjant jistqarr u b'mod ieħor joħloq l-impressjoni li xi prodott jista jinbiegħ legalment meta ma jistax.

10)

Fejn il-kummerċjant jippreżenta drittijiet mogħtija mil-liġi lill-konsumaturi bħala karatteristika distintiva ta' l-offerta tiegħu.

11)

Fejn il-kummerċjant juża l-kontenut editorjali fil-medja sabiex jippromwovi prodott fejn huwa jkun ħallas għall-promozzjoni tiegħu mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta' immaġini u ħsejjes identifikabbli b'mod ċar mill-konsumatur. (Advertorial). Dan hu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1).

12)

Fejn il-kummerċjant jesprimi pretensjoni li mhix eżatta b'mod materjali dwar in-natura u l-firxa tar-riskju għas-sigurtà personali tal-konsumatur jew tal-familja tiegħu jekk il-konsumatur ma jixtrix il-prodott.

13)

Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas għall-opportunità li jirċievi kumpens li hu derivat primarjament mill-introduzzjoni ta' konsumaturi oħrajn fis-skema minflok mill-bejgħ jew konsum ta' prodotti.

14)

Fejn il-kummerċjant isostni li dalwaqt sejjer jieqaf mill-kummerċ jew ibiddel il-post meta ma jkunx sejjer jagħmel dan.

15)

Fejn il-kummerċjant isostni li prodotti jistgħu jiffaċilitaw ir-rebħ f'logħob ta' l-azzard.

16)

Fejn il-kummerċjant isostni, bil-qerq, li prodott jista' jfejjaq mard, xi disfunzjoni jew malformazzjonijiet.

17)

Fejn il-kummerċjant jgħaddi tagħrif materjalment mhux eżatt dwar kondizzjonijiet tas-suq jew dwar il-possibbiltà li jinstab il-prodott bl-intenzjoni li jipperswadi lill-konsumatur jakkwista l-prodott b'kundizzjonijiet inqas favorevoli mill-kundizzjonijiet normali tas-suq.

18)

Fejn il-kummerċjant isostni fi prattika kummerċjali li joffri parteċipazzjoni f'xi kompetizzjoni jew promozzjoni ta' premju mingħajr ma jagħti l-premji deskritti jew ekwivalenti raġonevoli.

19)

Fejn il-kummerċjant jiddeskrivi bħala “gratis”, “b'xejn”, “mingħajr ħlas” jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa minbarra l-prezz inevitabbli talli wieġeb għall-prattika kummerċjali u talli ġabar jew ħallas għall-kunsinna ta' l-oġġett.

20)

Fejn il-kummerċjant jinkludi fil-materjal tal-marketing fattura jew dokument simili li jitlob il-ħlas li jagħti l-impressjoni lill-konsumatur li hu diġà ordna l-prodott riklamat meta ma kienx għamel dan.

Prattiċi kummerċjali aggressivi

21)

Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax iħalli l-post qabel ma jsir kuntratt.

22)

Fejn il-kummerċjant jagħmel żjarat personali fid-dar tal-konsumatur mingħajr ma jagħti każ tat-talba tal-konsumatur sabiex jitlaq jew sabiex ma jirritornax ħlief f'ċirkustanzi u sal-punt ġustifikat, skond il-liġi nazzjonali, biex jinforza obbligazzjoni kontrattwali.

23)

Fejn il-kummerċjant jagħmel solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz tat-telefon, fax, e-mail jew medju ieħor remot ħlief f'ċirkustanzi u sal-punt ġustifikat, skond il-liġi nazzjonali, biex jinforza obligazzjoni kontrattwali. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/7/KE u d-Direttiva 95/46/KE (2) u 2002/58/KE.

24)

Fejn il-kummerċjant jeħtieġ konsumatur li jixtieq iressaq pretensjoni fuq polza ta' assigurazzjoni jipproduċi dokumenti li ma jistgħux raġonevolment jiġu kkunsidrati rilevanti għall-kwistjoni jekk il-pretensjoni kienitx valida sabiex jiddisswadi lill-konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet kontrattwali tiegħu.

25)

Fejn il-kummerċjant jinkludi f'riklam appell dirett lit-tfal biex jipperswadu l-ġenituri tagħhom jew adulti oħrajn sabiex jixtru għalihom il-prodotti riklamati. Din id-disposizzjoni hi mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 89/552/KEE.

26)

Fejn il-kummerċjant jitlob ħlas immedjat jew differit għar-ritorn jew għas-salvagwardja ta' prodotti forniti minnu, iżda li ma kienux solleċitati mill-konsumatur ħlief fejn il-prodott huwa sostitut fornit konformement ma' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 97/7/KE (“bejgħ b'inerzja”).

27)

Fejn il-kummerċjant jgħarraf espliċitament lill-konsumatur li jekk ma jixtrix il-prodott jew servizz, ix- xogħol jew l-għajxien tal-kummerċjant ikunu fil-periklu.

28)

Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li l-konsumatur diġà rebaħ premju mingħajr ma kellu bżonn jixtri meta fil-fatt l-opportunità tar-rebħa tal-premju jew ta' l-għotja huma dipendenti fuq ix-xiri tal-prodott mill-konsumatur.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri fir-rigward tat-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS II

DISPOSIZZJONIJIET TAL-LIĠI KOMUNITARJA LI JISTABBILIXXU REGOLI GĦAR-RIKLAMAR U KOMUNIKAZZJONI KUMMERĊJALI

L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 97/7/KE

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġar, vaganzi u ġiti package  (1)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1994 dwar il-ħarsien tax-xerrejja fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' kuntratti dwar ix-xiri ta' dritt ta' użu ta' proprjetà immobbli fuq bażi ta' timeshare  (2)

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (3)

L-Artikoli 86 sa 100 tad-Direttiva 2001/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità dwar prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem (4).

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi informatiċi, b'mod partikolari tal-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“id-Direttiva dwar kummerċ elettroniku”) (5).

L-Artikolu 1d tad-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li temenda d-Direttiva 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (6).

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2002/65/KE.

L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi dwar intrapriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) maħsuba sabiex jirregolaw kumpanniji ta' maniġġjar u prospetti simplifikati (7).

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni ta' l-assigurazzjoni (8).

L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar assigurazzjoni tal-ħajja (9).

L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq ta' l-istrumenti finanzjarji, dwar servizzi ta' investiment u swieq regolati (10).

L-Artikolu 31 u 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta li mhijiex assigurazzjoni tal-ħajja (11) (it-Tielet Direttiva dwar l-Assigurazzjoni li mhijiex assigurazzjoni tal-ħajja).

L-Artikoli 5, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offerti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (12).


(1)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(2)  ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83.

(3)  ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27.

(4)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/27 KE (ĠU L 136. 30.4.2004, p. 34)

(5)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(6)  ĠU L 101, 1.4.1998, p. 17.

(7)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20.

(8)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(9)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p.35).

(10)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/87/KE (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(12)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fl-24 ta' Ġunju 2003, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kunsill proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat, dwar prattiċi inġusti tal-kummerċ għall-konsumatur fis-Suq Intern u li temenda d-Direttivi 84/450/KEE, 97/7/KE u 98/27/KE (id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Inġusti).

2.

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni (1) tiegħu fl-ewwel qari fl-20 ta' April 2004.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni (2) tiegħu fid-29 ta' Jannar 2004.

3.

Fi 15 ta' Novembru 2004, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

II.   GĦAN

L-għan tad-Direttiva hu li jarmonizza r-regolament ta' l-Istati Membri dwar prattiċi inġusti tal-kummerċ għall-konsumatur li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

It-test:

jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li jiddeterminaw jekk prattika kummerċjali hijiex inġusta;

fih projbizzjoni ġenerali ta' tali prattiċi inġusti, li telabora dwar żewġ tipi ċentrali ta' prattiċi inġusti (li jqarrqu jew li huma aggressivi).

III.   ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI

1.   Kummenti ġenerali

B'mod ġenerali, il-Kunsill segwa l-Opinjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u l-posizzjoni tal-Kummissjoni dwar tali opinjoni. Fil-posizzjoni komuni tiegħu integra 51 mit-58 Emenda aċċettati mill-Kummissjoni, jew fl-intier jew parti minnhom. Approva wkoll 4 Emendi (43, 64, 91 u 110) li inizjalment il-Kummissjoni indikat li ma setgħatx taċċetta.

Il-posizzjoni komuni tirrapreżenta bilanċ ta' tħassib u interessi bir-riżultati ewlenija ta':

żamma tal-projbizzjoni ġenerali ta' prattiki kummerċjali inġusti (Artikolu 5), bl-Anness 1 li fih il-lista ta' dawk il-prattiki kummerċjali li fiċ-ċirkostanzi kollha għandhom jitqiesu bħala inġusti;

ritensjoni tal-medja tal-benchmark propost tal-konsumatur iżda bl-inklużjoni ta' disposizzjonijiet espliċiti għall-protezzjoni tal-konsumatur vulnerabbli (b'mod partikolari fl-Artikolu 5, paragrafu 3);

it-tħassir tal-klawsola dwar il-pajjiż ta' oriġini oriġinarjament proposta mill-Kummissjoni;

iż-żamma tal-klawsola ta' ċirkolazzjoni libera ta' servizzi jew merkanzija fejn iċ-ċirkolazzjoni libera ma tistax tiġi ristretta għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva (Artikolu 4);

permess temporanju lill-Istati Membri biex japplikaw disposizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva u li jimplimentaw direttivi li għandhom klawsoli ta' armonizzazzjoni minima (Artikolu 3, paragrafi 5a u 6);

iċċarar tal-firxa tad-Direttiva b'mod partikolari fir-rigward ta' ċerti professjonijiet, prodotti jew attivitajiet (Artikolu 3, paragrafi 8, 9 u 10); u

inserzjoni ta' klawsola ta' reviżjoni (Artikolu 18).

Il-Kummissjoni aċċettat il-posizzjoni komuni miftehma mill-Kunsill.

2.   Emendi tal-Parlament Ewropew

Fil-vot plenarju tiegħu fl-20 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew adotta 94 Emenda għall-proposta.

Il-Kunsill:

(a)

introduċa fil-posizzjoni komuni 7 Emendi mingħajr modifika kif ġej:

Premessi:

Emenda 1 (għall-Premessa 6 - għan/firxa);

Emenda 5 (għall-Premessa 10 - għan/firxa);

Emenda 10 (għall-Premessa 14 - kodiċi ta' kondotta):

Artikoli:

Emenda 19 (għall-Artikolu 2, punt (h)- definizzjoni ta' “kodiċi ta' livell Komunitarju”);

Emenda 23 (għall-Artikolu 2, punt (l)- definizzjoni ta' “influwenza mhux xierqa”);

Annessi:

Emenda 71 (għall-Anness 1, “Prattiċi kummerċjali li jqarrqu”, punt (5)).

Emenda 91 (għall-Anness 1, “Prattiċi kummerċjali aggressivi”, punt (7)).

(b)

introduċa fil-posizzjoni komuni 48 Emenda parzjali u/jew b'modifiki ta' abbozzar jew modifiki oħra kif ġej:

Premessi:

Emenda 112 (għall-Konsideranda 1 li żżid l-Artikolu 153 tat-Trattat mal-bażi legali): Premessa 1 ġdida li tirreferi għall-Artikolu 153 ġiet imdaħħla;

Emenda 105 (għall-Premessa 5 - għan/firxa): Emenda inkorporata permezz tal-kliem il-ġdid tal-Premessa 6 li tiċċara r-relazzjoni mar-regoli nazzjonali dwar oqsma barra mill-firxa tad-Direttiva;

Emenda 6 (għall-Premessa 11 - “prodotti li jidhru l-istess” u “iffalsifikar”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 14;

Emenda 7 (għall-Premessa 11a (ġdida) - status ta' l-Anness I dwar “Prattiċi kummerċjali li jqarrqu”): l-effett mixtieq mill-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 17;

Emenda 8 (għall-Premessa 13 - konsumaturi vulnerabbli): it-tħassib ta' l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 19 li tiċċara l-kunċett ta' konsumatur vulnerabbli;

Emenda 106 (għall-Premessa 13a (ġdida) - konsumaturi vulnerabbli): it-tħassib ta' l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 19 (ara wkoll hawn fuq għall-Emenda 8);

Emenda 9 (għall-Premessa 14 - kodiċi ta' kondotta): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 20 b'xi abbozzar mill-ġdid, b'kont meħud tal-leġislazzjoni eżistenti;

Artikoli:

Emenda 107 (għall-Artikolu 2, punt (b)- definizzjoni ta' “konsumatur medju”): it-tħassib ta' l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 18;

Emenda 13 (għall-Artikolu 2, punt (ba) (ġdid)- definizzjoni ta' “grupp partikolari ta' klijenti”): it-tħassib dwar l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 5, paragrafu 3 (ara wkoll hawn fuq dwar l-Emenda 8);

Emenda 14 (għall-Artikolu 2, punt (ċ)- definizzjoni ta' “bejjiegħ jew fornitur”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-punt (b), b'kont meħud li d-Direttiva preżenti ma tirregolax ir-responsabbiltà;

Emenda 17 (għall-Artikolu 2, punt (g)- definizzjoni ta' “kodiċi ta' kondotta”): it-tħassib ta' l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid tal-punt (f);

Emenda 104 (għall-Artikolu 2, punt (g) - definizzjoni ta' “kodiċi ta' kondotta”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 20;

Emendi 21 u 108 (għall-Artikolu 2, punt (j) - definizzjoni ta' “diliġenza professjonali”): il-kunċetti li jinsabu f'dawk l-Emendi ġew inkorporati fil-kliem il-ġdid tal-punt (h);

Emenda 24 (għall-Artikolu 2, punt (la) (ġdid) - definizzjoni ta' “impenn sod”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt (b);

Emenda 25 (għall-Artikolu 3, paragrafu 1 - firxa): l-ewwel parti ta' l-Emenda ddaħħlet f'dan il-paragrafu, filwaqt li t-tieni parti diġà hi maqbuda fl-Artikolu 2, punt (k);

Emenda 27 (għall-Artikolu 3, paragrafu 6a (ġdid - firxa): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fl-Artikolu 3, paragrafi 8, 9 u 10;

Emenda 28 (għall-Artikolu 4, paragrafu 2a (ġdid) - firxa): it-tħassib dwar l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 9;

Emenda 109 (għall-Artikolu 4, paragrafi 2b u 2ċ (ġodda) - deroga temporanja): l-effett mixtieq mill-Emenda ddaħħal fl-Artikolu 3, paragrafi 5 u 6, b'xi abbozzar mill-ġdid;

Emenda 29 (għall-Artikolu 5, paragrafu 2, inċiż 1 - bona fide): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 2, punt (h) (ara wkoll l-Emenda 108);

Emenda 110 (għall-Artikolu 5, paragrafu 2, inċiż 2 - konsumatur vulnerabbli): it-tħassib dwar l-Emenda ttieħed f'kunsiderazzjoni fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 5, paragrafu 3 (ara wkoll hawn fuq dwar l-Emenda 8);

Emenda 33 (għall-Artikolu 5, paragrafu 4, - status ta' l-Anness I): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-paragrafu kif ukoll fil-Premessa 17;

Emenda 34 (għall-Artikolu 6, paragrafu 1, parti introduttiva - kunċett ta' “prattika kummerċjali li tqarraq”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fl-Artikolu 2, punt (k);

Emenda 37 (għall-Artikolu 6, paragrafu 1, punt (f) - kunċett ta' “prattika kummerċjali li tqarraq”): it-tħassib li wassal għall-Emenda ġie indirizzat bit-tħassir ta' dan il-punt;

Emenda 39 (għall-Artikolu 6, paragrafu 2, sentenza introduttiva - kunċett ta' “prattika kummerċjali li tqarraq”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fl-Artikolu 2, punt (k);

Emenda 40 (għall-Artikolu 6, paragrafu 2, punt (b), inċiż 3 (ġdid) - kunċett ta' “prattika kummerċjali li tqarraq”): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt (b), inċiż 2;

Emendi 43, 44 u 45 (għall-Artikolu 7, paragrafu 1 - kunċett ta' “ommissjonijiet li jqarrqu”): it-tħassib dwar l-Emendi ddaħħal fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 7, paragrafi 1 u 3;

Emenda 47 (għall-Artikolu 7, paragrafu 2 - kunċett ta' “ommissjonijiet li jqarrqu”): it-tieni parti ta' l-Emenda ddaħħlet fil-kliem il-ġdid tal-paragrafu filwaqt li l-ewwel parti hi koperta mill-Artikolu 7, paragrafi 1u 3;

Emendi 111 u 59 (għall-Artikolu 9, punt (ċ)- sfruttament ta' sfortuni jew ċirkostanzi speċifiċi): l-effett mixtieq mill-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-punt;

Emenda 103 (għall-Artikolu 10 - infurzar tal-kodiċi ta' kondotta): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu;

Emenda 61 (għall-Artikolu 10, paragrafu -1 (ġdid) kontenut u abbozzar tal-kodiċi ta' kondotta): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-Premessa 20 (ara wkoll l-Emenda 9);

Emendi 64 u 65 (għall-Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 4 - non-responsabbiltà ta' sid ta' kodiċi): it-tħassib li hu l-bażi ta' l-Emendi ġie indirizzat mill-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 4, inċiż 2;

Emenda 67 (għall-Artikolu 14, paragrafu 5 - non-responsabbiltà ta' sid ta' kodiċi): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid ta' l-Artikolu 14, paragrafu 4, subparagrafu 2, punt (b) (ara l-Emendi 64 u 65);

Emenda 68 (għall-Artikolu 17 - trasposizzjoni tad-direttiva futura): l-effett mixtieq mill-Emenda ddaħħal fil-kliem il-ġdid tal-punt;

Emenda 69 (għall-Artikolu 17a (ġdid) - reviżjoni): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fl-Artikolu 18, b'modifiki fil-kliem;

Annessi:

Emenda 99 (għall-Anness 1, “Prattiċi kummerċjali li jqarrqu”, punt (3)): l-effett mixtieq mill-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt (5);

Emenda 73 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali li jqarrqu”, punt (9)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt (12);

Emenda 76 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali li jqarrqu”, punt (12)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt ġdid (14);

Emenda 84 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali li jqarrqu”, punt (12h)(ġdid)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt ġdid (18), b'xi modifiki biex tiġi ċċarata l-applikazzjoni tiegħu;

Emenda 85 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali aggressivi”, punt (2)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt ġdid (22) b'xi modifiki biex tiġi ċċarata l-applikazzjoni tiegħu;

Emenda 87 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali aggressivi”, punt (3), subparagrafu 1a (ġdid)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt ġdid (23), bil-ħsieb li tiġi ċċarata l-applikazzjoni tiegħu;

Emenda 88 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali aggressivi”, punt (4)): l-għan ta' l-Emenda ġie indirizzat bit-tħassir ta' dan il-punt;

Emenda 90 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali aggressivi”, punt (6)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt ġdid (25), b'xi modifiki biex tiġi ċċarata l-applikazzjoni tiegħu;

Emenda 92 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali aggressivi”, punt (7)): l-għan ta' l-Emenda ddaħħal fil-kliem tal-punt ġdid (26), b'xi modifiki biex tiġi ċċarata l-applikazzjoni tiegħu;

(ċ)

ma inkludiex 39 Emenda (2, 3, 4, 15, 18, 20, 22, 26, 32, 36, 46, 48, 49, 50, 51, 52, 53, 54, 55, 57, 60, 62, 63, 66, 70, 97, 72, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 83, 86, 89 u 94) fil-posizzjoni komuni.

Rigward l-Emendi 3, 15, 18, 20, 22, 26, 32, 36, 46, 48, 49, 50, 51, 52, 53, 54, 55, 57, 63, 66, 70, 97, 74, 75, 77, 78, 79, 81, 82, 83, 86 u 94, il-Kunsill segwa l-posizzjoni espressa mill-Kummissjoni.

Rigward l-Emendi 2, 4, 60, 62, 72, 80 and 89, aċċettati fl-intier jew parti minnhom mill-Kummissjoni iżda mhux inklużi fil-posizzjoni komuni:

Premessi:

Emenda 2 (għall-Premessa 8 - għan/firxa tad-direttiva futura): l-abbozzar ta' l-Emenda jnaqqas iċ-ċertezza dwar l-effett ta' armonizzazzjoni tad-Direttiva filwaqt li l-kliem il-ġdid tal-Premessa 11 jiċċara li l-iskop tat-test huwa limitat;

Emenda 4 (għall-Premessa 10 - għan/firxa); l-abbozzar ta' l-Emenda jnaqqas iċ-ċertezza li, fi ħdan il-qasam approssimat mid-Direttiva, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jżommu kwalunkwe projbizzjonijiet ġenerali li ma jikkonformawx ma' dik fid-Direttiva;

Artikoli:

Emenda 60 (għall-Artikolu 9, punt (e) - bona fide): il-kwistjoni ta' l-obbligu tal-prova għandu jitħalla barra mill-firxa tat-test hekk kif indikat fil-Premessa 21 u l-Emenda ma setgħatx tiġi aċċettata;

Emenda 62 (għall-Artikolu 10, paragrafu 1a (ġdid) - proċeduri mhux obbligatorji): id-Direttiva ma tirregolax in-natura tal-proċeduri li jistgħu jiġu wżati taħt l-Artikolu 10 għalhekk il-possibilitajiet imsemmija fl-Emenda huma diġà disponibbli;

Annessi:

Emenda 72 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali li jqarrqu”, punt (8)): l-Emenda ma setgħatx tiġu aċċettata minħabba li ma tiddefinixxix prattika li hi inġusta fiċ-ċirkostanzi kollha, li huwa l-kriterju għall-inklużjoni fl-Anness;

Emenda 80 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali li jqarrqu”, punt (12d) (ġdid)): il-prattika identifikata fl-Emenda hija diffiċli li tiddistingwiha fil-prattika minn prattika leġittima;

Emenda 89 (għall-Anness 1, “Prattiki kummerċjali aggressivi”, punt (5)): l-effett mixtieq mill-Emenda mhux ċar iżda l-abbozzar jista' b'mod partikolari jolqot non-konsumaturi (li huma barra mill-firxa tad-Direttiva).

3.   Innovazzjonijiet oħrajn introdotti mill-Kunsill

L-innovazzjonijiet l-oħrajn introdotti fil-posizzjoni komuni huma:

l-aġġustament ta' bosta definizzjonijiet (id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 ta' “stedina għax-xiri” u “influwenza mhux xierqa” huma modifikati, definizzjoni ġdida ta' “deċiżjoni transazzjonali” hi mdaħħla u d-definizzjonijiet ta' “konsumatur medju” u ta' “kodiċi ta' livell Komunitarju” huma mħassra;

aġġustamenti għall-kriterji għal azzjonijiet li jqarrqu (Artikolu 6);

l-iċċarar ta' l-istatus u l-kontenut ta' l-Annessi (bosta punti ta' l-Annessi huma modifikati, Premessi ġodda 15 u 17 dwar l-istatus ta' l-Annessi huma imdaħħla, l-Artikolu 5, paragrafu 5, li jittratta ma' l-Anness 1 hu modifikat għaldaqstant).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jikkunsidra li l-posizzjoni komuni tiegħu, li tinkorpora l-Emendi msemmija fis-Sezzjonijiet III.2.(a) u (b), tieħu kont sew ta' l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.

Tirrapreżenta soluzzjoni bilanċjata li tiżgura kemm il-protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern minħabba li dan il-qafas komuni ġdid jissimplifika l-ambjent leġislattiv li fih joperaw kummerċjanti u konsumaturi filwaqt li jiggarantixxi fl-istess ħin livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.


(1)  ĠU C 104 E tat-30.04.2004.

(2)  ĠU C 108 tat-30.04.2004, p. 81.


15.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 38/21


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 7/2005

adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2004

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'...., li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

(2005/C 38 E/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru ċerti emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (3) u (KEE) Nru 574/72 (4), sabiex jittieħed kont ta' żviluppi reċenti fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u jiġu riflessi l-bidliet fil-liġi dwar is-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri.

(2)

Sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi reċenti fil-każistika, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet ta' sentenzi, partikolarment fil-każijiet ta' Johann Franz Duchon v Pensionsversicherungsantalt der Angestellten  (5) u Office national de l'emploi v Calogero Spataro. (6)

(3)

Is-sentenzi fil-każijiet Friedrich Jauch v Pensionsversicherungsanstalt der Arbeiter u Ghislain Leclere, Alina Deaconescu u Caisse nationale des prestations familiales,  (7) dwar il-klassifikazzjoni ta' benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà legali, li ż-żewġ kriterji kumulattivi li jridu jitqiesu jiġu speċifikati sabiex tali benefiċċji jistgħu jidhru fl-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Abbażi ta' dan, hemm każ għal reviżjoni ta' l-Anness, filwaqt li jittieħed kont ta' l-emendi leġislattivi fl-Istati Membri li jaffettwaw dan it-tip ta' benefiċċji, li minħabba n-natura mħallta tagħhom huma suġġetti għal koordinazzjoni speċifika. Barra minn dan, hu importanti li jkunu speċifikati d-disposizzjonijiet tranżitorji relatati mal-benefiċċju li kien is-suġġett tas-sentenza fil-każ Jauch sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-benefiċjarji.

