ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 47
30 ta' Diċembru 2004


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Tagħrif

 

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

2004/C /1

Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

1

2004/C /2

Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

9

2004/C /3

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

16

2004/C /4

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

23

2004/C /5

Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

30

2004/C /6

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

39

2004/C /7

Rapport fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

46

2004/C /8

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

53

2004/C /9

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Eurojust

61

2004/C /0

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

68

2004/C /1

Rapport dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijijet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

75

2004/C /2

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

83

2004/C /3

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

91

2004/C /4

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Uffiċċju

99

2004/C /5

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Uffiċċju

106

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 324 Ħarġa Speċjali

MT

 


I Tagħrif

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

OPINJONI TAL-QORTI

6-11

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejjħa bħala “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 (1). Il-kompitu ta' l-Aġenzija huwa li tiġbor u tqassam informazzjoni dwar prioritajiet nazzjonali u tal-Komunità fis-settur tas-sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol, li tagħti sostenn lil organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Komunità involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika u sabiex tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi. Tabella 1 fiha sommarju tar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija bbażati fuq informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali għall-esekuzzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 14 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94, il-baġit ġie implimentat fuq ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija mistennija taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea sabiex teżamina dawn il-kontijiet.

4.

Il-Qorti għamlet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunita'. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il kuntest.

5.

Għaldaqshekk il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli u li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel tidher f'Tabella 2. Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta ta' bilanċ imtella' mill-Aġenzija għall-2003 jidhru sommarjament f'Tabella 3 u 4.

7.

It-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet jikkonċernaw prinċipalment Titolu III tal-baġit u, għalkemm kien hemm tnaqqis sostanzjali, jirrappreżentaw aktar minn 45 % ta' l-impenji kostitwiti. Il-Qorti għal darba oħra tiġbed l-attenzjoni ta' l-Aġenzija għan-neċessita' ta' titjib tas-superviżjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

8.

Għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 l-Aġenzija bdiet tapplika prinċipji tal-verifika msemmija fir-Regolament finanzjarju l-ġdid. Xorta waħda, l-informazzjoni rigward is-sena finanzjarja 2002 ma ġietx proċessata mill-ġdid, għalhekk mhux possibbli li s-sentejn finanzjarji jkunu mqabbla.

9.

Fir-rapport tagħha rigward is-sena finanzjarja 2002 (4), il-Qorti tat każ ta' nuqqasijiet fil-kontroll ta' programm ta' sussidji għall-elaborazzjoni u d-disseminazzjoni ta' prattiċi tajba sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Fl-2003 l-Aġenzija ħallset 3,1 miljun euro fuq bażi ta' analiżi tar-rapporti ta' l-attività u r-rapporti finanzjarji rigward 53 proġett taħt dan il-programm. Id-dikjarazzjonijiet ta' nefqa ta' 20 minn dawn il-proġetti kienu verifikati mill-Qorti. Kif id-data tat-tmiem tal-programm resqet, l-Aġenzija naqqset it-talbiet tagħha f'termini ta' dokumentazzjoni finanzjarja b'sostenn ta' talbiet għal ħlas finali. Ir-riżultat kien li, fil-każ ta' ħamsa mill-20 fajl eżaminat, ħlasijiet ġew magħmula sa l-ammont ta' 348 000 euro fuq il-bażi ta' xejn aktar minn dikjarazzjoni ta' nefqa, mingħajr dokumenti ta' sostenn adegwati u f'ċerti każijiet mingħajr l-ebda dokument ta' sostenn (5). Fir-risposta tagħha għar-rapport tal-Qorti rigward is-sena finanzjarja 2002 (6), l-Aġenzija kienet qed teżamina l-possibilità li twettaq kontrolli fuq livell ta' min qed jieħu ħsieb il-proġett. L-ebda kontroll ta' dan it-tip ma ġie mwettaq fl-2003.

10.

Hekk kif il-Qorti rrimarkat fl-opinjoni tagħha dwar is-sena finanzjarja 2002 (7), il-verifika tal-kontijiet tal-baġit reġgħu wrew nuqqasijiet fid-defininzzjoni ta' kontrolli finanzjarji ex ante u l-proċeduri formali relevanti.

11.

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' bażi ta' l-Aġenzija, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinformaw l-Aġenzija dwar l-ismijiet ta' l-istituzzjonijiet ma' liema l-Aġenzija tista' tikkopera u li jistgħu jaġixxu ta' ċentri ta' riċerka. L-Aġenzija ffinanzjat żewġ ċentri (8) li jkopru settur wiesgħa ta' suġġetti. Wieħed minnhom jikkopera ma' 14-il istituzzjoni u l-ieħor ma' 12. Il-valur prinċipali miżjud ta' l-istudji mwettqa miċ-ċentri huwa l-fatt li huma jiġbru l-informazzjoni li hija xi kultant diffiċli li tikseb u tanalizza fuq livell Ewropew. L-Aġenzija għandha ssaħħaħ is-sistema tagħha għall-kontroll tan-nefqa dikjarat miċ-ċentri ta' riċerka, b'mod partikolari billi tistaqsi li huma jiġu ċċertifikati minn awditur estern.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fl-Lussemburgu fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 216, ta' l-20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kien amendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1654/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 38).

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 14 (3) tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija, il-kontijiet aħħarija għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fis-27 ta' Lulju 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tal-kontijiet hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Ara paragrafu 12 tar-rapport rigward is-sena finanzjarja 2002 (ĠU C 319, tat-30.12.2003, p. 10).

(5)  F'erba' każijiet, l-ebda dokument ta' sostenn ma kien anness mat-talba u f'każ wieħed id-dokumenti ta' sostenn koprew parti biss mill-ammont mitlub.

(6)  Ara paragrafu 13 tar-rapport rigward is-sena finanzjarja 2002 (ĠU C 319, tat-30.12.2003, p. 14).

(7)  Ara paragrafu 9 tar-rapport rigward is-sena finanzjarja 2002 (ĠU C 319, tat-30.12.2003, p. 9).

(8)  It-tielet ċentru ġie mwaqqaf f'Ġunju 2003 għall-ġbir ta' informazzjoni biss fil-pajjiżi kandidati; dan iċ-ċentru waqaf jaħdem f'April 2004.


Tabella 1

L'Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (Bilbao)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja skond it-Trattat

Il-kompetenzi ta' l-Aġenzija kif definiti

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994)

Awtorita'

Fondi għad-dispożizzjoni ta' l-Aġenzija fl-2003 (informazzjoni għall-2002)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2003

Dispożizzjonijiet Soċjali

Miri

Kompiti

1

Bord Amministrattiv

Baġit finali:

Żvilupp tan-network

Il-Komunita' u l-Pajjiżi Membri (…) għandu jkollhom bħala l-mira tagħhom (…) kundizzjonijiet ta' ħajja u xogħol aħjar, sabiex tkun possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom filwaqt li t-titjib qed jiġi miżmum (…).

Bl-iskop li jintlaħqu l-miri ta’ l-Artikolu 136, il-Komunita' għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma:

a)

it-titjib in partikolari ta’ l-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu s-saħħa u s-siġurtà tal-ħaddiema;

b)

il-kondizzjonijiet tax-xogħol; (…)

(Estratti mill-Artikoli 136 u 137 tat-Trattat)

Sabiex tipprovdi lill-entitajiet komunitarji, lill-Istati Membri u lil dawk involuti fil-qasam b'informazzjoni ta' użu fil-kamp ta' sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol sabiex tinkoraġġixxi titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, rigward il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

Tiġbor u tferrex informazzjoni dwar prioritajiet nazzjonali u tal-Komunita' u dwar riċerka;

tippromwovi u ssostni l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar programmi ta' taħriġ;

tipprovdi lill-entitajiet Komunitarji u l-Istati Membri b'informazzjoni li huma għandhom bżonn sabiex jifformulaw u jimplimentaw politiki, b'mod partikolari rigward l-impatt fuq intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

tagħmel disponibbli informazzjoni minn u lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

tipprovdi informazzjoni dwar attivitajiet ta' prevenzjoni;

tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' programmi ta' azzjoni futura tal-Komunita';

tistabbilixxi network li jinkludi punti ċentrali nazzjonali u ċentri ta' riċerka.

Kompożizzjoni

rappreżentant ta' kull Stat Membru;

rappreżentant ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem ta' kull Stat Membru;

rappreżentant ta' l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ta' kull Stat Membru;

tlett rappreżentanti tal-Kummissjoni

Kompitu

Sabiex tadotta il-programm ta' xogħol ta' l-Aġenzija u r-rapport annwali ġenerali

2

Id-Direttur

Appuntat mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni

3

Kumitati

Konsultazzjoni obbligatorja tal-Kummissjoni u l-Kumitat ta' Konsulta dwar Sigurtà, Iġjene u Protezzjoni fuq il-post tax-Xogħol b'rispett tal-programm ta' xogħol

4

Verifika erterna

Qorti ta' l-Awdituri

5

Awtorita' ta' Approvazzjoni

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill

14,6 miljun euro (13,2 miljun euro)

li jinkludi:

Sussidju Komunitarju, DĠ Impiegi: 91,58 % (98,41 %)

Sussidju Komunitarju, DĠ Tkabbir: 7,19 % (0 %)

dħul imħallat: 1,23 % (1,59 %)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

33 (31) post fil-pjan ta' twaqqif,

ta' liema, postijiet mimlija: 29 (29)

25 (21) postijiet oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali, persunal temporanju)

Persunal totali: 54 (50)

Minn dawn, numru li qed jeżegwixxi

kompiti operazzjonali: 34 (32)

kompiti amministrattivi:12 (9)

kompiti varji: 8 (9)

bejn wieħed u ieħor 600 soċju assoċjati ma' punti ċentrali nazzjonali, disa' gruppi ta' esperti, tlett ċentri ta' riċerka, parteċipazzjoni tal-pajjiżi PHARE u EFTA

Tqassim ta' informazzjoni

Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-xogħol: “sustanzi perikolużi”;

Parteċipazzjoni f'58 esibizzjoni/konferenzi,

Media elettronika:

rapport informali ta' darbtejn fil-ġimgħa lil 20 000 abbonat, websajt (1,7 miljun visitatur)

Pubblikazzjonijiet: 9 rapporti ta' informazzjoni u dokumenti ta' xogħol, 11-il karti ta' fatti, ħarġa tal-perjodiku “Forum”, 3 ittri informali — verżjoni stampata,

19-il stqarrija uffiċjali

it-3 tielet programm għall-SMEs (2003-2004): 40 proġett magħżul

it-2 programm għall-SMEs (2002-2003): 51 proġett finalizzati

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(badġit 2003 u sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

approprjazz-jonijiet pendenti

imħallsa

kanċellati

Approprjazz-jonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

13,4

11,6

Titolu I

Persunal

3,7

3,5

3,2

0,1

0,4

0,1

0,1

0,1

3,9

3,6

3,3

0,1

0,5

Dħul proprju

0,0

0,0

Titolu II

Amministrazzjoni

1,4

1,4

1,1

0,2

0,0

0,2

0,2

0,1

1,6

1,6

1,3

0,2

0,1

Sussidji oħra

0,2

0,1

Titolu III

Attivitajiet ta' xogħol

8,5

8,3

2,6

5,9

0,0

5,8

5,2

0,6

14,3

14,1

7,8

5,9

0,6

Dħul ieħor

p.m.

0,2

Nefqa PHARE

1,1

1,0

0,5

0,5

0,0

0,0

0,0

0,0

1,1

1,0

0,5

0,5

0,0

Dħul PHARE

1,1

0,8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

14,6

12,7

Total

14,6

14,1

7,5

6,6

0,5

6,2

5,5

0,8

20,8

20,3

13,0

6,6

1,2

N.B.: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — It-Tabelli preżenti, f'forma sommarja, l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

11 641

12 324

Sussidji oħra

66

252

Dħul ieħor

157

81

Dħul PHARE

824

0

Dħul totali (a)

12 688

12 657

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

3 245

3 024

Approprjazzjonijiet trasferiti

87

136

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

1 146

1 140

Approprjazzjonijiet trasferiti

186

247

Attivitajiet ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

2 559

2 030

Approprjazzjonijiet trasferiti

5 859

5 623

Nefqa PHARE

Ħlasijiet

548

0

Approprjazzjonijiet trasferiti

502

0

Nefqa totali (b)

14 131

12 199

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (c = a – b) (1)

–1 443

458

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

1 108

–2 185

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel u kanċellati

766

609

Ammonti għall-użu mill-ġdid trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel u mhux użati

1

0

Ħlasijiet għal impenn kanċellati fl-2002

– 191

0

Differenzi fir-rata ta' kambju

4

4

Reġistri ta' aġġustament

–16

7

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja qabel l-aġġustament ekonomiku (d)

–1 987

–1 108

Dħul tal-baġit li jrid jiġi miġbur

850

0

Dħul ieħor li jrid jiġi miġbur

3

0

Akkwist ta' assi fissi

207

0

Deprezzament (2)

– 186

0

Nefqa mħallta

–1

0

Aġġustamenti ekonomiku (e)

873

0

Bilanċ għas-sena finanzjarja (d + e) (3)

–1 113

–1 108

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — It-tabelli preżenti, f'forma sommarja, l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 4

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital proprju

 

 

Software tal-kompjuter

95

145

Kapital proprju (4)

431

1 229

Tagħmir IT

136

428

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 113

–1 108

Għamara u tagħmir

215

614

Subtotal

– 682

121

Tagħmir ta' trasportazzjoni

0

26

Dejn fit-tul u ta' tul medju

 

 

Subtotal

445

1 214

Dejn għal dħul assenjat

0

369

Assi fit-tul u ta' tul medju

 

 

Subtotal

0

369

Sussidji Komunitarji

0

369

Dejn kurrenti

 

 

Subtotal

0

369

Trasferimenti mhux awtomatiċi

135

193

Ishma

 

 

Trasferimenti awtomatiċi

6 498

5 813

Provvisti għall-uffiċċji

6

15

Kummissjoni

282

7

Subtotal

6

15

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

128

19

Assi kurrenti

 

 

Tnaqqis mill-paga

73

24

Sussidji Komunitarji

1 035

681

Dejn għal dħul assenjat

0

736

Kontijiet varji riċevibbli

62

53

Subtotal

7 117

6 791

VAT rekuperabbli

0

5

Kontijiet transitorji

 

 

Subtotal

1 097

739

Ordnijiet ta' rkupru

11

21

Kontijiet ta' flus

 

 

Dħul għall-użu mill-ġdid

0

17

Flus u banek

4 889

4 922

Subtotal

11

37

Kont imprest

1

61

 

 

 

Subtotal

4 890

4 982

 

 

 

Kontijiet transitorji

 

 

 

 

 

Avvanzi

6

0

 

 

 

Subtotal

6

0

 

 

 

Total

6 445

7 319

Total

6 445

7 319

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — It-Tabelli preżenti, f'forma sommarja, l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


(1)  Kalkolazzjoni skond il-prinċipji ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 ta' 22 ta' Mejju 2000 (ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 8).

(2)  Fl-2003 l-Aġenzija deprezzat l-assi fissi tagħha għall-ewwel darba.

(3)  Il-bilanċ negattiv huwa minħabba li t-trasferimenti għadhom qed jiġu kunsidrati bħala nefqa, mingħajr kwalunkwe aġġustament ekonomiku. Stima approssimattiva ta' l-aġġustament li jrid jiġi applikat jissuggerixxi li l-bilanċ attwali għas-sena finanzjarja huwa ta' l-ammont ta' miljun euro.

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — It-tabelli preżenti, f'forma sommarja, l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.

(4)  It-total għall-kapital fil-31 ta' Diċembru 2003 jikkorrispondi għas-somma tal-valur gross ta' assi fissi fil-31 ta' Diċembru 2002 mingħajr tnaqqis storiku għall-perijodu 1996 sa l-2002 bil-varjazzjoni fil-valur ta' l-ishma bejn il-31.12.2002 u l-31.12.2003 u aġġustamenti fuq il-valutazzjoni, rikonoxximent u deprezzament ta' assi fissi. Id-deprezzament għall-2003 ġie inkluż fir-riżultat għas-sena u għaldaqshekk ma ġiex imnaqqas direttament mill-kapital.

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija — It-Tabelli preżenti, f'forma sommarja, l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7.

L-Aġenzija tixtieq tikkonferma l-impenn kontinwu tagħha lejn it-tnaqqis ta’ l-ammont trasferit għas-sena finanzjarja ta’ wara skond il-prinċipju ta’ annwalità tal-baġit. Meta pparagunat ma’ l-2002, l-Aġenzija naqqset b’mod sinifikanti l-ammonti trasferiti għas-sena finanzjarja ta’ wara fl-2003 (minn 60 għal 45 %). Bħal fl-2002 l-ammonti trasferiti għas-sena finanzjarja ta’ wara huma fil-biċċa l-kbira tagħhom dovuti għall-implimentazzjoni tajba ta’ l-iskema ta’ fondi għal SMEs, li għandha ċiklu ċar ta’ implimentazzjoni ta’ sentejn.

8.

Wara varji laqgħat bejn il-Kummissjoni u l-Kontabili ta’ l-Aġenziji kollha, ġie deċiż li l-irtirar ta’ krediti miġjuba ’l quddiem fl-aħħar tas-sena, kien jeħtieġ l-użu ta’ għajnuniet speċifiċi ta’ l-IT, li ma kienux disponibbli iżda li qegħdin issa jiġu żviluppati mill-Aġenzija.

9.

Fir-rigward tal-proġetti tal-programm għal SMEs, l-Aġenzija ma ħallsitx l-għotja sħiħa lil iktar minn nofs it-titolari tal-proġett u nħarġu sitt ordnijiet għal irkupru, wara l-istima interna ta’ l-attività u tar-rapporti finanzjarji mill-personal ta’ l-Aġenzija u wara d-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti minn 53 benefiċjarju. Id-differenza bejn l-ammont totali previst u l-ammont totali ta’ l-għotja mħallsa kienet ta’ € 382 377. L-Aġenzija tenfasizza li l-informazzjoni addizzjonali pprovduta minn erbgħa minn ħames titolari tal-proġett imsemmija mill-Qorti, fuq it-talba ta’ l-Aġenzija wara ż-żjara ta’ l-awdituri, ikkonfermat l-informazzjoni pprovduta qabel fid-dikjarazzjoni fianzjarja, u ebda aġġustament ma kien meħtieġ. Il-ħames titolari tal-proġett ipprovdu ftit mill-informazzjoni mitluba biex b’hekk kien ġustifikat il-ħlas totali ta’ € 11 000. Fl-2004, l-Aġenzija ordnat lil kuntrattur sabiex iwettaq ħames verifiki finanzjarji ex-post - inklużi ispezzjonijiet fuq il-post tal-kontijiet tat-titolari tal-proġetti tal-SMEs. Ir-rapporti finali għandhom jitlestew f'Ottubru ta’ l-2004, u barra minn hekk, valutazzjoni indipendenti ta’ l-ewwel żewġ skemi ta’ l-SMEs wasslet għal konklużjoni li proġetti li ngħataw premju huma sostenibbli u ta’ valur miżjud kif ukoll dwar l-ġestjoni tajba ta’ l-iskemi.

10.

L-Aġenzija tieħu nota tal-kummenti tal-Qorti ta’ l-Awdituri. Fl-aħħar ta’ l-2003, ir-ristrutturazzjoni interna taċ-Ċentru tar-Riżorsi u tas-Servizzi tlestiet- l-operazzjonijiet kollha huma issa soġġetti għal kontroll ta’ verifika ex ante (aspetti operazzjonali u finanzjarji).

11.

L-Aġenzija tixtieq tinforma li, sabiex jiġi rrinforzat il-kontroll ta’ l-ispejjeż, il-kuntratti kollha ffirmati minn Settembru 2003 ’l quddiem maċ-Ċentri Tematiċi jinkludu klawżola li permezz tagħha l-benefiċjarju jwettaq verifika esterna ta’ l-użu tal-fondi magħmula disponibbli mill-ftehim dwar l-għoti ta’ flus. L-Awdituri għandhom jagħtu l-opinjoni professjonali tagħhom, waqt li l-iskop tal-verifika jkun li jiġi ċċertifikat li d-dokumenti finanzjarji ppreżentati lill-Aġenzija mill-benefiċjarju jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-ftehim, li l-ispejjeż dikjarati huma l-ispejjeż attwali u li l-irċevuti kollha ġew dikjarati.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/9


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l- Aġenzija”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 (1). Is-sena finanzjarja 2003 kienet l-ewwel li fiha l-Aġenzija attwalment bdiet twettaq l-attivitajiet ta' xogħol tagħha. Il-kompiti ta' l-Aġenzija huma sabiex iżżomm livell għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, sabiex tassigura l-funzjoni u żvilupp tajjeb tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, sabiex twaqqaf speċifikazzjoni ta' ċertifikazzjoni u tipprovdi ċertifikazzjoni ta' prodotti aeronawtiki. Tabella 1 tagħti sommarju tal-poteri u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija bbażati fuq informazzjoni mogħtija minnha.

OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali għall-esekuzzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002, il-baġit ġie implimentat fuq ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3) skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 52 ta' l-istess regolament. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija mistennija taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea sabiex teżamina dawn il-kontijiet.

4.

Il-Qorti għamlet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunita'. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il kuntest.

5.

Għaldaqshekk il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli u li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 tidher f'Tabella 2. Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta ta' bilanċ ta' l-Agenzija għas-sena finanzjarja 2003 jidhru sommarjament f'Tabelli 3 u 4.

7.

Id-Direttur Esekuttiv, li huwa l-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni, għandu wkoll is-saħħa li jiffirma struzzjonijiet bankarji. Dan huwa kontra l-Artikolu 37 tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija.

8.

L-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija jgħid li l-uffiċjal ta' kontabilita' għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni sabiex jissupplixxi jew jiġġustifika informazzjoni dwar kontabilita'. Din il-validazzjoni ma ssirx matul is-sena.

9.

Eżaminazzjoni tal-fajls ta' reklutaġġ urew li kien fihom nuqqasijiet formali u li xi dokumenti kienu nieqsa. B'idea ta' l-ammont tar-reklutġġ imbassar bejn issa u l-2006 (bejn wieħed u ieħor 300 persuna), passi jridu jittieħdu sabiex tiġi assigurata konformita' mtejjba mad-dispożizzjonijiet regolatorji.

10.

Analiżi ta' l-ambjent ta' kontroll tas-sistema tal-kompjuter uriet li hija għandha bżonn tisħiħ minn qabel iż-żieda mbassra fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Mill-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament finanzjarju l-Aġenzija, il-kontijiet aħħarija għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fil-31 ta' Marzu 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-20 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


Tabella 1

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (kwartieri ġenerali fi Brussell, rilokazzjoni pjanata għal Cologne)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja li joħorġu mit-Trattat

Kompetenza ta' l-Aġenzija

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002)

Awtorita'

Riżorsi disponsibbli għall-Aġenzija fl-2003

Prodotti u servizzi mogħtija matul is-sena finanzjarja 2003

Politika ta' trasport komuni

Miri

Kompiti

1

Bord ta' Tmexxija

Baġit finali

Numru ta' kompiti mogħtija: 2

“Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi jekk safejn u b'liema proċedura disposizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu addottati għat-traffiku fil-baħar u bl-ajru.”