(4)

Abbażi tal-każistika dwar ir-relazzjonijiet bejn ir-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 u d-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali, hu meħtieġ li ssir reviżjoni ta' l-Anness III ta' dak ir-Regolament. Il-partiti fil-parti A ta' l-Anness III huma ġġustifikati biss f'żewġ każijiet: meta huma aktar favorevoli għall-ħaddiema migranti (8) jew fir-rigward ta' sitwazzjonijiet speċifiċi u eċċezzjonali, normalment konnessi ma' ċirkostanzi storiċi. Barra minn dan, mhux xieraq li jiġu aċċettati partiti fil-Parti B ħlief meta sitwazzjonijiet eċċezzjonali u oġġettivi jkunu jiġġustifikaw deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament u mill-Artikoli 12, 39 u 42 tat-Trattat (9).

(5)

Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, għandu jkun hemm ċerti disposizzjonijiet min-naħa waħda dwar il-funzjonarji u persuni trattati bħala tali u, min-naħa l-oħra dwar membri tal-persunal li jivvjaġġa, inkluż bl-ajru, ta' impriża li topera servizzi ta' trasport internazzjonali għal passiġġieri jew merkanzija bil-ferrovija, fuq l-art, bl-ajru jew f'passaġġi fuq l-ilma interni, u sabiex jiġu speċifikati l-metodi li jiddeterminaw l-ammont medju li jrid jitqies fil-kuntest ta' l-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament.

(6)

Ir-reviżjoni ta' l-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandha twassal għat-tneħħija ta' xi partiti eżistenti u, meħud kont ta' emendi leġislattivi f' xi Stati Membri, għall-inklużjoni ta' ċerti partiti ġodda. Fil-każ ta' l-aħħar, tkun imbagħad ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri biex jikkunsidraw il-bżonn għal arranġamenti transitorji jew soluzzjonijiet bilaterali sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' persuni li d-drittijiet miksuba tagħhom jistgħu bħala konsegwenza jiġu milquta,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-regolament (KEE) 1408/71 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

F' paragrafu 1, il-kliem “residenti fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri” għandhom jiġu mħassra;

(b)

F' paragrafu 3, il-kliem “u d-disposizzjonijiet ta' konvenzjonijiet konklużi skond l-Artikolu 8(1)” għandhom jiġu mħassra.

2.

L-Artikolu 4(2a) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“2a.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji provduti f'liġi li, minħabba l-ambitu personali tagħha, l-għanijiet tagħha u/jew il-kundizzjonijiet għal dritt taħtha, għandha l-karatteristiċi kemm tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1 kif ukoll ta' assistenza soċjali.

‘Benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji’ tfisser dawk li:

(a)

huma ntiżi sabiex jipprovdu jew:

(i)

assigurazzjoni supplimentari, sostituttiva jew anċillari kontra r-riskji koperti mill-oqsma tas-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1, u li jiggarantixxu lill-persuni kkonċernati dħul minimu għas-sussistenza waqt li jittieħed kont tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat Membru ikkonċernat; jew

(ii)

protezzjoni speċifika biss għal persuni b'diżabbiltà, li jkollha x'taqsam mill-qrib ma' l-ambjent soċjali tal-persuna msemmija fl-Istat Membru kkonċernat, u

(b)

fejn il-finanzjament ikun derivat esklużivament minn tassazzjoni obbligatorja maħsuba sabiex tkopri l-infiq ġenerali pubbliku u l-kondizzjonijiet sabiex jipprovdu u jikkalkolaw il-benefiċċji mhumiex dipendenti minn kwalunkwe kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madankollu, il-benefiċċji provduti sabiex jiġi supplimentat benefiċċju kontributorju m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji kontributorji għal din ir-raġuni waħedha; u

(ċ)

huma elenkati fl-Anness IIa.”.

3.

L-Artikolu 7(2)(ċ) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“(ċ)

ċerti disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali konklużi mill-Istati Membri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kemm-il darba jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarji jew jekk jinħolqu minn ċirkostanzi storiċi speċifiċi u l-effett tagħhom hu limitat fiż-żmien jekk dawn id-disposizzjonijiet huma elenkati fl-Anness III.”.

4.

L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“Artikolu 9a

Estensjoni tal-perijodu ta' referenza

Jekk il-liġi ta' Stat Membru tirrikonoxxi d-dritt għal benefiċċju bil-kundizzjoni li jintlaħaq perijodu minimu ta' assikurazzjoni matul żmien determinat qabel ma sseħħ il-kontinġenza li kontriha tkun l-assikurazzjoni (perijodu ta' riferenza) u tistabbilixxi li l-perijodi li matulhom tħallsu l-benefiċċji skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għandu jestendi dan il-perijodu ta' riferenza, il-perijodi li matulhom tħallsu pensjonijiet ta' l-anzjanità jew invalidità jew tħallsu benefiċċji ta' mard, qgħad, inċidenti industrijali jew mard assoċjat max-xogħol skond il-liġi ta' Stat Membru ieħor u perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ukoll jestendu dan il-perijodu ta' riferenza.”.

5.

L-Artikolu 10a(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“1.   Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u tat-Titolu III m'għandhomx japplikaw għall-benefiċċji ta' flus speċjali mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a). Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji esklużivament fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedu u skond il-liġi ta' dak l-Istat, sakemm dawn il-benefiċċji jkunu msemmija fl-Anness IIa. Il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza u bi spejjeż tagħha.”.

6.

Fl-Artikolu 23, għandu jiddaħħal il-paragrafu segwenti:

“2a.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll meta l-liġi applikata mill-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għal perijodu ta' riferenza speċifiku u dan il-perijodu jikkoinċidi, fejn xieraq, mal-perjodi sħaħ jew parzjali kompletati mill-persuna kkonċernata skond il-liġi ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħra.”.

7.

L-Artikolu 35 (2) għandu jiġi mħassar.

8.

L-Artikolu 69 (4) għandu jiġi mħassar.

9.

Għandom jiġu mdaħħla l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 95f

Disposizzjonijiet transitorji dwar l-Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’

1.   Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’, kif emendati bir-Regolament (KE) Nru. …/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurta' socjali għal persuni impjegati, għal-persuni li jaħdmu għal-rashom u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (10), m'għandhom jistabbilixxu ebda dritt għall-perijodu qabel l-1 ta' Jannar 2005.

2.   Kwalunkwe perijodu ta' assikurazzjoni u, fejn xieraq, kwalunkwe perijodu ta' impjieg, impjieg awtonomu jew residenza taħt il-liġi ta' Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, skond dan ir-Regolament dritt għandu jinkiseb anki meta jkun jirrelata għal kontinġenza li tkun seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2005.

4.   Kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx ingħata jew li jkun ġie sospiż minħabba n-nazzjonalità jew r-residenza tal-persuna ikkonċernata għandu, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, jingħata jew jitkompla mill-1 ta' Jannar 2005, kemm-il darba d-drittijiet li għalihom kienu qabel ingħataw il-benefiċċji ma jkunux wasslu għal pagament ta' somma globali.

5.   Id-drittijiet ta' persuna li lilha tkun ingħatat pensjoni jew annwalita' qabel l-1 ta' Jannar 2005 tista', wara applikazzjoni mill-persuni ikkonċernati, tiġi riveduta, filwaqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu japplika wkoll għal benefiċċji oħrajn skond l-Artikolu 78.

6.   Jekk applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew 5 tkun preżentata fi żmien sentejn mill-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett minn dik id-data, u d-disposizzjonijiet tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru dwar it-tneħħija jew limitazzjoni tad-drittijiet ma jistgħux jiġu nvokati kontra l-persuni kkonċernati.

7.   Jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tiġi preżentata wara li jkun skada l-perijodu ta' sentejn wara l-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet li ma jkunux intilfu jew ġew preskritti għandhom ikollhom effett mid-data li fiha l-applikazzjoni ġiet preżentata, ħlief fejn japplikaw disposizzjonijiet tal-liġi aktar favorevoli ta' kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 95g

Disposizzjonijiet transitorji dwar it-tħassir tal-partita fl-Anness IIa dwar l-Allowance Awstrijakka għall-kura (Pflegegeld).

Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal sussidji għall-kura taħt il-liġi federali Awstrijaka (Bundespflegegeldgesetz) preżentati mhux aktar tard mit-8 ta' Marzu 2001 abbażi ta' l-Artikolu 10a(3) ta' dan ir-Regolament, għandha tibqa' tapplika din id-disposizzjoni sakemm il-benefiċjarju tas-sussidju għall-kura jibqa' jirrisjedi fl-Awstrija wara t-8 ta' Marzu 2001.

10.

Annessi II, IIa, III, IV u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) 574/72 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 4 (11) għandu jiġi mħassar.

2.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu segwenti:

“Artikolu 10ċ

Formalitajiet stabbiliti fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament għall-funzjonarji u persuni trattati bħala tali.

Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d), l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun tapplika għandha toħroġ ċertifikat li jgħid li l-funzjonarju jew il-persuna trattata bħala tali hi suġġetta għall-leġislazzjoni tiegħu.”.

3.

L-Artikolu 12a għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

(b)

Is-sentenza introduttiva għandha tiġi mibdula bis-segwenti:

“Għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(2) u (3), l-Artikolu 14a(2) sa (4) u l-Artikolu 14ċ tar-Regolament, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:”.

(ċ)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu segwenti:

“1a.   Meta, skond l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament, persuna li tkun fost il-persunal li jivvjaġġa, inkluż bl-ajru, ta' impriża tat-trasport internazzjonali tkun suġġetta għal-liġi ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju ta' l-impriża jew il-fergħa jew l-istabbiliment permanenti li jimpjegaha, jew fejn hija tirrisjedi u hi prevalentement impjegata, l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha toħroġ lill-persuna kkonċernata ċertifikat li jgħid li hi suġġetta għal-liġi tiegħu.”.

4.

L-Artikolu 32a għandu jiġi mħassar.

5.

L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih ikun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(9), sa fejn għandu x' jaqsam l-Artikolu 95f tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, l-Anness I punti (1)(a) u (1)(b) u l-Anness II punti (2) u (4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 80, 30.3.2004, p. 118.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (ĠU C 102. E, 4.28.4.2004, p. 804.), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-… (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (ĠU L 28, 30.1.1997, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 6.4.2004) u mħassar b' effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, 30.4.2004) Regolament li għandu jiġi mħassar mid-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 30.4.2004, p.1).

(4)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1).

(5)  Sentenza tat-18 ta' April 2002 fil-każ C-290/00 [ECR] 2002 I-3567.

(6)  Sentenza tat-13 ta' Ġunju 1996 fil-każ C-170/95 [ECR] 1996 I-2921.

(7)  Sentenzi tat-8 ta' Marzu 2001 fil-każ C-215/99 [ECR] 2001 I-1901 u 31 ta' Mejju 2001 fil-każ C-43/99 [ECR] 2001 I-4265.

(8)  Il-prinċipju tat-trattament l-aktar favorevoli ġie mfakkar mill-ECJ fis-sentenzi tagħha tas-7 ta' Frar 1991 każ C-227/89 [ECR] 1991 I-323; tad-9 ta' Novembru 1995, każ C-475/93 [ECR] 1995 I-3813; tad-9 ta' Novembru 2000, każ C-75/99 [ECR] 2000 I-9399; u tal-5 ta' Frar 2002, każ C-277/99 [ECR] I-1261.

(9)  Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-214/94 [ECR] 1996 I-2253;

Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-308/93 [ECR] 1996 I-2097;

Sentenza tat-15 ta' Jannar 2002 fil-każ C-55/00 [ECR] 2002 I-413.

(10)  ĠU L …”


ANNESS I

L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru1408/71 qegħdin hawn jiġu emendati:

1.

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fis-sezzjoni I, taħt l-intestatura “D. ĠERMANJA”, it-test għandu jiġi mibdul bil-kelmiet “ma japplikax”.

(b)

Fis-sezzjoni I, taħt l-intestatura “R. AWSTRIJA”, it-test għandu jiġi mibdul bil-kelmiet: “ma japplikax”.

(ċ)

Is-sezzjoni II għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

taħt l-intestatura “G. SPANJA”, il-kelma “Xejn” għandha tiġi mibdula b' li ġej:

Allowances għat-twelid (benefiċċji ta' flus ta' darba biss għat-twelid tat-tielet wild u wild sussegwenti u benefiċċji ta' flus ta' darba biss fil-każ ta' twelid multiplu)”;

(ii)

taħt l-intestatura “H-FRANZA”, it-test għandu jiġi mibdul b' li ġej:

“Għotja għal twelid jew għal adozzjoni (benefiċċju għall-infanzja)”;

(iii)

taħt l-intestatura “W. FINLANDJA”, it-test għandu jiġi mibdul b' li ġej:

“Pakkett tal-maternità, sussidju għall-maternità fl-għamla ta' somma globali u assistenza fl-għamla ta' somma globali intiża sabiex tagħmel tajjeb għan-nefqa ta' adozzjoni internazzjonali skond l-Att dwar s-Sussidji għall-Maternità”.

(d)

Fis-sezzjoni III, taħt l-intestatura “D. ĠERMANJA”, il-punt b) għandu jiġi mħassar.

2.

L-Anness IIa għandu jiġi mibdul bit-test li ġej, li jinkludi, il-partiti kif stabbiliti fl-Att ta' Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta' l-2003:

A.   BELĠJU

(a)

Allowance bħala sostitut għall-income (Liġi tas-27 ta' Frar 1987)

(b)

Income garantit għall-anzjani (Liġi tat-22 ta' Marzu 2001).

B.   REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance soċjali (Att dwar is-Sostenn Soċjali mill-Istat Nru. 117/1995 Sb.).

Ċ.   DANIMARKA

Spejjeż ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (Liġi dwar l-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru. 204 tad-29 ta' Marzu 1995).

D.   ĠERMANJA

Income bażiku minimu għall-anzjani u għal persuni li b'kapaċità ta' gwadann imnaqqsa taħt fil-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali.

E.   ESTONJA

(a)

Allowance għall-adulti diżabbli (Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għal Persuni b'Diżabbiltà tas-27 ta' Jannar 1999).

(b)

Allowance statali għal qgħad (Att dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-Persuni Qiegħda ta' l-1 ta' Ottubru 2000).

F.   GREĊJA

Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi 1296/82).

G.   SPANJA

(a)

Garanzija ta' income minimu (Liġi Nru. 13/82 tas-7 ta' April 1982);

(b)

Benefiċċji fi flus bħala għajnuna għall-anzjani u għall-invalidi li ma jistgħux jaħdmu (Digriet Irjali Nru. 2620/81 ta' l-24 ta' Lulju 1981);

(ċ)

Pensjonijiet mhux kontributorji ta' invalidità u ta' rtirar kif previsti fl-Artikolu 38(1) tat-Test Konsolidat tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat bid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru. 1/1994 ta' l-20 ta' Ġunju 1994;

(d)

Allowances li jippromovu l-mobbiltà u jikkumpensaw għal spejjeż ta' trasport (Liġi Nru. 13/1982 tas-7 ta' April 1982).

H.   FRANZA

(a)

Allowances supplimentari tal-Fond Speċjali ta' l-Invalidità u l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Anzjani (Liġi tat-30 ta' Ġunju 1956, kodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(b)

Allowances għall-adulti diżabbli (Liġi tat-30 ta' Ġunju 1975, kodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(ċ)

Allowances speċjali (Liġi ta' l-10 ta' Lulju 1952, kodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali).

I.   IRLANDA

(a)

Għajnuna għal qgħad (Att li Jikkonsolida l-Għajnuna Soċjali 1993, Parti III, Kapitolu 2);

(b)

Pensjoni (mhux kontributorja) ta' l-anzjanità (Att li Jikkonsolida l-Għajnuna Soċjali 1993, Parti III, Kapitolu 4);

(ċ)

Pensjoni (mhux kontributorja) ta' l-armla u pensjoni (mhux kontributorja) ta' l-armel (Att li Jikkonsolida l-Għajnuna Soċjali 1993, Parti III, Kapitolu 6 kif emendat mill-Parti V ta' l-Att dwar l-Għajnuna Soċjali 1997);

(d)

Allowance għad-diżabbiltà (Att dwar l-Għajnuna Soċjali 1996, Parti IV).

(e)

Allowance tal-mobbiltà (Att dwar is-Saħħa 1970, Sezzjoni 61)

(f)

Pensjoni għall-għomja (Att li Jikkonsolida l-Għajnuna Soċjali 1993, Parti III, Kapitolu 5).

J.   ITALJA

(a)

Pensjonijiet għal persuni mingħajr mezzi (Liġi Nru. 153 tat-30 ta' April 1969);

(b)

Pensjonijiet u Allowances għal ċivili diżabbli jew invalidi (Liġijiet Nru. 118 tat-30 ta' Marzu 1974, Nru. 18 tal-11 ta' Frar 1980 u Nru. 508 tat-23 ta' Novembru 1988);

(ċ)

Pensjonijiet u Allowances għal min huwa trux u mutu (Liġijiet Nru. 381 tas-26 ta' Mejju 1970 u Nru. 508 tat-23 ta' Novembru 1988);

(d)

Pensjonijiet u Allowances għal ċivili għomja (Liġijiet Nru. 382 tas-27 ta' Mejju 1970 u Nru. 508 tat-23 ta' Novembru 1988);

(e)

Benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet minimi (Liġijiet Nru. 218 ta' l-4 ta' April 1952, Nru. 638 tal-11 ta' Novembru 1983 u Nru. 407 tad-29 ta' Diċembru 1990);

(f)

Benefiċċji li jissupplimentaw l-Allowances għal diżabbiltà (Liġi Nru. 222 tat-12 ta' Ġunju 1984);

(g)

Allowance soċjali (Liġi Nru. 335 tat-8 ta' Awwissu 1995);

(h)

Żieda soċjali (Artikolu 1 (1) u (12) tal-Liġi Nru. 544 tad-29 ta' Diċembru 1988 u emendi suċċessivi).

K.   ĊIPRU

(a)

Pensjoni Soċjali (Liġi dwar il-Pensjoni Soċjali ta' l-1995 (Liġi 25(I)/95), kif emendata);

(b)

Allowance għal diżabbiltà motorja severa (Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nri. 38.210 tas-16 ta' Ottubru 1992, 41.370 ta' l-1 ta' Awwissu 1994, 46.183 tal-11 ta' Ġunju 1997 u 53.675 tas-16 ta' Mejju 2001);

(ċ)

Għotja speċjali għal persuni għomja (Liġi dwar Għotjiet Speċjali ta' l-1996 (Liġi 77(I)/96), kif emendata).

L.   LATVJA

(a)

Benefiċċju Statali tas-Sigurtà Soċjali (Liġi dwar l-Għajnuna Soċjali tas-26 ta' Ottubru 1995);

(b)

Allowance bħala kumpens għal spejjeż ta' trasport ta' persuni diżabbli b'mobbiltà ristretta (Liġi dwar l-Għajnuna Soċjali tas-26 ta' Ottubru 1995).

M.   LITWANJA

(a)

Pensjoni soċjali (Liġi ta' l-1994 dwar il-Pensjonijet Soċjali);

(b)

Kumpens speċjali tat-trasport għall-persuni diżabbli bi problemi ta' mobbiltà (Liġi ta' l-2000 dwar Kumpens għat-Trasport, Artikolu 7).

N.   LUSSEMBURGU

Income għal persuni serjament diżabbli (Artikolu 1(2), Liġi tat-12 ta' Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta' persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f'ambjent protett.

O.   UNGERIJA

(a)

Vitalizju ta' l-invalidità (Digriet Nru. 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri dwar il-Vitalizju ta' l-Invalidità);

(b)

Allowance non-kontributorja ta' l-anzjanità (Att III ta' l-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali);

(ċ)

Allowance tat-trasport (Digriet tal-Gvern Nru. 164/1995 (XII 27) dwar Allowances tat-Trasport għal Persuni b'Diżabbiltà Fiżika Serja).

P.   MALTA

(a)

Allowance supplimentari (Artikolu 73 ta' l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987);

(b)

Pensjoni ta' l-età (Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987).

Q.   OLANDA

(a)

Att dwar l-għajnuna għad-disabilta' għal żgħażagħ diżabbli, tat-24 ta' April 1997 (Wajong);

(b)

Att dwar Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta' Novembru 1986 (TW).

R.   AWSTRIJA

Suppliment kumpensattiv (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għal Persuni fin-Negozju u l-Kummerċ - GSVG u Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għall-Bdiewa - BSVG).

S:   POLONJA

Pensjoni soċjali (Liġi ta-29 ta' Novembru 1990 dwar l-assistenza soċjali).

T.   PORTUGALL

(a)

Pensjoni statali mhux kontributorja ta' l-anzjanità u ta' l-invalidità (Digriet-Liġi Nru. 464/80 tat-13 ta' Ottubru 1980);

(b)

Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (Digriet Regolatur Nru. 52/81 tal-11 ta' Novembru 1981).

U.   SLOVENJA

(a)

Pensjoni statali (Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni tad-Diżabbiltà tat-23 ta' Diċembru 1999);

(b)

Sostenn għall-income tal-pensjonanti (Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni tad-Diżabbiltà tat-23 ta' Diċembru 1999);

(ċ)

Allowance ta' manteniment (Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni tad-Diżabbiltà tat-23 ta' Diċembru 1999).

V.   SLOVAKKJA

Aġġustament tal-pensjonijiet bħala sors uniku ta' income (Att Nru. 100/1988 Zb.).

W.   FINLANDJA

(a)

Allowance tad-diżabbiltà (Att dwar l-Allowance tad-Diżabbiltà, 124/88);

(b)

Allowance għall-kura tat-tfal (Att dwar l-Allowance għall-Kura tat-Tfal, 444/69);

(ċ)

Allowance għall-akkomodazzjoni tal-pensjonanti (Att dwar l-Allowance għall-Akkomodazzjoni tal-Pensjonanti, 591/78);

(d)

Sostenn għas-suq tax-xogħol (Att dwar il-benefiċċji għall-qgħad 1290/2002);

(e)

Assistenza speċjali għall-immigranti (Att dwar l-Assistenza Speċjali għall-Immigranti, 1192/2002).

X.   SVEZJA

(a)

Supplimenti tad-dar għal persuni li jirċievu pensjoni (Liġi 2001:761);

(b)

Sostenn finanzjarju għall-anzjani (Ligi 2001:853);

(ċ)

Allowance tad-diżabbiltà u Allowance għal kura għal tfal diżabbli (Liġi 1998:703).

Y.   RENJU UNIT

(a)

Kreditu Statali tal-Pensjoni (Att dwar Kreditu Statali tal-Pensjoni 2002);

(b)

Allowances ibbażati fuq l-income għal persuni li jfittxu impieg (Att dwar persuni li jfittxu impieg 1995, 28 ta' Ġunju 1995, Sezzjonijiet 1, (2) (d) (ii) u 3, u Ordni dwar persuni li jfittxu impieg (Irlanda ta' Fuq) 1995, 18 ta' Ottubru 1995, Artikoli 3(2)(d)(ii) u 5);

(ċ)

Sostenn għall-income (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1986 tal-25 ta' Lulju 1986, Sezzjoni 20 sa 22 u Sezzjoni 23, Ordni dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1986 tal-5 ta' Novembru 1986, Artikoli 21 sa 24);

(d)

Allowance ta' l-Għajxien għal Persuni Diżabbli (Att dwar Allowances ta' l-Għajxien u ta' l-Impieg għal Persuni Diżabbli 1991 tas-27 ta' Ġunju 1991, Sezzjoni 1 u Ordni dwar Allowances ta' l-Għajxien u ta' l-Impieg għal Persuni Diżabbli (Irlanda ta' Fuq) 1991 ta' l-24 ta' Lulju 1991, Artikolu 3);

(e)

Allowance għall-Assistenza (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, Sezzjoni 35, u Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, Sezzjoni 35);

(f)

Allowance għal Persuni li jipprovdu Kura (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, Sezzjoni 37, u Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, Sezzjoni 37).”

3.

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fin-naħa ta' fuq ta' l-Anness taħt “Kummenti ġenerali”:

“3.