(Artikolu 80 tat-Trattat)

Sabiex iżżomm livell uniformi għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa

Sabiex tassigura l-funzjoni u l-iżvilupp tajjeb tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili

Sabiex tiffaċilita l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi

Sabiex tippromwovi effiċjenza fl-infiq fil-proċessi ta' regolatorji u ta' ċertifikazzjoni u sabiex jiġi evitat duplikazzjoni fuq livell nazzjonali u Ewropew

Sabiex toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni

Sabiex toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni tal-politika Komunitarja

Sabiex tipprovdi ċertifikazzjoni ta' kwalita' fl-ajru u ambjentali ta' prodotti aeronawtiki

Sabiex twettaq spezzjonijiet fil-Pajjiżi Membri rigward konformita' mar-regoli ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili kif imniżżla mill-Aġenzija

Sabiex twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji fil-kumpaniji

Sabiex twettaq, f'isem il-Pajjiżi Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom taħt Konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago (Konvenzjoni dwar Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta' Diċembru 1944)

Kompożizzjoni

Rappreżentant ta' kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni

Dmirijiet

Sabiex jadottaw il-programm ta' xogħol u jaraw l-implimetazzjoni tiegħu

Sabiex jadottaw linji ta' gwida għall-allokazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni lill-Istati Membri jew entitajiet kwalifikati

Sabiex iwaqqfu korp ta' konsulta ta' partijiet interessati

2

Direttur Esekuttiv

Appuntat mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3

Bordijiet ta' Appell

4

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

5

Awtorita' ta' Approvazzjoni

Il-Parlament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill

4,75 miljun euro. Kontribuzzjoni Komunitarja: 100 %

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' postijiet fil-pjan ta' twaqqif: 80

Postijiet okkupati: 1

Persunal ieħor: 16 (kuntratti aużiljarji)

Persunal totali: 17

Assenjati lid-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 1

amministrattivi: 4

varji: 12

Numru ta' speċifikazzjonijiet u dokumenti ta' gwida: 19

Deċiżjonijiet ta' ċertifikazzjoni: 2 132 (1 606 relatati ma' modifikazzjonijiet minuri)

Spezzjonijiet: xejn

Investigazzjonijiet: xejn

Source: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

4,7

3,7

Titolu I

Persunal

0,9

0,7

0,7

0,0

0,2

Sussidji oħra

Titolu II

Amministrazzjoni

0,8

0,5

0,1

0,4

0,3

Dħul ieħor

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

3,0

2,7

0,2

2,5

0,3

Total

4,7

3,7

Total

4,7

3,9

1,0

2,9

0,8

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja 2003

(1000 euro)

 

2003

Dħul

Sussidji mill-Kummissjoni

3 725

Dħul totali (a)

3 725

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

680

Approprjazzjonijiet trasferiti

27

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

153

Approprjazzjonijiet trasferiti

396

Nefqa ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

197

Approprjazzjonijiet trasferiti

2 486

Nefqa totali (b)

3 939

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

– 214

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 4

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003

(1000 euro)

Assi

2003

Dejn

2003

Assi fissi

 

Kapital fiss

 

Assi intanġibbli

10

Kapital proprju

16

Software tal-kompjuter

11

Bilanċ għas-sena finanzjarja

– 214

Deprezzament

–5

Subtotal

– 198

Subtotal

16

Dejn kurrenti

 

Assi kurrenti

 

Kummissjoni

8

Avvanzi oħra

5

Trasferimenti awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet

2 909

Kontijiet varji riċevibbli

1

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

18

Subtotal

6

Tnaqqis mis-salarji

12

Kontijiet ta' flus

 

Subtotal

2 947

Kontijiet bankarji u flus

2 727

 

 

Subtotal

2 727

 

 

Total

2 749

Total

2 749

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


THE AGENCY'S REPLIES

7.

Until the end of 2003, the Executive Director was the Agency’s only temporary staff member. In practice, he signed banking transactions alongside the accountant. Other temporary staff have been hired during the second half of 2004, eliminating this incompatibility.

8.

The financial systems were validated by the accountant at the beginning of February 2004. A computer system for managing fixed assets, to be implemented by the authorising officer, is currently being acquired and will be validated at a later stage.

9.

The shortcomings identified by the Court are related to the fact that the Agency was in its start-up phase. A Human Resources department with a special recruitment unit was set up in February 2004. It has already implemented procedures and tools. The Agency is considering setting up a computerised recruitment management system as of January 2005.

10.

The fact that the Agency is based on the premises of the Commission has had a major impact on its IT environment. The Agency will move to its new premises in Cologne in November 2004, which will lead to a considerable improvement in its IT environment and the implementation of a new computer architecture.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/16


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1-4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (1). Is-sena finanzjarja 2003 kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija bdiet twettaq l-attivitajiet tal-ħidma tagħha. Il-funzjonijiet ta' l-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri, li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b' għajnuna teknika, li twettaq monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità u li tagħmel stima ta' l-effettività tagħha. It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija minnha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finazjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 19, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002, il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1406/2002. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

It- Tabella 2 turi l-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003. Il-kont tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija u l-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma miġburin fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Id-Direttur Esekuttiv, li hu l-uffiċjal ta' awtorità, għandu wkoll il-poter li jiffirma istruzzjonijiet bankarji, li huwa kontra l-Artikolu 37 tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija.

8.

Skond l-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-uffiċjal ta' awtorità biex jipprovdi jew jiġġustifika l-informazzjoni fuq il-kontijiet. Din il-validazzjoni għadha mhiex ifformalizzata.

9.

L-Aġenzija għandha twettaq kontrolli sistematiċi fuq il-pagament ta' salarju li jsiru lill-impjegati.

10.

Analiżi ta' l-ambjent ta' kontroll fis-sistema tal-kompjuter uriet li għandha bżonn tiġi msaħħa minħabba ż-żieda mbassra fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

Il-President


(1)  ĠU L 201, tal-31.7.2002, pġ. 8.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.

(3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2343/2002, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2003 tlestew l-1 ta' Marzu 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


Tabella 1

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (kwartieri ġenerali fi Brussell, rilokazzjoni pjanata f'Lisbona)

Żoni ta' kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi ta' l-Aġenzija

(Parlament Ewropew u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 tas-27 ta' Ġunju 2002)

Organizzazzjoni

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2003

Prodotti u servizzi fornuti fis-sena finanzjarja 2003 (1)

Politika tat-trasport komuni

Miri

Funzjonijiet

1

Bord Amministrattiv

Baġit finali

In-numru ta' opinjonjiet maħruġa: 2

“Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi jekk safejn u b'liema proċedura disposizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu adottati għat-traffiku fil-baħar u fl-ajru.”

(Artikolu 80 tat-Trattat)

Li tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri

Li tipprovdi l-Istati Membri u l-Kummissjoni b' għajnuna teknika u xjentifika

li timmonitorja l-implimetazzjoni ta' legislazzjoni tal-Komunità relevanti u tevalwa l-effettività tal-miżuri viġenti.

Li tgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-legislazzjoni tal-Komunità;

li timmonitorja l-funzjonijiet tar-reġim tal-Komunità biex tikkontrolla l-port ta' l-Istat, inklużi żjarat lill-Istati Membri

li tipprovdi l-Kummissjoni b' għajnuna teknika għall-kontroll tal-vapuri fil-port ta' l-Istat:

li taħdem ma' l-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi għajnuna teknika relatata ma' l-implimentazzjoni tal-legislazzjoni tal-Komunità;

Li timppromwovi kooperazzjoni bejn Stati kostali fiż-żoni tal-baħar involuti;

li tiżviluppa kwalunkwe sistema ta' informazzjoni neċessarja;

Li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-Iżvilupp ta' metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' inċidenti;

Li tipprovdi l-Kummissjoni u l-Istati Membri b'informazzjoni affidabbli fuq is-sigurtà marittima u fuq tniġġis mill-vapuri

Li tgħin il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-identifikazzjoni u l-insegwiment tal-vapuri li qed jitfgħu rimi illegali

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, erba' rappreżentati mill-Kummissjoni u erba' rappreżentanti mingħajr id-dritt tal-vot mis-setturi professjonali involuti.

Dmirijiet

li tadotta l-baġit u l-programm ta' xogħol;

li teżamina t-talbiet mill-Istati Membri għall-għajnuna

2

Direttur Esekuttiv

Nominat mill-Bord Amministrattiv fuq il-proposta tal-Kummissjoni

3

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

4

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Parlament fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill

4.5 miljun euro. Kontribuzzjoni tal-Komunità: 100 %

Numru ta' impjegati sal-31 ta' Diċembru 2003:

Informazzjoni mhiex provduta

Ispezzjonijiet: 4

Fonti: Informazzjoni provduta mill-Awtorità.


Tabella 2

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — l-Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(1000 euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjoni fil-baġit finali

reġistrati

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji tal-Komunità

4 500

2 630

Titolu I

Staff

1 552

713

647

66

838

Sussidji oħra

 

2

Titolu II

Amministrazzjoni

848

553

238

315

295

 

 

 

Title III

Nefqa ta' ħidma

230

167

13

155

63

Total

4 500

2 632

Total

2 630

1 434

898

536

1 196

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — Kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003

(1000 euro)

 

2003

Dħul

Sussidji tal-Komunità

2 630

Sussidji oħra

2

Dħul totali (a)

2 632

Nefqa

Staff — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

647

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

66

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

238

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

315

Nefqa operattiva — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

13

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

155

Nefqa totali (b)

1 434

Kwantitajiet mħaddma għas-sena finanzjarja (a – b)

1 198

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mill-Aġenzija.


Tabella 4

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003

(1000 euro)

Attiv

2003

Passiv

2003

Assi fissi

 

Kapital proprju

 

Software tal-kompjuter

11

Kapital proprju

8

Deprezzament

–3

Bilanċ għas-sena finanzjarja

1 198

Total parzjali

8

Total parzjali

1 206

Assi kurrenti

 

Passiv Kurrenti

 

Avvanzi lill-istaff

17

Tiġdid awtomatiku ta' l-approprjazzjonijiet

536

Kontijiet varji riċevibbli

3

Kontijiet varji li għandhom jitħallsu

29

Total parzjali

20

Total parzjali

566

Kontijiet tal-flus kontanti

 

 

 

Kontijiet tal-bank

1 744

 

 

Total parzjali

1 744

 

 

Total

1 772

Total

1 772

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mill-Aġenzija.


(1)  L-Aġenzija setgħet tibda l-ħidma tagħha f'Novembru 2003 biss.

Fonti: Informazzjoni provduta mill-Awtorità.


RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7.

Ma kienx possibbli li tiġi ggarantita s-separazzjoni tad-doveri minħabba r-riżorsi umani insuffiċjenti ta' l-Aġenzija. Minn Jannar ta’ l-2004, wara li ġew impjegati membri oħra ta’ l-istaff, kontrolli interni ssaħħew u ġiet ggarantita s-separazzjoni tad-doveri.

8.

B’referenza għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, l-uffiċjal tal-kontijiet ikkonferma s-sistemi tal-kontijiet u tal-baġit f’Marzu 2004.

9.

Il-Pay Master Office (PMO) tal-Kummissjoni huwa responsabbli biex jikkalkula s-salarji ta’ l-impjegati ta’ l-EMSA. Wara li ġew impjegati membri oħra ta’ l-istaff fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, kontrolli fuq ħlas ssaħħew.

10.

L-Aġenzija saħħet it-tîm tagħha tat-teknoloġija ta’ l-informatika (IT) b’ mod konsiderevoli, u l-istaff għandu jiżdied minn persuna waħda (fl-aħħar ta’ l-2003) għal ħames impjegati (fl-aħħar ta’ l-2004). Dan se jippermetti li l-kompiti u r-responsabbiltajiet jiġu mqassma b' mod aħjar u b’ hekk jiġi mtejjeb il-kontroll fuq is-sistema ta’ l-informatika.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/23


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-8

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 (1). Hija responsabbli għall-istabbiliment ta' network ta' osservazzjoni li jipprovdi informazzjoni ta' min joqgħod fuqha lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u, b'mod iktar ġenerali, lill-pubbliku fuq l-istat ta' l-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b'mod partikolari, tippermetti l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni biex jissalvagwardjaw l-ambjent u jevalwaw l-effettività ta' din l-azzjoni. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tat.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Deċembru 2003. Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90, il-baġit kien implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija meħtieġa teżamina dawn il-kontijiet taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verfika tagħha skond il-politika u l-istandards tal-verifika tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali tal-verifika ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Il-Qorti applikat testijiet bħal dawn fuq ir-reġistri tal-kontijiet u applikat proċeduri oħra bħal dawn li hija kkunsidrat neċċessarji fiċ-ċirkustanzi.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni ta' verifika espressa mill-Qorti f'dan ir-Rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit- Tabella 2  (4). Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma ppreżentati fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija (5), l-ordnijet ta' l-irkupru mhumiex maħruġa fuq bażi sistematika meta t-talbiet huma stabbiliti. Dan kien il-każ għat-talbiet li ammontaw għal 2 539 000 euro matul is-sena finanzjarja, li 1 472 000 euro minnhom kienu diġà miġbura.

8.

Id-dikjarazzjonijiet ta' seba' kontijiet tal-bank ta' l-Aġenzija ma kienux jaqblu mal-bilanċi korrispondenti fil-kontijiet matul is-sena 2003. Ir-rikonċiljazzjoni għandha issir kull xahar u d-dettalji għandhom ikunu mogħtija lill-persuna responabbli fl-amministrazzjoni.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 120, tal-11.5.1990.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.

(3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2003 tlestew fis-6 ta' Awissu 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fit-22 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  It-tabelli kollha f'dan ir-rapport ġew imfassla fuq il-bażi tal-valuri l-iktar preċiżi possibbli għal-informazzjoni wżata. It-totali jistgħu ikun fihom differenzi żgħar minħabba xi aġġustamenti għall-iskop tal-preżentazzjoni. Daxx tindika valur li mhux eżistenti jew l-ebda valur u 0,0 jindika valur taħt il-limitu ta' l-aġġustament.

(5)  Artikolu 53(2).


Tabella 1

Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew (Copenhagen)

Oqsma tal-kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi ta' l-Aġenziji kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990

Tmexxija Tajba

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija (data ta' l-2002)

Prodotti u servizzi provduti fl-2003

Politika dwar l-ambjent

Objettivi

Funzjonijiet

1

Bord Maniġerjali

Baġit Finali

 

Il-Politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas. (…)Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika (…) l-Komunità għandha tieħu in konsiderazzjoni dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti (…)

(Artikolu 174 tat-Trattat)

Li twaqqaf network Ewropew ta' osservazzjoni ta' l-ambjent biex jipprovdi l-Komunità u l-Istati Membri b'informazzjoni ta minjoqgħod fuqha sabiex huma jkunu jistgħu:

(a)

jieħdu l-azzjoni meħtieġa sabiex jipproteġu l-ambjent;

(b)

jevalwaw l-implimtazzjoni tagħha;

(c)

jiżguraw li l-pubbliku għandu tagħrif tajjeb fuq l-istat ta' l-ambjent.

Li tagħti l-Komunità u l-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa

Li tirreġistra u tistma l-informazzjoni dwar l-istat ta' l-ambjent u tħejji rapporti dwar il-kwalità

Li tiżgura li l-informazzjoni fuq l-ambjent hija kumparabbli fuq livell Ewropew

Li tippromwovi l-inkorporazzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ambjent fl-Ewropa fil-programmi ambjentali

Li tippubblika rapport kull ħames snin fuq l-istat, il-bidliet u l-prospetti fl-ambjent

Li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' l-applikazzjoni ta' tekniki ta' tbassir ambjentali, kif ukoll metodi ta' stima ta' l-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent, u l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-teknoloġija fuq il-prevenzjoni ta' ħsara

Kompożizzjoni

rappreżentant minn kull Stat Membru

Żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni

Żewġ xjentisti maħtura mill-Parlament Ewropew

Funzjonijiet

Li jadotta l-programm tax-xogħol u jiżgura li qed jiġi implimentat

2

Direttur

Maħtur mill-Bord Maniġerjali fuq il-proposta tal-Kummissjoni

3

Forum Konsultattiv

Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru; id-Direttur Eżekuttiv jagħti parir

4

Kumitat Xjentifiku

Magħmul minn persuni kwalifikati fil-qasam ta' l-ambjent li huma maħtura mill-Bord Maniġerjali

5

Verifika Esterna

Il-Qorti ta' l-Awdituri

6

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

27,5 miljun euro (25,1 miljun euro), Kontribuzzjoni tal-Komunità: 77 % (76 %)

Numru ta' l-istaff fil-31 ta' Diċembru 2003

Numri ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment: 111 (106)

Postijiet meħuda: 95 (85)

+16 (26) Staff ieħor (kuntratti awżiljari, esperti nazzjonali ssekondati, staff lokali, staff temporarju)

Staff totali:111 (111)

mogħtija d-dmirijiet li ġejjin:

operazzjonali: 69 (69)

amministrattivi: 41 (41)

mħallta: 1 (1)

Xogħol ta' appoġġ u provvediment għall-indikaturi għar- rapport ta' Sinteżi fuq żvilupp sostenibbli

Indikaturi dwar l-istat ta' l-ambjent fl-2003

Analiżi u stima tal-gassijiet li jsaħħnu l-atmosfera (1990-2020)

Finalizzar tar-rapport Kiev (l-istat ta' l-ambjent fil-pajjiżi kandidati ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant)

Tlett seminars orgainizzati waqt il-Presidenza Griega fil-Kunsill

Provvediment ta' indikaturi ambjentali f'oqsma speċifiċi (is-settur tat-trasport fil-pajjiżi kandidati, ir-reġjun ta' Danubju — il-Baħar l-Iswed)

Għajnuna fl-armonizzar ta' l-informazzjoni

Tmexxija tan-network EIONET-(Network ta’ l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta’ l-ambjent Ewropew)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-Baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

disponibbli

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji tal-Kommunità

21,4

21,4

Titolu I

Staff

11,5

11,5

11,1

0,3

0,1

1,4

1,4

0,8

0,3

0,3

13,0

13,0

11,9

0,7

0,4

Sussidji oħra

6,1

8,4

Titolu II

Amministrazzjoni

2,9

2,8

2,4

0,4

0,0

0,3

0,2

0,2

0,0

0,1

3,1

3,1

2,6

0,4

0,1

Dħul ieħor

0,0

0,1

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

13,1

13,0

6,0

7,0

0,1

5,9

5,6

4,9

0,8

0,3

19,0

18,6

10,9

7,8

0,4

Total

27,5

29,9

Total

27,5

27,4

19,6

7,7

0,2

7,6

7,3

5,8

1,1

0,6

35,1

34,6

25,4

8,9

0,9

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Kontijiet tad-dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

21 380

18 749

Sussidji oħrajn

8 423

1 136

Dħul ieħor

89

198

Dħul totali (a)

29 891

20 083

Nefqa

Staff — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

11 123

9 714

Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem

315

1 018

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

2 447

2 054

Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem

395

247

Nefqa tax-xogħol — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

5 997

6 493

Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem

7 008

5 611

Nefqa totali (b)

27 284

25 136

Kwantitajiet maħdumin għas-sena finanzjarja (a – b)

2 607

–5 053

Bilanċ miġjub il-quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

–7 427

–3 275

Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem u kanċellati

617

889

Sommom għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li ma kienux ġew użati

36

8

Differenzi fir-rata ta' kambju

–4

4

Aġġustamenti

–18

0

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–4 190

–7 427

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 4

Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital proprju

 

 

Tagħmir tal-kompjuter

1 366

1 847

Kapital proprju

1 265

1 295

Tagħmir u għamara

2 302

2 254

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–4 190

–7 427

Assi finanzjarji fissi

425

405

Total Parzjali

–2 925

–6 133

Deprezzament

–2 860

–3 237

Passiv kurrenti

 

 

Total Parzjali

1 232

1 269

Kummissjoni

3 124

5 263

Stokks

 

 

Kontributuri oħra

1 066

2 270

Provvisti għall-uffiċċju

33

26

Trasferimenti awtomatiċi

8 852

7 591

Total Parzjali

33

26

Debituri varji pagabbli

0

769

Assi kurrenti

 

 

Tnaqqis mis-salarji

417

111

Sussidji komunitarji

3 124

5 263

Total Parzjali

13 460

16 003

Sussidji oħra

1 066

2 270

Kontijiet temporanji u dħul differit

 

 

Ordnjiet ta' rkupru

65

226

Sommom għall-użu mill-ġdid

212

175

Kontijiet varji riċevibbli

127

153

Ordinijiet ta' rkupru

65

226

VAT li ser ikun rkuprat

232

266

Total Parzjali

277

400

Total Parzjali

4 614

8 178

 

 

 

Kontijiet tal-flus kontanti

 

 

 

 

 

Kontijiet tal-bank

4 892

740

 

 

 

Kontiijiet tal-flus akkont

40

40

 

 

 

Total Parzjali

4 932

780

 

 

 

Kontijitet temporanji u akkumulazzjoni

 

 

 

 

 

Kontijiet temporanji

0

18

 

 

 

Total Parzjali

0

18

 

 

 

Total

10 811

10 271

Total

10 811

10 271

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7. u 8.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tirrikonoxxi l-bżonn li tiġi rinforzata l-ġestjoni ta’ l-irkupri u l-ħtieġa għal tqabbil regolari tal-kontijiet

Sabiex tpatti għall-limitazzjonijiet tar-riżorsi u biex jiżdiedu l-kapaċitajiet, ġie deċiż li jiġi rreklutat akkawntant fuq livell ta’ amministratur skond il-pjan tat-twaqqif 2004.

Fi żmien qasir, se tiġi stabbilita forza ta’ ħidma ta’ l-EEA dwar l-kontabilità sabiex tassigura operazzjonijiet korretti u regolari matul is-sena, biex timplementa accrual accounting u biex tipprepara l-għeluq tal-kontijiet skond il-livelli u l-ħtiġijiet neċessarji.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/30


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-14

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 5

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta' Lulju 1993 (1). L-Aġenzija topera minn network u tikkordina r-riżorsi xjentifiċi li l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu disponibbli biex jiżguraw il-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem jew veterinarju. Tabellal 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u r-responsabbiltajiet ta' l-Aġenzija fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija minnha.

L-OPINJONI TAL-QORTi

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tal-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 57(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, il-badġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Esekuttiv. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3) skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 57(11) tar-Regolament tal-Kunsill. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u l-istandards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli. Madanakollu l-Qorti tiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni deskritta f'paragrafu 10. Ħlief għas-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7 u 12, il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel huma mniżżla fit-Tabella 2. Tabella 3 u 4 juru sommarjament il-kont ta' dħul u nefqa u l-karta ta' bilanċ ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2003.

7.

Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija- soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni - adotta regolament finanzjarju ġdid u regoli ta' implimentazzjoni korrispondenti, li daħlu fis-seħħ fit-tieni nofs tas-sena finanzjarja 2003 (4). Fl-Opinjoni tagħha Nru 6/2003 tas-17 ta' Lulju 2003, il-Qorti kienet ġibdet l-attenzjoni għad-differenzi bejn ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija stess u l-qafas tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-aġenziji in ġenerali. Fil-paragrafu 7 ta' l-Opinjoni tagħha, il-Qorti enfasizzat partikolarment li r-regoli ta' implimentazzjoni ta' l-Aġenzija dwar l-għotja ta' kuntratti għandhom jaqblu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u r-regoli ta' implimentazzjoni ġenerali. Per eżempju, fejn ir-regoli ġenerali jipprovdu li kumitat għall-valutazzjoni ta' sejħiet ta' xogħol għandu jitwaqqaf għal kull kuntratt li jinvolvi ammont li jeċċedi 13 800 euro, l-Aġenzija tiffissa dan il-limitu għal 75 000 euro (Tabella 5 turi d-differenzi nnotati).

8.

Il-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena 2003 kienu abbozzati fuq il-bażi tal-prinċipji ta' kontabilità mniżżla mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid tagħha (5). L-informazzjoni ta' kontabilità relatata mas-sena finanzjarja 2002 ma kienitx reġgħet ġiet ipproċessata skond ir-regoli ta' kontabilità utilizzati meta l-kontijiet għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 kienu abbozzati.

9.

L-artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija jipprovdi li l-uffiċjal ta' kontabilità għandu jivvalida s-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni biex jipprovdi jew jiġġustifika informazzjoni ta' kontabilità. Din il-validazzjoni għadha ma saritx.

10.

Fl-2003 l-Aġenżija wettqet inventarju fuq il-post ta' l-assi fissi li kien ibbażat fuq in-natura ta' l-assi, għalkemm il-kontijiet ta' l-assi fissi huma miżmuma skond is-sena li l-assi huma akkwistati. Din is-sitwazzjoni tagħmilha diffiċli biex tgħaqqad l-informazzjoni fiżika u l-informazzjoni ta' kontabilità. Barra minn hekk, xi assi ma jidhrux fl-inventarju u lanqas fil-kontijiet ta' l-assi fissi. Il-valur totali tagħhom wara deprezzament kien stmat għal 4 188 000 euro (6) u kien inkluż fil-karta ta' bilanċ taħt il-punt “Assi fissi”. L-Aġenzija għandha twaqqaf sistema għall-ġestjoni ta' l-assi fissi li tiżgura li l-informazzjoni inventarja hija kemm eżawrjenti kif ukoll konsistenti ma' l-informazzjoni ta' kontabilità.

11.

Fl-applikazzjoni tal-miżuri ta' kontroll intern, il-kontinwità m'hix assigurata. Per eżempju, ċerti fajls ta' każijiet ma fihomx id-dokumenti ta' sostenn kollha meħtieġa biex joħolqu impenn jew ordni ta' ħlas.

12.