Wara li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, ta' min jinnota li d-disposizzjonijiet ta' Konvenzjonijiet bilaterali li ma jaqgħux fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u li jibqgħu fis-seħħ bejn l-Istati Membri mhumiex elenkati f'dan l-Anness, inter alia, disposizzjonijiet li jipprovdu għall-aggregazzjoni ta' perjodi ta' assikurazzjoni mwettqa f'pajjiż terz.”;

(b)

Fil-parti A, għandhom jitħassru l-punti li ġejjin:

Punti 2, 3 (b), 5, 6, 7, 8, 9, 13, 16, 17, 19, 22, 23, 24, 48, 50, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 64, 69, 71(a) u (ċ), 73(a) u (b), 74, 75, 83 (a), (b), 9(ċ), (d), (e), (f), (g), 85, 88, 89, 111, 112, 113, 114, 118, 121, 122, 124, 127, 128, 129, 130, 131, 132, 136, 139, 140, 145, 146, 147, 148, 149, 153, 156, 157, 159, 162, 163, 164, 165, 169, 172, 173, 175, 178, 179, 184, 188, 190, 193, 194, 195, 237, 238, 240, 243, 244, 245, 265, 270, 271, 272, 274, 277, 278, 279, 288, 289, 299, 300.

(ċ)

Fil-parti A, punt 3(a) (Belġju - Ġermanja) it-test għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta' Diċembru 1957 għall-Konvenzjoni Ġenerali ta' dik id-data, kif jidhru fil-Protokoll Komplimentarju ta' l-10 ta' Novembru 1960 (stimar tal-perijodi ta' assigurazzjoni kompletati f'xi reġjuni fruntaljieri qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija)”.

(d)

Fil-parti A, punt 67 (Danimarka – Finlandja) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtá Soċjali tal-15 ta' Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta' spejjeż żejda ta' vjaġġar minħabba mard matul soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jwassal għan-neċessitá ta' vjaġġ ta' ritorn għola lejn il-pajjiż ta' residenza”.

(e)

Fil-parti A, punt 68 (Danimarka – Svezja) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtá Soċjali tal-15 ta' Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta' spejjeż żejda ta' vjaġġar minħabba mard matul soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jwassal għan-neċessitá ta' vjaġġ ta' ritorn għola lejn il-pajjiż ta' residenza”.

(f)

F' parti A, punt 71(b) (Ġermanja – Greċja) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“L-Artikoli 8(1), (2)(b) u (3), 9 sa 11 u Kapitoli I u IV, sa fejn jikkonċernaw dawn l-Artikoli, tal-Konvenzjoni dwar assigurazzjoni għall-qgħad tal-31 ta' Mejju 1961, flimkien man-nota fil-minuti ta' l-14 ta' Ġunju 1980 (stimar ta'- perijodi ta' assigurazzjoni għall-benefiċċji tal-qgħad fil-każ ta' trasferiment ta' residenza minn Stat għall-ieħor)”.

(g)

Fil-parti A, punt 72 (Ġermanja – Spanja) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtá Soċjali ta' l-4 ta' Diċembru 1973 (rappreżentazzjoni minn awtoritajiet diplomatiċi u konsulari)”.

(h)

Fil-parti A, punt 73 (Ġermanja – Franza) it-test tal-paragrafi (ċ), (d), (e) u (f) għandu jinbidel b' li ġej:

“(a)

Ftehim Komplimentarju Nru. 4 ta' l-10 ta' Lulju 1950 għall-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, kif jidher fil-Ftehim Supplimentari Nru. 2 tat-18 ta' Ġunju 1955 (stimar ta' perijodi ta' assigurazzjoni kompletati bejn l-1 ta' Lulju 1940 u t-30 ta' Ġunju 1950);

(b)

Titolu I ta' l-imsemmi Ftehim supplimentari Nru. 2 (stimar ta' perijodi ta' assigurazzjoni kompletati qabel it-8 ta' Mejju 1945);

(ċ)

Punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali ta' l-10 ta' Lulju 1950 għall-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data (arranġamenti amministrattivi);

(d)

Titoli II, III u IV tal-Ftehim ta' l-20 ta' Diċembru 1963 (sigurtá soċjali fis-Saar)”.

(i)

Fil-parti A, punt 79 (Ġermanja – Lussemburgu) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikoli 4, 5, 6 u 7 tat-Trattat tal-11 ta' Lulju 1959 (stimar ta' perijodi ta' assigurazzjoni kompletati bejn Settembru 1940 u Ġunju 1946)”.

(j)

Fil-parti A, punt 83 (Ġermanja – Awstrija) it-test tal-paragrafi (h) u (i) għandu jinbidel b' li ġej:

“L-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar Assigurazzjoni għall-Qgħad tad-19 ta' Lulju 1978 u Nru. 10 tal-Protokoll Finali għal din il-Konvenzjoni (għoti ta' Allowances għall-qgħad lil ħaddiema tal-fruntiera mill-Istat ta' l-impjieg preċedenti) għandhom jkomplu japplikaw għal persuni li eżerċitaw attivitá bħala ħaddiema tal-fruntiera f' l-1 ta' Jannar 2005 jew qabel u spiċċaw qiegħda qabel l-1 ta' Jannar 2011”.

(k)

Fil-parti A, punt 90 (Ġermanja – Renju Unit) it-test tal-paragrafi (a), (b) u (ċ) għandu jinbidel b' li ġej:

“(a)

Artikoli 7(5) u 7(6) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtá soċjali ta' l-20 ta' April 1960 (liġijiet applikabbli għal ċivili li qegħdin jaqdu lis-servizzi armati);

(b)

Artikoli 5(5) u 5(6) tal-Konvenzjoni dwar assigurazzjoni għall-qgħad ta' l-20 ta' April 1960. (liġijiet applikabbli għal ċivili li qegħdin jaqdu lis-servizzi armati)”.

(l)

Fil-parti A, punt 142 (Spanja – Portugall) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta' Ġunju 1969 (esportazzjoni tal-benefiċji tal-qgħad)”.

(m)

Fil-parti A, punt 180 (Irlanda – Renju Unit) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikolu 8 tal-Ftehim ta' l-14 ta' Settembru 1971 dwar s-sigurtá soċjali (fir-rigward tat-trasferiment u l-istimar ta' ċerti krediti ta' diżabbiltá)”.

(n)

Fil-parti A, il-punt 267 (Olanda – Portugall) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 31 tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Lulju 1979 (esportazzjoni tal-benefiċji tal-qgħad)”.

(o)

Fil-parti A, punt 298 (Svezja – Finlandja) it-test għandu jinbidel b' li ġej:

“Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtá Soċjali tal-15 ta' Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta' spejjeż ta' vjaġġar żejda minħabba mard matul soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jwassal għan-neċessitá ta' vjaġġ ta' ritorn għola lejn il-pajjiż ta' residenza”.

(p)

Fil-parti B, għandhom jitħassru l-partiti segwenti:

2, 3, 5, 6, 7, 8, 9, 13, 16, 17, 19, 22, 23, 24, 48, 50, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 64, 67, 68, 69, 71, 72, 73, 74, 75, 79, 82, 83, 85, 88, 89, 90, 111, 112, 113, 114, 118, 121, 122, 124, 127, 128, 129, 130, 131, 132, 136, 139, 140, 142, 145, 146, 147, 148, 149, 153, 156, 157, 159, 162, 163, 164, 165, 169, 172, 173, 175, 178, 179, 180, 184, 187, 188, 190, 193, 194, 195, 237, 238, 240, 243, 244, 245, 265, 267, 270, 271, 272, 274, 277, 278, 279, 288, 289, 290, 298, 299, 300.

4.

Fl-Anness IV, is-sezzjoni B għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Taħt it-titolu “D. ĠERMANJA”, it-test għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Assikurazzjoni ta' l-anzjanità tal-bdiewa (Alterssicherung der Landwirte)”;

(b)

Taħt it-titolu “J. ITALJA”, it-test għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Skemi ta' assikurazzjoni tal-pensjoni għal (Assicurazione pensioni per):

tobba (medici)

spiżjara (farmacisti)

veterinarji (veterinari)

infermiera, awżiljarji mediċi, infermiera tat-tfal (infermieri, assistenti sanitari, vigilatrici infanzia)

psikoloġi (psikologi)

inġiniera u periti (ingegneri ed architetti)

surveyors (geometri)

avukati (avvocati)

ekonomisti (dottori commercialisti)

accountants u esperti kummerċjali (ragionieri e periti commerciali)

konsulenti dwar l-impieg (consulenti del lavoro)

nutara (notai)

aġenti tad-dwana (spedizionieri doganali)

bioloġisti (biologi)

tekniċi agrikoli u xjentisti (agrotecnici e periti agrari)

rappreżentanti kummerċjali (agenti e rappresentanti di commercio)

ġurnalisti (giornalisti)

tekniċi industrijali (periti industriali)

attwarji, kimiċi, agronomisti, speċjalisti forestali, ġeoloġi(attuari, chimici, dottori, agronomi, dottori forestali, geologi)”.

(ċ)

Taħt it-titolu “R. AWSTRIJA”, it-test għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Skemi ta' pensjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-pensjoni ta' assoċjazzjonijiet tal-professjonijiet liberi (Kammern der Freien Berufe)”.

5.

L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Taħt it-titolu “C. DANIMARKA”, il-punt 6 (b) għandu jiġi mħassar.

(b)

Taħt it-titolu “C. DANIMARKA”, it-test li ġej għandu jiġi miżjud:

“11.

Il-benefiċċju temporanju għal persuni mingħajr impieg li ġew ammessi fl-iskema ‘xogħol-flessibbli’ (ledighedsydelse) (Liġi Nru. 455 ta' l-10 ta' Ġunju 1997) huwa kopert mit-Titlu III, kapitolu 6 (Benefiċċji tal-qgħad). Fir-rigward ta' persuni mingħajr impieg li jmorru fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 69 u 71 ta' dan ir-Regolament isiru applikabbli meta dan l-Istat Membru ikollu skemi simili ta' impieg għall-istess kategorija ta' persuni.”

(ċ)

Taħt it-titolu “D. ĠERMANJA”, il-punti 3, 11 u 17 għandhom jiġu mħassra u għandhom jiġu miżjuda l-punti li ġejjin:

“24.

Għall-kalkolu ta' l-ammont teoretiku msemmi fl-Artikolu 46(2)(a) tar-Regolament, fi skemi pensjonistiċi għall-professjonijiet liberi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu bħala l-bażi, fir-rigward ta' kull waħda mis-snin ta' previdenza kompjuti taħt il-liġi ta' xi Stat Membru ieħor, d-dritt pensjonistiku annwu medju miksub matul il-perijodu ta' sħubija fl-istituzzjoni kompetenti permezz tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet.

25.

L-Artikolu 79a tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tal-pensjonijiet ta' l-orfni u ż-żidiet jew supplimenti fir-rigward ta' tfal minn skemi pensjonistiċi għall-professjonijiet liberi.”

(d)

Taħt it-titolu “H. FRANZA”, it-test fil-punt 7 għandu jiġi mibdul kif ġej:

“Minkejja l-Artikoli 73 u 74 ta' dan ir-Regolament, l-Allowances għall-akkomodazzjoni u s-suppliment għall-kura, tat-tfal skond l-għażla tal-ġenituri (il-benefiċċju ta' l-infanzja) għandu jingħata biss lil persuni konċernati u lil membri tal-familji tagħhom li jirrisjedu f'territorju Franċiż.”

(e)

Taħt it-titolu “I. IRLANDA”, il-punt 11 għandu jiġi mħassar.

(f)

Taħt it-titolu “R. AWSTRIJA”, il-punti 8 u 9 li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“8.

Għall-kalkolu ta' l-ammont teoretiku skond l-Artikolu 46(2)(a) ta' dan ir-Regolament li jikkonċerna benefiċċji jew partijiet minn benefiċċji ta' skema pensjonistika ta' l-assoċjazzjonijiet tal-professjonijiet liberi (Kammern der Freien Berufe), finanzjata esklussivament bil-metodu ta' skema finanzjata jew ibbażata fuq sistema ta' kont pensjonistiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu kont, fir-rigward ta' kull xahar ta' assikurazzjoni kompjut taħt il-liġi ta' xi Stat Membru ieħor, il-kapital proporzjonali għall-kapital tabilħaqq maturat fl-iskema pensjonistika konċernata, jew ikkunsidrat maturat fl-iskema ta' kont pensjonistiku, u n-numru ta' xhur tal-perjodi ta' assikurazzjoni fl-iskema pensjonistika konċernata.

9.

L-Artikolu 79a tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tal-pensjonijiet ta' l-orfni u ż-żidiet jew supplimenti ta' pensjonijiet fir-rigward ta' tfal minn skema pensjonistika ta' l-assoċjazzjonijiet ta' professjonijiet liberi (Kammern der Freien Berufe).”

(g)

Taħt it-titolu “Y. RENJU UNIT”, it-test għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fil-punt 2 (b), il-punti (i) u (ii) għandhom jiġu mibdula b' li ġej:

“(i)

konjuġi jew ex konjuġi meta qiegħda ssir talba minn:

mara miżżewġa jew

persuna li ż-żwieġ tagħha ġie terminat minħabba kawża li mhijiex il-mewt tal-konjuġi, jew

(ii)

ex konjuġi, meta qiegħda ssir talba minn:

minn armel li eżatt qabel l-età pensjonabbli ma jkunx intitolat għall-allowance ta' ġenitur armel; jew

armla li eżatt qabel l-età pensjonabbli ma tkunx intitolata għall-allowance ta' omm armla, għall-allowance ta' ġenitur armel jew għall-pensjoni tar-romol, jew li tkun intitolata biss għal pensjoni ta' armla relatata ma' l-età' ikkalkulata skond l-Artikolu 46(2) tar-Regolament, u għal dan l-iskop‘pensjoni ta' armla relatata ma' l-età’ tfisser pensjoni ta' armla pagabbli b'rata imnaqqsa skond l-Artikolu 39(4) ta' l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.”

(ii)

Il-Punt 22 għandu jiġi mħassar.


ANNESS II

L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru. 574/72 għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness 2, taħt it-titolu “X. SVEZJA”, il-punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“2.

Għal benefiċċji għal qgħad: Inspektionen för arbetslöshetsförsäkringen (Bord Svediż ta' l-Assikurazzjoni kontra l-Qgħad)”.

2.

Fl-Anness 4, taħt it-titolu “D. ĠERMANJA”, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“9.

Skemi pensjonistiċi għal professjonijiet liberi:

Arbeitsgemeinschaft Berufsständischer Versorgungseinrichtungen, Köln”.

3.

Fl-Anness 10, taħt it-titolu “C. DANIMARKA”, il-punt 1 l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.

Għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 10ċ, 11(1) 11a (1), 12a, 13(2) u (3), 14(1), (2) u (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni: Den Sociale Sikringsstyrelse, København”.

4.

Fl-Anness 10, taħt it-titolu “R. AWSTRIJA”, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b' li ġej:

“1.

Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14(1)(b), l-Artikolu 14a(1)(b) u l-Artikolu 17 tar-Regolament:

Bundesminister für soziale Sicherheit, Generationen und Konsumentenschutz (Ministru Federali għas-Sigurtà Soċjali, għall-Ġenerazzjonijiet u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur), bi ftehim ma' l-amministrazzjoni pubblika rispettiva fir-rigward ta' skemi speċjali għal funzjonarji ċivili u bi ftehim ma' l-istituzzjoni pensjonistika rispettiva fir-rigward ta' skemi pensjonistiċi ta' l-assoċjazzjonijiet tal-professjonijiet liberi (Kammern der Freien Berufe)”.

5.

L-Anness 11 għandu jiġi mħassar.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fis-27 ta' Awissu 2003, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kunsill proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunitá u r-Regolament (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 (Emendi Mixxellanji).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fl-10 ta' Diċembru 2003.

Filwaqt li aġixxi skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu ta' l-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2004.

Il-Kummissjoni sussegwentement ippreżentat fit-30 ta' April 2004 il-proposta emendata tagħha, fejn aċċettat b'mod sħiħ l-erba' emendi adottati mill-Parlament Ewropew.

Il-Kunsill aċċetta tlieta minn dawn l-emendi b'mod sħiħ u waħda fir-rigward tas-sustanza.

Skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu fil-15 ta' Novembru 2004.

II.   GĦAN

L-għan tar-Regolament huwa li jaġġorna r-Regolamenti (KEE) Nru. 1408/71 (1) u Nru. 574/72 (2) sabiex jittieħed kont ta' bidliet fil-liġijiet nazzjonali u sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali fir-rigward ta' ċerti artikoli ta' dawn ir-Regolamenti. Jieħu kont ta' żviluppi riċenti fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, b'mod partikolari dawk is-sentenzi dwar benefiċċji speċjali non-kontributorji fi flus, li huma non-esportabbli jekk jissodisfaw kriterji speċifiċi u huma mdaħħla fl-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Ir-Regolament jieħu wkoll kont ta' sentenzi dwar ir-relazzjoni bejn ir-Regolament u d-disposizzjonijiet ta' ftehim bilaterali ta' sigurtà soċjali, li ser ikomplu japplikaw jekk jissodisfaw il-ħtiġiet għal inklużjoni fl-Anness III tar-Regolament.

III.   ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI

1.   Emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew adotta erba' emendi għall-proposta tal-Kummissjoni.

Dawn l-emendi kollha kienu inkorporati fil-proposta emendata tal-Kummissjoni kif kienu.

2.   Il-posizzjoni tal-Kunsill dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill seta' jaċċetta b'mod sħiħ it-tliet emendi li ġejjin:

L-emenda 1 li tfittex li ddaħħal fil-lista tal-benefiċċji speċjali non-kontributorji fi flus, kif jinsab fl-Anness IIa mar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, benefiċċju previst fil-liġi Spanjola: “allowance għall-mobbiltà biex jiġu koperti spejjeż ta' trasport”. Il-Kunsill seta' jaċċetta din l-emenda minħabba li dan il-benefiċċju jissodisfa b'mod sħiħ il-kriterji riveduti stabbiliti fil-Posizzjoni Komuni (jiġifieri, għandu jkun “intiż li jipprovdi biss protezzjoni speċifika għad-diżabbli, b'rabta mill-qrib ma' l-ambjent soċjali tal-persuna msemmija fl-Istat Membru kkonċernat”);

L-emenda 2 li tfittex li ddaħħal fil-lista tal-benefiċċji speċjali non-kontributorji fi flus, kif jinsab fl-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, benefiċċju previst fil-liġi Irlandiża: “allowance għall-mobbiltà”. Il-Kunsill seta' għal darb'oħra jaċċetta din l-emenda minħabba li tissodisfa wkoll b'mod sħiħ il-kriterji riveduti stabbiliti fil-Posizzjoni Komuni;

L-emenda 3 li tfittex li ddaħħal fil-lista ta' benefiċċji speċjali non-kontributorji, kif jinsab fl-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, benefiċċju previst fil-liġi Ingliża: “sostenn tad-dħul”. Il-Kunsill aċċetta wkoll din l-emenda minħabba li tissodisfa l-kriterji riveduti fil-Posizzjoni Komuni.

Il-Kunsill aċċetta wkoll, soġġett għal abbozzar mill-ġdid, il-prinċipju li huwa l-bażi ta' emenda orali tal-Parlament li tfittex li tistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-effetti preġudizzjali ta' ċerti emendi magħmula fil-lista ta' benefiċċji fl-Anness IIa (b'mod partikolari meta benefiċċju jsir non-esportabbli minħabba li jiġi inkluż fl-Anness) jiġu mtaffa, fir-rigward ta' persuni li qabel kienu jirċievu dawn il-benefiċċji, permezz ta' arranġamenti transitorji jew soluzzjonijiet bilaterali (ara l-premessa 6).

IV.   ARTIKOLU 1(5) TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-Artikolu 1(5) tal-proposta tal-Kummissjoni jimmira li jemenda l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (EC) Nru. 1408/71 biex jispeċifika li t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-mard u tal-maternità jista' jsir fuq il-pensjonijiet kollha mħallsa lill-pensjonanti jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.

Il-Kunsill iddeċieda li ma jinkorporax din il-parti tal-proposta tal-Kummissjoni fil-Posizzjoni Komuni tiegħu sakemm ikun qed jistenna d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru. 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

Il-Kunsill jaċċetta l-ħtieġa għal bilanċ bejn il-kontribuzzjonijiet imnaqqsa u l-prezz tal-benefiċċji mħallsa, kif maħsub fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Il-possibbiltà li jiġu mnaqqsa l-kontribuzzjonijiet abbażi tal-pensjonijiet kollha mħallsa lil pensjonant toħroġ minn dan il-prinċipju. Madankollu, fil-kuntest tal-proċess ta' riforma u simplifikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, u filwaqt li jiġi mfakkar il-ftehim li l-modalitajiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 (assimilazzjoni tal-fatti) fir-rigward ta' l-Artikolu 30 (kontribuzzjoni minn pensjonanti) tar-Regolament (KE) Nru. 883/2004 simplifikat ikunu previsti fir-Regolament implimentattiv, il-Kunsill jikkunsidra li jkun prematur li tittieħed tali miżura fil-ħin preżenti. Madankollu, il-Kunsill jikkunsidra wkoll li għandu jkun ċar li mhuwiex possibbli li jsiru imposti abbażi tal-liġi nazzjonali aktar kontribuzzjonijiet milli jkun il-każ kieku l-persuna kkonċernata kienet qed tirċievi l-pensjonijiet kollha taħt il-leġisslazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

V.   KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATATI MA' L-ANNESS IIA TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU. 1408/71

Il-proposta tal-Kummissjoni fittxet, inter alia, li temenda l-Artikolu 4(2a) u l-Anness IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 li jikkonċernaw benefiċċji speċjali non-kontributorji, fid-dawl tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' “benefiċċji speċjali non-kontributorji”, jiġifieri s-Sentenzi tal-5 ta' Marzu1998 fil-każ C-160/96, Molenaar v Allgemeine Ortskrankenkasse Baden-Wurttemberg (ECR 1998 I-843), tat-8 ta' Marzu 2001 fil-każ C-215/99, Friedrich Jauch v Pensionsversicherungsanstalt der Arbeiter (ECR 2001 I 1901) u s-sentenza tal-31 ta' Mejju 2001 fil-każ C-43/99, Ghislain Leclere, Alina Deaconescu u Caisse nationale des prestations familiales (ECR 2001 I-4265).

Benefiċċji speċjali non-kontributorji jistgħu jiġu definiti bħala li huma nofs triq bejn il-benefiċċji ta' sigurtà soċjali “konvenzjonali” u għajnuna soċjali. L-Anness IIa fih il-lista ta' tali benefiċċji li huma mogħtija lil persuni esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru li joqgħodu fih, taħt it-termini ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 (u mhumiex għalhekk “esportabbli” meta tali persuni jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor).

Sabiex jiġi faċilitat il-moviment liberu ta' persuni fl-Unjoni, il-Kummissjoni pproponiet li din il-lista għandha tiġi razzjonalizzata u li numru ta' benefiċċji attwalment elenkati fl-Anness IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 għandhom jitneħħew mil-lista skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kunsill b'mod unanimu qabel mal-kriterji riveduti għall-klassifikazzjoni ta' l-entrati f'dan l-Anness kif stabbilit fil-verżjoni emendata ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament, iddettaljata fil-Posizzjoni Komuni. Dawn il-kriterji huma identiċi għal dawk inklużi fit-test ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru. 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali għall-finijiet ta' l-Anness korrispondenti f'dak ir-Regolament (Anness X). Sabiex jgħin fl-applikazzjoni oġġettiva ta' dawn il-kriterji, kien propost li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(2a) għandha timmira biex tiżgura li:

benefiċċji ta' l-istess tip li jaqsmu karatteristiċi identiċi jew ekwivalenti għandhom jiġu kategorizzati bl-istess mod sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti u koerenti;

jekk benefiċċju mhuwiex meqjus bħala benefiċċju “speċjali” non-kontributorju, għandha tiġi speċifikata, jekk ikun il-każ, is-sistema xierqa ta' kordinazzjoni taħt l-Artikolu 4(1).

Il-Kunsill fittex ukoll li jaqbel dwar kriterji għall-inklużjoni ta' entrati fl-Anness IIa u sabiex jiġu identifikati xi karatteristiċi prinċipali ta' l-iskemi ta' diżabbiltà li jkunu ta' għajnuna fil-klassifikazzjoni ta' tali skemi bħala li jipprovdu “unikament protezzjoni speċifika għad-diżabbli”. Abbażi ta' l-approċċ ta' hawn fuq, jista' jintlaħaq ftehim unanimu dwar il-klassifikazzjoni tal-maġġoranza vasta ta' l-entrati ta' l-Anness IIa, li tirriżulta f' razzjonalizzazzjoni sostanzjali ta' l-Anness.

Madankollu, ma setax jiġi milħuq ftehim unanimu dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jitneħħew ċerti entrati speċifiċi mill-Anness IIa. L-Istati Membri kkonċernati ma aċċettawx li l-kriterji proposti għandhom jintużaw sabiex jiġu definiti l-benefiċċji li kienu xierqa biex jiġu elenkati fl-Anness IIa. Dawn l-Istati Membri riedu jżommu l-entrati tagħhom fl-Anness billi kienu jarawhom bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(2a) u kkunsidraw li l-ġurisprudenza attwali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) ma kinetx tiġġustifika t-tneħħija tagħhom mill-Anness.

Sabiex jippermetti għall-adozzjoni tar-Regolament fid-dawl tal-progress sinifikanti li sar in ġenerali, il-Kunsill qabel li jżomm dawn l-entrati fl-Anness IIa sakemm ikun hemm ġurisprudenza futura ta' l-ECJ li tkun tista' tiċċara l-kriterji rilevanti u sussegwentament timplika reviżjoni ta' l-Anness.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni fil-minuti tal-Kunsill fejn enfasizzat li l-lista ta' l-entrati tista' tkun teħtieġ reviżjoni abbażi ta' ġurisprudenza ġdida mill-ECJ, b'mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji kkonċernati. Il-Kummissjoni ddikjarat li tirriserva d-dritt li titlob l-opinjoni tal-Qorti u li tippreżenta proposta, jekk meħtieġ, biex tiġi riveduta l-lista ta' entrati fl-Anness IIa, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Qorti.

Il-Kunsill qabel ukoll li l-kwistjoni dwar il-kordinazzjoni ta' benefiċċji għad-diżabbli inklużi, b'mod partikolari, dawk li huma mneħħija mill-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, b'applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jew taħt dan ir-Regolament, għandha tiġi kkunsidrata ulterjarment, filwaqt li jittieħed kont ta' l-għanijiet ta' l-Artikolu 42 tat-Trattat, bil-ħsieb li proposti speċifiċi jiġu sottomessi qabel it-tmiem ta' l-2005.

VI.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jikkunsidra li l-Posizzjoni Komuni tiegħu tissodisfa kemm il-miri prinċipali tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kif ukoll, bl-inkorporazzjoni ta' l-emendi msemmija fis-Sezzjoni III ta' din id-dikjarazzjoni, tieħu kont b'mod estensiv ta' l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunitá.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71.


15.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 38/36


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 8/2005

adottata mill-Kunsill fid-29 ta' Novembru 2004

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'....., li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

(2005/C 38 E/03)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26, 95, 133 u 135 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 (3) jistipula r-regoli għat-trattament doganali ta' merkanzija li tiġi importata jew li tkun se tiġi esportata.

(2)

Hemm il-bżonn li jiġi stabbilit livell ekwivalenti ta' protezzjoni fil-kontrolli doganali għal merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità jew tinħareġ minnha. Sabiex jinkiseb dan l-għan, hemm bżonn li jiġi stabbilit livell ekwivalenti ta' kontrolli doganali fil-Komunità u li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta' kontrolli doganali mill-Istati Membri, li għandhom ir-responsabbiltà prinċpali li japplikaw dawn il-kontrolli.Tali kontrolli għandhom ikunu ibbażati fuq standards u kriterji ta' riskju, li dwarhom hemm qbil komuni, għall-għażla ta' merkanzija u operaturi ekonomiċi sabiex jiġu minimizzati r-riskji għall-Komunità u ċ-ċittadini tagħha u għas-sħab kummerċjali tal-Komunità. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom għalhekk jintroduċu qafas ta' ġestjoni ta' riskji fil-Komunità kollha sabiex isostnu approċċ komuni sabiex jiġu stabbiliti prioritajiet b'mod effettiv u jiġu allokati riżorsi b'mod effiċjenti bil-għan li jinżamm bilanċ xieraq bejn kontrolli doganali u l-faċilitazzjoni ta' kummerċ leġittimu. Tali qafas għandu wkoll jipprovdi għal kriterji komuni u rekwiżiti armonizzati għal operaturi ekonomiċi awtorizzati u jiżgura applikazzjoni armonizzata ta' tali kriterji u rekwiżiti. L-istabbiliment ta' qafas ta' ġestjoni ta' riskji li jkun komuni għall-Istati Membri kollha ma għandux iżommhom milli jikkontrollaw merkanzija permezz ta' kontrolli fuq il-post.

(3)

L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istatus ta' “operatur ekonomiku awtorizzat” lil kull operatur ekonomiku li jissodisfa kriterji komuni konnessi mas-sistemi ta' kontroll, mas-solvenza finanzjarja u mar-rekord ta' konformità ta' l-operaturi. L-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat mogħti minn Stat Membru, għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra, iżda ma jagħtix id-dritt li wieħed jibbenefika awtomatikament, fl-Istati Membri l-oħra, mis-simplifikazzjonijiet previsti fir-regoli doganali. Madankollu, l-Istati Membri l-oħra għandhom jippermettu l-użu ta' simplifikazzjonijiet lil operaturi ekonomiċi awtorizzati kemm-il darba dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi kollha għall-użu ta' simplifikazzjonijiet partikolari. Meta jikkunsidraw talba għall-użu ta' simplifikazzjonijiet, l-Istati Membri l-oħra ma għandhomx bżonn jirrepetu l-istima tas-sistemi ta' kontroll, tas-solvenza finanzjarja u tar-rekord ta' konformità ta' l-operatur, li tkun diġà saret mill-Istat Membru li ta lill-operatur l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat, iżda għandhom jiżguraw li jiġi sodisfatt kwalunkwe rekwiżit speċifiku ieħor għall-użu tas-simplifikazzjonijiet partikolari. L-użu ta' simplifikazzjonijiet fl-Istati Membri l-oħra jista' wkoll jiġi koordinat bi ftehim bejn l-awtoritajiet doganali konċernati.

(4)

Simplifikazzjonijiet skond ir-regoli doganali għandhom jibqgħu jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli doganali kif definiti fil-Kodiċi Doganali tal-Komunità, partikolarment fir-rigward tas-sigurtà. Tali kontrolli huma r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet doganali u, filwaqt li l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandu jkun rikonoxxut minn dawk l-awtoritajiet bħala fattur matul analiżi tar- riskju u fl-għoti ta' kwalunkwe faċilitazzjoni lill-operatur ekonomiku fir-rigward ta' kontrolli konnessi mal-protezzjoni u mas-sigurtà, id-dritt ta' kontroll għandu jibqa'.

(5)

L-informazzjoni konnessa ma' riskju dwar merkanzija importata u esportata għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita sistema protetta komuni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess għal, li jittrasferixxu u li jiskambjaw din l-informazzjoni b'mod tempestiv u effettiv. Tali informazzjoni tista' wkoll tkun skambjata ma' pajjiżi terzi fejn dan ikun previst minn ftehim internazzjonali.

(6)

Il-kondizzjonijiet li taħthom l-informazzjoni provduta lid-dwana minn operaturi ekonomiċi tista' tkun żvelata lil awtoritajiet l-oħra fl-istess Stat Membru, lil Stati Membri oħrajn, lill-Kummissjoni, jew lill-awtoritajiet f'pajjiżi terzi għandhom ikunu speċifikati. Għal dan il-għan, għandu jiġi indikat b'mod ċar li d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data  (4) u r-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data  (5) japplikaw fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll minn kwalunkwe awtorità oħra, li jirċievu data skond il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(7)

Sabiex isiru kontrolli bbażati fuq ir-riskju, hemm bżonn li jiġi stabbilit ir-rekwiżit ta' l-għoti ta' informazzjoni qabel il-wasla jew qabel it-tluq għall-merkanzija kollha mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità jew ħierġa minnu, ħlief għal merkanzija li tkun fi transitu mingħajr waqfien bl-ajru jew bil-baħar f'dan it-territorju. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli qabel il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità jew tinħareġ minnu. Jistgħu jiġu stabbiliti perjodi u regoli differenti skond it-tip ta' merkanzija, ta' trasport jew ta' operaturi ekonomiċi jew fejn xi ftehim internazzjonali jipprovdi għal arranġamenti speċjali ta' sigurtà. Dan ir-rekwiżit għandu wkoll jiġi ntrodott fir-rigward ta' merkanzija mdaħħla f'żona libera mid-dazju jew maħruġa minnha sabiex jiġu evitati loopholes fis-sigurtà.

(8)

Ir-Regolament (KEE) Nu 2913/2000 għandu, għaldaqstant, jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) 2913/92 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

Għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(4a)

‘L-uffiċċju doganali tad-dħul’ tfisser l-uffiċċju doganali, indikat mill-awtoritajiet doganali skond ir-regoli doganali, li fih għandha tinġieb mingħajr dewmien merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità u li fih tkun soġġetta għal kontrolli tad-dħul adegwati bbażati fuq ir-riskju;

(4b)

‘L-uffiċċju doganali ta' l-importazzjoni’ tfisser l-uffiċċju doganali, indikat mill-awtoritajiet doganali skond ir-regoli doganali, fejn għandhom isiru l-formalitajiet għall-assenjament ta' merkanzija mdaħħla fit-territorji doganali tal-Komunità għal trattament jew użu approvat mid-dwana, inklużi kontrolli adegwati bbażati fuq ir-riskju;

(4ċ)

‘L-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni’ tfisser l-uffiċċju doganali, indikat mill-awtoritajiet doganali skond ir-regoli doganali, fejn għandhom isiru l-formalitajiet għall-assenjament ta' merkanzija ħierġa mit-territorji doganali tal-Komunità għal trattament jew użu approvat mid-dwana, inklużi kontrolli adegwati ibbażati fuq ir-riskju;

(4d)

‘L-uffiċċju doganali tal-ħruġ’ tfisser l-uffiċċju doganali, indikat mill-awtoritajiet doganali skond ir-regoli doganali, li fih għandha tiġi preżentata merkanzija qabel ma' toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità u li fih tkun soġġetta għal kontrolli doganali konnessi ma' l-applikazzjoni ta' formalitajiet ta' ħruġ, u ma' kontrolli adegwati ibbażati fuq ir-riskju.”;

Il-punt 14 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(14)

‘Kontrolli doganali’ tfisser atti speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' regoli doganali u ta' liġijiet oħrajn li jirregolaw id-dħul, il-ħruġ, it-transitu, it-trasferiment u l-użu aħħari ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi terzi u l-preżenza ta' merkanzija li ma jkollhiex status Komunitarju; tali atti jistgħu jinkludu l-eżami ta' merkanzija, il-verifika ta' data f'dikjarazzjonijiet u ta' l-eżistenza u l-awtentiċità ta' dokumenti elettroniċi jew miktuba, l-eżami tal-kontijiet ta' impriżi u ta' dokumenti oħra, l-ispezzjoni ta' mezzi ta' trasport, l-ispezzjoni ta' bagalji u ta' merkanzija oħra li tinġarr minn jew fuq persuni u t-twettiq ta' inkjesti uffiċjali u ta' atti simili oħra.”;

Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu:

“(25)

‘Riskju’ tfisser il-probabbiltà ta' avveniment li jseħħ, fir-rigward tad-dħul, il-ħruġ, it-transitu, t-trasferiment u l-użu aħħari ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi terzi u l-preżenza ta' merkanzija li ma jkollhiex status Komunitarju, li

timpedixxi l-applikazzjoni korretta ta' miżuri Komunitarji jew nazzjonali; jew

tikkomprometti l-interessi finanzjarji tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha; jew

tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà u tal-Komunità, għas-saħħa pubblika, għall-ambjent jew għall-konsumaturi.

(26)

‘Ġestjoni tar-riskju’ tfisser l-identifikazzjoni sistematika ta' riskju u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi limitata l-esposizzjoni għar-riskju. Din tinkludi attivitajiet bħall-ġbir ta' data u ta' informazzjoni, l-analiżi u l-istima tar-riskju, il-preskrizzjoni u t-teħid ta' azzjoni u l-monitoraġġ regolari u r-reviżjoni tal-proċess u r-riżultati tiegħu, fuq il-bażi ta' sorsi u strateġiji internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali.”;

2)

Is-Sezzjoni u l-Artikolu li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

“Sezzjoni 1A

Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati

Artikolu 5a

1.   L-awtoritajiet doganali, jekk hemm bżonn wara konsultazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn, għandhom jagħtu, soġġett għall-kriterji previsti fil-paragrafu 2, l-istatus ta' ‘operatur ekonomiku awtorizzat’ lil kwalunkwe operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju doganali tal-Komunità.

Operatur ekonomiku awtorizzat għandu jibbenefika minn faċilitazzjonijiet fir-rigward ta' kontrolli doganali konnessi mas-sigurtà u/jew minn simplifikazzjonijiet previsti fir-regoli doganali.

L-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandu, bla ħsara għar-regoli u l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli doganali. L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq il-bażi tar-rikonoxximent ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat u sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti konnessi mat-tip speċifiku ta' simplifikazzjoni dispost fil-leġislazzjoni doganali Komunitarja, jawtorizzaw l-operatur sabiex jibbenefika minn dik is-simplifikazzjoni.

2.   Il-kriterji għall-għoti ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jinkludu:

rekord xieraq ta' konformità mar-rekwiżiti doganali;

sistema sodisfaċenti ta' amministrazzjoni ta' rekords kummerċjali u, fejn applikabbli, rekords ta' trasport, li tippermetti kontrolli doganali adegwati;

fejn ikun xieraq, solvenza finanzjarja ipprovata; u

fejn applikabbli, standards ta' sigurtà xierqa.

Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġu ddeterminati r-regoli:

għall-għoti ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat;

għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' simplifikazzjonijiet;

li jistabbilixxu liema awtorità doganali hija kompetenti għall-għoti ta' tali status u awtorizzazzjonijiet;

għat-tip u l-firxa ta' faċilitazzjonijiet li jistgħu jingħataw fir-rigward ta' kontrolli doganali konnessi mas-sigurtà, b'kont meħud tar-regoli għall- ġestjoni komuni ta' riskju;

għall-konsultazzjoni ma' awtoritajiet doganali oħrajn, u l-provvista ta' informazzjoni lilhom;

u l-kondizzjonijiet li taħthom:

awtorizzazzjoni tista' tiġi limitata għal Stat Membru wieħed jew aktar;

l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat jista' jiġi sospiż jew irtirat; u

ir-rekwiżit li persuna tkun stabbilita fil-Komunità jista' jitneħħa għal kategoriji speċifiċi ta' operaturi ekonomiċi awtorizzati, b'kont meħud, partikolarment, ta' xi ftehim internazzjonali.”

3)

L-Artikolu 13 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 13

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mid-disposizzjonijiet fis-seħħ, iwettqu l-kontrolli kollha li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli doganali u l-liġijiet oħrajn li jirregolaw id-dħul, il-ħruġ, it-transitu, it-trasferiment u l-użu finali ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi terzi u l-preżenza ta' merkanzija li ma għandhiex status Komunitarju. Jistgħu jitwettqu f'pajjiż terz, fejn dan ikun previst minn xi ftehim internazzjonali, kontrolli doganali għall-fini ta' l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja.

2.   Il-kontrolli doganali, barra mill-kontrolli fuq il-post, għandhom ikunu bbażati fuq analiżi ta' riskju bl-użu ta' tekniki awtomatizzati ta' proċessar ta' data, sabiex jiġu identifikati u kwantifikati r-riskji u jiġu żviluppati l-miżuri neċessarji għall-istima tar-riskji, fuq il-bażi ta' kriterji żviluppati f'livelli nazzjonali, Komunitarji u, fejn ikunu disponibbli, internazzjonali.

Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi determinat qafas ta' ġestjoni komuni ta' riskju, u sabiex jiġu stabbiliti kriterji komuni u żoni ta' kontroll prioritarji.

L-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu sistema elettronika għall-implimentazzjoni tal- ġestjoni tar-riskju.

3.   Fejn il-kontrolli jiġu mwettqa minn awtoritajiet li ma jkunux l-awtoritajiet doganali, dawn il-kontrolli għandhom isiru b'kordinazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet doganali, fejn possibbli fl-istess ħin u post.

4.   Fil-qafas tal-kontrolli previsti f'dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra, bħall-awtoritajiet veterinarji u l-pulizija, jistgħu jikkomunikaw data riċevuta, fil-kuntest tad-dħul, il-ħruġ, it-transitu, t-trasferiment u l-użu finali ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi terzi u l-preżenza ta' merkanzija li ma għandhiex status Komunitarju, bejniethom, bejn l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri, u lill-Kummissjoni fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġi minimizzat ir-riskju.

Il-komunikazzjoni ta' data konfidenzjali lill-amministrazzjonijiet tad-dwana u lil korpi oħra (p.e. aġenziji tas-sigurtà) ta' pajjiżi terzi għandha tkun ammessa biss fil-qafas ta' ftehim internazzjonali, u kemm-il darba jiġu rispettati d-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data  (6) u r-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data  (7).

4)

L-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Kull informazzjoni li fin-natura tagħha hija konfidenzjali jew li hija fornita fuq bażi konfidenzjali għandha tkun koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali. Ma għandhiex tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr il-permess espress tal-persuna jew l-awtorità li tagħtiha. Il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha, madankollu, tkun permessa fejn l-awtoritajiet kompetenti huma obbligati jagħmlu hekk skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ, partikolarment in konnessjoni ma' proċedimenti legali. L-għoti jew il-komunikazzjoni ta' informazzjoni għandha ssir fir-rispett sħiħ tad-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru. 45/2001.”;

5)

Fl-Artikolu 16 “kontroll mill-awtoritajiet doganali” għandhom jiġu sostitwiti bi “kontrolli doganali”.

6)

L-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt il-Kapitoli 1 tat-Titolu III:

“Artikolu 36a

1.   Il-merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun koperta b'dikjarazzjoni fil-qosor, ħlief merkanzija trasportata b'mezzi ta' trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta' l-arja tat-territorju doganali mingħajr waqfien f'dan it-territorju.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali tad-dħul.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tiġi preżentata f'uffiċċju doganali ieħor, kemm-il darba dan l-uffiċċju jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament b'mod immedjat id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tad-dħul.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu, li minflok il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor, il-preżentazzjoni ta' notifika u l-aċċess għad-data fid-dikjarazzjoni fil-qosor fis-sistema elettronika ta' l-operatur ekonomiku.

3.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata qabel ma l-merkanzija tinġieb fit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit:

il-limitu ta' żmien li fih id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata qabel il-merkanzija tinġieb fit-territorju doganali tal-Komunità;

ir-regoli għal eċċezzjonijiet mil-limitu ta' żmien imsemmi hawn fuq u għal varjazzjonijiet ta' dan l-istess limitu; u

il-kondizzjonijiet li taħthom jista' jitneħħa jew jiġi addattat ir-rekwiżit ta' dikjarazzjoni fil-qosor,

B'applikazzjoni għal ċirkostanzi partikulari u għal ċerti tipi ta' traffiku ta'merkanzija, modi ta' trasport jew operaturi ekonomiċi jew fejn xi ftehim internazzjonali jiddisponi arranġamenti speċjali ta' sigurtà.

Artikolu 36b

1.   Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit sett ta' data u format komuni għad-dikjarazzjoni fil-qosor, li jkun fih d-dettalji neċessarji għal analiżi tar-iskju u l-applikazzjoni korretta tal-kontrolli doganali, primarjament għal finijiet ta' sigurtà, bl-użu, fejn xieraq, ta' standards internazzjonali u ta' prattiċi kummerċjali.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi mfassla bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. Tista' tintuża informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, kemm-il darba din tipprovdi d-dettalji neċessarji.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet fil-qosor fuq il-karta f'ċirkostanzi eċċezzjonali, kemm-il darba huma japplikaw l-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonijiet fil-qosor magħmula bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data.

3.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata mill-persuna li ġġib il-merkanzija, jew li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija, fit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Minkejja l-obbligu tal-persuna msemmija fil-paragrafu 3, id-dikjarazzjoni fil-qosor tista' minflok tiġi preżentata:

(a)

mill-persuna li f'isimha taġixxi l-persuna msemmija fil-paragrafu 3; jew

(b)

minn kwalunkwe persuna li tista' tippreżenta l-merkanzija in kwistjoni jew tirranġa għall-preżentazzjoni tagħha lill-awtorità doganali kompetenti; jew

(ċ)

minn rappreżentant ta' waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafu 3 jew fil-punti (a) jew (b).

5.   Il-persuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha, fuq talba tagħha, tiġi awtorizzata sabiex temenda xi wieħed jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor wara li din tkun ġiet preżentata. Madankollu, l-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara li l-awtoritajiet doganali:

(a)

ikunu informaw lill-persuna li preżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor li huma għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija; jew,

(b)

ikunu stabbilixxew li d-dettalji in kwistjoni mhumiex korretti; jew,

(ċ)

ikunu ippermettew it-tneħħija tal-merkanzija.

Artikolu 36ċ

1.   L-uffiċċju doganali tad-dħul jista' jneħħi r-rekwiżit għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor fir-rigward ta' merkanzija li għaliha tkun ġiet preżentata dikjarazzjoni fil-qosor qabel l-għeluq tal-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 36a(3) jew (4). F'dan il-każ, id-dikjarazzjoni doganali għandha jkun fiha għall-inqas id-dettalji neċessarji għad-dikjarazzjoni fil-qosor u, sakemm ta' l-ewwel tkun għadha ma ġietx aċċettata skond l-Artikolu 63, hija għandha jkollha l-istatus ta' dikjarazzjoni fil-qosor.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni doganali tkun ippreżentata f'uffiċċju doganali ta' importazzjoni differenti mill-uffiċċju doganali tad-dħul, sakemm dan l-uffiċċju immedjatament jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tad-dħul.

2.   Fejn id-dikjarazzjoni doganali hija preżentata b'mod li mhuwiex bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data, l-awtoritajiet doganali għandhom japplikaw għad-data l-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonijiet fil-qosor li jkunu magħmula permezz ta' teknika ta' l-ipproċessar ta' data.”;

7)

Fl-Artikolu 37 (1) “kontroll mill-awtorità doganali ”għandha tiġi sostitwita b'“kontrolli doganali” u fl-Artikolu 38(3) “il-kontroll mill-awtorità doganali ta'” għandha tiġi sostitwita bi “kontrolli doganali minn”;

8)

L-Artikolu 38(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 u l-Artikoli 36a sa 36ċ u 39 sa 53 ma għandhomx japplikaw għal merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Komunità fi triqitha bil-baħar jew bl-ajru minn punt għal ieħor f'dak it-territorju, kemm-il darba t-trasport ikun sar fuq rotta diretta u permezz ta' servizzi regolari bl-ajru jew bil-baħar mingħajr waqfien barra t-territorju doganali tal-Komunità.”;

9)

L-Artikolu 40 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 40

Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun preżentata lid-dwana mill-persuna li ġabitha f'dak it-territorju jew, jekk xieraq, mill-persuna li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija wara li tkun hekk daħlet, ħlief merkanzija trasportata b'mezzi ta' trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta' l-arja tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfien f'dan it-territorju. Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel riferiment għad-dikjarazzjoni fil-qosor jew għad-dikjarazzjoni doganali li kienet ġiet preżentata qabel fir-rigward tal-merkanzija.”;

10)

Fit-Titolu III, il-Kapitolu 3, għandu jiġi intitolat mill-ġdid “Il-ħatt ta' merkanzija preżentata lid-dwana”;

11)

L-Artikoli 43 sa 45 għandhom jiġu mħassra;

12)

L-Artikolu 170(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-merkanzija għandha tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali u tkun soġġetta għall-formalitajiet doganali preskritti fejn din:

(a)

tkun ġiet soġġetta għal proċediment doganali li jsir kompjut malli jidħlu f'żona libera mid-dazju jew maħżen liberu mid-dazju; madankollu, fejn il-proċedura doganali in kwistjoni tippermetti eżenzjoni mill-obbligu li tiġi preżentata merkanzija, ma għandhiex tkun meħtieġa tali preżentazzjoni;

(b)

tkun iddaħħlet f'żona libera mid-dazju jew f'maħżen liberu mid-dazju fuq il-bażi ta' deċiżjoni sabiex jingħata rimborż jew eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni;

(ċ)

tkun tikkwalifika għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 166 (b); jew

(d)

tkun daħlet f'żona libera mid-dazju jew maħżen liberu mid-dazju direttament minn barra t-territorju doganali tal-Komunità.”;

13)

L-Artikolu 176(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn merkanzija tiġi trasbordata f'żona libera mid-dazju, ir-rekords li jirrelataw ma' l-operazzjoni għandhom jinżammu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana. Il-ħżin għal żmien qasir ta' merkanzija in konnessjoni ma' tali trasbord għandu jiġi kkonsidrat bħala parti integrali ta' l-operazzjoni.