F'ċerti proċeduri negozjati l-għażla ta' min jissupplixxi huma bbażati fuq il-kriterji ta' “esperjenza preċedenti mal-kuntrattur”, li m'hix provduta għaliha fir-regoli ta' implimentazzjoni (7) għar-Regolament finanzjarju.

13.

Eżaminazzjoni tal-fajls ta' reklutaġġ uriet numru sinifikanti ta' nuqqasijiet fil-formalizzazzjoni u fid-dokumentazzjoni: ir-raġunijiet ma ngħatawx biex isostnu l-għazla ta' kandidati mistiedna għall-intervista jew listi ta' verifiki, li kienu abbozzati għall-għan li jivverifikaw l-ammissibilità tal-kandidati, ma jinkludux il-kriterja ta' selezzjoni kollha mniżżla fl-avviżi ta' karigi disponibbli.

14.

L-“assigurazzjoni ta' kwalita'” ta' l-unità ta' l-Aġenzija sservi bħala l-awditur intern. Żewġ verifiki tagħha, imwettqa fl-2002 fuq l-organizzazzjoni tas-sistema ta' dokumentazzjoni elettronika, urew żieda sinifikanti fl-ispejjeż u ħin meħud kawża ta' monitoraġġ insuffiċjenti tal-proġett. Verifika sussegwenti mwettqa minn konsulent estern fl-2003 kkonfermat in-nuqqasijiet misjuba mill-awditur estern. Il-proġett mibdi fl-aħħar tas-sena 2002 kellu jibda' l-produzzjoni fil-bidu tas-sena 2002 bi spejjeż stmati ta' 1,2 miljun euro. Is-sistema kienet għadha mhix operattiva fis-sena 2003 u l-ispejjeż li saru diġa ammontaw għal 1,7 million euro.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 18; wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 (ĠU L 136, tat-30.4.2004, p. 1) l-isem il-ġdid ta' l-Aġenzija huwa l-Aġenzija Ewropew tal-Mediċini.

(2)  ĠU L 248 tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu (83) (3) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fl-14 ta' Mejju 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Il-Kummissjoni tat l-opinjoni tagħha fil-bidu tas-sena 2004.

(5)  L-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija.

(6)  L-ammont għandu x'jaqsam ma' software u alterazzjonijiet tal-bini.

(7)  L-Artikolu 86 tar-Regoli ta' implimentazzjoni dettaljati tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija.


Tabella 1

Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (Londra)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja skond it-Trattat

Il-Kompetenzi ta' l-Aġenzija kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta' Lulju 1993

Awtorità

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija

(informazzjoni għall-2002)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2003

(informazzjoni għall-2002)

Livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandha tkun assigurata fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u attivitajiet kollha tal-Komunità.

Azzjoni Komunitarja, li għandha tikkumplimenta l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib ta' saħħa pubblika, prevenzjoni ta' mard tal-bniedem, u twarrab sorsi ta' perikolu għas-saħħa tal-bniedem.

(Estratti mill-Artikolu 152 tat-Trattat)

Miri

Biex tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi li l-awtoritajiet tal-Pajjiżi Membri għamlu disponibbli għall-Aġenzija għall-awtorizzazzjoni u superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem jew veterinarju

Biex tipprovdi lill-Pajjiżi Membri u lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni b'parir xjentifiku dwar prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem jew veterinarju

Kompiti

Biex tikkoordina l-valutazzjoni xjentifika tal-prodotti mediċinali li hija soġġetta għall-proċeduri ta' awtorizzazzjoni tas-suq

Biex tikkoordina s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali li huma awtorizzati fil-Komunità (pharmacovigilance)

Biex tagħti parir fuq il-limiti massimi għar-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jkunu aċċettati bħala oġġetti ta' ikel oriġinat mill-annimali

Biex tikkoordina l-verifikazzjoni ta' konformità mal-prinċipji ta' prattika tajba ta' manifattura, prattika tajba tal-laboratorju u prattika tajba tal-klinika.

Biex tirreġistra l-istat ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' promozzjoni mogħtija għall-prodotti mediċinali

(1)

Il-Kumitat għall-Prodotti ta' Speċjalitajiet Mediċinali, jikkonsisti f'żewġ membri minn kull Pajjiż Membru, jagħti pariri fuq kwalunkwe mistoqsija relatata ma' valutazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem.

(2)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji, li jikkonsisti minn żewġ membri minn kull Pajjiż Membru, jagħti pariri fuq kwalunkwe mistoqsija relatata ma' valutazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji.

(3)

Il-Bord ta' Tmexxija, jikkonsisti minn żewġ rappreżentanti minn kull Pajjiż Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u żewġ rappreżentanti maħturin mill-Parlament Ewropew. Il-Bord jaddotta l-programm ta' xogħol u r-rapport annwali.

(4)

Id-Direttur Esekuttiv huwa maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

(5)

Verifika esterna:

Qorti ta' l-Awdituri.

(6)

L-Approvazzjoni hija mogħtija mill-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Baġit finali:

84,2 miljun EUR (61,3 miljun EUR), li minnu hemm il-kontribuzzjoni Komunitarja (eskluż sussidju għal mediċini orphan): 22,9 % (27,9 %)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

287 (251) karigi provduti fil-pjan ta' twaqqif,

Karigi okkupati: 256 (227)

+48 (37) karigi oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunali lokali, persunal temporanju)

Persunal totali: 304 (264)

Assenjatid-dmirijiet segwenti:

operattivi: 242 (211)

amministrattiv: 62 (53)

Prodotti Mediċinali għall-użu tal-bniedem

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta' promozzjoni: 39 (31)

Opinjonijiet favorevoli: 39 (24)

Ħin medju għall-valutazzjoni: 190 ġurnata (192 ġurnata)

Opinjonijiet wara l-awtorizzazzjoni: 941 (746)

Pharmacovigilance:45 538 rapport (42 608 rapport)

Rapporti perjodiċi ta' kredibilità: 276 (223)

Miżuri ta' monitoraġġ:1 025 (738)

Opinjonijiet xjentifiċi: 65 (75)

Proċeduri għal rikonoxximent reċiproku: 4 080 (3 501)

Prodotti Mediċinali veterinarji

Applikazzjonijiet ġodda: 10 (3)

Applikazzjonijiet fir-rigward ta' varjanti: 64 (33)

Ispezzjoni: 76 (75)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali — Implimentazzjoi tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors ta' dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(2003 baġit u sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

imħallsa

kanċellati

approprjazzjonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji (1)

23,0

22,5

Titolu I

Persunal

31,5

29,7

29,2

0,5

1,8

0,4

0,3

0,1

31,9

30,1

29,5

0,5

1,9

Dħul proprju

59,0

60,1

Titolu II

Amministrazzjoni

19,7

19,2

11,9

7,3

0,5

1,9

1,5

0,4

21,6

21,1

13,4

7,3

0,9

Dħul ieħor

2,2

1,8

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

33,0

32,8

24,5

8,3

0,2

4,5

4,2

0,3

37,5

37,3

28,7

8,3

0,5

Total

84,2

84,4

Total

84,2

81,7

65,6

16,1

2,5

6,8

6,0

0,8

91,0

88,5

71,6

16,1

3,3

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


Tabella 3

Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali — Kontijiet ta' dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002 (2)

Dħul

Kontijiet relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ kummerċjali

58 657

38 372

Sussidji tal-Kummissjoni inklużi sussidji riċevuti mill-EEA

19 786

14 846

Sussidji Komunitarji għal mediċini orphan

2 814

2 407

Kontribuzzjonijiet għal programmi tal-Komunità

1 208

9

Dħul amministrattiv

2 153

1 688

Dħul varju

848

54

Total (a)

85 466

57 376

Nefqa (3)

Nefqa tal-persunal

29 663

26 216

Nefqa amministrattiva

10 905

10 718

Nefqa ta' xogħol

32 838

21 467

Deprezzament

2 364

0

Total (b)

75 770

58 401

Riżultat (ċ = a – b)

9 696

–1 025

Fatturi oħra

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel u kanċellati (d)

823

1 377

Differenzi fir-rati ta' kambju u aġġustamenti oħra(e)

413

– 352

Bilanċ għas-sena finanzjarja (ċ + d + e)

10 932

0

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


Tabella 4

Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali — Karti ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u 31 ta' Diċembu 2002 (4)

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi intanġibbli

3 401

0

Kapital proprju

 

 

 

 

 

Kwantità tal-baġit maħduma (a)

4 037

Assi fissi

 

 

Kwantità maħduma wara aġġustamenti (b)

6 895

Fabbrika, makkinarju u għodda

1 635

146

Kwantità ekonomika maħduma (a + b)

10 932

Għamara u flotta ta' vetturi

1 011

991

Kwantità maħduma trasferita mis-snin finanzjarji ta' qabel (5)

6 872

2 684

Tagħmir tal-kompjuter

2 548

1 547

Subtotal

17 804

2 684

Subtotal

5 194

2 684

 

 

 

 

 

 

Dejn kurrenti

 

 

Assi kurrenti

 

 

Ammonti li jridu jingħataw lura lill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji

479

444

VAT imħallas u li jrid jiġi rkuprat

1 105

571

Approprjazzjonijiet ta' ħlas li jridu jiġu trasferiti

11 936

6 811

Ammonti riċevibbli mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji

107

3 744

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

127

603

Kontijiet varji riċevibbli

1 034

2 854

Avvanzi mill-klijenti

8 845

9 293

Riċevibbli varji

64

0

Subtotal

21 387

17 151

Subtotal

2 310

7 169

 

 

 

Assi disponibbli

28 286

9 982

 

 

 

Total

39 191

19 835

Total

39 191

19 835

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.


Tabella 5

Differenzi bejn ir-regoli ta' implimentazzjoni ġenerali u r-regoli ta' implimentazzjoni ta' l-Aġenzija

Kumitat għall-valutazzjoni ta' sejħiet ta' xogħol (6)

 

Artikoli 145 u 146 tar-regoli ta' implimentazzjoni ġenerali

Artikolu 107 tar-regoli ta' implimentazzjoni ta' l-Aġenzija

Limitu ta' kuntratt:

13 800 euro

75 000 euro

Regoli għall-proċeduri negozjati fir-rigward ta' kuntratti ta' valur baxx

Valur ta' kuntratti

Artikolu 129 tar-regoli ta' implimentazzjoni ġenerali

Artikolu 89 tar-regoli ta' implimentazzjoni ta' l-Aġenzija

inqas minn 200 euro

ħlas ta' spejjeż skond l-irċevuti

provdut fl-Artikolu 82 imma l-limitu mhux speċifikat

inqas minn 1 050 euro: proċedura negozjata

għotja fuq il-bażi ta' sejħa waħda

inqas minn 1 500 euro: għotja fuq il-bażi ta' sejħa waħda

bejn 1 050 u 13 800 euro: proċedura negozjata b':

mill-inqas 3 kandidati konsultati

bejn 1 500 u 13 800 euro: mill-inqas 3 kandidati konsultati

bejn 13 800 u 50 000 euro, proċedura ristretta imma mingħajr CEI b' (7):

mill-inqas 5 kandidati konsultati

mill-inqas 3 kandidati konsultati

Sors: Qorti ta' l-Awdituri.


(1)  Inklużi sussidji riċevuti miż-Żona Ekonomika Ewropea.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

(2)  L-informazzjoni għas-sena finanzjarja 2002 ma kienitx proċessata mill-ġdid skond il-prinċipji ta' kontabilita' segwita għas-sena finanzjarja 2003 (ara paragrafu 8 tar-rapport).

(3)  Il-porzjoni ta' l-approprjazzjonijiet trasferiti li għandha titqies bħala nefqa għas-sena finanzjarja kienet valutata fuq bażi ġenerali minflok fuq il-bażi ta' l-eżaminazzjoni individwali tat-transazzjonijiet.

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

(4)  Użu tal-mudell propost mill-Kummissjoni rriżulta f'bilanċi allokati mill-ġdid bejn it-titoli eżisteni.

(5)  Għall-2002, is-somma tikkorrispondi għat-total ta' assi fissi netti. Għall-2003, is-somma tinkludi wkoll 4 188 000 euro li jikkorrispondi għall-attivazzjoni fl-2003 ta' assi akkwistati fis-snin ta' qabel (ara paragrafu 10 tar-rapport).

Sors: L-informazzjoni ta' l-Aġenzija. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

(6)  L-uniku kumitat għal valutazzjoni għall-sejħiet proposti mill-Aġenzija huwa l-Kumitat ta' Konsulta dwar ix-xogħol ta' l-Appalt u Kuntratti li huwa meħtieġ li jagħti l-opinjoni tiegħu fuq kuntratti li jinvolvu ammonti li jeċċedu 75 000 euro (Artikolu107), meta dan il-limitu huwa 13 800 euro fir-regoli ta' implimentazzjoni ġenerali.

(7)  CEI: Sejħa għall-espressjoni ta' interess.

Sors: Qorti ta' l-Awdituri.


THE AGENCY'S REPLIES

7.

The Agency has contacted the Commission to finalize the Financial Regulation. The changes made have been in the direction to satisfy the Commission’s comments as well as those of the Court of Auditors. In particular the thresholds for contracts and procurement have been aligned in the implementing rules.

8.

In accordance with International Public Sector Accounting Standard (IPSA) number 3, the resulting adjustments are reported as an adjustment to the opening capital. Comparative information for the year 2002 has not been restated, as it would not have provided meaningful additional information. As the European Institutions and Agencies have to present accounts compliant with IPSAS for 2005, the Agency, following the calendar established by the Accounting Officer of the European Commission, will have systems in place which will assure compliance by January 1, 2005 including the presentation of comparative figures for 2004.

9.

The observation of the Court is relevant in a sense, however it was not a priority for the EMEA knowing that the current systems, including both procedures and software, existed since 1998 and have provided the necessary and accurate data for the establishment of the financial statements. These systems have not been modified since the application of the new financial regulations.

The systems defined by the authorizing officer will be formally validated by the accountant in the course of 2004.

10.

In 2003, the Agency capitalized intangible assets (mainly software licenses and certain software development costs) in accordance with the standards issued by the Accounting Standards Committee. In order to establish the inventory of intangible assets and fitting out costs in prior years a detailed analysis of software and fitting out costs for 2000 to 2003 was prepared. During 2004, all assets, tangible and intangible, are being entered in the new asset management system and the accounting is based on the classification by type as set out in the harmonized accounting plan defined by the Commission's Accounting Officer.

11.

The Agency has noted the Court's comments. It has taken corrective measures to avoid such situations in the future.

12.

The Agency has noted the Court's comments on the criteria of choice of contractors.

13.

The Agency follows selection procedures with care. The admissibility of candidates to the selection procedure follows a checklist in each individual case, which covers all the elements stated in the announcement. This is documented on each individual file. In addition to the existing justification for the choice of each candidate for interview, the Agency will implement measures to improve the procedure and avoid the problems mentioned by the Court.

14.

In recognition of the serious difficulties being encountered in the implementation of the project, the Agency’s management took action, beginning with the commissioning of the external audit in early 2003. The specification has been refined and implementation of the electronic document management system has since been undertaken in the light of that analysis.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/39


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-9

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Awtorità

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn “il quddiem imsejħa”“l-Awtorità”) kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 (1). Il-Kummissjoni ħadet ħsieb tal-ġestjoni finanzjarja ta' l-Awtorità fl-2002 u ma kellhiex kontijiet separati għaliha. Is-sena finanzjarja ta' l-2003 kienet għalhekk l-ewwel sena li l-Awtorità kienet kompletament responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħha. Ir-responsabbilitajiet prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja li hemm bżonn sabiex isir abbozz tal-leġislazzjoni tal-Komunità, li tiġbor u tanalizza data sabiex ir-riskji jiġu karatterizzati u kkontrollati u li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq dawn ir-riskji. Ir-responsabbilitajiet u l-attivitajiet ta' l-Awtorità huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 1 fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija minnha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 44 (1), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill nru 178/2002 (1), il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 44 (3), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill nru 178/2002. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verfiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-interessi tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunisdrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut tal-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Skond l-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Awtorità, l-Uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-Uffiċjal ta' Awtorità biex jagħti jew jiġġustifika informazzjoni fuq il-kontijiet. L-ebda validazzjoni ma saret.

8.

Id-Dipartiment tal-Persunal ma wettaqx kontrolli sistematiċi fuq l-istabbiliment tar-remunerazzjoni (b'mod partikulari s-salarji) u fuq id-drittijiet finanzjarji ta' l-impjegati l-ġodda.

9.

Eżaminazzjoni ta' l-ambjent ta' kontroll fis-sistema ta' l-informazzjoni teknoloġika wriet li għandha bżonn tiġi msaħħa minħabba ż-żieda pjanata fl-attivitajiet ta' l-Awtorità.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 31, tà l-1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 248 tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Awtorità, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fl-14 ta' Settembru 2003 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fis-17 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


Tabella 1

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (kwartieri ġenerali: Brussell, għandha tiġi ttrasferita għall-Parma)

Oqsma ta' kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi ta' l-Awtorità (Regolament (KE)

Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002)

Kontroll

Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2003

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2003

Moviment ħieles ta' l-oġġetti ta' l-ikel (Artikolu 37 tat-Trattat)

Protezzjoni fl-liviell għoli tas-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, waqt li tieħu kont ta' kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi (Artikolu 95 tat-Trattat)

Il-Politika Kummerċjali Komuni (Artikolu 133 tat-Trattat)

Is-Saħħa Pubblika (Artikolu 152 (4) (b) tat-Trattat)

Miri

li tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u appoġġ xjentifiku u tekniku għall-leġislazzjoni tal-Komunità u politika li għandha impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà ta' l-ikel

Li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq ir-riskji li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà fl-ikel

Li tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-ħajja umana u tas-saħħa

Li tiġbor u tanalizza d-data li hemm bżonn biex tippermetti l-karatterizzazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji

Funzjonijiet

Li toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi

Li tippromwovi metodoloġiji uniformi ta' l-istima tar-riskju

Li tgħin il-Kummissjoni

Li tfittex, tanalizza, u tqassar d-data xjentifika u teknika meħtieġa

Li tidentifika u li jiġu karatterizzati riskji li joħorġu

Li tistabblixxi network ta' organizzazzjonijiet li joperaw f'oqsma simili

Li tipprovdi għajnuna xjentifika u teknika għall-immaniġjar tal-kriżi

Li ttejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali

li tipprovdi lill-partijiet pubbliċi u lill-partijiet interessati b' informazzjoni affidabbli, objettiva u li tinftiehem b'mod faċli

Li tieħu sehem fis-sistema ta' twissija rapida tal-Kummissjoni

1

Bord Maniġerjali

Kompożizzjoni

14 il-membru maħtura mill-Kunsill (b'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni

Dmirijiet

Li jadotta l-programm tax-xogħol u jiżgura li qed jiġi implimentat

2

Direttur Esekuttiv

Maħtur mill-Bord Maniġerjali fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara smiegħ quddiem il-Parlament Ewropew

3

Kompożizzjoni tal

Forum Konsultattiv

Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru

Dmirijiet

li jagħti pariri lid-Direttur Esekuttiv

4

Kumitat Xjentifiku u Pànels Xjentifiċi

Li jfassal abbozz fuq l-opinjonijiet xjentifiċi ta' l-Awtorità

5

Verifika esterna

Il-Qorti ta' l-Awdituri

6

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Baġit finali

12.6 miljun euro f'kontibuzzjoni tal-Komunità 99,7 %

Numru ta' impjegati sal-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' postijiet fil-pjan tal-persunal: 49

Postijiet ġa meħuda: 27

+36 impjegati oħra (kuntratti awżiljarji, espert nazzjonali issekondati, persunal lokali, persunal temporarju)

Persunal totali: 63

Assenjat għad-dmirijiet li ġejjin:

operazzjonali: 33

amministrattivi: 30

L-Awtorità waqqfet il-Kumitat Xjentifiku tagħha u l-Pànels Xjentifiċi kollha f' Ġunju 2003. Hija ħarġet 23 opinjonijiet pubbliċi matul il-bqija tas-sena

F'Ottubru l-Awtorità żammet konferenza f' Ostende (Belġju) mal-partijiet interessati tagħha; l-għan ta' dan kien li jiġi ddeterminat kif għandha twettaq il-mandat tagħha fil-futur

Il-Forum Konsultattiv iltaqa' sitt darbiet bi ħsieb li jitwaqqaf in-network li jgħaqqad l-Awtoritajiet nazzjonali. Dan ġab żieda fl-iskambji ta' informazzjoni ma' l-Awtorità u bejn id-dipartimenti nazzjonali involuti

Fonti: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


Tabella 2

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nfiq

Sors ta' dħul

Dħul imniżżel fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul riċevut

Allokazzjoni ta' nfiq

Approprjazzjoni tal-baġit finali

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (1)

Approprjazzjonijiet disponibbli (baġit 2003 u trasferiment ta' eżitu tas-sena finanzjarja 2002)

Imniżżla

marbuta

imħallsa

trasferiti għassena ta' wara

kanċellati

Imniżżla

imħallsa

kanċellati

Imniżżla

marbuta

imħallsa

trasferiti għassena ta' wara

kanċellati

Sussidji Komunitarji

12,6

10,0

Titolu 1

Persunal

4,1

3,7

3,6

0,1

0,4

0,0

0,0

0,0

4,1

3,7

3,6

0,1

0,4

Sussidji oħra

0,0

0,0

Titolu II

Amministrazzjoni

2,8

2,2

1,0

1,2

0,6

0,3

0,1

0,2

3,1

2,2

1,1

1,2

0,8

Dħul ieħor

p.m.

0,0

Titolu III

Nfiq ta' l-operat

5,7

4,0

1,1

2,9

1,7

0,1

0,1

0,0

5,8

4,0

1,2

2,9

1,7

Totali

12,6

10,0

Totali

12,6

9,9

5,7

4,2

2,7

0,4

0,2

0,2

13,0

9,9

5,9

4,2

2,9

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel- Kont ta' Dħul u Nfiq għas-sena finanzjarja 2003

(1000 euro)

 

2003

Dħul

Sussidji Komunitarji

10 284

Dħul ieħor

33

Dħul totali (a)

10 317

Nfiq

Persunal — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

3 567

Approprjazzjonijiet li ġew miġjuba 'l quddiem għas-sena finanzjarja ta' wara

149

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

1 092

Approprjazzjonijiet li ġew miġjuba 'l quddiem għas-sena finanzjarja ta' wara

1 189

Nfiq ta' l-operat — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

1 278

Approprjazzjonijiet li ġew miġjuba 'l quddiem għas-sena finanzjarja ta' wara

2 895

Nfiq totali (b)

10 171

Eżitu għas-sena finanzjarja (a – b)

146

Differenza mir-rata tal-kambju

0

Bilanċ għas-sena finanzjarja

146

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


Tabella 4

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Karta tal-Bilanċ fil-31 Diċembru 2003

(1000 euro)

Attiv

2003

Passiv

2003

Assi fissi

 

Kapital fiss

 

Assi mhux minsusa

362

Kapital proprju

769

Tagħmir u għamara

106

Bilanċ għas-sena finanzjarja

146

Tagħmir tal-kompjuter

701

Subtotali

915

Telf ta' valur

– 401

Passiv kurrenti

 

Subtotali

769

Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet awtomatiċi

4 233

Assi kurrenti

 

Tnaqqis tas-salarju

8

Ordnijiet ta' rkupru

1

Subtotali

4 241

Kontijiet varji riċevibbli

2

Kontijiet suspense

 

Subtotali

3

Somom għal użu ulterjuri

6

Kontijiet fi flus kontanti

 

Subtotali

6

Kontijiet bankarji

4 342

 

 

Kont imprest

15

 

 

Subtotali

4 357

 

 

Kontijiet suspense

33

 

 

Totali

5 162

Totali

5 162

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


(1)  L-Awtorità ma nkudietx trasferimenti awtomatiċi u l-użu tagħhom fil-kontijiet tagħha abbażi li l-Kummissjoni kienet l-Uffiċjal Awtorizzant tagħha permezz ta' delega għas-sena finanzjarja 2002. Approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2002 li ma kienux trasferiti awtomatikament biss ġew ġestiti u mniżżla fil-kontijiet mill-Awtorità.

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


RISPOSTI TA’ L-AWTORITÀ

7.

Id-deskrizzjoni u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabilità ser isiru matul is-sena finanzjarja 2004.

8.

Wara l-osservazzjonijiet li saru u bħala riżultat tagħhom, il-verifikazzjoni tad-deċizjoni dwar il-gradi u l-istadji mogħtija lill-persunal li għadu kif ġie impjegat ġew validati u ddatati minn għand il-Kap tar-Riżorsi Umani.

9.

Ir-rinforzar tas-sistema l-informatika beda f’Marzu 2004. L-għanijiet prinċipali huma:

1)

li jassiguraw il-kredibilità ta' l-infrastruttura ta’ l-informatika

2)

li jagħtu dokumentazzjoni, joħolqu u jintroduċu proċeduri operazzjonali

3)

li jirrazzjonalizzaw is-sistemi informatiċi, proċessi ta’ ħidma u t-tqassim ta’ l-informazzjoni.

Dawn l-isforzi għandhom jippermettu lill-Awtorità sabiex tibbenefika minn sistema informatika effettiva u adattata għall-attivitajiet tagħha li qegħdin kull ma jmur jiżdiedu.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/46


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-8

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru” kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Ir-rwol taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lill-entitajiet ta' l-UE u kwalunkwe istituzzjoni u entitajiet oħra ta' l-UE li jsaqsu għas-servizzi tagħha, b'servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom Tabella 1 fiha sommarju tar-responsabilitajiet u l-attivitajiet taċ-Ċentru bbażati fuq l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 14 (1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2965/94, il-badġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontjiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq bażi ta' l-Artikolu 15 ta' l-istess Regolament. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-interessi tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assikurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-baġit għas-sena finazjarja 2003 u ta' l-approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Il-kontijiet taċ-Ċentru għall-2003 ġew adottati fuq il-bażi ta' normi tal-kontijiet imniżżla fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid tiegħu (4). Iċ-Ċentru ma pproċessax mill-ġdid id-data tal-kontijiet kollha għas-sena finanzjarja 2002 skond ir-Regoli tal-kontabilità wżati sabiex isir abbozz tal-kontijiet annwali tiegħu għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003.

8.

Il-provvedimenti għar-riskji u imposti ammontaw għal 8 601 000 euro sa l-aħħar ta' l-2003, żieda ta' 2 195 000 euro meta tqabbilhom ma' l-2002. Il-biċċa l-kbira minn dan l-ammont (6 071 000 euro) huma s-sommom mitlubin mill-Kummissjoni li jikkorrispondu mas-sehem tagħha tal-kontribuzzjonijiet tal-penzjoni għall-impjegati taċ-Ċentru; l-ammont qed jiġi ddisputat miċ-Ċentru. Il-bqija (2 530 000 euro) kien maħsub għall-ħlas tal-kera dovuta lill-awtoritajiet Lussemburgiżi hekk kif l-ammont definittiv jiġi stabbilit. Iċ-Ċentru jrid jagħmel kull sforz biex isolvi dawn il-problemi (5).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

Il-President


(1)  ĠU L 314, tas-7.12.1994, pġ. 1.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.

(3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-kontijiet finali għas-sena 2003 kienu mlestija fl-14 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-27 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(5)  Ara r-Rapport dwar is-sena finanzjarja 2001 (paragrafu 7, ĠU Ċ 326, tas-27.12.2002, pġ. 22).


Tabella 1

Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea (Lussemburgu)

Skop tal-kompetenzi ta' l-UE kif stipulat fit-Trattat

Kompetenzi taċ-Ċentru kif imfissra fir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994

Amministrazzjoni

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru (data għal 2002)

Prodotti u servizzi provduti fl-2003 (data għall-2002 fil-parentesi)

Ir-Rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri bi ftehim reċiproku adottaw dikjarazzjoni, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti ta' traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, fuq il-ħolqien ta' Ċentru ta' traduzzjoni ta' l-entitajiet ta' l-Unjoni, li jipprovdu servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-ħidma ta' l-entitajiet u servizzi li s-siġġijiet tagħhom kienu stabbiliti bid-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993

(Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda fuq il-bażi ta' l-Artikolu 235 tat-Trattat).

Miri

li jipprovdi s-servizzi neċessarji ta' traduzzjoni għall-ħidma ta' l-entitajiet li ġejjin:

L-Aġenzija Ewropea ta' L-Ambjent

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ Ewropew għad-drogi u l-abbuż tad-droga;

L-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali;

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fix-Xogħol;

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (trademarks u disinji);

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-unità tad-drogi ta' l-Europol.

L-entitajiet mwaqqfin mill-Kunsill, apparti minn dawk ta' hawn fuq, jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea li ġa għandhom is-Servizz ta' Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk hemm bżonn, isaqsu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

Funzjonijiet

li jagħmel arranġamenti għall-kooperazzjoni ma' l-entitajiet u l-istituzzjonijiet

Jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni

1

Bord Maniġerjali

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru

żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni, wieħed minn dawn huwa l-President

rappreżentant wieħed minn kull korp jew istituzzjoni li jsaqsi għas-servizzi taċ-Ċentru

Funzjoni

jadotta l-programm ta' xogħol annwali taċ-Ċentru u r-rapport annwali

2

Direttur

Nominat mill-Bord Maniġerjali fuq proposta mill-Kummissjoni

3

Kontroll estern

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

4

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Parlament fuq rakkommandazzjoni mill-Kunsill

Baġit finali

29 miljun euro (24 miljun euro)

Numru ta' impjegati sal-31 ta' Diċembru 2003:

158 (158) postijiet imniżżla fil-pjan ta' stabbiliment

Postijiet ġa meħuda 132 (136)

+15 (5) postijiet oħra

Staff totali 147 (141)

Assenjati:

dmirijiet operazzjonali: 95 (91)

dmirijiet amministrativi: 48 (46)

dmirijiet mħallta: 4 (4)

Numru ta' paġni tradotti

238 399 (227 783)

Numru ta' paġni tradotti għal kull lingwa

lingwi uffiċjali 221 127 (224 190)

lingwi oħrajn 17 272 (3 593)

Numru ta' paġni tradotti għal tip ta' klijent

entitajiet 215 992 (218 532)

istituzzjonijiet 22 407 (9 521)

Numru ta' kuntratti ta' traduzzjoni freelance: 245 (215)

Numru ta' paġni tradotti freelance:94 355 (86 826)

Fonti: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


Tabella 2

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — l-implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

mħallsa

kanċellati

approprjazzjonijiet

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Dħul mħallas mill-entitajiet u l-istituzzjonijiet

20,6

19,8

Titolu I

Staff

12,5

10,3

10,2

0,1

2,2

0,1

0,1

0,0

12,6

10,4

10,3

0,1

2,2

Dħul finanzjarju

0,1

0,4

Titolu II

Amministrazzjoni

3,2

1,9

1,3

0,6

1,3

0,7

0,6

0,1

3,9

2,6

1,9

0,6

1,4

Dħul ieħor

0,0

0,1

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

7,0

3,9

3,4

0,5

3,1

0,4

0,4

0,0

7,4

4,3

3,8

0,5

3,1

Bilanċ għas-sena finanzjarja ta' qabel

8,3

0,0

Titolu X

Riservi u provvisti

6,3

0,0

0,0

0,0

6,3

0,0

0,0

0,0

6,3

0,0

0,0

0,0

6,3

Total

29,0

20,3

Total

29,0

16,1

14,9

1,2

12,9

1,2

1,1

0,1

30,2

17,3

16,0

1,2

13,0

Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qasir l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


Tabella 3

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — Kont ta' Dħul u Nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul operattiv

Ħruġ ta' fatturi għas-sena finanzjarja

22 075

18 113

Dħul ieħor

223

291

Total (a)

22 298

18 404

Nefqa operattiva

Infiq kurrenti

18 255

18 446

Total (b)

18 255

18 446

Riżultat operattiv (c = a – b)

4 043

–42

Dħul finanzjarju

Imgħax tal-bank

387

495

Gwadann mir-rati tal-kambju

1

2

Total (d)

388

497

Ħlasijiet finanzjarji

Spejjeż bankarji

10

0

Total (e)

10

0

Riżultat finanzjarju (f = d – e)

378

497

Riżultat għall-attivitajiet ordinarji (g = c + f)

4 421

455

Dħul eċċezzjonali (h)

19

0

Spejjeż eċċezzjonali (i)

9

0

Riżultat eċċezzjonali (j = h – i)

10

0

Riżultat għas-sena finanzjarja (g + j)

4 431

455

Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru.


Tabella 4

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002 (1)

(1000 euro)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi mhux tanġibbli

760

889

Kapital proprju

 

 

 

 

 

Baġit tal-kwantitajiet maħduma (a)

4 404

8 330

Assi tanġibbli

 

 

Riżultat ta' l-aġġustamenti (b)

27

 

Għamara u vetturi

219

267

Riżultat ekonomiku tal-kwantitajiet maħduma (a + b)

4 431

8 330

Tagħmir tal-kompjuter

398

486

Kwantitajiet maħduma miġjuba 'l quddiem mis-snin finanzjarji ta' qabel (2)

1 642

1 642

Assi fissi taħt kostruzzjoni u avvanzi mħallsa

35

0

Fond permanenti ta' finanzjar minn qabel

8 330

 

Total parzjali

652

753

Total parzjali

14 403

9 972

Assi kurrenti

 

 

Provvediment għar-riskji u l-passiv

8 601

6 406

VAT mħallas u jrid jiġi rkuprat mill-Istati Membri

3

25

Passiv għal żmien qasir

 

 

Ammonti li għandhom jagħtu l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji

2 676

3 360

Ammonti li għandhom jingħatu lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji

0

3 360

Kontijiet riċevibbli varji

10

26

Approprjazzjonijiet ta' pagamenti miġjuba 'l quddiem

784

1 247

Total parzjali

2 689

3 411

Kredituri varji

162

15

Assi disponibbli

20 354

16 126

Passiv varju

5

15

 

 

 

Avvanzi lill-klijenti

500

164

 

 

 

Total parzjali

1 451

4 801

Total

24 455

21 179

Total

24 455

21 179

Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qasir l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


(1)  L-użu tal-mudell propost mill-Kummissjoni rriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid ta' bilanċi taħt it-titoli li hemm bħalissa.

(2)  Dan l-ammont jikkorrispondi ma' l-assi fissi wara d-deprezzament fil-31 ta' Diċembru 2002 (ara t-tabella 3 tar-rapport dwar is-sena finanzjarja 2002, ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, pġ. 29).

Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qasir l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

Fil-prinċipju, meta jkun hemm xi bidliet fil-metodi wżati, il-kontijiet għas-snin finanzjarji ta' qabel għandhom jiġu mfassla billi jintuża l-metodu l-ġdid. Madanakollu, ma kienx possibbli għaċ-Ċentru li jagħmlu valutazzjoni oġġettiva ta' l-effett li kien se jkollha l-bidla fuq is-snin ta' qabel. L-analiżi ta’ l-impatt tal-bidla fuq l-accounting għas-sena finanzjarja 2003 jinsabu fl-annessi mal-kontijiet taċ-Ċentru.

8.

Fl-Lulju ta’ l-2004, iċ-Ċentru ffirma memorandum ta' ftehim ma' l-awtoritajiet Lussemburgiżi bħala soluzzjoni għall-problema ta' l-ispejjeż involuti fl-użu tal-bini Nouvel Hémicycle. Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjonijiet ta' l-impjegati taċ-Ċentru, se jsiru sforzi mill-ġdid sabiex tinsab soluzzjoni.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/53


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-12

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (“iċ-Ċentru”) kien imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337.75 (1). Il-mandat prinċipali taċ-Ċentru huwa li jservi l-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali fuq livell Komunitarju. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, huwa għandu d-dover li jiġbor u jxerred dokumentazzjoni li għandha x'taqsam mas-sistemi ta' taħriġ vokazzjonali. Il-poteri u l-attivitajiet taċ-Ċentru huma miġbura fil-qosor, fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru, f'Tabella 1.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond id-dispożizzjonjiet ta' l-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75, il-baġit taċ-Ċentru ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur taċ-Ċentru. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 12 ta' l-istess Regolament tal-Kunsill. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija meħtieġa li teżamina l-kontijiet taċ-Ċentru skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u l-istandards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontabilità u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru huma dipendibbli u li t-transazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003, u l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel, huma mniżżla f'Tabella 2. Il-kont ta' dħul u nefqa u l-karta ta' bilanċ taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2003 huma preżentati fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Fis-sena 2003 iċ-Ċentru rċieva sussidji u kontribuzzjonijiet PHARE minn pajjiżi terzi (4) li ammontaw għal 791 844 euro. Kontrarjament għall-prinċipji ta' l-unità u akkuratezza tal-baġit, iċ-Ċentru ma utilizzax baġit li jemenda biex jinkludi l-ammont tas-sussidji tas-sena 2003 fil-baġit tiegħu.

8.

Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid taċ-Ċentru u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu kienu adottati mill-Bord ta' Tmexxija fil-31 ta' Marzu 2003. Dawn ir-regoli (5) jispeċifikaw li s-sistema ta' verifika interna ġdida għandha titwaqqaf. Bidliet fl-organizzazzjoni finanzjarja taċ-Ċentru u s-sistema ta' kontabilità tiegħu ma kienux iffinalizzati sa l-aħħar tas-sena.

9.

Skond l-Artikolu 28(2)(e) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, l-uffiċjal ta' kontabilita' għandu jivvalida s-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal ta' awtorità sabiex jipprovdi jew jiġġustifika informazzjoni ta' kontabilità. Ma kien hemm l-ebda validazzjoni bħal din.

10.

Iċ-Ċentru waqqaf “unità ta' kuntratti” biex jiżgura li kuntratti mogħtija għal studji huma tajba, imma din l-unità ma tkunx informata dwar il-proċeduri li huma għaddejjin sakemm ir-rapporti ta' selezzjoni jkunu ffirmati. L-unità ma tista' tagħmel xejn sabiex twaqqaf l-irregolaritajiet fl-istadji inizjali (għażla ta' proċedura, eżaminazzjoni ta' sejħa għal offerti u miżuri ta' pubbliċità). Li jiġu estiżi l-poteri ta' l-unità jidher speċjalment neċessarju peress li studji ta' diversi fajls urew inkonsistenzi u żbalji formali fil-ġestjoni tal-proċeduri ta' għotja ta' kuntratti.

11.

Fis-sena 2003, iċ-Ċentru kellu lista ta' kuntratturi potenzjali wara sejħa għal espressjoni ta' interess (CEI) li kienet maħruġa fl-2000. Din il-lista kienet mtella' u ċentralizzata taħt l-awtorità taċ-Chairman tal-Bordijiet ta' Valutazzjoni. Permezz ta' din il-lista, iċ-Ċentru setgħa jagħti bidu għal proċedura ristretta fost il-kuntratturi potenzjali fuq il-lista, mingħajr il-bżonn li jiġi ppubblikat jew iddikjarati kriterji ta' selezzjoni, sa valur massimu ta' madwar 163 000 euro (6). Ħames fajls dwar proċeduri ristretti li jużaw l-CEIs kienu eżaminati. Fi tlett każijiet (valur totali tal-kuntratt: 79 800 euro) li jagħtu lok għal ħlasijiet fl-2003, il-kuntratturi li ġew aċċettati ma kienux imniżżla fuq din il-lista u l-ebda spjegazzjoni ma ngħatat għal din is-sitwazzjoni. Bi ħsieb ta' din is-sejba, ir-relevanza ta' l-eżistenza ta' tali lista ta' kuntratturi tista' tissejjaħ għad-diskussjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tinnota, li minħabba li l-lista għadha ma ġietx aġġornata, iċ-Ċentru jagħti stampa daqxejn inkonsistenti tal-proċeduri ta' selezzjoni tagħha.

12.

Wara eżaminazzjoni, il-fajls ta' reklutaġġ u numru ta' fajls individwali nstabu li kellhom nuqqasijiet formali u dokumentarji li ma ppermettewx it-trasparenza neċessarja fir-rigward ta' deċiżjonijiet meħuda fuq reklutaġġ u l-impatt finanzjarju ta' dawk id-deċiżjonijiet meta tiġi kkalkulata l-paga.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 39, tat-13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fl-1 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fis-17 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra ta' dawn il-kontijiet hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Parteċipazzjoni minn Norveġja.

(5)  Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid taċ-Ċentru.

(6)  Ara l-Artikolu 128(1) tar-Regolament li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.


Tabella 1

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Tessaloniki)

Oqsma ta' komptenza Komunitarja skond it-Trattat

Il-kompetenza taċ-Ċentru kif definita fl-Artikolu 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975

Awtorità

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru

(informazzjoni 2002)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2003

Il-Komunità timplimenta politika ta' taħriġ vokazzjonali, biex issostni u tappoġġa u tissuplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri

L-azzjoni timmira li:

tistimula l-koperazzjoni dwar taħriġ bejn istituzzjonijiet edukattivi jew ta' taħriġ u l-impriżi;

tiżviluppa skambji ta' informazzjoni u ta' esperjenza fuq kwistjonijiet komuni fis-sistemi ta' taħriġ ta' l-Istati Membri.

(Estratti mill-Artikolu 150 tat-Trattat)

Il-mandat taċ-Ċentru

Li jassisti l-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi, fuq livell ta' Komunità, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' taħriġ u ta' taħriġ fuq ix-xogħol u biex jikkontribbwixxi għall-implimentazzjoni ta' politika komuni għat-taħriġ vokazzjonali.

Kompiti

li jiġbor dokumentazzjoni selezzjonata fuq is-suġġett;

li jikkontribbwixxi fir-riċerka;

li jxerred informazzjoni;

li jħeġġeġ u jsostni kwalunkwe inizjattiva li aktarx tiffaċilita ħidma koordinata għall-problemi ta' taħriġ vokazzjonali;

li jipprovdi forum għal kull min hu kkonċernat.

1

Bord ta' Tmexxija

Għal kull Pajjiż Membru:

rappreżentant wieħed tal-Gvern;

rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet ta' min iħaddem;

rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema;

tlett membri li jirrappreżentaw il-Kummissjoni

2

Direttur:

maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta' kandidati mogħtija mill-Bord ta' Tmexxija, iwettaq deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija u huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ta' kuljum taċ-Ċentru

3

Verifika Esterna:

Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

4

Approvazzjoni

Il-Parlamenti, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Baġit finali:

14,7 (14,2) miljun euro.

Kontribuzzjoni Komunitarja: 98,6 % (96,5 %)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' karigi fil-pjan ta' twaqqif: 83 (83) Karigi okkupati: 77 + 2 (79)

+46 (32) persunal ieħor (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali fuq sekondar, impjegati lokali, supplenti temporanji)

Persunal totali: 125 (111)

Assenjati għad-doveri li ġejjin:

operattivi: 66 (59)

amministrattivi: 38 (33)

varji: 21 (19)

Konferenzi u seminarji: 72

Studji: 65

Proġetti: 23

Parteċipazzjoni fil:

Proċess ta' Copenhagen,

Programm ta' e-Learning,

Programm Leonardo da Vinci, Qafas ta' azzjoni konġunta ta' msieħba soċjali

Pubblikazzjonijiet:

68 pubblikazzjoni,

info Cedefop, ittra informali elettronika

Ċirkolazzjoni ta' dokumenti:

10 244 fuq talba, 2 346 abbonamenti għall-ittra informali elettroniċi, 8 523 abbonamenti għal Info Cedefop

Manteniment u żvilupp ta' Programm ta' Taħriġ Elettroniku

Parteċipanti fil-programm ta' żjarat ta' studju: 773

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


Tabella 2

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-badġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

inizjali

imħallsa

sabiex jiġu trasferiti

kanċellati

approprjazzjonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

14,5

14,5

Titolu I

Persunal

8,0

8,0

7,6

0,4

0,0

0,3

0,3

0,0

0,0

8,3

8,3

7,8

0,4

0,1

Dħul finanzjarju u ieħor

0,2

0,0

Titolu II

Amministrazzjoni

1,2

1,1

0,8

0,4

0,0

0,3

0,3

0,0

0,0

1,5

1,5

1,1

0,4

0,0

Sussidji minn Pajjiżi mhux Membri

p.m. (1)

0,2

Titolu III

Attivitajiet Operattivi

5,5

5,5

2,4

3,1

0,0

2,2

1,8

0,0

0,3

7,7

7,7

4,2

3,1

0,3

Dħul assenjat PHARE

 (2)

0,6

Dħul assenjat PHARE u Pajjiżi mhux Membri

 (2)

0,8

0,5

0,2

0,0

0,2

0,1

0,1

0,0

0,2

1,0

0,6

0,4

0,0

Total

14,7

15,3

Total

14,7

15,4

11,3

4,2

0,0

3,1

2,5

0,1

0,4

17,8

18,5

13,8

4,3

0,4

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


Tabella 3

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali — Kont ta' dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji tal-Kummissjoni

14 500

12 135

Dħul mis-snin finanzjarji ta' qabel

0

25

Dħul varju

3

3

Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

792

333

Dħul finanzjarju

0

50

Dħul totali (a)

15 295

12 546

Nefqa mill-badġit għas-sena finanzjarja

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

7 554

7 570

Approprjazzjonijiet trasferiti

443

298

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

778

767

Approprjazzjonijiet trasferiti

358

345

Attivitajiet operattivi — Titolu III tal-baġit (ħlief għal dħul assenjat)

Ħlasijiet

2 381

2 491

Approprjazzjonijiet trasferiti

3 138

2 189

Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

Ħlasijiet

546

0

Approprjazzjonijiet trasferiti

246

187

Nefqa totali (b)

15 444

13 847

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

– 149

–1 301

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

– 545

532

Approprjazzjonijiet trasferiti u kanċellati

399

215

Ammonti għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li ma kienux użati

10

8

Rifużjonijiet lill-Kummissjoni

– 716

0

Differenzi fir-rata ta' skambju

8

1

Bilanċ għas-sena finanzjarja

– 993

– 545

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


Tabella 4

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi  (3)

 

 

Kapital fiss

 

 

Assi fissi intanġibbli

14

0

Kapital proprju

5 704

6 007

Bini

5 179

5 351

Bilanċ għas-sena finanzjarja

– 993

– 545

Tagħmir u għamara

471

616

Subtotal

4 711

5 462

Assi finanzjarji fissi, garanzija

5

5

Dejn fit-tul

 

 

Subtotal

5 669

5 972

Liabilities on assigned revenue

0

277

Ishma

 

 

Subtotal

0

277

Tagħmir ta' l-uffiċċji

35

35

Dejn kurrenti

 

 

Subtotal

35

35

Dejn fuq dħul assenjat mhux riċevut

315

661

Assi fit-tul

 

 

Approprjazzjonijiet trasferiti ma' Titoli I, II u III

3 939

2 832

Self tal-persunal

3

9

Approprjazzjonijiet trasferiti ma' dħul assenjat

382

238

Sussidju tal-Kummissjoni

0

277

Ammonti rekuperabbli

0

1 615

Subtotal

3

286

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

86

121

Assi kurrenti

 

 

VAT/taxxi oħra

90

73

Kummissjoni

315

2 276

Interess bankarju li jrid jingħata lura lill-UE

64

0

Avvanzi oħra

37

94

Subtotal

4 876

5 540

VAT rekuperabbli

34

23

Kontijiet transitorji

 

 

Kontijiet varji riċevuti

81

124

Ħlasijiet kurrenti

0

226

Subtotal

467

2 517

Ammonti għall-użu mill-ġdid

157

229

Kontijiet ta' flus

 

 

Subtotal

157

455

Kontijiet bankarji (4)

3 532

2 830

 

 

 

Flus

5

4

 

 

 

Kont imprest

33

90

 

 

 

Subtotal

3 570

2 924

 

 

 

Total

9 744

11 734

Total

9 744

11 734

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


(1)  p.m.: dħul simboliku.

(2)  Dħul assenjat PHARE ma kienx irreġistrat fil-baġit iniżjali taċ-Ċentru u ma tax lok għal baġit li jemenda (ara paragrafu 7 tar-rapport).

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.

(3)  Assi fissi huma netti. Il-figuri għall-2002 kienu għaldaqstant ikkalkulati mill-ġdid għal skopijiet ta' komparabilità.

(4)  Il-volum sostanzjali tal-fondi fil-kontijiet bankarji fl-aħħar tas-sena finanzjarja huma minħabba ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni biex jiffinanzjaw transazzjonijiet finanzjarji li għalihom l-approprjazzjonijiet kienu trasferiti mis-sena finanzjarja ta' wara.

Sors: informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

Iċ-Ċentru jmissu fil-fatt iffinalizza l-irċevuta tal-fondi li għandhom x’ jaqsmu mas-sussidju mill-pajjiżi li mhumiex membri u mal-kuntratt “Phare” permezz ta' baġit supplementari u ta' emenda.

8.

L-adattament finanzjarju li huwa neċessarju minħabba r-riforma finanzjarja beda fl-2003 u għandu jiġi kompletat fl-2005. Fir-rigward ta' l-adattament tas-sistema tal-kontabilità, iċ-Ċentru qed iwettaq il-bidliet neċessarji skond il-prijoritajiet stipulati.