Fir-rigward ta' merkanzija li tiddaħħal f'żona libera mid-dazju minn barra t-territorju doganali tal-Komunità jew meħuda minn żona libera mid-dazju biex toħroġ direttament mit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor skond l-Artikoli 36a sa 36ċ jew 182a sa 182d, kif xieraq.”;

14)

L-Artikolu 181 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 181

L-awtoritajiet doganali għandhom jissodisfaw ruħhom li r-regoli li jiggvernaw l-esportazzjoni, l-ipproċessar 'il barra, ir-riesportazzjoni, il-proċeduri sospensivi jew il-proċeduri ta' transitu intern, kif ukoll id-disposizzjonijiet tat-Titolu V, jiġu rispettati fejn il-merkanzija għandha tħalli t-territorju doganali tal-Komunità minn żona libera mid-dazju jew maħżen liberu mid-dazju.”;

15)

Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 182 (3) il-kliem “Riesportazzjoni jew” għandhom jitħassru;

16)

Taħt it-Titolu V (Merkanzija li tkun ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità) għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 182a

1.   Il-merkanzija ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità, ħlief merkanzija trasportata b'mezzi ta' trasport li jkunu biss qegħdin fi tranżitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta' l-arja tat-territorju doganali mingħajr waqfien f'dan it-territorju, għandha tkun koperta b'dikjarazzjoni doganali jew inkella, fejn ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni doganali, b'dikjarazzjoni fil-qosor.

2.   Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit:

iż-żmien perentorju li fih id-dikjarazzjoni doganali jew id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni qabel ma l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità;

ir-regoli għal eċċezzjonijiet mil-limitu ta' żmien imsemmi hawn fuq u għal varjazzjonijiet ta' dan l-istess limitu, il-kondizzjonijiet li taħthom jista' jitneħħa jew jiġi addattat ir-rekwiżit ta' dikjarazzjoni fil-qosor; u

il-każijiet li fihom, u l-kondizzjonijiet li taħthom, il-merkanzija ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità, ma tkunx soġġetta għal dikjarazzjoni doganali jew għal dikjarazzjoni fil-qosor,

skond ċirkostanzi speċjali u b'applikazzjoni għal ċerti tipi ta' traffiku ta'merkanzija, modi ta' trasport jew operaturi ekonomiċi jew fejn xi ftehim internazzjonali jipprovdi għal arranġamenti speċjali ta' sigurtà.

Artikolu 182b

1.   Fejn merkanzija li tkun ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità tiġi assenjata għal trattament jew użu approvat mid-dwana li fir-rigward tiegħu hija meħtieġa dikjarazzjoni doganali skond ir-regoli tad-dwana, din id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni qabel ma l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Fejn l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni huwa differenti mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni għandu minnufih jikkomunika, jew jagħmel disponibbli elettronikament, id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

3.   Id-dikjarazzjoni doganali għandha jkun fiha mill-inqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor msemmija fl-Artikolu 182d(1).

4.   Fejn id-dikjarazzjoni doganali hija magħmula b'mod li mhuwiex bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu d-data suġġetta għall-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet magħmula bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data.

Artikolu 182ċ

1.   Fejn merkanzija li tkun ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità ma tiġix assenjata għal trattament jew użu approvat mid-dwana li fir-rigward tiegħu hija meħtieġa dikjarazzjoni doganali, għandha tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ qabel ma l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tiġi preżentata f'uffiċċju doganali ieħor, kemm-il darba dan l-uffiċċju minnufih jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu, minflok il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor, il-preżentazzjoni ta' notifika u aċċess għad-data fid-dikjarazzjoni fil-qosor fis-sistema elettronika ta' l-operatur ekonomiku.

Artikolu 182d

1.   Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit sett ta' data u format komuni għad-dikjarazzjoni fil-qosor, li jkun fih id-dettalji neċessarji għal analiżi tar-riskju u l-applikazzjoni korretta ta' kontrolli doganali, primarjament għal finijiet ta' sigurtà, bl-użu, fejn xieraq, ta' standards internazzjonali u ta' prattiċi kummerċjali.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi mfassla bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. Tista' tintuża informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, kemm-il darba din tipprovdi d-dettalji neċessarji.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet fil-qosor fuq il-karta f'ċirkostanzi eċċezzjonali, sakemm huma japplikaw l-istess livell ta' ġestjoni ta' riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonijiet fil-qosor magħmula bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data.

3.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata:

(a)

mill-persuna li tieħu il-merkanzija, jew li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija, barra mit-territorju doganali tal-Komunità; jew

(b)

minn kwalunkwe persuna li tista' tippreżenta l-merkanzija in kwistjoni jew tirranġa għall-preżentazzjoni tagħha lill-awtorità doganali kompetenti; jew

(ċ)

minn rappreżentant ta' waħda mill-persuni msemmija fil-punt (a) jew punt (b).

4.   Il-persuna msemmija fil-paragrafu 3 għandha, fuq talba tagħha, tiġi awtorizzata sabiex temenda xi wieħed jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor wara li din tkun ġiet preżentata. Madankollu, l-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara li l-awtoritajiet doganali:

(a)

ikunu informaw lill-persuna li preżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor li huma għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija; jew,

(b)

ikunu stabbilixxew li d-dettalji in kwistjoni mhumiex korretti; jew,

(ċ)

ikunu ippermettew it-tneħħija tal-merkanzija.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 36a(4), l-Artikolu 36b(1), l-Artikolu 182a(2) u l-Artikolu 182d(1) għandhom isiru applikabbli minn …… (8).

Id-disposizzjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu applikabbli hekk kif jidħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet implimentattivi ibbażati fuq l-Artikoli imsemmija fit-tieni subparagrafu. Madankollu, sa tliet snin wara li dawn l-Artikoli jkunu saru applikabbli, għandhom jiġu installati sistemi ta' dikjarazzjoni elettronika u sistemi awtomizzati għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni ta' riskju u għall-iskambju elettroniku ta' data bejn uffiċċji doganali ta' dħul, ta' importazzjoni, ta' esportazzjoni u ta' ħruġ, kif stipulat fl-Artikoli 13, 36a, 36b, 36ċ, 182b, 182ċ u 182d.

Sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-applikazzjoni ta' dawn l-Artikoli, il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe talba mill-Istati Membri għal estensjoni tal-perjodu ta' tliet snin imsemmi fit-tielet subparagrafu għal sistemi ta' dikjarazzjoni elettronika u sistemi awtomatizzati għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni tar-riskju u għall-iskambju elettroniku ta' data bejn uffiċċji doganali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tipproponi, fejn ikun xieraq, estensjoni tal-perjodu ta' tliet snin imsemmi fit-tielet subparagrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 110 30.04.2004, p. 72

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (ĠU C 104 E 30.4.2004), Posizzjoni Komuni tal-Kunusill ta' 29 ta' Novembru 2004 u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p.1

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.”

(8)  Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ABBOZZ TA' DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fil-25 ta' Lulju 2003, il-Kummissjoni ippreżentat lill-Kunsill il-proposta imsemmija hawn fuq, li hija bbażata fuq l-Artikoli 26, 95, 133 u 135 tat-Trattat.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fis-26 ta' Frar 2004 (1).

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-20 ta' April 2004 (2), meta adotta 26 emenda għall-proposta. Il-Kummissjoni aċċettat il-maġġoranza tagħhom, iżda ma tistax taċċetta 6 mill-emendi proposti.

Il-Kummissjoni ippreżentat lill-Kunsill fl-4 ta' Mejju 2004 proposta emendata dwar is-suġġett imsemmi hawn fuq.

Fid-29 ta' Novembru 2004, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat.

II.   GĦAN

L-għan tar-Regolament propost huwa li jistabbilixxi, abbażi ta' standards u kriterji ta' riskju li dwarhom hemm qbil komuni, livell ekwivalenti ta' protezzjoni fil-kontrolli doganali għall-merkanziji li jidħlu fi u joħorġu mill-Komunità. Dan għandu jinkiseb bl-introduzzjoni ta' sistema ta' dikjarazzjonijiet magħmula qabel il-wasla jew qabel it-tluq, filwaqt li jiġi msaħħaħ l-użu ta' l-informatika.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI KIF STABILIT FID-DOK. 12060/04

1.   Ħarsa ġenerali

Fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill ġeneralment jappoġġa l-għan tal-proposta, li huwa t-titjib tas-sigurtà tal-flussi tal-kummerċ lejn u 'il barra mill-Komunità bl-introduzzjoni ta' kontrolli xierqa bbażati fuq ir-riskju u bl-użu ta' sistema mtejjba ta' komunikazzjoni ta' data u ta' tqassim ta' informazzjoni.

2.   L-emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill ħa l-pożizzjonijiet li ġejjin dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew:

Il-Kunsill aċċetta l-emendi Nri. 1, 3, 4, 7 u 11 - 23 u 26.

L-emenda Nru. 2: Il-Kunsill jikkunsidra li għandu jiġi nserit riferiment għall-kontrolli doganali fuq merkanziji li joħorġu mill-Komunità fit-test (cf. il-pożizzjoni komuni dwar l-emenda Nru. 24).

Il-Kunsill ma aċċettax il-modifiki proposti fl-emenda Nru. 5, u jippreferi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kunsill jista' jaċċetta s-suġġeriment ta' inserzjoni ta' riferiment għal ftehim internazzjonali f'dik il-premessa.

L-emenda Nru. 6 li titratta dwar id-definizzjonijiet ta' tipi differenti ta' uffiċċji doganali ma ġietx aċċettata mill-Kunsill billi hija nieqsa minn ċerti elementi essenzjali bħar-riferiment għan-nomina mill-awtoritajiet doganali skond ir-regoli doganali u r-riferiment għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju f'tipi differenti ta' uffiċċji doganali.

L-emenda Nru. 8: Il-Kunsill jippreferi li jispeċifika t-tipi ta' movimenti ta' merkanzija li għalihom japplikaw ir-regoli preżenti. Dan għandu jsir f'konformità mat-test użat fid-definizzjoni proposta ta' “kontroll doganali”. Ir-riferiment għad-“dħul, il-ħruġ, it-transitu, it-trasferiment u l-użu finali ta' merkanziji” għandu għalhekk jiġi użat fid-definizzjoni ta' “riskju” kif ukoll fl-Artikolu 13 (l-emenda Nru. 10). Il-Kunsill aċċetta it-tħassir tad-definizzjoni ta''operatur ekonomiku awtorizzat' ladarba dan il-kunċett ġie nserit fl-Artikolu ġdid 5a (l-emenda Nru. 9).

L-emenda Nru. 9: Il-Kunsill jilqa' l-emenda dwar l-'operatur ekonomiku awtorizzat' u jikkunsidra l-Artikolu 5a ġdid bħala wieħed mill-elementi bażilari ta' l-abbozz tar-Regolament. Madankollu, fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill irfina l-kunċett ta' l-'operatur ekonomiku awtorizzat' bl-introduzzjoni ta' differenzjar bejn ir-rikonoxximent ta' l-istatus ta' 'operatur ekonomiku awtorizzat' mill-Istati Membri li mhumiex l-Istat Membru li fil-bidu kien ta dak l-istatus u l-awtorizzazzjoni sabiex tali operaturi jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet previsti fir-regoli doganali. Permezz ta' dan id-differenzjar, l-Istati Membri ma jkollhomx jirripetu valutazzjonijiet ta' l-istatus ta' 'operatur ekonomiku awtorizzat' li jkunu diġà saru fl-Istat Membru ta' oriġini iżda jkunu jistgħu minkejja dan jeżaminaw jekk operatur issodisfax il-kriterji marbuta ma' tip speċifiku ta' simplifikazzjoni previst fir-regoli doganali. Barra minn dan, il-Kunsill daħħal riferiment għas-“solvibbiltà finanzjarja” bħala wieħed mill-kriterji għall-akkreditament bħala 'operatur ekonomiku awtorizzat' fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 5a. Fl-aħħarnett, il-Kunsill adatta r-regoli u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati permezz tal-proċedura tal-Kumitat skond il-modifiki tal-kunċett ta' 'operatur ekonomiku awtorizzat'.

L-emenda Nru. 10: Il-Kunsill ma aċċettax din l-emenda. Fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill irrestrinġa l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet fi Stat Membru wieħed u l-awtoritajiet doganali fi Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni għal każijiet fejn dan huwa meħtieġ sabiex jiġi minimizzat ir-riskju kif definit fl-Artikolu 4 Nru. 25.

L-emenda Nru. 24: Ma ġiex aċċettat mill-Kunsill it-tħassir ta' l-Artikolu 182b propost, li jipprevedi t-twaqqif ta' regoli dettaljati li għandhom ikunu stipulati in konnessjoni ma' dikjarazzjonijiet sommarji għall-esportazzjoni. Is-sistema ta' dikjarazzjonijiet magħmula qabel it-tluq għandha tapplika mhux biss f'dawk il-każijiet fejn l-esportatur huwa obbligat mill-pajjiż terz li jipprovdi informazzjoni relatata mas-sigurtà iżda għandha tapplika bħala parti ta' sistema ġenerali ta' informazzjoni antiċipata konnessa mas-sigurtà.

L-emenda Nru 25, li tħassar ir-riferimenti għall-Artikoli 182a u 182b u b'hekk telimina l-bżonn ta' dikjarazzjoni sommarja għal merkanziji li jħallu t-territorju doganali tal-Komunità minn żona ħielsa mid-dazju, ma' gietx milqugħa mill-Kunsill għaliex dan ikkunsidra li din tista' tirriżulta f'loopholes ta' sigurtà fis-sistema ta' dikjarazzjonijiet magħmula qabel it-tluq.

3.   Elementi ġodda ntrodotti mill-Kunsill

Flimkien mal-punti li dwarhom ta l-Opinjoni tiegħu il-Parlament Ewropew u li dwarhom il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill kienet riflessa hawn fuq, il-Kunsill daħħal żewġ premessi li jiċċaraw l-approċċ tiegħu in konnessjoni mar-rikonoxximent ta' operaturi ekonomiċi awtorizzati u s-simplifikazzjonijiet mogħtija lilhom (il-premessi ġodda 3 u 4).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hija konformi ma' l-għan tar-Regolament propost, li huwa t-titjib tal-kunċett ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għall-fruntieri esterni ta' l-UE, partikolarment bl-introduzzjoni ta' kontrolli bbażati fuq ir-riskju u bl-użu estensiv ta' l-informatika. Barra minn hekk, din issib bilanċ bejn l-għan li tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta' kontrolli tal-fruntieri mmirati aħjar u l-piż addizzjonali amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi maħluq bl-obbligu li tingħata informazzjoni antiċipata sabiex jiġu faċilitati tali kontrolli. Kif huwa wkoll suġġerit fl-Opinjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill għażel l-introduzzjoni ta' possibbiltà akbar għall-operaturi ekonomiċi li jibbenefikaw minn simplifikazzjonijiet previsti mir-regoli doganali jekk, fl-istess waqt, huma jissodisfaw il-ħtiġijiet neċessarji. Madankollu, il-Kunsill jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għaż-żamma tas-simetrija bejn il-kontrolli ta' l-importazzjonijiet fi u l-esportazzjonijiet mill-Komunità.


(1)  ĠU C 110 tat-30.4.2004, p. 72.

(2)  ĠU C 104, E tat-30.4.2004.


15.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 38/45


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 9/2005

adottata mill-Kunsill fid-29 ta' Novembru 2004

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'....., dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-iffissar tal-ħtiġijiet ta' l-Eko-Disinn għal Prodotti li Jużaw l-Enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2005/C 38 E/04)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-differenzi li jeżistu bejn il-liġjiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-eko-disinn tal-prodotti li jużaw l-enerġija jistgħu joħolqu diffikultajiet għall-kummerċ li jaffetwaw il-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità u b'hekk ikollhom impatt dirett fuq it-twaqqif u l-funzjoni tas-suq intern. L-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali huwa l-uniku mezz li jista' jipprevjeni dawn l-ostakoli għall-kummerċ u l-kompetizzjoni inġusta.

(2)

Il-Prodotti li jużaw l-Enerġija (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “EuPs”) jammontaw għal proporzjon kbir mill-konsum tar-riżorsi naturali u ta' l-enerġija fil-Komunità. Huma għandhom ukoll impatt importanti fuq diversi oqsma oħra ta' l-ambjent. Għalkemm il-maġġoranza tal-kategoriji tal-prodotti li jinsabu fis-suq tal-Komunità jipprovdu funzjonijiet simili, xorta dawn juru livelli tassew differenti fl-impatt tagħhom fuq l-ambjent. Għandu jiġi mħeġġeġ titjib kontinwu fl-impatt ġenerali li dawn il-prodotti jkollhom fuq l-ambjent, fl-interess ta' l-iżvilupp sostenibbli, dan jista' jsir partikolarment billi jiġu identifikati l-għejun prinċipali ta' l-impatti negattivi fuq l-ambjent u billi jiġi evitat it-trasferiment tat-tniġġis, dejjem jekk dan it-titjib ma jkunx jinvolvi spejjeż eċċessivi.

(3)

L-eko-disinn tal-prodotti huwa fattur kruċjali fl-istrateġija tal-Komunità dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodotti. Bħala trattament preventiv maħsub biex itejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti filwaqt li jibqgħu jżommu il-kwalitajiet funzjonali tagħhom, huwa jipprovdi opportunitajiet ġenwini ġodda għall-fabbrikanti, għall-konsumaturi u għas-soċjetà fit-totalità tagħha.

(4)

It-titjib fl-effiċjenza ta' l-Enerġija – fejn waħda mill-għażliet disponibbli hija użu aktar effiċjenti ta' l-elettriku – huwa kkunsidrat bħala fattur li jikkontribwixxi sostanzjalment sabiex jintlaħqu l-livelli meħtieġa mill-Komunita' għal dak li jirrigwarda l-emissjoni tal-gassijiet ta' l-effett tas-serra. Id-domanda għall-elettriku tirappreżenta l-kategorija ta' l-użu aħħari ta' l-enerġija li l-aktar li qed tikber b'rata mgħaġġla u, fin-nuqqas ta' xi azzjoni politika li taħdem kontra din it-tendenza, hija maħsuba li tikber fl-20 sa 30 sena li ġejjin. Tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' l-enerġija, hekk kif issuġġerixxa l-Programm tal-Bidla tal-Klima Ewropea, irrapportat mill-Kummissjoni, huwa fil-fatt possibli. Il-Bidla fil-Klima hija waħda mill-prijoritajiet tas-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali stabbilit b' Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (3). L-iffrankar ta' l-enerġija huwa l-aktar mod effettiv meta mqabbel man-nefqa sabiex tiżdied is-sigurtà tad-distribuzzjoni u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu adottati miżuri sostanzjali u għanijiet anċillari għad-domandi.

(5)

Għandha tittieħed azzjoni matul il-fażi fejn il-EuP jkun għadu qed jigi ppjanat, peress illi jidher li t-tniġġiż ikkawżat matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott huwa determinat f'dan il-punt, u l-biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż involuti jsiru wkoll f'dan l-istadju.

(6)

Għandha tiġi stabbilita sistema koerenti għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' l-eko-disinn tal-Komunità għall-EuPs, bil-għan li din tassigura l-moviment liberu ta' dawk il-prodotti li jkunu jikkonformaw u li ttejjeb l-impatt ġenerali tagħhom fuq l-ambjent. Rekwiżiti Komunitarji bħal dawn għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u tal-kummerċ internazzjonali.

(7)

Il-ħtiġijiet ta' l-eko-disinn għandhom jitfasslu b'tali mod li jiġu kkunsidrati l-miri u l-prijoritajiet tas-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali, u jinkludu fejn meħtieġ il-miri ta' l-istrateġiji tematiċi relevanti ta' dak il-Programm.

(8)

Din id-Direttiva għanda l-għan li tikseb livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent billi tnaqqas l-impatt potenzjali ta' l-EuPs fuq l-ambjent, li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u utenti finali oħra. L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ ukoll kunsiderazzjoni xierqa ta' l-impatt fuq is-saħħa, dak soċjali u ekonomiku tal-miżuri kkunsidrati. It-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-prodotti jikkontribwixxi għas-sigurtà tad-distribuzzjoni ta' l-enerġija li hija prekondizzjoni għall-attività ekonomika b'saħħitha kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli.

(9)

Sabiex il-benefiċċji ambjentali jilħqu l-massimu tagħhom permezz ta' disinn imtejjeb, jista' jkun meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-karatteristiċi ambjentali u l-prestazzjoni tal-EuPs, kif ukoll jingħataw pariri dwar kif jistgħu jużaw il-prodott b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

(10)

L-approċ imfassal fil-’Green Paper’ dwar il-Politika Integrata tal-Prodotti, li huwa element innovattiv prinċipali tas-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali, jimmira sabiex inaqqas l-impatt tal-prodotti fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. Il-fatt li, waqt il-fażi ta' l-ippjanar, jiġi kkunsidrat l-impatt ambjentali ta' prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, għandu potenzjal għoli sabiex jiffaċilita l-progress ambjentali b'mod effettiv a paragun tal-prezz. Għandu jkun hemm biżżejjed flessibiltà sabiex dan il-fattur ikun jista' jiġi integrat fid-disinn tal-prodott waqt li jiġu kkunsidrati wkoll il-fatturi tekniċi, funzjonali u ekonomiċi.

(11)

Għalkemm huwa mixtieq trattament komprensiv għall-prestazzjoni ambjentali, il-mitigazzjoni tal-gassijiet ta' l-effett tas-serra permezz ta' effiċjenza akbar fl-enerġija għandha titqies bħala prijorità fil-mira ambjentali waqt li l-adozzjoni ta' pjan ta' ħidma tkun għadha pendenti.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-impatt ambjentali tagħhom jitnaqqas kemm jista' jkun, hemm ċans li l-iffissar ta' rekwiżiti speċifiċi u kwantifikati ta' l-eko-disinn għal ċerti prodotti jew aspetti ambjentali diversi jkunu mhux biss meħtieġa iżda wkoll ġustifikati. Mingħajr ebda preġudizzju għat-trattament integrat imsemmi f'din id-Direttiva, għandha tingħata ċerta prijorità lil dawk il-miżuri li jkollhom potenzjal għoli li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet ta' l-effett tas-serra bi ftit spejjeż, u dan għaliex irid jiġi kkunsidrat il-bżonn urġenti ta' kontribuzzjoni sabiex jintlaħqu l-impenji fil-qafas tal-Protokoll ta' Kjoto tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Bidliet fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti (UNFCCC). Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal użu sostenibbli tar-riżorsi u jitqiesu wkoll bħala l-kontribuzzjoni prinċipali għas-sistema ta' programmi, magħmula għal żmien ta' għaxar snin, dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli li ġiet aċċettata fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ġewwa Johannesburg f'Settembru ta' l-2002.

(13)

Il-livell tar-rekwiżiti ta' l-eko-disinn għandu normalment jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' l-analiżi teknika, ekonomika u ambjentali. Il-flessibilità fil-metodu ta' kif jiġi stabbilit il-livell tar-rekwiżiti tista' tħaffef il-progress u t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali. Il-partijiet involuti interessati għandhom jiġu kkonsultati u għandhom jikkooperaw b'mod attiv f'din l-analiżi. L-istabbiliment tal-miżuri obbligatorji jeħtieġ konsultazzjoni xierqa tal-partijiet involuti. Din it-tip ta' konsultazzjoni tista' titfa' dawl fuq il-bżonn għal introduzzjoni li ssir permezz ta' fażijiet jew għal xi miżuri tranżitorji. L-introduzzjoni ta' għanijiet temporanji tgħin sabiex iżżid il-possibiltà ta' tbassir tal-politika, u tippermetti l-akkomodazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kif ukoll tiffaċilita l-ippjanar fit-tul għal partijiet interessati.

(14)

Għandha tingħata prijorità lil modi alternattivi ta' azzjoni bħal ma' hija r-Regolamentazzjoni individwali min-naħa ta' l-industrija fejn hemm aktar ċans li azzjonijiet bħal dawn jilħqu l-miri politiċi b' mod aktar malajr jew b'anqas spejjeż minn dawk ir-rekwiżiti obbligatorji. Miżuri leġiżlattivi jistgħu jkunu meħtieġa meta s-suq jonqos milli jevolvi lejn id-direzzjoni t-tajba jew inkella b'veloċità aċċettabbli.

(15)

Regolamentazzjoni individwali, inklużi l-ftehim volontarji offruti bħala rabtiet unilaterali min-naħa ta' l-industrija tista' tkun ta' ġid għall-progress mgħaġġel minħabba l-implimentazzjoni veloċi u ta' benefiċċju finanzjarju, u tippermetti addattazzjoni xierqa u flessibbli għall-possibiltajiet teknoloġiċi u s-sensittivitajiet tas-suq.

(16)

Il-Kapitolu 6 tal-“Komunikazzjoni dwar il-Ftehim ambjentali fuq livell Komunitarju fi ħdan is-Sistema tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Simplifikazzjoni u l-Progress ta' l-Ambjent Regolatorju” tal-Kummissjoni tista' tipprovdi assitenza utli meta ssir il-valutazzjoni tar-Regolament individwali min-naħa ta' l-industrija, fil-kuntest ta' din id-Direttiva.

(17)

Din id-Direttiva għandha wkoll tinkoraġixxi l-integrazzjoni ta' l-eko-disinn għall-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju (SMEs) kif ukoll fil-kumpanniji żgħar ħafna. Integrazzjoni bħal din tista' tiġi ffaċilitata permezz ta' aktar disponibbiltà u aċċess aktar faċli għall-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tal-prodotti tagħhom.