9.

Huwa fatt illi l-validità tas-sistema tal-kontabilità għadha ma ġietx ikkonfermata. Ir-raġuni għal dan hija li għad iridu jiġu mwettqa l-bidliet sabiex jimplimentaw b’mod sħiħ ir-riforma tal-kontabilità. Il-konferma tal-validità għandha tingħata matul l-2005.

10.

Ir-Riforma u l-komplessità ta’ kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni ta’ akkwisti u ta’ kuntratti flimkien mad-diffikultajiet ippreżentati minn modus operandi deċentralizzat saħħaħ il-bżonn għal sistema ċentralizzata ta’ ġestjoni ta’ operazzjonijiet ta’ akkwisti u ta’ kuntratti. F’dan ir-rigward, u wara d-Deċiżjoni tad-Direttur 2004/1, is-Servizz ta' Ġestjoni Legali u ta' Kuntratti (Legal and Contract Management Service) huwa unikament responsabbli għall-ġestjoni diretta u ċentralizzata ta’ akkwisti u kuntratti f’Cedefop u b’ din il-kompetenza jieħu ħsieb ta’ u jwettaq transazzjonijiet fl-ambitu ta' kull kompitu formali, legali u amministrattiv li għandu x'jaqsmu ma' l-istadji u l-aspetti kollha ta’ akkwisti f’Cedefop. Finalment, u kif muri mid-dokumentazzjoni pprovduta lill-Qorti ta’ l-Awdituri, iċ-Ċentru jixtieq jenfasizza illi l-proċeduri li rriżultaw fl-għoti tal-kuntratti kollha kienu skond ir-regoli applikabbli.

11.

Fir-rigward ta’ kuntratti 2002/0117 (EUR 22 483), 2002/0143 (EUR 25 000) u 2003/0069 (EUR 32 257,50), Cedefop jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt illi a) kuntratti 2002/0117 u 2002/0143 għandhom x' jaqsmu mas-sena 2002, b) kuntratti 2002/0117 u 2003/0069 ingħataw lill-istess kuntrattur, u c) il-kuntratti kollha in kwistjoni hawnhekk huma ta' valur baxx.

Il-listi ta’ dawk kollha li ġew mitluba jippreżentaw l-offerti tagħhom li rriżultaw fl-għoti tat-tlett kuntratti msemmija hawn fuq kienu bbażati fuq il-kuntratturi potenzjali u kkwalifikati li rriżultaw mis-Sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess Nru AMI/VET/2000-1 ta' Cedefop. Kif muri mid-data pprovduta lill-awdituri, dawn is-sejħiet għall-offerti kienu indirizzati lill-organizzazzjonijiet/persuni magħżula fuq bażi ta’ kriterji oġġettivi u li ma jiddiskriminawx li huma speċifiċi għan-natura ta’ kull kuntratt, kif previst fir-regoli applikabbli, u mhux lill-kuntratturi kollha msemmija fuq. Il-kuntratturi in kwistjoni hawnhekk, kif muri jure et facto mid-data pprovduta lill-Qorti ta’ l-Awdituri, kienu aċċettati bħala kuntratturi potenzjali u kkwalifikati fil-qafas tas-Sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess imsemmija qabel. Anki jekk l-ismijiet tagħhom ma dehrux fuq il-lista ppreżentata lill-awdituri (bħala riżultat tad-diffikultajiet li għandhom x' jaqsmu ma' l-operazzjonijiet deċentralizzati ta' dak iż-żmien), l-istatus tagħhom bħala kuntratturi potenzjali u kkwalifikati ma’ jistax jiġi ddubitat. Iċ-Ċentru jixtieq jenfasizza illi l-proċeduri li rriżultaw fl-għoti tal-kuntratti in kwistjoni kienu skond ir-regoli applikabbli.

12.

L-osservazzjonijiet se jiġu kkunsidrati meta jiġu mfassla jew adattati l-proċeduri interni mill-Amministrazzjoni.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/61


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Eurojust

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-9

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Eurojust

INTRODUZZJONI

1.

Eurojust, li bdiet taħdem fl-aħħar ta' l-2002, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/187/ĠAI (1) bi ħsieb li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja. L-għan tagħha hija li ttejjeb il-kordinazzjoni ta' l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jkopru t-territorji diversi ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ta' l-Istati li mhumiex membri. Tabella 1 fiha sommarju tal-poteri u l-attivitajiet ta' l-Eurojust fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Eurojust innifisha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 36 tad-Deciżjoni tal-Kunsill nru 2002/187/ĠAI ().

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/187/ĠAI () tat-28 ta' Frar 2002, il-baġit ta' l-Eurojust ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (2), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-interessi tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit-Tabella 2. Il-kont ekonomiku ta' kwantitajiet maħdumin ta' l-Eurojust u l-karta ta' bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma ppreżentati f'forma sommarja fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Eurojust ma setgħetx tadotta r-Regolament Finanzjarju l-ġdid tagħha waqt is-sena finanzjarja. Sakemm isseħħ l-adozzjoni, hija kienet qed tapplika r-Regolament Finanzjarju kwardu għall-korpi deċentraliżżati (3). Id-dokumentazzjoni li tiddeskrivi r-rwoli u l-funzjonijiet ta' dawk responsabbli għas-sistemi interna ta' kontroll għadha mhiex ċara. Dokumenti ta' sostenn għall-ordnijiet jew għall-irċevuti tal-merkanzija u s-servizzi mhumiex miżmuma kollha.

8.

L-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju kwardu jistipula li l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-uffiċjal li jawtorizza biex jagħti jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet. L-ebda validazzjoni ma saret waqt is-sena finanzjarja.

9.

Il-ġestjoni ta' trasferimenti ta' l-approprjazzjonijiet trid tkun ssorveljata b'mod aktar viċin. F'każ wieħed il-Kulleġġ ta' l-Eurojust kien notifikat bi trasferiment ta' 349 500 euro avolja s-somma kienet diġà parti mill-baġit li jemenda ppreżentat xi ftit ġimgħat qabel. Trasferiment ta' 8 500 euro ġie mdaħħal fil-kontijiet tal-baġit mingħajr ma ġie infurmat il-Kulleġġ.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  Deċiżjoni tat- 28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust (ĠU L 63 tas-6.3.2002, p. 1)

(2)  Kif meħtieġ mill-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni li waqqfet il-Eurojust, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fis-7 ta' Lulju 2004 u mibgħuta lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 357, tal-21.12.2002, pġ. 72).


Tabella 1

Eurojust (Aja) — Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2002 (2002/187/ĠAI)

Oqsma ta' responsabbiltà stipulati fit-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea

Il-poteri ta' l-Eurojust kif definiti fid-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2002 (2002/187/ĠAI)

Tmexxija tajba

Riżorsi disponibbli għall-Eurojust

(Data għall- 2002 f'parenteżi)

Attivitajiet u servizzi provduti

(Data għall-2002 f'parenteżi)

Il-mira ta' l-Unjoni għandha tkun li jipprovdu liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ sigurtà fl-ambitu ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-Kunsill jinkoraġġixxi l-koperazzjoni permezz ta' l-Eurojust billi jippermettilha li tiffaċilita kordinazzjoni tajba bejn l-aworitajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni ta' l-Istati membri. (Artikoli 29 u 31)

L-oqsma prinċipali ta' responsabiltà ta' l-Eurojust huma l-istess bħal ta' l-Europol, jiġifieri l-ġlieda kontra t-terroriżmu, kriminalità organizzata, b'mod partikolari t-traffikar tad-droga, l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar illeċitu ta' karozzi, it-traffikar ta' bnedmin, il-falsifikazzjoni tal-flus, it-traffikar ta' sustanzi radjo-attivi, kriminalità fuq kompjuters, atti li huma detrimentali għall-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni u l-ħasil tal-flus

Għanijiet

tistimola u tejjeb l-kordinazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet u tejjeb koperazzjoni b’mod partikolari li tiġi faċilitata l-eżekuzzjoni ta’ assistenza ġudizzjarja internazzjonali u l-implimentazzjoni ta’ ordnijiet ta’ estradizzjoni.

li tappoġġa l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza ta' l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom.

li tipprovdi appoġġ fi proċeduri li jinvolvu Stat Membru u Stat mhux Membru.

li tipprovdi appoġġ fi proċeduri li jinvolvu Stat Membru u l-Komunità.

Funzjonijiet

Li torganizza koperazzjoni bejn is-sistemi legali nazzjonali varji, Eurojust taġixxi:

permezz tal-membri nazzjonali tagħha;

jew bħala Kulleġġ.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma’ talbiet li ħarġet l-Eurojust, huma jinnotifikaw lill-Eurojust bir-raġunijiet tagħhom.

(1)

Il-Kulleġġ huwa responsabbli mill-organizzazzjoni u l-operat ta’ l-Eurojust.

(2)

Il-Kulleġġ huwa kompost fil-membri nazzjonali ssekondat minn kull Stat Membru skond is-sistema ġuridika, li għandu bħala titlu prosekutur, imħallef jew uffiċjal tal-pulizija b’kompetenza ekwivalenti.

(3)

Il-kulleġġ jaħtar il-President tiegħu mill-membri nazzjonali.

(4)

Il-Korp konġunt ta' sorveljanza jiċċekkja l-ipproċessar ta' informazzjoni personali.

(5)

Id-Direttur Amministrattiv huwa maħtur unanimament mill-Kulleġġ.

(6)

Kontroll Estern: il-Qorti ta' l-Awdituri.

(7)

Il-Liberazzjoni hija mogħtija mill-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit Finali:

8 miljun euro (2,8 miljun euro) mogħtija kompletament (100 %) (100 %) mill-UE:

Staff fil-31 ta' Diċembru 2003:

53 (46) postijiet imnizzla fil-pjan ta' stabbiliment;

postijiet ġa meħuda: 28 (5)

+15 (7) postijiet oħrajn (kuntratti awziljarji, esperti nazzjonali ssekondati, persunal lokali, staff ta' l-aġenzija ta' impjieg)

Staff totali: 43 (12)

li jwettqu funzjonijiet:

operattivi:18 (3)

funzjonijiet amministrattivi: 20 (6)

funzjonijiet imħallta: 5 (3)

Numru ta' każijiet: 26 (20)

Każijiet bilaterali: 222 (144)

Każijiet multilaterali: 78 (70)

In-Numru totali tal-każijiet: 300 (214)

Frodi: 22 % (30 %)

Traffikar tad-droga: 22 % (16 %)

Terroriżmu: 6 % (9 %)

Qtil: 4 % (7 %)

L = Kutrabandu: 3 % (6 %)

Traffikar tal-bnedmin: 4 % (6 %)

Ħasil tal-flus: 8 % (2 %)

Oħrajn: 31 % (24 %)

Sors: Informazzjoni provduta mill-Eurojust.


Tabella 2

Eurojust — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

imħallsa

kanċellati

approprjazzjoniet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

8,0

7,2

Titolu I

Persunal

2,5

2,2

2,0

0,2

0,3

0,0

0,0

0,0

2,5

2,2

2,0

0,2

0,3

Interess finanzjarju

0,0

0,0

Titolu II

Amministrazzjoni

4,0

3,0

2,3

1,0

0,7

0,3

0,3

0,0

4,3

3,3

2,6

1,0

0,7

Dħul ieħor

0,1

0,0

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

1,6

1,0

0,9

0,1

0,6

0,1

0,1

0,0

1,7

1,1

1,0

0,1

0,6

Total

8,1

7,2

Total

8,1

6,2

5,2

1,3

1,6

0,4

0,4

0,0

8,5

6,6

5,6

1,3

1,6

Sors: L-informazzjoni ta' l-Eurojust — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Eurojust fil-kontijiet annwali.


Tabella 3

Eurojust — Kontijiet tad-dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

7 125

1 478

Dħul ieħor

12

0

Total (a)

7 137

1 478

Nefqa

Xiri ta' merkanzija u servizzi

3 228

378

Spejjeż tal-Persunal

2 112

256

Deprezzament

211

29

Total (b)

5 551

663

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja (a – b)

1 586

815

Sors: informazzjoni mill-Eurojust.


Tabella 4

Eurojust — Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euros)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi li mhumiex tanġibbli (1)

62

6

Kapital proprju

 

 

 

 

 

Kwantità tal-baġit maħduma (a)

778

–80

Assi fissi (1)

 

 

Riżultat wara l-aġġustamenti (b)

808

895

Tagħmir, makkinarju u għodda

114

20

Kwantità ekonomika maħduma (a + b)

1 586

815

Għamara u flotta ta' vetturi

492

207

Kwantità maħduma trasferita mis-snin finanzjarji ta' qabel

815

0

Tagħmir tal-kompjuter

460

451

Total parzjali

2 401

815

Total parzjali

1 066

678

 

 

 

 

 

 

Provvediment għar-riskji u spejjeż

396

0

Assi finanzjarji

1

0

 

 

 

 

 

 

Passiv kurrenti

 

 

Assi kurrenti

 

 

Passiv Kurrenti

24

173

Assi kurrenti

232

158

Passiv ieħor

305

125

Kontijiet varji riċevibbli

34

30

Total parzjali

329

298

Total parzjali

266

188

 

 

 

Assi disponibbli

1 731

241

 

 

 

Total

3 126

1 113

Total

3 126

1 113

Sors: informazzjoni ta' l-Eurojust. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Eurojust fil-kontijiet annwali tagħha.


(1)  L-assi li mhumiex tanġibbli u l-assi fissi huma deprezzati fuq il-bażi ta' kull xahar.

Sors: informazzjoni ta' l-Eurojust. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Eurojust fil-kontijiet annwali tagħha.


RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7.

Fil-11 ta’ Novembru 2003, il-Kulleġġ ta' l-Eurojust adotta l-proposta għal Regolament Finanzjarju ġdid ippreżentata lilu mid-Direttur Amministrattiv u t-test ta’ dan l-istess regolament intbagħad lill-Kummissjoni sabiex jiġi approvat.

L-Eurojust irreveda l-linji gwida tiegħu dwar ċirkuwiti finanzjarji u dwar is-separazzjoni ta’ doveri u ffinalizza listi speċifiċi ta' verifika għal kull settur finanzjarju.

L-Eurojust iddeċieda li jiċċentralizza d-dokumenti kollha ta’ sostenn fl-unità responsabbli għall-baġit u l-Finanzi u dan sabiex jiġi evitat li r-riskji assoċjati magħhom jiġu mxerrda fid-dipartimenti operazzjonali.

8.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità ta’ l-Eurojust beda l-impieg tiegħu f’ Settembru 2003. Iż-żmien li kien meħtieġ sabiex jintefa’ fuq ix-xogħol tiegħu u jittestja s-sistemi ta' kontabilità fisser li l-validità ta’ dawn ma setgħetx tiġi kkonfermata qabel l-2004.

9.

L-esperjenza akkwiżita mill-ewwel sena finanzjarja 2003, li kienet l-ewwel sena finanzjarja sħiħa ta' l-Eurojust, esponiet ċerti debbulizzi fil-kontroll ta' transazzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mal-baġit. Minn dak iż-żmien is-sitwazzjoni ssaħħet sabiex tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni tal-problemi nnutati mill-Qorti.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/68


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-11

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Fondazzjoni”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 (1). L-għan tal-Fondazzjoni huwa sabiex tagħti sostenn lir-riforma ta' taħriġ professjonali fil-pajjiżi msieħba ta' l-Unjoni Ewropea. Għaldaqshekk, hija tassisti l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' varji programmi (PHARE, TACIS, CARDS, MEDA). Tabella 1 fiha sommarju tal-poteri u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni bbażati fuq informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 11 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90, il-baġit ġie implimentat fuq ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3) skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 12 ta' l-istess regolament. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija mistennija taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea sabiex teżamina dawn il-kontijiet.

4.

Il-Qorti għamlet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunita'.

5.

Għaldaqshekk il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli u li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

Tabella 2 turi l-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel. Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta ta' bilanċ tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 jidhru sommarjament f'Tabelli 3 u 4.

7.

Fuq il-bażi ta' ftiehim konklużi mal-Kummissjoni, il-Fondazzjoni tiġġestixxi programmi TEMPUS li jinkludu wkoll assistenza teknika. Fl-2003, il-Fondazzjoni għamlet ħlasijiet ta' 23,1 miljun euro f'isem il-Kummissjoni għal dawk il-programmi u, fil-31 ta' Diċembru 2003, il-bilanċ tal-kontijiet bankarji rilevanti ammontaw għal 24,2 miljun euro. Madwar 20 fil-mija tal-persunal impjegat mill-Fondazzjoni jaħdmu full-time fuq dawn il-programmi. Kif il-Qorti semmiet f'rapporti ta' qabel (4), l-ebda informazzjoni relatata ma' dawn il-programmi ma tidher fil-baġit jew fil-karta ta' bilanċ; il-Fondazzjoni tippreżenta l-informazzjoni finanzjarja relevanti f'anness mal-kontijiet annwali tagħha. Dan ma jaqbilx mal-prinċipji tal-baġit ta' unità u preċiżjoni (5).

8.

Fl-2003 il-Fondazzjoni kkonkludiet żewġ ftiehim ma' donaturi (ammont totali 0,5 miljun euro). Dawn il-ftiehim jidhru korrettament fil-kontijiet iżda l-Fondazzjoni ma produċietx baġit supplementari u li jemenda.

9.

Minħabba dewmien fil-ħlasijiet mill-Kummissjoni, il-Fondazzjoni ma setgħatx tilħaq l-impenji finanzjarji tagħha. Il-Fondazzjoni kellha tagħmel trasferiment temporanju f'Novembru 2003 ta' miljun euro minn kontijiet bankarji dedikati lill-programm TEMPUS għal kontijiet bankarji tagħha. Din l-operazzjoni kienet magħmula mingħajr ma kienu infurmati l-Bord ta' Tmexxija, jew il-Kummissjoni.

10.

Skond l-Artikolu 43 (1) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, l-uffiċjal ta' kontabilita' huwa mitlub sabiex jivvalida s-sistemi mwaqqfa mill-uffiċjal li jawtorizza dwar informazzjoni ta' kontabilita'. Din il-validazzjoni ma saritx matul is-sena finanzjarja.

11.

Analiżi ta' ħames proċeduri ta' selezzjoni wrew li l-proċess għall-għażla tal-kandidati għall-intervista (fażi ta' preselezzjoni) mhux formalizzata f'manjiera trasparenti. F'ħafna każijiet il-kriterji ta' selezzjoni la huma mniżżla qabel l-intervista, lanqas ma huwa l-użu tagħhom dokumentat fil-fajls.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 131, tat-23.5.1990.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, il-kontijiet aħħarija għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fit-8 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-20 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tal-kontijiet hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Paragrafu 9 tar-rapport rigward is-sena finanzjarja 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, p. 48), ara wkoll paragrafu 8 tar-rapport rigward is-sena finanzjarja 2001 (ĠU Ċ 326, tas-27.12.2002, p. 51) u paragrafu 11 tar-rapport rigward is-sena finanzjarja 1999 (ĠU Ċ 373, tas-27.12.2000, p. 34).

(5)  Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.


Tabella 1

Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea (Turin)

Kompetenzi skond it-Trattat

Kompetenzi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990

Awtorita'

Mezzi disponibbli lill-Fondazzjoni (figuri għall- 2002)

Prodotti

Il-Komunità għandha twettaq, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, miżuri ekonomiċi, finanzjarji u ta’ koperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu komplimentari ma’ dawk imwettqa minn Stati Membri u koerenti mal-politika ta’ l-izvilupp tal-Komunità.

(Artikolu 181 A)

Miri

Tikkontribwixxi għall-għotja ta' assistenza ta' taħriġ lill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-Mongolja, lil xi pajjiżi fiż-żona tal-Balkani u lill-pajjiżi u territorji eliġibbli għall-programmi MEDA;

Tippromwovi l-kordinazzjoni ta' l-assistenza mogħtija lill-pajjiżi eliġibbli.

Kompiti

Assistenza sabiex jiġu definiti l-bżonnijiet u prioritajiet għal taħriġ,

Għotja ta' informazzjonijiet dwar inizjattivi u bżonnijiet futuri;

Finanzjament ta' proġetti piloti

Implimentazzjoni ta' programmi tal-Kummissjoni fil-pajjiżi eliġibbli.

Bord ta' Tmexxija

rappreżentant ta' kull Pajjiż Membru

żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni

Direttur

appuntat mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni

Forum ta' konsulta

appuntat mill-Bord ta' Tmexxija,

żewġ esperti minn kull Pajjiż Membru,

żewġ esperti minn kull pajjiż eliġibbli,

żewġ esperti mis-sieħba soċjali fuq livell Ewropew,

Kontroll Finanzjarju Estern

Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Approvazzjoni

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit:

17,2 miljun € (16.8 miljun €) finanzjati kollha mill-Kummissjoni.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

104 (130) post fil-pjan ta' twaqqif mill-liema 99 (94) post okkupat,

31 (35) impjegati oħra (awżiljarji, esperti nazzjonali, intermedjarji) Persunal totali okkupa: 130 (129) mill-liema impjegati għal:

kompiti ta' xogħol: 80 (78)

kompiti amministrattivi: 35 (33)

kompiti varji: 15 (18).

Assistenza lill-Kummissjoni:

Sostenn ta' l-ETF ikopri settur wiesgħa ta' oqsma li jinkludi: edukazzjoni vokazzjonali inizjali; tagħlim tul il-ħajja kollha; taħriġ li dejjem għaddej (adulti); żvilupp ta' riżorsi umani fil-kumpaniji; politika ta' mpieg; taħriġ ta' nies qiegħda; allevjazzjoni ta' povertà u inlużjoni soċjali u taħriġ sabiex iħeġġeġ żvilupp lokali.

Network ta' osservatorji fil-pajjiżi eliġibbli:

Studji ta' setturi tal-pajjiż, statistiċi dwar edukazzjoni, parir dwar politika lil pajjiżi.

Konvenzjonijiet ta' b' CARDS, MEDA u TACIS għall-iskema TEMPUS li tkopri:

Proġetti Ewropej Konġunti (JEP): applikazzjonijiet riċevuta 507; sussidjati 129

Miżuri Strutturali u Kumplimentari (SCM) applikazzjonijiet riċevuta 36; sussidjati 12

Sussidji ta' Mobilità Individwali applikazzjonijiet riċevuta 1 246; sussidjati 286.

Ġestjoni ta' attivitajiet TEMPUS tkopri l-funzjonijiet standard ta' ġestjoni ta' kuntratt, superviżjoni ta' xogħol u sostenn ġenerali għall-proġetti li qed isiru. 1 149 sussidji annwali kienu maħruġa sabixe jitmexxew proġetti TEMPUS u 255 rapport kienu eżaminati. Diversi mijiet ta' proġetti TEMPUS irċevew sostenn u pariri.