(18)

Dawk il-EuPs li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-eko-disinn stabbiliti fil-miżuri ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom iġibu il-marka “CE” u kull informazzjoni assoċjata magħha sabiex ikunu jistgħu jitpoġġew fis-suq intern u jiċċirkolaw liberament. L-infurzar rigoruż tal-miżuri ta' implimentazzjoni huwa meħtieġ sabiex jiġi jitnaqqas l-impatt tal-EuPs regolati fuq l-ambjent u tiġi assigurata l-kompetizzjoni ġusta.

(19)

Waqt li hija tkun qed tipprepara l-miżuri ta' implimentazzjoni u l-pjan ta' ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet involuti għal dan il-każ u li jkunu konċernati mill-grupp tal-prodott, bħal ma hija l-industrija, inklużi l-SMEs u l-industrija tas-snajja', trade unions, negozjanti li jbiegħu bl-imnut, kummerċjanti, importaturi, gruppi tal-protezzjoni ta' l-ambjent u organizazzjonijiet tal-konsumaturi.

(20)

Waqt li tkun qed tipprepara miżuri ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari dawk li jkunu jikkonċernaw is-sustanzi tossiċi, fejn l-Istati Membri jkunu indikawhom bħala sustanzi li għandhom jiġu preservati, u dan mingħajr ma tnaqqas il-livelli ta' protezzjoni eżistenti u ġustifikati fl-Istati Membri.

(21)

Għandha tingħata attenzjoni għall-moduli u r-regoli li jkunu intenzjonati għall-użu fid-Direttivi ta' l-armonizzazzjoni teknika imfissra fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għal diversi fażijiet tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u tar-regoli għat-twaħħil u l-użu ta' l-immarkar tal-konformità CE (4).

(22)

L-awtoritajiet ta' sorveljanza għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-miżuri mbassra fl-ambitu ta' din id-Direttiva bil-għan li tittejjeb is-sorveljanza tas-suq. Kooperazzjoni bħal din għandha tagħmel l-aħjar użu mill-mezzi tal-komunikazzjoni u tal-programmi tal-Komunità relevanti. Għandu jitħaffef l-Iskambju ta' l-Informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja kif ukoll tal-kisbiet tas-soluzzjonijiet fl-ippjanar. Wieħed mill-benefiċċji kruċjali ta' din id-Direttiva hija l-akkumulazzjoni u t-tixrid ta' l-għarfien li joħroġ mill-isforzi ta' l-eko-disinn min-naħa tal-fabbrikanti.

(23)

Għal dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ u ma' l-informazzjoni ta' l-eko-disinn għall-SMEs, ikun xieraq li jiġu kkunsidrati wkoll xi attivitajiet kumplimentari.

(24)

Huwa fl-interess tat-tħaddim tas-suq intern li dan ikollu livelli li jkunu ġew armonizzati fuq livell Komunitarju. La darba dan il-livell jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, il-konformità miegħu għandha tqajjem preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti korrispondenti maħruġa fil-miżura ta' implimentazzjoni adottata fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, għalkemm xorta waħda għandhom jitħallew mezzi oħra li jgħinu sabiex tintwera din il-konformità.

(25)

Wieħed mill-għanijiet ta' l-istandards armonizzati għandu jkun dak li jgħin lill-fabbrikanti japplikaw il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati taħt din id-Direttiva. Livelli bħal dawn jistgħu jkunu essenzjali sabiex jiġu stabbiliti metodi ta' kejl u ta' implimentazzjoni. Fil-każ tal-ħtiġijiet ta' l-eko-disinn, l-istandards armonizzati jistgħu jikontribwixxu b'mod konsiderevoli billi jigwidaw lill-fabbrikanti sabiex dawn jistabilixxu l-għamla ekoloġika tal-prodotti tagħhom, b'mod li jkun jaqbel mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Dawn il-livelli għandhom jindikaw b'mod ċar ir-relazzjoni bejn il-klawżoli tagħhom u r-rekwiżiti imsemmija. L-għan ta' dawn l-istandards armonizzati m'għandux ikun dak li jfassal il-limiti għall-aspetti ambjentali.

(26)

Minħabba d-definizzjonijiet użati f'din id-Direttiva, huwa utli li wieħed jirreferi għal-livelli internazzjonali relevanti bħal ISO 14040.

(27)

Din id-Direttiva hija konformi ma' ċerti prinċipji għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ġdida, hekk kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċ ġdid għall-armonizazzjoni teknika u standards (5) u sabiex issir riferenza għall-livelli Ewropej armonizzati. Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1999 (6) fuq ir-rwol ta' l-istandardizzazzjoni fl-Ewropa irrakkomandat lill-Kummissjoni sabiex din teżamina jekk il-Prinċipju ta' l-Approċ il-Ġdid jistax jiġi estiż għas-setturi li għadhom mhux koperti bħala mezz li jtejjeb u jissimplifika, fejn ikun possibbli, il-leġiżlazzjoni.

(28)

Din id-Direttiva tikkumplimenta l-istrumenti Komunitarji eżistenti bħal ma hija d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz tat-tikketti u l-informazzjoni ’standard’ fuq il-prodott għal dak li għandu x'jaqsam mal-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra mill-elettrodomestiċi (7), Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema Komunitarja riveduta għall-għoti ta' l-eko-tiketti (8), Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar programm tal-Komunità dwar it-tiketti għall-effiċjenza fl-enerġija għat-tagħmir ta' l-uffiċċju (9), Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (10), Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sostanzi perikolużi f' tagħmir elettriku u elettroniku (11) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar ir-restrizzjoni tal-marketing u l-użu ta' ċerti sostanzi u preparazzjonijiet perikolużi (12). Is-sinerġiji ta' bejn din id-Direttiva u l-istrumenti diġà eżistenti tal-Komunità għandhom jikkontribwixxu billi jżidu l-impatti rispettivi tagħhom u jibnu rekwiżiti koerenti li jkunu jistgħu jiġu applikati mill-fabbrikanti.

(29)

Peress illi d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal- 21 ta' Mejju 1992 dwar ir-rekwiżiti meħtieġa għall-effiċjenza ta' tankijiet ġodda tal-misħun li jaħdmu bil-likwidi jew b'xi kombustibbli tal-gas (13), id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru 1996 dwar ir-rekwiżiti meħtieġa għall-effiċjenza fl-enerġija għall-istrumenti elettriċi fid-dar bħal ma huma r-refrigerators, freezers u kombinazzjoni tagħhom (14) u d-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar ir-rekwiżiti għall-effiċjenza fl-enerġija għas-saborra għad-dawl florexxenti (15) diġà għandhom disposizzjonijiet għar-reviżjoni tar-rekwiżiti għall-effiċjenza fl-enerġija, dawn għandom għalhekk jiġu integrati fil-qafas preżenti.

(30)

Id-Direttiva 92/42/KEE tistabilixxi sistema ta' gradazzjoni bl-istilel bil-għan li ssir magħrufa il-prestazzjoni fl-enerġija tat-tankijiet tal-misħun. Jekk l-Istati Membri u l-industrija jaqblu bejniethom li s-sistema ta' gradazzjoni bl-istilel ma tkunx kisbet ir-riżultati mistennija, id- Direttiva 92/42/KE għandha tiġi rranġata sabiex tiftaħ it-triq għal skemi aktar effettivi.

(31)

Ir-rekwiżiti meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 78/170/KEE tat-13 ta' Frar 1978 dwar il-prestazzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana għat-tisħin ta' l-ispazju jew il-produzzjoni tal-misħun f'bini ġdid u mhux industrijali u dwar l-iżolazzjoni tas-sħana u d-distribuzzjoni ta' l-ilma domestiku sħun ġewwa bini ġdid u mhux industrijali (16) ġew mibdula mid-disposizzjonijiet tad-Direttiva 92/42/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tad-29 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħruq tal-kombustibbli tal-gas (17) u d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (18). Id-Direttiva 78/170/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra.

(32)

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE ta' l-1 ta' Diċembru 1986 dwar il-ħoss fl-arja li joħroġ mill-apparat tad-dar (19) tistabbilixxi l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-ħoss maħruġ minn apparat bħal dan, u tiddefinixxi proċedura li tiddetermina l-livell tal-ħoss. L-emissjonijiet tal-ħoss għandhom jiġu inklużi fi gradazzjoni integrata tal-prestazzjoni ambjentali minħabba raġunijiet ta' armonizazzjoni. Peress illi din id-Direttiva tipprovdi għal trattament daqshekk integrat, id-Direttiva 86/594/KEE għandha tiġi mħassra.

(33)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta'l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (20).

(34)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' xi ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(35)

Huwa mfakkar li l-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar l-abozzar aħjar tal-liġijiet (21) jgħid li l-Kunsill ”ser iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ifasslu s-sistemi tagħhom, għalihom nfushom u fl-interess tal-Komunità, sabiex dawn juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni ta' bejn direttivi u l-miżuri ta' transpożizzjoni u sabiex jagħmluhom pubbliċi.”

(36)

Minħabba li l-objettiv ta' l-azzjoni proposta, li huma fuq kollox, li tiġi żgurata l-ħidma tas-suq intern permezz tar-rekwiżiti meħtieġa sabiex il-prodotti jilħqu livell adegwat ta' prestazzjoni ambjentali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, u li għalhekk jistgħu, minħabba d-daqs u l-effett tagħhom, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' għalhekk tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà hekk kif huwa stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, skond kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikun jista' jintlaħaq dan l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabilixxi qafas għall-istabbiliment tar-rekwiżiti meħtieġa ta' l-eko-disinn tal-Komunità għal dawk il-prodotti li jużaw l-enerġija bil-għan li tassigura moviment liberu ta' dawn il-prodotti fi ħdan is-suq intern.

2.   Din id-Direttiva tipprovdi għall-istabbiliment ta' dawn ir-rekwiżiti li jridu josservaw il-prodotti li jużaw l-enerġija u li jaqgħu taħt il-miżuri ta' implimentazzjoni bil-għan li jkunu jistgħu jitpoġġew fuq is-suq u/jew jiġu mħaddma. Hija tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli billi żżid l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-livell ta' protezzjoni ta' l-ambjent, u fl-istess ħin iżżid is-sigurtà fil-forniment ta' l-enerġija.

3.   Din id-Direttiva ma tapplikax għall-mezzi tat-trasport għall-persuni jew prodotti.

4.   Din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati taħta huma mingħajr ebda preġudizzju għall-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar it-trattament ta' l-iskart u l-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-kimiċi, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-gassijiet florinati b' effett serra.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Prodott li juża l-Enerġija” jew “EuP” ifisser prodott li, la darba jitpoġġa fis-suq u/jew jibda jiġi mħaddem, jiddependi fuq l-użu ta' l-enerġija (elettriku, fossili kombustibbli u għejun rinovabbli) biex ikun jista' jaħdem kif suppost kif ukoll prodott għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta' enerġija bħal din, inklużi l-partijiet li jiddependu mill-użu ta' l-enerġija u mfassla sabiex jiġu inkorporati f'EuP li jkun jaqa' taħt din id-Direttiva li jitpoġġew fuq is-suq u/jew jiġu mħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali li dwarhom tista' ssir stima tal-prestazzjoni ambjentali b'mod indipendenti.

(2)

“Komponenti u partijiet oħra għall-immuntar” jfissru partijiet li jkunu mfassla sabiex jiġu inkorporati f' EuPs li m'humiex mpoġġija fis-suq u/jew ma jiġux imħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali jew li dwarhom ma tkunx tista' ssir valutazzjoni indipendenti tal-prestazzjoni ambjentali;

(3)

“Miżuri ta' implimentazzjoni” jfissru miżuri adottati skond din id-Direttiva u li jpoġġu r-rekwiżiti meħtieġa għall-eko-disinn għall-EuPs msemmija jew għall-aspetti ambjentali;

(4)

“Tqegħid fis-suq” tfisser li l-EuP isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità bil-għan li jkun hemm distribuzzjoni jew użu tiegħu fi ħdan il-Komunità kemm jekk dan isir b'xi ħlas jew b'xejn u irrispettivament mill-mezz tal-bejgħ;

(5)

“Tħaddim” tfisser l-ewwel użu ta' l-EuP skond l-użu mfassal għalih, mill-utent aħħari fil-Komunità;

(6)

“Fabbrikant” ifisser kull persuna, fiżika jew ġuridika, li tiffabbrika l-EuPs li jaqgħu taħt din id-Direttiva, u li hija responsabbli għall-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva in vista tat-tpoġġija tagħhom fuq is-suq/jew jiġu mħaddma, taħt l-isem tal-fabbrikant stess jew il-marka tal-fabbrika jew inkella għall-użu personali tal-fabbrikant. Fin-nuqqas ta' fabbrikant, hekk kif ġie mfisser fl-ewwel sentenza, kull persuna fiżika jew ġuridika li tpoġġi fis-suq u/jew tħaddem EuPs li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandha titqies bħala fabbrikant;

(7)

“Rappreżentant awtorizzat” ifisser kull persuna fiżika jew ġuridika, stabbilita fil-Komunità, li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn għand il-fabbrikant sabiex twettaq f'ismu l-obbligazzjonijiet u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li jkollhom x'jaqsmu ma' din id-Direttiva;

(8)

“Materjali” ifissru l-materjali kollha użati waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta' EuP;

(9)

“Disinn tal-prodott” ifisser l-għadd ta' proċessi li jittrasformaw ir-rekwiżiti legali, tekniċi, tas-sigurtà, funzjonali, tas-suq jew oħra li jridu jiġu sodisfatti minn EuP fl-ispeċifikazzjoni teknika ta' dak l-EuP;

(10)

“Aspett ambjentali” ifisser element jew funzjoni ta' EuP li jista' jkollu xi forma ta' interazzjoni ma' l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

(11)

“Impatt ambjentali” ifisser kull bidla fl-ambjent, b'mod sħiħ jew parzjali, li tirriżulta mill-EuP matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

(12)

“Ċiklu tal-ħajja” ifisser il-fażijiet konsekuttivi u interkonnessi ta' EuP, mill-użu tal-materja prima sar-rimi finali;

(13)

“Użu mill-ġdid” ifisser kull operazzjoni li biha EuP jew il-komponenti tiegħu, wara li jkunu laħqu t-tmiem ta' l-ewwel użu tagħhom, jintużaw għall-istess skop li għaliha kienu ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu ta' EuP, li jintbagħt lura fil-post għall-ġabra, lill-fornitur, riċiklatur jew fabbrikant, kif ukoll użu mill-ġdid ta' EuP wara li tkun saritlu xi ristrutturazzjoni;

(14)

“Riċiklaġġ” ifisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta' produzzjoni tal-materjal għall-iskart sabiex dan jerġa' jkollu l-użu oriġinali jew għal użu ieħor iżda fejn ikun eskluż l-irkupru ta' l-enerġija;

(15)

“L-irkupru ta' l-enerġija” ifisser l-użu ta' skart kombustibbli bħala mezz biex jiġġenera l-enerġija permezz ta' inċinerazzjoni diretta permezz ta' jew mingħajr skart ieħor iżda bl-irkupru tas-sħana;

(16)

“Rkupru” ifisser kull tip ta' operazzjoni applikabbli li jipprovdi għalihom l-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (22);

(17)

“Skart” ifisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji mfassla fl-Anness I għad-Direttiva 75/442/KEE li d-detentur jarmi jew li jkolli l-intenzjoni jew ikun meħtieġ li jarmi;

(18)

“Skart perikoluż” ifisser kull skart li jaqa' taħt l-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (23);

(19)

“Għamla ekoloġika” tfisser deskrizzjoni, skond il-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli għal EuP, tat-tqegħid u l-ħru (bħal ma huma l-materjal, l-emissjonijiet u l-iskart) assoċjati ma' l-EuP matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u li jkunu sinifikanti għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt fuq l-ambjent u huma spjegati fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jiġu mkejla;

(20)

“Prestazzjoni ambjentali” ta' EuP tfisser ir-riżultati tat-tmexxija ta' l-aspetti ambjentali ta' l-EuP mill-fabbrikant, hekk kif jinstab ukoll fid-dokument tekniku tiegħu;

(21)

“Titjib fil-prestazzjoni ambjentali” ifisser il-proċess li jsebbaħ u jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' EuP, ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni, għalkemm mhux meħtieġ li dan isir fir-rispett ta' l-aspetti ambjentali kollha tal-prodott simultanjament.

(22)

“Eko-disinn” ifisser l-integrazzjoni ta' l-aspetti ambjentali fl-ippjanar tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' l-EuP matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu.

(23)

“Rekwiżiti meħtieġa fl-eko-disinn” ifissru kull rekwiżit meħtieġ relatat ma' EuP, jew l-ippjanar ta' EuP, li jkollha l-għan li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu jew kull ħtieġa oħra għat-tqassim ta' l-informazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspett ambjentali ta' EuP.

(24)

“Rekwiżiti ġeneriċi għall-eko-disinn” ifissru kull rekwiżit meħtieġ għall-eko-disinn ibbażata fuq l-għamla ekoloġika sħiħa u mhux it-tfassil ta' limiti fil-valuri fuq aspetti ambjentali partikolari.

(25)

“Rekwiżit speċifiku għall-eko-disinn” ifisser rekwiżit kwantifikat u li jista' jitkejjel li jkollu x'jaqsam ma' aspett ambjentali partikolari ta' EuP, bħal ma huwa l-konsum ta' l-enerġija waqt l-użu u kkalkulat għal ċerta unità (ta' kejl) ta' prestazzjoni finali.

(26)

“Standards armonizzati” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn entità rikonoxxuta ta' l-istandards taħt mandat mill-Kummissjoni bi ftehim mal-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (24) bil-għan li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew, mingħajr obbligu ta' konformità.

Artikolu 3

Tqegħid fis-suq u tħaddim

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha approprjati sabiex jassiguraw li l-EuPs li jaqgħu taħt il-miżuri ta' implimentazzjoni jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq jew jiġu mħaddma biss meta dawn ikunu konformi ma' dawn il-miżuri u meta jkollhom il-marka CE skond l-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq. Huma għandhom jagħmlu mezz li dawn l-awtoritajiet jkollhom u jagħmlu użu mill-poteri neċċessarji sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri approprjati, u b'hekk jagħmlu dmirhom skond din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-doveri, il-poteri u l-arranġamenti organizzattivi ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu jistgħu:

(i)

jorganizzaw spezzjonijiet xierqa tal-konformita' ta' l-EuP, fuq skala adegwata, u li jobbligaw lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu sabiex jirtira mis-suq dawk l-EuPs li ma jkunux konformi, skond l-Artikolu 6;

(ii)

jeħtieġu l-għoti ta' kull informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati, hekk kif hu speċifikat fil-miżuri ta' implimentazzjoni;

(iii)

li jieħdu kampjuni tal-prodotti u jissottomettuhom għal spezzjonijiet ta' konformita'.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar ir-riżultati tas-sorveljanza tas-suq, u fejn ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsumaturi u l-partijiet l-oħra interessati jingħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-konformità tal-prodott.

Artikolu 4

Immarkar u dikjarazzjoni ta' konformità

1.   Qabel ma EuP li jkun jaqa' taħt il-miżuri ta' implimentazzjoni jitpoġġa fis-suq u/jew jibda jiffunzjona, irid isir twaħħil tal-marka CE u trid tinħareġ ukoll dikjarazzjoni ta' konformità, fejn il-fabbrikant jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu jassiguraw u jiddikjaraw li l-EuP huwa konformi mad-disposizzjonijiet tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

2.   Il-marka ta' konformità CE tikkonsisti fl-inizjali “CE” hekk kif jidher fl-Anness III.

3.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VI u għandha tirreferi għall-miżura ta' implimentazzjoni adattata.

4.   It-twaħħil tal-marki fuq EuP li aktarx jistgħu jqarrqu lill-utenti tal-prodott fir-rigward tat-tifsira jew il-forma tal-marka CE huma projbiti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-informazzjoni li tingħata skond parti 2 ta' l-Anness I tkun fil-lingwa(i) uffiċjali tagħhom meta l-EuP jilħaq lill-utent aħħari.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw ukoll li din l-informazzjoni tingħata f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Komunità.

Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari:

(a)

jekk l-informazzjoni tistax tingħata permezz ta' simboli armonizzati jew kodiċi rikonoxxuta jew miżuri oħrajn;

(b)

it-tip ta' persuna/entità antiċipata li ser tuża l-EuP u n-natura ta' l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta.

Artikolu 5

Moviment Liberu

1.   L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tħaddim, fi ħdan it-territorji tagħhom, fuq il-bażi tar-rekwiżiti meħtieġa fl-eko-disinn relatati mal-parametri ta' l-eko-disinn msemmija fl-Anness I parti 1 li jaqgħu taħt il-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli ta' EuP li jkunu konformi mad-disposizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli u li jkollhom il-marka CE skond l-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim, fi ħdan it-territorji tagħhom, ta' EuP li jkollu l-marka CE skond l-Artikolu 4, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' l-eko-disinn relatati ma' dawk il-parametri ta' l-eko-disinn msemmija fl-Artikolu I parti 1 fejn il-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli huma b'tali mod li l-ebda rekwiżit ta' l-eko-disinn m'hu meħtieġ.

3.   L-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu l-wiri ta' EuP li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, per eżempju fil-fieri, eżibizzjonijiet u wirjiet oħra, kemm-il darba ikun hemm indikazzjoni ċara li dawn ma jistgħux jitpoġġew fuq is-suq u/jew jitħaddmu qabel ma jiġu konformi.

Artikolu 6

Klawżola ta' salvagwardja

1.   Meta Stat Membru jivverifika li EuP li jkollu l-marka CE msemmija fl-Artikolu 4 u li jintuża skond l-użu intenzjonat tiegħu ma jkunx konformi mad-disposizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun obbligat li jġib l-EuP konformi mad-disposizzjonijiet tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli u/jew mal-marka CE u sabiex iwaqqaf il-ksur ta' dawn id-disposizzjoniiet skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

Jekk il-ksur jibqa' jseħħ, l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni fejn jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq u/jew it-tħaddim ta' l-EuP in kwestjoni jew jassigura li dan jitneħħa minn fuq is-suq.

2.   Kull deċiżjoni minn Stat Membru li jsegwi din id-Direttiva, li tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta' EuP trid tiddikjara l-bażijiet fuq hiex din tkun ittieħdet.

Deċiżjoni bħal din tkun mgħarrfa minnufih lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi mgħarrfa dwar ir-rimedji legali disponibbli taħt il-liġijiet applikabbli fl-Istat Membru konċernat u t-termini ta' skadenza ta' dawn l-istess rimedji.

3.   L-Istat Membru għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 1, u għandu jindika r-raġunijiet tiegħu, b'mod partikolari, jekk il-ksur tad-disposizzjonijiet ikunx sar minħabba:

(a)

nuqqas milli jiġu sodisfatti r-rekwiżiti meħtieġa tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli;

(b)

applikazzjoni żbaljata ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 9(2);

(ċ)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 9 (2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta minnufih lill-partijiet konċernati u tista' tfittex parir tekniku minn għand esperti esterni indipendenti.

Wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni u lill-Istati l-Membri l-oħra dwar l-opinjonijiet tagħha.

Meta l-Kummissjoni jidhrilha li d-deċiżjoni mhix ġustifikata, hija għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri dwar dan.

5.   Meta d-deċiżjoni msemmija f 'paragrafu 1 tkun ibbażata fuq nuqqas fi standard armonizzat, il-Kummissjoni għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 (2), (3) u (4). Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 (1).

6.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri neċċessarji, fejn ikunu ġustifikati, sabiex jiggarantixxu kunfidenzjalità fir-rigward ta' l-informazzjoni provvduta waqt il-proċedura.

7.   Id-deċiżjoni meħuda minn dawk l-Istati Membri li jimxu skond dan l-Artikolu ser tkun waħda pubblika, u għandha ssir b'mod trasparenti.

8.   L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawn id-deċiżjonijiet għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Stima tal-konformità

1.   Qabel ipoġġu EuP, li jkun jaqa' taħt miżura ta' implimentazzjoni, fuq is-suq u/jew qabel ma dan jiġi mħaddem, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiżguraw li tkun saret l-ewwel stima tal-konformità mar-rekwiżiti kollha relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

2.   Il-proċeduri ta' l-istima tal-konformità għandhom jiġu speċifikati mill-miżuri ta' implimentazzjoni u għandhom iħallu lill-fabbrikanti l-għażla sabiex dawn jagħżlu bejn il-kontroll tad-disinn intern stabbilit fl-Anness IV u s-sistema ta' tmexxija stabbilita fl-Anness V. Meta din tkun ġustifikata kif imiss u tkun proporzjonata mar-riskju, il-proċedura ta' stima tal-konformità għandha tiġi speċifikata fost il-moduli relevanti spjegati fid-Deċiżjoni 93/465/KEE.