Source: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


Tabella 2

Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-badġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

approprjazzjonijiet pendenti

imħallsa

kanċellati

Approprjazzjonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

17,2

18,1

Titolu I

Persunal

11,2

11,1

10,8

0,3

0,1

0,2

0,2

0,0

11,4

11,3

11,0

0,3

0,1

Sussidji Oħra

0,0

0,5

Titolu II

Amministrazzjoni

1,4

1,4

1,1

0,3

0,0

0,6

0,5

0,1

2,0

2,0

1,6

0,3

0,1

Dħul ieħor

 (1)

0,0

Titolu III

Attivitajiet ta' xogħol

4,6

4,5

3,4

1,1

0,1

2,6

2,3

0,3

7,2

7,1

5,7

1,1

0,4

 

 

 

Dħul assenjat (1)

0,5

0,5

0,2

0,3

0,0

0,3

0,3

0,0

0,8

0,5

0,5

0,3

0,0

Total

17,2

18,6

Total

17,7

17,5

15,5

2,0

0,2

3,7

3,3

0,4

21,4

20,9

18,8

2,0

0,6

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Fondazjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002 (2)

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

18 100

13 179

Donaturi oħra

523

Dħul varju

17

23

Dħul finanzjarju

140

Dħul totali (a)

18 640

13 342

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

10 771

10 153

Approprjazzjonijiet trasferiti

329

215

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

1 076

805

Approprjazzjonijiet trasferiti

310

559

Attivitajiet ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

3 396

2 307

Approprjazzjonijiet trasferiti

1 087

2 591

Dħul assenjat

Ħlasijiet

237

Approprjazzjonijiet trasferiti

286

Nefqa totali (b)

17 492

16 631

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

1 148

–3 289

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

–2 155

4 055

Approprjazzjonijiet trasferiti u kanċellati

375

424

Rifużjoni lill-Kummissjoni

– 703

–3 352

Differenzi fir-rata ta' kambju

17

6

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 318

–2 155

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Fondazjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 4

Fondazzjoni ta' Taħriġ Ewropea — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002 (3)

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi mhux tanġibbli (4)

 

 

Kapital fiss

 

 

Drittijet ta' xogħol

5 000

5 000

Kapital proprju

3 852

4 059

Liċenzji ta' software

146

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 318

–2 155

Deprezzament

–1 611

–1 333

Subtotal

2 534

1 904

Subtotal

3 535

3 667

Dejn kurrenti

 

 

Assi fissi

 

 

Trasferimenti awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet

1 726

3 366

Tagħmir u għamara

273

618

Trasferimenti awtomatiċi ta' dħul assenjat

286

273

Tagħmir tal-kompjuter

1 438

1 235

Kontributuri oħra

30

85

Deprezzament

–1 444

–1 521

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

1

28

Subtotal

267

332

Dħul differit

83

3 537

Ishma

 

 

Subtotal

2 126

7 289

Tagħmir għall-uffiċċji

50

60

 

 

 

Subtotal

50

60

 

 

 

Assi kurrenti

 

 

 

 

 

Sussidji tal-Kummissjoni riċevibbli

0

3 366

 

 

 

Avvanzi oħra

4

2

 

 

 

Ordnijiet ta' rkupru

43

171

 

 

 

Kontijiet varji riċevibbli

39

30

 

 

 

Subtotal

86

3 569

 

 

 

Kontijiet ta' flus

 

 

 

 

 

Kontijiet bankarji

719

1 524

 

 

 

Kont imprest

3

41

 

 

 

Subtotal

722

1 565

 

 

 

Total

4 660

9 193

Total

4 660

9 193

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Fondazjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


(1)  Dħul assenjat ma ġiex inkluż fil-baġit (ara paragrafu 8 tar-rapport).

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Fondazjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.

(2)  Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta ta' bilanċ jikkunsidraw biss l-attivitajiet speċifiċi tal-Fondazzjoni: huma ma jinkludux programmi ġestiti f'isem il-Kummissjoni.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Fondazjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.

(3)  Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta ta' bilanċ jikkunsidraw biss l-attivitajiet speċifiċi tal-Fondazzjoni: huma ma jinkludux programmi ġestiti f'isem il-Kummissjoni.

(4)  Il-Fondazzjoni ħallset lill-proprjetarju tal-bini tagħha ħames miljun euro għar-rinnovazzjoni tiegħu. Dan il-ħlas jagħti dritt lill-Fondazzjoni sabiex tuża l-bini għal euro (1) fis-sena matul tletin sena mill-1995 'il quddiem. Dan il-punt ittieħed in konsiderazzjoni għall-ewwel darba fl-2003. Il-figura għas-sena 2002 ġiet amendata kif neċessarju.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Fondazjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

7.

Fiż-żmien li ġew imfassla l-Kontijiet Annwali għall-2003, kien għandu ma kienx ċar taħt liema regoli l-konvenzjonijiet Tempus kellhom jiġu rapportati fil-baġit u f' dikjarazzjonijiet finanzjarji oħra. L-ETF iddeċiediet li tirrapporta dawn l-ammonti fid-dettall f’ anness, waqt li wasslet għal ftehim ċar mas-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet ta' l-2005.

Il-laqgħa ta’ l-akkawntants ta’ l-aġenziji organizzata mill-Kummissjoni li saret fil-11 ta’ Ġunju 2004 fi Brussell tat gwida konkreta dwar metodoloġiji ġodda ta’ kontabilità li għandhom jiġu applikati għal fondi ġestiti għan-nom tal-Kummissjoni u li se jiġu segwiti mill-ewwel ta’ Jannar 2005.

8.

L-ETF tieħu nota tar-rimarka tal-Qorti. Mill-2004 ‘il quddiem, kull donazzjoni se tiġi integrata f’ baġit emendat li se jiġi ppreżentat lill-Bord li jirregola sabiex jiġi approvat u li sussegwentement jiġi ppubblikat.

9.

L-ETF tieħu nota tar-rimarka tal-Qorti. It-tieni okkorrenza ġrat f’Jannar 2004 meta l-ewwel ħlas akkont tas-sovvenzjoni ta’ l-2004 ta’ l-ETF ma setgħax isir lill-ETF fil-ħin. L-ETF kellha terġa’ tiddependi fuq trasferiment temporanju mill-fondi TEMPUS sabiex jiġi megħlub defiċit finanzjarju urġenti.

B’tagħlima mill-okkorrenza preċedenti, l-ETF informat formalment il-Kummissjoni u l-President tal-Bord li jirregola permezz ta’ ittra datata 16 ta’ Jannar 2004. Minn dik id-data, intleħaq ftehim mal-Kummissjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju li tali sitwazzjonijiet jerġgħu jinqalgħu fil-futur.

10.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità kkonferma l-validità tas-sistemi permezz ta’ nota f’Ġunju 2004.

11.

Minn April ta’ l-2004, l-applikazzjonijiet jinħażnu f’database kompjuterizzata, fejn jiġi rreġistrati jekk il-kandidati jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibilità. Kandidati eliġibbli huma mbagħad valutati indipendentement minn kull wieħed mill-membri tal-kumitat ta’ selezzjoni, kontra kriterji definiti minn qabel. Il-Lista tal-kandidati li għandhom jiġu intervistati hija riżultat tal-punteġġ medju ta’ dawn il-valutazzjonijiet indipendenti. Barra minn hekk il-prestazzjoni tal-kandidati intervistati tingħata punteġġ indipendenti minn kull membru tal-kumitat ta’ selezzjoni, kontra kriterji definiti minn qabel. Dokumentazzjoni iktar sistematika u komprensiva tal-passi kollha tinżamm fil-fajl.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/75


RAPPORT

dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijijet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-12

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “l-Fondazzjoni”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kondizzjonijiet għal ħajja u xogħol aħjar fl-Unjoni Ewropea billi iżżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni skond l-informazzjoni mogħtija minnha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Dan ir-rapport huwa indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75, il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur tal-Fondazzjoni. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet tal-Fondazzjoni skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika tal-verifika u istandards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontabilità u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibblita' u li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' dawn l-osservazzjonijiet ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

Tabella 2 turi l-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel. Il-kont ta' dħul u nefqa u l-karta ta' bilanċ tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 huma miġburin fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Il-Fondazzjoni ffirmat ftehim mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-programm PHARE. Taħt dan il-ftehim, il-Fondazzjoni rċeviet allokazzjoni ta' miljun euro, li minnhom 639 000 euro kienu riċevuti fl-2003. Dawn il-fondi kienu ġestiti barra mill-baġit. L-emenda tal-baġit kellha tiġi abbozzata.

8.

Il-kontijiet ta' dħul u nefqa juru telf li kien akkumulat matul diversi snin finanzjarji u li l-Fondazzjoni staqsiet lill-Kummissjoni biex tirrimborżah. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-ħlas korrespondenti bħala parti mis-sussidju għas-sena finanzjarja 2003, li jfisser li t-telf għadu ma kienx kopert. Taħt id-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, jekk il-bilanċ tal-kont ta' kwantita' maħduma għal sena partikolari huwa negattiv, badġit li jemenda (4) għandu jkun abbozzat għas-sena ta' wara.

9.

Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid tal-Fondazzjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu kienu adottati mill-Bord ta' Tmexxija fit-28 ta' Marzu 2003. Dawn ir-regoli (5) jipprovdu għall-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' kontroll intern (inkluża l-verifika interna), li ma kienitx iffinalizzata sal-bidu tas-sena 2004.

10.

L-artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni jgħid li l-uffiċjal ta' kontabilità għandu jivvalida s-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal ta' awtorità sabiex jipprovdi jew jiġġustifika informazzjoni ta' kontabiltà. Din il-validazzjoni ma saritx matul is-sena finanzjarja.

11.

Skond ir-regolament ta' bażi abbozzat fl-1975, l-għan prinċipali tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet għal ħajja u xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, il-Fondazzjoni hija meħtieġa li tindirizza l-oqsma li ġejjin: il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, problemi li jirrigwardaw ċerti kategoriji ta' ħaddiema, aspetti fit-tul dwar it-titjib ta' l-ambjent u tqassim ta' attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien. Ċerti aspetti ta' dawn is-suġġetti kienu fil-prattika trattati minn Aġenziji oħra li kienu mwaqqfa minn dak iż-żmien (l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol). Minn naħa l-oħra, il-Fondazzjoni żviluppat l-analiżi ta' aspetti oħra, aktar speċifiċi, bħal relazzjonijiet industrijali.

12.

L-attivitajiet tal-Fondazzjoni huma amministrati minn programmi kontinwi ta' erba' snin, l-aktar wieħed riċenti jkopri l-perijodu 2001-2004. Filwaqt li l-għan prinċipali tal-programm l-aktar riċenti kien li jikseb konċentrazzjoni akbar fuq ċerti oqsma prinċipali, fl-2002 il-Fondazzjoni żiedet qasam ieħor mat-tlieta li kienu diġa' magħżula. L-ippjanar tal-programm ta' xogħol tal-Fondazzjoni għandu jkun revedut b'konsultazzjoni ma' Aġenziji oħra li jieħdu ħsieb suġġetti relatati mal-qasam ta' attività tagħhom sabiex jiżguraw li l-prijoritajiet bażiċi huma koperti tajjeb, biex jiżviluppaw il-possibilità ta' sinerġiji u biex jevitaw li xogħol li sar diġa ma jerġax jiġi repetut. Ir-reviżjoni tar-regolament ta' bażi tal-Fondazzjoni li kienet proposta mill-Kummissjoni għandha tkun l-okkazzjoni biex tagħti lok għal dan.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 139, tat-30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 83(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fit-3 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra ta' dawn il-kontijiet hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

(5)  Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni l-ġdid.


Tabella 1

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja skond it-Trattat

Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni kif definiti

mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975

Awtorità

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni (informazzjoni għall-2002)

Prodotti u servizzi

“Il-Komunita' u l-Pajjiżi Membri (…) għandu jkollhom bħala l-mira tagħhom (…) kundizzjonijiet ta' ħajja u xogħol aħjar, sabiex tkun possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom filwaqt li t-titjib qed jiġi miżmum (…). Komunita' għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma: b) il-kondizzjonijiet tax-xogħol; ċ) sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema; d) protezzjoni tal-ħaddiema meta l-kuntratt ta' xogħol jiġi terminat; e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema; f) rappreżentazzjoni u difiża kollettiva ta' l-interessi tal-ħaddiema u ta' min iħaddem inkluża l-kodeterminazzjoni;ġ) kondizzjonijiet ta' xogħol għall-persuni minn pajjiżi terzi; g)l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq ta' l-impieg, mingħajr peġudizzju; h)l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.”

(Estratti mill-Artikoli 136 u 137 tat-Trattat)

Miri

L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' ħajja u kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar permezz ta' azzjoni maħsuba biex iżżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa li tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol,

l-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment id-disinn ta' l-impjieg,

problemi li jirrigwardaw ċerti kategoriji ta' ħaddiema,

aspetti fit-tul dwar it-titjib ta' l-ambjent,

tqassim ta' attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien.

Kompiti

Biex issaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'dawn l-oqsma;

Tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta' studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi u li tinkoraġġixxi azzjoni tagħhom ilkoll flimkien,

Twettaq studji jew tikkonkludi kuntratti ta' studju u tipprovdi assistenza għall-proġetti piloti

Tikkopera mill-qrib kemm jista' jkun ma' istituzzjonijiet speċjalizzati.

1

Bord Amminstrattiv

minn kull Pajjiż Membru: rappreżentant wieħed tal-Gvern, rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, u rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema,

3 rappreżentanti mill-Kummissjoni.

2

Direttur

maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta' kandidati mogħtija mill-Bord Amministrattiv, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv u jmexxi l-Fondazzjoni.

3

Il-Kumitat ta' Esperti

Huwa kompost minn 15-il membru maħtur mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħti opinjonijiet b'mod partikolari fuq il-programm ta' ħidma

4

Verifika esterna:

Il-Qorti ta' l-Awdituri

5

L-approvazzjoni

Hija mogħtija mill-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Baġit Finali

16,8 miljun euro (17,39 miljun euro) inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-Komunità: 98,2 % (98,3%)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

88 (88) karigi fil-pjan ta' twaqqif

Karigi okkupati: 76 (77)

+16 (20) karigi oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali, persunal ta' l-aġenzija ta' mpjieg)

Persunal totali: 92 (97)

Assenjat id-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 60 (61)

amministrattivi: 28 (32)

varji: 4 (4)

Kondizzjonijiet tal-ħajja

Stħarriġ fuq il-kwalità ta' ħajja fl-Ewropa (28 pajjiż kopert, 26 000 intervista);

Manteniment u estensjoni ta' bażi ta' informazzjoni komparattiva (Pajjiżi Membri u pajjiżi kandidati);

Studju fuq l-impjieg fis-servizzi ta' kura tas-saħħa;

Studju relatat ma' organizzazzjoni ta' żmien fuq il-ħajja tax-xogħol.

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Rapport fuq il-kondizzjonijiet ta' xogħol fil-pajjiżi ta' adeżjoni u kandidati;

Ħolqien ta' network ta' esperti għall-Osservatorju Ewropew tal-Kondizzjonijiet ta' Xogħol il-ġdid (EWCO);

Studji relatati ma' lukandi u forniment u setturi ta' trasport tat-toroq;

Inventorju ta' stħarriġ eżistenti ta' kondizzjonijiet ta' ħajja u xogħol.

Relazzjonijiet industrijali

Żvilupp ta' indikaturi fil-qasam ta' parteċipazzjoni finanzjarja;

Studju relatat ma' l-emigrazzjoni u impjieg;

Espansjoni ta' network ta' l-“Osservatorju Ewropew tar-Relazzjonijiet Industrijali” (EIRO);

Rapport konġunt mal-Kummissjoni: “Żvilupp tar-relazzjonijiet industrijali fl-2002”;

Studji prattiċi tal-Kumitati tal-Kumpanija Ewropea f' 37 kumpanija multinazzjonali.

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ fuq Bidla (EMCC)

Żvilupp ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi;

Organizzazzjoni ta' erba' seminarji u żewġ gruppi ta' xogħol.

Proġetti Transversali

Rapport fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR).

Informazzjoni u komunikazzjoni

Attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-Pajjiżi Membri u fil-pajjiżi kandidati;

Twaqqif ta' seba' ċentri nazzjonali ta' kooperazzjoni;

91 pubblikazzjonit (din il-figura ma tinkludiex traduzzjonijiet).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


Tabella 2

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti u approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

imħallsa

kanċellati

Approprjazzjonijiet

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

16,5

17,1

Titolu I

Persunal

9,0

9,0

8,9

0,1

0,0

0,2

0,2

0,0

9,2

9,2

9,1

0,1

0,0

Sussidji Oħra

Titolu II

Amministrazzjoni

1,2

1,2

1,0

0,2

0,0

0,7

0,7

0,0

1,9

1,9

1,7

0,2

0,0

Dħul ieħor

0,3

0,1

Titolu III

Attivitajiet Operattivi

6,6

6,6

3,8

2,8

0,0

3,1

3,0

0,1

9,7

9,7

6,8

2,8

0,1

Total

16,8

17,2

Total

16,8

16,8

13,7

3,1

0,0

4,0

3,9

0,1

20,8

20,8

17,6

3,1

0,1

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Il-kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji tal-Kummissjoni

17 090

16 500

Dħul varju

47

62

Dħul finanzjarju

35

57

Dħul totali (a)

17 172

16 619

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

8 927

9 111

Approprjazzjonijiet trasferiti

109

216

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

968

938

Approprjazzjonijiet trasferiti

224

683

Attivitajiet ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

3 733

3 290

Approprjazzjonijiet trasferiti

2 817

3 105

Nefqa totali (b)

16 778

17 343

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

394

– 724

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

–1 836

–1 209

Approprjazzjonijiet trasferiti u kanċellati

118

81

Ammonti mis-sena finanzjarja ta' qabel għal użu mill-ġdid u mhux użati

19

13

PHARE

639

0

Dħul li jrid jinġabar PHARE

361

0

Nefqa PHARE

–1 000

0

Differenzi fir-rata ta' kambju

9

3

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 296

–1 836

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 4

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi (1)

 

 

Kapital fiss

 

 

Assi fissi intanġibbli

27

31

Kapital proprju

4 389

4 294

Bini (2)

15 682

3 826

Riserva ta' rivalutazzjoni

12 094

0

Għamara u materjal ta' trasportazzjoni ta' vetturi

142

139

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 296

–1 836

Tagħmir ta' kompjuter

107

149

Subtotal

15 187

2 458

Tagħmir tekniku u ieħor

518

105

Dejn kurrenti

 

 

Assi fissi taħt kostruzzjoni

0

31

Trasferimenti awtomatiċi ta' l-approprjazzjonijiet

3 150

3 940

Subtotal

16 476

4 281

Trasferimenti mhux awtomatiċi ta' l-approprjazzjonijiet

0

64

Ishma

 

 

Dejn PHARE

329

0

Provvisti għall-uffiċċju

7

13

Tnaqqis mis-salarju

0

139

Subtotal

7

13

Subtotal

3 479

4 143

Assi kurrenti

 

 

Kontijiet transitorji

 

 

Kummissjoni riċevibbli PHARE

361

0

Ammonti għall-użu mill-ġdid

22

150

Avvanzi

2

11

Dħul differit

2

1 840

VAT rekuperabbli

281

274

Ħlasijiet li qed isiru

0

30

Ordnijiet ta' rkupru li jridu jinġabru

5

1 840

Subtotal

24

2 020

Kontijiet varji riċevibbli

41

13

 

 

 

Subtotal

690

2 138

 

 

 

Kontijiet ta' flus

 

 

 

 

 

Banek

1 331

1 960

 

 

 

Flus

3

1

 

 

 

Kont imprest

183

228

 

 

 

Subtotal

1 517

2 189

 

 

 

Total

18 690

8 621

Total

18 690

8 621

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


(1)  Il-valur nett ta' l-assi fissi huwa muri. L-informazzjoni għall-2002 ġiet proċessata mill-ġdid għall-skopijiet ta' tqabbil.

(2)  Il-Fondazzjoni ddeċidiet li tirrivaluta l-assi fissi tagħha (12,1 miljun euro).

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

7.

Il-Punt L-attività PHARE, minħabba l-fatt li ma kinitx koperta espliċitament mir-regolament ta’ twaqqif tal-Fondazzjoni, ma kinitx meqjusa approprjata għal integrazzjoni fil-baġit tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni tieħu nota ta’ l-osservazzjoni tal-Qorti u tinkludi l-finanzjament tal-PHARE fil-baġits tagħha fil-ġejjieni.

8.

Il-Fondazzjoni hija f’kuntatt mas-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tikkjarifika l-kwistjoni tad-defiċit akkumulat u t-trattament ta’ defiċits jew eċċessi fil-ġejjieni.

9.

Id-Disposizzjoni għall-funzjoni tal-kontroll intern kienet iffinalizzata bl-introduzzjoni ta’ funzjoni ta’ verifika finanzjarja u operazzjonali f’Novembru 2003. Din il-funzjoni u xogħol ieħor ta’ kontroll huma mwettqa minn unità speċjalizzata. Il-funzjoni ta’ verifika interna hija pprovduta mis-Servizz Intern ta’ Verifika tal-Kummissjoni.

10.

L-Uffiċjal ta’ Kontabilità jiddependi fuq il-validazzjonijiet imwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni, li pprovdew is-sistemi ta’ kontabilità użati mill-Fondazzjoni.

12.

Fl-iżvilupp tal-programmi tagħha il-Fondazzjoni otteniet sinerġismi ma’ aġenziji oħra bl-effett li kull waħda tittratta aspetti komplimentari f’kompetenzi tematiċi komuni sabiex jiġi evitat xogħol doppju. Dan ġie formalizzat f’dikjarazzjonijiet konġunti eż. ma’ l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol f’Bilbao.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/83


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-11

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ”) kien imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 (1). L-għan prinċipali tiegħu huwa li jiġbor informazzjoni li għandha x'taqsam ma' drogi u tossiku dipendenti sabiex jipprepara u jippubblika informazzjoni li hija objettiva, dipendibbli u komparabbli fuq livell Ewropew. L-informazzjoni hija maħsuba biex tipprovdi bażi sabiex teżamina t-talba għad-drogi u l-modi kif titnaqqas din it-talba u kif ukoll jitnaqqsu l-avvenimenti relatati mas-suq tad-drogi in ġenerali. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru stess.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE), Nru 302/93, il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni taħt l-istess artikolu. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u l-istandards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontabilità u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli u li l-operazzjonijiet ta' warajhom huma, fit-totalità tagħhom, legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel jidhru fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u nefqa u l-karta ta' bilanċ taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ għas-sena finanzjarja huma preżentati fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Id-doveri ta' l-Uffiċjal ta' Awtorizzazzjoni għall-parti l-kbira tal-baġit taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ (Titolu I u II) u tal-Kontrollur ex ante għall-baġit kollu huma mwettqa minn persuna waħda, li jwettaq ukoll id-doveri ta' Kap ta' l-Amministrazzjoni u ta' Kontroll ta' Kwalita'. Din l-għaqda ta' responsabbiltajiet ixxekkel b'mod sinifikanti l-kontroll intern, li hija bbażata partikolarment fuq il-prinċipju tas-separazzjoni ta' doveri.

8.

Wara l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tiegħu (4), iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ ħareġ istruzzjonijiet minn ġewwa għall-verifikazzjoni ta' impenji, ħlasijiet u rkupri. Madanakollu, il-fajls ma fihomx dokumenti li jippermettu lill-Uffiċjal ta' Awtorizzazzjoni li jikseb assigurazzjoni li dawn l-istruzzjonijiet kollha kienu fil-verita' ġew segwiti.

9.

L-Artikolu 42(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ jgħid li l-Uffiċjal ta' Kontabilita' għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-Uffiċjal ta' Awtorizzazzjoni u maħsuba biex jipprovdu jew jissostanzjaw informazzjoni ta' kontabilita'. Din il-validazzjoni għadha ma saritx sa l-aħħar tas-sena finanzjarja 2003.

10.

Taħt il-programm ta' xogħol annwali tiegħu, iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ jikkonkludi kuntratti ma' ċentri nazzjonali. Id-data ta' skadenza għat-twettiq ta' dawn il-kuntratti hija ffissata għall-31 ta' Diċembru. Il-kuntratti għall-programm 2003 (1,5 miljun euro fit-total) ma kienux iffirmati sa Lulju 2003. F'Mejju 2003, ma kienu għandhom saru l-ebda ħlasijiet finali fir-rigward ta' xogħol pjanifikat u l-ebda klawsoli addizzjonali li jestendu t-tul tal-kuntratti ma kienu ffirmati. Barra minn dan, il-programm ta' kuntratti ta' l-2004 kien diġa' konkluż. Fir-rigward ta' tiġdid ta' dawn it-tipi ta' kuntratt, konsiderazzjoni meħtieġa għandha tingħata għall-progress veru miksub fix-xogħol mitlub mis-sena ta' qabel u għal valutazzjoni tal-kwalita' tiegħu.

11.

Fir-risposta tiegħu (5) għar-rapport annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2002, iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ qal li inventarju fiżiku kellu jitwettaq sa l-aħħar tas-sena 2003. Dan għadu ma sarx sa l-aħħar ta' l-ewwel kwart tas-sena 2004. Barra minn dan, m'hemm l-ebda dokument li jiddefinixxi b'mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-proċeduri rigward l-inventarju.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta'l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 36, tat-12.2.1993. Dan ir-Regolament kien emendat bir-Regolament (KE) Nru 3294/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 7) u r-Regolament (KE) Nru 1651/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003).

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond fl-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2343/2002, il-kontijiet finali, taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja kienu mlestija fil-15 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fil-21 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Adottat mill-Bord ta' Tmexxija fil-laqgħa tal-15 sas-17 ta' Jannar 2003.

(5)  ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, p. 68, paragrafu 11.


Tabella 1

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Droga u Tossiku Dipendenti (Lisbona)

Oqsma ta' komptenza Komunitarja skond it-Trattat

Il-kompetenzi taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru302/93

Awtorità

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru ta' Monitoraġġ fl-2003

(informazzjoni 2002)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2003

Il-Komunità għandha tikkumplimenta l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

(Artikolu 152 tat-Trattat)

Miri

Biex jipprovdi l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Membri tagħha b'informazzjoni dipendibbli fil-livell Ewropew dwar drogi u Tossiku dipendenza fuq drogi u l-konsegwenzi tagħhom.