Jekk EuP li jkun jaqa' taħt miżura ta' implimentazzjoni ikun iddisinjat minn xi intrapriża li tkun reġistrata skond ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS) (25) u jekk il-funzjoni ta' l-istess disinn tkun inkluża fl-ambitu ta' dik ir-reġistrazzjoni, is-sistema ta' tmexxija ta' dik l-intrapriża għandha tiġi preżunta bħala waħda konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta' l-Anness V ta' din id-Direttiva.

Jekk EuP li jaqa' taħt il-miżuri ta' implimentazzjoni jkun ippjanat min naħa ta' xi intrapriża li jkollha sistema ta' tmexxija li tkun tinkludi l-funzjoni tad-disinn tal-prodott u li tkun implimentata skond l-istandards armonizzati li jkollhom in-numri ta' referenza ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, allura din l-istess sistema ta' tmexxija għandha tiġi preżunta li tikkonformi mar-rekwiżiti korrispondenti fl-Anness V.

3.   Wara li l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkun poġġa fis-suq EuP jew ikun beda jiġi mħaddem, dan għandu jżomm id-dokumenti relatati ma' l-stima magħmula dwar il-konformità kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-konformità maħruġa sabiex dawn ikunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-Istati Membri għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar EuP ikun ġie manifatturat.

Id-dokumenti relevanti iridu jkunu disponibbli fi żmien 10 ijiem wara l-irċevuta tad-domanda min-naħa ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

4.   Id-dokumenti relatati ma' l-istima tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 4 iridu jsiru f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 8

Preżunzjoni tal-konformità

1.   L-Istati Membri iridu jqisu l-EuP li jkollu il-marka CE msemmija fl-Artikolu 4 bħala sinjal ta' konformità għad-disposizzjonijiet relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

2.   L-Istati Membri għandhom iqisu EuP li għalih ikun ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta' referenza tiegħu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, bħala wieħed konformi mar-rekwiżiti kollha meħtieġa tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli relatata ma' dawn l-istess standards.

3.   EuPs li jkunu ingħataw l-eko-tikketta tal-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti meħtieġa għall-eko-disinn tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, dejjem jekk dawn ir-rekwiżiti ikunu ġew sodisfatti mill-eko-tiketta.

4.   Għal raġunijiet tal-preżunzjoni ta' konformità fil-kuntest ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', billi taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15 (2), tiddeċiedi li t-tikketti eko l-oħra jissodisfaw ukoll il-kondizzjonijiet ekwivalenti għall-eko-tiketta tal-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000. Dawk l-EuP li jkunu ġew mogħtija eko-tikketti bħal dawn għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti meħtieġa għall-eko-disinn tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, dejjem jekk dawn ir-rekwiżiti ikunu ġew sodisfatti mit-tikketta eko.

Artikolu 9

Standards Armonizzati

1.   L-Istati Membri, għandhom, fejn ikun possibbli, jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adegwati sabiex jagħtu ċ-ċans lill-partijiet interessati li jiġu kkonsultati fuq livell nazzjonali dwar il-proċess ta' preparazzjoni u ta' spezzjoni ta' l-istandards armonizzati.

2.   Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards armonizzati, li huma maħsuba li jissodisfaw id-disposizzjonijiet speċifiċi ta' miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, ma jkunux jissodisfaw bis-sħiħ dawk id-disposizzjonijiet, l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti stabbilit taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE dwar dan u jagħtu r-raġunijiet. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni urġentement.

3.   Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tippubblika jew le, jew li tippubblika b'restrizzjoni, li żżomm jew tirtira r-referenzi għall-istandards armonizzati konċernati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, toħroġ mandat ġdid bil-għan li jkun hemm reviżjoni ta' l-istandards armonizzati konċernati.

Artikolu 10

Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar

Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikanti jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom li jpoġġu l-komponenti u l-partijiet l-oħra għall-immuntar fis-suq u/jew li jibdew jiġu mħaddma, sabiex dawn jipprovdu lill-fabbrikant ta' EuP kopert mill-miżuri ta' implimentazzjoni b'informazzjoni relevanti dwar il-kompożizzjoni tal-materjal u l-konsum ta' l-enerġija, materjal u/jew riżorsi tal-komponenti jew partijiet oħra għall-immuntar.

Artikolu 11

Kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta' informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adegwati sabiex jinkoraġixxu awtoritajiet responsabbli sabiex jimplimentaw din id-Direttiva biex jikkooperaw bejniethom u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni b'informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fit-tħaddim ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari, jgħinu fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 6.

Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' l--informazzjoni għandhom jieħdu kemm jista' jkun vantaġġ mill-mezzi ta' informazzjoni elettroniċi u jista' jkollhom l-appoġġ mill-programmi relevanti tal-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.   In-natura speċifika u l-istruttura ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tinkoraġixxi u tikkontribwixxi għall-kooperazzjoni ta' bejn l-Istati Membri msemmija f'dan l-Artikolu

Artikolu 12

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.   Sabiex EuP jaqa' taħt miżura ta' implimentazzjoni għandu jilħaq il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-EuP irid ikollu volum ta' bejgħ u kummerċ ta' aktar minn 200 000 unità fi ħdan il-Komunita' u fi żmien ta' sena skond il-figuri disponibbli l-aktar riċenti;

(b)

meta jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet mpoġġija fis-suq u/jew mħaddma, l-EuP irid jkollu impatt importanti fuq l-ambjent fi ħdan il-Komunita', hekk kif huwa speċifikat fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Komunità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE;

(ċ)

l-EuP irid jirrappreżenta potenzjal importanti għall-progress fir-relazzjoni ma' l-impatt fuq l-ambjent mingħajr ma dan iġib miegħu spejjeż eċċessivi. Għandhom japplikaw il-parametri li ġejjin sabiex ikun jista' jiġi stabbilit jekk dan il-kriterju jkunx intlaħaq:

nuqqas ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità oħra relevanti

meta l-forzi tas-suq ma jirnexxielhomx jindirizzaw il-kwistjoni

lavarija estensiva fil-prestazzjoni ambjentali fost l-EuP disponibbli fuq is-suq b'funzjonalità ekwivalenti.

3.   Waqt li tikkunsidra jekk tippreparax abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni trid tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet li jkun esprima l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 u tikkunsidra wkoll:

(a)

Prijoritajiet ambjentali tal-Komunità, bħal dawk mfassla fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE jew il-Programm tal-Kummissjoni għall-Bidla fil-Klima Ewropea (ECCP);

(b)

Awto-regolazzjoni relevanti, bħal ftehim volontarji jew miżuri oħrajn meħuda mill-industrija.

4.   Fit-tħejjija ta' abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja ta' l-EuP;

(b)

twettaq stima, li tikkunsidra l-impatt fuq l-ambjent, fuq il-konsumaturi u fuq il-fabbrikanti, inklużi l-SMEs fir-rigward tal-kompetittività, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq u l-ispejjeż u l-benefiċċji;

(ċ)

tqis il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ambjent li l-Istati Membri jqisu li hija relevanti;

(d)

twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet konċernati;

(e)

tħejji memorandum ta' spjegazzjoni dwar l-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni ibbażat fuq l-istima li għaliha ssir referenza fis-subparagrafu (b);

(f)

tiffissa data(i) ta' implimentazzjoni, b'mod illi kull miżura jew perjodi f'diversi stadji jew tranżitorji jqisu b'mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-SMEs jew dwar gruppi ta' prodotti speċifiċi primarjament manifatturati minn SMEs.

5.   Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

m'għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva ta' l-utent;

(b)

is-saħħa, is-sigurtà u l-ambjent m'għandhomx jiġu affettwati b'mod negattiv;

(ċ)

m'għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi b'mod partikolari fir-rigward tal-prezz u l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott;

(d)

m'għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-kompetittività tal-fabbrikanti, inkluż fuq is-swieq barra l-Komunità;

(e)

fil-prinċipju, l-iffissar ta' rekwiżit ta' l-eko-disinn m'għandux ikollu l-konsegwenza li tiġi imposta fuq il-fabbrikanti xi teknoloġija soġġetta għal drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

(f)

m'għandux jitpoġġa piż amministrattiv żejjed fuq il-fabbrikanti;

6.   Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti ta' l-eko-disinn skond l-Anness I u/jew l-Anness II.

Għandhom jiġu introdotti rekwiżiti ta' l-eko-disinn għal aspetti ambjentali magħżula li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jistabbilixxu wkoll li ebda rekwiżit ta' l-eko-disinn ma jkun meħtieġ fir-rigward ta' ċerti parametri speċifikati ta' l-eko-disinn li għalihom issir referenza fl-Anness I parti 1.

7.   Ir-rekwiżiti meħtieġa għandhom ikunu fformulati biex jiggarantixxu li awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-EuP mar-rekwiżiti meħtieġa tal-miżura ta' implimentazzjoni. Il-miżura ta' implimentazzjoni għandha tispeċifika jekk il-verifikazzjoni tistax tiġi milħuqa b'mod dirett fuq l-EuP jew inkella fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni teknika.

8.   Il-miżuri implimentattivi għandhom jinkludu l-elementi mniżżla f'Anness VII.

9.   Studji u analiżi relevanti li jintużaw mill-Kummissjoni biex tipprepara l-miżuri implimentattivi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

10.   Fejn hu adattat, miżura ta' implimentazzjoni dwar ir-rekwiżiti meħtieġa ta' eko-disinn għandha tkun akkompanjata b'linji ta' gwida, li għandhom jiġi adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 15(2), dwar l-ibbilanċjar ta' diversi aspetti ambjentali.

Artikolu 13

Pjan ta' ħidma

1.   Skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12 u wara li jkun ġie kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha sa mhux iktar tard minn.......... (26) tistabbilixxi pjan ta' ħidma li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Il-pjan ta' ħidma għandu jispeċifika, għat-tlett snin sussegwenti, lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti li għandhom jiġu kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi.

Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi emendat kull tant żmien mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Forum ta' Konsultazzjoni.

2.   Madanakollu, matul il-perjodu tranżitorju meta l-ewwel pjan ta' ħidma li hu msemmi fil-paragrafu 1 jkun qiegħed jiġi stabbilit, u skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u l-kriterji mniżżla fl-Artikolu 12 u wara konsultazzjoni mal-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implimentattivi li jibdew b'dawk il-prodotti li ġew identifikati mill-ECCP bħala li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet li għandhom l-effett tas-serra u li jagħtu benefiċċju proporzjonat ma' l-ispejjeż.

Artikolu 14

Forum ta' Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi li fil-mod kif jitmexxew l-attivitajiet tagħha hi tosserva, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull miżura ta' implimentazzjoni, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tal-partijiet kollha interessati u li huma kkonċernati fuq prodott/grupp ta' prodotti bħall-industrija li tinkludi l-SMEs, l-industrija tas-snajja, it-trade unions, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, importaturi, gruppi għall-protezzjoni ambjentali u organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu f'Forum ta' Konsultazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura tal-forum għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tlett xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 16

Pieni

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-pieni li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 17

Emendi

1.   Id-Direttiva 92/42/KEE qiegħdha hawn tiġi emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 6 għandu jiġi mħassar.

2)

L-Artikolu segwenti għandu jiddaħħal:

“Artikolu 10a

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2005/…/EK, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċjenza ta' l-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva (27)  (28), u tista' tiġi emendata jew imħassra skond l-Artikolu 15 (2) tad-Direttiva 2005/…/EK (28).

3)

L-Anness I, taqsima 2, għandha tiġi mħassra.

4)

L-Anness II għandu jiġi mħassar.

2.   Id-Direttiva 96/57/KE qiegħdha hawn tiġi emendata kif ġej:

L-Artikolu segwenti għandu jiddaħħal:

“Artikolu 9a

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2005/…/EK, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċjenza ta' l-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva (29)  (28), u tista' tiġi emendata jew imħassra skond l-Artikolu 15 (2) tad-Direttiva 2005/…/EK (28).

3.   Id-Direttiva 2000/55/KE qiegħdha hawn tiġi emendata kif ġej:

L-Artikolu segwenti għandu jiddaħħal:

“Artikolu 9a

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2005/…/EK, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċjenza ta' l-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva (30)  (31), u tista tiġi emendata jew imħassra skond l-Artikolu 15 (2) tad-Direttiva 2005/…/EK (31).

Artikolu 18

Tħassir

Id-Direttivi 78/170/KEE u 86/594/KEE huma mħassra. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw miżuri nazzjonali eżistenti adottati skond id-Direttiva 86/594/KEE sakemm jasal iż-żmien fejn miżuri implimentattivi għall-prodotti kkonċernati jkunu adottati skond din id-Direttiva.

Artikolu 19

Reviżjoni

Mhux aktar tard minn … (32) il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, il-limitu tal-miżuri implimentattivi, il-mekkaniżmi ta' sorveljanza tas-suq u kwalunkwe awto-regolazzjoni relevanti mqanqla, wara konsultazzjoni mal-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 14, u fejn hu xieraq, għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva.

Artikolu 20

Kunfidenzjalità

Rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni, imsemmija f'Artikolu 10 u f'Anness I, it-tieni parti, mill-fabbrikant u/jew rappreżentant awtorizzat għandhom ikunu proporzjonati u għandhom jikkunsidraw il-kunfidenzjalità leġittima ta' l-informazzjoni kummerċjali sensittiva.

Artikolu 21

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jibdew jinfurzaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel (33). Huma għandhom jinfurmaw b' dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodu ta' kif issir referenza bħal din għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

...

Għall-Kunsill

Il-President

...


(1)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 25.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-29 ta' Novembru 2004 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-... (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

(5)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(6)  ĠU L 141, 19.5.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(8)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.

(10)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p.106).

(11)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(12)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/98/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 63).

(13)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50).

(14)  ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.

(15)  ĠU L 297, 1.11.2000, p. 33.

(16)  ĠU L 52, 23.2.1978, p. 32. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 82/885/KE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 19).

(17)  ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p.1).

(18)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(19)  ĠU L 344, 6.12.1986, p. 24. Direttiva kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(20)  ĠU L 184, 17.07.1999, p. 23.

(21)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(22)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(23)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).

(24)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(25)  ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.

(26)  Sentejn wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva

(27)  ĠU L …”

(28)  Din id-Direttiva.

(29)  ĠU L …”

(30)  ĠU L …”

(31)  Din id-Direttiva.

(32)  Ħames snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva

(33)  24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

METODU BIEX JIĠU STABBILITI REKWIŻITI ĠENERIĊI TA' EKO-DISINN

(imsemmija fl-Artikolu 12)

Rekwiżiti ġeneriċi ta' eko-disinn jimmiraw biex itejbu l-eżekuzzjoni ambjentali ta' l-EuP billi jiffukaw fuq aspetti ambjentali sinifkanti mingħajr ma jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dan. Il-Kummissjoni għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifkanti matul il-preparazzjoni ta' l-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni li għandha tkun preżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 li għandha tkun speċifikata fil-miżura ta' implimentazzjoni.

Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti ġeneriċi ta' eko-disinn skond l-Artikolu 12 il-Kummissjoni għandha tidentifika, kif inhu xieraq għall-EuP kopert mill-miżura ta' implimentazzjoni, il-paramentri relevanti ta' l-eko-disinn fost dawk imniżżla fl-ewwel parti, l-informazzjoni tar-rekwiżiti tal-provvista fost dawk li huma mniżżla fit-tieni parti u r-rekwiżiti għall-fabbrikant imniżżla fit-tielet parti.

L-Ewwel Parti.   Parametri għal Eko-Disinn għall-EuPs

1.1.

L-aspetti ambjentali sinifikanti huma identifikati billi jitqiesu dawn il-fażijiet li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott safejn għandhom x'jaqsmu mad-disinn tal-prodott:

(a)

l-għażla u l-użu tal-materja prima;

(b)

il-produzzjoni;

(ċ)

il-proċess ta' l-ippakkjar, it-trasport u d-distribuzzjoni;

(d)

l-installazzjoni u l-manutenzjoni;

(e)

l-użu;

(f)

it-tmiem ta' l-użu, jiġifieri l-istat ta' l-EuP meta jkun wasal fit-tmiem ta' l-ewwel użu tiegħu sakemm finalment jintrema.

1.2.

Għal kull fażi, dawn l-aspetti ambjentali li ġejjin għandhom ikunu assessjati fejn ikun relevanti:

(a)

konsum ta' materjali li jkun imbassar minn qabel, ta' enerġija u ta' riżorsi oħra bħall-ilma frisk;

(b)

emissjonijiet antiċipati ta' arja, ilma jew ħamrija;

(ċ)

tniġġis antiċipat minħabba effetti fiżiċi bħal storbju, vibrazzjoni, radjazzjoni, oqsma elettromanjetiċi;

(d)

produzzjoni mistennija ta' materjal ta' skart;

(e)

possibiltajiet ta' użu mill-ġdid, riċiklaġġ u ta' rkupru ta' materjali u/jew ta' enerġija fid-dawl tad-Direttiva 2002/96/KE.

1.3.

B'mod partikolari, sejrin jintużaw dawn il-parametri li ġejjin, kif inhu xieraq, u jkunu miżjuda ma' oħrajn, fejn hu meħtieġ, biex ikun studjat il-potenzjal għal titjib fuq l-aspett ambjentali msemmija fil-paragrafu preċedenti:

(a)

piż u volum tal-prodott;

(b)

użu ta' materjal maħruġ minn attivitajiet ta' riċiklaġġ;

(ċ)

konsum ta' enerġija, ilma u riżorsi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

(d)

użu ta' sustanzi klassifikati bħala perikolużi għas-saħħa u/jew għal l-ambjent skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikketjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.08.1967, p.1) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1) u tiġi meqjusa l-leġislazzjoni dwar it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' sustanzi speċifiċi, bħal Direttivi 76/769/KEE jew 2002/95/KE;

(e)

il-kwantità u n-natura ta' oġġetti tal-konsum li huma meħtieġa għall-użu xieraq u manutenzjoni;

(f)

faċilità għall-użu mill-ġdid u riċiklaġġ kif inhu mfisser minn: in-numru ta' materjali u komponenti wżati, l-użu ta' komponenti standard, iż-żmien meħtieġ għaż-żarmar, il-komplessità ta' għodod meħtieġa għaż-żarmar, l-użu ta' standards ta' kodifikazzjoni għall-komponenti u materjal għall-identifikazzjoni ta' komponenti u materjali tajbin għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (li jinkludu mmarkar ta' partijiet tal-plastik skond l-istandards ta' l-ISO), l-użu ta' materjali li jistgħu jkunu riċiklati faċilment, aċċess faċli għall-komponenti jew materjali ta' valur jew oħrajn li jistgħu jkunu riċiklati; aċċess faċli għall-komponenti u materjali li jkun fihom sustanzi ta' periklu;

(g)

inkorporazzjoni ta' komponenti wżati;

(h)

evitar ta' soluzzjonijiet tekniċi li huma ta' ħsara għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta' komponenti jew magni sħaħ;

(i)

estensjoni tat-tul tal-ħajja kif inhu mfisser minn: l-inqas tul ta' ħajja ggarantita, l-inqas żmien għal disponibiltà ta' spare parts, modularità, tibdil għall-aħjar, kondizzjoni ta' telf li jista' jkun kompensat;

(j)

ammonti ta' skart iġġenerat u ammonti ta' skart perikoluż iġġenerat;

(k)

emissjonijiet fl-arja (gassijiet li jżidu t-tisħin ta' l-atmosfera, elementi li jsiru aċidużi, komponenti organiċi li jevaporaw malajr, sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, metalli tqal, sustanzi fini li huma f'sura ta' partikuli separati u sustanzi sospiżi li huma f'sura ta' partikulati separati) mingħajr ma jkollu effett fuq id-Direttiva 97/68/KE tas-16 ta' Diċembru 1997 li għandha x'taqsam ma' miżuri kontra l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu f'sura ta' partikuli separati minn magni fejn issir il-kombustjoni interna li għandhom jiġu nstallati f'makkinarji li ma jimxux fit-toroq (ĠU L 59, 27.2.1998, p.1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 30.4.2004, p. 1);

(l)

emissjonijiet fl-ilma (metalli tqal, sustanzi b'effett ħażin fuq il-bilanċ ta' ossiġnu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu);

(m)

emissjonijiet fil-ħamrija (speċjalment ħruq u tixrid ta' sustanzi perikolużi waqt il-fażi ta' użu tal-prodotti, u l-potenzjal li jnixxi wara li jintrema bħala).

It-Tieni Parti   Rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni

Il-miżuri implimentattivi jista' jkollhom bżonn ta' informazzjoni li għandha tingħata mill-fabbrikant li tista' tinfluwenza il-mod kif jiġi mmaniġjat l-EuP, użat u rriċiklat minn partijiet oħra minbarra l-fabbrikant. Din l-informazzjoni tista' tinkludi, fejn applikabbli:

informazzjoni mid-disinnjatur f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċess ta' manifattura;

informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ambjentali sinifikanti u dwar kif jaħdem xi prodott, li takkompanja l-prodott meta jkun impoġġi fis-suq biex tħalli lill-konsumatur iqabbel dawn l-aspetti tal-prodotti;

informazzjoni għall-konsumaturi fuq kif jinstallaw, jużaw u jagħmlu manutenzjoni sabiex inaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u sabiex jassiguraw ruħhom li t-tul ta' żmien ta' użu tal-prodott ikun l-aħjar, kif ukoll fuq kif jirritornaw il-prodott fit-tmiem taż-żmien tiegħu, u fejn hu xieraq, informazzjoni fuq il-perjodu ta' disponibiltà ta' spare parts u l-possibiltajiet ta' prodotti li jtejbu l-kwalità;

Informazzjoni fuq il-faċilitajiet ta' trattament li jikkonċernaw iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fl-aħħar tal-użu.

L-informazzjoni għandha tingħata fuq il-prodott innifsu fejn ikun possibbli.

Din l-informazzjoni sejra tikkunsidra l-obbligazzjonijiet skond leġiżlazzjoni oħra tal-Kommunità, bħad-Direttiva 2002/96/KE.

It-Tielet Parti   Rekwiżiti għall-Fabbrikant

1.

Waqt li jiffokaw fuq l-aspetti ambjentali identifikati fil-miżura ta' implimentazzjoni bħala li kapaċi tiġi influwenzata b'mod sostanzjali mid-disinn tal-prodott, il-fabbrikanti tal-EuPs sejrin ikollhom jagħmlu stima tal-mudell tal-EuP matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, ibbażata fuq preżunzjonijiet realistiċi dwar il-kondizzjonijiet normali u għanijiet ta' l-użu.

Fuq il-bażi ta' l-istima l-fabbrikanti għandhom jistabbilixxu l-profil ekoloġiku ta' l-EuP. Dan ser ikun ibbażat fuq karatteristiċi tal-prodott li huma relevanti fil-qasam ambjentali u d-dħul/il-ħruġ matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott imfissra fi kwantitajiet fiżiċi li jkunu jistgħu jiġu mkejla.

2.

Il-fabbrikant ser jagħmel użu minn din l-istima biex jevalwa soluzzjonijiet ta' disinn alternattivi u l-prestazzjoni ambjentali miksuba tal-prodott mal-punti ta' referenza.

Il-punti ta' referenza sejrin jiġu identifikati mill-Kummissjoni fil-miżura ta' implimentazzjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni li tkun inġabret fil-preparazzjoni tal-miżura.

L-għażla ta' soluzzjoni speċifika ta' disinn sejra tikseb bilanċ raġonevoli bejn id-diversi aspetti ambjentali u bejn aspetti ambjentali u konsiderazzjonijiet relevanti oħra, bħal sigurtà u saħħa, rekwiżiti tekniċi għall-funzjonalità, kwalità, u operat, u aspetti ekonomiċi, li jinkudu l-ispejjeż tal-manifattura u l-kondizzjoni tal-prodott li se jinbiegħ fis-suq, filwaqt li jikkonforma mal-leġislazzjoni relevanti kollha.


ANNESS II

METODU BIEX JIĠU STABBILITI REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA' EKO-DISINN

(Imsemmija fl-Artikolu 12)

Rekwiżiti speċifiċi ta' eko-disinn għandhom l-għan li jtejbu aspett ambjentali partikolari tal-prodott. Jistgħu jieħdu l-forma ta' rekwiżiti għall-konsum imnaqqas ta' ċertu riżors, bħal-limiti għall-użu ta' dan ir-riżors fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta' EuP, kif inhu xieraq (bħal limiti fil-konsum ta' l-ilma fil-fażi ta' l-użu jew fil-kwantitajiet ta' ċertu materjal inkorporat fil-prodott jew rekwiżitta' kwantitajiet minimi ta' materjal riċiklat).