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ għandu jagħti prijorità biex janalizza s-segwenti:

(1)

it-talba u t-tnaqqis tat-talba għad-drogi;

(2)

strateġiji nazzjonali u komunitarji u politiki;

(3)

kooperazzjoni internazzjonali u l-għotja tal-geopolitics;

(4)

kontroll tas-suq fin-narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prikursuri tad-droga;

(5)

l-implikazzjonijiet ta' l-użu tad-droga għall-produttur, konsumatur u pajjiżi ta' tranżitu, inklużil-ħasil ta' flus.

Kompiti

(1)

Biex jiġbor u janalizza l-informazzjoni

(2)

Biex jagħmel stħarriġ u jwettawq azzjonijiet preparatorji

(3)

Biex jiżgura l-informazzjoni fil-livell Ewropew hija aktar dipendibbli

(4)

Biex jippubblika informazzjoni dipendibbli

(5)

Biex itejjeb il-koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet nazzjonali u Komunitarji

(6)

Biex jippromwovi l-inkorporazzjoni ta' informazzjoni relatata ma' drugi fil-programmi internazzjonali

1

Il-Bord ta' Tmexxija

fih rappreżentant wieħed minn kull Pajjiż Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u żewġ xjenzjati kwalifikati maħturin mill-Parlament Ewropew. Huwa japprova l-programm ta' xogħol u r-rapport annwali ġenerali u jadotta l-badġit.

2

Direttur:

maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni.

3

Kumitat xjentifiku:

jagħti opinjonijiet. Huwa magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Pajjiż Membru. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jaħtar massimu ta' sitt membri oħra fuq il-bażi tal-kwalifikazzjonijiet speċifiċi tagħhom.

4

Verifika esterna:

Qorti ta' l-Awdituri.

5

L-Approvazzjoni:

Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit:

10,45 miljun euro (10,36 miljun euro), Sussidji komunitarji: 89 % (87 %)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' karigi fil-pjan ta' twaqqif: 63 (59)

Karigi okkupati: 54 (57)

+18 (16) persunal ieħor (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekonati, persunal impjegat minn aġenzija)

Total tal-persunal: 72 (73)

assenjati għad-doveri segwenti:

operattivi: 46,5 (46)

amministrattivi: 18 (19)

varji: 7,5 (8)

Network

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ imexxi network kompjuterizzat għall-ġbir u skambju ta' informazzjoni msejjaħ “Network” Ewropea ta' Informazzjoni dwar id-Drogi u Tossiku Dipendenza (Reitox), din in-network tgħaqqad in-networks nazzjonali dwar l-informazzjoni fuq id-drogi, iċ-ċentri speċjalizzati fil-Pajjiżi Membri u s-sistemi ta' informazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru ta' Monitoraġġ.

Pubblikazzjonijiet:

Rapport annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Unjoni Ewropea

Rapport ġenerali dwar l-attivitajiet (annwalil)

Ittra informali li toħroġ darbtjen fix-xahar (Drugnet Europe)

Aġġornamenti darbtejn fix-xahar (Drugs in focus).

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ.


Tabella 2

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors ta' dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli (baġit 2003 u sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

imħallsa

kanċellati

approprjazz-jonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

9,3

9,3

Titolu I

Persunal

5,4

5,3

5,2

0,1

0,0

0,1

0,1

0,0

5,5

5,4

5,3

0,1

0,0

Sussidji Phare

0,5

0,3

Titolu II

Amministrazzjoni

0,9

0,9

0,6

0,3

0,1

0,5

0,5

0,0

1,4

1,4

1,0

0,3

0,1

Sussidji oħra

0,4

0,4

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

4,0

4,0

2,3

1,7

0,0

1,0

0,8

0,2

5,0

5,0

3,1

1,7

0,2

Dħul ieħor

0,0

0,1

Total

10,2

10,1

Total

10,2

10,2

8,1

2,0

0,1

1,6

1,4

0,2

11,8

11,8

9,5

2,0

0,3

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza — Kont tad-dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

9 300

9 000

Sussidji minn Norveġja

421

413

Sussidji Phare

334

735

Dħul ieħor

67

133

Dħul totali (a)

10 122

10 280

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

5 240

4 951

Approprjazzjonijiet trasferiti

88

80

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

558

632

Approprjazzjonijiet trasferiti

272

509

Nefqa ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

2 281

2 525

Approprjazzjonijiet trasferiti

1 679

1 001

Nefqa totali (b)

10 117

9 698

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

5

582

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

1 626

639

Approprjazzjonijiet trasferiti u kanċellati

221

392

Ammonti għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel mhux użati

21

9

Rifużjonijiet lill-Kummissjoni

–1 584

Differenzi fir-rata ta' kambju

6

3

Bilanċ għas-sena finanzjarja

295

1 626

NB: It-totali jistgħu jinkludu differenza minħabba żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ.


Tabella 4

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza — Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u 31 ta' Dicėmbru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital Fiss

 

 

Assi fissi intanġibbli

94

66

Kapital proprju

3 057

2 797

Bini

3 559

3 559

Bilanċ għas-sena finanzjarja

295

1 626

Tagħmir u għamara

157

152

 

 

 

Tagħmir tal-kompjuter

659

785

 

 

 

Vetturi

50

74

 

 

 

Deprezzament

–1 496

–1 867

Subtotal

3 352

4 423

 

 

 

Dejn Kurrenti

 

 

Subtotal

3 023

2 768

Trasferimenti awtomatiċi

1 815

1 377

Ishma

34

28

Trasferimenti mhux awtomatiċi

212

 

 

 

Trasferimenti Phare

223

Assi kurrenti

 

 

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

18

18

VAT rekuperabbli

94

84

Ordnijiet ta' rkupru (1)

55

101

Kontijiet varji reċevibbli

66

18

 

 

 

Avvanzi

78

 

 

 

Subtotal

238

101

Subtotal

2 111

1 709

Kontijiet ta' flus

 

 

Kontijiet transitorji

 

 

Kontijiet bankarji

2 291

3 474

Ammonti għall-użu mill-ġdid

265

Kont Imprest

0

4

Dħul differit

123

4

 

 

 

Subtotal

123

269

Subtotal

2 291

3 478

 

 

 

Kontijiet transitorji

0

24

 

 

 

Total

5 586

6 400

Total

5 586

6 400

NB: It-totali jistgħu jinkludu differenzi minħabba żieda sa l-eqreb numru.

Sors: Informazzjoni miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


(1)  Ordnijiet ta' rkupru maħruġa, imma mhux miġbura diġa', li għadhom ma rriżultawx fir-reġistrar ta' approprjazzjonijiet għall-użu mill-ġdid.

NB: It-totali jistgħu jinkludu differenzi minħabba żieda sa l-eqreb numru.

Sors: Informazzjoni miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru ta' Monitoraġġ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

It-taħlita tad-diversi risponsabiltajiet imsemmija mill-Qorti kienet fil-fatt waħda mill-konsegwenzi tat-tluq tal-Kap tas-Settur tal-Finanzi. Il-Kap ta' l-Amministrazzjoni kien obbligat li jieħu hu din il-posizzjoni għal perijodu transitorju sakemm ma l-Kap tas-Settur tal-Finanzi il-ġdid ma kienx ingħata l-kariga tiegħu fl-1 ta’ Frar 2004. Din il-persuna li saret il-Kontrollur ex ante ma teżerċitax il-funzjoni ta’ Ufiċċjal bil-poter li jagħti Awtorizazzjoni.

8.

Skond il-provvedimenti finanzjarji applikabbli, l-istruzzjonijiet mogħtija fasslu d-diversi proċeduri ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit, il-persuni li qed jieħdu ħsieb ta’ dawn il-proċeduri, id-dmirijiet u r-risponsabiltajiet tagħhom, inklużi dawk ta’ verifikazzjoni. Il-fażijiet ta’ proċedura ġew deskritti u materjalizzati permezz ta’ formola għaċ-ċirkulazzjoni, għall-approvazzjoni minn għand dawk il-persuni risponsabbli mill-esekuzzjoni tagħhom, li barra minn hekk iridu wkoll fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, japprovaw dokumenti informatiċi qabel ma dawn jingħataw lill-Uffiċċjal li jagħti l-Awtorizazzjoni. Il-EMCDDA ħadet nota tal-kumment minn naħa tal-Qorti, u ppreparat xi listi ta' verifikazzjoni biex dawn jingħaqdu mal-fajls li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjonijiet tal-baġit. u b’hekk hija tkun tista’ wkoll tagħti rendikont aħjar tal-kontrolli li saru.

9.

Il-validazzjoni ġiet mwettqa u mogħtija lill-Qorti fis-27.07.04.

10.

Il-baġit ta’ l-2003 allokat għall-attivitajiet tal-punti fokali nazzjonali tan-network REITOX kien is-suġġett ta’ riserva parlamentari sa l-aħħar ta’ April. Għalhekk il-firma tas-sussidji ma setgħetx issir qabel ħafna aktar tard fis-sena. Barra minn hekk, l-EMCDDA ħadet id-deċiżjoni li ma tagħmilx pagamenti bil-quddiem għas-sena 2004 sakemm ma jkunux analizzati u rregolati il-kontijiet għas-sena 2003. Fil-ġejjieni, waqt it-tiġdid tal-kuntratti, l-EMCDDA se tikkunsidra wkoll il-progress li jkun inkiseb fix-xogħlijiet u li kien mitlub fis-sena ta’ qabel kif ukoll ta’ l-evalwazzjoni tal-kwalità tagħhom.

11.

Matul ix-xahar ta’ Mejju 2004, saru sforzi kunsiderevoli sabiex jiġu ddentifikati l-propjetajiet kollha ta’ l-OEDT u jiġi ffinalizzat l-inventarju fiżiku. Dan l-eżerċizzju, kif ukoll id-definizzjoni mill-ġdid tar-risponsabiltajiet u tal-proċeduri ser jintemm qabel it-tmiem ta’ l-2004.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/91


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

OPINJONI TAL-QORTI

6-14

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi (“iċ-Ċentru”) ġie mwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 (1). Il-kompiti primarji taċ-Ċentru huma sabiex jipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri b'informazzjoni dipendibbli dwar razzismu, ksenofobija u anti-semitismu fl-Unjoni u sabiex jikkopera mal-Kunsill ta' l-Ewropa f'dawn l-oqsma. Tabella 1 hija bażata fuq informazzjoni mibgħuta miċ-Ċentru u tagħti idea sommarja tar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet tiegħu.

OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali għall-esekuzzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 12 (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97, il-baġit ġie implimentat fuq ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3) skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 12 (12) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97. Il-Qorti hija mistennija taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea sabiex teżamina dawn il-kontijiet.

4.

Il-Qorti għamlet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunita'. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il kuntest.

5.

Għaldaqshekk il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli. Bir-riserva tas-sitwazzjoni deskritta f'paragrafu 13, il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet tas-sena finanzjarja 2003 u l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel jidhru f'Tabella 2  (4). Il-karta ta' bilanċ u l-kont tad-dħul u n-nefqa taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2003 jidhru sommarjament f'Tabelli 3 u 4.

7.

Il-livell ta' trasferimenti ta' approprjazzjonijiet taħt Titolu III, Attivitajiet ta' Xogħol, baqgħu għolja, imma kienu inqas mis-sena ta' qabel (36 % fl-2003 u 40 % fl-2002). Il-Qorti għal darba oħra (5) tiġbed l-attenzjoni taċ-Ċentru għan-neċessita' li jiġi osservat il-prinċipju ta' annwalita' aktar rigorosament meta jkun qed jippjana u jieħu ħsieb l-attivitajiet tiegħu.

8.

Mill-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja 2002 għas-sena finanzjarja 2003 (1,5 miljun euro), 20 % kienu kanċellati fl-aħħar tas-sena. Dan huwa persentaġġ għoli, li juri l-ġustifikazzjoni għat-trasferimenti awtomatiċi ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-2002 kien fqir, speċjalment fil-każ ta' impenji provvisorji. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet għandhom ikunu strettament limitati għal obbligazzjonijiet kontrattati debitament fl-għeluq tas-sena finanzjarja.

9.

Fit-3 ta' Marzu 2003 iċ-Ċentru ffirma konvenzjoni mal-Kummissjoni rigward it-twaqqif ta' network ta' informazzjoni għall-pajjiżi kandidati fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant. Il-proġett jirċievi fondi minn sussidji PHARE li jammontaw għal 845 000 euro. Skond l-Artikolu 4 tal-konvenzjoni ċ-Ċentru rċieva ammont bil-quddiem ta' 676 000 euro (80 %) fl-2003. Kontrarjament għall-prinċipji ta' l-unità tal-baġit (6), iċ-Ċentru ma wtilizzax baġit li jemenda sabiex jinkludi l-ammont tas-sussidju PHARE 2003 fil-baġit tiegħu.

10.

Kif il-Qorti rrimarkat qabel, fir-Rapport (7) tagħha ta' l-2002, iċ-Ċentru għandu jwaqqaf sistema effiċjenti għall-Tmexxija u s-supervisjoni ta' dħul li jrid jiġi miġbur. Sistema ta' dak it-tip għandha tevita d-dewmien li kien osservat fil-kwistjoni ta' ordnijiet ta' rkpru u l-ġbir ta' VAT.

11.

Mill-31 ta' Diċembru l-ordnijiet ta' rkupru li jirrelataw mal-ħlas lura ta' kera ta' l-awtoritajiet Awstrijaċi għall-perijodu Mejju sa Awwissu 2003 (37 017 euro) ma kienux ġew abbozzati.

12.

Ammont ta' 333 474 euro ta' VAT imħallas fl-2000 għadu ma ġiex miġbur. Jekk id-differenzi fir-rata ta' kambju jittieħdu in konsiderazzjoni, it-total jidher inqas b'19 242 euro. Iċ-Ċentru għandu jżid l-isforzi tiegħu sabiex jikseb ir-rimborż tal-VAT. Barra minn hekk, il-kontijiet tal-VAT m’humiex analizzati u ġustifikati regolarment. Bħala eżempju, rimborż ta' VAT ta' bejn wieħed u ieħor 78 000 euro ma kienx inkluż bħala dħul tal-baġit u baqa' bħala reġistrazzjoni f'kont transitorju.

13.

Fl-2003 iċ-Ċentru daħal fi tlett kuntratti (għal total ta' 181 078 euro) ma' l-istess fornitur, bil-proċedura ta' negozzjar, għalkemm kull kuntratt kien jeċċedi l-limitu ta' 13 800 euro li japplika għal dik il-proċedura u l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-limitu jinqabeż ma kienux applikabbli.

14.

Iċ-Ċentru ħareġ applikazzjonijiet minn kandidati interni għal żewġ reklutaġġi. F'każ minnhom kien hemm applikant wieħed biss, u fl-ieħor tnejn biss. Minħabba d-daqs taċ-Ċentru, din it-tip ta' proċedura tillimita l-kompetizzjoni bejn il-kandidati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Mill-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 151, ta' l-10.6.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 12 (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97, il-kontijiet aħħarija għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fid-9 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  It-tabelli kollha fir-Rapport kienu mtella' fuq il-bażi ta' l-aktar valuri eżatti possibbli għall-informazzjoni wżata. Il-figuri ġew miżjuda sa l-eqreb numru sħiħ, għal skopijiet ta' presentazzjoni, li jistgħu jipproduċu differenzi minimi fit-totali. Sink jindika valur xejjieni jew li ma jeżistix u 0,0 juri valur taħt il-limitu taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

(5)  Ara paragrafu 7 tar-rapport 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, p. 70).

(6)  Ara Artikoli 4 sa 6 dwar il-prinċipju ta' unità u preċiżjoni tal-badġit u Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(7)  Ara paragrafu 9 tar-Rapport rigward is-sena finanzjarja 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, p. 70).


Tabella 1

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi (Vjenna)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja li joħorġu mit-Trattat

Kompetenza taċ-Ċentru kif definit fir-Regolament tal-Kunsill

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' June 1997)

Awtorita'

Riżorsi disponsibbli għaċ-Ċentru fl-2003 (figuri ta' l-2002)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2003

Kollezzjoni ta' informazzjoni

Miri

Kompiti

1

Bord ta' Tmexxija

Baġit finali:

RAXEN:

Il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, biex twettaq il-kompiti fdati lilha.

(Artikolu 284)

Sabiex tipprovdi lill-Komunita' u lill-Pajjiżi Membri b'informazzjoni oġġettiva, dipendibbli u komparabbli fuq livell Ewropew dwar il-fenomeni tar-razzismu, ksenofobija u anti-Semitismu

Kooperazzjoni stretta mal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex tiġi evitata duplikazzjoni u tikseb valur miżjud

Sabiex jiġi studjat l-estensjoni u l-iżvilupp tal-fenomeni tar-razzismu u ksenofobija;

Sabiex jiġbor u janalizza informazzjoni, permezz tan-Network Ewropew ta' Informazzjoni dwar Razzismu u Ksenofobija (RAXEN) b'mod partikolari;

Sabiex iwettaq stħarriġ xjentifiċi;

Sabiex jinkoraġġixxi tixrid wiesgħa ta' din l-informazzjoni;

Sabiex jifformola opinjonijiet għall-Komunita' u l-Pajjiżi Membri tagħha;

Sabiex jiżviluppa indikaturi u kriterji sabiex tiġi mtejjba l-komparabilita' ta' l-informazzjoni;

Sabiex jippubblika rapport annwali rigward is-sitwazzjoni ta' razzismu u ksenofobija.

Kompożizzjoni

Persuna indipendenti appuntata minn kull Pajjiż Membru, persuna indipendenti appuntata mill-Parlament Ewropew, persuna indipendenti appuntata mill-Kunsill ta' l-Ewropa u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Dmirijie

Sabiex jiġi adottat il-programm ta' xogħol u r-rapport annwali ġenerali.

2

Bord Esekuttiv

Kompożizzjoni

Chairman tal-Bord ta' Tmexxija

rappreżentant tal-Kunsill ta' l-Ewropa

rappreżentant tal-Kummissjoni

membru ieħor tal-Bord ta' Tmexxija (mhux obbligatorju)

3

Direttur

Appuntat mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

4

Verifika esterna

Qorti ta' l-Awdituri

5

Awtorita' ta' Approvazzjoni

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill

6,575 miljun euro (6,170 miljun euro) inkluża l-kontribuzzjoni tal-Komunita' 98,9 % (98,9 %):

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

30 (28) postijiet fil-pjan ta' twaqqif,

Postijiet okkupati: 26 (26)

+4 (5) persunal ieħor (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali u temporanju)

Persunal totali: 30 (31)

Assenjati lid-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 17 (19)

amministrattivi: 8 (8)

varji: 5 (4)

Mhux tal-badġit:

Programm PHARE: 845 miljun euro (– miljun euro), persunal: 4 (–)

numru ta' kontribuzzjonijiet minn 15-il punti ċentrali nazzjonali: 165

numru ta' laqgħat: 3

+22 rapport fil-qafas tal-programm PHARE u 3 laqgħat

Rapporti dwar riċerka:

numru ta' rapporti: 12

numru ta' laqgħat: 3

Kooperazzjoni mal-pajjiżi membri u l-istituzzjonijiet l-oħra (numru ta' avvenimenti organizzati flimkien):

Pajjiżi Membri: 19

Kummissjoni: 2

Parlament Ewropew: 2

Kunsill ta' l-Ewropa: 4

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

approprjazzjonijiet pendenti

imħallsa

kanċellati

Approprjazzjonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarja

6,5

5,6

Titolu I

Persunal

2,8

2,7

2,6

0,1

0,1

0,2

0,1

0,1

3,0

2,9

2,7

0,1

0,2

Dħul ieħor

0,1

0,2

Titolu II

Amministrazzjoni

0,6

0,5

0,4

0,1

0,1

0,1

0,0

0,0

0,6

0,6

0,4

0,1

0,1

 

 

 

Titolu III

Attivitajiet ta' Xogħol

3,2

2,8

1,7

1,2

0,4

1,2

1,0

0,2

4,4

4,0

2,7

1,2

0,5

Total

6,6

5,8

Total

6,6

6,0

4,7

1,3

0,6

1,5

1,2

0,3

8,1

7,5

5,9

1,3

0,9

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

7 318

4 320

Sussidji oħra

374

 

Dħul finanzjarju

21

43

Dħul PHARE

676

 

Dħul totali (a)

8 389

4 363

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

2 618

2 416

Approprjazzjonijiet trasferiti

64

187

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

412

377

Approprjazzjonijiet trasferiti

51

60

Attivitajiet ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

1 678

1 686

Approprjazzjonijiet trasferiti

1 162

1 234

Nefqa PHARE

Ħlasijiet

377

 

Approprjazzjonijiet trasferiti

694

 

Nefqa totali (b)

7 055

5 960

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

1 334

–1 597

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

–1 579

–8

Approprjazzjonijiet trasferiti, kanċellati

301

52

Approprjazzjonijiet għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel, mhux użati

38

151

Differenzi fir-rata ta' kambju

5

2

Ammonti rifużi lill-Kummissjoni

 

– 179

Bilanċ għas-sena finanzjarja

98

–1 579

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 4

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital proprju

 

 

Software tal-kompjuter

72

70

Kapital proprju

108

183

Tagħmir tal-kompjuter

148

140

Bilanċ għas-sena finanzjarja

98

–1 579

Tagħmir u għamara

250

235

Subtotal

207

–1 396

Deprezzament

– 362

– 262

Dejn kurrenti

 

 

Subtotal

108

183

Trasferimenti awtomatiċi

1 277

1 482

Assi kurrenti

 

 

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

275

225

Sussidji Komunitarji

23

13

VAT il jrid jitħallas

454

507

Avvanzi

0

1

Dejn PHARE

694

 

Kontijiet varji riċevibbli

77

66

Subtotal

2 700

2 214

VAT rekuperabbli

456

541

 

 

 

Sussidju PHARE

169

0

 

 

 

Subtotal

725

621

 

 

 

Kontijiet ta' flus

 

 

Kontijiet transitorji u kontijiet ta' aġġustament

 

 

Kontijiet bankarji

2 073

113

Sommom li jridu jerġgħu jiġu wżati

 

99

Subtotal

2 073

113

Subtotal

0

99

Total

2 906

917

Total

2 906

917

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

Numru ta’ l-Osservazzjoni Fl-2003 l-esekuzzjoni tal-baġit u l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma kienu għal darb’oħra influenzati negattivament mill-livell baxx ta’ l-approprijazzjonijiet tal-pagament li għandu l-EUMC f’Lulju ta' l-2003, il-EUMC talab għal aktar approprijazzjonijiet tal-pagament li kienu finalment riċevuti biss f’Diċembru ta' l-2003. Il-EUMC jixtieq ukoll jisħaq fuq il-fatt li f’xi Stati Membri l-informazzjoni uffiċċjali wżata fin-networks RAXEN m’hix ippubblikata qabel Settembru. Minkejja dan kollu, il-livell ta' l-ammont trasferit għas-sena finanzjarja ta’ wara naqas meta mqabbel mas-sena 2002, hekk kif inhu indikat mill-Qorti. Il-EUMC se jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex ikompli jtejjeb is-sitwazzjoni.

8.

Il-EUMC jaqbel ma’ l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti u adotta miżuri approprijati fis-sena 2003 sabiex ma jħallix li dan jiġri fil-futur.

9.

Il-EUMC iddeċċieda biex ma jippubblikax il-baġit PHARE tiegħu ġewwa il-baġit ta’ emenda għaliex il-proġett għandu x'jaqsam ma' Stati mhux Membri, u għalhekk ma kienx jaqa’ taħt il-mandat tal-EUMC hekk kif inhu definit fir-regolazzjoni bażika tiegħu. Madanakollu, skond l-osservazzjoni tal-Qorti, il-EUMC inkluda l-baġit tal-proġett PHARE fil-baġit ta' emenda tiegħu tas-sena 2004.

10. u 11.

 Il-EUMC jaqbel ma’ l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti u ħa xi miżuri sabiex itejjeb il-kontrolli fuq il-kreazzjoni ta’ l-ordnijiet ta’ rkupru.

12.

L-EUMC reġa’ kkalkola u ppreżenta mill-ġdid it-talba tiegħu għar-rimbors ta’ l-ammont ta’ € 333 474 f’VAT li għada trid titħllas, li l-awtoritajiet Awstrijaki kienu ħallsu f’Ġunju 2004. Dwar it-€ 78 000, il-EUMC emendat konsegwentament il-kontijiet tagħha. Il-VAT qed tiġi bħalissa analizzata regolarment.