Meta jkunu qed jiġu preparati l-miżuri implimentattivi li jippreskrivu rekwiżiti speċifiċi ta' eko-disinn skond l-Artikolu 12, il-Kummissjoni sejra tidentifika, kif inhu xieraq għall-EuP kopert mill-miżura ta' implimentazzjoni, il-parametri relevanti ta' l-eko-disinn fost dawk li huma msemmija fl-Anness I, l-ewwel parti u tistabbilixxi l-livelli ta' dawk ir-rekwiżiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) kif ġej:

1.

Analiżi teknika, ambjentali u ekonomika ser tagħżel numru ta' mudelli rappreżentattivi ta' l-EuP in kwistjoni fis-suq u tidentifika l-għażliet tekniċi biex jiġi mtejjeb l-operat ambjentali tal-prodott, billi żżomm f'moħħha l-vijabbiltà ekonomika ta' l-għażliet u tevita kwalunkwe telf ta' operat jew ta' utilità għall-konsumaturi.

L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-aspetti ambjentali li qed jiġu kkunsidrati, il-prodotti li jagħtu l-aħjar operat u t-teknoloġija disponibbli fis-suq.

Fuq il-bażi ta' din l-analiżi u meta titqies il-probabbiltà ekonomika u teknika kif ukoll il-potenzjal għal titjieb, għandhom jittieħdu miżuri konkreti b'attenzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodott.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-konsum ta' l-enerġija fl-użu, il-livell ta' effiċjenza ta' enerġija jew konsum sejrinjiġu stabbiliti billi jimmiraw fuq il-prezz minimu taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawk li jużawh l-aħħar għall-mudelli rappreżentattivi ta' l-EuP u jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi fuq aspetti ambjentali oħra. Il-metodu ta' l-analiżi ta' l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja juża rata ta' skont reali fuq il-bażi tad-data mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew u tul ta' ħajja realistika għall-EuP; hija bbażata fuq is-somma tal-varjazzjonijiet fil-prezz tax-xiri(li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-ispejjeż industrijali) u fl-ispejjeż ta' l-operat, li jirriżultaw mil-livelli differenti ta' għażliet ta' titjieb tekniku, imnaqqsa matul it-tul ta' żmien tal-mudelli rappreżentattivi ta' l-EuP li qed jiġu kkunsidrati. L-ispejjeż ta' l-operat ikopru primarjament il-konsum ta' l-enerġija u spejjeż addizzjonali f'riżorsi oħra (bħall-ilma jew prodott tal-ħasil).

Analiżi ta' sensittività li tkopri l-fatturi relevanti (bħall-prezz ta' l-enerġija jew riżors ieħor, il-prezz tal-materja prima jew prezzijiet tal-produzzjoni, rati ta' skont) u, fejn hu xieraq, spejjeż ambjentali esterni, ser isiru biex jiġi kkontrollat jekk ikunx hemm tibdil sinifikanti u jekk il-konklużjonijiet totali humiex affidabli. Il-ħtieġa ser tiġi adattata skond dan.

Metodoloġija simili tista' tkun applikata għal riżorsi oħra bħall-ilma.

2.

Għall-iżvilupp ta' analiżi teknika, ambjentali u ekonomika, informazzjoni disponibbli fl-istruttura ta' attivitajiet oħra tal-Kommunità tista' tintuża.

L-istess japplika għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f'partijiet oħra tad-dinja biex jiġi stabbilit rekwiżit ta' eko-disinn ta' l-EuPs innegozjat mas-sieħba ekonomiċi ta' l-UE.

3.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit ser tikkunsidra ċ-ċiklu ta' disinn mill-ġdid tal-prodott.


ANNESS III

IL-MARKA CE

(Imsemmija fl-Artikolu 4(2))

Image

Il-marka CE għandha jkollha għoli minn ta' l-inqas ta' 5 mm. Jekk il-marka CE tkun imnaqqsa jew imkabbra l-proporzjonijiet li ngħataw mid-disinn iggradat t'hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-marka CE għandha titwaħħal ma' l-EuP. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandha tiġi mwaħħla ma' l-ippakkjar u mad-dokumenti li jkunu miegħu.


ANNESS IV

KONTROLL INTERN TAD-DISINN

(Imsemmi f'Artikolu 7)

1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jwettaq l-obbligazzjonijiet mniżżla f' taqsima 2 ta' dan l-Anness jiggarantixxi u jiddikjara li l-EuP jissodisfa r-rekwiżiti relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista' tkopri wieħed jew iktar prodotti u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2.

Skeda ta' dokumentazzjoni teknika li jagħmilha possibli għall-stima ta' konformità ta' l-EuP bir-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli ser tiġi kompilata mill-fabbrikant.

Id-dokumentazzjoni ser tispeċifika, b'mod partikolari:

(a)

deskrizzjoni ġenerali ta' l-EuP u ta' l-użu intenzjonat tiegħu;

(b)

ir-riżultati ta' l-istudji ta' stima ambjentali relevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta' stima ambjentali jew studji tal-każijiet li huma wżati mill-fabbrikant biex issir konsiderazzjoni, dokumentazzjoni u jiġu stabbiliti s-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(ċ)

il-profil ekoloġiku, jekk hu meħtieġ mill-miżura ta' implimentazzjoni;

(d)

elementi ta' l-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandhom x'jaqsmu ma' l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott;

(e)

lista ta' standards adattati msemmija fl-Artikolu 9, li jkunu ġew applikati kollha jew parzjalment, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabli fejn l-istandards imsemmija f'Artikolu 9 ma kienux applikati jew fejn dawn l-istandards ma jkoprux b'mod totali r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli;

(f)

kopja ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ta' disinn ambjentali tal-prodott provdut skond ir-rekwiżiti speċifikati f'Anness I, it-tieni parti;

(g)

ir-riżultati tal-qisien fuq ir-rekwiżiti li saru ta' l-eko-disinn, li jinkludu dettalji tal-konformità ta' dawn il-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti ta' eko-disinn stabbiliti mill-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

3.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-qisien kollha meħtieġa biex jiggarantixxi li l-prodott ikun manifatturat b'mod konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn msemmija fit-taqsima 2 u mar-rekwiżiti tal-miżura li japplikaw għalih.


ANNESS V

SISTEMA TA' ĠESTJONI GĦALL-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

(Imsemmija fl-Artikolu 7)

1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi tat-taqsima 2 ta' dan l-Anness jiggrantixxi u jiddikjara li l-EuP jissodisfa r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tista' tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2.

Sistema ta' ġestjoni tista' tintuża għall-stima ta' konformità ta' l-EuP bil-kondizzjoni li l-fabbrikant jimplimenta l-elementi ambjentali speċifikati fit-taqsima 3 ta' dan l-Anness.

3.

Elementi ambjentali tas-sistema ta' ġestjoni

Din it-taqsima tispeċifika l-elementi ta' sistema ta' ġestjoni u l-proċeduri li bihom il-fabbrikant jkun jista' juri li l-EuP jikkonforma mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

3.1.   Il-politika ambjentali tal-prestazzjoni tal-prodott

Il-fabbrikant għandu jkun jista' juri l-konformità mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Il-fabbrikant għandu jkun jista' wkoll jipprovdi struttura biex ikunu jistgħu jsiru u jiġu analizzati oġġettivi u indikaturi ambjentali tat-tħaddim tal-prodott sabiex ikun jista' jitjieb l-operat ambjentali totali tal-prodott.

Il-miżuri kollha li jkunu adottati mill-fabbrikant biex itejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali u jistabbilixxi l-profil ekoloġiku ta' l-EuP, jekk ikun meħtieġ mill-miżura ta' implimentazzjoni, mid-disinn u l-produzzjoni għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat taħt il-forma ta' proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub.

Dawn il-proċeduri u struzzjonijiet b'mod partikulari jrid ikollhom deskrizzjoni adegwata ta':

il-lista tad-dokumenti li għandha tkun ippreparata biex turi l-konformità ta' l-EuP, u jekk ikun relevanti, li għandhom ikunu disponibbli;

l-oġġettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet, is-setgħat tal-ġestjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom;

il-kontroll u t-testijiet li jkunu saru wara l-manifattura biex jivverifikaw il-prestazzjoni tal-prodott kontra l-indikaturi ta' l-operat ambjentali;

proċeduri biex jikkontrollaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u biex jiggarantixxu li din tinżamm aġġornata;

il-metodu biex jivverifika l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta' l-elementi ambjentali tas-sistema ta' ġestjoni.

3.2.   Ippjanar

Il-fabbrikant ser jistabbilixxi u jżomm

(a)

proċeduri għall-istabiliment ta' profil ekoloġiku tal-prodott;

(b)

oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, li jikkunsidraw l-għażliet teknoloġiċi u li jagħtu każ ir-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi;

(ċ)

programm biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi.

3.3.   Implimentazzjoni u dokumentazzjoni

3.3.1.

Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' ġestjoni għandha tkopri dan li ġej b'mod partikolari:

(a)

ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet sejrin ikunu definiti u dokumentati sabiex jiggarantixxu prestazzjoni ambjentali effettiva tal-prodott u jsir rapport dwar il-prestazzjoni tiegħu għall-analiżi u t-titjib;

(b)

id-dokumenti ser ikunu stabbiliti u jindikaw il-kontroll tad-disinn u l-mezzi tekniċi tal-verifika implimentati u l-proċessi u l-miżuri sistematiċi li ġew użati meta kien qed jiġi ddisinjat il-prodott;

(ċ)

il-fabbrikant ser jistabbilixxi u jżomm informazzjoni li tiddeskrivi l-elementi ambjentali ċentrali tas-sistema ta' ġestjoni u l-proċeduri biex jikkontrollaw id-dokumenti kollha meħtieġa.

3.3.2.

Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna l-EuP ser tispeċifika, b'mod partikolari:

(a)

deskrizzjoni ġenerali ta' l-EuP u ta' l-użu maħsub tiegħu;

(b)

ir-riżultati ta' l-istudji ta' stima ambjentali relevanti li saru mill-fabbrikant, u/jew referenzi għal-letteratura ta' stima ambjentali jew każijiet ta' studji, li huma wżati mill-fabbrikant biex issir konsiderazzjoni, dokumentazzjoni u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(ċ)

il-profil ekoloġiku, jekk ikun meħtieġ mill-miżura ta' implimentazzjoni;

(d)

dokumenti li jiddeskrivu r-riżultati tal-qisien fuq ir-rekwiżiti ta' l-eko-disinn li jkunu saru u li jinkludu dettalji tal-konformità ta' dawn il-qisien meta mqabbla mar-rekwiżiti ta' l-eko-disinn speċifikati fil-miżura ta' implimentazzjoni applikabli;

(e)

il-fabbrikant ser jistabbilixxi speċifikazzjonijiet li jindikaw, b'mod partikulari, liema standards ikunu ġew użati, fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 m'humiex applikati jew fejn ma jkoprux b'mod totali r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni relevanti, il-metodi li ġew użati biex jiggarantixxu l-konformità;

(f)

kopja ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tal-prodott li hija provduta skond ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness I, it-tieni parti.

3.4.   Kontroll u azzjoni korrettiva

(a)

il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiggarantixxi li l-EuP jkun manifatturat b'konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni li japplikaw għalih;

(b)

il-fabbrikant ser jistabbilixxi u jżomm proċeduri biex jinvestiga u jirrispondi għal nuqqas ta' konformità, u jimplimenta tibdil fil-proċeduri dokumentati li jirriżultaw minn azzjoni korrettiva;

(ċ)

minn ta' l-inqas kull tliet snin il-fabbrikant ser jagħmel verifika interna sħiħa tas-sistema ta' ġestjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-elementi ambjentali.


ANNESS VI

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ

(Imsemmija fl-Artikolu 4(3))

Id-Dikjarazzjoni tal-KE tal-Konformità għandu jkun fiha dawn l-elementi li ġejjin:

1.

L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

2.

Deskrizzjoni tal-mudell suffiċjenti għal identifikazzjoni mhux ambigwa;

3.

Fejn hu xieraq, ir-referenzi ta' l-istandards armonizzati applikati;

4.

Fejn hu xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li ġew użati;

5.

Fejn hu xieraq, referenza għal leġislazzjoni oħra tal-Kommunità li taħseb għat-twaħħil tal-marka CE li hija applikata;

6.

Identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


ANNESS VII

KONTENUT TAL-MIŻURI IMPLIMENTATTIVI

(Imsemmija fl-Artikolu 12(8))

Il-Miżura ta' Implimentazzjoni ser tispeċifika, b'mod partikolari:

1.

Id-definizzjoni eżatta tat-tip(i) ta' l-EuP(s) koperti;

2.

Il-ħiteġa (rekwiżiti) ta' l-eko-disinn għall-Eup(s) kopert(i), id-data(i) ta' implimentazzjoni, il-miżuri jew perjodi gradati jew tranżitorji;

f'każ ta' rekwiżiti ġeneriċi ta' eko-disinn il-fażijiet u l-aspetti relevanti magħżula fost dawk imsemmija fl-Anness I, taqsima 1.1 u 1.2, akkompanjati minn eżempji ta' parametri magħżula fost dawk imsemmija fl-Anness I taqsima 1.3, bħala gwida meta jiġi kkunsidrat it-titjib f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspetti ambjentali identifikati;

f'każ ta' rekwiżiti speċifiċi ta' eko-disinn, il-livell(i) tiegħu (tagħhom);

3.

Il-parametri ta' eko-disinn msemmija fl-ewwel parti ta' l-Anness I li fir-rigward tagħhom ebda rekwiżit ta' eko-disinn m'hi meħtieġa;

4.

Ir-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni tal-EuP fejn għandu relevanza diretta mal-prestazzjoni ambjentali kkunsidrata ta' l-EuP;

5.

L-istandards ta' fejn u/jew metodi ta' kejl li għandhom jintużaw; meta jkunu disponibbli, l-istandards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom kienu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ser jintużaw;

6.

Id-dettalji ta' l-istima tal-konformità skond id-Deċiżjoni 93/465/KEE

fejn il-modulu(i) li għandu (għandhom) jiġu applikati huwa (huma) differenti mill- Modulu A, il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta' dik il-proċedura speċifika;

fejn hu relevanti il-kriterji għall-approvazzjoni u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi;

Meta moduli differenti jkunu mniżżla f'rekwiżiti oħra tas-CE għall-istess EuP, il-modulu ddefinit fil-miżura ta' implimentazzjoni ser jirbaħ fuq ir-rekwiżit in kwestjoni;

7.

Rekwiżiti dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikanti jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għal sorveljanza tas-suq ta' kwalità aħjar;

8.

It-tul tal-perjodu tranżitorju li matulu l-Istati Membri għandhom iħallu li jitpoġġa fuq is-suq u/jew li jiddaħħal is-servizz l-EuPs li jikkonforma mar-regolamenti li qegħdin fis-seħħ fit-teritorju tagħhom fid-data ta' l-adozzjoni tal-miżura ta' implimentazzjoni;

9.

Id-data għall-stima u reviżjoni possibli tal-miżura ta' implimentazzjoni.


ABBOZZ TA' DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-26 ta' Awissu 2003, il-Kummissjoni ppreżentat proposta bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat.

2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni (1) tiegħu fil-31 ta' Marzu 2004.

3.

Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni (2) tiegħu fl-ewwel qari fl-20 ta' April 2004, fejn approva 78 emenda. Il-Kummissjoni għamlet preżentazzjoni orali tal-proposta modifikata tagħha fis-27 ta' April 2004. Fil-29 ta' Novembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

II.   GĦAN TAL-PROPOSTA

4.

L-għan ta' din il-proposta hu li jiġi stabbilit qafas leġislattiv komprensiv u li hu koerenti biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-qasam ta' l-iddisinjar eko-kompatibbli bil-għan li:

jiġi żgurat iċ-ċaqliq ħieles fl-UE tal-prodotti li jikkonsmaw l-enerġija (EuP);

tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali ġenerali ta' dawn il-prodotti u b'hekk ikun hemm kontribut għall-ħarsien ta' l-ambjent;

ikun hemm kontribut għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija u t-tisħieħ tal-kompetitività ta' l-ekonomija ta' l-UE.

Il-proposta tapplika fil-prinċipju għal kwalunkwe prodott, ħlief għal mezzi ta' trasport għal persuni jew merkanzija, li juża l-enerġija biex iwettaq il-funzjoni li għalih ġie ddisinjat, manifatturat u mqiegħed fuq is-suq jew f'servizz, u jkopri s-sorsi kollha ta' enerġija, għalkemm huwa probabbli li dawk il-prodotti li jużaw l-elettriku, il-fjuwel solidu, likwidu jew gassuż biss ser ikunu s-suġġett ta' miżuri ta' implimentazzjoni.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

5.

Il-bidliet prinċipali introdotti mill-Kunsill huma kif ġej:

Kjarifika li l-għan tad-Direttiva proposta (Art. 1(4)) huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Komunità dwar il-maniġġar ta' l-iskart u għal-liġi tal-Komunità dwar il-kimiċi, inkluż il-liġi tal-Komunità dwar il-gassijiet greenhouse fluworinati.

Definizzjonijiet (Art. 2): il-pożizzjoni komuni tispeċifika b'mod iżjed ċar il-firxa tal-proposta (definizzjoni 1) u l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-konformità ta' l-EuP (definizzjonijiet 6 u 7).

Tqegħid fuq is-suq (Art. 3): il-pożizzjoni komuni tiċċara li l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet li jkunu responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u jispeċifikaw il-kompiti tagħha.

Ċaqliq ħieles (Art. 5): it-test kurrenti jagħmilha ċara li l-EuP għandu jkun konformi mal-parametri ta' l-iddisinjar eko-kompatibbli deskritti fl-Anness I parti 1 li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli.

Stima ta' konformità (Art. 7 u Anness V): waqt li nżammet il-possibbiltà li għandu manifattur li jagħżel bejn il-kontroll intern ta' l-iddisinjar (anness IV) u s-sistema ta' maniġġar (Anness V), dan ta' l-aħħar ġie emendat bil-ħsieb li tinżamm il-possibbiltà għall-manifatturi li jużaw sistemi ta' maniġġar ta' kwalità biex jagħtu prova tal-konformità, sakemm jilħqu l-ħtiġijiet deskritti fl-Anness V.

Preżunzjoni ta' konformità (Art. 8): tiketti ekoloġiċi li jkunu ikkunsidrati li jissodisfaw kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tat-tiketta ekoloġika tal-Komunità jkunu meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli.

Miżuri ta' implimentazzjoni (Art. 12): Filwaqt li huwa dikjarat li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, ġew iċċarati u speċifikati l-kriterji u l-passi li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni meta tkun qed tipprepara l-miżuri ta' implimentazzjoni, i.a. f'dak li jikkonċerna l-kriterji li prodotti partikolari għandhom jilħqu qabel ma jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal miżuri ta' implimentazzjoni (Art. 12(2)), b'mod partikolari limitu minimu ta' volum ta' bejgħ u kummerċ.

Pjan ta' Ħidma (Art. 13): sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta' ħidma li jagħti lista indikattiva ta' prodotti li jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri ta' implimentazzjoni bħala prijorità, b'mod partikolari dawk il-prodotti li ġew identifikati mill-(Pjan Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima) ECCP bħala li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis tal-gassijiet greenhouse b'mod li hu ekonomiku a paragun tan-nefqa.

Forum ta' Konsultazzjoni (Art 14): meta tkun qed taħseb biex tipprepara miżura ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' prodott partikolari, il-Kummissjoni trid tiżgura parteċipazzjoni bilanċjata tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u l-involviment xieraq tal-partijiet kollha li huma konċernati minn dan il-prodott. Għal dan il-għan, il-pożizzjoni komuni tipprovdi għall-istabbiliment ta' forum ta' konsultazzjoni.

Reviżjoni (Art. 19): il-pożizzjoni komuni tipprovdi għal evalwazzjoni ta' l-effettività tad-Direttiva u tal-miżuri ta' implimentazzjoni li setgħu ġew adottati taħt din id-Direttiva fi żmien 5 snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Anness I, parti 3 (Ħtiġijiet għall-manifattur): id-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet għall-manifattur tipprova tiċċara d-diviżjoni tal-kompiti bejn il-partijiet involuti.

Anness VII (Il-kontenuti tal-miżuri ta' implimentazzjoni): huwa issa speċifikat li miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu wkoll ikunu suġġetti għal evalwazzjoni u reviżjoni.

IV.   EMENDI AĊĊETTATI

6.

Mit-78 emenda tal-Parlament, il-Kunsill aċċetta t-23 il ġejjin, xi wħud minnhom fis-sustanza, parzjalment jew fil-prinċipju.

Premessi:

L-emendi 5 sa 10: jipprovdu għal ġustifikazzjoni ulterjuri għal Direttiva kwadru dwar il-promozzjoni ta l-iddisinjar eko-kompatibbli ta' prodotti f'termini ta' titjib ambjentali u effiċjenza enerġetika (premessi 2 sa 7)

L-emenda 13: tiċċara l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu nfurmati (premessa 9)

L-emenda 16: tispeċifika li għandha tingħata prijorità lill-effiċjenza enerġetika b'mod li ma jkunx ta' dannu għall-approċċ integrat tad-Direttiva (premessa 11)

L-emenda 17: tikkonferma li l-impenni għall-Protokoll ta' Kyoto huma mingħajr preġudizzju għall-approċċ integrat (premessa 12)

L-emenda 20: tindika li l-involviment xieraq tal-partijiet kollha konċernati huwa meħtieġ (premessa 13)

L-emenda 73: tirreferi għall-kapitolu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tittratta dwar l-istima ta' l-awto-regolazzjoni mill-industrija fil-kuntest ta' din id-Direttiva

L-emenda 23: tenfażizza li l-iddissinjar eko-kompatibbli għandu jkun integrat ukoll fl-SMEs u ditti żgħar ħafna (premessa 17)

L-emenda 24: Dawk l-EuPs li jikkonformaw mal-ħtiġijiet fil-qasam ta' l-iddisinjar eko-kompatibbli, stabbiliti f'miżuri ta' implimentazzjoni, tingħatalhom il-marka “CE” u l-informazzjoni assoċjata (premessa 18)

L-emenda 25: l-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi ta' komunikazzjoni xierqa għandu jiġi faċilitat (premessa 22)

L-emenda 26: it-taħriġ u l-informazzjoni dwar l-iddisinjar eko-kompatibbli għal intrapriżi żgħar u medji jistgħu jiġu kunsidrati b'mod xieraq (premessa 23)

Artikoli:

L-emenda 35: id-definizzjoni ta' “tqegħid f'servizz” huwa identiku għal dak propost mill-PE (Artikolu 2(5))

L-emenda 47: l-Artikolu 3(2 u 3) jadotta deskrizzjoni iżjed stretta ta' obbligi biex is-sorveljanza tas-suq tiġi żgurata, kif propost mill-PE

L-emenda 48: tipprovdi biex l-informazzjoni dwar konformità tkun tista' tiġi fornita f'waħda jew aktar lingwi uffiċjali oħra (Artikolu 4(5))

L-emenda 59: tistabbilixxi pjan ta' ħidma li għandu jagħti lista indikattiva ta' prodotti li jkunu kunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 13)

L-emenda 63: tipprovdi għall-ħolqien ta' Forum ta' Konsultazzjoni (Artikolu 14), b'rappreżentazzjoni bilanċjata ta' l-Istati Membri u l-partijiet kollha rilevanti, li għandu jkun konsultat qabel il-Kumitat stabbilit bid-Direttiva

L-emenda 65: tistabbilixxi r-reviżjoni ta' l-effettività tad-Direttiva inkluż tal-miżuri ta' implimentazzjoni fi żmien 5 snin wara l-adozzjoni tagħha (Artikolu 19)

L-emenda 66: tintroduċi kjarifikazzjoni fir-rigward tal-metodi għal-istabbiliment ta' ħtiġijiet ġeneriċi fil-qasam ta' l-iddisinjar eko-kompatibbli, inkluż dwar ir-rwol tal-produttur, u tipprovdi għal kapitolu separat li jkopri l-obbligi ta' informazzjoni (Anness I)

L-emenda 69: tiċċara l-proċedura tal-kontroll intern ta' l-iddisinjar (Anness IV).

V.   EMENDI LI MA ĠEWX INTEGRATI

7.

Il-Kunsill ikkunsidra li l-emendi 1 sa 4, 11, 12, 14, 15, 18, 19, 21, 22, 27, 29 sa 34, 36 sa 46, 49 sa 58, 60 sa 62, 64, 67-68, 70-72, 74-76 u 79-81 setgħu jipperikolaw l-għan ta' armonizzazzjoni tad-Direttiva (eż. 1, 2 u 61), jew ikunu inkonsistenti ma' l-għan tad-Direttiva jew il-bażi legali tagħha (eż. 3, 4, 29, 31, 37, 50-52,64, 67, 68), u għalhekk iddeċieda li ma jintegrahomx fil-pożizzjoni komuni tiegħu. Il-Kummissjoni rrifjutat l-istess emendi.


(1)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 25.

(2)  ĠU C 104 E, 30.4.2004.