13.

IL-EUMC jaqbel ma’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti u għalhekk saħħaħ il-kontrolli interni permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ helpdesk u aktar taħriġ. Il-EUMC jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li kienet ġiet ippjanata sejħa għal-offerti għas-sena 2003 imma din ma setgħetx tiġi implimentata minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi umani (ara t-tweġiba għall-punt 14). Il-EUMC fetaħ sejħa għall-offerti fl-2004 għall-kuntratt ta’ qafas għall-organizzazzjoni tal-laqgħat. Il-kumpannija li rebħet l-offerta hija l-istess kumpanija li kienet użata matul is-sena 2003. Il-fatt li din il-kumpannija ġiet magħżula skond il-proċeduri korretti ta’ l-akkwist fis-snin ta’ qabel l-2003, skond il-EUMC, jindika li ma kienx hemm l-ebda riperkussjoni finanzjarji konkreta.

14.

IL-kompetizzjonijiet interni m'humiex qed jiksru r-regolazzjonijiet tal-persunal. Meta ġie kkunsidrat id-daqs żgħir ta’ l-EUMC u n-nuqqas ta’ postijiet permanenti, ittieħdet għalhekk deċiżjoni sabiex jimtlew il-postijiet vojta temporanji permezz ta’ kompetizzjoni interna u b’hekk jagħtu lill-impjegati ċertu tip ta’ prospettiva għall-karriera kif ukoll sabiex jimtlew żewġ pożizzjonijiet prinċipali kemm jista’ jkun malajr. Madanakollu, l-EUMC iddeċiedit li fil-ġejjieni l-kompetizzjonijiet interni se jsiru biss jekk ikun hemm garanzija ta’ ċertu livell ta’ kompetizzjoni.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/99


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Uffiċċju

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Uffiċċju

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta’ Pjanti, (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”) kien stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 (1). L-iskop prinċipali tiegħu huma li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għotja ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali tal-Komunità għall-varjetajiet ta’ pjanti u jassigura li l-eżamijiet tekniċi neċessarji huma mwettqa minn uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u r-responsabbiltajiet ta' l-Uffiċċju fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija minnu.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Kunsill ta' l-amministrazzjoni ta' l-Uffiċċju, skond l-Artikolu 111, paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94.

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2100/94, il-baġit ta' l-Uffiċċju ġie implimentat taħt ir-responsabiltà tal-president ta' l-Uffiċċju. Din ir-responsabiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (2), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 112 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94. Il-Qorti hija meħtieġa teżamina dawn il-kontijiet taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards tal-verifika, li huma adattati minn standards internazzjonali ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Il-Qorti applikat testijiet bħal dawn fuq ir-reġistri tal-kontijiet u applikat proċeduri oħra li hija kkunsidrat neċessarji fiċ-ċirkustanzi.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni ta' verifika espressa mill-Qorti f'dan ir-Rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimetazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena ta' qabel hi murija fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta tal-bilanċ ippubblikati mill-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2003 huma murija fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

L-Artikolu 8 tar-Regolament il-ġdid ta' l-Uffiċċju jistipula li l-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet diverenzjati, li jiddistingwu minn approprjazzjoni ta' impenn u approprjazzjoni ta' ħlas. Għalkemm il-baġit ta' l-2003 kien adottat qabel ir-regoli l-ġodda u fih biss approprjazzjonijiet li mhumiex diverenzjati, fiż-żmien ta' l-għeluq tal-kontijiet l-Uffiċċju kkunsidra l-approprjazzjonijiet li jaqgħu taħt it-Titolu III, li jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu, bħala li għandhom jiġu diverenzjati. Sabiex jimxi hekk, l-Uffiċċju missu adotta baġit li jemenda li jiddistingwi, b'kummenti xierqa, bejn approprjazzjonijiet ta' impenji u approprjazzjonijiet ta' ħlas. Dan ma kienx il-każ.

8.

Il-Karta ta' bilanċ turi somma li mhiex irkuprata ta' 216 048 euro ta' VAT mħallsa bejn l-1997 u l-2001. Parti kbira minn din is-somma (206 553 euro) tista' tkun attribwita għat-talbiet għall-pagament mill-ġdid li ġew irrifjutati mill-awtoritajiet Franċiżi.

9.

L-artikolu 42 (1)(e) tar- Regolament Finanzjarju ta' l-Uffiċċju jistipula li l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-uffiċjal li jawtorizza biex jagħti jew jiġġustifika informazzjoni fuq il-kontijiet. Din il-validazzjoni għada ma saretx.

10.

Is-sistema tal-kontijiet ta' l-Uffiċċju hija magħmula minn tlett sistemi kompjuterizzati, waħda għall-amministrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għotja tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti (PVR), waħda għall-kontijiet tal-baġit u waħda għall-kontijiet ġenerali (SI2). L-Uffiċċju missu jaħdem sabiex jintegra dawn is-sistemi, sabiex jitneħħew ħafna żbalji minuri li joħorġu mill-użu ta' proċeduri li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kontijiet li jimmultiplikaw in-numru ta' operazzjonijiet għall-ksib ta' informazzjoni.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, pġ. 27.

(2)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 111, paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2003 tlestew fil-25 ta' Marzu 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


Tabella 1

Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta’ Pjanti (Angers)

Oqsma tal-kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi ta' l-Uffiċċju kif definiti fir-Regolament

tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994

Tmexxija tajba

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija

(data għall-2002)

Prodotti u servizzi provduti fl-2003

(data għall-2002)

Moviment ħieles tal-merkanizija

Objettivi

Funzjonijiet

1

Kunsill Amministrativ

Baġit finali:

Applikazzjonijiet moqrija: 2 516 (2 223)

Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet iġġustifikati fuq il-bażi tal-protezzjoni ta' proprjetà industrijali u kommerċjali m'għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fil-kummerċ bejn l-Istati Membri

(Estratt mill-Artikolu 30 tat-Trattat)

Li japplika s-sistema ta' drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti bħala l-forma unika u esklussiva ta' protezzjoni tal-Komunità għall-varjetajiet ta' pjanti

Li jirreġistra u jeżamina l-applikazzjoinijiet għad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti

Li jiddeċiedi jekk jagħtix drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti

Li jiżgura li eżamijiet tekniċi neċessarji huma mwettqa mill-Uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri

Li jitlob ħlas

Li jeżamina d-denominazzjonijiet tal-varjetà proposti

Li jżomm reġistru ta’ l-applikazzjonijiet li saru u tad-drittijiet mogħtija

Komposizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru

Rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u l-alternati tagħhom

Funzjonijiet

Li jfassal ir-regoli li jirregolaw il-metodi ta' xogħol ta' l-Uffiċċju

Li jaġixxi bħala l-awtorità tal-Baġit

Li jissorvelja l-programm ta' xogħol u metodi ta' xogħol

2

President ta' l-Uffiċċju

Maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ kandidati li jkunu proposti mill-Kummissjoni wara li tkun akkwistat l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv

3

Bord ta' l-Appell

jiddeċiedi appelli fuq deċiżjonijiet fuq id-drittijiet tal-varjetajiet ta’ pjanti

4

Verifika mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tikkontrolla l-legalità tal-badġit ta' l-Uffiċċju u dawk l-atti tal-President li dwarhom il-legalità mhiex ikkontrollata minn korp ieħor

5

Verifika Esterna

Il-Qorti ta' l-Awdituri

6

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Kunsill Amministrativ

11,1 miljun euro (10,5 miljun euro)

Kontribuzzjoni tal-Komunità: 0 % (0 %)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment: 35 (33)

Postijiet meħuda: 34 (28)

1 (2) postijiet oħra (kuntratti awżiljari, esperti nazzjonali ssekkondati, staff lokali, staff temporanju)

Persunal totali: 35 (30)

Assenjati d-dmirijiet li ġejjin:

operazzjonali: 13 (10)

amministattivi: 16 (15)

mħallta: 6 (5)

Eżamijiet esterni tekniċi:

1 929 (1 295)

Drittijiet mogħtija:

1 869 (1 704)

Drittijiet komunitarji fis-seħħ fil- 31/12/2003: 8 764

(fil- 31/12/2002: 7 800)

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


Tabella 2

L-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-badġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

mħallsa

kanċellati

approprjazzjonijiet

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Dħul proprju

7,4

8,2

Titolu I

Staff

3,6

3,5

3,2

0,1

0,2

0,0

0,0

0,0

3,6

3,5

3,3

0,1

0,2

Dħul amministrattiv

0,2

0,0

Titolu II

Amministrazzjoni

1,0

0,8

0,6

0,2

0,2

0,2

0,1

0,0

1,2

1,0

0,7

0,2

0,3

Dħul ieħor

0,0

0,1

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

6,6

6,1

1,2

4,9

0,5

3,7

1,3

0,2

10,3

9,8

2,5

4,9

0,7

Dħul finanzjarju

0,4

0,4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ tal-badġit mis-sena finanzjarja ta' qabel

3,2

0,0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

11,1

8,8

Total

11,1

10,4

5,0

5,2

1,0

3,9

1,5

0,2

15,0

14,3

6,5

5,2

1,2

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni provduta mill-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

L-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti — Kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Dħul proprju

8 199

8 564

Dħul ieħor

156

61

Dħul finanzjarju

401

615

Total tad-dħul (a)

8 757

9 240

Nefqa

Staff — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

3 245

2 807

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

98

26

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

583

570

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

195

163

Nefqa tax-xogħol — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

1 179

975

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

4 863

3 699

Total tan-nefqa (b)

10 164

8 239

Kwantitajiet maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

–1 407

1 001

Bilanċ miġjub 'il quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

13 977

11 029

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem u kkanċellati

249

1 949

Differenzi fir-rata ta' kambju

0

–3

Provvediment għall-futur

5

0

Balanċ għas-sena finanzjarja

12 825

13 977

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni provduta mill-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 4

L-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital fiss

 

 

Software tal-kompjuter

78

68

Kapital proprju

2 538

2 503

Bini

2 427

2 404

 

 

 

Tagħmir tal-kompjuter

219

229

Riservi

13 977

11 029

Tagħmir u għamara

161

140

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 153

2 948

Deprezzament

– 345

– 338

Total parzjali

15 363

16 480

 

 

 

Passiv kurrenti

 

 

Total parzjali

2 538

2 503

Impenji pendenti fir-rigward tat-trasferimenti mill-2002

2 145

0

Indemnitajiet u garanziji

3

0

Trasferimenti awtomatiċi

5 156

3 887

Assi kurrenti

 

 

Fornituri

1

160

Ordnijiet ta' rkupru

3

51

Avvanzi mill-kijenti

194

366

Kontijiet diversi riċevibbli

29

24

Vat li trid titħallas

216

216

Vat li trid tiġi rkuprata

371

384

Tnaqqis mis-salarji

9

32

Total parzjali

403

459

Total parzjali

7 721

4 661

Kontijiet ta' flus kontanti

 

 

 

 

 

Banek

20 065

18 103

 

 

 

Kont Imprest

75

75

 

 

 

Total parzjali

20 140

18 178

 

 

 

Total

23 084

21 141

Total

23 084

21 141

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni provduta mill-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


RISPOSTI TA' L-UFFIĊĊJU

7.

L-għażla tal-kliem użat fl-Artikolu 8 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tagħti l-impressjoni li ladarba r-Regolament il-ġdid daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 2003, approprjazzjonijiet taħt Titolu III jistgħu de facto jiġu kkunsidrati bħala ddivrenzjati. L-Uffiċċju jikkunsidra illi l-adozzjoni tal-baġit għall-2004 mill-awtorità ta’ l-estimi, li kien jinkludi approprjazzjonijiet ddivrenzjati b’ kont meħud ta’ l-impenni preċedenti li għad iridu jiġu mħallsa, jagħmel tajjeb għall-fatt li m’hemmx baġit li jemenda.

8.

L-Uffiċċju se jippreżenta talba ġdida għar-rimbors ta' EUR 206 553 li għadhom ma ġewx imħallsa. Għal dak li għandu x’ jaqsam mad-9 495 EUR li jifdlu, se tittieħed deċiżjoni qabel l-aħħar tas-sena.

9.

Din il-konferma ta' validità qed tiġi finalizzata.

10.

L-Uffiċċju qed iħares lejn titjib fl-integrazzjoni tas-sistemi tal-kompjuters tiegħu. Ġew stabbiliti diġà ċerti elementi, bħal: it-transfer awtomatiku ta’ noti ta’ debitu u kreditu ta’ klijenti, transfer awtomatiku ta’ data ta’ klijenti u fornituri u transfers awtomatiċi ta’ fatturi ta’ fornituri.


30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/106


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Uffiċċju

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1-4

Ir-risposti ta' l-Uffiċċju

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju” kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) ta' l-20 ta' Diċembru 1993. Il-mandat tiegħu hu li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq marki u diżinji, li jagħti lill-intrapriżi protezzjoni uniformi fiż-żona ta' l-Unjoni kollha. Ir-responsabbilitajiet u l-attivitajiet ta' l-Uffiċċju huma mqassra fit-Tabella 1 fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-kumitat tal-baġit ta' l-Uffiċċju, skond l-Artikolu 137, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ().

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 119, paragrafu 2 (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, il-baġit ta' l-Uffiċċju ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tal-President ta' l-Uffiċċju. Din ir-responsabiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (2), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kunsill (KE). Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstat il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finazjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel huma mniżżla fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Il-valur totali ta' l-approprjazzjonijet miġjuba 'l quddiem kien ta' 18,3 miljun euro. Iktar attenzjoni għandha tingħata għall-valutazzjoni ta' jekk it-tiġdid huwa vera neċessarju. Testijiet li saru fuq kampjun ta' 35 % ta' dan l-ammont wera tiġdid mhux ġustifikat ta' madwar 586 000 euro, 350 000 euro għal rapporti ta' tfittxjia u 236 000 euro għal attivitajiet ta' taħriġ professjonali.

8.

Numru kbir ta' tiġdid jikkorrispondi għall-impenji provviżorji, il-bilanċ mhux użat li huwa miġjub 'il quddiem fit-totalità tiegħu fl-aħħar tas-sena, anki meta l-bilanċ kollu m'għandux x'jaqsam m'obbligi kontrattwali. Din is-sitwazzjoni hija rregolari

9.

Liċenzji tal-kompjuter u software mhumiex inklużi taħt l-assi fissi, b'kontravenzjoni għar-Regolament fuq l-inventarju (3). Mill-31 ta' Diċembru 2003, ġie stmat li jista' jkun għandhom valur li jasal sa 700 000 euro.

10.

Minkejja l-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti (4), l-Uffiċċju għadu m’għamilx reviżjoni tas-sistema ta' l-inventarju tiegħu: id-doveri mhux definiti sew u għad m'hemmx taħriġ biżżejjed ta' l-istaff. Huwa diffiċli li zzomm l-inventarju sew f'dawn iċ-cirkustanzi. Per eżempju, oġġetti ta' tagħmir tal-kompjuters u għamara b'valur ta' madwar 500 000 Euro fil-kontijiet ma setgħux jiġu allokati meta sar inventarju fiżiku.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

Il-President


(1)  ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994.

(2)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 40/94, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2003 tlestew fit-28 ta' Frar 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2909/2000 tad-29 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 336, tat-30.12.2000, pġ. 75).

(4)  Paragrafu 13 tar-rapport fuq is-sena finanzjarja 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, pġ. 84).


Tabella 1

Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Alicante)

Żoni ta' kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi taċ-Ċentru kif imfisser fir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993

Kontroll

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2003

(figuri ta' l-2002)

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2003

Moviment liberu tal-merkanzjja

Miri

Funzjonijiet

1

Bord Amministrattiv

Baġit finali

Trade marks

Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati fuq il-bażi tal-protezzjoni ta' proprjetà industrijali jew kommerċjali m'għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. (Artikolu 30 tat-Trattat)

Restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fil-Komunità huma projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. (Artikolu 49 tat-Trattat)

Li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq trade marks u disinji, li jagħtu lill-intrapriżi protezzjoni uniformi fiż-żona kollha ta' l-Unjoni

Li jirċievi u jdaħħal applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni

Li jeżamina l-kondizzjonijiet għad-dħul fir-Reġistru u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità

li jfittex f'uffiċċji ta' proprjetà industrijali ta' l-Istati Membri għal trademarks nazzjonali li ġa jeżistu

Li jippubblika l-applikazzjonijiet

Li jeżamina kull oppożizzjoni minn partijiet terzi

Li jirreġistra jew ma jaċċettax l-applikazzjonijiet

li jeżamina l-applikazzjonijiet għar-revoka jew l-invalidità

Li jittrattaw l-appelli kontra d-deċiżjonijiet

Kompożizzjoni

rappreżentant minn kull Stat Membru

rappreżentant mill-Kummissjoni

Funzjoni

Li jikkonsulta l-President fuq affarijiet li għalihom l-Uffiċċju huwa responsabbli li jipprepara listi ta' kandidanti (Artikolu 120) għall-President, Viċi-President u chairman u membri tal-Bord ta' l-Appell

2

President ta' l-Uffiċċju

Maħtur mill-Kunsill minn lista ta' mill-iktar tlett kandidati li tkun preparata mill-Bord Amministrattiv

3

Kumitat tal-Baġit

Komposizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u l-alternati tagħhom

Funzjoni

li jadotta l-baġit u r-regolament finanzjarju, jagħti l-approvazzjoni lill-President u jiddetermina l-ispiża tar-rapporti ta' tfittxija

4

Deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura

Deċiżjonijiet huma meħuda minn:

a)

l-Eżaminaturi

b)

id-Diviżjonijiet ta' l-Oppożizzjoni

c)

l-Amministrazzjoni ta' Trade Marks u d-Diviżjoni Legali

d)

id-Diviżjoni tal-Kanċellamenti

e)

il-Bordijiet ta' l-Appell

5

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

6

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Kumitat tal-Baġit ta' l-Uffiċċju

157 miljun euro (155 miljun euro) Kontribuzzjoni tal-Komunità: 0 % (0 %)

Numru ta' impjegati sa l-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment 675 (675)

Postijiet ġa meħuda 650 (633)

+31 impjegati oħra (kuntratti awżiljarji, espert nazzjonali issekondati, persunal lokali, persunal temporarju)

Persunal totali: 681 (*)

Assenjati għad-dmirijiet li ġejjin

operazzjonali 423 (*)

amministrattivi 245 (*)

imħallta 13 (*)

(*): figuri mhux disponibbli għall-2002

Numru ta' applikazzjonijiet 57 637

Numru ta' reġistrazzjonijiet: 34 290

Numru ta' każijiet ta' oppożizzjoni: 9 929

Numru ta' każijiet lesti: 9 396

Appelli lill-Bordijiet ta' l-Appell: 719

Ħin medju għar-reġistrazzjoni(barra l-oppożizzjoni u l-appell)

qabel il-pubblikazzjoni: 12-il xahar

bejn il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni: 6-il xahar

Disinji

Disinji rċevuti: 37 084

Disinji reġistrati: 24 801

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


Tabella 2

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Impenji pendenti

mħallsa

kanċellati

approprjazzjonijiet

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Drittijiet

101,4

105,6

Titolu I

Staff

52,4

48,6

47,4

1,2

3,8

0,9

0,7

0,2

53,3

49,5

48,1

1,2

4,0

Dħul ieħor

4,3

4,9

Titolu II

Amministrazzjoni

26,1

24,3

16,4

7,9

1,8

9,7

9,3

0,4

35,8

34,0

25,7

7,9

2,2

Kwantitajiet maħduma mis-sena finanzjarja ta' qabel

51,7

55,4

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

27,2

23,4

14,1

9,3

3,8

8,7

7,8

0,9

35,9

32,1

21,9

9,3

4,7

Titolu X

Reservi

51,7

0,0

0,0

0,0

51,7

0,0

0,0

0,0

51,7

0,0

0,0

0,0

51,7

Total

157,4

165,9

Total

157,4

96,3

77,9

18,4

61,1

19,3

17,8

1,5

176,7

115,6

95,7

18,4

62,6

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni ta' l-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Kontjiet għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Dħul proprju

107 056

97 329

Dħul finanzjarju

3 460

3 141

Dħul totali (a)

110 516

100 470

Infiq tal-Dbadġit għas-sena finanzjarja

Staff — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

47 416

46 106

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

1 168

934

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

16 366

15 095

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

7 891

9 718

Nefqa ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

14 137

16 431

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

9 262

8 651

Nefqa totali (b)

96 240

96 934

Kwantitajiet maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

14 276

3 536

Nfiq/provvedimenti oħra għas-sena

Provvediment għan-nefqa ta' proċedura

1 094

–1 363

Total Parzjali

1 094

–1 363

Bilanċ miġjub 'il quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

55 368

51 349

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem u kanċellati

1 506

1 817

Sommom għal użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li mhumiex użati

115

11

Provvediment għan-nefqa ta' proċedura mis-snin finanzjarja

0

0

Differenzi fil-kambju u dħul straordinarju

–6

17

Bilanċ għas-sena finanzjarja

72 353

55 368

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni ta' l-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 4

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital fiss

 

 

Bini

26 747

26 286

Kapital proprju

27 921

28 065

Tagħmir u għamara

3 828

3 783

Bilanċ għas-sena finanzjarja

72 353

55 368

Tagħmir tat-trasport

115

111

Total Parzjali

100 274

83 433

Tagħmir tal-kompjuters

11 241

9 636

Debituri għal żmien twil

 

 

Assi mhux tanġibbli

24

24

Kredituri għal żmien twil

24

23

Deprezzament

–14 035

–11 775

Total Parzjali

24

23

Total Parzjali

27 920

28 065

Passiv kurrenti

 

 

Assi kurrenti

 

 

Trasferiment ta' approprjazzjonijiet awtomatiċi

18 322

19 303

Fornituri u missjonijiet

200

167

Avvanzi minn klijenti

29 395

22 289

Kontijiet diversi oħra riċevibbli

107

89

Ammonti pendenti

51

14

Total Parzjali

307

256

Kontijiet diversi li għandhom jitħallsu

757

664

Kontijiet ta' flus kontanti

 

 

Provvediment għal infiq fuq proċedura

13 644

14 738

Kontijiet tal-bank

134 239

112 256

Total Parzjali

62 169

57 008

Flus kontanti

1

2

Kontijiet diversi

 

 

Total Parzjali

134 240

112 258

Dħul li għandu jintuża

0

115

 

 

 

Total Parzjali

0

115

Total

162 467

140 579

Total

162 467

140 579

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni ta' l-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


RISPOSTI TA’ L-UFFIĊĊJU

7.

Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rapporti tar-riċerka, it-titjib ta’ l-applikazzjoni informatika wżata għall-ġestjoni, it-tneħħija mill-1 ta’ Jannar 2004 ta' l-aġġustamenti manwali kif ukoll it-twaqqif ta' l-ingaġġi speċifiċi għal kull wieħed mill-uffiċċji nazzjonali kunċernati jikontribwixxu sabiex issir evalwazzjoni aħjar tal-krediti li jridu jiġu rrapportati Għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ, mill-2004, se jkun hemm żewġ eżerċizzji ta’ analiżi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-ingaġġi: waħda f’Awissu u l-oħra f’Diċembru. Sa minn issa, qed ikun hemm ħelsien mill-impenji hekk meta ssir l-eżekuzzjoni ta’ l-azzjonijiet.

8.

L-Uffiċċju jieħu nota ta’ din l-osseravazzjoni u jieħu l-miżuri neċessarji sabiex inaqqas il-krediti rrapportati li jikkorispondu ma’ l-ingaġġi provviżorji.

9.

L-Uffiċċju janalizza l-kuntratti kollha kunċernati sabiex jiddetermina l-ammont eżatt li għandu jirreġistra bħala immobilizzazzjoni intanġibbli skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) no 2909/2000.

10.

Mill-2003, l-Uffiċċju kien ħa xi miżuri sabiex itejjeb il-kundizzjoni ta’ l-inventarju tiegħu, speċjalment il-ġbir ta’ l-inventarju f’servizz uniku, l-allinjament tat-terminoliġija fuq dik tal-Kummissjoni, ir-reviżjoni tat-tpoġġija tat-tikketti u t-tneħħija tal-klassifikazzjoni tal-propjetà. Għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tar-risponsabiltajiet u tat-taħriġ, l-Uffiċċju qiegħed bħalissa jirrevedi r-regolament ta’ l-inventarju u l-proċessi bażiċi tiegħu kif ukoll jistabilixxi xi istruzzjonijiet bil-miktub għat-twettiq tal-verifikazzjonijiet fiżiċi